ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.016.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 16

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
21ta' Jannar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 45/2014 tal-20 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 46/2014 tal-20 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 47/2014 tat-13 ta’ Jannar 2014 li jinkludi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Dithmarscher Kohl (IGP)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 48/2014 tat-13 ta’ Jannar 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Châtaigne d'Ardèche (AOP)]

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 49/2014 tat-13 ta’ Jannar 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de Tenerife (DPO)]

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 50/2014 tal-20 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 51/2014 tal-20 ta’ Jannar 2014 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal dimetomorf, indossakarb, u piraklostrobina f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

13

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 52/2014 tal-20 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/22/PESK tal-20 ta’ Jannar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/353/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/23/PESK tal-20 ta' Jannar 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2013/350/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

31

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/24/PESK tal-20 ta’ Jannar 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

32

 

 

2014/25/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar in-notifika mir-Repubblika Slovakka ta’ pjan nazzjonali tranżitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument C(2014) 59)

34

 

 

2014/26/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar in-notifika mir-Repubblika tas-Slovenja ta’ pjan nazzjonali tranżitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument C(2014) 60)

38

 

 

2014/27/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għas-sena 2014 lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2014) 104)

41

 

 

2014/28/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranija ittrasferiti (BĊE/2013/26)

47

 

 

2014/29/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/27)

51

 

 

2014/30/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/28)

53

 

 

2014/31/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (BĊE/2013/29)

55

 

 

2014/32/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2013/30)

61

 

 

2014/33/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (BĊE/2013/31)

63

 

 

2014/34/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet minn Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/53)

65

 

 

Rettifika

 

 

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 41/2014 tas-17 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex ( ĠU L 14, 18.1.2014 )

69

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 45/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) jagħti effett għall-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

(2)

Huwa neċessarju li tiġi emendata l-klawżola tal-esklużjoni tar-responsabbiltà u l-klawżola tal-esklużjoni ta’ pretensjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 204/2011 konformement mal-formulazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ miżuri restrittivi (sanzjonijiet) fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-UE adottati mill-Kunsill fil-15 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.

2.   Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx jagħtu lok għal kwalunkwe tip ta’ responsabbiltà min-naħa tagħhom, jekk ma kinux jafu, u ma kellhomx kawża raġonevoli biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom imorru kontra l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.”.

(2)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet milquta, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dak it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a)

persuni, entitajiet jew korpi deżinjati elenkati fl-Anness II jew III;

(b)

kwalunkwe persuna, entità jew korp ieħor Libjan, inkluż il-gvern Libjan;

(c)

kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxi permezz ta’ jew f’isem waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) jew (b).

2.   Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tat-talba mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna li tkun qed tfittex l-infurzar ta’ dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta’ prestazzjoni ta’ obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1).


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 46/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u 8a(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Il-Kunsill iqis li r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuna waħda kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandhom jiġu emendati.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 134, 20.05.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, l-entrata Nru 210 hija sostitwita minn din li ġejja:

 

“Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

210.

Ternavsky, Anatoly Andreevich

(Ternavski, Anatoli Andrievich

Ternavskiy,

Anatoly

Andreyevich)

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий Андрэевiч

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий, Андреевич

Data tat-twelid: 1950

PtT: Donetsk, Ukraina

Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenka. Il-kumpanija tiegħu Univest-M hija dikjarata bħala msieħba tal-Klabb tal-Isports tal-President, u sa Mejju 2011 kienet timpjega ħtint il-President.

Huwa jipprovdi appoġġ għar-reġim, partikolarment finanzjarment, permezz ta' pagamenti mill-kumpanija Univest-M lill-Ministeru tal-Affarijiet Interni, lill-Kumpanija (Statali) Bjelorussa tat-Televiżjoni u Radju, u lit-trejdjunjon tal-kamra tar-rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali.

Huwa jibbenefika mir-reġim permezz ta' attivitajiet ta' negozju fuq skala kbira fil-Bjelorussja. Il-kumpanija Univest-M hija l-proprjetarja ta' kumpanija sussidjarja, FLCC, li hija operatur ewlieni fis-setturi taż-żejt u tal-idrocarburi, anke bi proġetti dikjarati li ‘jsaħħu r-relazzjonijiet ta' sħubija bejn il-Bjelorussja, il-Federazzjoni Russa, il-Każakstan u l-Ukraina’. Il-kumpanija Univest-M hija wkoll waħda mill-akbar kumpaniji għall-iżvilupp/tal-proprjetà fil-Bjelorussja. Attivitajiet ta' negozju fuq tali skala ma jkunux possibbli fil-Bjelorussja mingħajr l-approvazzjoni tar-reġim Lukashenka.

Huwa jgħin finanzjarment bħala sponsor bosta klabbs sportivi, permezz tal-kumpanija Univest-M, biex b'hekk jikkontribwixxi għal relazzjonijiet tajbin mal-President Lukashenka.”


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 47/2014

tat-13 ta’ Jannar 2014

li jinkludi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Dithmarscher Kohl (IGP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Dithmarscher Kohl” tiġi inkluża fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Dithmarscher Kohl” għandha tiġi inkluża fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan inkluża fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 10.8.2013, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem u elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

IL-ĠERMANJA

Dithmarscher Kohl (IGP)


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 48/2014

tat-13 ta’ Jannar 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Châtaigne d'Ardèche (AOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Châtaigne d'Ardèche” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Châtaigne d'Ardèche” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 235, 14.8.2013, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Châtaigne d'Ardèche (AOP)


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 49/2014

tat-13 ta’ Jannar 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de Tenerife (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Miel de Tenerife” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Miel de Tenerife” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.

(2)  ĠU C 235, 14.8.2013, p. 5.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.4.   Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

SPANJA

Miel de Tenerife (DPO)


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 50/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja u partikolarment l-Artikolu 41 u 16 tiegħu flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima 3(a) tal-Anness IV tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 (1) li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni. It-Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta’ dak ir-Regolament tittratta d-determinazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ kwantitajiet żejda ta’ zokkor preżenti fil-Kroazja fid-data tal-adeżjoni tagħha. B’mod partikolari tistabbilixxi dati ta’ għeluq għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, għall-eliminazzjoni tagħhom u għall-provi tal-eliminazzjoni li għandhom jingħataw mill-operaturi identifikati fil-Kroazja. Tiffissa wkoll perjodi ta’ referenza li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imposti għall-Kroazja jekk il-kwantitajiet żejda ta’ zokkor ma jiġux eliminati.

(2)

Minħabba ż-żmien meħtieġ għall-analiżi bir-reqqa tat-tagħrif ikkomunikat mill-Kroazja u d-diskussjoni ma’ dak l-Istat Membru u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tal-Kapitolu II, tat-Taqsima 2 tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013, huwa meħtieġ li jiġu estiżi d-dati ta’ għeluq stabbiliti f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni sa fejn jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7(1), “il-31 ta’ Jannar 2014”għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Settembru 2014”;

(2)

Fl-Artikolu 9(1), “il-31 ta’ Ottubru 2014”għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

(3)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

“il-31 ta’ Ottubru 2014” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

(b)

“it-30 ta’ Ġunju 2015” għandha tinbidel b’“id-29 ta’ Frar 2016”;

(4)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, “il-31 ta’ Jannar 2015” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Settembru 2015”;

(b)

Fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2, “il-31 ta’ Ottubru 2014” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

(5)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, “it-28 ta’ Frar 2015” għandha tinbidel b’“il-31 ta’ Ottubru 2015”;

(b)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu “il-31 ta’ Ottubru 2014” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu “it-30 ta’ Ġunju 2015” għandha tinbidel b’“id-29 ta’ Frar 2016”;

(iii)

fit-tielet subparagrafu, “it-30 ta’ April 2015” għandha tinbidel b’ “il-31 ta’ Diċembru 2015”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta’ Frar 2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1).


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 51/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal dimetomorf, indossakarb, u piraklostrobina f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Għal dimetomorf, indossakarb, u piraklostrobina, il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva dimetomorf fuq iż-żerriegħa tal-ħwawar (għajr in-noċemuskata) u fuq il-frott tal-karwija, tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jiġu emendati l-MRLs eżistenti.

(3)

Rigward l-indossacarb, saret applikazzjoni bħal din għall-krexxuni, għall-krexxuni tal-art, għall-mustarda ħamra, għall-ħass u pjanti oħra tal-insalata, għall-burdlieq, għall-weraq tal-pitravi u (weraq) oħrajn tal-spinaċi u simili. Fir-rigward tal-piraklostrobina, tali applikazzjoni saret għall-artiċokks.

(4)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri konċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ngħaddew lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjonijiet motivati dwar l-MRLs proposti (2). Din għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku.

(6)

Għall-applikazzjonijiet kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ġew issodisfati u li, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur li saret għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi, il-modifiki għall-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawn is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum għoli tal-għelejjel u l-prodotti rilevanti ma wrew li kien hemm riskju li jinqabeż il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (acceptable daily intake - ADI) jew id-doża ta’ referenza akuta (acute reference dose - ARfD).

(7)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qiegħed jiġi kkunsidrat, il-modifiki xierqa fl-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

Fir-rigward tad-dimethomorf, tal-indossakarb u tal-piraklostrobina, ġew stabbiliti MRLs għal bosta prodotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 (3). Peress li dak ir-Regolament japplika mit-2 ta’ Frar 2014, huwa xieraq li l-MRLs stipulati f'dan ir-Regolament, japplikaw mill-istess data.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jidħol fis-seħħ mit-2 ta’ Frar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli onlajn: http://www.efsa.europa.eu:

 

Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for propamocarb in radishes and kale. EFSA Journal 2013;11(2):3126 [27 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2013.3126.

 

Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for indoxacarb in various salad plants and in spinach-like plants. EFSA Journal 2013;11(5):3247 [31 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2013.3247.

 

Reasoned opinion on the modification of the existing MRLs for pyraclostrobin in cucumbers and Jerusalem artichokes. EFSA Journal 2013;11(2):3109 [27 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2013.3109.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal 2,4-DB, dimetomorf, indossakarb, u piraklostrobina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 39).


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonni għal dimetomorf, indossakarb, u piraklostrobina jinbidlu b’dan li ġej:

Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li l-MRLs japplikaw għalihom (1)

Dimetomorf (is-somma tal-isomeri)

Indossakarb (is-somma tal-indossakarb u l-enantijomeru R tiegħu) (F)

Piraklostrobin (F)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

0100000

1.

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT ĠEWŻ

 

 

 

0110000

(i)

Frott taċ-ċitru

 

0,02  (*)

 

0110010

Grejpfrut (Shaddocks, pomelos, sweeties, tangelo (minbarra l-minneola), ugli u ibridi oħra)

0,01  (*)

 

1

0110020

Larinġ (Bergamott, larinġ morr, kinotto u ibridi oħra)

0,8

 

2

0110030

Lumi (Tronġ, lumi, Buddha’s hand (Citrus medica var. sarcodactylis))

0,01  (*)

 

1

0110040

Xkomp

0,01  (*)

 

1

0110050

Mandolin (Klementini, tangerine, minneola u ibridi oħra tangor (Citrus reticulata x sinensis))

0,01  (*)

 

1

0110990

Oħrajn

0,01  (*)

 

1

0120000

(ii)

Ġewż tas-siġar

0,02  (*)

0,02  (*)

 

0120010

Lewż

 

 

0,02  (*)

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

 

0,02  (*)

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

 

0,02  (*)

0120040

Qastan

 

 

0,02  (*)

0120050

Ġewż tal-Indi

 

 

0,02  (*)

0120060

Ġellewż (Filbert)

 

 

0,02  (*)

0120070

Macadamia

 

 

0,02  (*)

0120080

Ġewż Amerikan

 

 

0,02  (*)

0120090

Ġewż tal-arżnu

 

 

0,02  (*)

0120100

Pistaċċi

 

 

1

0120110

Ġewż

 

 

0,02  (*)

0120990

Oħrajn

 

 

0,02  (*)

0130000

(iii)

Frott taż-żerriegħa

0,01  (*)

 

0,5

0130010

Tuffieħ (Tuffieħ salvaġġ)

 

0,5 (+)

 

0130020

Lanġas (Lanġas Orjentali)

 

0,5

 

0130030

Sfarġel

 

0,02  (*)

 

0130040

Naspli

 

0,02  (*)

 

0130050

Naspla tal-Ġappun

 

0,02  (*)

 

0130990

Oħrajn

 

0,02  (*)

 

0140000

(iv)

Frott tal-għadma

0,01  (*)

1

 

0140010

Berquq

 

 

1

0140020

Ċiras (Ċirasa ħelwa, ċirasa qarsa)

 

 

3

0140030

Ħawħ (Nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

0,3

0140040

Għanbaqar (Damson, greengage, mirabelle, pruna salvaġġa, tamal aħmar/tamal Ċiniż/żinżel Ċiniż (Ziziphus zizyphus))

 

 

0,8

0140990

Oħrajn

 

 

0,02  (*)

0150000

(v)

Żibeġ tal-kukku u frott żgħir

 

 

 

0151000

(a)

Għeneb tal-mejda u tal-inbid

3

2

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

 

1 (+)

0151020

Għeneb tal-inbid

 

 

2

0152000

(b)

Frawli

0,7

0,6

1,5

0153000

(c)

Frott tal-kannamiela

 

 

 

0153010

Tut

0,05 (+)

0,5

3

0153020

Dewberries (Loganberries, tayberries, boysenberries, cloudberries u ibridi ta’ Rubus oħra)

0,01  (*)

0,02  (*)

2

0153030

Lampun (Wineberries, għollieq tal-Artiku/lampun, (Rubus arcticus), nektar tal-lampun (Rubus arcticus x Rubus idaeus))

0,05 (+)

0,6

3

0153990

Oħrajn

0,01  (*)

0,02  (*)

2

0154000

(d)

Żibeġ tal-kukku u frott żgħir ieħor

0,01  (*)

 

 

0154010

Blueberries (Mirtill)

 

0,8

4

0154020

Cranberries (Għeneb tal-muntanja (cowberries)/mirtill aħmar (vitis-idaea))

 

1

3

0154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

0,8

3

0154040

Ribes (gooseberries) (Inklużi l-ibridi ma’ speċi oħra tar-Ribes)

 

0,8

3

0154050

Warda Skoċċiża

 

0,8

3

0154060

Ċawsli (Arbutus berry)

 

0,8

3

0154070

Azarole (naspla Mediterranja) (Kiwiberry (Actinidia arguta))

 

0,8

3

0154080

Frott is-sebuqa (Black chokeberry/appleberry, mountain ash, buckthorn/sea sallowthorn, hawthorn, serviceberries, u treeberries ieħor)

 

0,8

3

0154990

Oħrajn

 

0,8

3

0160000

(vi)

Frott mixxellanju

0,01  (*)

 

 

0161000

(a)

Qoxra li tittiekel

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0161010

Tamal

 

 

 

0161020

Tin

 

 

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

 

 

0161040

Larinġ tal-qsari (Larinġ tal-qsari marumi, larinġ tal-qsari nagami, limequats (Citrus aurantifolia x Fortunella spp.))

