ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2014.001.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 1

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
4ta' Jannar 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1/2014 tat-28 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2/2014 tat-3 ta’ Jannar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1/2014

tat-28 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 (ir-Regolament SPĠ) jistabbilixxi kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà għall-għoti ta’ preferenzi tariffarji skont l-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SPĠ+) lill-pajjiż li qed jagħmel it-talba. Għal dan l-għan, il-pajjiż għandu jitqies bħala vulnerabbli. Huwa għandu jkun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament SPĠ u l-konklużjonijiet disponibbli l-aktar riċenti tal-entitajiet ta’ monitoraġġ rilevanti ma jidentifikawx nuqqas serju biex jimplimentaw b’mod effettiv kull waħda minn dawk il-konvenzjonijiet. Fir-rigward ta’ kwalunkwe konvenzjoni, ma kellux jifformula riżerva li tkun ipprojbita minn dik il-konvenzjoni jew li għall-finijiet esklussivi tal-Artikolu 9 tar-Regolament SPĠ, titqies inkompatibbli mal-għan u l-fini ta’ dik il-konvenzjoni. Għandu jaċċetta mingħajr riżerva l-obbligi ta’ rapportar imposti minn kull konvenzjoni u jagħti l-impenji obbligatorji msemmijin fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament SPĠ.

(2)

Kull pajjiż li jagħmel it-talba li jixtieq jibbenefika mill-SPĠ + kellu jissottometti talba akkumpanjata b’informazzjoni komprensiva li tikkonċerna r-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, ir-riżervi tiegħu u l-oġġezzjonijiet għal dawn ir-riżervi magħmula minn partijiet oħra għall-konvenzjoni u l-impenji obbligatorji tiegħu.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet talbiet mingħand l-Armenja, il-Bolivja, il-Kap Verde, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Ġeorġja, il-Mongolja, il-Pakistan, il-Paragwaj u l-Perù.

(4)

Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tistabbilixxi l-Anness III biex jingħata l-SPĠ + billi jiżdied il-pajjiż li qed jagħmel it-talba mal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ+.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet magħmula skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament SPĠ, u stabbiliet il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ + li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Għaldaqstant, l-SPĠ + għandu jingħata lil dawn il-pajjiżi mill-1 ta’ Jannar 2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa stabbilit kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

“ANNESS III

Pajjiżi benefiċjarji  (1) tal-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)

Kolonna A

:

kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ esterna tal-Unjoni

Kolonna B

:

isem

A

B

AM

L-Armenja

BO

Il-Bolivja

CR

Il-Kosta Rika

CV

Il-Kap Verde

KE

L-Ekwador

GE

Il-Ġeorġja

MN

Il-Mongolja

PE

Il-Perù

PK

Il-Pakistan

PY

Il-Paragwaj

Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) li ġew irtirati temporanjament minn dak l-arranġament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi

Kolonna A

:

kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ esterna tal-Unjoni

Kolonna B

:

isem

A

B

 

 


(1)  Din il-lista tinkludi pajjiżi li l-preferenzi għalihom setgħu kienu rtirati jew sospiżi temporanjament. Il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat se jkunu jistgħu jipprovdu lista aġġornata.”


4.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 2/2014

tat-3 ta’ Jannar 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

55,3

MA

52,2

TN

84,6

TR

121,6

ZZ

78,4

0707 00 05

MA

158,2

TR

156,0

ZZ

157,1

0709 90 70

MA

47,5

TR

132,6

ZZ

90,1

0805 10 20

TR

82,3

ZA

46,6

ZZ

64,5

0805 20 10

MA

69,6

ZZ

69,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

70,9

ZZ

70,9

0805 50 10

TR

69,1

ZZ

69,1

0808 10 80

MK

23,6

US

149,9

ZZ

86,8

0808 20 50

CN

56,7

US

168,4

ZZ

112,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.