ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.341.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 341

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
18 ta' Diċembru 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I) ( 1 )

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċizjoni Nru 1351/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

4

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal-4 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1353/2013 tad-9 ta’ Diċembru 2013 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Liers vlaaike (IĠP)]

32

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2014, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

34

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1355/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1356/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ b’modifika żgħira li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni

43

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

47

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

50

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/63/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward ta’ kundizzjonijiet minimi li jridu jiġu sodisfatti minn patata taż-żriegħ u lottijiet tal-patata taż-żriegħ ( 1 )

52

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar l-attivitajiet tal-UE f'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà

56

 

 

2013/769/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2013 li tiċħad it-talba mill-Ungerija biex tintroduċi miżura speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida b’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (notifikata bid-dokument C(2013) 9007)

68

 

 

2013/770/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE

69

 

 

2013/771/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE

73

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/1


DIRETTIVA 2013/58/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tipprovdi sistema moderna bbażata fuq ir-riskju għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-impriżi Ewropej tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-Unjoni. Dik is-sistema hija essenzjali sabiex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni sikur u solidu li jista’ jipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni sostenibbli u jappoġġa l-ekonomija reali permezz ta’ investimenti fit-tul u stabbiltà addizzjonali.

(2)

Id-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tagħmel ċertu emenfi fl-Artikoli 212 sa 262 tad-Direttiva 2009/138/KE li għandhom isiru applikabbli mill-10 ta’ Ġunju 2013.

(3)

Id-Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) temenda d-Direttiva 2009/138/KE billi tipposponi d-data għat-traspożizzjoni mill-31 ta’ Ottubru 2012 għat-30 ta’ Ġunju 2013, id-data tal-applikazzjoni mill-1 ta’ Novembru 2012 għall-1 ta’ Jannar 2014 u d-data tat-tħassir tad-Direttivi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni eżistenti (5) (imsejħa kollettivament “Solvenza I”) mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-1 ta’ Jannar 2014

(4)

Fid-19 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni adottat proposta (“il-proposta Omnibus II”) biex temenda, inter alia, id-Direttiva 2009/138/KE sabiex tieħu kont tal-arkitettura ta’ superviżjoni l-ġdida għall-assigurazzjoni u l-aktar it-twaqqif tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA). Il-proposta Omnibus II tinkludi wkoll proviżjonijiet biex tipposponi d-data ta' transpożizzjoni u d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u d-data ta' tħassir ta' Solvenza I, u sservi wkoll bħala mezz biex id-Direttiva 2009/138/KE tiġi adattata għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi temenda d-dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni b’ dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni.

(5)

Minħabba l-kumplessità tal-proposta Omnibus II, hemm riskju li mhux se tkun daħlet fis-seħħ qabel id-data tat-trspożizzjoni u d-data ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE. Jekk dawk id-dati ma jinbidlux, id-Direttiva 2009/138/KE tiġi implimentata qabel id-dħul fis-seħħ tar-regoli tranżitorji u l-adattamenti rilevanti, inkluż aktar kjarifika ta’ għoti ta’ setgħat ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, pprovduti mill-proposta Omnibus II.

(6)

Sabiex jiġu evitati obbligi leġislattivi ta’ piż żejjed għall-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/138/KE u aktar tard skont l-arkitettura superviżorja l-ġdida prevista mill-proposta Omnibus II, huwa għalhekk xieraq li d-data għat-traspożzzjoni u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu posposti biex is-superviżuri u l-impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni jingħataw biżżejjed ħin biex jippreparaw għall-applikazzjoni ta’ dik l-arkitettura superviżorja l-ġdida.

(7)

Huwa evidenti mill-ordni kronoloġiku tal-ġrajjiet li d-dati posposti għat-traspożizzjoni u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE, għandhom japplikaw ukoll għall-emendi li sarulha mid-Direttiva 2011/89/KE.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-data tat-tħassir tas-Solvenza I għandha tiġi posposta skont dan.

(9)

Minħabba l-perjodu qasir ħafna ta’ żmien li fadal qabel id-dati rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(10)

Konsegwentement, huwa wkoll iġġustifikat li tiġi applikata l-eċċezzjoni għal każijiet urġenti pprovduti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea f’dan il-każ fir-rigward tat-trażmissjoni lill-parlamenti nazzjonali tal-proposta għal din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:

1.

l-Artiklu 309(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2013” tinbidel b’dik tal-“31 ta’ Marzu 2015”;

(b)

fit-tieni subparagrafu, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2014” tinbidel b’dik tal-“1 ta’ Jannar 2016”.

2.

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 310, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2014” tinbidel b’dik tal-“1 ta’ Jannar 2016”.

3.

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 311, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2014” tinbidel b’dik tal-“1 ta’ Jannar 2016”.

Artikolu 2

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunisll tal-5 ta’ Diċembru 2013.

(2)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.)

(3)  Id-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 113).

(4)  Id-Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (ĠU L 249, 14.9.2012, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE tal-25 ta’ Frar 1964 dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi fir-rigward tar-riassigurazzjoni u tar-retroċessjoni (ĠU 56, 4.4.1964, p. 878/64); L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3); Id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20); Id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1976 li temenda d-Direttiva 73/239/KEE dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’ oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13); Id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta’ Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ ko-assigurazzjoni Komunitarja (ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25); Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1984 li temenda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assistenza turistika, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21); Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77); It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1); Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1); Id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28); Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1); Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/4


DEĊIZJONI Nru 1351/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2013

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (“il-Ġordan”) qegħdin jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u l-Ġordan min-naħa l-oħra (2) (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan”), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002. Id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni ekonomika bilaterali komplew jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-PEV, li l-aktar reċenti jkopri l-perjodu 2010–15. Fl-2010, l-Unjoni tat lill-Ġordan sħubija ta’ “Status Avvanzat”, li tkopri ambitu wiesa’ ta’ kooperazzjoni ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi. Fl-2013, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan ġie kkumplimentat minn Ftehim Qafas bejn l-Unjoni u l-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġordan fi programmi tal-Unjoni, b’kooperazzjoni ulterjuri bejn l-Unjoni u l-Ġordan.

(2)

L-ekonomija tal-Ġordan kienet affettwata b’mod sinifikanti minn avvenimenti domestiċi relatati ma’ avvenimenti fin-Nofsinhar tal-Mediterran sa minn tmiem l-2010, magħrufa bħala “r-Rebbiegħa Għarbija”, kif ukoll mill-inkwiet reġjonali li ma jaqtax, b’mod partikolari fl-Eġittu u s-Sirja, il-pajjiżi ġirien. B’mod partikolari, l-influss kbir ta’ rifuġjati mis-Sirja li fittxew rifuġju fil-Ġordan qed ikollu impatt qawwi fuq l-ekonomija tal-Ġordan. Fil-kuntest ta’ ambjent ekonomiku globali ħafna aktar dgħajjef, it-tfixkil ripetut fil-fluss tal-gass naturali mill-Eġittu, li wassal biex il-Ġordan jissostitwixxi l-importazzjonijiet tal-gass mill-Eġittu għal fjuwils aktar għoljin għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, u r-riżorsi finanzjarji sinifikanti meħtieġa biex jipprovdu assistenza umanitarja lir-rifuġjati mis-Sirja li huma preżenti fit-territorju tal-Ġordan, irriżultaw f’diskrepanzi finanzjarji importanti esterni kif ukoll baġitarji.

(3)

Mindu bdiet ir-Rebbiegħa Għarbija, l-Unjoni ddikjarat, f’diversi okkażjonijiet, l-impenn tagħha li tappoġġa lill-Ġordan fi proċess ta’ riforma ekonomika u politika tiegħu. Dak l-impenn ġie affermat, f’ Diċembru 2012, mill-ġdid fil-konklużjonijiet tal-għaxar laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ġordan.

(4)

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, il-Ġordan huwa pajjiż strateġiku għall-istabbilità u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani, kif ukoll vulnerabbli b’mod partikolari għax-xokkijiet esterni, kemm f’termini politiċi kif ukoll ekonomiċi. Għalhekk huwa importanti li l-Ġordan jingħata appoġġ adegwat u li jkompli jikber id-djalogu politiku u ekonomiku bejn l-Unjoni u l-Ġordan.

(5)

Il-Ġordan beda sensiela ta’ riformi politiċi, li b’mod partikolari wasslu għall-adozzjoni mill-Parlament tal-Ġordan, f’Settembru 2011, ta’ aktar minn 40 emenda kostituzzjonali, li jirrappreżentaw pass sinifikanti lejn sistema demokratika b’mod sħiħ. L-appoġġ politiku u ekonomiku mill-Unjoni lill-proċess ta’ riforma tal-Ġordan huwa konsistenti mal-politika tal-Unjoni għan-Nofsinhar tar-reġjun Mediterranju, kif stabbilit fil-kuntest tal-PEV.

(6)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta’ għajnuna mingħajr irbit u mhux speċifikata għall-bilanċ tal-pagamenti, li għandu l-għan jerġa’ jġib sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-benefiċjarju u għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ politika li jkun fih miżuri ta’ aġġustament u ta’ riforma strutturali b’saħħithom intiżi biex itejbu s-sitwazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti, partikolarment matul il-perjodu tal-programm, u jsaħħaħ l-implimentazzjoni tal-ftehimiet u tal-programmi rilevanti mal-Unjoni.

(7)

F’Awwissu tal-2012, l-awtoritajiet tal-Ġordan u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ftiehmu fuq Arranġament ta’ Riżerva mhux ta’ prekawzjoni għal tliet snin (“il-programm tal-FMI”) tal-SDR (drittijiet speċjali ta’ prelevament) ta’ 1 364 miljun bħala appoġġ għall-programm ta’ aġġustamenti u riformi ekonomiċi. L-objettivi tal-programm tal-FMI huma konsistenti mal-fini tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, partikolarment biex jittaffew diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti fuq perjodu ta’ żmien qasir, u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ aġġustament b’saħħithom tkun konsistenti mal-għan tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

(8)

L-Unjoni għamlet disponibbli EUR 293 miljun f’għotjiet għall-perjodu 2011–13 taħt il-programm ta’ kooperazzjoni regolari tagħha, biex tappoġġa l-aġenda ta’ riforma ekonomika u politika tal-Ġordan. Barra minn hekk, EUR 70 miljun ġew allokati għall-Ġordan fl-2012 taħt il-programm “Sostenn għas-Sħubija, ir-riformi u t-tkabbir inklużiv” (SPRING), u EUR 10 miljun f’għajnuna umanitarja tal-Unjoni biex jiġu megħjuna r-rifuġjati Sirjani.

(9)

F’Diċembru tal-2012, fid-dawl tas-sitwazzjoni u l-prospettivi ekonomiċi li dejjem qed jeħżienu, il-Ġordan talab assistenza makrofinanzjarja lill-Unjoni.

(10)

Minħabba l-fatt li l-Ġordan huwa pajjiż kopert mill-PEV, għandu jitqies eliġibbli biex jirċievi l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

(11)

Minħabba li, għad hemm differenza residwa sinifikanti fil-finanzjament estern fil-bilanċ tal-pagamenti tal-Ġordan lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, u minkejja l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ stabilizzazzjoni ekonomika u ta’ riforma b’saħħithom min-naħa tal-Ġordan, u minħabba l-vulnerabbiltà tal-pożizzjoni finanzjarja esterna tal-Ġordan għax-xokkijiet eżoġeni, li teħtieġ li jinżamm livell xieraq ta’ riservi tal-kambju barrani, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li trid tiġi pprovduta lill-Ġordan (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”) qed titqies, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali, bħala tweġiba adattata għat-talba tal-Ġordan biex tiġi appoġġata l-istabilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-aġenda tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u tar-riforma strutturali tal-Ġordan, filwaqt li tissuplimenta r-riżorsi li huma disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

(12)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta’ sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Ġordan, u b’hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu.

(13)

Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva kompleta tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-Ġordan u tqis il-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu bir-riżorsi proprji tiegħu, partikolarment ir-riżervi internazzjonali li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tikkomplimenta l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u mill-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-utilizzazzjoni diġà eżistenti ta’ strumenti ta’ finanzjament estern oħrajn tal-Unjoni fil-Ġordan u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.

(14)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, l-objettivi u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(15)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni rigward il-Ġordan. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jaħdmu mill-qrib matul l-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja kollha bil-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u jiggarantixxu l-konsistenza tagħha.

(16)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Ġordan fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis fil-faqar, kif ukoll l-impenn tiegħu għall-prinċipji ta’ kummerċ miftuħ, ibbażat fuq ir-regoli u b’mod ġust.

(17)

Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ġordan jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistema parlamentari b’diversi partijiet u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom isaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Ġordan, u jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ regolari kemm tat-twettiq tal-prekundizzjoni, u kemm tal-kisba ta’ dawk l-objettivi.

(18)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Ġordan għandu jadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma’ din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, għandu jsir provvediment biex il-Kummissjoni tagħmel kontrolli u biex il-Qorti Ewropea tal-Awdituri twettaq awditi.

(19)

Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(20)

L-ammonti tal-provvediment meħtieġ għal assistenza makrofinanzjarja għandhom ikunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet baġitarji previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

(21)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi marbutin mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(22)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(23)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja tali kundizzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Ġordan taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dak ir-Regolament, il-proċedura konsultattiva għandha, bħala regola ġenerali, tapplika fil-każijiet kollha għajr kif previst f’dak ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta’ aktar minn EUR 90 miljun, huwa adatt li l-proċedura ta’ eżami tintuża għal operazzjonijiet li jaqbżu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ġordan, il-proċedura ta’ eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja disponibbli lill-Ġordan (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”) b’ammont massimu ta’ EUR 180 miljun, sabiex jiġu appoġġati l-istabbiltà u r-riformi ekonomiċi tal-Ġordan. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Ġordan għall-bilanċ tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.

