|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.346.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera |
|
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EURATOM) Nru 1368/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u li jirrevoka r-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Skont il-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (2), il-Bulgarija ntrabtet li tagħlaq l-unitajiet 1 u 2 u l-unitajiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u sal-31 ta’ Diċembru 2006 rispettivament, u li wara tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet. F’konformità mal-obbligi tagħha, il-Bulgarija għalqet l-unitajiet ikkonċernati kollha sal-iskadenzi rispettivi tagħhom. |
|
(2) |
Skont il-Protokoll Nru 9 dwar l-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Bohunice V1 fis-Slovakkja (3), li huwa mehmuż mal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, is-Slovakkja ntrabtet li tagħlaq l-unitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta’ Bohunice V1 sal-31 ta’ Diċembru 2006 u sal-31 ta’ Diċembru 2008 rispettivament, u li wara tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet. F’konformità mal-obbligi tagħha, is-Slovakkja għalqet l-unitajiet ikkonċernati kollha sal-iskadenzi rispettivi tagħhom. |
|
(3) |
F’konformità mal-obbligi tagħhom taħt it-Trattat tal-Adeżjoni u bl-għajnuna tal-Unjoni, il-Bulgarija u s-Slovakkja għalqu l-impjanti tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy u Bohunice V1 u għamlu progress sinifikanti fil-proċess tad-dekummissjonar tagħhom. Hija meħtieġa aktar ħidma biex jitkompla l-progress fl-operazzjonijiet effettivi tad-dekontaminazzjoni, iż-żarmar, il-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv u biex jiġi implimentat il-proċess kontinwu lejn l-istat aħħari tad-dekummissjonar f'konformità mal-pjani rispettivi tad-dekummissjonar, waqt li jkun żgurat li jiġu applikati l-ogħla standards ta' sikurezza. Abbażi tal-istimi disponibbli, biex jitlesta x-xogħol ta’ dekummissjonar se jkun hemm bżonn ta’ riżorsi finanzjarji addizzjonali sostanzjali. |
|
(4) |
L-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Bohunice VI b'żewġ unitajiet tat-tip WWER 440 V 230 b'kapaċità globali ta' 880 MW, minbarra implikazzjonijiet soċjali u ta' enerġija, wassal għal piż finanzjarju sinifikanti ta' spejjeż diretti u indiretti għas-Slovakkja. |
|
(5) |
L-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti ta' erba' unitajiet tat-tip WWER 440 V 230 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy b'kapaċità totali ta' 1 760 MW impona piż konsiderevoli fuq żmien twil fuq iċ-ċittadini Bulgari f'termini ta' implikazzjonijiet għall-enerġija, ekonomiċi, ambjentali u soċjali. |
|
(6) |
L-Unjoni impenjat ruħha li tassisti lill-Bulgarija u s-Slovakkja biex tindirizza l-piż finanzjarju eċċezzjonali impost bil-proċess ta' dekummissjonar. Sa mill-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni, il-Bulgarija u s-Slovakkja rċevew appoġġ finanzjarju sostanzjali min-naħa tal-Unjoni, partikolarment permezz tal-programmi ta’ Kozloduy u Bohunice li kienu stabbiliti għall-perjodu 2007 - 2013. L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dawk il-programmi ser jintemm fl-2013. |
|
(7) |
Wara talba għal iktar fondi min-naħa tal-Bulgarija, tal-Litwanja u tas-Slovakkja, fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu 2014 - 2020 imsejħa “Baġit għall-Ewropa 2020” huwa previst ammont ta’ EUR 700 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sikurezza u d-dekummissjonar fil-qasam nukleari. Minn dan, ammont ta’ EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011, li jiġi madwar EUR 553 miljun fi prezzijiet attwali, huwa previst għal programm ġdid sabiex ikompli jiġi appoġġat il-proċess ta’ dekummissjonar tal-unitajiet 1 u 2 ta’ Bohunice V1, tal-unitajiet 1 u 2 ta’ Ignalina u tal-unitajiet 1 sa 4 ta’ Kozloduy għall-perjodu mill-2014 sal-2020. |
|
(8) |
L-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-programmi ta' Kozloduy u Bohunice, kif ukoll il-perjodu tal-ipprogrammar u d-distribuzzjoni tal-fondi fost il-programmi ta' Kozloduy, Bohunice u Ignalina jistgħu jiġu riveduti fuq il-bażi tar-riżultati ta' nofs il-perjodu u r-rapporti ta' evalwazzjoni finali. |
|
(9) |
L-appoġġ skont dan ir-Regolament għandu jiżgura l-kontinwazzjoni bla waqfien tad-dekummissjonar u jikkonċentra fuq miżuri li jimplimentaw il-proċess kontinwu lejn l-istat aħħari tad-dekummissjonar, waqt li jkun żgurat li jiġu applikati l-ogħla standards ta' sikurezza, peress li miżuri bħal dawn jagħtu l-ikbar valur miżjud lill-Unjoni, waqt li r-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari tibqa' tal-Istat Membru kkonċernat. Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura tal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jitwettqu fil-ġejjieni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri kkonċernati taħt it-Trattati tal-Adeżjoni, b’mod partikolari taħt il-Protokolli msemmija fil-premessi 1 u 2. |
|
(11) |
Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ effiċjenza possibbli, u b'hekk jittieħed kont tal-aħjar prattika internazzjonali, id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari koperti minn dan ir-Regolament għandu jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, u billi jitqiesu debitament in-natura tal-unitajiet li għandhom jingħalqu u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tagħhom. |
|
(12) |
L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet li huma jappoġġaw għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni. Id-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija nukleari koperti minn dan ir-Regolament għandhom isiru skont il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (4), il-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (5) u l-ambjent, b'mod partikolari d-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 (7). |
|
(13) |
L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet li huma jappoġġaw għandhom ikunu bbażati fuq pjan ta' dekummissjonar aġġornat li jkopri l-attivitajiet ta' dekummissjonar u l-iskeda, l-ispejjeż u r-riżorsi umani meħtieġa assoċjati magħhom. L-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont standards rikonoxxuti f'livell internazzjonali għall-istima tal-ispejjeż tad-dekummissjonar, bħal, pereżempju, l-International Structure for Decommissioning Costing ippubblikat konġuntament mill-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika u l-Kummissjoni Ewropea. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm kontroll effettiv tal-iżvilupp tal-proċess tad-dekummissjonar sabiex tiżgura l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-fondi allokati taħt dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għall-proċess tad-dekummissjonar hija f’idejn l-Istati Membri kkonċernati. Dan jinkludi l-kejl tal-prestazzjoni effettiva u l-valutazzjoni tal-miżuri korrettivi matul il-programm ikkonċernat. |
|
(15) |
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta’ miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludu l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn xieraq, is-sanzjonijiet. |
|
(16) |
Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvedimenti għal riżorsi finanzjarji adegwati għall-kontinwazzjoni tal-proċess tad-dekummissjonar b’mod sikur, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjonijiet, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(17) |
Ċerti miżuri taħt il-programmi ta' Kozloduy u Bohunice jistgħu jeħtieġu livell għoli ta' finanzjament mill-Unjoni, li jista', f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati tajjeb, jammonta għat-total sħiħ tal-finanzjament. Madanakollu, għandhom isiru l-isforzi kollha biex titkompla l-prattika tal-kofinanzjament stabbilita fil-qafas tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-assistenza pprovduta matul il-perjodu 2007-2013 għall-isforzi ta' dekummissjonar tal-Bulgarija u s-Slovakkja, kif ukoll biex jiġi attirat kofinanzjament minn sorsi oħra kif ikun adatt. |
|
(18) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u tal-proċeduri ddettaljati ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas (8). |
|
(19) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007 (9) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 647/2010 (10) għandhom jiġu revokati. |
|
(20) |
Ittieħed il-kont debitu tar-Rapport Speċjali Nru 16/2011 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-għajnuna finanzjarja tal-UE għad-diżattivazzjoni ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u t-tweġiba mill-Kummissjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi programm għall-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-miżuri marbuta mad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 sa 4 tal-impjant nukleari ta' Kozloduy fil-Bulgarija (il-“programm ta' Kozloduy”) u l-nitajiet 1 u 2 tal-impjant nukleari ta' Bohunice V1 fis-Slovakkja (il-“programm ta' Bohunice”) (flimkien “il-programmi ta' Kozloduy u Bohunice”).
Artikolu 2
Għanijiet
1. L-għan ġenerali tal-programmi ta' Kozloduyu u Bohunice hu li jgħin lill-Istati Membri kkonċernati fl-implimentazzjoni tal-proċess kontinwu lejn l-istat aħħari tad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 sa 4 ta' Kozloduy u l-unitajiet 1 u 2ta' Bohunice VI, f'konformità mal-pjani rispettivi tagħhom għad-dekummissjonar, waqt li jinżamm l-ogħla livell ta' sikurezza.
2. Fil-perjodu tal-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi prinċipali tal-programmi ta’ Kozloduy u Bohunice huma:
|
(a) |
fir-rigward tal-programm ta’ Kozloduy:
|
|
(b) |
fir-rigward tal-programm ta’ Bohunice:
|
3. Il-programmi ta' Kozloduy u Bohunice jistgħu jinkludu wkoll miżuri għaż-żamma ta' livell għoli ta' sikurezza fl-unitajiet li qed jiġu dekummissjonati, inkluż appoġġ fir-rigward tal-persunal tal-impjanti tal-enerġija nukleari.
Artikolu 3
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' Kozloduy u Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 323 318 000 fi prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam bejn il-programmi ta’ Kozloduy u Bohunice kif ġej:
|
(a) |
EUR 208 503 000 għall-programm ta’ Kozloduy għall-perjodu mill-2014 sal-2020; |
|
(b) |
EUR 114 815 000 għall-programm ta’ Bohunice għall-perjodu mill-2014 sal-2020. |
Dan ir-Regolament ma jippreġudika bl-ebda mod l-impenji finanzjarji taħt oqfsa finanzjarji pluriennali futuri.
2. Sa tmiem l-2017, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-prestazzjoni tal-irogrammi ta' Kozloduy u Bohunice u tivvaluta l-progress ta' dawk il-programmi ta f'relazzjoni mal-passi ewlenin u l-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 7 fil-qafas tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 9. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni, l-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati lill-programmi, ta' Kozloduy u Bohunice, kif ukoll tal-perjodu tal-ipprogrammar u d-distribuzzjoni tal-fondi bejn il-programmi ta' Kozloduy u Bohunice u l-programm ta' Ignalina kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1369/2013 (11) jistgħu jiġu riveduti biex jittieħed kont tal-progress imwettaq fl-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi u jkun żgurat li l-ipprogrammar u l-allokazzjoni tar-riżorsi jkunu bbażati fuq ħtiġijiet ta' pagament u kapaċità ta' assorbiment effettivi.
3. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programmi ta' Kozloduy u Bohunice tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull programm u għall-ilħuq tal-għanijiet tagħhom. B’mod partikolari, jistgħu jkunu koperti spejjeż relatati ma' studji, laqgħat tal-esperti, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, fosthom il-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sal-punt li dawn ikollhom x’jaqsmu mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament, u spejjeż marbutin man-netwerks tal-informatika li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha tekniċi u amministrattivi li l-Kummissjoni ġġarrab fil-ġestjoni tal-programmi ta' Kozloduy u Bohunice.
L-allokazzjoni finanzjarja għall-programmi ta' Kozloduy u Bohunice tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż għall-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn dawk il-programmi u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010.
Artikolu 4
Kundizzjonalitajiet ex ante
1. Sal-1 ta' Jannar 2014, il-Bulgarija u s-Slovakkja għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jissodisfaw il-kundizzjonalitajiet ex ante li ġejjin:
|
(a) |
jikkonformaw mal-acquis tat-Trattat Euratom fil-qasam tas-sikurezza nukleari, b’mod partikolari fir-rigward tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi 2009/71/Euratom u 2011/70/Euratom; |
|
(b) |
jistabbilixxu, f'qafas nazzjonali, pjan ta' finanzjament li jidentifika l-ispejjeż kollha u s-sorsi ta' finanzjament previsti meħtieġa għat-tlestija b'mod sikur tad-dekummissjonar tal-unitajiet ta' reattur nukleari, inkluż il-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv, skont dan ir-Regolament; |
|
(c) |
jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan iddettaljat rivedut tad-dekummissjonar, imqassam biex jiġi speċifikat il-livell tal-attivitajiet ta' dekummissjonar, inkluż iskeda u struttura korrispondenti tal-ispejjeż ibbażati fuq standards rikonoxxuti f'livell internazzjonali għall-istima tal-ispejjeż tad-dekummissjonar. |
2. Il-Bulgarija u s-Slovakkja għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-ilħuq tal-kundizzjonalitajiet ex ante msemmijin fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard miż-żmien tal-impenn baġitarju fl-2014.
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma annwali għall-2014 msemmi fl-Artikolu 6(1). Jekk il-Kummissjoni tkun tal-opinjoni motivata li jkun sar ksur taħt l-Artikolu 258 TFUE minħabba n-nonosservanza tal-kundizzjonalità ex ante stipulata fil-paragrafu 1(a) jew li l-kundizzjonalitajiet ex ante stipulati fil-paragrafu 1(b) jew 1(c) ma jiġux issodisfati b'mod sodisfaċenti, deċiżjoni dwar is-sospensjoni tal-assistenza finanzjarja kollha, jew parti minnha, tal-Unjoni għandha tittieħed f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Dik id-deċiżjoni għandha tkun riflessa fl-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-2014. L-ammont tal-assistenza sospiża għandu jiġi ddefinit skont il-kriterji stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 7.
Artikolu 5
Forom ta’ implimentazzjoni
1. Il-programmi ta' Kozloduy u Bohunice għandhom jiġu implimentati permezz ta’ waħda jew aktar mill-forom stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), b’mod partikolari b'għotjiet ta' flus u akkwisti.
2. Il-Kummissjoni tista’ tinkariga bl-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt il-programmi ta' Kozloduy u Bohunice dawk il-korpi stipulati fl-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 6
Programmi ta' Ħidma Annwali
1. Fil-bidu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, programm ta' ħidma annwali konġunt għall-programmi ta' Kozloduy u Bohunice li jispeċifika, fir-rigward ta' kull programm, l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni relatati u l-iskeda taż-żmien għall-użu tal-fondi taħt kull impenn finanzjarju annwali, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
2. Fit-tmiem ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-ħidma mwettqa fis-sena preċedenti. Dak ir-rapport ta' progress għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandu jkun bażi għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali konġunt li jkun imiss.
Artikolu 7
Proċeduri ta' implimentazzjoni ddettaljati
Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, proċeduri ta' implimentazzjoni ddettaljati għall-programmi ta' Kozloduy u Bohunice għad-durata kollha tagħhom, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhomjiddefinixxu f'aktar dettall, fir-rigward ta' dawk il-programmi, l-għanjiet, ir-riżultati mistennija, il-passi ewlenin, l-iskadenzi, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandhom jinkludu wkoll l-pjani ddettaljati riveduti għad-dekummissjonar, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c), li għandhom iservu bħala l-bażi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-ilħuq fil-ħin tar-riżultati mistennija.
Artikolu 8
Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri x-xierqa biex jiġi żgurat li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu billi jiġu applikati miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, billi jsiru verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jiġu rkuprati ammonti li ma kellhomx jitħallsu u, fejn ikun xieraq, billi jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditu, kemm abbażi tad-dokumenti kif ukoll ta’ verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotjiet u fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni.
L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament mill-finanzjament tal-Unjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14), bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kinitx saret xi frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim dwar għotjiet ta’ flus, deċiżjoni dwar għotjiet ta’ flus, jew kuntratt li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tal-Unjoni.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet dwar għotjiet ta’ flus, deċiżjonijiet dwar għotjiet ta’ flus u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex jwettqu l-awditi, u l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija f'dawk il-paragrafi, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 9
Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu
1. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar il-kisba tal-għanijiet tal-miżuri kollha relatati mal-programmi ta' Kozloduy u Bohunice, fil-livell tar-riżultati u tal-impatti, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud għall-Unjoni tal-kisba tal-għanijiet, bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni li temenda jew li tissospendi dawk il-miżuri. L-evalwazzjoni għandha wkoll tindirizza l-ambitu għal modifika tal-għanijiet speċifiċi u l-proċeduri ta' implimentazzjoni ddettaljati deskritti fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 7 rispettivament.
2. L-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu għandha tqis il-progress li jkun sar imqabbel mal-indikaturi tal-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 10
Evalwazzjoni finali
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, evalwazzjoni ex post dwar l-effettività u l-effiċjenza tal-programmi ta' Kozloduy u Bohunice, kif ukoll tal-effettività tal-miżuri ffinanzjati f'termini ta' impatt, l-użu ta' riżorsi u l-valur miżjud għall-Unjoni.
2. L-evalwazzjoni finali għandha tqis il-progress li jkun sar imqabbel mal-indikaturi tal-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 11
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta għandha tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.
Artikolu 12
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, li tinkludi l-kanċellazzjoni totali jew parzjali, tal-proġetti kkonċernati, sal-għeluq tagħhom, jew tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007, (Euratom) Nru 647/2010 jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013, li għandha tibqa' tapplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
Artikolu 13
Revoka
Ir-Regolamenti (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010 huma revokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. MAZURONIS
(1) Opinjoni tad-19 ta' Diċembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 29.
(3) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 954.
(4) Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p.18).
(5) Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
(6) Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(7) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 549/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 9 dwar Unità 1 u Unità 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Bohunice V1 fis-Slovakkja mal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u tas-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 1).
(10) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 647/2010 tat-22 ta' Lulju 2010 dwar assistenza finanzjarja mill-Unjoni fir-rigward tad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta' Kozloduy fil-Bulgarija (ĠU L 189, 22.7.2010, p. 9).