 

 

 

0161050

Karambola (Bilimbi)

 

 

 

0161060

Kaki

 

 

 

0161070

Jambolan (għanbaqar tal-Ġava) (Tuffieħ tal-Ġava/water apple, rose apple, ċirasa Brażiljana, ċirasa tas-Surinam/grumichama (Eugenia uniflora),)

 

 

 

0161990

Oħrajn

 

 

 

0162000

(b)

Qoxra li ma tittikilx, żgħar

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0162010

Kiwi

 

 

 

0162020

Liċċi (Litchi) (Pulasan, rambutan/liċċi bis-suf, longan, mangosteen, langsat, salak)

 

 

 

0162030

Frotta tal-passjoni

 

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk (frotta tal-kaktus)

 

 

 

0162050

Tuffieħa stilla

 

 

 

0162060

Frotta tal-kaki (Kaki tal-Virġinja) (Sapote sewda, bajda, ħadra, canistel/sapote safra, sapote mammey)

 

 

 

0162990

Oħrajn

 

 

 

0163000

(c)

Qoxra li ma tittikilx, kbar

 

 

 

0163010

Avokado

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163020

Banana (Banana nanija, pjantaġġni, bananito)

 

0,2

0,02  (*)

0163030

Mango

 

0,02  (*)

0,05

0163040

Papaja

 

0,02  (*)

0,07

0163050

Rummien

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163060

Ċerimoja (Custard apple, sugar apple/sweetsop, ilama (Annona diversifolia) u frott ieħor ta’ Annonnaceae ta’ daqs medju)

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163070

Gwava (Pitaja ħamra/ħelwa (Hylocereus undatus))

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163080

Ananas

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż (Jackfruit)

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163100

Durian

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163110

Il-frotta tal-annona (guanbana)

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0163990

Oħrajn

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0200000

2.

ĦAXIX FRISK JEW IFFRIŻAT

 

 

 

0210000

(i)

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

 

 

0211000

(a)

Patata

0,05

0,02  (*)

0,02  (*)

0212000

(b)

Ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0212010

Kassava (Dasheen, eddoe/Japanese taro, tannia)

 

 

 

0212020

Patata ħelwa

 

 

 

0212030

Jammijiet (Potato bean/yam bean, yam bean Messikan)

 

 

 

0212040

Ararut

 

 

 

0212990

Oħrajn

 

 

 

0213000

(c)

Ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

 

 

0213010

Pitravi

0,01  (*)

0,02  (*)

0,1

0213020

Karrotti

0,01  (*)

0,02  (*)

0,5

0213030

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

0,01  (*)

0,02  (*)

0,3

0213040

Għerq tal-mustarda (L-għeruq tal-anġelika, tal-lovage, tal-ġenzjana)

0,01  (*)

0,02  (*)

0,3

0213050

Artiċokks (Crosne)

0,01  (*)

0,02  (*)

0,06

0213060

Zunnarija bajda

0,01  (*)

0,02  (*)

0,3

0213070

Tursin tuberuż

0,01  (*)

0,02  (*)

0,1

0213080

Ravanell (Ravanell iswed, ravanell Ġappuniż, ravanell żgħir u varjetajiet simili, tiger nut (Cyperus esculentus))

1,5

0,3

0,5

0213090

Sassefrika (Scorzonera, sassefrika Spanjola/Spanish oysterplant, lappa li tittiekel)

0,01  (*)

0,02  (*)

0,1

0213100

Swedes

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0213110

Turnips (xorta ta’ Brassica)

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0213990

Oħrajn

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0220000

(ii)

Ħxejjex tal-basla

 

0,02  (*)

 

0220010

Tewm

0,6

 

0,3

0220020

Basal (Basal ieħor tal-basla, basal silverskin)

0,6

 

1,5

0220030

Shallots

0,6

 

0,3

0220040

Basal tar-Rebbiegħa u basal ta’ Wales (Basal ieħor aħdar u varjetajiet simili)

0,2

 

1,5

0220990

Oħrajn

0,15

 

0,02  (*)

0230000

(iii)

Ħxejjex tal-frott

 

 

 

0231000

(a)

Solanacea

1

 

 

0231010

Tadam (Tadam ċiras, Fisalis spp., goġiberri, wolfberry (Lycium barbarum u L. chinense) tadam tas-siġra)

 

0,5

0,3

0231020

Bżar (Bżar aħmar)

 

0,3

0,5

0231030

Brunġiel (Pepino, antroewa/brunġiel abjad (S. macrocarpon))

 

0,5

0,3

0231040

Okra

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0231990

Oħrajn

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0232000

(b)

Cucurbits - qoxra li tittiekel

0,5

0,5

0,5

0232010

Ħjar

 

 

 

0232020

Gherkins (ħjar żgħir)

 

 

 

0232030

Zukkini (qarabagħli żgħir) (Qara’ tas-sajf, qara’ (patisson), lauki (Lagenaria siceraria), chayote, sopropo/bettieħ morr, snake gourd, angled luffa/teroi)

 

 

 

0232990

Oħrajn

 

 

 

0233000

(c)

Cucurbits-qoxra li ma tittikilx

0,5

0,5

0,5

0233010

Bettieħ (Kiwano)

 

 

 

0233020

Qara’ aħmar (Qara’ ħamra, qara’ (varjetà imwaħħra))

 

 

 

0233030

Dulliegħ

 

 

 

0233990

Oħrajn

 

 

 

0234000

(d)

Qamħ ħelu (Qamħirrun żgħir)

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħra

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0240000

(iv)

Ħxejjex tal-ġenus Brassica

 

 

 

0241000

(a)

Brassica bil-fjuri

 

0,3

0,1

0241010

Brokkoli (Calabrese, broccoli raab, brokkoli Ċiniżi)

5

(+)

 

0241020

Pastard

0,05

(+)

 

0241990

Oħrajn

0,01  (*)

 

 

0242000

(b)

Brassica bir-ras

 

 

 

0242010

Brussels sprouts

0,01  (*)

0,06

0,3

0242020

Kaboċċa bir-ras (Kaboċċa bir-ras ippuntata, kaboċċa ħamra, kaboċċa Ingliża mflefla, kaboċċa bajda)

6

0,2

0,2

0242990

Oħrajn

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0243000

(c)

Brassica bil-weraq

3

 

1,5

0243010

Kaboċċa Ċiniża (Mustarda Indjana jew Ċiniża pak choi, kaboċċa ċatta Ċiniża/tai goo choi, choi sum, kaboċċa ta’ Pekin/pe-tsai)

 

3

 

0243020

Kale (Borecole/kale innukklat, collards, Kale Portugiż, Kaboċċa Portugiża, cow cabbage)

 

0,4

 

0243990

Oħrajn

 

0,4

 

0244000

(d)

Ġidra

0,02

0,02  (*)

0,02  (*)

0250000

(v)

Ħxejjex tal-weraq u ħxejjex aromatiċi friski

 

 

 

0251000

(a)

Ħass u pjanti oħra tal-insalata inklużi l-Brassicacea

 

 

 

0251010

Ħass tal-ħaruf (Insalata tal-qamħ Taljan)

10

30

10

0251020

Ħass (Ħass ikkabboċjat, lollo rosso, ħass iceberg, ħass romaine (cos))

15

2

2

0251030

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa) (Ċikwejra salvaġġa, ċikwejra tal-werqa ħamra, radiccho, indivja tal-weraq innukklat, sugar loaf (C. endivia var. crispum/C. intybus var. foliosum), weraq taċ-ċikwejra salvaġġa)

6

1

0,4

0251040

Krexxun (Mung bean sprouts, alfalfa sprouts)

10

1

10

0251050

Krexxun tal-art

10

1

10

0251060

Aruka (Aruka salvaġġa (Diplotaxis spp.))

10

2 (+)

10

0251070

Mustarda ħamra

10

1

10

0251080

Weraq u nebbieta tal-Brassica spp, inklużi l-weraq tat-turnip (xorta ta’ Brassika) (Mizuna, weraq tal-piżelli u tar-ravanell u pjanti oħra, inklużi tal-brassica bil-weraq żgħir (pjanti li jinħasdu sal-istadju fejn ikollhom l-ewwel 8 werqat), weraq tal-ġidra)

10

2 (+)

10

0251990

Oħrajn

10

1

10

0252000

(b)

Spinaċi u ħxejjex simili (weraq)

 

 

 

0252010

Spinaċi (Spinaċi tan-New Zealand, spinaċi amaranthus (pakkhom, tampara), weraq tal-pjanta Tajer, bitterblad/bitawiri)

1

2

0,5

0252020

Burdlieqa (Burdlieqa tax-xitwa/miner’s lettuce, burdlieqa tal-ġonna, burdlieqa komuni, ħaxixa Ingliża glasswort, Krexxuni (Salsola soda))

0,01  (*)

1

0,02  (*)

0252030

Weraq tal-pitravi (chard) (Weraq tal-pitravi)

1

1

0,5

0252990

Oħrajn

0,01  (*)

1

0,02  (*)

0253000

(c)

Weraq tad-dielja (Malabar nightshade, weraq tal-banana, climbing wattle (Acacia pennata))

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0254000

(d)

Krexxuni tal-ilma (Kampanella/konvolvulu Ċiniż/konvolvulu tal-ilma/water spinach/kangkung (Ipomea aquatica), silla tal-ilma, mimoża tal-ilma)

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0255000

(e)

Witloof

0,05

0,02  (*)

0,02  (*)

0256000

(f)

Ħxejjex aromatiċi

10

 

2

0256010

Maxxita

 

2

 

0256020

Kurrat salvaġġ

 

2

 

0256030

Weraq tal-karfus (Weraq tal-bużbież, weraq tal-kosbor, weraq tax-xibt, weraq tal-ħlewwa, lovage, anġelika, sweet cicely u weraq oħrajn Apiacea, ċilantro/stinking/kosbor twil/stink weed (Eryngium foetidum))

 

2

 

0256040

Tursin (weraq tat-tursin tuberuż)

 

2

 

0256050

Salvja (Sagħtrija (Satureia hortensis, Satureia montana), weraq Borago officinalis)

 

2

 

0256060

Klin

 

2

 

0256070

Sagħtar (Merdqux, riegnu)

 

2

 

0256080

Ħabaq (Weraq tal-balzmu, nagħniegħ, pepermint, ħabaq sagru, ħabaq ħelu, ħabaq bis-suf, fjuri li jittieklu (qronfol Tork u oħrajn), ombrellini, werqa tal-betel salvaġġa, weraq tal-kàri)

 

15

 

0256090

Weraq tar-rand (Lemon grass)

 

2

 

0256100

Stragun (Issopu)

 

2

 

0256990

Oħrajn

 

2

 

0260000

(vi)

Legumi (friski)

 

 

0,02  (*)

0260010

Fażola (bil-miżwed) (Fażola ħadra/fażola Franċiża/snap beans, fażola ħamra tixxeblek, slicing bean, yard long beans, fażola tal-gwar, fażola tas-sojja)

0,01  (*)

0,3

 

0260020

Fażola (bla miżwed) (Ful, Flageolets, jack bean, lima bean, cowpea)

0,04

0,02  (*)

 

0260030

Piżelli (bil-miżwed) (Manġxtù/sugar peas/snow peas)

0,01  (*)

0,02  (*)

 

0260040

Piżelli (bla miżwed) (Piżelli tal-ġnien, piżelli ħodor, ċiċri)

0,1

0,02  (*)

 

0260050

Għads

0,01  (*)

0,02  (*)

 

0260990

Oħrajn

0,01  (*)

0,02  (*)

 

0270000

(vii)

Ħxejjex biz-zokk (friski)

 

 

 

0270010

Asparagu

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0270020

Kardun (Zkuk borago officinalis)

0,01  (*)

3

0,02  (*)

0270030

Karfus

15

2

0,02 (*) (+)

0270040

Bużbież

0,01  (*)

3

0,02  (*)

0270050

Qaqoċċ (Fjura tal-banana)

2

0,2

2

0270060

Kurrat

1,5

0,02  (*)

0,7

0270070

Rabarbru

0,01  (*)

3

0,02  (*)

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0270090

Qlub tal-palm

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0270990

Oħrajn

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0280000

(viii)

Faqqiegħ

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat (Faqqiegħ komuni, oyster mushroom, shiitake, fungus mycelium (partijiet veġetattivi))

 

 

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ (Chanterelle, tartuf, more, cep)

 

 

 

0280990

Oħrajn

 

 

 

0290000

(ix)

Alki tal-baħar

0,01  (*)

0,02  (*)

0,02  (*)

0300000

3.