2.   L-ammont sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkun ipprovdut lill-Ġordan fil-forma ta’ self. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, biex tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji, u ssellifhom lill-Ġordan. Is-self għandu jkollu maturità massima ta’ 15-il sena.

3.   Ir-rilaxx tal-assistenza makroekonomika tal-Unjoni għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni b’mod li jkun konsistenti mal-ftehimiet jew l-akkordji li ntlaħqu bejn l-FMI u l-Ġordan, u mal-prinċipji ewlenin u l-objettivi tar-riformi ekonomiċi stipulati fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġordan u l-Pjan ta’ Azzjoni bejn l-UE u l-Ġordan għall-2010–2015 miftehmin skont il-PEV. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż il-ħlas tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

4.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha issir disponibbli għal perjodu ta’ sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1).

5.   Fejn il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ġordan jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu ta’ ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbel mal-previżjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.

Artikolu 2

Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ġordan jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistema parlamentari b’diversi partijiet u l-istat tad-dritt u jiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja t-twettiq ta’ din il-prekundizzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (5).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni, skont il-proċedura ta’ eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2), għandha tiftiehem mal-awtoritajiet tal-Ġordan dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b’mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Qbil (“il-Memorandum ta’ Qbil”). Il-Memorandum ta’ Qbil għandu jinkludi perjodu ta’ żmien għat-twettiq ta’ dawk il-kundizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta’ Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew l-akkordji msemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta’ aġġustament makroekonomiku ta’ riforma strutturali implimentati mill-Ġordan, bl-appoġġ tal-FMI.

2.   Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jimmiraw, b’mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Ġordan, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress rigward il-ftuħ reċiproku tas-suq, l-iżvilupp ta’ kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu b’mod debitu fit-tfassil tal-miżuri ta’ politika. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ regolari biex tara li qed isir progress fl-ilħuq ta’ dawk l-objettivi.

3.   It-termini finanzjarji ddettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi Ftehim tas-Self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ġordan.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 4(3) ikomplu jiġu sodisfatti, inkluż jekk il-politiki ekonomiċi tal-Ġordan jkunux skont l-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 4

1.   Suġġett għall-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli mill-Kummissjoni f’żewġ pagamenti parzjali. Id-daqs ta’ kull pagament parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil.

2.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu pprovduti, fejn meħtieġ, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (6).

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti parzjali, suġġett għall-ilħuq tal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-prekundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2;

(b)

rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ politika li fih miżuri ta’ aġġustament u ta’ riforma strutturali b’saħħithom appoġġat minn arranġament ta’ kreditu tal-FMI mhux prekawzjonarju; u

(c)

l-implimentazzjoni, f’perjodu ta’ żmien speċifiku, tal-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil.

Il-ħlas tat-tieni pagament parzjali m’għandux iseħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur mill-ħruġ tal-ewwel pagament parzjali.

4.   Meta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3 ma jiġux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha temporanjament tissospendi jew tħassar il-ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F’tali każijiet, għandha tikkomunika r-raġunijiet għal dik is-sospensjoni jew tħassir lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas lill-Bank Ċentrali tal-Ġordan. Suġġett għad-dispożizzjonijiet li għandu jintlaħaq ftehim dwarhom fil-Memorandum ta’ Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu trasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġordan bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 5

1.   L-operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur, u m’għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal kwalunkwe riskju fir-rata tal-kambju jew tal-imgħax, jew għal kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

2.   Fejn ikunu jippermettu ċ-ċirkostanzi, u jekk il-Ġordan jitlob dan, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-passi neċessarji sabiex tiżgura li klawsola dwar ħlas lura qabel iż-żmien tkun inkluża fit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ self u li tkun akkumpanjata minn klawsola korrispondenti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet ta’ self.

3.   Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self u jekk il-Ġordan jitlob dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrifinanzja s-self inizjali kollu tal-Ġordan jew parti minnu, jew tista’ tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament jew ta’ ristrutturar għandhom isiru skont il-pargrafi 1 u 4 u ma jkollhomx l-effett li jestendu l-maturità tas-self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta’ kapital pendenti fid-data ta’ rifinanzjament jew tar-ristrutturar.

4.   L-ispejjeż kollha mġarrba mill-Unjoni li huma marbutin mal-operazzjonijiet tal-għoti jew ta’ teħid ta’ self skont din id-Deċiżjoni, għandhom jitħallsu mill-Ġordan.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 6

1.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (8).

2.   L-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt ġestjoni diretta.

3.   Il-Memorandum ta’ Qbil u l-Ftehim ta’ Self li għandu jintlaħaq qbil dwarhom mal-awtoritajiet tal-Ġordan, għandhom jinkludu dispożizzjonijiet:

(a)

li jiżguraw li l-Ġordan jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ntuża kif suppost, jieħu miżuri xierqa biex jipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħu azzjoni legali biex jirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li ġew approprjati bla dritt;

(b)

jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari jipprovdu miżuri speċifiċi marbutin mal-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni, u kull irregolarità oħra li tinfluwenza l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (9), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (10) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(c)

jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, jew lir-rappreżentanti tagħha, biex jagħmlu kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post;

(d)

jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali;

(e)

jiżguraw li l-Unjoni hija intitolata għal ħlas lura bikri tas-self fejn ikun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Ġordan wettaq kwalunkwe att ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li hija ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

4.   Matul l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha timmonitorja, permezz ta’ valutazzjonijiet operazzjonali, kemm l-arranġamenti finanzjarji, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni tal-Ġordan li huma relevanti għall-assistenza, huma b’saħħithom, kif ukoll kemm il-Ġordan qed jirrispetta l-perjodu ta’ żmien li jkun intlaħaq ftehim dwaru.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

1.   Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena ta’ qabel, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni. Ir-rapport għandu:

(a)

jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

(b)

jevalwa s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ġordan, kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)

jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ġordan u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

2.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex post, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni kkompletata u sa liema punt din ikkontribwixxiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2013.

(2)  Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makro-finanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 15).

(4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(10)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(11)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1352/2013

tal-4 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 12(7) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali meta oġġetti suspettati bi ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali huma, jew kellhom ikunu, soġġetti għal superviżjoni jew kontrolli doganali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2).

(2)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 persuni u entitajiet debitament intitolati jistgħu jissottomettu applikazzjoni lid-dipartiment doganali kompetenti u jitolbu li l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni rigward dawk l-oġġetti (applikazzjoni) u jistgħu ukoll jitolbu estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni skont applikazzjoni milqugħa qabel (talba ta’ estensjoni).

(3)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni kif ukoll għat-talba ta’ estensjoni, għandhom jiġu stabbiliti formoli standard.

(4)

Dawn il-formoli standard għandhom jissostitwixxu dawk previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 (3) li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1383/2003, li għandu jiġi revokat bir-Regolament (UE) Nru 608/2013.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1891/2004 għandu jiġi revokat.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 u, għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu wkoll ikun applikabbli mill-istess data.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 608/2013.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni li titlob li l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ oġġetti suspettati bi ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali (applikazzjoni) imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 issir permezz tal-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   It-talba għal estensjoni tal-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jridu jieħdu azzjoni (talba ta’ estensjoni) imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 issir permezz tal-formola li tinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

3.   Il-formoli stabbiliti fl-Annessi I u II jimtlew skont in-noti stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, il-formoli stabbiliti fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu leġibilment mimlija bl-id.

Dawn il-formoli ma għandu jkollhom l-ebda tħassir, kliem miktub fuq l-ieħor jew inkella alterazzjonijiet oħrajn u jkunu jikkonsistu f’żewġ kopji.

Il-formoli miktuba bl-id jimtlew bl-inka u b’ittri kapitali.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1891/2004 huwa rrevokat.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 tal-21 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet ĠU L 328, 30.10.2004, p. 16).


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANESS III

NOTI DWAR KIF TIMTELA L-FORMOLA

I.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KAXXI TAL-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦAL AZZJONI STABBILITI FL-ANNESS I LI JRIDU JIMTLEW MILL-APPLIKANT

Oqsma fil-formola mmarkati b’asterisk (*) huma oqsma obbligatorji u jridu jimtlew.

Fejn kaxxa waħda jew aktar huma mmarkati b’sinjal ta’ plus (+) jimtela mill-inqas wieħed minn dawn l-oqsma.

Ebda dejta ma tiddaħħal fil-kaxxi mmarkati “Għall-użu uffiċjali”.

Kaxxa 1:   Applikant

Dettalji rigward l-applikant jiddaħħlu f’din il-kaxxa. Din għandha tinkludi tagħrif fuq l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant u numru tat-telefown, telefown ċellulari jew faks. L-applikant jista’, fejn xieraq, idaħħal in-Numru ta’ Identifikazzjoni Fiskali tiegħu, kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali u n-Numru ta’ Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni bħala Operatur Ekonomiku (Nru-EORI), li huwa numru uniku fl-Unjoni kollha, assenjat minn awtorità doganali fi Stat Membru lil operaturi ekonomiċi involuti f’attivitajiet doganali. L-applikant jista’ wkoll idaħħal, fejn xieraq, l-indirizz elettroniku u l-indirizz tal-websajt tiegħu.

Kaxxa 2:   Applikazzjoni tal-Unjoni/Nazzjonali

Tiġi mmarkata l-kaxxa xierqa biex tindika jekk l-applikazzjoni hijiex waħda Nazzjonali jew tal-Unjoni, kif imsemmi fil-punti (10) u (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013.

Kaxxa 3:   Status tal-applikant

Tiġi mmarkata l-kaxxa adattata biex tindika l-istatus tal-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013. L-applikazzjoni tkun tinkludi dokumenti li jipprovdu evidenza li tissodisfa d-dipartiment doganali kompetenti li l-applikant huwa intitolat biex jissottometti applikazzjoni.

Kaxxa 4:   Rappreżentant li jissottometti l-applikazzjoni f’isem l-applikant

Meta l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-applikant permezz ta’ rappreżentant, id-dettalji dwar dak ir-rappreżentant jiddaħħlu f’din il-kaxxa. L-applikazzjoni għandha tinkludi evidenza tas-setgħat tiegħu biex jaġixxi bħala rappreżentant skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u tiġi mmarkata l-kaxxa korrispondenti.

Kaxxa 5:   Tip ta’ dritt li tirreferi għalih l-applikazzjoni

It-tip(i) tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) li jridu jiġu nfurzati ikunu indikati billi tiġi mmarkata l-kaxxa adattata.

Kaxxa 6:   L-Istat Membru jew, fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri li fih/fihom jintalab l-intervent tal-awtoritajiet doganali

L-Istat Membru jew, fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri li fih/fihom jintalab l-intervent jiġi indikat billi tiġi mmarkata l-kaxxa adattata.

Kaxxa 7:   Rappreżentant għal kwistjonijiet legali

Id-dettalji ta’ rappreżentant nominat mill-applikant biex jieħu l-inkarigu ta’ kwistjonijiet legali jiġu indikati f’din il-kaxxa.

Kaxxa 8:   Rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi

Fil-każ li r-rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi huwa differenti mir-rappreżentant indikat fil-Kaxxa 7, id-dettalji tar-rappreżentant għal kwistjonijiet tekniċi jiġu indikati f’din il-kaxxa.

Kaxxa 9:   Dettalji ta’ rappreżentanti nominati għal kwistjonijiet legali u tekniċi fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni

Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-Unjoni, id-dettalji tar-rappreżentant jew rappreżentanti nominati mill-applikant biex jieħdu l-inkarigu ta’ kwistjonijiet tekniċi u legali fl-Istati Membri indikati fil-kaxxa 6 jingħataw f’anness separat li jinkludi l-elementi ta’ informazzjoni mitluba fil-kaxxi 7 u 8. Fil-każ li rappreżentant jiġi nominat għal aktar minn Stat Membru wieħed, dan jiġi indikat b’mod ċar għal liema Stati Membri ġie nominat.

Kaxxa 10:   Proċedura għal kunsinni żgħar

Meta l-applikant jixtieq jagħmel talba għall-użu tal-proċedura għall-qerda ta’ prodotti f’kunsinni żgħar stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, tiġi mmarkata din il-kaxxa.

Kaxxa 11:   Lista ta’ drittijiet li tirreferi għalihom l-applikazzjoni

Tagħrif fuq id-dritt jew id-drittijiet li għandhom jiġu infurzati jiddaħħlu f’din il-kaxxa.

Fil-kolonna “Le”, jiddaħħlu n-numri sekwenzjali tal-ordni għal kull wieħed mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li għalihom tirreferi l-applikazzjoni.

Fil-kolonna “Tip ta’ dritt”, jiġi indikat it-tip ta’ DPI bl-użu adattat ta’ abbrevjazzjonijiet li jidhru fil-kaxxa 5 fil-parentesi.

Fil-kolonna “lista ta’ prodotti li għalihom jirreferi d-dritt”, jiddaħħal it-tip ta’ prodotti li jkunu koperti permezz tad-DPI rilevanti u li fir-rigward tagħhom l-applikant jixtieq jitlob l-infurzar doganali.

Sub-kaxxa “trattament ristrett” fil-kaxxi 12-28

Fejn l-applikant ikun jixtieq jitlob li dik l-informazzjoni pprovduta minnu fil-kaxxi 12-28 tkun is-suġġett ta’ trattament ristrett skont l-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, din is-sub-kaxxa tiġi immarkata b’salib.