(11) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1369/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1990/2006 (Ara paġna 7 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(12) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(13) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(14) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/7 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EURATOM) Nru 1369/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Litwanja, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1990/2006
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu u l-Protokoll Nru 4 għalih,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont il-Protokoll Numru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja (1) mehmuż mal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 (il-“Protokoll Nru 4”), li fl-2004 irrikonoxxa l-fatt li l-Unjoni kienet lesta tipprovdi għajnuna tal-Unjoni addizzjonali adegwata għall-isforzi tal-Litwanja biex tlesti l-proċess ta’ dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina u li enfasizza din l-espressjoni ta’ solidarjetà, il-Litwanja impenjat ruħha li tagħlaq l-unità 1 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina qabel l-2005 u li tagħlaq l-unità 2 ta' dak l-impjant sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, u li wara tgħaddi għad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet. F’konformità mal-obbligi tagħha, il-Litwanja għalqet iż-żewġ unitajiet ikkonċernati fl-iskadenzi rispettivi tagħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-obbligi tagħha taħt it-Trattat tal-Adeżjoni u bl-għajnuna tal-Unjoni, il-Litwanja għalqet l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina u għamlet progress sinifikanti fil-proċess tad-dekummissjonar tiegħu. Hija meħtieġa aktar ħidma biex jitkompla l-progress fl-operazzjonijiet proprji tad-dekontaminazzjoni, iż-żarmar, il-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv u biex jiġi implimentat il-proċess kontinwu lejn l-istat aħħari tad-dekummissjonar f'konformità mal-pjan tad-dekummissjonar, waqt li jkun żgurat li jiġu applikati l-ogħla standards ta' sikurezza. Abbażi tal-istimi disponibbli, biex jitlesta x-xogħol ta’ dekummissjonar se jkun hemm bżonn ta’ riżorsi finanzjarji addizzjonali sostanzjali. |
|
(3) |
B'rikonoxximent tal-fatt li l-għeluq prematur u d-dekummissjonar konsegwenti tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina b'żewġ unitajiet tar-reatturi tat-tip RBMK ta' 1 500 MW, li l-Litwanja wirtet mill-Unjoni Sovjetika, hija ta' natura mingħajr preċedent u għal-Litwanja tirrappreżenta piż finanzjarju eċċezzjonali li mhux proporzjonat mad-daqs u s-saħħa ekonomika tal-pajjiż, il-Protokoll Nru 4 jiddikjara li l-assistenza tal-Unjoni taħt il-programm ta' Ignalina se jitkompla bla waqfien u se jiġi estiż lil hinn mill-2006, għall-perjodu tal-perspettivi finanzjarji li jmiss. |
|
(4) |
L-Unjoni impenjat ruħha li tassisti lil-Litwanja biex tindirizza l-piż finanzjarju eċċezzjonali impost bil-proċess ta' dekummissjonar. Sa mill-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni, il-Litwanja rċeviet appoġġ finanzjarju sostanzjali mill-Unjoni, l-iktar permezz tal-programm ta’ Ignalina li kien stabbilit għall-perjodu 2007 - 2013. L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni taħt dak il-Programm se jintemm fl-2013. |
|
(5) |
B'rikonoxximent tal-impenn tal-Unjoni taħt il-Protokoll Nru 4, u wara t-talba għal iktar fondi min-naħa tal-Bulgarija, tal-Litwanja u tas-Slovakkja, fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu 2014 - 2020 “Baġit għall-Ewropa 2020” huwa previst ammont ta’ EUR 700 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sikurezza u għad-dekummissjonar fil-qasam nukleari. Minn dan, ammont ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011, li jiġu madwar EUR 553 miljun fi prezzijiet attwali, huwa previst għal programm ġdid sabiex ikompli jiġi appoġġat il-proċess ta’ dekummissjonar tal-unitajiet 1 u 2 ta’ Bohunice V1, tal-unitajiet 1 u 2 ta’ Ignalina u tal-unitajiet 1 sa 4 ta’ Kozloduy għall-perjodu mill-2014 sal-2020. |
|
(6) |
L-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati għall-programmi ta' Kozloduy, Ignalina u Bohunice, kif ukoll il-perjodu tal-ipprogrammar u d-distribuzzjoni tal-fondi fost dawk il-programmi jistgħu jiġu riveduti fuq il-bażi tar-riżultati ta' nofs il-perjodu u r-rapporti ta' evalwazzjoni finali. |
|
(7) |
L-appoġġ skont dan ir-Regolament għandu jiżgura kontinwazzjoni bla waqfien tad-dekummissjonar u jikkonċentra fuq miżuri li jimplimentaw il-proċess kontinwu lejn l-istat aħħari tad-dekummissjonar, waqt li jkun żgurat li jiġu applikati l-ogħla standards ta' sikurezza, peress li miżuri bħal dawn jagħtu l-ikbar valur miżjud lill-Unjoni, waqt li r-responsabbiltà aħħarija għas-sikurezza nukleari tibqa' tal-Istat Membru kkonċernat. Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura tal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jitwettqu fil-ġejjieni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(8) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri kkonċernatitaħt it-Trattat tal-Adeżjoni, b’mod partikulari taħt il-Protokoll Nru 4. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ effiċjenza possibbli, u b'hekk jittieħed kont tal-aħjar prattika internazzjonali, id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament għandu jitwettaq billi jintuża l-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, u billi jitqiesu kif xieraq in-natura tal-unitajiet li għandhom jingħalqu u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tagħhom. |
|
(10) |
L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet li huma jappoġġaw għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni. Id-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari kopert minn dan ir-Regolament għandu jsir skont il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (2), il-ġestjoni tal-iskart, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (3) u l-ambjent, b'mod partikolari d-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 (5). |
|
(11) |
L-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament u l-operazzjonijiet li huma jappoġġaw għandhom ikunu bbażati fuq pjan ta' dekummissjonar aġġornat li jkopri l-attivitajiet ta' dekummissjonar u l-iskeda, l-ispejjeż u r-riżorsi umani meħtieġa assoċjati magħhom. L-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont standards rikonoxxuti f'livell internazzjonali għall-istima tal-ispejjeż tad-dekummissjonar, bħal, pereżempju, l-International Structure for Decommissioning Costing ippubblikat mill-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika u l-Kummissjoni Ewropea. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm kontroll effettiv tal-iżvilupp tal-proċess tad-dekummissjonar sabiex tiżgura l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni tal-fondi allokati taħt dan ir-Regolament, għalkemm ir-responsabbiltà aħħarija għall-proċess tad-dekummissjonar hija f’idejn l-Istat Membru kkonċernat. Dan jinkludi l-kejl tal-prestazzjoni effettiva u l-valutazzjoni tal-miżuri korrettivi matul il-programm ta' Ignalina. |
|
(13) |
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta’ miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludu l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn xieraq, is-sanzjonijiet. |
|
(14) |
Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, b’mod partikulari fir-rigward tal-provvedimenti għal riżorsi finanzjarji adegwati għall-kontinwazzjoni tal-proċess tad-dekummissjonar b’mod sikur, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjonijiet, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(15) |
Ċerti miżuri taħt il-programm ta' Ignalina jistgħu jeħtieġu livell għoli ta' finanzjament mill-Unjoni, li jista', f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati tajjeb, jammonta għall-ammont sħiħ tal-finanzjament. Madanakollu, għandhom isiru l-isforzi kollha biex titkompla l-prattika tal-kofinanzjament stabbilita fil-qafas tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-assistenza pprovduta matul il-perjodu 2007-2013 għall-isforzi ta' dekummissjonar tal-Litwanja, kif ukoll biex jiġi attirat kofinanzjament minn għejun oħra kif ikun adatt. |
|
(16) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u tal-proċeduri ddettaljati ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(17) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1990/2006 (7) għandu jiġi revokat. |
|
(18) |
Ittieħed il-kont debitu tar-Rapport Speċjali Nru 16/2011 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-għajnuna finanzjarja tal-UE għad-diżattivazzjoni ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u t-tweġiba mill-Kummissjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi programm għall-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-miżuri marbuta mad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja (il-“programm ta' Ignalina”).
Artikolu 2
Għanijiet
1. L-għan ġenerali tal-programm ta' Ignalina hu li jgħin lill-Istat Membru kkonċernat fl-implimentazzjoni tal-proċess kontinwu lejn l-istati aħħarin tad-dekummissjonar tal-unitajiet 1 u 2 tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina, f'konformità mal-pjan tiegħu għad-dekummissjonar, waqt li jinżamm l-ogħla livell ta' sikurezza.
2. Fil-perjodu ta' finanzjament, l-għanijiet speċifiċi ewlenin tal-programm ta' Ignalina huma:
|
(a) |
it-tneħħija tal-fjuwils mill-qalba tar-reattur tal-unità 2 u mill-pixxini għall-ħżin tal-fjuwil tar-reatturi tal-unitajiet 1 u 2 għal ġol-faċilità għall-ħżin fin-niexef tal-fjuwil użat, li għandu jitkejjel mill-għadd ta’ elementi tal-fjuwil li jkunu tneħħew; |
|
(b) |
iż-żamma tal-unitajiet tar-reattur b’mod sikur, li għandu jitkejjel mill-għadd ta’ inċidenti li jiġu rreġistrati; |
|
(c) |
iż-żarmar tas-sala tat-turbina u tal-bini sekondarju l-ieħor u l-ġestjoni sikura tal-iskart li ġej mill-proċess tad-dekummissjonar skont pjan iddettaljat għall-ġestjoni tal-iskart, li għandu jitkejjel mill-għadd u t-tip ta’ sistemi sekondarji żarmati, u mill-kwantità u t-tip ta’ skart ikkundizzjonat b'mod sikur. |
3. Il-programm ta' Ignalina jista' jinkludi wkoll miżuri għaż-żamma ta' livell għoli ta' sikurezza fl-unitajiet li qed jiġu dekummissjonati, inkluż appoġġ fir-rigward tal-persunal tal-impjanti tal-enerġija nukleari.
Artikolu 3
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm ta' Ignalina għall-perijodu mill-2014 sal-2020, għandu jkun ta’ EUR 229 629 000 fi prezzijiet attwali. Dan ir-Regolament ma jippreġudika b'ebda mod l-impenji finanzjarji taħt oqfsa finanzjarji pluriennali futuri.
2. Sa tmiem l-2017, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-prestazzjoni tal-programm ta' Ignalina u għandha tivvaluta l-progress tiegħu f'relazzjoni mal-passi ewlenin u mal-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 7 fil-qafas tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 9. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni, tista' ssir reviżjoni tal-ammont tal-approprjazzjonijiet allokati lill-programm ta' Ignalina, kif ukoll tal-perjodu tal-ipprogrammar u d-distribuzzjoni tal-fondi bejn il-programm ta' Ignalina u l-programmi ta' Kozloduy u Bohunice kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (8) jistgħu jiġu riveduti biex jittieħed kont tal-progress imwettaq fl-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi u jkun żgurat li l-ipprogrammar u l-allokazzjoni tar-riżorsi jkunu bbażati fuq ħtiġijiet ta' pagament u kapaċità ta' assorbiment effettivi.
3. L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm ta' Ignalina tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' dak il-programm u għall-ilħuq tal-għanijiet tiegħu. B’mod partikulari jistgħu jkunu koperti l-ispejjeż relatati ma' studji, laqgħat tal-esperti, attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, fosthom il-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sal-punt li dawn ikollhom x’jaqsmu mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament, u spejjeż marbutin man-netwerks tal-informatika li jkunu mmirati lejn l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha tekniċi u amministrattivi li l-Kummissjoni ġġarrab fil-ġestjoni tal-programm ta' Ignalina.
L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm ta' Ignalina tista' tkopri wkoll l-ispejjeż għall-assistenza teknika u amministrattiva neċessarja biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn dak il-programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1990/2006.
Artikolu 4
Kundizzjonalitajiet ex ante
1. Sal-1 ta' Jannar 2014, il-Litwanja għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tissodisfa l-kundizzjonalitajiet ex ante li ġejjin:
|
(a) |
tikkonforma mal-acquis tat-Trattat Euratom fil-qasam tas-sikurezza nukleari, b’mod partikulari fir-rigward tat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2009/71/Euratom u d-Direttiva 2011/70/Euratom; |
|
(b) |
tistabbilixxi, f'qafas nazzjonali, pjan ta' finanzjament li jidentifika l-ispejjeż kollha u s-sorsi ta' finanzjament previsti meħtieġa għat-tlestija b'mod sikur tad-dekummissjonar tal-unitajiet ta' reattur nukleari, inkluż il-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv, skont dan ir-Regolament; |
|
(c) |
tippreżenta lill-Kummissjoni pjan iddettaljat rivedut tad-dekummissjonar, imqassam biex jiġi speċifikat il-livell tal-attivitajiet ta' dekummissjonar, inkluż skeda u struttura korrispondenti tal-ispejjeż ibbażati fuq standards rikonoxxuti f'livell internazzjonali għall-istima tal-ispejjeż tad-dekummissjonar. |
2. Il-Litwanja għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-ilħuq tal-kundizzjonalitajiet ex ante msemmijin fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard miż-żmien tal-impenn baġitarju fl-2014.
3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 meta tkun qed tħejji l-programm ta’ ħidma annwali għall-2014 imsemmi fl-Artikolu 6(1). Jekk il-Kummissjoni tkun tal-opinjoni motivata li jkun sar ksur taħt l-Artikolu 258 tat-TFUE minħabba nonosservanza tal-kundizzjonalità ex ante stipulata fil-paragrafu 1(a) jew jekk il-kundizzjonalitajiet ex ante stipulati fil-paragrafu 1(b) jew 1(c) ma jiġux issodisfati b'mod sodisfaċenti, deċiżjoni dwar is-sospensjoni tal-assistenza finanzjarja kollha, jew parti minnha, tal-Unjoni għandha tittieħed f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Dik id-deċiżjoni għandha tkun riflessa fl-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-2014. L-ammont tal-assistenza sospiża għandu jiġi ddefinit skont il-kriterji stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 7.
Artikolu 5
Forom ta’ implimentazzjoni
1. Il-programm ta' Ignalina għandu jiġi implimentat permezz ta’ waħda jew aktar mill-forom stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u b’mod partikolari, b'għotjiet ta' flus u akkwisti.
2. Il-Kummissjoni tista’ tinkariga bl-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt il-programm ta' Ignalina dawk il-korpi stipulati fl-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 6
Programmi ta' Ħidma Annwali
1. Fil-bidu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, programm ta' ħidma annwali għall-programm ta' Ignalina li jispeċifika l-għanijiet, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni relatati u l-iskeda taż-żmien għall-użu tal-fondi taħt kull impenn finanzjarju annwali, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
2. Fit-tmiem ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-ħidma mwettqa fis-snin preċedenti. Dak ir-rapport ta' progress għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandu jkun bażi għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali li jkun imiss.
Artikolu 7
Proċeduri ta' implimentazzjoni ddettaljati
Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, proċeduri ta' implimentazzjoni ddettaljati għal-programm ta' Ignalina għad-durata kollha tiegħu, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiddefinixxu f'aktar dettall, fir-rigward tal-programm ta' Ignalina, l-għanjiet, ir-riżultati mistennija, il-passi ewlenin, l-iskadenzi, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandhom jinkludu wkoll il-pjan iddettaljat rivedut għad-dekummissjonar kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c), li għandu jservi bħala l-bażi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-ilħuq fil-ħin tar-riżultati mistennija.
Artikolu 8
Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri x-xierqa biex jiġi żgurat li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu billi jiġu applikati miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, billi jsiru verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jiġu rkuprati ammonti li ma kellhomx jitħallsu u, fejn ikun xieraq, billi jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditu, kemm abbażi tad-dokumenti kif ukoll ta’ verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotjiet u fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni.
L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament mill-finanzjament tal-Unjoni skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kinitx saret xi frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim dwar għotjiet ta’ flus, deċiżjoni dwar għotjiet ta’ flus, jew kuntratt li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tal-Unjoni.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet dwar l-għotjiet ta’ flus, deċiżjonijiet dwar għotjiet ta’ flus u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex jwettqu l-awditi, l-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija f'dawk il-paragrafi, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 9
Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu
1. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar il-kisba tal-għanijiet tal-miżuri kollha relatati mal-programm ta' Ignalina, fil-livell tar-riżultati u tal-impatti, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud għall-Unjoni tal-kisba tal-għanijiet, bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni li temenda jew li tissospendi dawk il-miżuri. L-evalwazzjoni għandha wkoll tindirizza l-ambitu għal modifika tal-għanijiet speċifiċi u l-proċeduri ta' implimentazzjoni ddettaljati deskritti fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 7 rispettivament.
2. L-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu għandha tqis il-progress li jkun sar imqabbel mal-indikaturi tal-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 10
Evalwazzjoni finali
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, evalwazzjoni ex post dwar l-effettività u l-effiċjenza tal-programm ta' Ignalina, kif ukoll tal-effettività tal-miżuri ffinanzjati f'termini ta' impatt, l-użu ta' riżorsi u l-valur miżjud għall-Unjoni.
2. L-evalwazzjoni finali għandha tqis il-progress li jkun sar imqabbel mal-indikaturi tal-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 11
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta għandha tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.
Artikolu 12
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, li tinkludi l-kanċellazzjoni totali jew parzjali, tal-proġetti kkonċernati, sal-għeluq tagħhom, jew tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1990/2006, jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013, li għandha tibqa' tapplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
Artikolu 13
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1990/2006 huwa b'dan revokat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. MAZURONIS
(1) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 944.
(2) Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18)
(3) Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
(4) Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).
(5) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(6) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1990/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari Ignalina fil-Litwanja għall-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (Programm Ignalina) (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 10).
(8) Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 13 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni, għall-programm ta' għajnuna għad-dekummissjonar ta' impjanti nukleari fil-Bulgarija u s-Slovakkja, u li jirrevoka ir-Regolamenti (UE) (Euratom) Nru 549/2007 u (Euratom) Nru 647/2010 (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.).
(9) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(10) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(11) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/12 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1370/2013
tas-16 ta’ Diċembru 2013
li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali” tiddeskrivi l-isfidi, l-għanijiet u l-orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (“il-PAK”) wara l-2013. Fid-dawl tad-diskussjoni f'dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tiġi riformata f'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (1). Fil-kuntest tal-qafas regolatorju riformat, għandhom jittieħdu miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi. |
|
(2) |
Għall-fini taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-dispożizzjonijiet dwar l-intervent pubbliku għandhom jiġu soġġetti għal struttura komuni, filwaqt li tinżamm il-politika segwita f’kull settur. Għal dak il-għan huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-limiti ta' referenza stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) min-naħa u l-prezzijiet ta' intervent min-naħa l-oħra, u biex dawn tal-aħħar jiġu definiti. Il-prezzijiet ta' intervent għal intervent pubbliku biss jikkorrispondu mal-prezzijiet amministrati applikati msemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 8 tal-Anness 3 għall-Ftehim dwar l-Agrikoltura tad-WTO (jiġifieri appoġġ għall-prezz tas-suq). F’dan il-kuntest ta’ min wieħed jifhem li intervent fis-suq jista’ jieħu l-għamla ta’ intervent pubbliku, kif ukoll għamliet oħra ta’ intervent li ma jużawx indikazzjonijiet ta’ prezzijiet stabbiliti ex-ante. |
|
(3) |
Il-livell tal-prezz tal-intervent pubbliku li fih iseħħ xiri sfurzat fi prezz iffissat jew taħt proċess ta' sejħa għall-offerti għandu jkun previst, inklużi l-każijiet li għalihom jaf ikun meħtieġ aġġustament tal-prezzijiet tal-intervent pubbliku. Bl-istess mod, għandhom jittieħdu miżuri dwar il-limitazzjonijiet kwantitattivi għat-twettiq tax-xiri sfurzat fi prezz fiss. Fiż-żewġ każijiet, il-prezzijiet u l-limitazzjonijiet kwantitattivi għandhom jirriflettu l-prattika u l-esperjenza miksuba taħt l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq preċedenti. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi l-għoti ta' għajnuna għal ħażniet privati bħala miżura ta' intervenzjoni tas-suq. Il-miżuri dwar l-iffissar tal-ammonti ta' għajnuna għandhom ikunu previsti. Fid-dawl tal-prattika u l-esperjenza miksuba taħt l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq preċedenti, huwa xieraq li l-iffissar tal-ammonti ta' għajnuna jiġi previst kemm bil-quddiem kif ukoll bi proċess ta' sejħa pubblika, u li jittieħed kont ta' ċertu elementi meta l-għajnuna tiġi ffissata bil-quddiem. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja għaqlija tal-iskema tal-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel, għandhom jiġu stabbiliti limitu massimu fiss tal-għajnuna tal-Unjoni u rati massimi ta’ kofinanzjament. Ammont minimu speċifikat ta' għajnuna tal-Unjoni għandu jkun stabbilit biex jippermetti lill-Istati Membri jimplimentaw skema tal-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel kosteffettiva. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-għajnuna għall-provvista tal-ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal tal-iskola fi stabbilimenti edukattivi u biex tkun żgurata l-flessibbiltà fl-amministrazzjoni ta' tali skema, kwantità massima ta' ħalib eliġibbli għall-għajnuna, kif ukoll l-ammont tal-għajnuna tal-Unjoni, għandhom jiġu ffissati. |
|
(7) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, diversi miżuri fis-settur taz-zokkor ser jiskadu fi tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/2017 meta s-sistema ta' kwoti titneħħa. |
|
(8) |
Miżuri dwar l-iffissar tal-imposta fuq il-produzzjoni li għandha tiġi imposta fuq il-kwota taz-zokkor, il-kwota tal-isoglukożju u l-kwota tal-ġulepp tal-inulina previst fis-settur taz-zokkor għandhom ikunu previsti f'dan ir-Regolament f'konformità mat-titwil tas-sistema tal-kwoti sat-30 ta' Settembru 2017. |
|
(9) |
Biex tkun żgurata sistema ta’ rifużjoni effiċjenti għall-produzzjoni għal ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, għandhom jiġu stipulati kondizzjonijiet xierqa biex jiġi ffissat l-ammont tar-rifużjoni għall-produzzjoni. |
|
(10) |
Għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-pitravi ta’ kwota li jkun jikkorrispondi għal kwalità standard li għandha tiġi ddefinita, sabiex jiġi żgurat standard ta’ għajxien ġust għal dawk li jkabbru l-pitravi zokrija u l-kannamieli fl-Unjoni. |
|
(11) |
Biex tiġi evitata theddida fuq is-sitwazzjoni tas-suq taz-zokkor minħabba l-ġabra ta' kwantitajiet ta' zokkor, isoglukożju u ġulepp tal-inulina li għalihom ma jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet applikabbli, għandha tiġi prevista l-imposta tal-eċċess. |
|
(12) |
Fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġie stabbilit mekkaniżmu biex jiżgura provvista suffiċjenti u bilanċjata ta' zokkor lis-swieq tal-Unjoni, li jippermetti lill-Kummissjoni li tieħu miżuri xierqa għal dan il-għan. Peress li l-istrumenti ta' ġestjoni tas-suq li għandhom idaħħlu fis-seħħ dan il-mekkaniżmu huma l-aġġustamenti temporanji tad-dazju tal-importazzjoni pagabbli fuq iz-zokkor mhux raffinat importat kif ukoll l-applikazzjoni temporanja ta' imposta fuq il-produzzjoni barra mill-kwota rilaxxata fis-suq intern għall-finijiet ta' aġġustament tal-provvista għad-domanda, għandha tiġi inkluża f'dan ir-Regolament dispożizzjoni speċifika li tippermetti lill-Kummissjoni tapplika din l-imposta u tiffissa l-ammont tagħha. |
|
(13) |
Sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni, għandhom jiġu previsti miżuri adatti biex ikun iffissat l-ammont tar-rifużjonijiet. Barra minn dan, fis-setturi taċ-ċereali u r-ross għandhom jiġu stabbiliti miżuri adatti biex ikunu ffissati l-ammonti korrettivi u biex jiġi previst l-aġġustament tal-ammont ta’ rifużjoni f'konformità ma' kwalunkwe bidla fil-livell tal-prezz ta’ intervent. |
|
(14) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni kwotidjana effiċjenti tal-PAK, il-miżuri dwar l-iffissar ta’ għajnuna, rifużjonijiet u prezzijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu limitati għall-kondizzjonijiet wesgħin li jippermettu li jiġu stipulati ammonti konkreti skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi dawk l-ammonti. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati bl-assistenza tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli u skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn dan, sabiex tkun żgurata reazzjoni rapida mill-Kummissjoni għal sitwazzjonijiet fis-suq li jinbidlu b’ħeffa kbira, hija għandu jkollha s-setgħa li tiffissa livelli ġodda ta’ rifużjoni u, fis-setturi taċ-ċereali u r-ross, li tadatta l-ammont korrettiv mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jipprovdi għal miżuri dwar l-iffissar ta’ prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi marbuta mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 2
Prezzijiet b'intervent pubbliku
1. Il-livell tal-prezz b’intervent pubbliku:
|
(a) |
għal qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum, ross fil-fosdqa u trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ugwali għall-limitu ta’ referenza rispettiv stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss, u ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ referenza rispettiv fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għall-offerti; |
|
(b) |
għall-butir għandu jkun ugwali għal 90 % tal-limitu ta’ referenza stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-każ ta’ xiri sfurzat bi prezz fiss u ma għandux ikun aktar minn 90 % ta' dak il-prezz ta’ referenza fil-każ ta’ xiri sfurzat b’sejħa għall-offerti; |
|
(c) |
għal ċanga u vitella m'għandux jaqbeż il-livell imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
2. Il-prezzijiet b'intervent pubbliku għall-qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum u ross fil-fosdqa msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġustati b'żidiet jew tnaqqis fil-prezz għal dawk il-prezzijiet ibbażati fuq il-kriterji ta' kwalità prinċipali għall-prodotti.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw iż-żidiet jew it-tnaqqis fil-prezz b'interventi pubbliku tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu taħt il-kondizzjonijiet stipulati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 3
Prezzijiet ta' xiri sfurzat u limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli
1. Fejn intervent pubbliku jkun miftuħ skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ix-xiri sfurzat għandu jsir fil-prezz iffissat imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u m'għandux jaqbeż il-limitazzjonijiet kwantitattivi li ġejjin għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
|
(a) |
għal qamħ komuni, 3 miljun tunnellata; |
|
(b) |
għall-butir, 50 000 tunnellata; |
|
(c) |
għal trab ta’ ħalib xkumat, 109 000 tunnellata. |
2. Fejn l-intervent pubbliku huwa miftuħ skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
|
(a) |
għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat aktar mil-limiti kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; u |
|
(b) |
għal qamħ durum, xgħir, qamħirrum, ross fil-fosdqa u ċanga u vitella, |
ix-xiri sfurzat għandu jseħħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti biex jiġi ddeterminat il-prezz massimu ta' xiri sfurzat.