ŻRIERAGĦ IMNIXXFA TAL-LEGUMI

0,01  (*)

 

 

0300010

Fażola (Ful, navy beans, flageolets, jack beans, lima beans, fażola tal-għelieqi, cowpeas)

 

0,2

0,3

0300020

Għads

 

0,01  (*)

0,5

0300030

Piżelli (Ċiċri, piżelli tal-għelieqi, ġulbiena)

 

0,2

0,3

0300040

Lupini

 

0,01  (*)

0,05

0300990

Oħrajn

 

0,01  (*)

0,3

0400000

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,02  (*)

 

 

0401000

(i)

Żrieragħ taż-żejt

 

 

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0,02  (*)

0,2

0401020

Karawett

 

0,02  (*)

0,04

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0,02  (*)

0,2

0401040

Żerriegħa tal-ġunġlien

 

0,02  (*)

0,2

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0,02  (*)

0,3

0401060

Żerriegħa tal-lift (Żerriegħa tal-lift tal-għasafar, turnip rape)

 

0,04

0,2

0401070

Żerriegħa tas-sojja

 

0,5

0,05

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0,02  (*)

0,2

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

1

0,3

0401100

Żrieragħ tal-qara’ ħamra (Żrieragħ oħrajn tal- Cucurbitaceae)

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0401110

Għosfor

 

0,02  (*)

0,2

0401120

Fiddloqom (Purple viper’s bugloss/Canary flower (Echium planatgineum Corn Gromwell (Buglossoides arvensis))

 

0,02  (*)

0,2

0401130

Camelina sativa

 

0,02  (*)

0,2

0401140

Żerrigħa tal-qanneb

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0401150

Castor bean

 

0,02  (*)

0,2

0401990

Oħrajn

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0402000

(ii)

Frott taż-żejt

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

 

 

0402020

Ġewż tal-palm (żrieragħ tal-palm għaż-żejt)

 

 

 

0402030

Frott tal-palm

 

 

 

0402040

Kapok

 

 

 

0402990

Oħrajn

 

 

 

0500000

5.

ĊEREALI

0,01  (*)

0,01  (*)

 

0500010

Xgħir

 

 

1

0500020

Qamħ Saraċin (Amaranthus, quinoa)

 

 

0,02  (*)

0500030

Qamħirrum

 

 

0,02  (*)

0500040

Millieġ (Dekkuk, teff, millieġ Afrikan, millieġ perla)

 

 

0,02  (*)

0500050

Ħafur

 

 

1

0500060

Ross (Ross Indjan/salvaġġ (Zizania aquatica))

 

 

0,02  (*)

0500070

Segala

 

 

0,2

0500080

Sorgu

 

 

0,5

0500090

Qamħ (Spelt, triticale)

 

 

0,2

0500990

Oħrajn (Skalora (Phalaris canariensis))

 

 

0,02  (*)

0600000

6.

TÈ, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI U KAKAW

0,05  (*)

0,05  (*)

 

0610000

(i)

 

 

0,1  (*)

0620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafè

 

 

0,3 (+)

0630000

(iii)

Infużjonijiet erbali (imnixxfa)

 

 

0,1  (*)

0631000

(a)

Fjuri

 

 

 

0631010

Fjuri tal-kamumilla

 

 

 

0631020

Fjuri tal-ħibiskus

 

 

 

0631030

Petali tal-ward

 

 

 

0631040

Fjuri tal-ġiżimin (Fjuri tas-sebuqa (Sambucus nigra))

 

 

 

0631050

Xkomp (linden)

 

 

 

0631990

Oħrajn

 

 

 

0632000

(b)

Weraq

 

 

 

0632010

Weraq tal-frawli

 

 

 

0632020

Weraq tar-rooibos (Weraq tal-ġingo)

 

 

 

0632030

Matè

 

 

 

0632990

Oħrajn

 

 

 

0633000

(c)

Għeruq

 

 

 

0633010

Għeruq tal-valerjana

 

 

 

0633020

Għeruq tal-ġinseng

 

 

 

0633990

Oħrajn

 

 

 

0639000

(d)

Infużjonijiet erbali oħra

 

 

 

0640000

(iv)

Żrieragħ tal-kakaw (iffermentati jew imnixxfin)

 

 

0,1  (*)

0650000

(v)

Ħarruba

 

 

0,1  (*)

0700000

7.

ĦOPS (imnixxfa)

80

0,05  (*)

15

0800000

8.

ĦWAWAR

 

 

 

0810000

(i)

Żrieragħ

 

0,05  (*)

0,1  (*)

0810010

Ħlewwa

30

 

 

0810020

Ħlewwa sewda

30

 

 

0810030

Żerriegħa tal-karfus (Żerriegħa tal-lovage)

30

 

 

0810040

Żerriegħa tal-kosbor

30

 

 

0810050

Żerriegħa tal-kemmun

30

 

 

0810060

Żerriegħa tax-xibt

30

 

 

0810070

Żerriegħa tal-bużbież

30

 

 

0810080

Fienu

30

 

 

0810090

Noċemuskata

0,05  (*)

 

 

0810990

Oħrajn

30

 

 

0820000

(ii)

Frott u żibeġ tal-kukku

 

0,05  (*)

0,1  (*)

0820010

Bżar tal-Ġamajka

0,05  (*)

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan (bżar tal-ħlewwa, bżar tal-Ġappun)

0,05  (*)

 

 

0820030

Ħlewwa Ġermaniża

30

 

 

0820040

Kardamomu

0,05  (*)

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

0,05  (*)

 

 

0820060

Bżar, iswed, aħdar u abjad (Bżar twil, bżar roża)

0,05  (*)

 

 

0820070

Mżiewed tal-vanilla

0,05  (*)

 

 

0820080

Tamar tal-Indja

0,05  (*)

 

 

0820990

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

0830000

(iii)

Qoxra tas-siġar

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0830010

Kannella (Kassja)

 

 

 

0830990

Oħrajn

 

 

 

0840000

(iv)

Għeruq jew riżomi

 

 

 

0840010

Għud is-sus

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0840020

Ġinġer

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0840030

Żagħfran tal-Indja (kurkuma)

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0840040

Għerq tal-mustarda

(+)

(+)

(+)

0840990

Oħrajn

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0850000

(v)

Blanzuni

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0850010

Msiemer tal-qronfol

 

 

 

0850020

Kappar

 

 

 

0850990

Oħrajn

 

 

 

0860000

(vi)

Stigma tal-fjuri

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0860010

Żagħfran

 

 

 

0860990

Oħrajn

 

 

 

0870000

(vii)

Aril

0,05  (*)

0,05  (*)

0,1  (*)

0870010

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

 

 

 

0870990

Oħrajn

 

 

 

0900000

9.

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*)

 

 

0900010

Pitravi taz-zokkor (għeruq)

 

0,1

0,2

0900020

Kannamiela

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0,02  (*)

0,02  (*)

0900990

Oħrajn

 

0,02  (*)

0,02  (*)

1000000

10.

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI–ANNIMALI TERRESTRI

 

 

 

1010000

(i)

Tessut

0,01  (*)

 

0,05  (*)

1011000

(a)

Majjal

 

 

 

1011010

Muskoli

 

2

 

1011020

Xaħam

 

2

 

1011030

Fwied

 

0,05

 

1011040

Kliewi

 

0,05

 

1011050

Ġewwieni li jittieklu

 

0,05

 

1011990

Oħrajn

 

0,05

 

1012000

(b)

Bovini

 

 

 

1012010

Muskoli

 

2

 

1012020

Xaħam

 

2

 

1012030

Fwied

 

0,05

 

1012040

Kliewi

 

0,05

 

1012050

Ġewwieni li jittieklu

 

0,05

 

1012990

Oħrajn

 

0,05

 

1013000

(c)

Nagħaġ

 

 

 

1013010

Muskoli

 

2

 

1013020

Xaħam

 

2

 

1013030

Fwied

 

0,05

 

1013040

Kliewi

 

0,05

 

1013050

Ġewwieni li jittieklu

 

0,05

 

1013990

Oħrajn

 

0,05

 

1014000

(d)

Mogħoż

 

 

 

1014010

Muskoli

 

2

 

1014020

Xaħam

 

2

 

1014030

Fwied

 

0,05

 

1014040

Kliewi

 

0,05

 

1014050

Ġewwieni li jittieklu

 

0,05

 

1014990

Oħrajn

 

0,05

 

1015000

(e)

Żwiemel, ħmir, bgħula jew hinnies

 

 

 

1015010

Muskoli

 

2

 

1015020

Xaħam

 

2

 

1015030

Fwied

 

0,05

 

1015040

Kliewi

 

0,05

 

1015050

Ġewwieni li jittieklu

 

0,05

 

1015990

Oħrajn

 

0,05

 

1016000

(f)

Tjur -tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

 

0,01 (*) (+)

 

1016010

Muskoli

 

 

 

1016020

Xaħam

 

 

 

1016030

Fwied

 

 

 

1016040

Kliewi

 

 

 

1016050

Ġewwieni li jittieklu

 

 

 

1016990

Oħrajn

 

 

 

1017000

(g)

Annimali oħra tar-razzett (Fenek, kangarù, ċerv)

 

 

 

1017010

Muskoli

 

2

 

1017020

Xaħam

 

2

 

1017030

Fwied

 

0,05

 

1017040

Kliewi

 

0,05

 

1017050

Ġewwieni li jittieklu

 

0,05

 

1017990

Oħrajn

 

0,05

 

1020000

(ii)

Ħalib

0,01  (*)

0,1

0,01  (*)

1020010

Frat

 

 

 

1020020

Nagħaġ

 

 

 

1020030

Mogħoż

 

 

 

1020040

Żwiemel

 

 

 

1020990

Oħrajn

 

 

 

1030000

(iii)

Bajd tal-għasafar

0,01  (*)

0,02 (+)

0,05  (*)

1030010

Tiġieġ

 

 

 

1030020

Papri

 

 

 

1030030

Wiżż

 

 

 

1030040

Summien

 

 

 

1030990

Oħrajn

 

 

 

1040000

(iv)

Għasel (Ħalib tan-naħal, polline, għasel tax-xehda bix-xehda)

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)

1050000

(v)

Anfibji u rettili (Saqajn taż-żrinġijiet, kukkudrilli)

0,01  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

1060000

(vi)

Bebbux

0,01  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

1070000

(vii)

Prodotti minn annimali terrestri oħra (Kaċċa salvaġġa)

0,01  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)


(1)  Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' orġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.

(*)  Jindika limitu aktar baxx ta' determinazzjoni analitika

(**)

Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalih japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.

(F)= Solubbli fix-xaħam

Dimetomorf (is-somma tal-isomeri)

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tittressaqx sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0153010

Tut

0153030

Lampun (Wineberries, għollieq tal-Artiku/lampun, (Rubus arcticus), nektar tal-lampun (Rubus arcticus x Rubus idaeus))

(+)

Il-livell massimu ta' residwu applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) hu dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040

Għerq tal-mustarda

Indossakarb (is-somma tal-indossakarb u l-enantijomeru R tiegħu) (F)

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-idroliżi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tittressaqx sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0130010

Tuffieħ (Tuffieħ salvaġġ)

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tittressaqx sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0241010

Brokkoli (Calabrese, broccoli raab, brokkoli Ċiniżi)

0241020

Pastard

0251060

Aruka (Aruka salvaġġa (Diplotaxis spp.))

0251080

Weraq u nebbieta tal-Brassica spp, inklużi l-weraq tat-turnip (xorta ta’ Brassika) (Mizuna, weraq tal-piżelli u tar-ravanell u pjanti oħra, inklużi tal-brassica bil-weraq żgħir (pjanti li jinħasdu sal-istadju fejn ikollhom l-ewwel 8 werqat), weraq tal-ġidra)

(+)

Il-livell massimu ta' residwu applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) hu dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040

Għerq tal-mustarda

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metaboliżmu tal-uċuħ tar-raba' bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tittressaqx sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

1016000

(f)

Tjur - tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

1016010

Muskoli

1016020

Xaħam

1016030

Fwied

1016040

Kliewi

1016050

Ġewwieni li jittieklu

1016990

Oħrajn

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà waqt il-ħażna bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tittressaqx sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

1030000

(iii)

Bajd tal-għasafar

1030010

Tiġieġ

1030020

Papri

1030030

Wiżż

1030040

Summien

1030990

Oħrajn

Piraklostrobin (F)

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tittressaqx sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0151010

Għeneb tal-mejda

0270030

Karfus

(+)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tkun qed tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-13 ta' Lulju 2015, jew, jekk dik l-informazzjoni ma tittressaqx sa dik id-data, tqis in-nuqqas tagħha.

0620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafè

(+)

Il-livell massimu ta' residwu applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) hu dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040

Għerq tal-mustarda


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 52/2014

tal-20 ta’ Jannar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

78,9

IL

134,3

MA

61,3

TN

103,3

TR

96,7

ZZ

94,9

0707 00 05

MA

124,7

TR

160,3

ZZ

142,5

0709 91 00

EG

82,2

ZZ

82,2

0709 93 10

MA

67,0

TR

146,5

ZZ

106,8

0805 10 20

EG

50,0

MA

61,8

TR

61,9

ZA

52,3

ZZ

56,5

0805 20 10

IL

168,4

MA

73,6

ZZ

121,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,3

IL

175,0

JM

62,4

KR

142,4

MA

83,3

TR

76,6

ZZ

100,5

0805 50 10

EG

67,3

TR

78,1

ZZ

72,7

0808 10 80

CN

78,8

MK

30,8

US

134,5

ZZ

81,4

0808 30 90

CN

65,3

TR

144,6

US

141,4

ZZ

117,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/22/PESK

tal-20 ta’ Jannar 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/353/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/518/PESK (1) biex ħatar lis-Sur Philippe LEFORT bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja.