Paġna 2:   Informazzjoni dwar prodotti awtentiċi fil-kaxxi 12-19

Fil-kaxxi 12-19 l-applikant idaħħal, kif xieraq, dejta speċifika u teknika dwar il-prodotti awtentiċi, informazzjoni meħtieġa biex tagħmilha possibbli għall-awtoritajiet doganali li jidentifikaw minnufih il-prodotti suspettati bi ksur tad-DPI u informazzjoni relevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali rigward ir-riskju ta’ ksur tad-DPI konċernat(i).

Kaxxa 12:   Deskrizzjoni dettaljata dwar il-prodotti

Il-kaxxa 12 għandha tinkludi deskrizzjoni tal-prodotti awtentiċi, inklużi simboli grafiċi u ta’ muntatura, il-kodiċi tan-Nomenklatura Maqgħuda tagħhom u l-valur tagħhom fis-suq intern tal-UE. L-applikant, fejn xieraq, jipprovdi stampi ta’ dawk il-prodotti. It-tagħrif jiġi organizzat għal kull tip differenti ta’ prodotti jew diversi tipi ta’ prodotti differenti.

Kaxxa 13:   Karatteristiċi distintivi tal-prodotti

Kaxxa 13 għandha tinkludi tagħrif dwar il-karatteristiċi tipiċi tal-prodotti awtentiċi, bħal marki, tikketti, ħjut tas-sigurta’, ologrammi, buttuni, hangtags u bar-coding, li jindika l-pożizzjoni eżatta tal-karatteristiċi fuq il-prodotti u kif jidhru.

Kaxxa 14:   Post tal-produzzjoni,

Kaxxa 14 għandha tinkludi tagħrif dwar il-post tal-produzzjoni tal-prodotti awtentiċi.

Kaxxa 15:   Kumpaniji involuti

Kaxxa 15 għandha tinkludi tagħrif dwar l-importaturi awtorizzati, il-fornituri, il-manifatturi, it-trasportaturi, il-kunsinnatarji jew l-esportaturi. It-tagħrif jiġi organizzat għat-tipi differenti ta’ prodotti.

Kaxxa 16:   Kummerċjanti

Il-kaxxa 16 għandha tinkludi tagħrif dwar il-persuni jew entitajiet awtorizzati biex jikkummerċjaw fi prodotti li jinvolvu l-użu tad-DPI li għalihom qed jintalab l-infurzar. It-tagħrif għandu tirreferi għall-isem, l-indirizz u n-numri ta’ reġistrazzjoni, bħan-numru EORI, ta’ dawk il-persuni jew entitajiet. Bl-istess mod, it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar kif id-detenturi tal-liċenzja jistgħu juru l-awtorizzazzjoni tagħhom biex jużaw id-DPI in kwistjoni.

Kaxxa 17:   Tagħrif dwar id-dettalji tal-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti

Il-kaxxa 17 għandha tinkludi tagħrif dwar kanali ta’ distribuzzjoni tal-prodotti awtentiċi, bħal informazzjoni dwar imħażen ċentrali, dipartimenti tad-dispaċċ, mezzi ta’ trasport, rotot tat-trasport u ta’ konsenja, u dwar proċeduri doganali u uffiċċji fejn titwettaq l-approvazzjoni tal-prodotti awtentiċi.

Kaxxa 18:   Pakketti

Din il-kaxxa għandha tinkludi tagħrif dwar l-imballaġġ tal-prodotti awtentiċi, bħal informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

it-tip ta’ pakketti, indikat bl-użu tal-kodiċi relevanti kif mogħtija fl-Anness 38 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1);

(b)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-pakketti (pereżempju, marki, tikketti, ħjut tas-sigurtà, ologrammi, buttuni, hangtags u bar-coding), inkluża l-pożizzjoni eżatta tal-karatteristiċi fil-pakkett;

(c)

disinji speċjali tal-pakkett (kulur, forma);

(d)

fejn xieraq, stampi ta’ dawk il-prodotti.

Kaxxa 19:   Dokumenti allegati

Il-kaxxa 19 għandha tinkludi tagħrif dwar id-dokumenti allegati mal-prodotti awtentiċi, bħal fuljetti, struzzjonijiet ta’ tħaddim, dokumenti ta’ garanzija jew prodotti oħra simili.

Paġna 3:   Tagħrif dwar prodotti foloz fil-kaxxi 20-27

L-applikant għandu jdaħħal fil-kaxxi 20-27, kif xieraq, tagħrif relevanti għall-analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali rigward ir-riskju ta’ ksur tad-DPI konċernat(i).

Kaxxa 20:   Deskrizzjoni dettaljata dwar il-prodotti

Il-kaxxa 20 għandha tinkludi deskrizzjoni ta’ prodotti suspettati li jkunu jiksru d-dritt ta’ proprjetà intellettwali (prodotti foloz), inklużi simboli rigward il-muntatura u simboli grafiċi. L-applikant, fejn xieraq, jipprovdi stampi ta’ dawk il-prodotti. It-tagħrif jiġi organizzat għal kull tip differenti ta’ prodotti jew diversi tipi ta’ prodotti differenti.

Kaxxa 21:   Karatteristiċi distintivi tal-prodotti

Il-kaxxa 21 għandha tinkludi tagħrif dwar il-karatteristiċi distintivi tal-prodotti suspettati bi ksur, bħal marki, tikketti, ħjut tas-sigurtà, ologrammi, buttuni, hangtags u bar-coding, li jindika l-pożizzjoni eżatta tal-karatteristiċi fuq il-merkanzija u l-apparenza tagħhom.

Kaxxa 22:   Post tal-produzzjoni,

Il-kaxxa 22 għandha tinkludi tagħrif dwar il-post tal-oriġini sew jekk magħruf jew suspettati, il-provenjenza u l-post ta’ konsenja tal-prodotti foloz.

Kaxxa 23:   Kumpaniji involuti

Il-kaxxa 23 għandha tinkludi tagħrif fuq l-importaturi, il-fornituri, il-manifatturi, it-trasportaturi, id-destinatarji jew l-esportaturi li jkunu suspettati li jkunu involuti fi ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relevanti.

Kaxxa 24:   Kummerċjanti

Il-kaxxa 24 għandha tinkludi tagħrif dwar il-persuni jew entitajiet li mhumiex awtorizzati jikkummerċjaw fi prodotti li jinvolvu l-użu tad-DPI li għalihom qed jintalab l-infurzar u li kienu qed jinnegozjaw il-prodotti fl-Unjoni fil-passat.

Kaxxa 25:   Tagħrif dwar id-distribuzzjoni tal-prodotti

Il-kaxxa 25 għandha tinkludi tagħrif dwar il-kanali ta’ distribuzzjoni tal-prodotti foloz, bħal informazzjoni relatata lill-imħażen, dipartimenti ta’ dispaċċ, mezzi ta’ trasport, rotot tat-trasport u l-postijiet ta’ konsenja, u dwar proċeduri doganali u uffiċċji fejn titwettaq l-approvazzjoni tal-prodotti foloz.

Kaxxa 26:   Pakketti

Din il-kaxxa għandha tinkludi tagħrif dwar l-imballaġġ tal-prodotti suspettati bi ksur, bħal informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

it-tip ta’ pakketti, indikati bl-użu tal-kodiċijiet relevanti kif mogħtija fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(b)

il-karatteristiċi tipiċi tal-pakketti (pereżempju, marki, tikketti, ologrammi, buttuni, hangtags u bar-coding), inkluża l-pożizzjoni eżatta tal-karatteristiċi fil-pakkett;

(c)

disinji speċjali tal-pakkett (kulur, forma);

(d)

fejn xieraq, stampi ta’ dawk il-prodotti.

Kaxxa 27:   Dokumenti ta’ akkumpanjament

Kaxxa 27 għandha tinkludi tagħrif dwar dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti suspettati bi ksur, bħal fuljetti, struzzjonijiet ta’ tħaddim, dokumenti ta’ garanzija jew prodotti oħra simili.

Kaxxa 28:   Informazzjoni addizzjonali

L-applikant jista’ jipprovdi f’kaxxa 28 kwalunkwe tagħrif addizzjonali rilevanti għal analiżi u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali tar-riskju ta’ ksur tad-DPI konċernat(i) bħal informazzjoni speċifika li tikkonċerna konsenji ppjanati ta’ prodotti suspettati bi ksur, inkluża informazzjoni speċifika u dettaljata dwar il-mezzi ta’ trasport, il-kontenituri u l-persuni involuti.

Kaxxa 29:   Garanziji

Tagħmilx tibdiliet fil-kliem, u ddaħħalx dejta f’din il-kaxxa.

Kaxxa 30:   Firma

Fil-kaxxa 30, l-applikant jew ir-rappreżentant tal-applikant indikat fil-kaxxa 4 iniżżel il-post u d-data tat-tlestija tal-applikazzjoni u jiffirma. Isem il-firmatarju jitniżżel b’ittri kbar.

II.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KAXXI TAL-FORMOLA TAT-TALBA GĦAL ESTENSJONI STIPULATI FL-ANNESS II BIEX JIMTLEW MID-DETENTUR TAD-DEĊIŻJONI

Oqsma fil-formola mmarkati b’asterisk (*) huma oqsma obbligatorji u jridu jimtlew.

Fil-kaxxi fejn hemm oqsma mmarkati b’sinjal ta’ plus (+) jimtela mill-inqas wieħed minn dawn l-oqsma.

Iddaħħalx dejta fil-kaxxi mmarkati “għal użu uffiċjali”.

Kaxxa 1:   Dettalji dwar id-detentur tad-deċiżjoni

Id-dettalji dwar id-detentur tad-deċiżjoni jiddaħħlu f’din il-kaxxa.

Kaxxa 2:   Talba ta’ estensjoni

F’din il-kaxxa jiddaħħal in-numru tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni inklużi l-ewwel żewġ ċifri li jirrappreżentaw il-kodiċi iso/alpha-2 tal-Istat Membru li jkun ikkonċeda l-applikazzjoni. Id-detentur tad-deċiżjoni jindika jekk ikunx qiegħed jitlob modifiki għat-tagħrif inkluż fl-applikazzjoni billi jimmarka l-kaxxa adattata.

Kaxxa 3:   Firma

Fil-Kaxxa 3, id-detentur tad-deċiżjoni jew ir-rappreżentant tad-detentur tad-deċiżjoni jdaħħal il-post u d-data tat-tlestija tat-talba u jiffirma. Isem il-firmatarju jitniżżel b’ittri kbar.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1353/2013

tad-9 ta’ Diċembru 2013

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Liers vlaaike (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni Belġjana għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Liers vlaaike” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Liers vlaaike” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 177, 22.6.2013, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.4.   Ħobż, pasti, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

IL-BELĠJU

Liers vlaaike (IĠP)


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1354/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2014, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula d-dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ limitazzjonijiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku.

(2)

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (2) stabbilixxa limitazzjonijiet għall-isforz tas-sajd għall-2014 fil-Baħar Baltiku.

(3)

Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista’ teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd meta l-qabdiet tal-bakkaljaw kienu taħt ċertu livell limitu fl-aħħar perjodu ta’ rappurtar.

(4)

Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku, u Ekonomiku għas-Sajd, fl-2014 is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1180/2013 se jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014. Biex tkun żgurata l-koerenza ma’ dak ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2014.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES fis-sena 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1355/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula regoli dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta’ dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta’ missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li l-lista jeħtieġ li tiġi emendata.

(4)

B’mod partikolari, il-lista jeħtieġ li tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li l-informazzjoni disponibbli dwarhom tindika livell globalment sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom żieda fil-kontrolli uffiċjali ma tibqax ġustifikata. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-ġellewż mill-Azerbajġan, il-qxur tan-noċemuskata, il-ġinġer u l-kurkuma mill-Indja, il-qoxra tan-noċemuskata mill-Indoneżja u ħxejjex brassica mit-Tajlandja għandhom għalhekk jitħassru.

(5)

Biex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESSI

“ANNESS I

Għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Sottodiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Ġewż tal-art (karawett), bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Ġewż tal-art (karawett), bla qoxra

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Ġewż tal-art (karawett), imħejji jew priżervat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u Ikel)

 

 

 

 

 

Frawli (iffriżati)

0811 10

 

Iċ-Ċina (CN)

Norovajrus u epatite A

5

(Ikel)

 

 

 

 

 

Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, il-‘Brokkoli Ċiniż’) (2)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3)

20

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

 

 

 

 

 

Taljarini Mnixxfa

ex 1902 11 00 ;

ex 1902 19 10 ;

ex 1902 19 90 ;

ex 1902 20 10 ;

ex 1902 20 30 ;

ex 1902 20 91 ;

ex 1902 20 99 ;

ex 1902 30 10 ;

ex 1902 30 10

10

10

10

10

10

10

10

10

91

Iċ-Ċina (CN)

Aluminju

10

(Ikel)

 

 

 

 

 

Pomelos

ex 0805 40 00

31 ; 39

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4)

20

(Ikel - frisk)

 

 

 

 

 

Te, sew jekk jingħata togħma sew jekk le

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (5)

10

(Ikel)

 

 

 

 

 

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DOM)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6)

10

Bettieħa morra (Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

 

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ;

0805 10 80

 

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7)

10

Frawli

0810 10 00

 

(Ikel frott frisk)

 

 

 

 

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8)

10

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Kari (prodotti biċ-ċili)

0910 91 05

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

 

 

 

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

 

 

 

 

Piżelli bil-miżwed (bla qoxra)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9)

10

Fażola bil-miżwed (bla qoxra)

ex 0708 20 00

40

(Ikel - frisk u mkessaħ)

 

 

 

 

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (10)

10

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Fażola mnixxfa

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (11)

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Żerriegħa tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti derivati

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Is-Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12)

10

(Ikel - frisk)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (13)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

 

 

 

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (15)

10

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

 

 

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Okra

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16)

20

Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

(Ikel - frisk)

 

 

 

 

 


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u fin-nomenklatura tal-prodotti ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.