Il-prezz massimu ta' xiri sfurzat m'għandux jaqbeż il-livell rilevanti msemmi fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament u għandu jkun iffissat permezz tal-atti ta' implimentazzjoni.
3. F'ċirkostanzi speċjali u ġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni:
|
(a) |
li tagħmel restrizzjoni fuq il-proċeduri ta' sejħa għall-offerti għal Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru, jew |
|
(b) |
soġġett għall-Artikolu 2(1), li jiddeterminaw il-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-intervent pubbliku għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta' Stat Membru abbażi ta' prezzijiet tas-suq medji rreġistrati. |
4. Il-prezzijiet ta' xiri sfurzat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għall-qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum u ross fil-fosdqa għandhom ikunu aġġustati b'żidiet jew tnaqqis għal dawk il-prezzijiet fuq il-bażi tal-kriterji ta' kwalità prinċipali għal dawk il-prodotti.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw tali żidiet jew tnaqqis.
5. L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2,3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex:
|
(a) |
tirrispetta l-limiti ta' intervent stabbiliti fil-paragrafi 1 ta' dan l-Artikolu; u |
|
(b) |
tapplika l-proċedura ta' sejħa għall-offerti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għall-qamħ komuni, butir u trab tal-ħalib xkumat lil hinn mil-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |
Artikolu 4
Għajnuna għal ħażna privata
1. Sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn tingħata għajnuna skont l-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament, jew għandu jinfetaħ proċess ta' sejħa għall-offerti għal perijodu limitat jew l-għajnuna għandha tiġi ffissata bil-quddiem. L-għajnuna tista' tiġi ffissata għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun ta' Stat Membru.
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni:
|
(a) |
fejn japplika proċess ta' sejħa għall-offerti, li jistabbilixxi l-ammont massimu ta' għajnuna għal ħażna privata; |
|
(b) |
fejn l-għajnuna tiġi ffissata bil-quddiem, u tiffissa l-ammont ta' għajnuna abbażi tal-ispejjeż tal-ħażna u/jew elementi oħra rilevanti tas-suq. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 5
Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħxejjex lit-tfal
1. L-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista lit-tfal ta' frott u ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u ta' prodotti tal-banana msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 la għandha:
|
(a) |
taqbeż xi wieħed mil-limiti li ġejjin:
|
|
(b) |
tkopri spejjeż għajr l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu, “reġjun anqas żviluppati” tfisser dawk ir-reġjuni definiti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
2. Kull Stat Membru parteċipanti fl-iskema tal-frott u l-ħxejjex għandu jirċievi mhux anqas minn EUR 290 000 f'għajnuna mill-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull Stat Membru abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-anqas kull tliet snin jekk l-allokazzjoni indikattiva tibqax konsistenti mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw allokazzjoni indikattiva ġdida.
Wara t-talbiet minn Stati Membri f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha kull sena tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw allokazzjoni definittiva tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bejn l-Istati Membri parteċipanti skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Għajnuna għall-provvista tal-ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal
1. L-għajnuna mill-Unjoni għall-provvista ta' ħalib u ta' prodotti tal-ħalib lit-tfal prevista fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tingħata għal kwantità massima ta' 0,25 litru ta' ħalib ekwivalenti għal kull tifel jew tifla u għal kull jum ta' skola.
2. L-għajnuna mill-Unjoni għandha tkun ta' EUR 18,15/100 kg għall-ħalib kollu.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jiffissaw l-ammonti ta’ għajnuna għall-prodotti tal-ħalib eliġibbli minbarra l-ħalib, b'mod partikolari, fuq il-komponenti tal-ħalib tal-prodott konċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 7
Imposta fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor
1. L-imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota fuq iz-zokkor, il-kwota fuq l-isoglukożju u l-kwoti fuq il-ġulepp tal-inulina previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi ffissata għal EUR 12,00 it-tunnellata għall-kwota fuq iz-zokkor u l-kwota fuq il-ġulepp tal-inulina. Għall-isoglukożju, l-imposta fuq il-produzzjoni għandha tiġi ffissata għal 50 % tal-imposta applikabbli għaz-zokkor.
2. It-totalità tal-imposta fuq il-produzzjoni mħallsa skont il-paragrafu 1 għandha tkun imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu abbażi tal-kwota miżmuma matul is-sena tas-suq kkonċernata.
Il-ħlasijiet għandhom isiru minn dawk l-impriżi sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar tas-sena tas-suq rilevanti.
3. L-impriżi taz-zokkor u tal-ġulepp tal-inulina tal-Unjoni jistgħu jitolbu lil dawk li jkabbru l-pitrava zokkrija jew il-kannamieli jew lill-fornituri taċ-ċikwejra jħallsu sa 50 % tal-imposta fuq il-produzzjoni kkonċernata.
Artikolu 8
Rifużjoni tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor
Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għall-prodotti tas-settur taz-zokkor prevista fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni abbażi ta':
|
(a) |
l-ispejjeż li jkun hemm għall-użu ta' zokkor importat li l-industrija jkollha ġġorr fil-każ ta' provvista mis-suq dinji; u |
|
(b) |
il-prezz ta' zokkor żejjed li jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew, jekk ma jkunx hemm zokkor żejjed f'dak is-suq, il-limitu ta' referenza għaz-zokkor iffissat fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Prezz minimu tal-pitravi
1. Il-prezz minimu għall-kwota tal-pitravi previst fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' EUR 26,29 għal kull tunnellata sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/2017 fit-30 ta' Settembru 2017.
2. Il-prezz minimu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pitravi zokkrija ta’ kwalità standard iddefinita fil-Parti B tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
3. L-impriżi taz-zokkor li jixtru pitravi tal-kwota li jkuna xierqa biex jiġu pproċessati f’zokkor u maħsuba għall-ipproċessar f’zokkor tal-kwota għandhom jintalbu jħallsu tal-inqas il-prezz minimu, aġġustat b’żidiet jew tnaqqis fil-prezz biex jippermettu għal devjazzjonijiet mill-kwalità standard. Dawn iż-żidiet jew tnaqqis għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
4. Għall-kwantitajiet ta' pitravi zokkrija li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta' zokkor industrijali jew zokkor żejjed li huma soġġetti għall-imposta għaż-żejjed prevista fl-Artikolu 11, l-impriża taz-zokkor ikkonċernata għandha taġġusta l-prezz tax-xiri sabiex ikun tal-inqas daqs il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota.
Artikolu 10
Aġġustament tal-kwota nazzjonali taz-zokkor
Il-Kunsill jista', f'konformità mal-Artikolu 43(3) tat-Trattat, fuq proposta mill-Kummissjoni, jaġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness XII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b'riżultat ta' kwalunkwe deċiżjoni mill-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 138 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 11
Imposta għaż-żejjed fis-settur taz-zokkor
1. Imposta għaż-żejjed, inkluż kif previst fl-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandha tiġi ffissata f'livell li huwa għoli biżżejjed sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' kwantitajiet imsemmija f'dak l-Artikolu. Dik l-imposta għandha tkun iffissata mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.
2. L-imposta għaż-żejjed imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi imposta mill-Istat Membru fuq l-impriżi fit-territorju tiegħu skont il-kwantitajiet ta' produzzjoni msemmijin f'dak il-paragrafu li kienu ġew stabbiliti għal dawk l-impriżi għas-sena tas-suq kkonċernata.
Artikolu 12
Mekkaniżmu temporanju ta' ġestjoni tas-suq fis-settur taz-zokkor
Bil-ħsieb li tiġi żgurata provvista suffiċjenti u bilanċjata ta' zokkor fis-suq tal-Unjoni, sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/2017 fit-30 ta' Settembru 2017, minkejja l-Artikolu 142 tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tista' għall-kwantità u l-ħin meħtieġ, tapplika temporanjament permezz ta' atti ta' implimentazzjoni imposta għaż-żejjed fuq produzzjoni barra mill-kwota msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 139(1) ta' dak ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammont ta' tali imposta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Iffissar ta' rifużjoni tal-esportazzjoni
1. Taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 196 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kif previst fl-Artikolu 198 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni:
|
(a) |
f'intervalli regolari, għal prodotti mil-lista fl-Artikolu 196(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
|
(b) |
bi proċeduri ta’ sejħa għall-offerti għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.
2. Wieħed għandu jieħu kont ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta jkunu qed jiġu ffissati rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodott:
|
(a) |
is-sitwazzjoni eżistenti u x-xejriet futuri fir-rigward ta’:
|
|
(b) |
l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-suq li huma li jiġu żgurati l-ekwilibriju u l-iżvilupp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dak is-suq; |
|
(c) |
il-ħtieġa li jkunu evitati disturbi li x’aktarx joħolqu żbilanċ fit-tul bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-Unjoni; |
|
(d) |
l-aspett ekonomiku tal-esportazzjonijiet proposti; |
|
(e) |
il-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-Trattat; |
|
(f) |
il-ħtieġa li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi tal-Unjoni fil-manifattura ta’ prodotti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti minn pajjiżi terzi importati skont arranġamenti ta’ pproċessar; |
|
(g) |
l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni l-aktar favorevoli u l-ispejjeż tat-trasport mis-swieq tal-Unjoni għall-portijiet tal-Unjoni jew għal postijiet oħra tal-esportazzjoni flimkien mal-ispejjeż tat-trasport lejn il-pajjiżi tad-destinazzjoni; |
|
(h) |
id-domanda fis-suq tal-Unjoni; |
|
(i) |
fir-rigward tas-setturi tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur, id-differenza bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta’ qamħ għall-għalf meħtieġ għall-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ dawk is-setturi. |
3. L-ammont tar-rifużjoni jista', fejn meħtieġ biex ikun żgurat rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, jiġi aġġustat mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 14
Miżuri speċifiċi dwar rifużjonijiet tal-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross
1. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw ammonti korrettivi applikabbli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ffissati fir-rigward tas-setturi taċ-ċereali u r-ross. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).
Fejn meħtieġ biex ikun żgurat rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), li jemenda tali ammonti korrettivi.
Il-Kummissjoni tista’ tapplika dan il-paragrafu għal prodotti tas-setturi taċ-ċereali u r-ross li jkunu esportati fl-għamla ta' prodotti pproċessati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 (5).
2. Għall-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni ta’ xgħir, jew maħżun fi tmiem is-sena tas-suq preċedenti jew magħmul minn barli fl-istokkijiet ta' dak iż-żmien, għandha tkun dik li kienet tkun tapplika għal-liċenzja tal-esportazzjoni inkwistjoni għall-esportazzjonijiet magħmulin matul l-aħħar xahar tas-sena tas-suq preċedenti.
3. Ir-rifużjoni għall-prodotti elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, stabbilita skont l-Artikolu 199(2) ta' dak ir-Regolament, tista’ tkun aġġustata mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, f'konformità ma' kwalunkwe bidla fil-livell tal-prezz ta' intervent.
Għall-prodotti elenkati fil-punti (c) u (d) tal-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kif ukoll għall-prodotti elenkati fil-Parti I ta’ dak l-Anness u esportati fl-għamla ta' prodotti pproċessati skont ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009, jista’ jiġi applikat l-ewwel subparagrafu kollu, jew parti minnu. F’dak il-każ, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tikkoreġi l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu billi tapplika koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità tiegħu li tkun fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, stabbilit mill-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 16
Tabella ta' korrelazzjoni
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 wara r-revoka tiegħu bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
L-Artikoli 7 sa 12 għandhom japplikaw sa tmiem is-sena tas-suq għaz-zokkor 2016/17 fit-30 ta' Settembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/01 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(3) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(4) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il- Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10).
