ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.345.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 345

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
19 ta' Diċembru 2013


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

2

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

21

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 133/2013

tat-8 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja anke wara l-31 ta’ Diċembru 2012,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012” fil-paragrafu 6 għandhom jiġu sostitwiti mill-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013”.

2.

Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012” fil-paragrafu 7 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013”.

3.

Il-kliem “is-snin 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012” fil-paragrafu 8 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “is-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi-9 ta’ Lulju 2013 jew il-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1), skont liema data tkun l-aktar tard.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 134/2013

tat-8 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 (1) jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-2013 għall-implimentazzjoni tal-programm statistiku Ewropew tal-2013–17. L-allokazzjoni finanzjarja għall-perijodu li jkopri mill-2014 sal-2017 għadu jrid jintlaħaq qbil dwarha.

(2)

Il-programm statistiku taż-ŻEE tal-2013 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u għall-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea.

(3)

Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 4 (Modernizzazzjoni tal-Istatistika Ewropea tal-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)) tal-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE:

“Artikolu 5

Il-Programm Statistiku tal-2013

1.   L-att segwenti huwa l-oġġett ta’ dan l-Artikolu:

32013 R 0099: Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

2.   Il-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 99/2013 għandu jikkostitwixxi l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi taż-ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013. L-oqsma prinċipali kollha tal-programm statistiku Ewropew tal-2013–17 għandhom jitqiesu li huma rilevanti għall-kooperazzjoni statistika taż-ŻEE u għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA.

3.   Programm Statistiku taż-ŻEE speċifiku għall-2013 għandu jiġi żviluppat b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-Istatistika u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku taż-ŻEE għall-2013 għandu jkun ibbażat fuq subsett tal-programm ta’ ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 99/2013, u jitfassal b’mod parallel miegħu. Il-Programm Statistiku taż-ŻEE għall-2013 għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess.

4.   Għall-2013, l-Istati tal-EFTA, f’konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u mar-Regolamenti Finanzjarji ta’ miegħu, għandhom jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal 75 fil-mija tal-ammont indikat fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm statistiku Ewropew 2013–17) u 29 01 04 05 (Politika ta’ informazzjoni statistika — In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inklużi fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi-9 ta’ Lulju 2013 jew il-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1), skont liema data tkun l-aktar tard.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 135/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/737/UE tas-27 ta’ Novembru 2012 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/753/UE tal-4 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/177/KE dwar programmi ta’ sorveljanza għall-Finlandja u r-Renju Unit u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard fil-Finlandja u r-Renju Unit għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) fil-Parti 3.1:

“—

32012 D 0737: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/737/UE tas-27 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 329, 29.11.2012, p. 19).”

2.

l-inċiż li ġej hu miżjud fil-punt 89 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE) fil-parti 4.2:

“—

32012 D 0753: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/753/UE tal-4 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 334, 6.12.2012, p. 48).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/737/UE u 2012/753/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 329, 29.11.2012, p. 19.

(2)   ĠU L 334, 6.12.2012, p. 48.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 136/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/164/UE tas-27 ta’ Marzu 2013 li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2003/135/KE, 2004/832/KE u 2005/59/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim f’sitwazzjoni ta’ emerġenza tal-ħnieżer slavaġ fil-Ġermanja, Franza u s-Slovakkja (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/164/UE tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/135/KE (2), 2004/832/KE (3) u 2005/59/KE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament għandhom jiġu mħassra taħt il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda dawn il-kwistjonijiet m’għandhiex tapplika għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” fil-Parti 3.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, it-test tal-punti 20 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE), 28 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/832/KE) u 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE) huwa mħassar.

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/164/UE fl-ilsien Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 91, 3.4.2013, p. 10.

(2)   ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47.

(3)   ĠU L 359, 4.12.2004, p. 62.