(2)  Speċi ta’ Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(3)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorfenapir, Fipronil (is-somma fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.

(4)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.

(5)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Somma ta’ isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)).

(6)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (somma ta’ aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espress bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentjuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (somma tal-isomeri p, p' u o,p'), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (somma ta’ metijokarb and sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil and Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(7)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrina (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)) Ċiprodinil, Dijażinon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrin, Metijokarb (somma ta’ metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.

(8)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (somma ta’ isomeri p, p' u o,p'), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (somma ta’ prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(9)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dijafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(10)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendiammid, Miklobutanil, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).

(11)  B’mod partikolari r-residwi ta’ Diklorvos.

(12)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Trijażofos, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: is-somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idrokloru).

(13)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(14)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (somma ta’ isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(15)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Dijafentjuron, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idroklorur), Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(16)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (somma ta’ isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta’ fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.”


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1356/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal-antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ b’modifika żgħira li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li, b’konformità mal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ikkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IT-TALBA

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri tal-antidumping imposti fuq ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ b’modifika żgħira li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u biex tissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għal reġistrazzjoni.

(2)

Din it-talba ġiet ippreżentata fis-6 ta’ Novembru 2013 minn Saint-Gobain Adfors CZ s.r.o., Tolnatext Fonalfeldolgozo, Valmieras “Stikla Skiedra” AS u Vitrulan Technical Textiles GmbH, erba’ produtturi fl-Unjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ.

B.   IL-PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni huma ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs ta’ ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm, kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu iżjed minn 35 g/m2, minbarra diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(4)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi tan-NM ex 7019 40 00 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott taħt investigazzjoni”)

C.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ u li possibbilment qed jiġu evitati huma miżuri ta’ antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 (2).

D.   IR-RAĠUNIJIET

(6)

It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qed jiġu evitati permezz ta’ modifika żgħira tal-prodott ikkonċernat biex jiġi jaqa’ taħt kodiċijiet doganali li normalment ma humiex soġġetti għall-miżuri, u li l-modifika ma tibdilx il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott ikkonċernat. Il-modifika żgħira tikkonsisti f’żieda tal-proporzjon tal-ftietel magħmula mill-fibra tal-ħġieġ fil-malja miftuħa. sabiex dawn jippredominaw fil-piż fil-prodott taħt investigazzjoni li b’hekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7019 40 00 bħala drappijiet minsuġa mill-fibri tal-ħġieġ magħmula mill-ftietel.

(7)

L-evidenza prima facie li ġiet ippreżentata hija din:

(8)

It-talba turi li seħħet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn l-Unjoni wara l-impożizzjoni tad-dazju definittiv antidumping fuq il-prodott ikkonċernat impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, mingħajr raġuni biżżejjed jew ġustifikazzjoni ekonomika għal tibdil bħal dan għajr l-impożizzjoni tad-dazju.

(9)

Din il-bidla tidher li ġejja mill-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-prodott taħt investigazzjoni għandu l-istess karatteristiċi essenzjali u użi bħall-prodott ikkonċernat.

(10)

Barra minn hekk, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiddgħajfilhom l-impatt kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. Volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(11)

Fl-aħħar nett, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott taħt investigazzjoni huma oġġett ta’ dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat.

(12)

Jekk il-prassi ta’ ċirkomvenzjoni li hija koperta bl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr dawk imsemmija hawn fuq, tiġi identifikata fl-andament tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri din il-prassi wkoll.

E.   IL-PROĊEDURA

(13)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni soġġetti għal reġistrazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Il-Kwestjonarji

(14)

Sabiex tikseb tagħrif li tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet tal-esportaturi/produtturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Kif xieraq, it-tagħrif jista’ jintalab ukoll mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(15)

F’kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(16)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina se jiġu nnotifikati bil-bidu tal-investigazzjoni.

(b)   Il-ġbir ta’ tagħrif u s-seduti ta’ smigħ

(17)

Il-partijiet kollha interessati huma b’dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn dawn għandhom jinstemgħu.

(c)   Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(18)

B’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkostitwixxix ċirkomvenzjoni.

(19)

Billi l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ssir barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jistgħu juru li ma humiex relatati (3) ma’ xi produttur soġġett għall-miżuri eżistenti (4) u li jinstab li mhumiex involuti fi prassi ta’ ċirkomvenzjoni kif huwa definit fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta b’evidenza xierqa fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament.

F.   IR-REĠISTRAZZJONI

(20)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tikkonkludi li hemm ċirkomvenzjoni, ikun jista’ jiġi impost ammont xieraq ta’ dazji tal-antidumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet bħal dawn.

G.   IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(21)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati limiti taż-żmien li matulhom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull informazzjoni oħra biex tiġi kkunsidrata matul l-investigazzjoni,

il-produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew tal-miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(22)

Ta’ min jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li t-tħaddim tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

H.   IN-NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(23)

F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

(24)

Fejn jinstab li xi persuni interessati jkunu pprovdew informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tiġi injorata u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli,

(25)

Jekk parti interessata ma tikkoperax jew tikkopera biss parzjalment u għalhekk il-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din tkun ikkoperat.

I.   L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(26)

L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

J.   L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(27)

Huwa nnutat li kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (5).

K.   L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(28)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet ta’ aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

(29)

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji.

(30)

Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/degucht/contact/hearing-officer/.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’dan qed jingħata bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 biex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b’daqs taċ-ċellula ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu iżjed minn 35 g/m2, minbarra diski mill-fibri tal-ħġieġ, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 7019 40 00 (kodiċi TARIC 7019400011, 7019400021 u 7019400050), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, humiex jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkun instab li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji jridu jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

3.   Il-produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri jridu jibagħtu talba debitament sostnuta b’evidenza fl-istess limitu taż-żmien ta’ 37 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

5.   Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f’format elettroniku (sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tagħhom. Madankollu, kwalunkwe prokura, ċertifikazzjoni ffirmata, u kwalunkwe aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju jridu jitressqu bil-miktub, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta’ hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista’ tibgħat is-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku, din trid tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/.

Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata “Limited (6) (Ristrett) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, trid tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li trid tkun immarkata “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati).

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 08/020

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks +32 222962219

Posta elettronika: TRADE-OPEN-MESH-FABRICS-DUMPING@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1) li jikkonċerna l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew għandha 5 % jew iżjed tal-ishma jew tal-kwoti tal-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk għandhom xi waħda minn dawn ir-relazzjonijiet li ġejjin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(4)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma’ kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri oriġinali tal-antidumping), xorta waħda tista’ tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji suġġetta għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew użata biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(6)  Dokument “Limited” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim tal-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1357/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,’

Billi:

(1)

Ir-regoli tal-oriġini mhux preferenzjali għandhom jiġu applikati għal miżuri ta’ politika kummerċjali mhux preferenzjali kollha, inklużi d-dazji antidumping u dawk kompensatorji.

(2)

Fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, il-prinċipju bażiku huwa stabbilit li merkanzija li l-produzzjoni tagħha tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed għandha titqies li toriġina mill-pajjiż meta tkun għaddiet mill-aħħar proċessar sostanzjali, ekonomikament ġustifikat jew xogħol f’impriża mgħammra għal dak l-iskop u li tirriżulta fil-manifattura ta’ prodott ġdid jew li tirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura.

(3)

Id-dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom ġiet suġġetta għal dazji antidumping provviżorji mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 (2).

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta u uniformi tad-dazji antidumping provviżorji, jeħtieġ li tiġi stabbilita regola dettaljata għall-interpretazzjoni tal-prinċipju tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 biex tiġi ddeterminata l-oriġini tal-prodotti koperti minn dawk il-miżuri rigward moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u komponent ewlieni tagħhom, ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin.

(5)

Il-proċess ta’ produzzjoni ta’ moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin jista’ jinqasam fil-passi l-kbar li ġejjin: produzzjoni ta’ wejfers tas-siliċju, ipproċessar tal-wejfers tas-siliċju f’ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin; assemblaġġ ta’ diversi ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin f’modulu jew pannell fotovoltajku bis-siliċju kristallin.

(6)

L-aktar stadju importanti fil-manifattura ta’ pannelli jew moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin huwa l-ipproċessar ta’ wejfers tas-siliċju f’ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin. Dak huwa l-istadju ta’ produzzjoni deċiżiv li matulu l-użu li għalih ser jitqiegħdu il-partijiet komponenti tal-pannell jew il-modulu isir definittiv u meta dawn jingħataw kwalitajiet speċifiċi tagħhom.

(7)

Dik it-trasformazzjoni għalhekk għandha titqies bħala dik li fiha l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali fil-proċess ta’ produzzjoni tal-pannelli jew moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Il-pajjiż ta’ manifattura taċ-ċelloli bis-siliċju kristallin għandu għalhekk ikun il-pajjiż ta’ oriġini mhux preferenzjali tal-pannelli jew moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin.

(8)

Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (3) il-Kunsill approva, inter alia, il-Ftehim dwar ir-Regoli ta’ Oriġini (WTO- GATT 1994) mehmuż mal-att finali ffirmat f’Marrakesh fil-15 ta’ April 1994. Skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim għall-Programm ta’ Ħidma għall-Armonizzazzjoni, id-determinazzjoni tal-pajjiż li fih il-prodotti għaddew mill-aħħar trasformazzjoni sostanzjali għandha l-ewwel nett tkun ibbażata fuq il-pajjiż li fih il-proċess ta’ produzzjoni wassal għal bidla fil-klassifikazzjoni tat-tariffi. Huwa biss meta dak il-kriterju ma jippermettix li jiġu ddeterminati l-pajjiż tal-aħħar trasformazzjoni sostanzjali li jistgħu jintużaw kriterji oħrajn, bħall-kriterju tal-valur miżjud jew id-determinazzjoni ta’ operazzjoni speċifika ta’ pproċessar. Huwa xieraq li jintużaw l-istess prinċipji fil-leġiżlazzjoni doganali tal-UE.

(9)

Ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin huma kklassifikati f’intestatura 8541 tas-Sistema Armonizzata (SA). Moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin huma kklassifikati fl-istess intestatura. Il-materjal li jidħol, wejfers tas-siliċju, huwa kklassifikat fl-intestatura tas-SA 3818. Ir-regola bbażata fuq bidla ta’ intestatura ta’ tariffa b’hekk tesprimi adegwatament l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali taċ-ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin. Fl-istess ħin teskludi l-assemblaġġ tal-pannelli jew moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin miċ-ċelloli biex tagħti l-oriġini lill-prodott finali, minħabba li kemm il-pannelli kif ukoll iċ-ċelloli huma kklassifikati fl-istess intestatura.

(10)

Regola tal-oriġini bbażata fuq il-valur miżjud, li normalment jiġi kkombinat mal-bidla tar-regola tal-intestatura tat-tariffa għad-determinazzjoni ta’ prodotti li għalihom l-aħħar trasformazzjoni hija l-operazzjoni ta’ assemblaġġ, mhijiex adattata fil-każ ta’ moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin, minħabba li l-previżjoni meħtieġa u ċ-ċertezza legali jinkisbu aħjar għal dawk il-prodotti partikolari bl-identifikazzjoni tal-iktar pass ta’ produzzjoni sinifikanti.

(11)

Regola hekk imsejħa “residwa” hija neċessarja sabiex tiġi ddeterminata l-oriġini tal-pannelli jew moduli fotovoltajċi bis-siliċju meta r-regola primarja ta’ bidla fl-intestatura tat-tariffa ma tiġix sodisfatta. F’dak il-każ, l-oriġini taċ-ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin jew tal-akbar porzjon f’valur taċ-ċelloli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin għandu jkun l-oriġini tal-pannell jew tal-modulu.

(12)

Moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin jistgħu wkoll ikunu kklassifikati taħt ċerti kundizzjonijiet fl-intestatura tas-SA 8501. Regola simili bħala għall-Intestarua HS 8541 għandhom ukoll ikunu stabbiliti għal dawk il-pannelli jew moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin.

(13)

Għalhekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) għandu jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni. Inħasset il-ħtieġa ta’ Att ta’ implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat ta’ appell għal aktar diskussjoni. Il-Kumitat tal-Appelli ma ressaqx opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tal-4 ta’ Ġunju 2013 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, meta għandhom x’jaqsmu kwistjonijiet fil-kompetenza tagħha, tal-Ftehim milħuqa fin-negozjati multilaterali tar-Round tal-Uruguay (1986 – 1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS

L-Anness 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

1.

L-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati dwar il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 8482 u ex 8520:

“Ex85 01

Moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, ħlief dik tal-prodott u tal-intestatura 8541 .

Meta l-prodott ikun immanifatturat minn materjali kklassifikati fl-intestaturi 8501 jew 8541 , l-oriġini ta’ dawk il-materjali tkun l-oriġini tal-prodott.