ANNESS
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
imsemmija fl-Artikolu 16
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 18(1) u (3) |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 18(2)(a) |
Artikolu 3(1)(a) |
|
Artikolu 13(1)(c) |
Artikolu 3(1)(b) |
|
Artikolu 13(1)(d) |
Artikolu 3(1)(c) |
|
Artikolu 18(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(3) |
|
Artikolu 18(4) |
Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 43 (aa) |
Artikolu 3(5) |
|
Artikolu 31(2) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 103ga(4) |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 103ga(5) |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 102(4) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 102(3) |
Artikolu 6(2) u (3) |
|
Artikolu 51(2) |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 51(3) |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 51(4) |
Artikolu 7(3) |
|
Artikolu 97 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 49 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 64(2) |
Artikolu 11(1) |
|
Artikolu 64(3) |
Artikolu 11(2) |
|
Artikolu 164(2) |
Artikolu 13(1) u (3) |
|
Artikolu 164(3) |
Artikolu 13(2) |
|
Artikolu 164(4) |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 165 |
Artikolu 14(2) |
|
Artikolu 166 |
Artikolu 14(3) |
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1371/2013
tas-16 ta’ Diċembru 2013
li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1 Il-miżuri eżistenti
|
(1) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 (2), (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv ta' 62,9 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) fuq il-kumpaniji l-oħra kollha ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) u fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri huma l-miżuri fis-seħħ u l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri hija l-investigazzjoni oriġinali. |
|
(2) |
Qabel, il-miżuri fis-seħħ kienu estiżi għall-Malasja, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012 (3), u għat-Tajwan u t-Tajlandja, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013 (4). |
1.2 It-talba
|
(3) |
Fl-25 ta' Frar 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ u biex l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja u l-Indoneżja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le, ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni. |
|
(4) |
Din it-talba tressqet minn Saint-Gobain Adfors CZ s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo es Muszakiszovet-gyarto Bt., Valmieras “Stikla Skiedra” AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH, erba' produtturi fl-Unjoni ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ. |
|
(5) |
It-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie għax wara li ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ, l-Indja u l-Indoneżja lejn l-Unjoni, li għaliha ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ allegatament nibtet mit-trasbord ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ li jseħħ fl-Indja u fl-Indoneżja u/jew minħabba dikjarazzjonijiet foloż tal-oriġini tal-prodotti Ċiniżi. |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-evidenza enfasizzat il-fatt li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiġu mhedda kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. L-evidenza wriet li dawn iż-żidiet fl-importazzjonijiet mill-Indja u l-Indoneżja saru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(7) |
Fl-aħħar nett, kien hemm evidenza li l-prezzijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mill-Indja u l-Indoneżja kienu l-oġġett tad-dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit għal prodott simili matul l-investigazzjoni oriġinali. |
1.3 Bidu
|
(8) |
Wara li l-Kummissjoni ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex tinbeda investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, hija bdiet investigazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2013 (5) (“ir-Regolament li jagħti bidu”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, skont ir-Regolament li jagħti bidu, ordnat ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja. |
1.4 Investigazzjoni
|
(9) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ, l-Indja u l-Indoneżja, lill-produtturi/esportaturi f’dawn il-pajjiżi, lill-importaturi fl-Unjoni li taf li huma kkonċernati u lill-industrija tal-Unjoni, bil-bidu ta' investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi fir-RPĊ u fl-Indja u l-Indoneżja li taf bihom il-Kummissjoni jew li preżentaw lilhom infushom qabel l-iskadenza stabbilita fil-premessa 15 tar-Regolament li jagħti bidu. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lill-importaturi fl-Unjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien kif stipulat fir-Regolament li jagħti bidu. Il-partijiet kollha kienu infurmati li n-nuqqas ta’ koperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
|
(10) |
Żewġ produtturi esportaturi fl-Indja, u importatur mhux relatat fl-Unjoni ppreżentaw ruħhom u bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarji. Aktar tard l-importatur tal-Unjoni informa lill-Kummissjoni li huwa importa prodotti oħra u li fil-passat ma importa l-ebda prodott li qiegħed jiġi investigat. L-ebda produttur esportatur fl-Indoneżja ma bagħat tweġiba. Dawn il-produtturi esporaturi Indjani bagħtu tweġiba għall-formola ta' eżenzjoni:
|
|
(11) |
Sussegwentement, Urja Products Pvt.Ltd. għarrfet lill-Kummissjoni li ma tipproduċix l-prodott investigat u li l-prodotti tagħha għandhom karatteristiċi tekniċi differenti kif ukoll użu differenti (filwaqt li jaqgħu taħt kodiċi NM oħrajn). Għaldaqstant, żjara ta’ verifika saret biss fil-bini ta’ Montex. |
1.5 Il-perjodu tal-investigazzjoni
|
(12) |
Il-perjodu tal-investigazzjoni kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2013 (“il-PI”). Tul il-PI nġabret id-dejta li kellha tiġi investigata, inter alia, l-allegata bidla fix-xejra tal-kummerċ. Inġabret dejta aktar ddettaljata għall-perjodu tar-rappurtar bejn l-1 ta’ April 2012 u l-31 ta’ Marzu 2013 (“il-PR”) sabiex tiġi eżaminata t-theddida possibbli għall-effett ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ u l-eżistenza tad-dumping. |
2. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
2.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
(13) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni ta' jekk hemmx evażjoni saret billi suċċessivament twettqet analiżi dwar jekk kienx hemm tibdil fix-xejra tal-kummenrċ bejn ir-RPĊ, l-Indja, l-Indonezja u l-Unjoni; jekk dan it-tibdil ġiex minn prattika, proċess jew xogħol li ma kienx hemm x'jikkawżahom b'mod suffiċjenti jew x'jiġġustifikahom ekonomikament għajr l-impożizzjoni tad-dazju, jekk kienx hemm evidenza ta' dannu jew jekk l-effetti ta' rimendju tad-dazju kinux qed jiġu mminati b'rabta mal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet tal-prodott investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valuri normali preċedenti li kienu stabbiliti għall-prodott inkwistjoni, skont id-dispożizzjonijiet, jekk ikun meħtieġ, tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. |
2.2 Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat
|
(14) |
Il-prodott ikkonċernat huwa kif definit fl-investigazzjoni oriġinali: Drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, bid-daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-ħġieġ tal-fibra, li joriġinaw mir-RPĊ, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 . |
|
(15) |
Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda jiġi kkunsinjat mill-Indja u l-Indoneżja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Indja u l-Indoneżja kif ukoll jekk le. |
|
(16) |
L-investigazzjoni wriet li d-drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, kif definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ u dawk ikkunsinjati lill-Unjoni mill-Indja u l-Indoneżja għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3 Livell ta’ kooperazzjoni
2.3.1 L-Indja
|
(17) |
Kif iddikjarat fil-premessa 10 ta' hawn fuq, żewġ kumpaniji Indjani biss bagħtu tweġiba għall-formola ta' eżenzjoni. Billi waħda minnhom, Urja Products Pvt.Ltd., instab li ma kinitx produttur tal-prodott investigat, kien hemm biss kumpanija waħda li kkoperat, Montex. Il-kumpanija kienet tirrappreżenta biss 1 % tal-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni fil-PR, meta mqabbla mal-esportazzjonijiet kollha mill-Indja. Dan wassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u s-sejbiet rigward l-Indja kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
2.3.2 L-Indoneżja
|
(18) |
Kif iddikjarat fil-premessa 10, l-ebda kumpanija Indoneżjana ma bagħtet tweġiba għall-kwestjonarju. Ma kienx hemm kooperazzjoni mill-kumpaniji Indoneżjani. Dan wassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u s-sejbiet rigward l-Indoneżja kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
2.3.3 Ir-RPĊ
|
(19) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkooperawx. Dan wassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u s-sejbiet rigward ir-RPĊ kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
2.4 Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
|
(20) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja u mill-Indoneżja tal-prodott investigat, u l-esportazzjonijiet tal-prodott investigat mir-RPĊ lejn l-Indja u l-Indoneżja kienu vvalutati. Dawn l-importazzjonijiet kienu stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku minħabba li l-kumpaniji Indjani, Indoneżjani u Ċiniżi ftit li xejn ikkooperaw jew ma kkooperawx (ara t-Taqsima 2.3 ta’ hawn fuq). |
|
(21) |
Għal dan l-għan ntużaw għall-analiżi l-istatistika COMEXT (6), statistika tal-kummerċ mill-Indja u l-Indoneżja li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi, kif ukoll l-istatistika tal-Global Trade Information Services (7). Is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ April u jispiċċaw fil-31 ta’ Marzu ntużaw sabiex isir użu ta' perjodi ta' 12-il xahar. |
|
(22) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet irreġistrati fl-istatistika tal-COMEXT ikopri grupp akbar ta’ prodotti mill-prodott ikkonċernat u mill-prodott investigat. Madankollu, abbażi tal-istimi pprovduti mill-industrija tal-Unjoni, seta’ jiġi stabbilit li parti sinifikanti ta’ dak il-volum importat kopriet il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat. Għaldaqstant, dik id-dejta setgħet tintuża biex tiġi stabbilita bidla fix-xejra tal-kummerċ. |
2.4.1 Importazzjonijiet fl-Unjoni
|
(23) |
L-istatistika COMEXT turi bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ matul il-PI (ara t-Tabella 1 ta' hawn taħt). Tabella 1
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(24) |
Skont l-istatistika ta' COMEXT, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu b’mod drammatiku wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji fi Frar 2011 (9) u tal-miżuri definittivi f’Awwissu 2011 (10). It-tabella 1 ta' hawn fuq turi li bejn l-2010/2011 u l-2011/2012 l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ niżlu minn 385,85 miljun m2 għal 110,30 miljun m2 (b’madwar 70 %), u bejn l-2010/2011 u l-2012/2013 komplew jinżlu għal 85,9 miljun m2 (b’madwar 80 %). |
|
(25) |
Skont l-istatistika COMEXT, fis-sena finanzjarja 2009/2010 il-kwantitajiet importati mill-Indja lejn l-Unjoni kienu ta' 0,35 miljun m2, fis-sena finanzjarja 2010/2011 kienu ta' 0,28 miljun m2 u żdiedu drastikament bejn l-2011/2012 u l-2012/2013, sakemm laħqu 13,13-il miljun m2 fis-sena finanzjarja 2012/2013. |
|
(26) |
Kif iddikjarat fil-premessa 17 ta' hawn fuq, il-kumpanija Montex esportat kwantità żgħira ħafna tal-prodott investigat lejn l-Unjoni matul il-PI, – meta mqabbel mal-esportazzjonijiet kollha mill-Indja dan jirrappreżenta 1 % tal-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni fil-perjodu 2012/2013. Barra minn hekk, instab li Montex tesporta l-prodott investigat taħt kodiċi NM ħażin – 7019 52 . Għaldaqstant l-esportazzjonijiet tagħha kellhom jiżdiedu mal-istatistika COMEXT kif muri fit-Tabella 1 ta' hawn fuq. |
|
(27) |
Skont l-istatistika COMEXT, fis-sena finanzjarja 2009/2010 il-kwantitajiet importati mill-Indoneżja lejn is-suq tal-Unjoni kienu ta' 0,004 miljun m2, fl-2010/2011 kienu jammontaw għal 0,16 miljun m2 u żdiedu drastikament bejn l-2011/2012 u l-2012/2013, minn 3,22 miljuni m2 għal 33,31 miljun m2 rispettivament. |
2.4.2 L-esportazzjonijiet mir-RPĊ għall-Indja u l-Indoneżja
|
(28) |
Matul l-istess perjodu, wieħed jista' wkoll josserva żieda drammatika fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Indja u l-Indoneżja. Tabella 2
|
||||||||||||||||||||
|
(29) |
Skont l-istatistika tad-dwana Ċiniża, l-importazzjonijiet lejn l-Indja mir-RPĊ tal-prodott investigat żdiedu minn 4,8 miljuni m2 fis-sena finanzjarja 2009/2010 għal 29,3 miljun m2 fis-sena finanzjarja 2012/2013. |
|
(30) |
Skont l-istatistika tad-dwana Ċiniża, l-importazzjonijiet lejn l-Indoneżja mir-RPĊ tal-prodott investigat żdiedu minn 5,78 miljuni m2 fis-sena finanzjarja 2009/2010 għal 11,54-il miljun m2 fis-sena finanzjarja 2012/2013. |
2.4.3 Il-konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
|
(31) |
It-tnaqqis ġenerali fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u ż-żieda parallela tal-esportazzjonijiet kemm mill-Indja u l-Indoneżja lejn l-Unjoni kif ukoll tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Indja u l-Indoneżja, wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fi Frar 2011 u tal-miżuri definittivi f'Awwissu 2011 jikkostitwixxu minn naħa bidla fix-xejra kummerċjali bejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, u min-naħa l-oħra bidla fl-esportazzjonijiet ta' dawk il-pajjiżi lejn l-Unjoni. |
2.5 In-natura tal-prattika ta’ evażjoni
|
(32) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, l-proċess jew il-ħidma tinkludi, inter alia, il-kunsinna tal-prodott suġġett għall-miżuri fis-seħħ permezz ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(33) |
Matul l-investigazzjoni nstabet evidenza dwar prattiki ta’ trasbord li jseħħ fl-Indoneżja u fl-Indja u/jew ċertifikati ta’ oriġini mhux korretti. Pereżempju, xi uħud mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni kienu trasbordati minn Dubai jew Singapor b'ċertifikati tal-oriġini tal-Indoneżja/tal-Indja, u parti tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni kienu trasbordati minn kumanija Indjana li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kull wieħed mill-produtturi tal-prodott investigat, ħlief għal Montex, huwa wkoll indikazzjoni li m’hemmx produzzjoni ġenwina fl-Indoneżja u l-Indja li tista’ tiġġustifika l-livelli tal-esportazzjoni mill-Indoneżja u mill-Indja lejn l-Unjoni. Jekk hemm produtturi ġenwini, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dawn se jippruvaw jiddistingwu lilhom infushom minn prattiki ta’ evażjoni billi l-ewwel ħaġa li jagħmlu jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, ħlief għal Montex, mill-investigazzjoni ma ħarġitx evidenza ta’ produzzjoni ġenwina fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, iż-żieda qawwija f’daqqa ta’ importazzjonijiet minn dawk iż-żewġ pajjiżi tindika li l-prodotti Ċiniżi huma trasbordati lejn l-Unjoni mill-Indja u mill-Indoneżja u/jew b'ċertifikati ta’ oriġini mhux korretti. |
|
(34) |
L-eżistenza ta’ trasbord ta’ prodotti ta’ oriġini Ċiniża mill-Indja u mill-Indoneżja hija għalhekk ikkonfermata. |
2.6 In-nuqqas ta’ raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni ta' dazju antidumping
|
(35) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għat-trasbord ħlief l-evażjoni tal-miżuri fis-seħħ tal-prodott ikkonċernat. Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta’ jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid, ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw fir-RPĊ u li jiġu mir-RPĊ billi jgħaddu mill-Indja u mill-Indoneżja. |
2.7 L-imminar tal-effett ta' rimedju tad-dazju antidumping
|
(36) |
Imbagħad, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-prodott investigat lejn l-Unjoni kinux imminaw l-effetti ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ b'rabta mal-kwantitajiet u l-prezzijiet. Intużat d-dejta tal-COMEXT bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet esportati mill-kumpaniji fl-Indja u l-Indonesja li ma kkoperawx. Il-prezzijiet previsti tqabblu mal-livell li jelimina d-dannu stabbilit għall-industrija tal-Unjoni fil-premessa 74 tar-Regolament oriġinali. |
|
(37) |
Iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni minn 0,35 miljun m2 fl-2009/2010 għal 13,10-il miljun m2 fil-PR kienet sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwantitajiet, meta titqabbel mal-volumi ta' importazzjonijiet (baxxi ħafna) mill-Indja qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji fl-2009/2010. Barra minn hekk, iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Indoneżja lejn l-Unjoni minn 0,04 m2fl-2009/2010 għal 33,31-il miljun m2 fil-PR tqieset sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwantitajiet, meta titqabbel mal-volumi ta' importazzjonijiet (baxxi ħafna) mill-Indoneżja qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji fl-2009/2010. |
|
(38) |
Biex jiġi vvalutat jekk l-effetti ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ humiex bħala prezzijiet imminati, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja u l-Indja ġew imqabbla mal-livell li jelimina d-dannu kif stabbilit fir-Regolament oriġinali. Il-livell li jelimina d-dannu stabbilit fir-Regolament oriġinali kien aġġustat għall-inflazzjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni medju peżat tal-esportazzjonijiet mill-Indja u mill-Indonesja ġie aġġustat għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u għall-aġġustamenti tal-kwalità stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali għal importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-paragun wera prezzijiet tal-esportazzjoni konsiderevolment orħos għal esportazzjonijiet mill-pajjiżi involuti lejn l-Unjoni. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mminati wkoll kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet. |
2.8 Evidenza ta’ dumping
|
(39) |
Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping. |
|
(40) |
Fir-Regolament oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Kanada, li f’dik l-investigazzjoni nstab li kien pajjiż b’ekonomija tas-suq adegwata li hija analoga għar-RPĊ. Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, intuża l-valur normali kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(41) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja u mill-Indoneżja kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz medju tal-esportazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati matul il-PR kif irrappurtat fil-COMEXT. L-esportazzjonijiet tal-kumpanija Indjana Montex ma ġewx riflessi fl-istatistika minħabba l-klassifikazzjoni ħażina tal-prodotti tagħhom (ara l-premessa 25 ta' hawn fuq), u ma kinux użati għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. |
|
(42) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għal differenzi fit-trasport, fl-assigurazzjoni, u fl-ispejjeż tal-imballaġġ. Minħabba li d-dejta disponibbli ma ppermettietx li jiġi stabbilit il-livell ta' aġġustamenti li għandu jkun hemm, l-aġġustamenti kellhom jiġu stabbiliti abbażi tal-aħjar fatti disponibbli. B'hekk, l-aġġustament għal dawn il-konċessjonijiet kien ibbażat fuq perċentwal ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-ispejjeż totali tat-trasport, tal-assigurazzjoni u tal-imballaġġ fuq il-valur tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ fl-Unjoni b'termini ta' konsenja CIF, ipprovduti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-investigazzjoni oriġinali li kkooperaw. |
|
(43) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi tqabbel il-valur normali medju peżat kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjoni korrispondenti taż-żewġ pajjiżi kkonċernati matul il-PR ta’ din l-investigazzjoni, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF f'dazju mhux imħallas fil-fruntiera tal-Unjoni. |
|
(44) |
It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjonijiet kif stabbiliti wera dumping. |
3. MIŻURI
|
(45) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-RPĊ ġie evitat permezz tat-trasbord li jseħħ fl-Indja u fl-Indoneżja, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(46) |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott li iżda jiġu kkonsenjati mill-Indja u l-Indoneżja, sew jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mill-Indja u l-Indoneżja u sew jekk le. |
|
(47) |
Il-miżuri li għandhom jiġu estiżi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 791/2011, għall-“kumpaniji l-oħra kollha”, jiġifieri dazju antidumping definittiv ta’ 62,9 % applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju. |
|
(48) |
Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li jkunu daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament li jagħti bidu, għandhom jinġabru dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja. |
4. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
4.1 L-Indja
|
(49) |
Kif iddikjarat fil-premessa (10), żewġ esportaturi produtturi ppreżentaw ruħhom wara li nbdiet l-investigazzjoni, u ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju u talbu eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku – Montex u Urja Products. |
|
(50) |
Kif ddikjarat fil-premessa (11), instab li waħda miż-żewġ kumpanniji, Urja Products ma tipproduċix il-prodott investigat. L-eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku mhijiex applikabbli għal din il-kumpanija. |
|
(51) |
Montex nstabet li ma kinitx involuta fil-prattiki ta’ evażjoni li jaqgħu taħt din l-investigazzjoni. Il-kumpanija uriet li hija produttur ġenwin li l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha taqbeż il-volum ta’ esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni. Il-kumpanija ssottomettiet sett sħiħ ta’ dejta li ġie vverifikat fuq il-post. Id-dejta vverifikata li għandha x'taqsam mat-twaqqif tal-kumpanija, ix-xiri ta’ makkinarju, il-proċess tal-produzzjoni, il-kapaċità, il-ħażniet, ix-xiri ta’ materja prima u l-ispiża tal-produzzjoni jsostnu il-konklużjoni. Barra minn hekk, dan il-produttur seta' juri li mhuwa relatat mal-ebda produttur/esportatur Ċiniż soġġett għall-miżuri eżistenti jew ma' kumpaniji involuti fi prattiki ta’ evażjoni. Għalhekk, din il-kumpannija setgħet tingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
4.2 L-Indoneżja
|
(52) |
Kif iddikjarat fil-premessa (10), l-ebda produttur esportatur fl-Indoneżja ma ressaq talba għal eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda produttur ġenwin tal-prodott investigat, fl-Indoneżja. |
4.3 Parteċipanti ġodda
|
(53) |
Il-produtturi fl-Indja u fl-Indoneżja li ma pparteċipawx f’din l-investigazzjoni u/jew ma esportawx il-prodott investigat lejn l-Unjoni fil-PR, jistgħu jitolbu eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż skont l-Artikoli 11(3), 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku. Huma se jintalbu jimlew kwestjonarju sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi jekk hemmx lok għal din l-eżenzjoni. Din l-eżenzjoni tista’ tingħata wara l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq għall-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, l-akkwist u l-bejgħ, u l-probabbiltà li l-prattiki li għalihom ma hemmx raġuni valida jitkomplew, jew minħabba ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u l-evidenza ta’ dumping. Il-Kummissjoni normalment twettaq ukoll żjara ta’ verifika fuq il-post. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni, bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ. |
|
(54) |
Meta eżenzjoni tkun ġustifikata, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tipproponi l-emenda tal-miżuri estiżi fis-seħħ skont dan. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija se tkun immonitorjata sabiex l-osservanza tal-kundizzjonijiet tiġi żgurata. |
5. DIVULGAZZJONI
|
(55) |
Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija, u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Kienu kkunsidrati l-kummenti bil-fomm u bil-miktub li tressqu mill-partijiet. L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok biex is-sejbiet definittivi jiġu mmodifikati, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 791/2011 fuq importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta’ daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-ħġieġ tal-fibra, li joriġinaw mir-RPĊ, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta' daqs taċ-ċellula ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, esklużi diski tal-ħġieġ tal-fibra, ikkunsinjati mill-Indja u l-Indoneżja, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indja u l-Indoneżja u sew jekk le, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019 51 00 14, 7019 51 00 15, 7019 59 00 14 u 7019 59 00 15), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti minn Montex Glass Fibre Industries Pvt.Ltd. (il-kodiċi TARIC B942 addizzjonali).
2. L-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija lil Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd. għandha ssir bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, għandu japplika d-dazju antidumping kif stipulat mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar għall-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Indja u l-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u l-Indoneżja kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 322/2013 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N-105 8/20 |
|
1049 Brussels |
|
Belgium |
|
Fax (32 2) 295 65 05 |
2. L-importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jevadux il-miżuri tal-antidumping imposti mir-Regolament (UE) Nru 791/2011 jistgħu jiġu eżentati mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1 taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku.
Artikolu 3
L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati jieqfu mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 322/2013.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 196, 24.7.2012, p. 1.
(5) ĠU L 101, 10.4.2013, p. 1.
(6) Comext hija bażi tad-dejta ġestita mill-Eurostat li tħaddan statistika dwar il-kummerċ barrani.
(7) Il-Global Trade Information Services huma statistika kummerċjali minn fornitur kummerċjali li għandu bażi tad-dejta kummerċjali.
(8) Il-volum f'Comext huwa muri f'tunnellati metriċi li huma maqluba għal metri kwadri skont ir-rati ta' konverżjoni tal-Industija tal-Unjoni; jiġifieri għan-NM 70 195 100: 1 m2 = 0,05 kg, għan-NM 70 195 900: 1 m2 = 0,14 kg.