(4)   ĠU L 24, 27.1.2005, p. 46.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 137/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ laboratorji ta’ referenza tal-UE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:

“—

32012 R 0563: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II:

“—

32012 R 0563: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0563: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 563/2012 tas-27 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 563/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 168, 28.6.2012, p. 24.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 138/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/39/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/17/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied wara l-punt 15y (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/17/KE) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32012 L 0039: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/39/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 24)”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2012/39/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 327, 27.11.2012, p. 24.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 139/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/38/UE tat-23 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tikludi s-cis-Tricos-9-ene bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/40/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li tikkoreġi l-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/41/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni tas-sustanza attiva aċidu nonanojku fl-Anness I tagħha għall-prodotti tat-tip 2 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/42/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex iċ-ċjanur tal-idroġenu jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/43/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda ċerti intestaturi tal-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/3/UE tal-14 ta’ Frar 2013 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex testendi l-inklużjoni fl-Anness I tagħha tas-sustanza attiva tat-Tijametossam għall-prodott tat-tip 18 (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/4/UE tal-14 ta’ Frar 2013 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex biex il-Klorur tad-Dideċildimetilammonju jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/5/UE tal-14 ta’ Frar 2013 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-piriprossifen ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/6/UE tal-20 ta’ Frar 2013 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-diflubenżuron jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/728/UE tat-23 ta’ Novembru 2012 dwar in-noninklużjoni tal-bifentrin għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/85/UE tal-14 ta’ Frar 2013 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(12)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jinżdiedu mal-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 L 0038: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/38/UE tat-23 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 13),

32012 L 0040: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/40/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 26),

32012 L 0041: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/41/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 28),

32012 L 0042: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/42/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 31),

32012 L 0043: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/43/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 34),

32013 L 0003: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/3/UE tal-14 ta’ Frar 2013 (ĠU L 44, 15.2.2013, p. 6),

32013 L 0004: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/4/UE tal-14 ta’ Frar 2013 (ĠU L 44, 15.2.2013, p. 10),

32013 L 0005: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/5/UE tal-14 ta’ Frar 2013 (ĠU L 44, 15.2.2013, p. 14),

32013 L 0006: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/6/UE tal-20 ta’ Frar 2013 (ĠU L 48, 21.2.2013, p. 10)”.

2.

Il-punti li ġejjin huma inseriti wara l-punt 12zzl (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/483/UE):

“12zzm.

32012 D 0728: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/728/UE tat-23 ta’ Novembru 2012 dwar in-noninklużjoni tal-bifentrin għall-prodotti tat-tip 18 fl-Anness I, IA jew IB mad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 55).

12zzn.

32013 D 0085: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/85/UE tal-14 ta’ Frar 2013 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (ĠU L 45, 16.2.2013, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2012/38/UE, 2012/40/UE, 2012/41/UE, 2012/42/UE, 2012/43/UE, 2013/3/UE, 2013/4/UE, 2013/5/UE u 2013/6/UE u d-Deċiżjonijiet 2012/728/UE u 2013/85/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 326, 24.11.2012, p. 13.

(2)   ĠU L 327, 27.11.2012, p. 26.

(3)   ĠU L 327, 27.11.2012, p. 28.

(4)   ĠU L 327, 27.11.2012, p. 31.

(5)   ĠU L 327, 27.11.2012, p. 34.

(6)   ĠU L 44, 15.2.2013, p. 6.

(7)   ĠU L 44, 15.2.2013, p. 10.

(8)   ĠU L 44, 15.2.2013, p. 14.

(9)   ĠU L 48, 21.2.2013, p. 10.

(10)   ĠU L 327, 27.11.2012, p. 55.

(11)   ĠU L 45, 16.2.2013, p. 30.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 140/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward tal-użu ta’ fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12u (ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0259: Ir-Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 94, 30.3.2012. p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 259/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 94, 30.3.2012, p. 16.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 141/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2012 tat-8 ta’ Awwissu 2012 dwar rekwiżiti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-mezzi mediċi manifatturati bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 722/2012 iħassar, b’effett mid-29 ta’ Awwissu 2013, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b’effett, mid-29 ta’ Awwissu 2013.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE):

“5a.

32012 R 0722: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2012 tat-8 ta’ Awwissu 2012 dwar rekwiżiti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-mezzi mediċi manifatturati bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali (ĠU L 212, 9.8.2012, p. 3).”

2.

It-test tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/32/KE) jitħassar b’effett mid-29 ta’ Awwissu 2013.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 722/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 212, 9.8.2012, p. 3.