Meta l-prodott ikun immanifatturat minn materjali kklassifikati fl-intestaturi 8501 jew 8541  u joriġina f’aktar minn pajjiż wieħed, l-oriġini tal-parti bl-ogħla valur minn dawk il-materjali tkun l-oriġini tal-prodott.”

2.

L-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati dwar il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 8528 u ex 8542:

“Ex85 41

Ċelloli, moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin

Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura, għajr dik tal-prodott.

Meta l-prodott ikun immanifatturat minn materjali kklassifikati fl-intestatura 8541 , l-oriġini ta’ dawk il-materjali tkun l-oriġini tal-prodott.

Meta l-prodott ikun immanifatturat minn materjali kklassifikati fl-intestatura 8541 u jkun joriġina f’aktar minn pajjiż wieħed, l-oriġini tal-parti bl-ogħla valur minn dawk il-materjali tkun l-oriġini tal-prodott.”


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/50


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1358/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

55,3

IL

216,6

MA

74,1

TN

106,3

TR

89,0

ZZ

108,3

0707 00 05

AL

106,5

MA

158,2

TR

143,0

ZZ

135,9

0709 93 10

MA

136,8

TR

132,3

ZZ

134,6

0805 10 20

AR

26,3

MA

57,5

TR

64,1

UY

27,9

ZA

38,4

ZZ

42,8

0805 20 10

MA

54,6

ZZ

54,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

107,2

JM

139,0

TR

69,4

ZZ

105,2

0805 50 10

AR

102,8

TR

58,1

ZZ

80,5

0808 10 80

CN

77,6

MK

27,7

NZ

153,0

US

119,0

ZZ

94,3

0808 30 90

TR

121,5

US

158,4

ZZ

140,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DIRETTIVI

18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/52


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/63/UE

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward ta’ kundizzjonijiet minimi li jridu jiġu sodisfatti minn patata taż-żriegħ u lottijiet tal-patata taż-żriegħ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa [taż-żriegħ] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

Billi:

(1)

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2002/56/KE ġew żviluppati metodi ġodda għat-tkabbir tal-patata, u sar progress fl-għodod djanjostiċi li jidentifikaw organiżmi ta’ ħsara u fil-prattiki agronomiċi li jiġġieldu l-firxa ta’ dawn l-organiżmi.

(2)

Dawn l-iżviluppi tekniċi jippermettu l-produzzjoni ta’ patata taż-żriegħ li tissodisfa rekwiżiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Annessi I u II tad- Direttiva 2002/56/KE. Fl-istess ħin sar disponibbli għarfien dwar l-aġenti tal-mard ġodda filwaqt li evolva l-għarfien dwar mard eżistenti li jindika li ċertu mard jeħtieġ miżuri aktar stretti.

(3)

Kontra dan l-isfond, l-istandard tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) li jikkonċerna l-kummerċjalizzazzjoni u l-kontroll tal-kwalità kummerċjali tal-patata taż-żriegħ ġie adattat fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi (2).

(4)

Filwaqt li jitqiesu dawk l-iżviluppi, ċerti kundizzjonijiet u tolleranzi minimi, kif stabbilit fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/56/KE, għandhom jiġu aġġornati u restrizzjonijiet dwar l-iskabbja sewda, l-iskabbja f’forma ta’ trab u l-patata taż-żriegħ, li jkunu ġew deidratati u niexfa b’mod eċċessiv, għandhom jiddaħħlu fl-Anness II.

(5)

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2002/56/KE, ġie żviluppat għarfien xjentifiku dwar ir-rabta bejn in-numru ta’ ġenerazzjonijiet u l-livell ta’ preżenza ta’ pesti ta’ patata taż-żriegħ. Il-limitazzjoni tan-numru ta’ ġenerazzjonijiet hija mezz neċessarju biex jiġi mmitigat ir-riskju fitosanitarju li jinħoloq minn pesti f’forma latenti. Din il-limitazzjoni hija meħtieġa għall-mitigazzjoni ta’ dak ir-riskju, u mhemm disponibbli l-ebda miżura anqas stretta biex tissostitwixxiha. Il-limitu massimu ta’ seba’ ġenerazzjonijiet għall-patata taż-żriegħ pre-bażika u l-patata taż-żriegħ bażika jikostitwixxi kompromess bejn il-ħtieġa li jiġi mmultiplikat għadd suffiċjenti ta’ patata taż-żriegħ għall-produzzjoni ta’ patata taż-żriegħ iċċertifikata, u l-protezzjoni tal-istatus tas-saħħa tagħhom.

(6)

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-organiżmu ta’ ħsara Synchytrium endobioticum (Schilb.) Perc. għandhom jitneħħew mill-Anness I billi l-presenza tiegħu fuq il-patata taż-żriegħ hija rregolata bid-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE (3). Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-organiżmu ta’ ħsara Corynebacterium sepedonicum (Spieck. et Kotth.) Skapt. and Burkh., l-isem li ġie sostitwit minn Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus (Spieck. et Kotth.) Davis et al., għandhom jitneħħew mill-Annessi I u II billi l-presenza tiegħu fuq il-patata taż-żriegħ hija rregolata bid-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE (4). Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-organiżmu ta’ ħsara Heterodera rostochiensis Woll., l-isem li ġie sostitwit minn Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens għandhom jitneħħew mill-Anness II billi l-presenza tiegħu fuq il-patata taż-żriegħ hija rregolata bid-Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE (5). Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-organiżmu ta’ ħsara Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, l-isem li ġie sostitwit minn Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al., għandhom jitneħħew mill-Anness II billi l-presenza tiegħu fuq il-patata taż-żriegħ hija rregolata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE (6).

(7)

L-Annessi I u II għad-Direttiva 2002/56/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2002/56/KE

L-Annessi I u II għad-Direttiva (KE) Nru 2002/56/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-1 ta’ Jannar 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.

(2)  L-ISTANDARD tal-UNECE S-1 dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-kontroll tal-kwalità kummerċjali tal-patata taż-żriegħ, Edizzjoni 2011, New York.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata (ĠU L 323, 24.12.1969, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata (ĠU L 259, 18.10.1993, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kontroll ta’ nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/465/KEE (ĠU L 156, 16.6.2007, p. 12).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. (ĠU L 235, 21.8.1998, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II għad-Direttiva 2002/56/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.

Il-patata taż-żriegħ bażika għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

waqt l-ispezzjoni uffiċjali tal-pjanti li qegħdin jikbru n-numru affettwat minn blackleg ma jridx jaqbeż l-1,0 %;

(b)

in-numru ta’ pjanti li qegħdin jikbru li ma jitkabbrux b’mod leali għall-varjetà u n-numru ta’ pjanti ta’ varjetà differenti, kumplessivament m’għandhomx jaqbżu ż-0,1 % u fil-proġenija diretta, kumplessivament m’għandhomx jaqbżu ż-0,25 %;

(c)

fil-proġenija diretta n-numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus gravi ma jridx jaqbeż l-4,0 %;

(d)

waqt l-ispezzjonijiet uffiċjali tal-pjanti li qegħdin jikbru, in-numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ mużajk u n-numru ta’ pjanti li juru sintomi kkawżati minn virus tal-werqa kumplessivament m’għandhomx jaqbżu ż-0,8 %.

2.

Il-patata taż-żriegħ iċċertifikata għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

waqt l-ispezzjoni uffiċjali tal-pjanti li qegħdin jikbru n-numru affettwat minn blackleg m’għandux jaqbeż l-4,0 %;

(b)

in-numru ta’ pjanti li ma jitrabbewx b’mod leali għall-varjetà u n-numru ta’ pjanti ta’ varjetà differenti, kumplessivament, m’għandhomx jaqbżu ż-0,5 % u fil-proġenija diretta, kumplessivament, m’għandhomx jaqbżu ż-0,5 %;

(c)

fil-proġenija diretta n-numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni b’virus gravi m’għandux jaqbeż l-10,0 %;

(d)

waqt l-ispezzjonijiet uffiċjali tal-pjanti li qegħdin jikbru, in-numru ta’ pjanti li juru sintomi ta’ mużajk u n-numru ta’ pjanti li juru sintomi kkawżati minn virus tal-werqa kumplessivament m’għandhomx jaqbżu s-6,0 %.”

(b)

Il-punt 3 huwa mħassar.

(c)

Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.

It-tolleranzi permessi taħt il-punti 1(c) u (d), u l-punti 2(c) u (d) huma applikabbli biss meta l-mard tal-virus jkun ikkawżat minn virus li huma prevalenti fl-Ewropa.”

(d)

Il-punti 5 u 6 huma mħassra.

(e)

Il-punt li ġej huwa miżjud:

“7.

L-għadd massimu ta’ ġenerazzjonijiet ta’ patata bażika għandu jkun ta’ erbgħa„ u l-ġenerazzjonijiet kkombinati ta’ patata pre-bażika u patata bażika fl-għalqa għandhom ikunu sebgħa.

L-għadd massimu ta’ ġenerazzjonijiet ta’ patata taż-żriegħ iċċertifikata għandu jkun ta’ tnejn.

Jekk il-ġenerazzjoni ma tkunx indikata fuq it-tikketta uffiċjali, il-patata kkonċernata għandha titqies li tappartjeni lill-ġenerazzjoni massima li hija permessa għal kull kategorija rispettiva.”

(2)

L-Anness II jinbidel b’li ġej:

“ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET TA’ KWALITÀ MINIMI GĦAL LOTTIJIET TA’ PATATA TAŻ-ŻRIEGĦ

It-tolleranzi permessi għall-impuritajiet, it-tbajja u l-mard li ġejjin għal patata taż-żriegħ:

(1)

il-presenza ta’ ħamrija u materja barranija; 1,0 % skont il-massa għal patata taż-żriegħ bażika u 2,0 % skont il-massa għal patata taż-żriegħ iċċertifikata;

(2)

it-taħsir niexef jew imxarrab, minbarra jekk ikun ikkawżat minn Synchytrium endobioticum, Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus jew Ralstonia solanacearum: 0,5 % skont il-massa, li minnhom 0,2 % skont il-massa ta’ taħsir imxarrab;

(3)

it-tbajja’ esterni p.e. tuberi li jkunu tilfu l-għamla tagħhom jew danneġġjati; 3,0 % skont il-massa;

(4)

l-iskabbja komuni li taffettwa t-tuberi fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħhom: 5,0 % skont il-massa;

(5)

l-iskabbja sewda li taffettwa t-tuberi fuq aktar minn 10,0 % tal-wiċċ tagħhom: 5,0 % skont il-massa;

(6)

l-iskabbja f’forma ta’ trab li taffettwa t-tuberi fuq aktar minn 10,0 % tal-wiċċ tagħhom: 3,0 % skont il-massa;

(7)

it-tuberi imkemxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew id-deidrazzjoni kkawżata minn skabbja tal-fidda: 1,0 % skont il-massa.

It-tolleranza totali għall-partiti 2 sa 7: 6,0 % skont il-massa għal patata taż-żriegħ bażika, u 8,0 % skont il-massa għal patata taż-żriegħ iċċertifikata.”


DEĊIŻJONIJIET

18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/768/PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2013

dwar l-attivitajiet tal-UE f'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

Billi:

(1)

Fis-6 ta' Diċembru 2006, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 61/89 intitolata “Lejn Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi: it-twaqqif ta' standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferimenti ta' armi konvenzjonali”, biex b'hekk jibda l-proċess tan-NU għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (il-“proċess tal-ATT”). Fit-2 ta’ Diċembru 2009, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 64/48 intitolata “It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi”, li biha ddeċidiet li fl-2012 tlaqqa’ Konferenza tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi biex jiġi elaborat strument legalment vinkolanti dwar l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għat-trasferimenti tal-armi konvenzjonali.

(2)

Minħabba li l-Konferenza tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li ltaqgħet f'Lulju 2012 ma setgħetx tilħaq qbil dwar dokument ta' konklużjoni fil-qafas ta' żmien stabbilit għalih u b'segwitu għar-Riżoluzzjoni 67/234 A adottata fl-24 ta' Diċembru 2012 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, il-Konferenza finali tan-NU dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi ltaqgħet f'Marzu 2013. Hija żviluppat test ibbilanċjat u wiesa' bbażat fuq it-Trattat li, madankollu, ma rnexxilux jilħaq kunsens minħabba l-oppożizzjoni ta' tliet Stati Membri tan-NU. Konsegwentement, il-kwistjoni ġiet ippreżentata lill-Assemblea Ġenerali tan-NU li, fit-2 ta' April 2013, adottat b'maġġoranza kbira t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi permezz ta' votazzjoni tar-Riżoluzzjoni A/RES/67/234 B. It-Trattat infetaħ sussegwentement għall-iffirmar fit-3 ta' Ġunju 2013 u ser jidħol fis-seħħ mal-50 ratifika. L-Istati Membri tal-Unjoni kollha ffirmaw it-Trattat.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2006, l-10 ta’ Diċembru 2007, it-12 ta’ Lulju 2010, u l-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill esprima l-impenn l-aktar qawwi tiegħu għal strument internazzjonali legalment vinkolanti ġdid li għandu jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli biex jiġi rregolat il-kummerċ legali fl-armi konvenzjonali, u li għandu jkun rilevanti għall-Istati kollha u għalhekk jista’ jkun universali.

(4)

Sabiex jiġu promossi l-inklużività u r-rilevanza tal-proċess tal-ATT, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/42/PESK (1) u d-Deċiżjoni 2010/336/PESK (2), li appoġġaw, inter alia, serje ta' seminars reġjonali ta' kopertura dinjija. Fir-rigward tal-Konferenza tan-NU inkonklużiva ta' Lulju 2012, l-attivitajiet kontinwi tal-Unjoni f'appoġġ għall-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi ġew ikkumplimentati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/43/PESK (3).