ANNESS
Għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(2):
|
1. |
L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali; |
|
2. |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett”; |
|
3. |
Data u firma |
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1372/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Istati Membri ressqu talbiet lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu emendati l-Annessi VIII u XI tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Annessi 1 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 sabiex dawk l-Annessi jkunu konformi mal-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jew biex tiġi ssimplifikata l-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti. |
|
(2) |
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom l-għan li jagħtu ħarsa ġenerali tal-Istati Membri li ma japplikawx il-kalkolu pro rata għall-pensjonijiet tal-irtirar u tas-superstiti u tad-dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. |
|
(3) |
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom l-għan li jagħtu ħarsa ġenerali tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-ftehimiet bilaterali li jibqgħu jew li jidħlu fis-seħħ u tal-Istati Membri li jiddeterminaw l-ammont massimu ta’ rimborż tal-benefiċċji għall-qgħad abbażi tal-ammont medju ta’ benefiċċji għall-qgħad provdut skont il-leġiżlazzjoni tagħhom fis-sena kalendarja preċedenti. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali qablet dwar l-emendi mitluba u għamlet proposti rilevanti lill-Kummissjoni għall-adattamenti tekniċi tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tista’ taqbel li tinkludi l-proposti għall-adattamenti tekniċi tal-Annessi msemmija fil-Premessa (4). |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness VIII, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness XI, fit-taqsima “OLANDA”, jiddaħħal il-punt (fa) wara l-punt (f):
|
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness 5, tiżdied it-taqsima ġdida “OLANDA” wara t-taqsima “ĠERMANJA”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1373/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2013
li iniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 161(3), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 170 u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Regoli speċifiċi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu stabbiliti għal- liċenzi ta’ esportazzjoni fis- settur tal-laħam tal-majjal li għandhom partikolarment jinkludu disposizzjonijiet għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzi, flimkien ma’ dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jniżżel regoli komuni u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-liċenzi u l-arranġament bil-quddiem tal-liċenzi għal prodotti agrikoli (4). |
|
(3) |
Sabiex wieħed jassigura l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni, ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi ta’ esportazzjoni taħt dik is-sistema għandha tkun fissa. Minħabba fir-riskju ta’ spekulazzjoni ġewwa s-sistema fis-settur tal-laħam tal-majjal, il-liċenzi ta’ esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli u kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess tal-operaturi ġewwa din is-sistema għandhom ikunu stabbiliti. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 il-konformità mal-obligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konkluż taħt l-Artikolu 218 tat-Trattat matul ir-Ronda tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali tal-kummerċ dwar il-volum ta’ esportazzjoni għandha tkun assigurata fuq il-bażi tal-liċenzi ta’ esportazzjoni. Għalhekk skeda dettaljata għad-depożitu tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi għandha tkun stabbilita. |
|
(5) |
Barra dan, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandha tkun notifikata biss wara perjodu ta’ konsiderazzjoni. Dan il-perjodu għandu jippermetti lill-Kummissjoni li tevalwa l-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom għalihom kif ukoll l-infiq involut u, jekk addatat, tieħu miżuri speċjali li japplikaw partikolarment ghall-applikazzjonijiet li huma pendenti. Huwa fl-interess tal-operaturi li jħallu l-applikazzjoni tal-liċenza tkun irtirata wara li jkun stabbilit l-aċċettazzjoni tal-ko-effiċjent. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha jkollha informazzjoni preċiza li tirrigwarda l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista’ tamministra s-sistema tal-liċenzi. Fl-interessi ta’ amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri għandhom jużaw s-sistemi tal-informazzjoni bi qbil mar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (5). |
|
(7) |
Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jirrigwardaw kwantitajiet daqs jew inqas minn 25 tunnellata metrika, il-liċenza ta’ esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk il-operaturi jitlobha. F’dan il-każ, il-liċenzi ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda miżuri speċjali meħudin mill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Sabiex wieħed jassigura t-tkomplija eżatta tal-kwantitajiet li għandhom jkunu esportati, deroga mir-regoli dwar it-toleranzi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandha tkun stabbilita. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-esportazzjonijiet kollha tal-prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal li għalihom rifużjoni ta’ esportazzjoni hija mitluba, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ esportazzjoni flimkien mal-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni.
Artikolu 2
1. Il-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum mid-data attwali tal-ħruġ fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandhom ikollhom imniżżla, fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fit-taqsima 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar- rifużjoni fuq l-esportazzjoni.
3. Il-kategoriji tal-prodotti riferiti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi ta’ esportazzjoni, huma mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandu jkollhom imniżżla, fit-taqsima 20, mill-inqas wieħed mill-entrati elenkati fl-Anness II.
Artikolu 3
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni jistgħu jkunu ddepożitati mal-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa.
2. L-applikanti għal-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew legali li, malli jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, huma kapaċi jippruvaw għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri illi jkunu ilhom imdaħħla fil-kummerċ fis-settur tal-laħam tal-majjal (porku, perżut u bacon) għal mill-inqas 12-il xahar. Iżda, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi tal-aħħar jistgħu ma jiddepożitawx applikazzjonijiet.
3. Il-liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom jinħarġu nhar l-Erbgħa ta’ wara l-perjodu taż-żmien riferit fil-paragrafu 1, basta iżda illi l-ebda waħda mill-miżuri speċjali msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dak in-nhar mill-Kummissjoni.
4. Fejn il-ħruġ ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni jistgħu jirriżulta f’li jiġi maqbuż l-ammont 10 disponibbli tal-budget jew li jiġu eżawriti l-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni fil-perjodu kkonċernat, in vista tal-limiti msemmija fl-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew fejn il-ħruġ ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni ma jippermettux li jkomplu l-esportazzjonijiet matul il-bqija tal-perjodu, il-Kummissjoni tista’:
|
(a) |
tiffissa persentaġġ uniku ta’ aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li saret domanda għalihom; |
|
(b) |
tirrifjuta applikazzjonijiet għal liema applikazzjonijiet ma nħarġux ġa liċenzi; |
|
(c) |
tissospendi s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzi għal perjodu massimu ta’ ħamest ijiem xogħol, li jistgħu jiġu estiżi bil-proċedura speċifikata fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, applikazzjonijiet għal-liċenzi magħmula fil-perjodu ta’ sospensjoni għandhom ikunu invalidi.
Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implementati jew modulati skont il-kategorija u skont id-destinazzjoni.
5. Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 jistgħu ukoll jiġu adottati fejn applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni jirrelataw għal kwantitajiet li jaqbżu jew jistgħu jaqbżu l-kwatitajiet normali għal destinazzjoni u fejn il-ħruġ tal-liċenzi mitluba jista’ jfisser riskju ta’ spekulazzjoni, tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn operaturi, jew disturb fin-negozju ikkonċernat jew fis-suq intern.
6. Fejn il-kwantitajiet applikati għalihom ma jintlaqgħux jew jitnaqqsu, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata fil-pront għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.
7. Minkejja il-paragrafu 3, fejn jitwaqqaf persentaġġ wieħed ta’ aċċettazzjoni li huwa inqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ sa mhux iktar tard mill-ħdax-il jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-persentaġġ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista’:
|
(a) |
jew jirtira l-applikazzjoni, f’liema każ il-garanzjia għandha tiġi rilaxxjata immedjatament; jew |
|
(b) |
jirrikjedi ħruġ immedjat ta’ liċenza, f’ liema każ l-awtorita’ kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien imma mhux qabel id-data normali ta’ ħruġ għall-ġimgħa rilevanti. |
8. Bħala deroga minn paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ twaqqaf ġurnata oħra differenti min-nhar l-Erbgħa biex jinħarġu l-liċenzi ta’ esportazzjoni meta ma jkunx possibili li din id-data tkun rispettata.
Artikolu 4
1. Mal-applikazzjoni tal-operatur, applikazzjonijiet ta’ liċenzi li ma jaqbżux il-25 tunnellata metrika ta’ prodotti ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda miżuri speċjali kif riferit fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi applikati għalihom għandhom jinħarġu immedjatament.
F’każijiet bħal dawn, irrispettivament mill-Artikolu 2(1), it-terminu ta’ validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum attwali tal-ħruġ fit-tifsira tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u t-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenza u ta’ liċenzi għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III.
2. Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun neċessarju, tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Il-liċenzi ta’ esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 6
1. Il-kwantità esportata skont it-tolleranza riferita fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandhiex tagħti d-dritt ta’ ħlas tar-rifużjoni.
2. Fit-taqsima 22 tal-liċenza, għandu jkun indikat mill-inqas wieħed mill- entrati elenkati fl-Anness IV.
Artikolu 7
1. Sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ esportazzjoni kif riferiti fl-Artikolu 1 depożitati mit-Tnejn sal-Erbgħa tal-istess ġimgħa, waqt li jiddikjaraw jekk jaqawx ġewwa l-skop tal-Artikolu 4; |
|
(b) |
il-kwantitajiet koperti mill-liċenzi ta’ esportazzjoni maħruġa l-Erbgħa ta’ qabel, ma jinkludux dawk maħruġa immedjatament taħt l-Artikolu 4; |
|
(c) |
il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzi ta’ esportazzjoni irtirati skont l-Artikolu 3(7) matul il-ġimgħa ta’ qabel. |
2. In-notifika tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:
|
(a) |
il-kwantità skont il-piż tal-prodott għal kull kategorija riferita fl-Artikolu 2(3); |
|
(b) |
tqassim skont id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ fejn ir-rata tar-rifużjoni tvarja skont id-destinazzjoni; |
|
(c) |
ir-rata applikabbli tar-rifużjoni; |
|
(d) |
l-ammont totali tar-rifużjoni stabbilit bil-quddiem f’ewro għal kull kategorija. |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull xahar, wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi ta’ esportazzjoni, dwar il-kwantità mhux użata ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni.
4. In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament, inkluż notifiki ‘żero’, għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 1518/2003 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35.
(3) Ara l-Anness V.
ANNESS I
|
Kodiċi tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni (1) |
Kategorija |
Rata ta’ sigurta’ (EUR/100 kg) Piż nett |
|
0203 11 10 9000 0203 21 10 9000 |
1 |
10 |
|
0203 12 11 9100 0203 12 19 9100 0203 19 11 9100 0203 19 13 9100 0203 19 55 9110 0203 22 11 9100 0203 22 19 9100 0203 29 11 9100 0203 29 13 9100 0203 29 55 9110 |
2 |
10 |
|
0203 19 15 9100 0203 19 55 9310 0203 29 15 9100 |
3 |
6 |
|
0210 11 31 9110 0210 11 31 9910 |
4 |
14 |
|
0210 12 19 9100 |
5 |
0 |
|
0210 19 81 9100 |
6 |
14 |
|
0210 19 81 9300 |
7 |
14 |
|
1601 00 91 9120 |
8 |
5 |
|
1601 00 99 9110 |
9 |
4 |
|
1602 41 10 9110 |
10 |
8 |
|
1602 42 10 9110 |
11 |
6 |
|
1602 41 10 9130 1602 42 10 9130 1602 49 19 9130 |
12 |
5 |
(1) Regolament Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 Settur 6 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).
ANNESS II
Entrati msemmija fl-Artikolu 2(4)
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Регламент за изпълнение (ЕC) № […] |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Reglamento de Ejecución (UE) no […] |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Prováděcí nařízení (EU) č. […] |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Gennemførelsesforordning (EU) nr. […] |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Durchführungsverordnung (EU) Nr. […] |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Rakendusmäärus (EL) nr […] |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. […] |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Implementing Regulation (EU) No […] |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Règlement d’exécution (UE) no […] |
|
— |
Bil-Kroat |
: |
Provedbena uredba (EU) br. […] |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Regolamento di esecuzione (UE) n. […] |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Īstenošanas regula (ES) Nr. […] |
|
— |
Bil-Litwan |
: |
Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. […] |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
…/…/EU végrehajtási rendelet |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru […] |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Uitvoeringsverordening (EU) nr. […] |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr […] |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Regulamento de Execução (UE) n.o […] |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. […] |
|
— |
Bis-Slovakk |
: |
Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. […] |
|
— |
Bis-Sloven |
: |
Izvedbena uredba (EU) št. […] |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o […] |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Genomförandeförordning (EU) nr […] |
ANNESS III
Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1):
|
— |
Bil-Bugaru |
: |
Лицензия, валидна пет работни дни |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Certificado válido durante cinco días hábiles |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Licence platná pět pracovních dní |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Fünf Arbeitstage gültige Lizenz |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Litsents kehtib viis tööpäeva |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Licence valid for five working days |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Certificat valable cinq jours ouvrables |
|
— |
Bil-Kroat |
: |
Dozvola vrijedi pet radnih dana |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Titolo valido cinque giorni lavorativi |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Licences derīguma termiņš ir piecas darbdienas |
|
— |
Bil-Litwen |
: |
Licencijos galioja penkias darbo dienas |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
Öt munkanapig érvényes tanúsítvány |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Liċenza valida għal ħamest ijiem tax-xogħol |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Pozwolenie ważne pięć dni roboczych |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Licență valabilă timp de cinci zile lucrătoare |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Licencia platí päť pracovných dní |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Dovoljenje velja 5 delovnih dni |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Todistus on voimassa viisi työpäivää |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Licensen är giltig fem arbetsdagar |
ANNESS IV
Entrati msemmija fl-Artikolu 6(2):
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Възстановяване, валидно за […] тона (количество, за което е издадена лицензията). |
|
— |
Bl-Ispanjol: |
: |
Restitución válida por […] toneladas (cantidad por la que se expida el certificado). |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána). |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Restitutionen omfatter […] t (den mængde, licensen vedrører). |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Erstattung gültig für […] Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde). |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Eksporditoetus kehtib […] tonni kohta (kogus, millele on antud ekspordilitsents). |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό). |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Refund valid for […] tonnes (quantity for which the licence is issued). |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Restitution valable pour […] tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré). |
|
— |
Bil-Kroat: |
: |
Subvencija vrijedi za […] tona (količina za koju je izdana dozvola). |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Restituzione valida per […] t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato). |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Kompensācija ir spēkā attiecībā uz […] tonnām (daudzums par kuru ir izsniegta licence). |
|
— |
Bil-Litwen |
: |
Grąžinamoji išmoka galioja […] tonoms (kiekis, kuriam išduota licencija). |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
A visszatérítés […] tonnára érvényes (azt a mennyiséget kell feltüntetni, amelyre az engedélyt kiadták). |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Rifużjoni valida għal […] tunnellati (kwantità li għaliha tinħareġ il-liċenza). |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Restitutie geldig voor […] ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven). |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Refundacja ważna dla […] ton (ilość, dla której zostało wydane pozwolenie). |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Restituição válida para […] toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado). |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Restituire valabilă pentru […] tone (cantitatea pentru care a fost eliberată licența). |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Náhrada je platná pre […] ton (množstvo, pre ktoré bola vydaná licencia). |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Nadomestilo velja za […] ton (količina, za katero je bilo dovoljenje izdano). |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Tuki on voimassa […] tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty). |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Ger rätt till exportbidrag för […] ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats). |
ANNESS V
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 1518/2003 |
|
|
Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 130/2004 |
|
|
Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 1361/2004 |
|
|
Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 1713/2006 |
Artikolu 12 biss |
|
Regolament tal-Kummissioni (UE) Nru 557/2010 |
Artikolu 1 biss |
|
Regolament tal-Kummissioni (UE) Nru 519/2013 |
Punt 6.G.(2) biss tal-Anness |
ANNESS VI
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 1518/2003 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 2(2) u (3) |
Artikolu 2(2) u (3) |
|
Artikolu 2(4), il-kliem introduttiv |
Artikolu 2(4) |
|
Artikolu 2(4), l-ewwel sal-ħdax il-inċiż |
Anness II |
|
Artikolu 3(1) sa 3(4) |
Artikolu 3(1) sa 3(4) |
|
Artikolu 3(4a) |
Artikolu 3(5) |
|
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3(6) |
|
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3(7) |
|
Artikolu 3(7) |
Artikolu 3(8) |
|
Artikoli 4 u 5 |
Artikoli 4 u 5 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6(2), il-kliem introduttiv |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 6(2), l-ewwel sal-ħdax il-inċiż |
Anness IV |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
— |
|
— |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness Ia |
Anness III |
|
Anness III |
— |
|
Anness IV |
— |
|
— |
Anness V |
|
— |
Anness VI |
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1374/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 36
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Mejju 2013 il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ippubblika emendi għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 36 Indeboliment tal-Assi. L-għan tal-emendi huwa li jiġi ċċarat li l-ambitu tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ammont rekuperabbli tal-assi, fejn dak l-ammont huwa bbażat fuq il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment, huwa limitat għal assi indeboliti. |
|
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 36 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 36 Indeboliment tal-Assi hu emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
|
IAS 36 |
|
“Ir-riproduzzjoni hija permessa fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ riproduzzjoni għal finijiet ta’ użu personali jew għal tranżazzjoni ġusta. Tista’ tinkiseb iktar informazzjoni mill- IASB fis-sit www.iasb.org”
Divulgazzjonijiet tal-Ammont Rekuperabbli għal Assi Non-Finanzjarji
Emendi għal IAS 36 Taħsir tal-Assi
Il-paragrafi 130 u 134 u l-intestatura fuq il-paragrafu 138 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 140 J.
DIVULGAZZJONI
…
|
130. |
Entità għandha tiżvela dan li ġej għal assi individwali (inkluż avvjament) jew unità li tiġġenera l-flus, li għaliha jkun ġie rikonuxxut jew treġġa’ lura telf minn indeboliment tul il-perjodu:
… Stimi użati għall-kejl ta’ ammonti rekuperabbli ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li għandhom avvjament jew assi intanġibbli bi żmien indefinit ta’ utilità |
|
134. |
Entità għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(f) għal kull unità li tiġġenera l-flus (grupp ta’ unitajiet) li għaliha l-ammont riportat ta’ avvjament jew assi intanġibbli bi żmien ta’ utilità indefinit allokat għal dik l-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun sinifikanti meta mqabbel mal-ammont riportat totali tal-entità ta’ avvjament jew assi intanġibbli b’ħajjiet ta’ utilità indefiniti:
… |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DATA EFFETTIVA
|
138. |
... |
|
140J |
F’Mejju 2013, il-paragrafi 130 u 134 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 138 ġew emendati. Entità għandha tapplika dawk l-emendi retrospettivament għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. Entità ma għandhiex tapplika dawk l-emendi fil-perjodi (inklużi perjodi komparattivi) fejn ma tapplikax ukoll IFRS 13. |
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1375/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Ġunju 2013, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ppubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl intitolati Novazzjoni ta' Derivati u l-Kontinwazzjoni ta’ Kontabilità għall-Hedging. L-għan tal-emendi hu li jipprovdu ħelsien f’sitwazzjonijiet fejn derivat, li nħatar bħala strument tal-hedging, ikun innovat minn kontroparti waħda għal kontroparti ċentrali bħala konsegwenza tal-liġijiet jew tar-regolamenti. Ħelsien bħal dan ifisser li l-kontabilità għall-hedging tista’ tkompli irrispettivament min-novazzjoni li, mingħajr l-emenda, ma tkunx permessa. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jeħtieġ l-ikklerjar ta' ċerta klassi ta' derivati OTC. Bħala konsegwenza, il-kontropartijiet ta’ ċerti strumenti għall-hedging għandhom jaqblu li jissostitwixxu l-kontroparti oriġinali tagħhom tat-tranżazzjoni tal-hedging b'kontroparti ċentrali li hija konformi mar-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Sabiex jiġi evitat il-piż tar-rapportar finanzjarju li jirriżulta min-novazzjoni ta’ derivati OTC għal kontroparti ċentrali bħala konsegwenza tal-liġijiet jew tar-regolamenti jew l-introduzzjoni ta’ liġijiet jew regolamenti, huwa meħtieġ li ssir eċċezzjoni għar-rekwiżiti eżistenti għas-sospensjoni tal-kontabilità għall-hedging fl-IAS 39. |
|
(5) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 39 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39, Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
ANNESS
|
IAS 39 |
|
"Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, ħlief għad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org"
Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
Novazzjoni ta' Derivattivi u Kontinwazzjoni ta' Kontabilità għall-Hedging
Il-paragrafi 91 u 101 huma emendati.