(2)

Fit-2 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/353/PESK (2) biex estenda l-mandat tar-RSUE sat-30 ta' Ġunju 2014 u biex jipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja sal-31 ta' Diċembru 2013.

(3)

Għandu jsir provvediment għal ammont ta' referenza finanzjarja ġdid li jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sat-30 ta' Ġunju 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/353/PESK huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 1 040 000.”

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'din li ġejja:

“In-nefqa ffinanzjata mill-ammont li jidher fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Lulju 2013.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/518/PESK tal-25 ta’ Awwissu 2011 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja (ĠU L 221, 27.8.2011, p. 5).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/353/PESK tat-2 ta’ Lulju 2013 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 9).


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/23/PESK

tal-20 ta' Jannar 2014

li tħassar id-Deċiżjoni 2013/350/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/33/PESK (1) li taħtar lis-Sur Andreas REINICKE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.

(2)

Fit-2 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/350/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-30 ta' Ġunju 2014 u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013.

(3)

Fis-27 ta' Novembru 2013, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrikonoxxa t-triq 'il quddiem proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà bl-intendiment li l-kompiti tar-RSUE ser jittieħdu għalissa mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Barra minn hekk, ser jiġu żgurati rappurtar regolari lill-Istati Membri kif ukoll kuntatti ta' livell għoli.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/350/PESK għandha għalhekk titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2013/350/PESK hija mħassra.

Artikolu 2

Rieżami

Ir-rappreżentanza futura tal-UE fir-rigward tal-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani għandha tiġi rieżaminata qabel Mejju 2004.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/33/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 17).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/350/PESK tat-2 ta’ Lulju 2013 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 3).


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/24/PESK

tal-20 ta’ Jannar 2014

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) u 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra li r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuna waħda kif jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandhom jiġu emendati.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, l-entrata Nru 210 hija sostitwita minn din li ġejja:

 

Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

210

Ternavsky, Anatoly Andreevich

(Ternavski, Anatoli Andrievich

Ternavskiy,

Anatoly

Andreyevich)

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий Андрэевiч

ТЕРНАВСКИЙ, Анатолий, Андреевич

Data tat-twelid: 1950

PtT: Donetsk, Ukraina

Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenka. Il-kumpanija tiegħu Univest-M hija msieħba tal-Klabb tal-Isports tal-President, u sa Mejju 2011 kienet timpjega ħtint il-President.

Huwa jipprovdi appoġġ għar-reġim, partikolarment finanzjarment, permezz ta' pagamenti mill-kumpanija Univest-M lill-Ministeru tal-Affarijiet Interni, lill-Kumpanija (Statali) Bjelorussa tat-Televiżjoni u Radju, u lit-trejdjunjon tal-kamra tar-rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali.

Huwa jibbenefika mir-reġim permezz ta' attivitajiet ta' negozju fuq skala kbira fil-Bjelorussja. Il-kumpanija Univest-M hija l-proprjetarja ta' kumpanija sussidjarja, FLCC, li hija operatur ewlieni fis-setturi taż-żejt u tal-idrocarburi.

Il-kumpanija Univest-M hija wkoll waħda mill-akbar kumpaniji għall-iżvilupp/tal-proprjetà fil-Bjelorussja. Attivitajiet ta' negozju fuq tali skala ma jkunux possibbli fil-Bjelorussja mingħajr l-approvazzjoni tar-reġim Lukashenka.

Huwa jgħin finanzjarment bħala sponsor bosta klabbs sportivi, permezz tal-kumpanija Univest-M, biex b'hekk jikkontribwixxi għal relazzjonijiet tajbin mal-President Lukashenka.


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Jannar 2014

dwar in-notifika mir-Repubblika Slovakka ta’ pjan nazzjonali tranżitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

(notifikata bid-dokument C(2014) 59)

(It-test Slovakk biss huwa awtentiku)

(2014/25/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-Repubblika Slovakka ppreżentat lill-Kummissjoni l-pjan nazzjonali tranżitorju (TNP) tagħha fid-8 ta’ Jannar 2013 (2).

(2)

Matul il-valutazzjoni tagħha tal-kompletezza tat-TNP, il-Kummissjoni sabet xi inkonsistenzi bejn il-lista tal-impjanti inklużi fit-TNP u dawk irrappurtati mir-Repubblika Slovakka fl-inventarju tagħha dwar l-emissjonijiet għall-2009 skont id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

B’ittra tat-12 ta’ Ġunju 2013 (4), il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Slovakki biex jikkonfermaw li r-regoli ta’ aggregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/75/UE u d-definizzjoni ta’ “sigħat ta’ tħaddim” stabbilita fl-Artikolu 3(27) tad-Direttiva 2010/75/UE ġew applikati b’mod korrett. Il-Kummissjoni staqsiet ukoll biex tiġi provduta informazzjoni addizzjonali, partikularment kjarifika dwar kwalunkwe inkonsistenza bejn it-TNP u l-inventarju dwar l-emissjonijiet skont id-Direttiva 2001/80/KE.

(4)

Ir-Repubblika Slovakka ppreżentat lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Ġunju 2013 (5).

(5)

Skont l-analiżi tal-informazzjoni aġġornata, il-Kummissjoni, b’ittra tat-23 ta’ Lulju 2013 (6), talbet lill-awtoritajiet Slovakki biex jikkonfermaw li l-ebda impjant li bbenifika mid-deroga skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE ma kien inkluż fit-TNP. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-awtoritajiet Slovakki biex jivverifikaw għadd ta’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet użati għall-kalkoli u biex jipprovdu evidenza li l-kriterji li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tagħhom ġew issodisfati.

(6)

B’ittra tas-16 ta’ Awwissu 2013 (7), ir-Repubblika Slovakka infurmat lill-Kummisjoni li żewġ impjanti tneħħew mit-TNP. Għall-impjant “U.S. Steel Košice, s.r.o., boilers K1-K5”,ir-Repubblika Slovakka ċċarat li, għalkemm parti mill-impjant kienet soġġetta għad-deroga skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE tul numru ta’ snin, dik il-parti kienet mibnija mill-ġdid fl-2010. Għalhekk ir-Repubblika Slovakka argumentat li dan l-impjant jista’ jiġi inkluż fit-TNP. Ir-Repubblika Slovakka provdiet ukoll għadd ta’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet korretti, iżda għal żewġ impjanti ma ngħatat l-ebda ġustifikazzjoni għall-użu ta’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet speċifiċi.

(7)

B’ittra tas-27 ta’ Settembru 2013 (8), il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika Slovakka li, skont l-Artikolu 32(1)(d) tad-Direttiva 2010/75/UE, u mill-informazzjoni pprovduta, l-impjant “U.S. Steel Košice, s.r.o., boilers K1-K5”, li parti minnu ġie applikat mid-deroga skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE, ma setax ikun inkluż fit-TNP. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-awtoritajiet Slovakki biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar il-kontenut ta’ rmied tal-fjuwil likwidu mħaddem f’żewġ impjanti li għalih ġie applikat valur ta’ limitu tal-emissjonijiet tat-trab ta’ 100 mg/Nm3.

(8)

B’ittra tat-30 ta’ Settembru 2013 (9), ir-Repubblika Slovakka infurmat il-Kummissjoni li l-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet tat-trab użat għaż-żewġ impjanti ġie mnaqqas għal 50 mg/Nm3. Ir-Repubblika Slovakka provdiet informazzjoni addizzjonali biex tappoġġja l-argument li l-impjant “U.S. Steel Košice, s.r.o., boilers K1-K5” ma jaqax taħt l-Artikolu 32(1)(d) tad-Direttiva 2010/75/UE u jista’ jiġi inkluż fit-TNP.

(9)

Wara l-laqgħa bejn l-awtoritajiet Slovakki u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-11 ta’ Ottubru 2013, ir-Repubblika Slovakka, b’ittra tas-17 ta’ Ottubru 2013 (10) iċċarat iktar is-sitwazzjoni tal-impjant “U.S. Steel Košice, s.r.o., boilers K1-K5”, billi speċifikat li bojler wieħed kien qed japplika d-deroga skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE u billi pprovdiet deskrizzjoni teknika dettaljata tal-bidliet kollha li ġew introdotti għal dak il-bojler matul ir-rikostruzzjoni tiegħu fl-2010. Dan wera biċ-ċar li fl-2010 nbena bojler kompletament ġdid fl-impjant “U.S. Steel Košice, s.r.o., boilers K1-K5” wara li ġie żarmat u mibdul il-bojler li qabel kien suġġett għad-deroga skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE. Dan ifisser li l-impjant ikkonċernat ma jaqax taħt l-Artikolu 32(1)(d) tad-Direttiva 2010/75/UE u jista’ jkun inkluż fit-TNP b’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimetazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE (11).

(10)

Għaldaqstant, it-TNP ġie vvalutat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

(11)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni eżaminat il-konsistenza u l-korrettezza tad-dejta, is-suppożizzjonijiet u l-kalkoli li ntużaw għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull impjant ta’ kombustjoni kopert mit-TNP għal-limiti massimi tal-emissjonijiet stabbiliti fit-TNP, u analizzat jekk dan jinkludix objettivi u miri relatati, miżuri u skedi sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ biex jivvaluta l-konformità fil-futur.

(12)

Minbarra l-informazzjoni addizzjonali sottomessa, il-Kummissjoni sabet li l-limiti massimi tal-emissjonijiet għas-snin 2016 u 2019 ġew ikkalkulati bl-użu ta’ dejta u formoli xierqa u li l-kalkoli kienu korretti. Ir-Repubblika Slovakka pprovdiet biżżejjed informazzjoni dwar il-miżuri li se jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-limiti massimi tal-emissjonijiet, il-monitoraġġ u r-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tat-TNP.

(13)

Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-awtoritajiet Slovakki taw kas tad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

(14)

L-implimentazzjoni tat-TNP għandha tkun mingħajr preġudizzju għal liġijiet oħra nazzjonali u tal-Unjoni. B’mod partikolari, hi u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-permessi individwali għall-impjanti ta’ kombustjoni, ir-Repubblika Slovakka għandha tiżgura li ma tiġix kompromessal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti, fost l-oħrajn, fid-Direttiva 2010/75/UE, fid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(15)

L-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE jeżiġi li r-Repubblika Slovakka tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil sussegwenti fit-TNP. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dan it-tibdil ikunx konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fuq il-bażi tal-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE, ma hemmx oġġezzjonijiet kontra l-pjan nazzjonali tranżitorju li r-Repubblika Slovakka bagħtet lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Jannar 2013 skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, kif emendat skont l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta fl-27 ta’ Ġunju 2013, fis-16 ta’ Awwissu 2013, fit-30 ta’ Settembru 2013 u fis-17 ta’ Ottubru 2013 (14).

2.   Il-lista tal-impjanti koperti mill-pjan nazzjonali tranżitorju, is-sustanzi niġġiesa li għalihom dawn l-impjanti huma koperti, u l-limiti massimi ta’ emissjonijiet applikabbli huma stipulati fl-Anness.

3.   L-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tranżitorju mill-awtoritajiet Slovakki ma għandhiex teżenta lir-Repubblika Slovakka minn konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet minn impjanti ta’ kombustjoni individwali koperti mill-pjan, u ma’ korpi oħra rilevanti tal-liġi ambjentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk kwalunkwe tibdil sussegwenti li jsir fil-pjan nazzjonali tranżitorju, li r-Repubblika Slovakka tinnotifika fil-futur, ikunx konformi mad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  In-notifika mir-Repubblika Slovakka waslet għand il-Kummissjoni bil-posta elettronika fid-9 ta’ Jannar 2013, irreġistrata bin-numru ta’ referenza Ares (2013) 25811. B’ittra tad-9 ta’ Jannar 2013 (irreġistrata bin-numru ta’ referenza Ares (2013) 40113), il-Kummissjoni rċiviet spjegazzjoni mill-awtoritajiet Slovakki li minħabba problemi tekniċi fis-sistema tal-IT, fl-aħħar ta’ Diċembru 2012, il-verżjoni elettronika tat-TNP ma setgħetx tasal għand il-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2013, imma reġgħet intbagħtet immedjatament malli s-sistema tal-IT kienet operattiva mill-ġdid.

(3)  Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1),

(4)  Ares (2013) 1636798,

(5)  Ares (2013) 2533608.

(6)  Ares (2013) 2741492.

(7)  Ares (2013) 3001466.

(8)  Ares (2013) 3122053.

(9)  Ares (2013) 3198587.

(10)  Ares (2013) 3322372.

(11)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 52, 24.2.2012, p. 12),

(12)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(13)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22),

(14)  Il-verżjoni konsolidata tat-TNP ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Ottubru 2013 bin-numru ta’ reġistrazzjoni Ares(2013)3198587.


ANNESS

Lista ta’ impjanti inklużi fit-TNP

Numru

L-isem tal-impjant fit-TNP

Kapaċità termali nominali totali fil-31.12.2010 (MW)

Sustanzi li jniġġsu li huma koperti mit-TNP

SO2

NOx

trab

1

Bratislavská teplárenská, a.s. Tepláreň Juh

254

2

Bratislavská teplárenská, a.s., tepláreň západ

255

3

Continental Matador Rubber, s.r.o.

128

4

Slovnaft Petrochemicals, s.r.o.