(5)

Il-prijorità hija issa biex jiġi appoġġat id-dħul fis-seħħ bikri u l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat. F'konformità mal-appoġġ bikri imwiegħed għall-Proċess tal-ATT, l-Unjoni tista' issa tagħti kontribut sinifikanti għal dak l-objettiv, b'mod partikolari, billi tibni fuq l-esperjenza li ilha għandha fil-finanzjament ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni u ta' komunikazzjoni. Minħabba li l-għoti ta' liċenzji tal-armi u l-użu doppju jibqa' responsabbiltà nazzjonali fl-UE, ħila esperta dwar il-kontroll tal-esportazzjoni użata b'appoġġ għal programmi ta' assistenza u ta' komunikazzjoni ffinanzjati mill-Unjoni tiddipendi ħafna mill-Istati Membri. Għaldaqstant huwa kruċjali li l-Istati Membri jallokaw esperti li jkunu ta' għajnuna għall-programmi tal-Unjoni sabiex l-attivitajiet ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni u ta' komunikazzjoni jkunu ta' suċċess.

(6)

Fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, l-attivitajiet tal-Unjoni ta' assistenza u ta' komunikazzjoni twettqu skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/230/PESK (4) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/1012/PESK (5) u 2012/711/PESK (6). L-attivitajiet li saru sa issa indirizzaw numru ta' pajjiżi terzi fil-viċinat qrib tal-Unjoni bil-għan li jissaħħu s-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi tagħhom lejn u li jinkisbu aktar responsabbiltà u trasparenza.

(7)

L-Unjoni ilha ħafna wkoll tipprovdi assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju taħt ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) l-Istrument għall-Istabbiltà tagħha li jipprevedi assistenza fl-iżvilupp tal-qafas legali u l-kapaċitajiet istituzzjonali għat-twaqqif u l-infurzar ta' kontrolli effettivi tal-esportazzjoni fuq oġġetti b'użu doppju, inkluż miżuri ta' kooperazzjoni reġjonali. Fit-28 ta' April 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1540 (2004) (“UNSCR 1540 (2004)”), li tagħti mandat għal kontrolli effettivi ta' trasferiment fuq oġġetti relatati mal-armi tal-qerda massiva. L-Unjoni appoġġat l-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) b'mod partikolari permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/419/PESK (8), l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/368/PESK (9) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/391/PESK (10) u, fir-rigward tad-dimensjoni tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004), permezz tal-programmi tagħha ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju.

(8)

Minbarra l-assistenza speċifika għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, il-kontrolli żviluppati għall-implimentazzjoni tal-UNCSR 1540 (2004) u skont il-programmi ta' assistenza tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju jikkontribwixxu għall-kapaċità globali biex jiġi implimentat b'mod effettiv it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi billi, f'ħafna każijiet, il-liġijiet, il-proċeduri amministrattivi u l-aġenziji responsabbli mill-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju jikkoinċidu ma' dawk responsabbli mill-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali. L-assistenza mogħtija fil-qasam ta' oġġetti b'użu doppju, għalhekk, tappoġġa kapaċitajiet ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi. Għaldaqstant, huwa kruċjali li tiġi żgurata koordinazzjoni mill-qrib bejn attivitajiet imwettqa f'kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju u attivitajiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

(9)

F'dan l-isfond ta' koordinazzjoni mixtieqa ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni pprovduta f'oqsma rilevanti oħra, l-attivitajiet appoġġati minn din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi f'għadd ta' pajjiżi benefiċjarji sabiex tiġi appoġġata implimentazzjoni effettiva u kompetenti tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi. Billi l-impatt tat-Trattat ser jiddipendi fuq kemm huwa universali u fuq il-grad ta' aderenza miegħu, għandhom ikunu wkoll appoġġati attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni bil-għan li jittejjeb l-appoġġ għat-Trattat minn partijiet interessanti rilevanti u pajjiżi terzi oħra kif ukoll li jitħeġġeġ l-interess fl-implimentazzjoni tiegħu.

(10)

L-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (minn hawn 'il quddiem 'BAFA') ġie fdat mill-Kunsill bl-implimentazzjoni teknika tad-Deċiżjonijiet 2009/1012/PESK u 2012/711/PESK. Huwa kkompleta b'suċċess l-organizzazzjoni tal-attivitajiet kollha previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1012/PESK. Il-BAFA huwa wkoll l-aġenzija ta' implimentazzjoni għal proġetti dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b'użu doppju ffinanzjati l-Istrument ta' Stabbiltà. F'dan l-isfond, l-għażla tal-BAFA bħala l-aġenzija ta' implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-UE li jappoġġaw l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi f'pajjiżi terzi hija ġġustifikata bl-esperjenza, il-kwalifiki u l-ħila esperta meħtieġa ppruvati tiegħu fuq il-firxa sħiħa ta' attivitajiet rilevanti tal-Unjoni ta' kontroll tal-esportazzjoni fil-qasam tal-oġġetti b'użu doppju kif ukoll f'dak tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi. L-għażla tal-BAFA ser tiffaċilita l-identifikazzjoni ta' sinerġiji bejn l-attivitajiet ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju u dawk relatati mal-armi sabiex jiġi żgurat li assistenza relatata mat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi tissupplimenta b'mod adegwat l-assistenza diġà pprovduta fil-programmi eżistenti tal-assistenza dwar l-oġġetti b'użu doppju u l-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Sabiex tappoġġa d-dħul fis-seħħ bikri u l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (l-“ATT”), l-Unjoni għandha twettaq l-attivitajiet bl-objettivi li ġejjin:

biex tappoġġa numru ta' Stati fuq talba tagħhom biex jissaħħu s-sistemi tagħhom ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi bil-għan li jkunu jistgħu jimplimentaw l-ATT;

biex jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u s-sjieda tal-ATT f'livelli nazzjonali u reġjonali mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali rilevanti u l-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili sabiex ikunu involuti aktar fl-implimentazzjoni tal-ATT.

2.   Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni ser twettaq l-attivitajiet ta' proġett li ġejjin:

(a)

tassisti lill-pajjiżi benefiċjarji fl-abbozzar, l-aġġornament u l-implimentazzjoni, kif meħtieġ, tal-miżuri leġislattivi u amministrattivi rilevanti li għandhom l-għan li jistabbilixxu u jiżviluppaw sistema effettiva ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi f'konformità mar-rekwiżiti tal-ATT;

(b)

issaħħaħ il-ħila esperta u l-kapaċitajiet tal-uffiċjali tal-liċenzjar u l-infurzar tal-pajjiżi benefiċjarji b'mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, taħriġ u aċċess għal sorsi rilevanti ta' informazzjoni sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar adegwati tal-kontrolli tat-trasferiment tal-armi;

(c)

tippromwovi t-trasparenza fil-kummerċ internazzjonali tal-armi billi tibni fuq ir-rekwiżiti ta' trasparenza tal-ATT;

(d)

tippromwovi konformità sostnuta mal-ATT mill-pajjiżi benefiċjarji billi jiġu involuti l-partijiet interessati nazzjonali u reġjonali rilevanti bħall-parlamenti nazzjonali, l-organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li għandhom interess fuq perijodu twil fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva tal-ATT;

(e)

tippromwovi interess usa' fl-ATT billi tinvolvi ruħha ma' pajjiżi li ma ħadu l-ebda pass lejn l-ATT sabiex tiġi appoġġata l-universalizzazzjoni tiegħu.

Fl-Anness tinsab deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet ta' proġett imsemmija f'dan il-paragrafu.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentat Għoli”) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet ta' proġett imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mill-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (BAFA).

3.   Il-BAFA għandu jwettaq il-kompitu tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dan il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-BAFA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' proġett imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 5 200 000. Il-baġit totali stmat tal-proġett globali għandu jkun ta' EUR 6 445 000. Il-parti ta' dak il-baġit stmat mhux koperta mill-ammont ta' referenza għandha tingħata permezz ta' kofinanzjament mill-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont ta' referenza stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni tajba tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' għotja mal-BAFA. Il-ftehim għandu jistipula li l-BAFA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' għotja msemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill dwar kull diffikultà f'dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' għotja.

Artikolu 4

1.   Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjijin mill-BAFA. Ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' proġett imsemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ għotja msemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, Hija għandha tiskadi 17 ta' Ġunju 2014 jekk ebda tali ftehim ta’ għotja ma jkun ġie konkluż qabel dik id-data.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK tad- 19 ta’ Jannar 2009 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi fost pajjiżi terzi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 39).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/336/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar l-attivitajiet tal-UE f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (ĠU L 152, 18.6.2010, p. 14).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/43/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013 dwar il-kontinwazzjoni ta’ attivitajiet tal-Unjoni f’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà (ĠU L 20, 23.1.2013, p. 53).

(4)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/230/PESK tas-17 ta’ Marzu 2008 dwar appoġġ għall-attivitajiet ta' l-UE sabiex issir promozzjoni tal-kontroll ta' armi għall-esportazzjoni u l-prinċipji u l-kriterji tal-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-UE dwar l-Esportazzjoni ta' l-Armi bejn pajjiżi terzi (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 81).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1012/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE għall-promozzjoni tal-kontroll tal-esportazzjoni ta’ armi u l-prinċipji u l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK fost pajjiżi terzi (ĠU L 348, 29.12.2009, p. 16).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/711/PESK tad-19 ta’ Novembru 2012 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Unjoni sabiex issir promozzjoni, fost pajjiżi terzi, tal-kontroll tal-esportazzjoni ta’ armi u tal-prinċipji u l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (ĠU L 321, 20.11.2012, p. 62).

(7)  Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1).

(8)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/419/PESK tat-12 ta' Ġunju 2006 f'appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda massiva (ĠU L 165, 17.6.2006, p. 30).

(9)  Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/368/PESK ta' l-14 ta' Mejju 2008 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (ĠU L 127, 15.5.2008, p. 78).

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/391/PESK tat-22 ta’ Lulju 2013 b’appoġġ għall-implimentazzjoni prattika tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 40).


ANNESS

L-ATTIVITAJIET TA' PROĠETT IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)

1.   Sfond u raġuni għall-appoġġ tal-PESK

Din id-Deċiżjoni tibni fuq Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill biex tappoġġa l-proċess tan-NU li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u biex tippromwovi l-iżvilupp ta' sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi aktar responsabbli u trasparenti minn pajjiżi terzi (1). It-Trattat ġie adottat fit-2 ta' April 2013 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU u nfetaħ għall-iffirmar fit-3 ta' Ġunju 2013.

L-objettiv iddikjarat tat-Trattat huwa li “jistabbilixxi l-ogħla standards komuni possibbli fuq bażi internazzjonali biex jirregolaw jew itejbu r-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fl-armi konvenzjonali u biex jipprevjenu u jeradikaw il-kummerċ illeċitu tal-armi konvenzjonali u jipprevjenu milli jmorru band’oħra.”. L-iskop iddikjarat tiegħu huwa li “jikkontribwixxi għal paċi, sigurtà u stabbiltà internazzjonali u reġjonali; inaqqas it-tbatija tal-bnedmin u jippromwovi kooperazzjoni, trasparenza u azzjoni responsabbli mill-Istati Partijiet fil-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali, biex b'hekk tinbena fiduċja fost l-Istati Partijiet”. Għalhekk, l-objettiv u l-iskop tat-Trattat jikkonformaw mal-ambizzjoni ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-politika estera u ta' sigurtà kif imnaqqxa fl-Artikolu 21 Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif speċifikata aktar fl-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà.

Minbarra l-adozzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, l-Unjoni identifikat tliet sfidi ewlenin relatati mat-Trattat: l-iżgurar ta' dħul fis-seħħ bikri tagħha, l-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tagħha, u fl-aħħar nett, il-ħidma lejn l-universalizzazzjoni tagħha. L-assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni u l-komunikazzjoni huma kruċjali biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi u għalhekk jiffurmaw l-elementi ċentrali ta' din id-Deċiżjoni.

Fir-rigward tal-assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni, din id-Deċiżjoni tipprevedi l-iżvilupp ta' numru ta' programmi ddedikati għall-assistenza li permezz tagħhom il-pajjiżi benefiċjarji ser jiġu megħjuna b'mod ippersonalizzat u estensiv biex jilħqu r-rekwiżiti tal-ATT. L-assistenza ser tiżviluppa skont pjan direzzjonali tal-assistenza li għandu jintlaħaq qbil dwaru mal-pajjiżi benefiċjarji li għandhom jispeċifikaw il-prijoritajiet għall-azzjoni, jiżguraw sjieda lokali u jindikaw l-impenn lejn ratifika tat-Trattat.

Minbarra l-programmi ddedikati għall-assistenza, din id-Deċiżjoni tipprovdi attivitajiet ta' assistenza ad hoc li ser jissupplimentaw il-programmi ddedikati għall-assistenza fl-indirizzar ta' pajjiżi benefiċjarji oħra bi ħtiġijiet limitati u speċifikati tajjeb. Dawk l-attivitajiet ta' assistenza ad hoc għandhom jippermettu lill-Unjoni tindirizza b'mod flessibbli u reattiv it-talbiet għall-assistenza.

Sabiex tikkontribwixxi għal sostenibbiltà fit-tul tal-isforzi ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi mill-pajjiżi benefiċjarji, din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tinvolvi l-partijiet interessati bħall-parlamenti nazzjonali, l-organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li għandhom interess fuq perijodu twil fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva tal-ATT.