(2)   ĠU L 105, 26.4.2003, p. 18.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 142/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2013 tal-11 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 147/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ aġġornamenti ta’ kull xahar u annwali għall-istatistika dwar l-enerġija (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 147/2013 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 844/2010 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Annessi IV u XXI tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-ewwel inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2010) fil-punt 28 (ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV mal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:

32013 R 0147: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 147/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 (ĠU L 50, 22.2.2013, p. 1).”

Artikolu 2

L-Anness XXI ta’ mal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 19c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96):

“—

32013 R 0119: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2013 tal-11 ta’ Frar 2013 (ĠU L 41, 12.2.2013, p. 1).”

2.

It-test tal-ewwel inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2010) fil-punt 26a (ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa sostitwit b’dan li ġej:

32013 R 0147: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 147/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 (ĠU L 50, 22.2.2013, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 119/2013 u (UE) Nru 147/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 41, 12.2.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 50, 22.2.2013, p. 1.

(3)   ĠU L 258, 30.9.2010, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 143/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 L 0036: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 321, 20.11.2012, p. 54).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2012/36/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 321, 20.11.2012, p. 54.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 144/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej jiddaħħal wara l-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE:

“24fa.

32012 R 0383: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, għall-iskop ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-addattament li ġej:

Fil-punt III.4.2 tal-Anness III, dan li ġej jiżdied mal-ittra (a) rigward in-numri ta’ distinzjoni:

‘—

14 għall-Islanda

15 għall-Liechtenstein

16 għan-Norveġja” ’

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 383/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 145/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/1587/UE tad-19 ta’ Marzu 2013 li temenda id-Deċiżjoni C(2010) 774 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66ha (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009):

“—

32013 R 0245: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010):

“—

32013 R 0246: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 77, 20.3.2013, p. 8).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66hf (id-Deċiżjoni C tal-Kummissjoni (2010) 774 finali):

“—

32013 D 1587: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/1587/UE tad-19 ta’ Marzu 2013 li temenda id-Deċiżjoni C(2010) 774 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 245/2013 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 246/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5.

(2)   ĠU L 77, 20.3.2013, p. 8.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 146/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 li jemenda ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 66nd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/2011) tal-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE:

“66ne.

32011 R 1178: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1), kif emendat permezz ta’:

32012 R 0290: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 290/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 8(1), il-kliem ‘jew stat tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kliem ‘l-Unjoni’.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1178/2011 u (UE) Nru 290/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.

(2)   ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 147/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66ne (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“66nf.

32012 R 0965: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 965/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (1) ġie inkorporat fil-Ftehim ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2009 (2).

(2)

L-Anness I, parti B tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 għandu jkun adattat, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-FIR tan-Norveġja fin-Nofsinhar ta’ 61° 30′ skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3).

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied mal-punt 66wg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Is-segwenti jiżdied fl-Anness I Parti B:

‘—

FIR tan-Norveġja fin-Nofsinhar ta’ 61° 30′’ ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3.

(2)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 37.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 149/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied fil-punt 7c (ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32013 R 0253: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 79, 21.3.2013, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 253/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 79, 21.3.2013, p. 5.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 150/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta’ April 2013 li jadotta programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18as (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2010) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18at.

32013 R 0318: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta’ April 2013 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99, 9.4.2013, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 318/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 99, 9.4.2013, p. 11.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 151/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013 tal-1 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal- prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej huwa inserit wara l-punt 19a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95) tal-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE:

“19aa.

32013 R 0093: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013 tal-1 ta’ Frar 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 93/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 33, 2.2.2013, p. 14.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 152/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 10, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 11, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (2011), u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 28 (2011) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 12, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju Nru 1 u 13, u l-Interpretazzjoni Nru 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rappurtar Finanzjarju (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1256/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 1254: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 1),

32012 R 1255: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78),

32012 R 1256: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1256/2012 tat-13 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 145).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1254/2012, (UE) Nru 1255/2012 u (UE) Nru 1256/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 360, 29.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78.

(3)   ĠU L 360, 29.12.2012, p. 145.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.