Hedges tal-valur ġust
…
|
91 |
Entità għandha twaqqaf b'mod prospettiv il-kontabilità tal-hedging speċifikata fil-paragrafu 89 jekk:
… |
Hedges tal-fluss ta' flus
…
|
101 |
F'kull ċirkostanza li ġejja entità għandha twaqqaf b'mod prospettiv l-kontabilità tal-hedge speċifikat fil-paragrafi 95–100:
|
Jiżdiedu l-paragrafu 108D u, fl-Appendiċi A, il-paragrafu AG113A.
Data effettiva u tranżizzjoni
…
|
108D |
Novazzjoni ta’ Derivattivi u l-Kontinwazzjoni ta’ kontabilità għall-Hedging (Emendi għall-IAS 39), maħruġa f’Ġunju 2013, emendat il-paragrafi 91 u 101 u żiedet il-paragrafu AG113A. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara. Entità għandha tapplika dawk l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji. Hija permessa applikazzjoni aktar kmieni. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dak il-fatt. |
…
Stima tal-effettività tal-hedge
…
|
AG113A |
Biex jiġi evitat id-dubju, l-effetti ta’ sostituzzjoni tal-kontroparti oriġinali ma’ kontroparti tal-ikklerjar u li jsiru bidliet assoċjati kif deskritt fil-paragrafi 91(a)(ii) u 101(a)(ii) għandhom jiġu riflessi fil-kejl tal-istrument tal-hedging u għalhekk fil-valutazzjoni tal-effettività tal-hedge u l-kejl tal-effettività tal-hedge. |
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1376/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
55,3 |
|
IL |
216,6 |
|
|
MA |
72,6 |
|
|
TN |
99,8 |
|
|
TR |
107,5 |
|
|
ZZ |
110,4 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
106,5 |
|
MA |
158,2 |
|
|
TR |
139,1 |
|
|
ZZ |
134,6 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
98,4 |
|
TR |
171,8 |
|
|
ZZ |
135,1 |
|
|
0805 10 20 |
AR |
26,3 |
|
MA |
57,5 |
|
|
TR |
57,5 |
|
|
ZA |
44,9 |
|
|
ZZ |
46,6 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
57,5 |
|
ZZ |
57,5 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
35,9 |
|
IL |
96,3 |
|
|
JM |
133,9 |
|
|
MA |
69,9 |
|
|
TR |
73,1 |
|
|
ZZ |
81,8 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
102,8 |
|
TR |
70,7 |
|
|
ZZ |
86,8 |
|
|
0808 10 80 |
CN |
77,6 |
|
MK |
34,4 |
|
|
NZ |
153,0 |
|
|
US |
124,5 |
|
|
ZZ |
97,4 |
|
|
0808 30 90 |
TR |
120,5 |
|
US |
155,6 |
|
|
ZZ |
138,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/49 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1377/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2013
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS unika]) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2014-31.3.2014 (f’%) |
|
1 |
09.4410 |
0,250375 |
|
2 |
09.4411 |
0,253228 |
|
3 |
09.4412 |
0,267952 |
|
4 |
09.4420 |
0,26178 |
|
6 |
09.4422 |
0,262743 |
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/51 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1378/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2013
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS unika)) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2014-31.3.2014 (f’%) |
|
P1 |
09.4067 |
1,302094 |
|
P3 |
09.4069 |
0,270933 |
DEĊIŻJONIJIET
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUTM SOMALIA/1/2013
tas-17 ta’ Diċembru 2013
dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)
(2013/777/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia). |
|
(2) |
Fit-22 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/44/PESK (2) li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK u li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Gerald AHERNE bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Taljanapproponiet in-nomina tal-Brigadier Ġeneral Massimo MINGIARDI bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE l-ġdid biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Gerald AHERNE. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik il-proposta. |
|
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas mhija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Massimo MINGIARDI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mill-15 ta' Frar 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/44/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (U L 20, 23.1.2013, p. 57).
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/54 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE
(2013/778/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jingħataw il-kariga b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex ikunu delegati poteri lill-aġenziji eżekuttivi biex jimplimentaw b’mod sħiħ jew parti minn programm jew proġett tal-Unjoni, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha. |
|
(2) |
L-għan li l-aġenziji eżekuttivi jingħataw il-kariga b’kompiti ta’ implimentazzjoni ta; programmi huwa biex il-Kummissjoni titħalla tikkonċentra fuq l-attivitajiet u l-funzjonijiet ewlenin tagħha li ma jistgħux jiġu ġestiti esternament, mingħajr ma ċċedi l-kontroll fuq l-attivitajiet ġestiti minn dawk l-aġenziji eżekuttivi u r-responsabbiltà aħħarija għall-istess attivitajiet. |
|
(3) |
Id-delega ta’ kompiti b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ programmi lil aġenzija eżekuttiva titlob separazzjoni ċara bejn l-istadji tal-ipprogrammar li jinvolvu diskrezzjoni kbira fl-għażliet gwidati minn kunsiderazzjonijiet ta’ politika u li jitwettqu mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-programmi, li għandha titħalla f’idejn l-aġenzija eżekuttiva. |
|
(4) |
Bid-Deċiżjoni 2008/46/KE (2), il-Kummissjoni ħolqot l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”) u din ġiet inkarigata bil-ġestjoni tal-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka bil-ħsieb li twettaq il-ħidma ta’ implimentazzjoni tal-programm speċifiku “Nies” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (3), il-Programm Speċifiku: “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (4) u l-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (5) tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (6) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ s-“Seba’ Programm Kwadru”). |
|
(5) |
L-Aġenzija wriet li d-delega tal-kompiti lil aġenzija eżekuttiva hija soluzzjoni rilevanti b’mod sħiħ sabiex tittejjeb l-effettività fir-rigward tal-infiq, u dan jippermetti lill-Kummissjoni tiġġestixxi baġit ikbar b’żieda iżgħar proporzjonalment fin-numru totali ta’ persunal. Is-separazzjoni tal-kompiti tat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni mill-ħidmiet ta’ implimentazzjoni tal-programmi fl-Aġenzija ppermettiet liż-żewġ partijiet jaħdmu aħjar fuq id-dmirijiet prinċipali tagħhom. L-evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija li twettqet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 wriet li kienet effiċjenti u effettiva fil-ġestjoni tal-azzjonijiet relatati mal-SMEs fl-ambitu tal-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”, l-Azzjonijiet Marie Curie fl-ambitu tal-programm speċifiku “Nies”, l-azzjonijiet ta’ riċerka tal-Ispazju u s-Sigurtà fl-ambitu tal-Programm Speċifiku Kooperazzjoni u fil-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ loġistiku u amministrattiv għall-oqsma kollha tal-programmi speċifiċi “Nies”, “Kapaċitajiet” u “Kooperazzjoni”. L-iffrankar li rriżulta mid-delega tal-kompiti lill-Aġenzija ġew stmati għal madwar EUR 106 miljun tul il-perjodu 2009-2013. |
|
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011“Baġit għall-Ewropa 2020” (7), il-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-għażla ta’ rikors aktar estensiv lil aġenziji eżistenti għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“QFP”).. |
|
(7) |
L-analiżi kostijiet-benefiċċji li twettqet skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 wriet li l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija hija superjuri meta mqabbla ma’ dik tal-Kummissjoni. Il-programmi delegati ġodda huma tematikament f’konformità mal-mandat u l-missjoni attwali tal-Aġenzija u jirrappreżentaw il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet eżistenti tal-Aġenzija. L-Aġenzija diġà bniet kompetenzi, ħiliet u kapaċitajiet li huma direttament rilevanti għal dawn il-programmi. L-Aġenzija tinsab f’qagħda tajba biex tkompli tiġġestixxi programmi ta’ riċerka skont il-QFP tal-2014-2020. Id-delega tal-ġestjoni tal-programmi lill-Aġenzija se tiżgura l-kontinwità finanzjarja għall-programmi benefiċjarji, ladarba l-Aġenzija tkun bniet il-kompetenza u l-kapaċità relevanti u li jiffokaw fuq il-komunità tar-riċerka. Id-delega tal-ġestjoni tal-programmi lill-Aġenzija hija stmata li twassal għal gwadanni fl-effiċjenza ta’ EUR 158 miljun matul il-perjodu 2014-2024 meta mqabbla mal-ġestjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(8) |
Sabiex l-aġenziji eżekuttivi jingħataw identità koerenti, il-Kummissjoni, sa fejn kien possibbli, qasmet il-ħidmiet skont l-qasam tematiku tal-politika meta stabbiliet il-mandati l-ġodda tagħhom. |
|
(9) |
L-Aġenzija għandha tkun fdata bil-ġestjoni tal-partijiet li ġejjin tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (8)
|
|
(10) |
L-Aġenzija għandha tkompli bl-implimentazzjoni tal-partijiet tas-Seba’ Programm ta’ Qafas diġà delegati lilha skont il-QFP 2007-2013. |
|
(11) |
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku b’mod partikolari fejn iċ-ċentralizzazzjoni ta’ dawk is-servizzi ta’ appoġġ jirriżultaw fi qligħ kosteffiċjenti u ekonomiji ta’ skala addizzjonali. |
|
(12) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti u fil-ħin, ta’ din id-Deċiżjoni, u tal-programmi kkonċernati, huwa neċessarju li jkun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha li huma marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi soġġett għad-data li fiha dawk il-programmi jseħħu u minn dik id-data ’l quddiem. |
|
(13) |
Għandha tiġi stabbilita l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka. Għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni 2008/46/KE. Din għandha topera f’konformità mal-istatut ġenerali stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 58/2003. |
|
(14) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2008/46/KE għandha titħassar u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn’ il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) hija b’dan stabbilita u għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-aġenzija eżekuttiva mwaqqfa bid-Deċiżjoni 2008/46/KE mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024, li l-istatut tagħha huwa regolat mir-Regolament (KE) Nru 58/2003.
Artikolu 2
Lokalità
L-Aġenzija għandha tkun lokalizzata fi Brussell.
Artikolu 3
Għanijiet u kompiti
1. B’dan, l-Aġenzija qed tiġi fdata, fil-qafas ta’ Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) bl-implimentazzjoni ta’ partijiet minn:
|
(a) |
Parti I “Xjenza eċċellenti”; |
|
(b) |
Parti II “Tmexxija industrijali”; |
|
(c) |
Parti III “Sfidi Soċjetali”; |
|
(d) |
Parti IIIa “Tixrid tal-eċċellenza u twessigħ tal-parteċipazzjoni” |
|
(e) |
Parti IIIb “Ix-xjenza mas-soċjetà u għaliha”. |
Dan il-paragrafu japplika soġġett għad-data li fiha jseħħ il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 — Il-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), u minn dik id-data ’l quddiem.
2. B’dan, l-Aġenzija qed tiġi fdata, fil-qafas tas-Seba’ Programm Kwadru, bl-implimentazzjoni tal-legat ta’ partijiet minn dawn il-programmi li ġejjin:
|
(a) |
L-attivitajiet “Riċerka għall-SMEs” jew “Riċerka għal assoċjazzjonijiet tal-SMEs” tal-programm Speċifiku “Kapaċitajiet”; |
|
(b) |
It-temi “Spażju” u “Sigurtà” tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”; |
|
(c) |
Il-Programm Speċifiku “Nies”: |
3. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti segwenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:
|
(a) |
il-ġestjoni ta’ xi stadji ta’ implimentazzjoni tal-programmi u xi fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega; |
|
(b) |
l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-ħruġ ta’ finanzi u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-programm, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega; |
|
(c) |
il-provvediment ta’ sostenn fl-implimentazzjoni tal-programm fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega. |
4. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku kif iddefinit fl-istrument tad-delega. Dawn is-servizzi għandhom jitwasslu għall-benefiċċju tal-korpi li jimplimentaw il-programmi u fl-ambitu tal-programmi msemmija fl-istrument tad-delega.
Artikolu 4
Tul tal-ħatriet
1. Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni jinħatru għal perjodu ta’ sentejn.
2. Id-Direttur se jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin.
Artikolu 5
Rekwiżit dwar is-superviżjoni u r-rapportaġġ
L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li għalihom hi responsabbli, bi qbil mal-arranġamenti stipulati fl-istrument tad-delega.
Artikolu 6
L-Implimentazzjoni tal-baġit operattiv
L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (9).
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u li jħassru
1. Id-Deċiżjoni 2008/46/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
2. L-Aġenzija għandha titiqies bħala s-suċċessur legali tal-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni 2008/46/KE.
3. Mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-uffiċjali ssekondati prevista bl-istrument tad-delega, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal impjegat mill-Aġenzija, inkluż id-Direttur tagħha.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) ĠU L 54, 22.2.2007, p. 91.
(4) ĠU L 54, 22.2.2007, p. 101.
(5) ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.
(6) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(7) COM(2011) 500 finali.
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/58 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/37/KE
(2013/779/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex ikunu delegati poteri lill-aġenziji eżekuttivi biex jimplimentaw b’mod sħiħ jew parti minn programm jew proġett tal-Unjoni, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha. |
|
(2) |
L-għan li l-aġenziji eżekuttivi jingħataw il-kariga b’kompiti ta’ implimentazzjoni ta’ programmi huwa biex il-Kummissjoni titħalla tikkonċentra fuq l-attivitajiet u l-funzjonijiet ewlenin tagħha li ma jistgħux jiġu ġestiti esternament, mingħajr ma ċċedi l-kontroll fuq l-attivitajiet ġestiti minn dawk l-aġenziji eżekuttivi jew ir-responsabbiltà aħħarija għall-istess attivitajiet. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020) (2) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020), il-Kummissjoni għandha twaqqaf Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-ERC). L-ERC se jkun is-suċċessur tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE (3) sabiex jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE (4) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Programm Speċifiku “Ideat”). L-ERC għandu jkun magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC”) u struttura ta’ implimentazzjoni apposta fil-forma ta’ Aġenzija Eżekuttiva. |
|
(4) |
Id-delega ta’ kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-programm lil aġenzija eżekuttiva teħtieġ separazzjoni ċara bejn l-istadji tal-ipprogrammar, u dan għandu jiġi stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC u adottat mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-programm skont il-prinċipji u l-metodoloġija stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC, li għandha tkun f’idejn l-aġenzija eżekuttiva. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2008/37/KE (5), il-Kummissjoni ħolqot l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Aġenzija” u din ġiet inkarigata bil-ġestjoni tal-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka tal-fruntieri tal-għarfien bil-ħsieb li twettaq il-ħidma ta’ implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku “Ideat”. |
|
(6) |
L-Aġenzija mwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni 2008/37/KE wriet li kisbet reputazzjoni sinifikanti fi ħdan il-komunità xjentifika madwar l-Ewropa u madwar id-dinja. Hija stabbiliet lilha nnifisha bħala komponent essenzjali fix-xena tal-finanzjament tar-riċerka tal-Unjoni b’viżibbiltà u perċezzjoni esterna tajba mill-partijiet interessati. L-evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija li twettqet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 wriet li t-twaqqif tal-Aġenzija kien ta’ benefiċċju minħabba l-ispeċjalizzazzjoni xjentifika tagħha u l-kapaċità li tipprovdi servizz aħjar f’termini ta’ qrubija mal-benefiċjarji, it-titjib tal-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-programmi u l-iżgurar ta’ ħlas iktar fil-pront lill-benefiċjarji. L-iffrankar li rriżulta mid-delega tal-kompiti lill-Aġenzija ġie stmat għal madwar EUR 45 miljun tul il-perjodu mill-2009–2012. |
|
(7) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011“Baġit għall-Ewropa 2020” (6), il-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-għażla ta’ rikors aktar estensiv għal aġenziji eżistenti għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014–2020. |
|
(8) |
L-analiżi kostijiet-benefiċċji li twettqet skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 wriet li l-Kummissjoni għandha tafda lill-Aġenzija bl-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku “it-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” tal-Parti I “Xjenza eċċellenti” tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020. L-Aġenzija għandha ġestjoni tal-programm u provvista tas-servizzi ta’ kwalità għolja, minbarra viżibbiltà u kanali ta’ komunikazzjoni eżistenti li nstabu effettivi. L-objettiv speċifiku “it-tisħiħ tar-riċerka tal-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” huwa skont l-għanijiet u l-kompiti attwali tal-Aġenzija. L-użu tal-esperjenza akkumulata u kompetenzi tal-Aġenzija jista’ jwassal għal kisbiet fl-effiċjenza. Barra minn hekk, billi l-Kummissjoni qatt ma ġġestiet dan il-programm internament, din il-possibilità ta’ ġestjoni interna għandha ġġiba magħha interruzzjoni fil-kontinwità tan-negozju u nuqqas ta’ kompetenza. Barra minn hekk, huma mistennija kisbiet ta’ effiċjenza ta’ EUR 79 miljun matul il-perjodu 2014–2024 bl-implimentazzjoni tax-xenarju li jinkludi l-aġenzija meta mqabbel ma’ xenarju fejn il-programm ikun amministrat internament mill-Kummissjoni. |
|
(9) |
L-Aġenzija għandha tkun fdata bil-ġestjoni tal-għan speċifiku “it-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” tal-Parti I “Xjenza eċċellenti” tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020, li jsegwu attivitajiet simili li fil-qafas finanzjarju pluriennwali 2007–2013 diġà huma ġestiti mill-Aġenzija u huma ikkaratterizzati minn proġetti li ma jinvolvux it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u jeħtieġu livell għoli ta’ kompetenza xjentifika u finanzjarja matul iċ-ċiklu tal-proġett. |
|
(10) |
L-Aġenzija għandha tkompli l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku “Ideat” li kien delegat lilha fil-qafas finanzjarju pluriennwali 2007-2013. |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti u fil-ħin, ta’ din id-Deċiżjoni, u tal-programmi kkonċernati, huwa neċessarju li jkun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha li huma marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi soġġett għad-data li fiha dawk il-programmi jseħħu u minn dik id-data ’l quddiem. |
|
(12) |
L-Aġenzija għandha tiġi stabbilita. Għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-aġenzija eżekuttiva stabbilita peremzz tad-Deċiżjoni 2008/37/KE. Din għandha topera f’konformità mal-istatut ġenerali stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 58/2003. |
|
(13) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2008/37/KE għandha titħassar u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (minn hawn’ il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) hija b’dan stabbilita u għandha tieħu post u tkun is-suċċessur tal-aġenzija eżekuttiva mwaqqfa bid-Deċiżjoni 2008/37/KE mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024, billi l-istatut tagħha huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.
Artikolu 2
Lokalità
L-Aġenzija għandha tkun lokalizzata fi Brussell.
Artikolu 3
Għanijiet u kompiti
1. L-Aġenzija għandha tkun l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, responsabbli għall-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programmi.
2. B’dan, l-Aġenzija qed tiġi fdata, fil-qafas tal-Programm Speċifiku biex timplimenta l-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020), bl-implimentazzjoni tal-għan speċifiku “it-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” tal-Parti I “Xjenza eċċellenti”. Dan il-paragrafu japplika soġġett għad-data li fiha jseħħ il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 — Il-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020), u minn dik id-data ’l quddiem.
3. B’dan, l-Aġenzija qed tiġi fdata, fil-qafas tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea bl-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007–2013) (7), bl-implimentazzjoni tal-legat tal-Programm Speċifiku “Ideat”.
4. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti segwenti għall-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3:
|
(a) |
il-ġestjoni tal-implimentazzjoni ta’ programmi u proġetti speċifiċi abbażi ta’ programmi ta’ ħidma rilevanti stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (minn hawn’ il quddiem l-ERC) u adottati mill-Kummissjoni, meta l-Kummissjoni tkun tatha l-poter li tagħmel dan fl-istrument tad-delega; |
|
(b) |
l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-ħruġ ta’ finanzi u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, meta l-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega; |
|
(c) |
il-provvediment ta’ sostenn fl-implimentazzjoni tal-programmi metail-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega. |
|
(d) |
l-appoġġ lill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC fit-twettiq tal-kompiti kollha tiegħu. |
Artikolu 4
Tul tal-ħatriet
1. Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jinħatru għal sentejn.
2. Id-Direttur se jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin, filwaqt li jitqiesu l-fehmiet tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC.
3. Il-ħatra ta’ Persunal Superjuri tal-Aġenzija għandha tqis l-opinjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC.