Finalment, rigward l-isfida tal-universalizzazzjoni tal-ATT, din id-Deċiżjoni tinkludi komponent ta' komunikazzjoni li għandu l-għan jinvolvi l-pajjiżi kollha rilevanti. L-għażla magħmula hija li tilħaq lil dawk il-pajjiżi permezz tal-vantaġġ ta' organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti li jappartjenu għalihom u li jwettqu attivitajiet relatati mal-kontrolli tat-trasferiment tal-armi.

Għalhekk, din id-Deċiżjoni tipprovdi ġabra komprensiva ta' attivitajiet ta' assistenza u ta' komunikazzjoni sabiex jiġu indirizzati b'mod adatt it-tliet sfidi identifikati. L-indirizzar attiv ta' dawk l-isfidi huwa konformi mal-appoġġ dejjiemi u mwiegħed għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

2.   Objettivi ġenerali

L-objettiv ċentrali ta' din id-Deċiżjoni huwa li jiġu appoġġati numru ta' Stati fuq talba tagħhom biex jissaħħu s-sistemi tagħhom ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi bil-għan li jkunu jistgħu jimplimentaw b'mod effettiv l-ATT. L-isforzi ta' assistenza żviluppati f'dan il-qafas jistgħu sussegwentement jiġu indirizzati fil-kuntest usa' tal-involviment tal-partijiet interessati rilevanti u l-komunikazzjoni ma' pajjiżi oħra. B'mod speċifiku, l-azzjoni tal-Unjoni ser tipprovdi:

a)

infurzar tal-kapaċitajiet ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi ta' pajjiżi benefiċjarji;

b)

aktar sensibilizzazzjoni u sjieda tal-partijiet interessati rilevanti bħall-organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti, il-parlamenti nazzjonali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li huma interessati fuq perijodu twil mill-effettività tal-implimentazzjoni tat-Trattat;

c)

komunikazzjoni ma' pajjiżi oħra bil-għan li tiġi appoġġata l-universalizzazzjoni tat-Trattat.

3.   Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' proġett

3.1.   It-twaqqif ta' grupp ta' esperti

3.1.1.   Objettiv tal-proġett

L-objettiv li jitwaqqaf grupp ta' esperti huwa li l-aġenzija ta' implimentazzjoni tiġi pprovduta b'riżorsa identifikata tajjeb, kompetenti u kredibbli biex tirrispondi b'mod adatt għat-talbiet għall-assistenza u tappoġġa l-attivitajiet ta' assistenza konsegwenti. It-twaqqif ta' grupp bħal dan huwa maħsub ukoll biex jinkoraġġixxi lill-aġenziji ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri biex jaħtru esperti rilevanti billi d-disponibbiltà u l-involviment tagħhom fl-attivitajiet ta' assistenza ser ikunu kruċjali għall-fattibbiltà tal-attivitajiet inkwistjoni.

3.1.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

L-aġenzija ta' implimentazzjoni ser twaqqaf grupp ta' esperti. Dawk l-esperti ser iwettqu attivitajiet ta' assistenza mmirati għall-pajjiżi benefiċjarji skont il-qasam ta' ħila esperta tagħhom u l-ħtiġijiet identifikati mill-pajjiżi benefiċjarji kif ukoll magħhom.

L-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tiżgura l-akbar rappreżentanza ġeografika possibbli meta tagħżel l-esperti. Hija għandha tibbenefika mill-esperti adatti u disponibbli minn aġenziji ta' kontroll tal-esportazzjoni oħra fl-Unjoni. Hija għandha tinkoraġġixxi wkoll il-parteċipazzjoni ta' esperti minn pajjiżi li reċentement żviluppaw b'suċċess sistemi nazzjonali ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi, inklużi dawk żviluppati b'rabta mal-assistenza internazzjonali li jkunu rċevew.

Il-ħila esperta globali miġbura mill-grupp ta' esperti għandha tkopri l-ambitu sħiħ tas-sistema ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi; b'mod partikolari kwistjonijiet legali, l-għoti ta' liċenzji, dwana/infurzar, sensibilizzazzjoni, prosekuzzjoni/sanzjonijiet, rappurtar/trasparenza.

3.2.   Programmi nazzjonali ta' assistenza ppersonalizzati mwettqa skont pjan direzzjonali tal-assistenza

3.2.1.   Objettiv tal-proġett

L-objettiv tal-programmi ddedikati għall-assistenza u l-pjanijiet direzzjonali relatati magħhom huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi benefiċjarji biex jilħqu r-rekwiżiti tal-ATT b'mod globali u sostnut. Il-pjan direzzjonali ser jipprovdi prevedibbiltà lill-pajjiż benefiċjarju dwar dak li huwa ppjanat fir-rigward ta' assistenza u ser jippjana t-titjib li jista' jkun mistenni fil-kapaċitajiet tiegħu ta' kontroll ta' trasferiment.

3.2.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Programmi ta' assistenza nazzjonali ser jiġu stabbiliti għal tnax-il pajjiż benefiċjarju. Fl-ewwel sentejn ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, mhux aktar minn għaxar programmi ta' assistenza tal-implimentazzjoni għandhom ikunu attwati sabiex l-Unjoni tkun tista' tirrispondi għal talbiet addizzjonali għal assistenza li jiġu ppreżentati aktar tard.

Il-programmi ddedikati għall-assistenza għandhom jiġu żviluppati skont il-passi li ġejjin:

a)

talba għal assistenza biex jiġi implimentat l-ATT (magħmula lill-aġenzija ta' implimentazzjoni mill-pajjiż terz). Din it-talba għandha tiġi sostanzjata kemm jista' jkun, idealment billi jiġu identifikati mill-ewwel liema oqsma speċifiċi huma mmirati li jirċievu assistenza. Fejn rilevanti, il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu jirreferi wkoll għal assistenza tal-passat u li tkun għaddejja minn fornituri oħra tal-assistenza u jagħti informazzjoni dwar l-istrateġija nazzjonali ta' implimentazzjoni tiegħu dwar l-ATT.

b)

abbażi tal-grad ta' sostanzjament tat-talba u l-kriterji stabbiliti fit-taqsima 5.1, ir-Rappreżentant Għoli, flimkien mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM) u l-aġenzija ta' implimentazzjoni, għandu jiddeċiedi dwar l-eliġibbiltà tal-pajjiż li jagħmel it-talba.

c)

fejn t-talba għall-assistenza tiġi riċevuta b'mod pożittiv, tiġi organizzata żjara ta' valutazzjoni esperta mill-aġenzija ta' implimentazzjoni. Din għandha tirriżulta minn kuntatti mill-qrib bejn l-aġenzija ta' implimentazzjoni u l-pajjiż terz li jkun qed ifittex l-assistenza u tinkludi wħud mill-aktar esperti rilevanti meħuda mill-grupp ta' esperti msemmi fit-taqsima 3.1.

Iż-żjara ta' valutazzjoni esperta tista', fejn possibbli, titħejja bl-użu ta' kwestjonarji u bil-ġbir ta' informazzjoni eżistenti; hija ser tikkonsisti f'valutazzjoni inizjali tal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-pajjiż li jkun qed jitlob l-assistenza. B'mod partikolari hija għandha tippermetti l-kjarifika mal-pajjiż li jkun qed jitlob l-assistenza dwar x'inhuwa tassew meħtieġ biex jiġi implimentat l-ATT u l-paragun ta' dawk ir-rekwiżiti mar-riżorsi eżistenti ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi tal-pajjiż. Din iż-żjara ta' valutazzjoni esperta inizjali għandha tiġbor flimkien l-aġenziji domestiċi u l-partijiet interessati rilevanti kollha u tidentifika sħab lokali motivati u affidabbli.

d)

abbażi tar-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni esperta, l-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tfassal pjan direzzjonali tal-assistenza. Meta tfassal pjan direzzjonali tal-assistenza bħal dan, l-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tqis kwalunkwe assistenza relatata mal-ATT possibbilment mogħtija minn organizzazzjonijiet oħra. Meta l-pajjiż li jkun qed ifittex l-assistenza jkun diġà żviluppa strateġija nazzjonali ta' implimentazzjoni għall-ATT, l-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha tiżgura wkoll li l-pjan direzzjonali tal-assistenza tal-Unjoni jkun konsistenti ma' dik l-istrateġija nazzjonali ta' implimentazzjoni.

e)

ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni esperta u l-abbozz ta' pjan direzzjonali konsegwenti tal-assistenza għandu jiġi rrappurtat b'mod speċifiku lill-Kummissjoni fil-qafas tar-rappurtar tas-soltu finanzjajru u narattiv previst fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni.

f)

l-abbozz ta' pjan direzzjonali tal-assistenza għandu jiġi kondivi mal-pajjiż benefiċjarju bil-għan li jiġi approvat. Il-pjan direzzjonali ser ikun ippersonalizzat għall-pajjiż benefiċjarju u ser jidentifika l-prijoritajiet għall-assistenza.

g)

il-pjan direzzjonali ser jiġi implimentat bl-involviment tal-esperti rilevanti meħuda mill-grupp ta' esperti, u bl-involviment ta' partijiet interessati oħra skont kif ikun il-każ.

Skont il-ħtiġijiet eżatti tal-pajjiż benefiċjarju inkwistjoni, it-twaqqif ta' pjan direzzjonali ser ikun immexxi mill-approċċ tas-soltu b'ħames pilastri li tradizzjonalment jintuża f'assistenza strateġika ta' kontroll tal-kummerċ (kwistjonijiet legali, għoti ta' liċenzji, dwana/infurzar, sensibilizzazzjoni u sanzjonijiet/prosekuzzjoni). Minbarra dawk il-ħames oqsma standard, ir-rappurtar u t-trasparenza ser jingħataw l-akbar attenzjoni.

Il-firxa ta' strumenti ta' assistenza ser ikopru, b'mod partikolari, rieżamijiet legali, seminars ta' taħriġ, workshops, żjarat ta' studju, u l-użu ta' għodod u ta' sorsi ta' informazzjoni bbażati fuq l-internet. Dawk l-istrumenti ta' assistenza ser jintgħażlu mill-aġenzija ta' implimentazzjoni skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet eżatti identifikati miż-żjara ta' valutazzjoni esperta u skont il-pjan direzzjonali li ntlaħaq qbil dwaru. L-istrumenti ta' assistenza magħżula biex jindirizzaw b'mod adatt it-talba għall-assistenza għandhom ikunu indikati b'mod ċar u ssostanzjati fil-pjan direzzjonali tal-assistenza.

3.3.   Workshops individwali ad hoc ta' assistenza

3.3.1.   Objettiv tal-proġett

L-objettiv tal-workshops individwali ad hoc ta' assistenza huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi tal-pajjiżi benefiċjarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-ATT b'mod immirat u rilevanti. Dawk l-attivitajiet ad hoc tal-assistenza ser jippermettu lill-Unjoni biex twieġeb b'mod flessibbli u reattiv għal talbiet għall-assistenza li jidentifikaw ħtieġa speċifika rilevanti għall-implimentazzjoni effettiva tal-ATT.

3.3.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Ser isiru sa għaxar workshops ta' jumejn għall-pajjiżi benefiċjarji individwali biex iwieġbu għat-talbiet għall-assistenza mmirati u l-espressjoni ta' interess għal qasam speċifiku wieħed jew aktar ta' sistema ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi.

Dawn il-workshops ser jipprovdu assistenza individwali u ppersonalizzata limitata u ser jindirizzaw il-kwistjoni(jiet) speċifika(ċi) mqajma mill-pajjiż li jkun qed jitlob l-assistenza, bħal, per eżempju, rieżami tal-leġislazzjoni dwar il-kontroll tat-trasferiment; prattiki tajbin dwar ir-rappurtar; sorsi ta' informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ATT, kontrolli u dokumentazzjoni għall-użu finali. Huma ser isiru fil-pajjiżi benefiċjarji u l-ħila esperta ser tiġi kkomunikata mill-esperti tal-grupp ta' esperti msemmi fit-taqsima 3.1.

L-aġenzija ta' implimentazzjoni ser tkun responsabbli biex tirċievi t-talbiet għall-assistenza u tirrapportahom lir-RGħ li, f'konsultazzjoni mal-COARM, għandu jiddeċiedi dwar kif iweġibhom. Il-valutazzjoni tar-RGħ ser tkun iggwidata b'mod partikolari mill-kriterji stabbiliti fit-taqsima 5.1., il-preċiżjoni tat-talba u dwar kif hija tidentifika kwistjoni(jiet) (i)kkonċernata(i) u billi jqis il-bilanċ ġeografiku.

3.4.   Il-possibbiltà li jiġu ttrasferiti riżorsi mill-programmi ddedikati għall-assistenza għall-workshops ad hoc tal-assistenza

Fil-każ li ma jitlestiex in-numru massimu ta' programmi sħaħ iddedikati għall-assistenza previst fit-taqsima 3.2, in-numru ta' workshops previst fit-taqsima 3.3 jista' jiżdied sa għoxrin.

Ir-RGħ u l-Kummissjoni, flimkien mal-COARM, ser jirrieżaminaw kull sitt xhur l-istat attwali rigward il-programmi ddedikati għall-assistenza bil-għan li jivvalutaw il-possibbiltajiet li jiżdied in-numru ta' workshops individwali ta' assistenza b'mod proporzjonat mal-livell ta' programmi ddedikati għall-assistenza mhux lesti.