111,41

5

U. S. Steel Košice, s.r.o., boilers K1-K5

917,3

6

U.S.Steel Košice, s.r.o., boiler K6

163,6

7

Zvolenská teplárenská, a.s. Tepláreň B

199


Limiti massimi tal-emissjonijiet (tunnellati)

 

2016

2017

2018

2019

1.1 – 30.6.2020

SO2

7 429

5 722

4 016

2 309

1 155

NOx

4 469

3 758

3 047

2 335

1 168

trab

430

343

257

170

85


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Jannar 2014

dwar in-notifika mir-Repubblika tas-Slovenja ta’ pjan nazzjonali tranżitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

(notifikata bid-dokument C(2014) 60)

(It-test bis-Sloven biss huwa awtentiku)

(2014/26/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5) fit-tieni subparagrafu tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat lill-Kummissjoni l-pjan nazzjonali tranżitorju (TNP) tagħha fl-14 ta’ Diċembru 2012 (2).

(2)

Waqt il-valutazzjoni tagħha tal-kompletezza ta’ dan it-TNP, il-Kummissjoni sabet li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni għal-limiti massimi tat-TNP għall-impjanti tal-kombustjoni li jinkludu tipi differenti ta’ unitajiet u/jew li jaħdmu bi fjuwils multipli ma kinetx applikata b’mod korrett u li għal impjant wieħed kienu użati żewġ metodi differenti biex tiġi stabbilità l-kontribuzzjoni għal-limiti massimi tal-SO2. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li ċerti fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu medju tar-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart annwali kienu għoljin wisq u li t-TNP ma jipprovdix miżuri speċifiċi biex jiżguraw li l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet applikabbli se jintlaħqu mill-1 ta’ Lulju 2020 ‘il quddiem.

(3)

Għalhekk b’ittra tat-8 ta’ Lulju 2013 (3), il-Kummissjoni talbet li l-awtoritajiet Sloveni jipprovdu d-dejta u l-informazzjoni nieqsa u jagħmlu r-rikalkulazzjonijiet neċċessarji.

(4)

B’ittra tas-26 ta’ Lulju 2013 (4), ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni

(5)

Wara aktar valutazzjoni tat-TNP u tal-informazzjoni addizzjonali li waslet, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra lir-Repubblika tas-Slovenja fit-30 ta’ Settembru 2013 (5) bit-talba li jiġu kkoreġuti l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet applikati għal impjant wieħed, biex tiġi provduta informazzjoni aktar dettaljata rigward il-fattur tal-konverżjoni użat għall-kalkolu ta’ volumi ta’ gassijiet ta’ skart u biex jiġi ċċarat liema metodu jista’ jintuża biex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-limiti tal-SO2 għal impjant wieħed meta jiġi użat fjuwil solidu indiġenu.

(6)

B’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2013 (6), ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat l-informazzjoni addizzjonali mitluba rigward il-korrezzjoni tal-valur ta’ limitu tal-emissjoni għal impjant wieħed, korrezzjoni ta’ fatturi tal-konverżjoni għall-bijomassa ta’ impjant ieħor, u l-konferma tal-applikazzjoni tal-inqas rata ta’ desulfurizzazzjoni għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-limitu tal-SO2 għal impjant wieħed f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE (7)

(7)

Għalhekk it-TNP ġie vvalutat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

(8)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni eżaminat il-konsistenza u l-korrettezza tad-dejta, tas-suppożizzjonijiet u tal-kalkoli użati biex ikunu determinati l-kontribuzzjonijiet ta’ kull impjant ta’ kombustjoni kopert mit-TNP għal-limiti massimi tal-emissjonijiet stabbiliti fit-TNP, u analizzat jekk dan jinkludix għanijiet u miri relatati, miżuri u skedi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ sabiex jivvaluta l-konformità fil-futur.

(9)

Barra l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata, il-Kummissjoni sabet li l-limiti massimi tal-emissjonijiet għas-snin 2016 u 2019 ġew ikkalkulati skont użu ta’ dejta xierqa u l-formoli u l-kalkoli kienu korretti. Ir-Repubblika tas-Slovenja tat biżżejjed informazzjoni rigward il-miżuri li se jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-limiti massimi tal-emissjonijiet, il-monitoraġġ u r-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tat-TNP.

(10)

Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-awtoritajiet Sloveni ħadu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

(11)

Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni tat-TNP għandha tkun bla ħsara għal liġijiet oħra nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. B’mod partikolari, meta jiġu ffissati l-kondizzjonijiet għall-permess individwali għall-impjanti tal-kombustjoni koperti bit-TNP, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tiżgura li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti, inter alia, fid-Direttiva 2010/75/UE, id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) ma tkunx perikolata.

(12)

L-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE jitlob lir-Repubblika tas-Slovenja biex tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fit-TNP. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-bidliet jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Abbażi tal-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE, ma tqajmux oġġezzjonijiet kontra l-pjan nazzjonali tranżitorju, li r-Repubblika tas-Slovenja nnotifikat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2012 skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, kif emendata skont l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta fis-26 ta’ Lulju 2013 u fis-7 ta’ Ottubru 2013 (10).

2.   Il-lista tal-impjanti koperti mill-pjan nazzjonali tranżitorju, il-kontaminanti li għalihom dawk l-impjanti huma koperti, u l-limiti massimi ta’ emissjoni applikabbli huma stipulati fl-Anness.

3.   L-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tranżitorju mill-awtoritajiet Sloveni ma għandhiex teżenta lir-Repubblika tas-Slovenja mill-konformità tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE li jikkonċernaw l-emissjonijiet minn impjanti individwali ta’ kombustjoni koperti mill-pjan, u ta’ korpi rilevanti oħrajn tal-liġi ambjentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk xi bidliet sussegwenti fil-pjan nazzjonali tranżitorju notifikati mir-Repubblika tas-Slovenja jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  In-notifika mir-Repubblika tas-Slovenja waslet permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Diċembru 2012 irreġistrata bir-referenza Ares (2012) 1498533.

(3)  Ares (2013) 2585617.

(4)  Ares (2013) 2843478.

(5)  Ares (2013) 3134404.

(6)  Ares (2013) 3206629.

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 52, 24.2.2012, p. 12)

(8)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

(10)  Il-verżjoni konsolidata tat-TNP ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Novembru 2013 bin-numru ta’ reġistrazzjoni Ares (2013) 3409853.


ANNESS

Lista ta’ impjanti inklużi fit-TNP

Numru

L-isem tal-impjant fit-TNP

Kapaċità termali nominali totali fil-31.12.2010 (MW)

Sustanzi li jniġġsu li huma koperti mit- TNP

SO2

NOx

trab

1

TE-TOL D Ljubljana

481

2

TET F Trbovlje

350

3

VIPAP R Krško

56

4

VIPAP S Krško

60,7


Limiti massimi tal-emissjonijiet (tunnellati)

Is-sustanza li tniġġes

2016

2017

2018

2019

1.1 – 30.6.2020

SO2

5 872

4 608

3 344

2 079

1 040

NOx

3 901

3 057

2 214

1 371

686

trab

647

477

307

136

68


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/41


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Jannar 2014

dwar għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għas-sena 2014 lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2014) 104)

(It-testi bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bl-Olandiż, u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2014/27/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 31(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 84 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-“Regolament Finanzjarju”) u l-Artikolu 94 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-“Regoli ta’ Applikazzjoni”), l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nfiq mill-baġit u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati s-setgħat mill-Istituzzjoni.

(2)

Is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw u approvaw il-programm ta’ ħidma u l-istimi tal-baġit korrispondenti ppreżentati fl-2013 mil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għas-sena 2014.

(3)

Għaldaqstant, għandha tingħata għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE maħtura sabiex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet provduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Ir-rata ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-limitu tal-ammont tal-għajnuna finanzjarja mill-UE mogħtija bid-Deċiżjoni preżenti.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 135/2013 (5) jistipula r-regoli ta’ eliġibbiltà għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-UE. Dan jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant, 3 kelliema mistiedna u 10 rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fil-laqgħat ta’ ħidma. Għandhom jingħataw derogi għal dan il-limitu lil xi laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea li jeħtieġu s-sostenn għall-attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta’ ħidma. B’mod partikolari, id-derogi jistgħu jinkisbu fil-każ li laboratorju ta’ referenza tal-UE jieħu t-tmexxija u r-responsabbiltà meta tiġi organizzata laqgħa ta’ ħidma ma’ laboratorju ta’ referenza ieħor tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Għas-sitt laboratorji ta’ referenza tal-UE maħtura fi ħdan iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, ir-relazzjoni hi stabbilita f’arranġament amministrattiv annwali li hu sostnut minn programm ta’ ħidma u baġit tiegħu peress li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi huma t-tnejn servizzi tal-Kummissjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Laboratoire de sécurité des aliments(LSA), de l’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 360 000;

(b)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-Listeria monocytogenes, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 413 000;

(c)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-iStaphylococci Koagulażi pożittivi, inkluz l-iStaphylococcus aureus, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 359 000.

Artikolu 2

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi, għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 497 000.

Artikolu 3

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Vigo, Spanja għall-monitoraġġ ta’ bijotossini marini.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 330 000.

Artikolu 4

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth, ir-Renju Unit, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 344 000;

(b)

għall-mard tal-krustaċi, dik l-għajnuna finanzjara ma għandhiex taqbeż il-EUR 160 000.

Artikolu 5

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Istituto Superiore di Sanità (ISS), Ruma, l-Italja, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-Escherichia Coli, inkluż l-E. Coli Verotossiġeniku (VTEC), dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 344 000;

(b)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-parassiti (b’mod partikolari t-Trichinella, Echinococcus u l-Anisakis), dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 377 000;

(c)

għar-residwi ta’ ċerti sustanzi li jissemmew fil-punt 12(d) tat-Taqsima I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 330 000.

Artikolu 6

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala, l-Isvezja, għall-monitoraġġ tal-Campylobacter.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 423 000.

Artikolu 7

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, id-Danimarka, għall-monitoraġġ ta’ reżistenza antimikrobika.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 517 000.

Artikolu 8

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), Addlestone, ir-Renju Unit, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 317 000;

(b)

b’deroga għall-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011 (6) kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 135/2013 u, fir-rigward tal-laqgħa ta’ ħidma relatata mal-attività imsemmija qabel, il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għandu jkun intitolat li jiddikjara għajnuna finanzjarja għall-attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant;

(c)

għall-marda Newcastle, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 113 000;

(d)

għall-influwenza tat-tjur, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 403 000.

Artikolu 9

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Gembloux, il-Belġju, għall-analiżi u l-ittestjar tal-proteini tal-annimali fl-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 599 000.

Artikolu 10

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Laboratoire de Fougères, de L’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Fougères, Franza, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fil-punt 12(b) tat-Taqsima I tal-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 512 000.

Artikolu 11

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), Berlin, il-Ġermanja, għal residwi ta’ ċerti sustanzi li jissemmew fil-punt 12(c) tas-Sezzjoni I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 512 000.

Artikolu 12

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil RIKILT – Institute for Food Safety, part of Wageningen University & Research Centre, Wageningen, il-Pajjiżi l-Baxxi, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fil-punt 12(a) tat-Taqsima I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 512 000.

Artikolu 13

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali u komoditajiet b’kontenut għoli ta’ xaħam, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 244 000;

(b)

għall-analiżi u l-ittestjar tad-diossini u l-poliklorobifenil fl-għalf u fl-ikel, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 510 000.

Artikolu 14

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Søborg, id-Danimarka, għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi tal-pestiċidi fiċ-ċereali u fl-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 257 000.

Artikolu 15

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Almeria, Spanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidi fil-frott u l-ħxejjex, inklużi l-komoditajiet b’kontenut għoli ta’ ilma u aċidu.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 440 000.

Artikolu 16

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji permezz ta’ metodi monoresidwi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 428 000.

Artikolu 17

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Laboratorio Central de Veterinaria (LCV) de Algete, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Algete (Madrid), Spanja, għall-marda Afrikana taż-żwiemel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 110 000.

Artikolu 18

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Institute (li qabel kien AFRC Institute for Animal Health), Pirbright, ir-Renju Unit, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

għall-marda vesikulari tal-ħnieżer, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 61 000;

(b)

għall-marda tal-ilsien blu, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 266 000;

(c)

għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 396 000;

Artikolu 19

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Aarhus, id-Danimarka, għall-mard tal-ħut.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 350 000.

Artikolu 20

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil IFREMER, La Tremblade, Franza, għall-mard tal-molluski bivalvi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 200 000.

Artikolu 21

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, Hannover, il-Ġermanja, għad-deni klassiku tal-ħnieżer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 388 000.

Artikolu 22

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Spanja, għad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 317 000.

Artikolu 23

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil INTERBULL Centre, Department of Animal Breeding and Genetics - SLU, Swedish University of Agricultural Sciences, Uppsala, l-Isvezja, għall-kollaborazzjoni biex jiġu uniformizzati l-metodi ta’ ttestjar u l-valutazzjoni tar-riżultati għall-annimali tat-tgħammir ta’ razza pura tal-ispeċi bovina.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 150 000.

Artikolu 24

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil ANSES, Laboratoire de santé animale, Maisons-Alfort, Franza, għall-bruċellożi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 299 000.

Artikolu 25

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil ANSES, Laboratoire de santé animale, Maisons Alfort/Laboratoire de pathologie équine, Dozulé, Maisons-Alfort, Franza, għall-mard taż-żwiemel ħlief għall-Marda Afrikana taż-Żwiemel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 559 000.

Artikolu 26

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil ANSES, Laboratoire de la rage et de la faune sauvage, Malzéville, Franża, għall-marda tal-idrofobija.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 282 000.

Artikolu 27

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Centro de Vigilancia Sanitaria Veterinaria (VISAVET), Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, għat-tuberkulożi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 260 000.

Artikolu 28

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil ANSES, Laboratoire de Sophia-Antipolis, Sophia-Antipolis, Franza, għas-saħħa tan-naħal.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 422 000.

Artikolu 29

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Geel, il-Belġju, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

l-attivitajiet relatati mal-metalli tqal fl-għalf u l-ikel; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 239 000.