Artikolu 5
Rekwiżit dwar is-superviżjoni u r-rapportaġġ
L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni tal-Kummissjoni u għandha tirrapporta b’mod regolari dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni jew partijiet tagħhom, li għalihom hi responsabbli, f’konformità mal-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.
Artikolu 6
L-Implimentazzjoni tal-baġit operattiv
L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (8).
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u li jħassru
1. Id-Deċiżjoni 2008/37/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
2. L-Aġenzija għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-aġenzija eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni 2008/37/KE.
3. Mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-uffiċjali sekondati prevista bl-istrument tad-delega, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal impjegat mill-Aġenzija, inkluż id-Direttur tagħha.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissojni 2007/134/KE tat-2 ta' Frar 2007 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 fir-rigward tal-programm speċifiku: “Ideat” tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 242).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju “Ideat” fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 9, 12.1.2008. p. 15).
(6) COM(2011) 500 final.
(7) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(8) Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/61 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika
(notifikata bid-dokument C(2013) 9166)
(2013/780/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2000/29/KE tipprovdi għal miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta’ organiżmi li huma perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti. |
|
(2) |
L-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u huwa kopert b’waħda mill-kodiċijiet NM u d-deskrizzjonijiet stipulati fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE ma jistax jiġi introdott fl-Unjoni sakemm ma jkunx akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju kif stipulat fl-Artikolu 13(1)(ii) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2000/29/KE tippermetti derogi mill-Artikolu 13(1)(ii) fil-każ tal-injam, jekk jiġu żgurati salvagwardji ekwivalenti permezz ta’ dokumentazzjoni jew immarkar alternattiv. |
|
(4) |
Abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni nnutat li programm uffiċjali, il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program, ġie approvat mill-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture, u se jkun operat mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA). |
|
(5) |
Il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program jiżgura li l-faċilitajiet approvati tal-injam iebes fl-Istati Uniti joperaw skont il-Kiln Drying Sawn Hardwood Standard. Dak l-Istandard jiżgura li l-partijiet kollha tal-injam iebes isserrat esportati skont dak il-Programm jitnixxfu bil-forn sakemm jibqa’ anqas minn 20 % tal-umdità skont il-piż u skont l-iskedi tat-tnixxif bil-forn, u li jkunu mingħajr qoxra. |
|
(6) |
Dak l-istandard jiżgura wkoll li ma’ kull lott ta’ injam iebes imnixxef bil-forn tinhemeż tikketta tal-identità tal-azzar bit-timbru “NHLA – KD” flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott. In-numri jiġu elenkati fuq iċ-Ċertifikat Kiln Drying Hardwood Lumber korrispondenti (‘Certificate of Kiln Drying’). |
|
(7) |
L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jippermettu injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika sabiex jiġi introdott fit-territorju tagħhom meta jkun akkumpanjat minn Ċertifikat tat-tnixxif bil-forn bħala alternattiva għaċ-ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Uniti tal-Amerika tagħmel disponibbli kull informazzjoni teknika meħtieġa biex jiġi vvalutat il-funzjonament tal-programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kontinwament l-użu tat-tikketti tal-identità NHLA u ċ-Ċertifikat assoċjat tat-tnixxif bil-forn. |
|
(9) |
Id-deroga prevista f’din id-deċiżjoni għandha tintemm jekk ikun stabbilit li l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ma jkunux biżżejjed biex jipprevjenu d-dħul ta’ organiżmi perikolużi fl-Unjoni jew ma jkunux ġew imħarsa, u jew ikun hemm evidenza li tista’ tindika li l-programm ma jkunx qed jaħdem b’mod effettiv. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex jippermettu fit-territorju tagħhom l-introduzzjoni tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh., li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u li hu kopert mill-kodiċi NM u d-deskrizzjonijiet stipulati fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva, mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk tali injam jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub meta jkunu għamlu użu mid-deroga prevista fl-Artiklu 1.
Qabel il-15 ta’ Lulju kull sena l-Istati Membri li jkunu għamlu użu mid-deroga għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra informazzjoni dwar l-għadd ta’ kunsinni impurtati fis-sena preċedenti skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u rapport dettaljat tal-każijiet kollha ta’ interċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data ta’ interċettazzjoni ta’ kull kunsinna introdotta fit-territorju tagħhom skont Artikolu 1 li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
3. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Amerika biex tipprovdilha l-informazzjoni teknika meħtieġa biex tkun tista’ tevalwa l-funzjonament tal-Kiln Drying Hardwood Lumber Certificate (“Certificate of Kiln Drying”).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Novembru 2016.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
PARTI I
Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1
Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 skont liema l-Istati Membri huma awtorizzati li jippermettu fit-territorju tagħhom l-introduzzjoni ta’ injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u li huwa kopert minn waħda mill-kodiċijiet NM u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, huma dawn li ġejjin:
|
(1) |
l-injam għandu jkun manifatturat f’segeriji jew ittrattat f’postijiet approvati u vverifikat mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA) biex jipparteċipa fil-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program (“il-programm”); |
|
(2) |
l-injam għandu jitnixxef bil-forn sakemm jifdallu biss anqas minn 20 % tal-kontenut tal-umdità, espress bħala perċentwal ta’ materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura; |
|
(3) |
ladarba l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (2) tiġi ssodisfata, għandha titwaħħal tikketta tal-identità tal-azzar standard ma’ kull lott mill-uffiċjal nominat tas-segerija msemmija fil-punt (1), jew taħt is-superviżjoni tiegħu. Kull tikketta tal-identità għandha tiġi ttimbrata b’“NHLA – KD” flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott; |
|
(4) |
sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2) u (3) jiġu ssodisfati, l-injam għandu jkun suġġett għal sistema ta’ verifika li tkun ġiet stabbilita skont il-programm u li tinkludi spezzjoni tal-merkanzija qabel titgħabba u l-monitoraġġ f’segeriji approvati mwettaq minn awdituri indipendenti ta’ parti terza ikkwalifikati u awtorizzati għal dak il-għan. L-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture għandu jwettaq ta’ sikwit spezzjonijiet qabel titgħabba l-merkanzija u verifiki ta’ kull sitt xhur ta’ rekords tal-NHLA u proċeduri relatati mal-programm, tal-awdituri indipendenti ta’ parti terza, u tas-segeriji u postijiet oħra xierqa li jipparteċipaw fil-programm; |
|
(5) |
l-injam għandu jkun akkumpanjat minn “Certificate of Kiln Drying” standard li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti II ta’ dan l-Anness, u li jinħareġ minn persuna jew persuni awtorizzati li jipparteċipaw fil-programm u li huwa vvalidat minn spettur tal-NHLA. Is-Certificate of Kiln Drying għandu jitlesta u għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ injam isserrat u mingħajr qoxra f’piedi u metri kubi. Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika wkoll in-numru totali ta’ lottijiet u kull numru tat-tikketta tal-identità assenjat lil dawk il-lottijiet. |
PARTI II
Model of Certificate of Kiln Drying
Agreement No 07-8100-1173-MU
Cert #. xxxxx-xxxxx
CERTIFICATE OF KILN DRYING
Sawn Hardwood Lumber
|
Lumber Kiln Dried by |
Consignee |
|
Name of Company: |
Name: |
|
Address: |
Address: |
|
City/State/Zip: |
City/State/Zip: |
|
Phone: |
Country: |
|
Order #: |
Port: |
|
Invoice #: |
Container #: |
|
Customer PO#: |
|
Certificate Standard: This certifies that the lumber described below is of the allowed genera Quercus sp. and/or Platanus sp. and/or the species Acer saccharum and/or Acer macrophyllum; and has met the treatment requirements of the Dry Kiln Operators Manual and is bark free.
Description of Consignment:
Botanical Name of wood:
List species, thickness, grade of various items contained in shipment:
|
Bundle Numbers |
Clip ID Numbers |
Board Footage |
Cubic Meters |
|
|
|
|
|
|
Totals: |
# Bundles |
BdFt |
Cubic Meters: |
(This document is issued under a program officially approved by the Animal, Plant, Health, and Inspection Service of the U.S. Department of Agriculture. The products covered by this document are subject to pre-shipment inspection by that Agency. No liability shall be attached to the U.S. Department of Agriculture or any representatives of the Department with respect to this certificate.)
AUTHORIZED PERSON RESPONSIBLE FOR CERTIFICATION
|
Name (Print) _ |
Title _ |
|
I certify that the products described above satisfy the Kiln Drying requirements listed under Certificate Standard and are bark free. |
|
|
Signature _ |
Date _ |
NATIONAL HARDWOOD LUMBER ASSOCIATION VALIDATION
|
Name (Print) |
Authorized Signature |
Title |
Date |
National Hardwood Lumber Association PO Box 34518 | Memphis, TN 38184-0518 | Ph. 901-377-1818 | Fax 901-347-0034 | www.nhla.com
PLEASE SIGN THIS FORM IN BLUE INK
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/65 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2013
dwar l-għoti ta’ deroga mitluba mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tal-Ingilterra, l-Iskozja u Wales skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli
(notifikata bid-dokument C(2013) 9167)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(2013/781/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u, b’mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,
Billi:
|
(1) |
Jekk l-ammont ta’ demel li Stat Membru beħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena jkun differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat b’mod li ma jippreġudikax il-kisba tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat abbażi ta’ kriterji oġġettivi, bħal staġuni twal ta’ kultivazzjoni u wċuħ b’rata għolja ta’ assorbiment tan-nitroġenu. |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2009/431/KE (2) li tagħti deroga mitluba mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward tal-Ingilterra, l-Iskozja u Wales skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, li tippermetti l-applikazzjoni tad-demel sa limitu ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, skont ċerti kundizzjonijiet, fi ħdan il-qafas tal-Programmi ta’ Azzjoni fl-Ingilterra (Ir-Regolament 2008 Nru 2349), l-Iskozja (Ir-Regolament 2008 Nru 298) u Wales (Ir-Regolament 2008 Nru 3143) li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(3) |
Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2009/431/KE kienet tikkonċerna 433 farm fl-2010 (425 fl-Ingilterra, 6 fl-Iskozja u 2 f’Wales), 404 farms fl-2011 (396 fl-Ingilterra, 7 fl-Iskozja u 1 f’Wales), u 390 farm fl-2012 (385 fl-Ingilterra, 4 fl-Iskozja u 1 f’Wales). Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2009/431/KE, fis-snin 2009-2012 kienet tikkonċerna madwar 110 000 unità ta’ bhejjem (li jikkorrispondu għal 0,9 % tat-total), 45 000 ettaru ta’ bwar (li jikkorrispondu għal 0,4 % tat-total) u 5 000 ettaru ta’ raba’ (li jikkorrispondu għal 0,1 % tat-total), fil-Gran Brittanja. |
|
(4) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2012, ir-Renju Unit issottometta talba lill-Kummissjoni għat-tiġdid tad-deroga skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE, soġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fid-Deċiżjoni 2009/431/KE. |
|
(5) |
Ir-Renju Unit stabbilixxa Programmi ta’ Azzjoni għall-perjodu 2013-2016, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/676/KEE, permezz tar-Regolamenti li ġejjin: ir-Regolamenti tal-2008 dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis Ikkawżat min-Nitrati (SI 2008/2349) u li jemendaw ir-Regolamenti SI 2009/3160, SI 2012/1849, SI 2013/1001 u SI 2013/2619 fl-Ingilterra; il-Programm ta’ Azzjoni għar-Regolamenti tal-2008 dwar Żoni Vulnerabbli għat-Tniġġis tan-Nitrati (SI 2008/298 Skoċċiż) u li jemendaw ir-Regolamenti SI 2013/123 Skoċċiż fl-Iskozja; ir-Regolamenti tal-2013 dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis Ikkawżat min-Nitrati (Wales) (SI 2013/2506 (W. 245)) f’Wales. |
|
(6) |
Iż-żoni vulnerabbli ddeżinjati li għalihom japplikaw il-programmi ta’ azzjoni, skont ir-Regolament SI 2013/2619 għall-Ingilterra, l-SI 2002 Skoċċiż Nru 276 u l-SI 2002 Skoċċiż Nru 546 għall-Iskozja u r-Regolament SI 2013/2506 (W. 245) għal Wales, ikopru 58 % tal-erja totali tal-Ingilterra, 14 % tal-erja totali tal-Iskozja u 2,3 % tal-erja totali ta’ Wales. |
|
(7) |
Id-dejta dwar il-kwalità tal-ilma sottomessa turi li għall-ilma ta’ taħt l-art fl-Ingilterra, 85 % mill-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l ta’ nitrati u 60 % tal-konċentrazzjonijiet taħt il-25 mg/l ta’ nitrati. Għal Wales, 95 % tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art għandhom konċentrazzjonijiet medji ta’ nitrati taħt il-50 mg/l ta’ nitrati, u 87 % għandhom konċentrazzjonijiet taħt il-25 mg/l. Għall-Iskozja iktar minn 87 % tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-50 mg/l ta’ nitrati, u 62 % għandhom konċentrazzjonijiet taħt il-25 mg/l. Għall-ilmijiet tal-wiċċ fl-Ingilterra 59 % tas-siti ta’ monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l u 8 % għandhom konċentrazzjonijiet ogħla minn 50 mg/l ta’ nitrati. Għall-Iskozja u għal Wales iktar minn 95 % tas-siti ta’ monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati taħt il-25 mg/l. Għall-Iskozja l-ebda sit ta’ monitoraġġ ma għandu konċentrazzjonijiet medji tan-nitrati ogħla minn 50 mg/l ta’ nitrati u għal Wales 1 % tas-siti ta’ monitoraġġ għandhom konċentrazzjonijiet ogħla minn 50 mg/l ta’ nitrati. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fid-dawl tal-esperjenza li kisbet mid-deroga prevista fid-Deċiżjoni 2009/431/KE tqis li l-ammont ta’ demel propost mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena, mhux se jippreġudika l-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KEE, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet stretti li qed jintlaħqu. |
|
(9) |
Id-dokumenti ta’ sostenn li tressqu mir-Renju Unit juru li l-ammont propost ta’ 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru fis-sena minn demel ta’ bhejjem li jirgħu f’farms tal-bwar hija ġġustifikata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma ammont nett ta’ nżul ta’ xita għoli, staġuni twal ta’ tkabbir, u produttività għolja ta’ ħaxix b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni 2009/431/KE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. Sabiex jiġi żgurat li l-bdiewa kkonċernati jkunu jistgħu jibqgħu jibbenefikaw mid-deroga, huwa xieraq li l-validità tad-Deċiżjoni 2009/431/KE tiġi estiża. |
|
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deroga mitluba mir-Renju Unit fir-rigward tal-Ingilterra, l-Iskozja u Wales permezz tal-ittra tal-20 ta’ Diċembru 2012, bil-għan li jiġi permess ammont ta’ demel tal-bhejjem ogħla minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“farms tal-bwar” tfisser azjendi fejn 80 % jew aktar tal-erja agrikola disponibbli għall-applikazzjoni tad-demel tkun miksija bil-ħaxix; |
|
(b) |
“bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem (għajr għall-għoġġiela tal-vitella), nagħaġ, ċriev, mogħoż u żwiemel; |
|
(c) |
“ħaxix” tfisser bur permanenti jew bur temporanju (temporanju timplika art li tkun miżrugħa bil-ħaxix għal anqas minn erba’ snin); |
|
(d) |
“roqgħa art” tfisser għalqa individwali jew grupp ta’ għelieqi, omoġenji f’dak li għandu x’jaqsam mal-uċuħ, it-tip ta’ ħamrija u l-prattiki ta’ fertilizzazzjoni. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tapplika fuq bażi individwali għall-farms tal-bwar u soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4, 5 u 6.
Artikolu 4
Awtorizzazzjoni u impenn annwali
1. Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga skont din id-Deċiżjoni għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kull sena.
2. Flimkien mal-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintrabtu bil-miktub li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5 u 6.
Artikolu 5
L-għoti tad-demel u fertilizzanti oħra
1. L-ammont ta’ demel tal-bhejjem li jirgħu li jingħata kull sena f’farms tal-bwar, inkluż dak mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 250 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7.
2. L-ammonti totali ta’ nitroġenu mogħtija ma għandhomx jaqbżu d-domanda prevista ta’ nutrijenti tal-wiċċ meqjus, għandhom iqisu l-provvista mill-ħamrija, u ma għandhomx jaqbżu l-istandard massimu ta’ applikazzjoni għall-farm, stabbiliti fil-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati.
3. Għal kull farm, għandu jinżamm pjan ta’ fertilizzazzjoni b’deskrizzjoni tat-tinwib tal-uċuħ u l-applikazzjoni ppjanata ta’ demel u fertilizzanti oħra. Dan għandu jkun disponibbli fil-farm kull sena kalendarja sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu. Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:
|
(a) |
Il-pjan tat-tinwib tal-uċuħ, li jrid jispeċifika l-erja tal-irqajja’ ta’ art bil-ħaxix u tal-irqajja’ b’uċuħ oħra, inkluż mappa li tindika l-lok tal-irqajja’ tal-art individwali; |
|
(b) |
l-għadd ta’ bhejjem, deskrizzjoni tal-bini fejn jinżammu u tas-sistema tal-ħżin, inkluż il-volum ta’ ħżin ta’ demel disponibbli; |
|
(c) |
il-kalkolu tan-nitroġenu u tal-fosforu fid-demel prodott fil-farm; |
|
(d) |
l-ammont, it-tip u l-karatteristiki tad-demel imwassal barra l-farm jew lill-farm; |
|
(e) |
ir-rekwiżiti prevedibbli tan-nitroġenu u l-fosforu għal kull roqgħa art; |
|
(f) |
ir-riżultati tal-analiżi tal-ħamrija relatati mal-istatus tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija; |
|
(g) |
in-natura tal-fertilizzant li għandu jintuża; |
|
(h) |
il-kalkolu tal-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosforu mid-demel fuq kull roqgħa art; |
|
(i) |
il-kalkolu tal-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosforu minn fertilizzanti kimiċi u fertilizzanti oħrajn fuq kull roqgħa art. |
Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-pjanijiet u l-prattiki agrikoli reali.
4. Kull bidwi għandu jżomm kontijiet tal-fertilizzazzjoni, fosthom informazzjoni relatata mal-ġestjoni tal-ammonti tan-nitroġenu u l-fosforu. Dawn għandhom jitressqu quddiem l-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja.
5. Għal kull farm tal-bwar li jibbenefika minn deroga, il-bidwi għandu jaċċetta li l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-pjan ta’ fertilizzazzjoni u l-kontijiet tal-fertilizzazzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal kontroll.
6. L-analiżi perjodika tan-nitroġenu u l-fosforu fil-ħamrija għandha ssir minn kull bidwi li jingħata d-deroga għal fertilizzazzjoni preċiża.
L-analiżi u t-teħid ta’ kampjuni, fir-rigward tat-tinwib tal-uċuħ u l-karatteristiki tal-ħamrija għandhom jitwettqu tal-anqas darba kull erba’ snin għal kull erja omoġenja tal-farm.
Għanda ssir tal-anqas analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ art agrikola.
Ir-riżultati tal-analiżi tan-nitroġenu u l-fosforu fil-ħamrija għandhom ikunu disponibbli minn kull farm li jibbenefika minn deroga.
7. Id-demel tal-bhejjem ma għandux jitferrex fil-ħarifa, qabel il-kultivazzjoni tal-ħaxix.
Artikolu 6
Immaniġġjar tal-artijiet
1. Tmenin fil-mija jew aktar tal-erja disponibbli għall-għoti tad-demel fuq farms għandha tkun ikkultivata bil-ħaxix.
2. Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga individwali għandhom iwettqu l-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
bwar temporanji fuq ħamrija ramlija għandhom jinħartu fir-rebbiegħa; |
|
(b) |
l-art miksija bil-ħaxix li tinħarat fuq it-tipi kollha ta’ ħamrija għandha tiġi segwita minnufih b’wiċċ b’domanda għolja ta’ nitroġenu; |
|
(c) |
it-tinwib tal-uċuħ ma għandux jinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħrajn li jiffissaw in-nitroġenu atmosferiku. |
3. Il-punt c tal-paragrafu 2, madanakollu, ma għandux japplika għas-silla fil-bwar b’anqas minn 50 % ta’ silla u għal pjanti leguminużi oħra li jinżergħu flimkien mal-ħaxix.