(b)

l-attivitajiet relatati mal-Mikotossini; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 271 000;

(c)

l-attivitajiet relatati mal-Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi (IAP); dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 269 000;

(d)

l-attivitajiet relatati mal-addittivi użati fin-nutrizzjoni tal-annimali; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 71 000;

Artikolu 30

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Kummissjoni Ewropea, Ispra, l-Italja, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014:

(a)

l-attivitajiet relatati mal-Materjali u l-Artikoli f’kuntatt mal-ikel; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 380 000;

(b)

l-attivitajiet relatati mal-OĠM; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 410 000;

Artikolu 31

Ir-rata ta’-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni msemmija fl-Artikoli 1 sa 30 għandha tkun ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-limitu tal-ammont tal-għajnuna finanzjarja mill-UE mogħtija lid-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 32

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 33

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil-laboratorji elenkati fl-Anness.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall- baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 135/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011 għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (ĠU L 46, 19.2.2013, p. 8).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (ĠU L 241, 17.9.2011, p. 2).


ANNESS

Laboratoire de sécurité des aliments (LSA), de l’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, Franza,

Ir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, Postbus 1, 3720 BA Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi,

Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Estación Marítima, s/n, 36200 Vigo, Spanja,

Laboratory of the Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, Barrack Road, The Nothe, Weymouth, DT4 8UB, ir-Renju Unit,

Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, l-Italja,

Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Ulls väg 2 B, SE-751 89 Uppsala, fl-Isvezja,

Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Bülowsvej 27, 1790 Kopenħagen, id-Danimarka,

Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), Weybridge, New Haw, Addelstone KT15 3NB, ir-Renju Unit,

Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Chaussée de Namur 24, 5030 Gembloux, il-Belġju,

Laboratoire de Fougères, de L’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), 10B rue Claude Bourgelat, Javené, CS40608, 35306 Fougères, Franza,

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), Mauerstraße 39-42, 10117 Berlin, il-Ġermanja,

RIKILT – Institute for Food Safety, part of Wageningen University & Research Centre, Akkermaalsbos 2, Building No 123, 6708 WB Wageningen, il-Pajjiżi l-Baxxi,

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstraße 5, 79114 Freiburg, il-Ġermanja,

Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Mørkhoej Bygade 19, 2860 Søborg, id-Danimarka,

Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Ctra. Sacramento s/n, La Cañada de San Urbano, 04120 Almería, Spanja;

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Schaflandstraße 3/2, 70736 Stuttgart, il-Ġermanja,

Laboratorio Central de Veterinaria (LCV) de Algete, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. M-106, km 1,4, 28110 Algete (Madrid), Spanja,

Il-bright Institute (li qabel kien AFRC Institute for Animal Health), Pirbright Laboratory, Woking, Pirbright GU24 ONF, ir-Renju Unit,

The Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Hangøvej 2, 8200-Århus, id-Danimarka,

IFREMER, Avenue Mus de Loup, Ronce les Bains, 17390 La Tremblade, Franza,

Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, Bischofsholer Damm 15, 30173 Hannover, il-Ġermanja,

Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja,

INTERBULL Centre, Department of Animal Breeding and Genetics - SLU, Swedish University of Agricultural Sciences, Undervisningsplan E1-27, SE-750 07 Uppsala, l-Isvezja,

ANSES, Laboratoire de santé animale, 23 avenue du Général de Gaulle, 94706 Maisons-Alfort, Alfort, Franza

ANSES, Laboratoire de santé animale, Maisons-Alfort/Laboratoire de pathologie équine, Dozulé, 23 avenue du Général de Gaulle, 94706 Maisons-Alfort, Franza,

ANSES, Laboratoire de la rage et de la faune sauvage, Domaine de Pixérécourt, 54220 Malzéville, Franza,

Centro de Vigilancia Sanitaria Veterinaria (VISAVET), Universidad Complutense de Madrid, Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040 Madrid, Spanja,

ANSES, Laboratoire de Sophia-Antipolis, 105 Route des Chappes, les Templiers, 06902 Sophia-Antipolis, Franza,

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Retieseweg 111, 2440 Geel il-Belġju,

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Via E. Fermi 2749, 21027 Ispra, l-Italja.


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/47


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranija ittrasferiti

(BĊE/2013/26)

(2014/28/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-ponderazzjoni ġdida assenjata lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital”).

(2)

L-aġġustamenti għall-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital u l-bidliet li jirriżultaw fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE jagħmlu neċessarju li jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE jkun ikkredita skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem il-“BĊNi taż-żona tal-euro”) u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ assi ta’ riżerva barranja minn BĊNi taż-żona tal-euro lill-BĊE (minn hawn ‘il quddiem il-“klejms”). Dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-klejms tagħhom jiżdiedu minħabba iż-żieda fil-ponderazzjoni tagħhom fl-iskema tal-kapital mill-1 ta’ Jannar 2014 għandhom għaldaqstant iwettqu trasferiment ta’ kumpens lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jwettaq trasferiment ta’ kumpens lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li l-klejms tagħhom jonqsu minħabba tnaqqis fil-ponderazzjoni tagħhom fl-iskema tal-kapital.

(3)

Skont il-prinċipji ġenerali tal-ġust, tat-trattament ugwali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li huma l-bażi tal-Istatut, dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti msemmija aktar ‘il fuq għandhom ukoll iwettqu trasferiment ta’ kumpens lil dawk il-BĊNi taż-żona tal-euro li jonqsulhom l-ishma relattivi tagħhom.

(4)

Il-ponderazzjoni rispettiva ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fl-iskema tal-kapital sal-31 ta’ Diċembru 2013 u b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 għandha tiġi espressa bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi kollha traż-żona tal-euro bl-iskop li jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE.

(5)

Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/15 tal-21 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-BĊE u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta’ rizerva barranija ttrasferiti (2), mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/15.

(6)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (3), skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (4) ser tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“valur akkumulat tal-ekwità” tfisser it-total tar-riżervi, kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti tal-BĊE ekwivalenti għal riżervi kif ikkalkulat mill-BĊE fil-31 ta’ Diċembru 2013. Ir-riżervi u dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-“valur akkumulat tal-ekwità”, il-fond ta’ rierva ġenerali u l-provvista għar-rata ta’ kambju barrani, rata ta’ imgħax, riskji tal-kreditu u riskji tal-prezz tad-deheb;

(b)

“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta’ negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2013.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni għar-rizervi u l-provvisti tal-BĊE

1.   Jekk is-sehem ta’ xi BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jiżdied minħabba ż-żieda fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.

2.   Jekk is-sehem ta’ BĊN taż-żona tal-euro fil-valur akkumulat tal-ekwità jonqos minħabba t-tnaqqis fil-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi l-ammont iddeterminat skont il-paragrafu 3 mingħand il-BĊE fid-data tat-trasferiment.

3.   Fil-jum jew qabel il-jum li fih il-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2013, il-BĊE jikkalkula u jikkonferma lil kul BĊN ta-ona tal-euro jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro lill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN taż-żona tal-euro jirċievi mill-BĊE fejn japplika l-paragrafu 2. Mingħajr ħsara għat-tqarrib, kull ammont li jrid jiġi ttrasferit jew riċevut jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-valur akkumulat tal-ekwità bid-differenza assoluta bejn il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-31 ta’ Diċembru 2013 u l-ponderazzjoni tiegħu fl-iskema tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 bid-diviżjoni tar-riżultat b’100.

4.   Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f’euro fl-1 ta’ Jannar 2014 iżda għandu jiġi ttrasferit b’mod effettiv fid-data tat-trasferiment.

5.   Fid-data tat-trasferiment, kull BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll b’mod separat kull imgħax li jiddekorri matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data tat-trasferiment fuq kull wieħed mill-ammonti rispettivi dovuti minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro u mill-BĊE. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

6.   Jekk il-valur akkumulat tal-ekwità jkun ta’ anqas minn żero, għandu jsir saldu tal-ammonti li jkollhom jiġu ttrasferiti jew riċevuti skont il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 fid-direzzjonijiet opposti għal dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.

Artikolu 3

Aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti

1.   Billi l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti għal-Latvijas Bankas ser ikunu rregolati minn deċiżjoni separata tal-Kunsill Governattiv dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet minn Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew, dan l-Artikolu jirregola l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti mill-BĊNi l-oħra taż-żona tal-euro.

2.   Il-klejms tal-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jiġu aġġustati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 skont il-ponderazzjonijiet aġġustati tagħhom fl-iskema tal-kapital. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi taż-żona tal-euro b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 qed jintwera fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Kull BĊN taż-żona tal-euro, bis-saħħa ta’ din id-dispozizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità' jew att ieħor, jitqies li fl-1 ta’ Jannar 2014 ikun ittrasferixxa jew irċieva il-valur assolut tal-klejm (f’euro) imnizzel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċizjoni, fejn “-” għandha tirreferi għal klejm li l-BĊN taż-żona tal-euro għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

4.   Fl-ewwel jum ta’ negozju tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta’ Jannar 2014, kull BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut tal-ammont (f’euro) imniżżel ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” jirreferi għal ammont li l-BĊN taż-żona tal-euro jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN taż-żona tal-euro.

5.   Fl-ewwel jum ta’ negozju tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2014, kull BĊN taż-żona tal-euro jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skont il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll b’mod separat kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammont rispettiv dovut minn dak il-BĊN taż-żona tal-euro jew mill-BĊE matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data ta’ dan it-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 3(5) jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.

2.   Kull trasferiment bis-saħħa tal-Artikolu 2(1), (2) u (5), l-Artikolu 3(4) u (5) iseħħ separatament permezz tat-TARGET2.

3.   Il-BĊE u l-BĊNi taż-żona tal-euro li huma obbligati li jwettqu xi wieħed mit-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, fiż-żmien dovut, jagħtu l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex dawn it-trasferimenti jitwettqu fil-ħin u kif għandu jkun.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/15 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Madankollu, ir-revoka hija mingħajr ħsara għall-implimentazzjoni tar-rekwiiti kollha fl-Artikolu 4 tad-Deċijoni BĊE/2013/15.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/15 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 9.

(3)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.

(4)  Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir- Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).


ANNESS

KLEJMS EKWIVALENTI GĦALL-ASSI TA’ RIZERVA BARRANIJA TTRASFERITI LILL-BĊE

(f’EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

Klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, fit-31 ta’ Diċembru 2013

Klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranija ttrasferiti lill-BĊE, mill-1 ta’ Jannar 2014

Ammont tat-trasferiment

Nationale Bank van België/Banque nationale de Belgique

1 401 024 414,99

1 435 910 942,87

34 886 527,88

Deutsche Bundesbank

10 871 789 515,48

10 429 623 057,57

– 442 166 457,91

Eesti Pank

103 152 856,50

111 729 610,86

8 576 754,36

Central Bank of Ireland

643 894 038,51

672 637 755,83

28 743 717,32

Bank of Greece

1 129 060 170,31

1 178 260 605,79

49 200 435,48

Banco de España

4 782 873 429,96

5 123 393 758,49

340 520 328,53

Banque de France

8 190 916 316,35

8 216 994 285,69

26 077 969,34

Banca d’Italia

7 218 961 423,55

7 134 236 998,72

–84 724 424,83

Central Bank of Cyprus

77 248 740,29

87 679 928,02

10 431 187,73

Latvijas Banka

0,00

163 479 892,24  (1)

163 479 892,24

Banque centrale du Lussemburgu

100 776 863,74

117 640 617,24

16 863 753,50

Bank Ċentrali ta’ Malta

36 798 912,29

37 552 275,85

753 363,56

De Nederlandsche Bank

2 298 512 217,57

2 320 070 005,55

21 557 787,98

Oesterreichische Nationalbank

1 122 511 702,45

1 137 636 924,67

15 125 222,22

Banco de Portugal

1 022 024 593,93

1 010 318 483,25

–11 706 110,68

Banka Slovenije

189 499 910,53

200 220 853,48

10 720 942,95

Národná banka Slovenska

398 761 126,72

447 671 806,99

48 910 680,27

Suomen Pankki

721 838 191,31

728 096 903,95

6 258 712,64

Total (2)

40 309 644 424,48

40 553 154 707,06

243 510 282,58


(1)  Irid jiġi ttrasferit b’effett mid-dati stipulati fid-Deċiżjoni BĊE/2013/53 tal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħlas fil-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet mil-Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/51


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2013/27)

(2014/29/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, il-ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”).

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (2), b’mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (3) ser tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (4) jiddefinixxi l-“iskema ta distribuzzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013. Peress li ser tapplika ponderazzjoni ġdida tal-iskema tal-kapital mill-1 ta’ Jannar 2014, u peress li l-Latvja ser tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2014, jeħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

1.   L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija mibdula b’dan li ġej:

“L-Anness ma’ din id-Deċizjoni jispeċifika l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014.”

2.   L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.

(3)  Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hi msejsal-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(4)  ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26.


ANNESS

“ANNESS I

SKEMA TAL-ALLOKAZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2014

Il-Bank Ċentrali Ewropew

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,2575  %

Deutsche Bundesbank

23,6605  %

Eesti Pank

0,2535  %

Central Bank of Ireland

1,5260  %

Bank of Greece

2,6730  %

Banco de España

11,6230  %

Banque de France

18,6415  %

Banca d’Italia

16,1850  %

Central Bank of Cyprus

0,1990  %

Latvijas Banka

0,3710  %

Banque centrale du Lussemburgu

0,2670  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0850  %

De Nederlandsche Bank

5,2635  %

Oesterreichische Nationalbank

2,5810  %

Banco de Portugal

2,2920  %

Banka Slovenije

0,4540  %

Národná banka Slovenska

1,0155  %

Suomen Pankki

1,6520  %

TOTAL

100,0000  %”


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/53


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2013/28)

(2014/30/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikoli 29.4 u 29.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013 il-ponderazzjoni assenjata lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Lulju 2013 fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament).

(2)

L-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeħtieġ li l-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tiġi aġġustata kull ħames snin wara l-istabbiliment tas-SEBĊ b’analoġija għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut. Il-ponderazzjoni aġġustata tal-iskema tal-kapital tapplika b’effett mill-ewwel jum tas-sena wara dak meta jseħħ l-aġġustament.

(3)

L-aħħar aġġustament tal-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital hija skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2008 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 (2). L-espansjoni sussegwenti tal-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital tal-BĊE saret skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ bil-għan tal-adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid għall-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta’ Lulju 2003, dwar id-dejta statistika li għandha tintuża għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), il-Kummisjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE bid-dejta statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni tal-iskema tal-kapital aġġustata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tqarrib

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi dejta statistika reveduta sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta’ anqas minn 100 %, billi jizdied 0,0001 ta’ punt perċentwali mal-izgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % ezatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100 %.

Artikolu 2

Ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital

Il-ponderazzjoni assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014:

Nationale Bank van België/Banque nationale de Belgique

2,4778  %

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

0,8590  %

Česká národní banka

1,6075  %

Danmarks Nationalbank

1,4873  %

Deutsche Bundesbank

17,9973  %

Eesti Pank

0,1928  %

Central Bank of Ireland

1,1607  %

Bank of Greece

2,0332  %

Banco de España

8,8409  %

Banque de France

14,1792  %

Hrvatska narodna banka

0,6023  %

Banca d’Italia

12,3108  %

Central Bank of Cyprus

0,1513  %

Latvijas Banka

0,2821  %

Lietuvos bankas

0,4132  %

Banque centrale du Lussemburgu

0,2030  %

Magyar Nemzeti Bank

1,3798  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0648  %

De Nederlandsche Bank

4,0035  %

Oesterreichische Nationalbank

1,9631  %

Narodowy Bank Polski

5,1230  %

Banco de Portugal

1,7434  %

Banca Națională a României

2,6024  %

Banka Slovenije

0,3455  %

Národná banka Slovenska

0,7725  %

Suomen Pankki

1,2564  %

Sveriges riksbank

2,2729  %

Bank of England

13,6743  %

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/17 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15.

(2)  Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15).

(4)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/55


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas

(BĊE/2013/29)

(2014/31/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall–aġġustament tal-ponderazzjoni assenjata lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament). Dan l-aġġustament jirrikjedi l-Kunsill Governattiv li jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-31 ta’ Diċembru 2013 sabiex jiżgura li d-distribuzzjoni ta’ dawn l-ishma jikkorrispondi għall-aġġustamenti magħmula. Bl-istess mod, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/18 tal-21 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/30 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (3) tiddetermina kif u sa liema punt il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro”) huma taħt obbligu li jħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema tal-kapital estiża. Id-Deċiżjoni BĊE/2013/31 tat-30 ta’ Awwissu 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) huma taħt obbligu li jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 minħabba l-iskema tal-kapital estiża.

(3)

Il-BĊNi taż-żona tal-euro, bl-eċċezzjoni tal-Latvijas Banka, diġà ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif mitlub skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/19 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (5). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30 jistipula illi l-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jew jittrasferixxu ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievu ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30.

(4)

Barra minn hekk, deċiżjoni separata tal-Kunsill Governattiv dwar il-ħlas fil-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riservi barranin u kontribuzzjonijiet mil-Latvijas Banka lir-riservi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew se jistabbilixxu li l-Latvijas Banka, li se jkun BĊN taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2014, huwa taħt l-obbligu li jħallas is-sehem li jifdal għas-sottoskrizzjoni tiegħu tal-kapital tal-BĊE sabiex jintlaħqu l-ammonti li qed jintwerew ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30, meta tiġi kkunsidrata l-iskema tal-kapital estiża.

(5)

Bl-istess mod, il-BĊNi taż-żona tal-euro diġa’ ħallsu persentaġġ tal-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (6). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 jistipula illi kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/31,

AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Trasferiment ta’ ishma tal-kapital

Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jkun issottoskriva fil-31 ta’ Diċembru 2013, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jissottoskrivi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital stipulata fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/28, il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta’ trasferimenti minn u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma tal-kapital b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 tikkorrispondi mal-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, kull BĊN għandu, bis-saħħa ta’ dan l-Artiklu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalità jew atti, jitqies li jkun jew ittrasferixxa jew irċieva, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, fejn is-sinjal “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u s-sinjal “-” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Meta wieħed iqis l-ammont tal-kapital li kull BĊN ħallas u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 bis-saħħa tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/30 għall-BĊNi taż-żona tal-euro u tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/31 għall-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro rispettivament, fl-ewwel jum ta’ negozju tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) wara l-1 ta’ Jannar 2014 kull BĊN għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u s-sinjal “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

2.   Fl-ewwel jum ta’ negozju tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2014, il-BĊE u l-BĊNi li huma taħt l-obbligu li jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 1 għandhom kull wieħed jittrasferixxu separatament kull imgħax fuq l-ammonti rispettivi dovuti li jakkumula tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data tat-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET2.

2.   Meta BĊN ma jkollux aċċess għat-TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom jiġu ttrasferiti billi jiġi kkreditat kont li l-BĊE jew BĊN jidentifika fi żmien adegwat.

3.   Kull imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(2) għandu jiġi kkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkulazzjoni fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta’ imgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jagħmlu trasferiment skont l-Artikolu 2 għandhom, maż-żmien, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dan it-trasferiment fil-ħin.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/18 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/18 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 17.

(3)  Ara paġna 61 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 63 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 23.

(6)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 25.


ANNESS I

IL-KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNI

(f’EUR)

 

Sehem sottoskritt fil-31 ta’ Diċembru 2013

Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Jannar 2014

Sehem li jrid jiġi ttrasferit

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 705 370,91

268 222 025,17

6 516 654,26

Deutsche Bundesbank

2 030 803 801,28

1 948 208 997,34

–82 594 803,94

Eesti Pank

19 268 512,58

20 870 613,63

1 602 101,05

Central Bank of Ireland

120 276 653,55

125 645 857,06

5 369 203,51

Bank of Greece

210 903 612,74

220 094 043,74

9 190 431,00

Banco de España

893 420 308,48

957 028 050,02

63 607 741,54

Banque de France

1 530 028 149,23

1 534 899 402,41

4 871 253,18

Banca d’Italia

1 348 471 130,66

1 332 644 970,33

–15 826 160,33

Central Bank of Cyprus

14 429 734,42

16 378 235,70

1 948 501,28

Latvijas Banka

29 682 169,38

30 537 344,94

855 175,56

Banque centrale du Lussemburgu

18 824 687,29

21 974 764,35

3 150 077,06

Bank Ċentrali ta’ Malta

6 873 879,49

7 014 604,58

140 725,09

De Nederlandsche Bank

429 352 255,40

433 379 158,03

4 026 902,63

Oesterreichische Nationalbank

209 680 386,94

212 505 713,78

2 825 326,84

Banco de Portugal

190 909 824,68

188 723 173,25

–2 186 651,43

Banka Slovenije

35 397 773,12

37 400 399,43

2 002 626,31

Národná banka Slovenska

74 486 873,65

83 623 179,61

9 136 305,96

Suomen Pankki

134 836 288,06

136 005 388,82

1 169 100,76

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

93 571 361,11

92 986 810,73

– 584 550,38

Česká národní banka

157 384 777,79

174 011 988,64

16 627 210,85

Danmarks Nationalbank

159 712 154,31

161 000 330,15

1 288 175,84

Hrvatska narodna banka

64 354 667,03

65 199 017,58

844 350,55

Lietuvos bankas

44 306 753,94

44 728 929,21

422 175,27

Magyar Nemzeti Bank

148 735 597,14

149 363 447,55

627 850,41

Narodowy Bank Polski

525 889 668,45

554 565 112,18

28 675 443,73

Banca Națională a României

264 660 597,84

281 709 983,98

17 049 386,14

Sveriges riksbank

244 775 059,86

246 041 585,69

1 266 525,83

Bank of England

1 562 265 020,29

1 480 243 941,72

–82 021 078,57

Total (1)

10 825 007 069,61

10 825 007 069,61

0,00


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


ANNESS II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNI

(f’EUR)

 

Sehem imħallas fil- 31 ta’ Diċembru 2013

Sehem imħallas mill-1 ta’ Jannar 2014

Ammont ta’ ħlas ittrasferit

BĊN taż-żona tal-euro

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 705 370,91

268 222 025,17

6 516 654,26

Deutsche Bundesbank

2 030 803 801,28

1 948 208 997,34

–82 594 803,94

Eesti Pank

19 268 512,58

20 870 613,63

1 602 101,05

Central Bank of Ireland

120 276 653,55

125 645 857,06

5 369 203,51

Bank of Greece

210 903 612,74

220 094 043,74

9 190 431,00

Banco de España

893 420 308,48

957 028 050,02

63 607 741,54

Banque de France

1 530 028 149,23

1 534 899 402,41

4 871 253,18

Banca d’Italia

1 348 471 130,66

1 332 644 970,33

–15 826 160,33

Central Bank of Cyprus

14 429 734,42

16 378 235,70

1 948 501,28

Latvijas Banka

1 113 081,35

30 537 344,94

29 424 263,59

Banque centrale du Lussemburgu

18 824 687,29

21 974 764,35

3 150 077,06

Bank Ċentrali ta’ Malta

6 873 879,49

7 014 604,58

140 725,09

De Nederlandsche Bank

429 352 255,40

433 379 158,03

4 026 902,63

Oesterreichische Nationalbank

209 680 386,94

212 505 713,78

2 825 326,84

Banco de Portugal

190 909 824,68

188 723 173,25

–2 186 651,43

Banka Slovenije

35 397 773,12

37 400 399,43

2 002 626,31

Národná banka Slovenska

74 486 873,65

83 623 179,61

9 136 305,96

Suomen Pankki

134 836 288,06

136 005 388,82

1 169 100,76

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 508 926,04

3 487 005,40

–21 920,64

Česká národní banka

5 901 929,17

6 525 449,57

623 520,40

Danmarks Nationalbank

5 989 205,79

6 037 512,38

48 306,59

Hrvatska narodna banka

2 413 300,01

2 444 963,16

31 663,15

Lietuvos bankas

1 661 503,27

1 677 334,85

15 831,58

Magyar Nemzeti Bank

5 577 584,89

5 601 129,28

23 544,39

Narodowy Bank Polski

19 720 862,57

20 796 191,71

1 075 329,14

Banca Națională a României

9 924 772,42

10 564 124,40

639 351,98

Sveriges riksbank

9 179 064,74

9 226 559,46

47 494,72

Bank of England

58 584 938,26

55 509 147,81

–3 075 790,45

Total (1)

7 653 244 410,99

7 697 025 340,21

43 780 929,22


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/61


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Awwissu 2013

dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(BĊE/2013/30)

(2014/32/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 28.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/19 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (1) tiddetermina kif u sa liema punt il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi taż-żona tal-euro“) kienu taħt obbligu li jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-1 ta’ Lulju 2013.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 il-ponderazzjoni ġdida assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital”).

(3)

Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kapital sottoskritt tal-BĊE ser ikun ta’ EUR 10 825 007 069,61.

(4)

L-aġġustament tal-iskema tal-kapital tal-BĊE jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/19 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, u li tiddetermina kif u sa liema punt il-BĊNi taż-żona tal-euro huma taħt obbligu li jħallsu l-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(5)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (3), b’mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (4) ser tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(6)

L-obbligu tal-Latvijas Banka li jħallas is-sehem li jifdal għas-sottoskrizzjoni tiegħu tal-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, meta tiġi kkunsidrata l-iskema tal-kapital estiża, ser jitniżżel f’deċiżjoni separata tal-Kunsill Governattiv dwar il-ħlas fil-kapital, it-trasferiment ta’ assi u riservi barranin u kontribuzzjonijiet mill-Latvijas Banka lir-riservi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jħallas is-sottoskrizzjoni sħiħa tiegħu fil-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Meta tiġi kkunsidrata l-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital stipulat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/28, kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jkollu total tal-kapital sottoskritt u mħallas li huwa l-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN taż-żona tal-euro

EUR

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

268 222 025,17

Deutsche Bundesbank

1 948 208 997,34

Eesti Pank

20 870 613,63

Central Bank of Ireland

125 645 857,06

Bank of Greece

220 094 043,74

Banco de España

957 028 050,02

Banque de France

1 534 899 402,41

Banca d’Italia

1 332 644 970,33

Central Bank of Cyprus

16 378 235,70

Latvijas Banka

30 537 344,94

Banque centrale du Lussemburgu

21 974 764,35

Bank Ċentrali ta’ Malta

7 014 604,58

De Nederlandsche Bank

433 379 158,03

Oesterreichische Nationalbank

212 505 713,78

Banco de Portugal

188 723 173,25

Banka Slovenije

37 400 399,43

Národná banka Slovenska

83 623 179,61

Suomen Pankki

136 005 388,82

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġa’ ħallas is-sehem sħiħ fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013 skont id-Direttiva BĊE/2013/19, kull wieħed minnhom, bl-eċċezzjoni tal-Latvijas Banka, għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1. Il-ħlas fil-kapital mil-Latvijas Banka se jkun regolat minn deċiżjoni separata tal-Kunsill Governattiv.

2.   It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/29 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (5).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/19 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/19 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 23.

(2)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.

(4)  Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hi msejsal-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(5)  Ara paġna 55 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/63


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ Awwissu 2013

dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro

(BĊE/2013/31)

(2014/33/UE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri b’deroga (minn hawn ‘il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) m’għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom sakemm il-Kunsill Ġenerali, li jaġixxi b’maġġoranza li tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li persentaġġ minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/20 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona euro (1) jistipula li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro jrid iħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar il-persentaġġ ta’ ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 il-ponderazzjoni ġdida assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustata (minn hawn ‘il quddiem “il-ponderazzjoni fl-iskema tal-kapital”).