Artikolu 7
Monitoraġġ
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li mapep li juru l-perċentwal ta’ farms tal-bwar, il-perċentwal ta’ bhejjem u l-perċentwal tal-art agrikola koperta b’deroga individwali għal kull distrett kif ukoll il-mapep dwar l-użu tal-art lokali jitħejjew u jiġu aġġornati kull sena.
2. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq fuq il-ħamrija, l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art sabiex jipprovdi dejta dwar il-konċentrazzjoni tan-nitroġenu u l-fosforu fl-ilma tal-ħamrija, dwar in-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija u l-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ, kemm jekk taħt kundizzjonijiet ta’ deroga kif ukoll jekk le. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-livell tal-farms u fl-ambitu tal-monitoraġġ taż-żoni ta’ qbid ta’ baċini agrikoli. Is-siti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu t-tipi ewlenin ta’ ħamrija, il-prattiki ta’ fertilizzazzjoni u l-uċuħ.
3. Għandu jitwettaq monitoraġġ tal-ilma aktar intensiv għal żoni ta’ qbid ta’ baċini agrikoli li jinsabu qrib il-korpi tal-ilma l-aktar vulnerabbli.
4. Stħarriġiet dwar l-użu tal-art lokali, it-tinwib tal-uċuħ u prattiki agrikoli għandhom jitwettqu fuq farms li jibbenefikaw minn derogi individwali. Informazzjoni u dejta miġbura mill-analiżi ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 5(6) u l-monitoraġġ kif imsemmi fil-Paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jintużaw għal kalkoli ibbażati fuq mudelli ta’ kemm hu kbir it-telf ta’ nitrati u fosforu minn farms li jibbenefikaw mid-deroga.
Artikolu 8
Kontrolli
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet kollha għal deroga jitressqu għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll juri li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5 u 6 ma ġewx issodisfati, l-applikant għandu jiġi mgħarraf b’dan. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.
2. Għandu jkun stabbilit programm ta’ spezzjonijiet fuq il-post ibbażat fuq l-analiżi tar-riskji, ir-riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u r-riżultati ta’ kontrolli aleatorji ġenerali tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE. L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom ikopru mill-anqas 5 % tal-farms li jibbenefikaw minn deroga individwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni. Fejn il-verifika tindika nuqqas ta’ konformità, il-bidwi għandu jiġi mgħarraf b’dan. F’dan il-każ, it-talba għal deroga għas-sena ta’ wara għandha titqies li ma ġietx aċċettata.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mad-deroga mogħtija skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Rappurtar
L-awtoritajiet kompetenti, kull sena sa Ġunju, għandhom jissottomettu rapport li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
mapep li juru l-perċentwal tal-farms, il-perċentwal ta’ bhejjem, il-perċentwal tal-art agrikola koperta b’deroga individwali għal kull distrett, kif ukoll mapep dwar l-użu lokali tal-art, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1); |
|
(b) |
ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-wiċċ, fir-rigward tan-nitrati u l-konċentrazzjonijiet tal-fosforu, inkluża informazzjoni dwar ix-xejriet fil-kwalità tal-ilma, kemm jekk taħt kundizzjonijiet ta’ deroga kif ukoll jekk le, flimkien mal-impatt tad-deroga fuq il-kwalità tal-ilma, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2); |
|
(c) |
ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-ħamrija fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu fl-ilma tal-ħamrija u dwar in-nitroġenu minerali fil-profil tal-ħamrija, kemm jekk taħt kundizzjonijiet ta’ deroga kif ukoll jekk le, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2); |
|
(d) |
sommarju u evalwazzjoni tad-dejta miksuba mill-monitoraġġ tal-ilma intensifikat imsemmi fl-Artilolu 7(3); |
|
(e) |
ir-riżultati tal-istħarriġiet dwar l-użu lokali tal-art, it-tinwib tal-uċuħ u l-prattiki agrikoli, imsemmija fl-Artikolu 7(4); |
|
(f) |
ir-riżultati ta’ kalkoli bbażati fuq mudelli, ta’ kemm hu kbir it-telf tan-nitroġenu u tal-fosforu minn farms li jibbenefikaw minn deroga individwali, kif imsemmi fl-Artikolu 7(4); |
|
(g) |
evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga, fuq il-bażi ta’ kontrolli fil-livell tal-farms u ta’ informazzjoni dwar il-farms li mhumiex konformi, abbażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u fuq il-post, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) u (2). |
Artikolu 10
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntest tar-Regolamenti li jiddeżinjaw iż-żoni vulnerabbli fl-Ingilterra (SI 2013/2619), l-Iskozja (SI 2002 Skoċċiż Nru 276 u SI 2002 Skoċċiż Nru 546) u Wales (SI 2013/2506 (W. 245)) u fil-kuntest tar-Regolamenti li jimplimentaw il-programm ta’ azzjoni fl-Ingilterra (SI 2008/2349 u li jemenda r-Regolamenti SI 2009/3160, SI 2012/1849, SI 2013/1001 u SI 2013/2619), l-Iskozja (SI 2008/298 Skoċċiż u li jemenda r-Regolamenti SI 2013/123 Skoċċiż) u Wales (SI 2013/2506 (W. 245)).
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2016.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/69 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2002/757/KE dwar ir-rekwiżit taċ-ċertifikat fitosanitarju fir-rigward tal-organiżmu ta’ ħsara Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ’t Veld sp. nov. għall-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika
(notifikata bid-dokument C(2013) 9181)
(2013/782/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE (2) titlob lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex iħarsu lilhom infushom mill-introduzzjoni u l-firxa fl-Unjoni ta’ Phytopthora ramorum Werres, De Cock & Man in ’t Veld sp. nov., organiżmu ta’ ħsara li mhuwiex elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE. |
|
(2) |
L-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh and Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika ma jistax jiġi introdott fl-Unjoni sakemm ma jkunx akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju kif imsemi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE u fil-punt 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/757/KE. |
|
(3) |
Abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni nnutat li programm uffiċjali, il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program, ġie approvat mill-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture u se jkun qed jiġi operat mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA). |
|
(4) |
Il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program jiżgura li l-faċilitajiet approvati tal-injam iebes fl-Istati Uniti joperaw skont il-Kiln Drying Sawn Hardwood Standard. Dak l-Istandard jiżgura li l-partijiet kollha tal-injam iebes isserrat esportati skont dak il-Programm jitnixxfu bil-forn sakemm jibqa’ anqas minn 20 % tal-umdità skont il-piż u skont l-iskedi tat-tnixxif fil-forn, u li jkunu mingħajr qoxra. |
|
(5) |
Dak l-istandard jiżgura wkoll li ma’ kull lott ta’ injam iebes imnixxef bil-forn tinhemeż tikketta tal-identità tal-azzar bit-timbru “NHLA – KD” flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott. In-numri jiġu elenkati fuq iċ-Ċertifikat Kiln Drying Hardwood Lumber korrispondenti (“Certificate of Kiln Drying”). |
|
(6) |
Għalhekk, għandha tiġi pprovduta deroga sabiex l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika jiġi introdott fl-Unjoni meta jkun akkumpanjat b’Ċertifikat ta’ tnixxif bil-forn bħala alternattiva għal ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Uniti tal-Amerika tagħmel disponibbli kull informazzjoni teknika meħtieġa biex jiġi vvalutat il-funzjonament tal-programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kontinwament l-użu tat-tikketti tal-identità NHLA u ċ-Ċertifikat assoċjat tat-tnixxif bil-forn. |
|
(8) |
Id-deroga stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE kif emendata b’din id-Deċiżjoni għandha tibqa’ tapplika sat-30 ta’ Novembru 2016 sabiex tiġi allinjata mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE (3). Għalhekk, id-Deċiżjoni 2002/757/KE għandha tiġi emendata skont dan. Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2002/757/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Pjanti u injam suxxettibbli jistgħu jiddaħħlu biss fit-territorju tal-Unjoni jekk jikkonformaw mal-miżuri fitosanitarji ta’ emerġenza stipulati fil-punti 1a u 2 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, jekk il-formalitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE jitlestew u jekk, bħala riżultat ta’ dawk il-formalitajiet fir-rigward tal-preżenza ta’ iżolati mhux Ewropej tal-organiżmu ta’ ħsara, pjanti u injam suxxettibbli jinsabu ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, sat-30 ta’ Novembru 2016, l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh and Quercus spp. L., li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, jista’ jiġi introdott fl-Unjoni mingħajr ma jikkonforma mal-punt 2 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, dejjem jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.” |
|
2. |
Fl-Artikolu 3(2) u (3) u fl-Artikolu 5(1), il-kliem “tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni” jinbidlu bi “tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni” u għandu jsir kull aġġustament grammatikali meħtieġ b’konsegwenza ta’ dan. |
|
3. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej: “Artikolu 6a 1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u bil-miktub, meta jkunu għamlu użu mid-deroga stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1). Qabel il-15 ta’ Lulju kull sena, l-Istati Membri li jkunu għamlu użu mid-deroga għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-għadd ta’ kunsinni impurtati fis-sena preċedenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni u rapport dettaljat tal-każijiet kollha ta’ interċezzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data ta’ interċettazzjoni ta’ kull kunsinna introdotta fit-territorju tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II. 3. Il-Kummissjoni għandha titlob l-Istati Uniti tal-Amerika biex tipprovdilha l-informazzjoni teknika meħtieġa biex tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-funzjonament tal-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program.” |
|
4. |
L-Anness jingħata t-titolu l-ġdid ta’ Anness I. |
|
5. |
Jiżdied Anness II, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE tad-19 ta’ Settembru 2002 dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta’ emerġenza biex jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa fil-Komunità ta’ Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ’t Veld sp. nov. (ĠU L 252, 20.9.2002, p. 37).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 tipprovdi għal deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (Ara l-paġna 61 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
“ANNESS II
PARTI I
Il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)
Il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) skont liema l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika jista’ jiġi introdott fl-Unjoni mingħajr ma jikkonforma mal-punt 2 tal-Anness I, huma dawn li ġejjin:
|
(1) |
l-injam għandu jkun manifatturat f’segeriji jew trattat f’postijiet approvati u vverifikati mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA) biex jipparteċipa fid-Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program (‘il-programm); |
|
(2) |
l-injam għandu jitnixxef bil-forn sakemm jifdallu biss anqas minn 20 % tal-kontenut tal-umdità, espress bħala perċentwal ta’ materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura; |
|
(3) |
ladarba l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (2) tiġi ssodisfata, għandha titwaħħal tikketta tal-identità tal-azzar standard ma’ kull lott mill-uffiċjal nominat tas-segerija msemmija fil-punt (1), jew taħt is-superviżjoni tiegħu. Kull tikketta tal-identità għandha tiġi ttimbrata b’ ‘NHLA – KD’ flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott; |
|
(4) |
sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2) u (3) jiġu ssodisfati, l-injam għandu jkun suġġett għal sistema ta’ verifika li tkun ġiet stabbilita skont il-programm u li tinkludi spezzjoni tal-merkanzija qabel titgħabba u l-monitoraġġ f’segeriji approvati mwettaq minn awdituri indipendenti ta’ parti terza ikkwalifikati u awtorizzati għal dak il-għan. L-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture għandu jwettaq ta’ sikwit spezzjonijiet qabel titgħabba l-merkanzija u verifiki ta’ kull sitt xhur ta’ rekords tal-NHLA u proċeduri relatati mal-programm, tal-awdituri indipendenti ta’ parti terza, u tas-segeriji u postijiet oħra xierqa li jipparteċipaw fil-programm; |
|
(5) |
l-injam għandu jkun akkumpanjat minn ‘Certificate of Kiln Drying’ standard li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti II ta’ dan l-Anness, u li jinħareġ minn persuna jew persuni awtorizzati li jipparteċipaw fil-programm u li huwa vvalidat minn spettur tal-NHLA. Is-Certificate of Kiln Drying għandu jitlesta u għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ injam isserrat u mingħajr qoxra f’piedi u metri kubi. Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika wkoll in-numru totali ta’ lottijiet u kull numru tat-tikketta tal-identità assenjat lil dawk il-lottijiet. |
PART II
Model of Certificate of Kiln Drying
Agreement No. 07-8100-1173-MU
Cert #. xxxxx-xxxxx
CERTIFICATE OF KILN DRYING
Sawn Hardwood Lumber
|
Lumber Kiln Dried by |
Consignee |
|
Name of Company: |
Name: |
|
Address: |
Address: |
|
City/State/Zip: |
City/State/Zip: |
|
Phone: |
Country: |
|
Order #: |
Port: |
|
Invoice #: |
Container #: |
|
Customer PO#: |
|
Certificate Standard: This certifies that the lumber described below is of the allowed genera Quercus sp. and/or Platanus sp. and/or the species Acer saccharum and/or Acer macrophyllum; and has met the treatment requirements of the Dry Kiln Operators Manual and is bark free.
Description of Consignment:
Botanical Name of wood:
List species, thickness, grade of various items contained in shipment:
|
Bundle Numbers |
Clip ID Numbers |
Board Footage |
Cubic Meters |
|
|
|
|
|
|
Totals: |
# Bundles |
BdFt |
Cubic Meters: |
(This document is issued under a program officially approved by the Animal, Plant, Health, and Inspection Service of the U.S. Department of Agriculture. The products covered by this document are subject to pre-shipment inspection by that Agency. No liability shall be attached to the U.S. Department of Agriculture or any representatives of the Department with respect to this certificate.)
AUTHORIZED PERSON RESPONSIBLE FOR CERTIFICATION
|
NAME (PRINT) _ |
TITLE _ |
|
I certify that the products described above satisfy the Kiln Drying requirements listed under Certificate Standard and are bark free. |
|
|
SIGNATURE _ |
DATE _ |
NATIONAL HARDWOOD LUMBER ASSOCIATION VALIDATION
|
NAME (PRINT) |
AUTHORIZED SIGNATURE |
TITLE |
DATE |
National Hardwood Lumber Association PO Box 34518 | Memphis, TN 38184-0518 | Ph. 901-377-1818|Fax 901-347-0034 | www.nhla.com
PLEASE SIGN THIS FORM IN BLUE INK ”
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/73 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li tiddetermina li s-suspensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana preferenzjali stabbilita taħt il-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, mhix xierqa għall-importazzjoni tal-banana li toriġina mill-Perù għas-sena 2013
(2013/783/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana ġie introdott bil-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, li provviżjorjament daħal fis-seħħ fir-rigward tal-Kolombja u l-Perù fl-1 ta’ Awwissu 2013 u fl-1 ta’ Marzu 2013 rispettivament. |
|
(2) |
Skont il-mekkaniżmu tiegħu, u skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013, ladarba jiġi maqbuż volum kawżali definit għall-importazzjoni ta’ banana friska (intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea) mill-Kolombja u l-Perù, il-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni li jista’ jissuspendi temporanjament id-dazji tad-dwana preferenzjali applikati fuq l-importazzjoni tal-banana mill-Kolombja u l-Perù jew jiddetermina li sospensjoni bħal din mhix xierqa. |
|
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tittieħed skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu. |
|
(4) |
F’Novembru 2013 deher li l-importazzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ banana friska li toriġina mill-Perù qabżet il-limitu definit mill-Ftehim ta’ Kummerċ t’hawn fuq. |
|
(5) |
F’dan il-kuntest, skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-importazzjoni kkonċernata dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-banana tal-Unjoni Ewropea, billi ġie kkunsidrat, inter alia, l-effett tal-importazzjoni minn sorsi oħra kif ukoll l-istabbiltà globali tas-suq tal-Unjoni. |
|
(6) |
L-importazzjoni ta’ banana friska mill-Perù rrappreżentat 1,8 % biss tal-importazzjoni totali tal-banana friska ġewwa l-Unjoni Ewropea fil-perjodu Ottubru 2012 – Settembru 2013 (skont il-Eurostat). |
|
(7) |
L-importazzjoni ta’ banana friska minn pajjiżi importaturi tradizzjonali oħra, b’mod notevoli l-Kolumbja, l-Kosta Rika u l-Panama, baqgħet sew taħt il-livell limitu stipulat għalihom f’mekkaniżmi ta’ stabbilizzazzjoni komparabbli, u huma kienu qed isegwu l-istess tendenzi u valuri tal-unità fl-aħħar tliet snin. |
|
(8) |
Il-prezz bl-ingrossa medju tal-banana fuq is-suq tal-Unjoni f’Novembru 2013 (0,99 EUR/kg) ma rreġistrax kambjamenti notevoli kkomparat mal-medji tal-prezzijiet tal-banana għax-xhur ta’ qabel. |
|
(9) |
Barra minn hekk,;la hemm indikazzjoni li l-istabbiltà tas-suq tal-Unjoni kienet disturbata mill-importazzjoni ta’ banana friska mill-Perù li teċċedi l-volum ta’ importazzjoni ta’ skattar annwali definit, u lanqas li dan kellu xi impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-UE. |
|
(10) |
Fuq il-bażi tal-eżaminazzjon ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sospensjoni tad-dazji tad-dwana preferenzjali fuq l-importazzjoni tal-banana li toriġina mill-Perù mhijiex xierqa. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib l-importazzjoni tal-banana mill-Perù. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana preferenzjali fuq l-importazzjoni tal-banana friska tal-intestatura 0803 90 10 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea li toriġina mill-Perù mhijiex xierqa waqt is-sena 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/75 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li jemenda l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa I, II u III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini għall-qatla, it-tismin u r-riproduzzjoni stipulati fl-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE
(notifikata bid-dokument C(2013) 9208)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/784/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan il-Komunità tan-nagħaġ u l-mogħoż (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fi ħdan l-Unjoni. Din tipprovdi, fost l-oħrajn, li waqt it-trasport lejn id-destinazzjoni tagħhom l-annimali ovini u kaprini għandu jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma ma’ Mudell I, II, jew III kif stabbilit fl-Anness E tagħha. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija spongiformi li tinxtered (EST) f’annimali bovini, ovini, u kaprini. L-Anness VII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri għall-kontroll u l-qerda tat-TSEs. Barra minn hekk, il-Kapitolu A tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali ħajjin, semen u embrijuni. Il-Kapitlu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ġie emendat dan l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (3). |
|
(3) |
Sabiex jirrifletti r-rekwiżiti marbuta mal-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini għat-tismin u r-riproduzzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 630/2013, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa II u III stipulati fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, ġew emendati dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE (4). |
|
(4) |
Fil-proċess ta’ dik l-emenda, il-possibilità li f’ċerti kundizzjonijiet l-annimali ovini u kaprini jiġu mċaqilqa għal skopijiet ta’ riproduzzjoni lejn Stati Membri bi programm ta’ kontroll approvat għall-iscrapie klassika tħalliet barra bi żball. Għalhekk, il-punt II.9 tal-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini għar-riproduzzjoni, stabbilit fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, għandu jiġi emendat. |
|
(5) |
Barra minn hekk, fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa II għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini għat-tismin u fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni f’annimali ovini u kaprini għar-riproduzzjoni, stabbilit fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, ċerti referenzi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu riveduti sabiex titneħħa kwalunkwe ambigwità. |
|
(6) |
Għaldaqstant, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa II u III, stabbiliti fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, għandhom ikunu emendati biex jirriflettu korrettament ir-rekwiżiti marbuta mal-kummerċ ġewwal l-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini għat-tismin u r-riproduzzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 630/2013. |
|
(7) |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-terminoloġija f’kull mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini, kif imniżżel fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, dawn il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu emendati u sostitwiti mill-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa I, II u III kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Id-Direttiva 91/68/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE tad-29 ta’ Awwissu 2013 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l- Unjoni għall-annimali ovini u kaprini u r-rekwiżiti tas-saħħa li jirrigwardaw il-marda tal-ħakk (scrapie) (ĠU L 233, 31.8.2013, p. 48).
ANNESS
“ANNESS E
MUDELL I
MUDELL II
MUDELL III
Rettifika
|
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/89 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1363/2013 tat-12 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fejn tidħol id-definizzjoni ta’ “nanomaterjali maħdumin”
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tad-19 ta’ Diċembru 2013 )
Il-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1363/2013 għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.