(4)

Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kapital sottoskritt tal-BĊE ser ikun ta’ EUR 10 825 007 069,61.

(5)

L-iskema tal-kapital estiża teħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 u tiddetermina l-persentaġġ tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

Kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Meta titqies il-ponderazzjoni ġdida fl-iskema tal-kapital stipulata fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/28, kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali sottoskritt u mħallas tal-ammonti murija ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

(f’EUR)

BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro

Kapital sottoskritt fl-1 ta’ Jannar 2014

Kapital imħallas fl-1 ta’ Jannar 2014

Българска народна банка

(Bank Nazzjonali Bulgaru)

92 986 810,73

3 487 005,40

Česká národní banka

174 011 988,64

6 525 449,57

Danmarks Nationalbank

161 000 330,15

6 037 512,38

Hrvatska narodna banka

65 199 017,58

2 444 963,16

Lietuvos bankas

44 728 929,21

1 677 334,85

Magyar Nemzeti Bank

149 363 447,55

5 601 129,28

Narodowy Bank Polski

554 565 112,18

20 796 191,71

Banca Națională a României

281 709 983,98

10 564 124,40

Sveriges riksbank

246 041 585,69

9 226 559,46

Bank of England

1 480 243 941,72

55 509 147,81

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Billi kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/20, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1.

2.   It-trasferimenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/29 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (3).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/20 hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2013/20 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ Awwissu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 25.

(2)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ara paġna 55 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/65


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Diċembru 2013

dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet minn Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2013/53)

(2014/34/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 30.1, 30.3, 48.1 u 48.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (1), skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (2) ser tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(2)

L-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jħallas sehmu fil-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) daqs il-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro. Il-ponderazzjoni ta’ Latvijas Banka fl-iskema tal-kapital tal-BĊE hija ta’ 0,2821 %, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta’ Awwissu 2013 dwar l-ishma tal-persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (3). Latvijas Banka diġà ħallas parti minn sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, skont Artikolu 1 ta’ Deċiżjoni BĊE/2013/20 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (4). L-ammont pendenti huwa għalhekk ta’ EUR 29 424 263,59, li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kapital sottoskritt tal-BĊE (EUR 10 825 007 069,61) bil-ponderazzjoni tal-iskema tal-kapital ta’ Latvijas Banka (0,2821 %), bit-tnaqqis ta’ dik il-parti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li diġà tħallset bis-sħiħ.

(3)

L-Artikolu 48.1, flimkien mal-Artikolu 30.1, tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊN ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jittrasferixxi ukoll assi ta’ riżervi barranin lill-BĊE. Skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-somma li għandha tiġi ttrasferita tiġi determinata billi l-valur f’euro bir-rati tal-kambju kurrenti tal-assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, tiġi mmultiplikata bil-proporzjon bejn in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-BĊN kkonċernat u n-numru ta’ ishma li diġà tħallsu mill-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro. Meta jkunu qed jiġu determinati l-“assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 30.1”, għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovutalill-aġġustamenti preċedenti tal-iskema kapitali (5) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-espansjonijiet tal-iskema kapitali tal-BĊE skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ (6). Bħala riżultat ta’ dan, skont Deċiżjoni BĊE/2013/26 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin li ġew ittrasferiti (7), l-ekwivalenti f’euro tal-assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ huwa ta’ EUR 50 715 061 570,77.

(4)

L-assi ta’ riżervi barranin li għandhom jiġu ttrasferiti minn Latvijas Banka għandhom ikunu fi jew iddenominati f’Yen Ġappuniż u deheb.

(5)

L-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊE għandu jikkredita lil kull BĊN ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro bi klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin illi ttrasferixxa lill-BĊE. Id-dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms li diġà ġew ikkreditati lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (8) għandhom japplikaw ukoll għad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms ta’ Latvijas Banka.

(6)

L-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊN ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad irid jiġi approprjat fir-riżervi u l-provvisti korrispondenti għall-bilanċ fil-kont tal-qligħ u t-telf fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li tippreċedi t-tħassir tad-deroga. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni huwa ddeterminat skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(7)

B’analoġija mal-Artikolu 3.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (9), il-Gvernatur ta’ Latvijas Banka kellu l-opportunità li jagħmel osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

“assi ta’ riżervi barranin” tfisser deheb jew flus kontanti;

(b)

“deheb” tfisser uqiji sħaħ ta’ deheb fin fil-forma ta’ ingotti tat-tip London Good Delivery, kif speċifikat mil-London Bullion Market Association;

(c)

“flus kontanti” tfisser il-valuta legali tal-Ġappun (yen Ġappuniż).

Artikolu 2

L-ammont u l-modalità tal-ħlas tal-kapital

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, Latvijas Banka għandu jħallas il-partijiet rimanenti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jikkorrispondu għal EUR 29 424 263,59.

2.   Latvijas Banka għandu jħallas l-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 lill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2014 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2).

3.   Permezz ta’ trasferiment separat ta’ TARGET2, fit-2 ta’ Jannar 2014, Latvijas Banka għandu jħallas lill-BĊE l-imgħax akkumulat fl-1 ta’ Jannar 2014 fuq l-ammont dovut lill-BĊE skont paragrafu 2. Dan l-imgħax għandu jkun ikkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tiegħu.

Artikolu 3

Trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin

1.   Latvijas Banka għandu jittrasferixxi lill-BĊE, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 u skont dan l-Artikolu u l-arranġamenti meħuda bis-saħħa tiegħu, ammont ta’ assi ta’ riżervi barranin denominati f’yen Ġappuniż u deheb li huwa ekwivalenti għal EUR 205 272 581,13 kif ġej:

Ammont ta’ yen Ġappuniż fi flus kontanti ekwivalenti f’euro

Ammont ta’ deheb ekwivalenti f’euro

Ammont aggregat ekwivalenti f’euro

174 481 693,96

30 790 887,17

205 272 581,13

2.   L-ammont ta’ assi ta’ riżervi barranin ekwivalenti f’euro li għandhom jiġu ttrasferiti minn Latvijas Banka skont paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rati tal-kambju bejn l-euro u l-yen Ġappuniż stabbiliti bħala riżultat tal-proċedura ta’ konsultazzjoni f’24 siegħa tal-31 ta’ Diċembru 2013 bejn l-Eurosistema u Latvijas Banka u, fil-każ tad-deheb, fuq il-bażi tal-prezz ta’ kull uqija sħiħa ta’ deheb fin bid-dollaru Amerikan stabbilit fl-iffissar tal-prezz tad-deheb f’Londra fl 10.30 a.m., ħin ta’ Londra, fil-31 ta’ Diċembru 2013.

3.   Il-BĊE għandu jikkonferma lil Latvijas Banka mill-aktar fis possibbli l-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

4.   Latvijas Banka għandu jittrasferixxi lill-BĊE il-yen Ġappuniż fi flus kontanti.

5.   It-trasferiment ta’ flus kontanti għandu jsir lil dawk il-kontijiet speċifikati mill-BĊE. Id-data tas-saldu biex il-flus kontanti jiġu ttrasferiti lill-BĊE għandha tkun is-6 ta’ Jannar 2014. Latvijas Banka għandu jagħti struzzjonijiet sabiex dan it-trasferiment isir lill-BĊE.

6.   Il-valur tad-deheb li Latvijas Banka jittrasferixxi lill-BĊE skont paragrafu 1 għandu jkun kemm jista’ jkun viċin ta’, iżda mhux aktar minn, EUR 30 790 887,17.

7.   Latvijas Banka għandu jittrasferixxi d-deheb imsemmi fil-paragrafu 1 f’forma mhux investita lill-kontijiet u l-postijiet kif speċifikat mill-BĊE. Id-data tas-saldu biex il-flus kontanti jiġu ttrasferiti lill-BĊE għandha tkun it-3 ta’ Jannar 2014. Latvijas Banka għandu jagħti struzzjonijiet sabiex dan it-trasferiment isir lill-BĊE.

8.   Jekk Latvijas Banka jittrasferixxi deheb lill-BĊE b’valur ta’ anqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, fis-6 ta’ Jannar 2014 huwa għandu mbagħad jittrasferixxi ammont ta’ yen Ġappuniż fi flus kontanti ekwivalenti għad-defiċit lil kont tal-BĊE kif speċifikat mill-BĊE. Dawn il-yen Ġappuniżi fi flus kontanti m’għandhomx jifformaw parti mill-assi ta’ riżervi barranin iddenominati f‘yen Ġappuniż li Latvijas Banka jittrasferixxi lill-BĊE skont il-kolonna tax-xellug tat-tabella inkluża fil-paragrafu 1.

9.   Id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammonti totali ekwivalenti f’euro msemmija fil-paragrafi 1 u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandha tiġi ssaldata skont il-Ftehim tal-31 ta’ Diċembru 2013 bejn Latvijas Banka u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lil Latvijas Banka mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (10).

Artikolu 4

Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturità tal-klejm ekwivalenti għall-kontribuzzjoni

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, u bla ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Artikolu 3 dwar id-dati tas-saldu tat-trasferimenti tal-assi ta’ riżervi barranin, il-BĊE għandu jikkredita lil Latvijas Banka bi klejm denominata f’euro, ekwivalenti għall-ammont aggregat f’euro tal-kontribuzzjoni tiegħu ta’ assi ta’ riżervi barranin. Din il-klejm tikkorrispondi għal EUR 163 479 892,24.

2.   Il-klejm ikkreditata mill-BĊE għal Latvijas Banka għandha tiġi rremunerata sa mid-data tas-saldu. L-imgħax akkumulat għandu jinħadem ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

3.   L-imgħax akkumulat ikkalkulat skont il-paragrafu 2 għandu jitħallas lil Latvijas Banka fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja. Kull trimestru l-BĊE għandu jinforma lil Latvijas Banka bl-ammont kumulattiv.

4.   Il-klejm ma tistax tiġi mifdija.

Artikolu 5

Kontribuzzjonijiet għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 u skont l-Artikolu 3(5) u (6), Latvijas Banka għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad irid jiġi assenjat lir-riżervi u l-provvisti korrispondenti għall-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf fil-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu kkontribwiti minn Latvijas Banka għandhom jiġu ddeterminati skont Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. Ir-riferenzi fl-Artikolu 48.2 għal “in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-bank ċentrali kkonċernat” u “in-numru ta’ ishma li diġa’ tħallsu mill-banek ċentrali l-oħra” għandhom jirreferu għall-ponderazzjoni ta’ Latvijas Banka u tal-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro fl-iskema tal-kapital tal-BĊE, skont Deċiżjoni BĊE/2013/26.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “ir-riżervi tal-BĊE” u “provvisti ekwivalenti għal riżervi” għandhom jinkludu l-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE, bilanċi fuq kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti għar-rata tal-kambju barrani, rata ta’ imgħax, kreditu, prezz tas-suq u riskji tal-prezz tad-deheb.

4.   Mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tar-rendikont annwali tal-BĊE għas-sena 2013, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil Latvijas Banka l-ammont li għandu jiġi kkontribwit minn Latvijas Banka taħt il-paragrafu 1.

5.   Fit-tieni jum tax-xogħol li jsegwi l-approvazzjoni mill-Kunsill Ġenerali tar-rendikont annwali tal-BĊE għas-sena 2013, Latvijas Banka għandu, permezz ta’ TARGET2, iħallas lill-BĊE:

(a)

l-ammont dovut lill-BĊE skont paragrafu 4, bit-tnaqqis ta’ kull ammont ittrasferit li jaqbeż il-klejm imsemmija fl-Artikolu 4(1) dwar id-dati tas-saldu stipulati fl-Artikolu 3(5) u 3(7) (kontribuzzjoni bil-quddiem), jekk hemm wieħed; u

(b)

l-imgħax akkumulat mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-data tal-ħlas fuq l-ammont dovut lill-BĊE taħt paragrafu 4, bit-tnaqqis ta’ kull kontribuzzjoni bil-quddiem.

6.   Kull imgħax li jakkumula skont il-paragrafu 5(b) għandu jiġi kkalkolat ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlieni l-aktar riċenti tagħha.

Artikolu 6

Kompetenzi

1.   Sa fejn huwa meħtieġ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu joħroġ struzzjonijiet lil Latvijas Banka sabiex jispeċifika aktar u jdaħħal fis-seħħ kull dispożizzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jipprovdi għal rimedji xierqa sabiex jiġu indirizzati kull problemi li jistgħu jinqalgħu.

2.   Kull struzzjoni maħruġa mill-Bord Eżekuttiv skont il-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-Kunsill Governattiv, u l-Bord Eżekuttiv għandu jimxi ma’ kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv f’dak ir-rigward.

Artikolu 7

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.

(2)  Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hi msejsal-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(3)  Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 187, 6.7.2013, p. 25.

(5)  Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66).

(6)  Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15).

(7)  Ara paġna 47 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(8)  Skont il-Linja Gwida BĊE/2000/15 tat-3 ta’ Novembru 1998 kif emendata mil-Linja Gwida tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar il-kompożizzjoni, il-valutazzjoni u l-modalitajiet għat-trasferiment inizjali ta’ assi ta’ valuta estera, u d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ pretensjonijiet ekwivalenti (ĠU L 336, 30.12.2000, p. 114).

(9)  Deċizjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).

(10)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Rettifika

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/69


Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 41/2014 tas-17 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 14 tat-18 ta’ Jannar 2014 )

F’paġna 12, fit-tabella tal-Anness:

flok:

"0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CL

63,3 "

aqra:

"0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,3 "