3.5.   Konferenza tal-pajjiżi li jibbenefikaw minn attivitajiet ta' assistenza tal-ATT

3.5.1.   Objettiv tal-proġett

L-objettiv tal-konferenza huwa biex ikun hemm aktar sensibilizzazzjoni u sjieda tal-partijiet interessati rilevanti bħal organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti, il-parlamenti nazzjonali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li huma interessati fuq perijodu twil mill-effettività tal-implimentazzjoni tat-Trattat.

3.5.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett ser jieħu s-sura ta' konferenza ta' jumejn li għandha tiġi organizzata qrib it-tmiem tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Din il-konferenza ser tiġbor rappreżentanti rilevanti tal-pajjiżi li bbenefikaw mill-programmi ddedikati għall-assistenza msemmija fit-taqsima 3.2 u minn attivitajiet ad hoc tal-assistenza msemmija fit-taqsima 3.3.

Il-konferenza ser tiffaċilita skambji ta' esperjenzi mill-pajjiżi benefiċjarji, tinformahom dwar il-pożizzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-ATT u l-istatus ta' ratifika u ta' implimentazzjoni tal-ATT u ser tippermetti l-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti ma' rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili.

Il-parteċipanti f'din il-konferenza għandhom għalhekk jinkludu:

persunal diplomatiku u militari/tad-difiża mill-pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikolari awtoritajiet responsabbli mill-politiki nazzjonali rigward l-ATT;

persunal tekniku u tal-infurzar tal-liġijiet mill-pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikolari awtoritajiet tal-għoti ta' liċenzji, doganali, u uffiċjali tal-infurzar tal-liġi;

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u internazzjonali involuti fl-għoti ta' assistenza kif ukoll rappreżentanti ta' pajjiżi interessati li jipprovdu jew jirċievu assistenza strateġika ta' kontroll tal-kummerċ;

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) rilevanti, ta' gruppi ta' riflessjoni, ta' parlamenti nazzjonali u tal-industrija;

Huwa mistenni li fil-konferenza jipparteċipaw sa 80 parteċipant. Il-post u l-lista finali ta' pajjiżi u organizzazzjonijiet mistiedna ser jiġu ddeterminati mir-Rappreżentant Għoli f'konsultazzjoni mal- COARM, abbażi ta' proposta magħmula mill-aġenzija ta' implimentazzjoni.

3.6.   Seminars reġjonali

3.6.1.   Objettiv tal-proġett

Is-seminars reġjonali ser jippermettu li jintlaħqu aktar pajjiżi bil-għan li tiġi appoġġata l-universalizzazzjoni tat-Trattat. Huma ser jappoġġaw ukoll l-involviment ulterjuri tal-organizzazzjonijiet reġjonali mmirati fl-ATT u l-interess tagħhom fil-promozzjoni tal-ATT lill-istati membri rispettivi kollha tagħhom.

3.6.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett ser jieħu s-sura ta' ħames seminars ta' jumejn li ser jiffukaw fuq l-istat attwali tal-proċess tad-dħul fis-seħħ tal-ATT u l-kwistjonijiet ta' implimentazzjoni relatati.

Is-seminars ser jippermettu lill-pajjiżi li jibbenefikaw minn attivitajiet tal-assistenza għall-kontroll tat-trasferiment tal-armi biex jikkondividu fehmiet u esperjenzi u biex jivvalutaw kif assistenza bħal din hija relatata mal-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjoni reġjonali rilevanti tagħhom. Huma ser jagħtu wkoll attenzjoni speċjali lil:

esperjenzi u possibbiltajiet ta' kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar fit-twaqqif u l-istabbiliment ta' sistemi ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi;

kumplimentarjetà tal-ATT ma' strumenti rilevanti oħra tan-NU, b'mod partikolari l-Programm ta' Azzjoni tan-NU li jimpedixxi, jikkumbatti, u jeqred in-negozju illeċitu f’armi żgħar u armamenti ħfief fl-aspetti kollha tiegħu.

Is-seminars ser isiru fl-ewwel tmintax-il xahar tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni u ser jindirizzaw l-organizzazzjonijiet reġjonali u l-istati membri rilevanti tagħhom li ġejjin:

iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u Diżarm tal-Asja u l-Paċifiku (UNRCPD);

iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u Diżarm fl-Afrika (UNREC);

iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi, id-Diżarm u l-Iżvilupp fl-Amerika Latina u l-Karibew (UNLIREC),

Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS),

L-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

Fejn possibbli, is-seminars għandhom isiru preferibbilment f'pajjiż li jibbenefika minn programm iddedikat għall-assistenza. Jekk dan ikun impossibbli, il-post għandu jiġi ddeterminat mir-Rappreżentant Għoli f'konsultazzjoni mal-COARM.

Il-parteċipanti fis-seminars reġjonali għandhom jinkludu:

(a)

persunal diplomatiku u militari/tad-difiża minn pajjiżi fir-reġjun, b'mod partikolari awtoritajiet responsabbli mill-politiki nazzjonali rigward l-ATT;

(b)

persunal tekniku u tal-infurzar tal-liġi minn pajjiżi fir-reġjun, b'mod partikolari awtoritajiet tal-għoti ta' liċenzji, doganali, u uffiċjali tal-infurzar tal-liġi;

(c)

rappreżentanti minn organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, NGOs ibbażati reġjonalment, gruppi ta' riflessjoni u l-industrija lokali/reġjonali;

(d)

esperti tekniċi nazzjonali u internazzjonali dwar kwistjonijiet ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi, inklużi esperti tal-Unjoni u rappreżentanti tal-industrija.

Huwa mistenni li jipparteċipa sa 70 parteċipant f'kull seminar.

4.   Relazzjoni ma' attivitajiet tal-assistenza oħra rilevanti għall-kontrolli tal-esportazzjoni

4.1.   Koordinazzjoni ma' attivitajiet oħra tal-Unjoni tal-assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni

Abbażi tal-esperjenza ta' attivitajiet preċedenti u abbażi ta' attivitajiet li attwalment jinsabu għaddejjin fil-qasam tal-assistenza tal-kontroll tal-esportazzjoni li jkopru kemm oġġetti b’użu doppju kif ukoll armi konvenzjonali, is-sinerġija massima u l-komplementarjetà għandhom jiġu mfittxija fl-għoti ta’ assistenza lill-pajjiżi terzi relatata mal-ATT, biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-Unjoni jkunu effettivi u koerenti kemm jista’ jkun mingħajr duplikazzjoni mhux meħtieġa.

4.2.   Koordinazzjoni ma' attivitajiet ta'ssistenza rilevanti oħra

Għandha tingħata wkoll l-akbar attenzjoni mill-aġenzija ta' implimentazzjoni għall-attivitajiet relatati mal-ATT imwettqa skont il-programm ta' azzjoni tan-NU li jimpedixxi, jikkumbatti, u jeqred in-negozju illeċitu f’armi żgħar u armamenti ħfief fl-aspetti kollha tiegħu u s-Sistema ta' Appoġġ tal-Implimentazzjoni tiegħu (PoA-ISS), il-UNSCR 1540 (2004) u l-Faċilità ta' Fondi tan-NU li tappoġġa r-Regolament tal-Kooperazzjoni għall-Armi (UNSCAR). L-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha żżomm kuntatt kif meħtieġ ma' dawn il-fornituri tal-assistenza sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġu żgurati konsistenza u kumplimentarjetà massimi.

4.3.   Promozzjoni ta' kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar f'kontrolli tal-esportazzjoni minn strumenti rilevanti tal-Unjoni

Il-proġett għandu jimmira wkoll li, fost il-pajjiżi benefiċjarji tal-assistenza mogħtija skont din id-Deċiżjoni, tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar strumenti tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar f'kontrolli tal-esportazzjoni. F'dan ir-rigward, l-attivitajiet tal-assistenza previsti fit-taqsimiet 3.2 u 3.3 għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-istrumenti disponibbli u jippromwovuhom bħall-Inizjattiva tas-CBRN tal-UE dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza.

5.   Benefiċjarji

5.1.   Benefiċjarji tal-programmi ddedikati għall-assistenza tal-ATT u workshops ad hoc tal-assistenza

Il-benefiċjarji ta' attivitajiet ta' proġett imsemmija fit-taqsimiet 3.2 u 3.3 jistgħu jkunu Stati li jitolbu l-assistenza bil-għan li jimplimentaw l-ATT u li ser jintgħażlu, fost l-oħrajn, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

l-iffirmar tal-ATT u l-istatus ta' implimentazzjoni ta' strumenti nazzjonali rilevanti għall-kummerċ tal-armi u l-kontroll tat-traferiment tal-armi li huma applikabbli għall-pajjiż;

il-probabbiltà li jkun hemm eżitu ta' suċċess mill-attivitajiet tal-assistenza bil-ħsieb li jiġi rratifikat l-ATT;

il-valutazzjoni ta' kwalunkwe assistenza possibbli li tkun diġa' waslet jew ġiet ippjanata fil-qasam tal-użu doppju u l-kontroll tat-trasferiment tal-armi;

ir-rilevanza tal-pajjiż għall-kummerċ globali tal-armi;

ir-rilevanza tal-pajjiż għall-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni;

l-eliġibbiltà għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA).

5.2.   Benefiċjarji tas-seminars reġjonali

Il-benefiċjarji tas-seminars reġjonali jistgħu jkunu Stati li jappartjeni għall-organizzazzjonijiet reġjonali jew li huma koperti minnhom imsemmija fit-taqsima 3.6.2.

L-għażla finali tal-pajjiżi li għandhom jiġu mistiedna għal kull seminar, u tal-parteċipanti, ser issir mir-Rappreżentant Għoli, f'konsultazzjoni mal-COARM, abbażi ta' proposta magħmula mill-aġenzija ta' implimentazzjoni.

6.   Entità ta' implimentazzjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ser tkun fdata lill-BAFA. Fejn adatt, il-BAFA ser jissieħeb mal-aġenziji ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti, il-gruppi ta' riflessjoni, l-istituti tar-riċerka u l-NGOs.

Il-BAFA għandu esperjenza kbira fl-għoti ta' assistenza għall-kontroll tat-trasferiment u f'attivitajiet ta' komunikazzjoni. Huwa żviluppa din l-esperjenza fl-oqsma rilevanti kollha ta' kontroll strateġiku tat-trasferiment, filwaqt li jindirizza oqsma relatati ma' CBRN, oġġetti b'użu doppju u l-armi.

Fir-rigward tal-assistenza għall-kontroll tat-trasferiment tal-armi u l-komunikazzjoni, il-BAFA kkompleta b'suċċess l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/1012/PESK. Issa, il-BAFA huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/711/PESK li tibni fuq id-Deċiżjoni 2009/1012/PESK u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi tal-pajjiżi benefiċjarji biex ikunu aktar trasparenti u responsabbli f'konformità mal-qafas tal-Unjoni stabbilit skont il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK.

Fir-rigward tal-oġġetti b'użu doppju u dawk relatati ma' CBRN, il-BAFA hija l-aġenzija ta' implimentazzjoni tal-programm attwali tal-assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju u l-komunikazzjoni ffinanzjat millIstrumenti għall-Istabbiltà u, f'dan ir-rigward kisbet għarfien profond tas-sistemi għall-kontroll tat-trasferiment tal-pajjiżi koperti mill-programm inkwistjoni. Għarfien bħal dan qed jittejjeb permezz tal-implimentazzjoni progressiva tal-proġetti relatati mal-kontroll tat-trasferiment skont l-Istrument għall-Istabbilità li jinvolvu l-BAFA, bħall-Inizjattiva tas-CBRN dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza.

L-effett ġenerali huwa li l-BAFA għandu pożizzjoni unika biex jidentifika l-punti b'saħħithom u dawk dgħajfa fis-sistemi tal-kontroll tat-trasferiment ta' pajjiżi li jistgħu jibbenefikaw mill-attivitajiet ta' appoġġ tal-implimentazzjoni tal-ATT previsti minn din id-Deċiżjoni. Għalhekk huwa jista' jiffaċilita s-sinerġiji bejn il-varji programmi ta' assistenza u jevita dupplikazzjoni mhux meħtieġa.

Billi l-liġijiet, il-proċeduri amministrattivi, ir-riżorsi u l-aġenziji tal-infurzar li jiggvernaw il-kontroll tal-esportazzjoni tal-oġġetti b'użu doppju jikkoinċidu fil-biċċa l-kbira ma' dawk responsabbli mill-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali, sfida ewlenija għall-attivitajiet tal-assistenza relatati mal-ATT ser tkun li tiġi kkunsidrata l-assistenza diġa' pprovduta fl-oqsma tal-oġġetti b'użu doppju u tal-mitigazzjoni tar-riskju tas-CBRN. L-għażla tal-BAFA tikkontribwixxi biex jiġi żgurat li l-assistenza relatata mal-ATT tissupplimenta b'mod adegwat l-assistenza li tkun diġà ngħatat skont programmi ta' assistenza eżistenti ta' oġġetti b'użu doppju, ta' mitigazzjoni tar-riskju tas-CBRN u ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi.

7.   Viżibbiltà u disponibbiltà tal-Unjoni tal-materjal ta' assistenza

Il-materjal prodott mill-proġett ser jiżgura l-viżibbiltà tal-Unjoni, ibbażata b'mod partikolari fuq il-logo u t-tabella grafika li ntlaħaq qbil dwarha għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/711/PESK.

Il-portal fuq l-internet previst fid-Deċiżjoni 2012/711/PESK u li bħalissa qed jiġi żviluppat ser jiġi promoss minħabba l-attivitajiet ta' assistenza relatati mal-ATT previsti minn din id-Deċiżjoni.

L-aġenzija ta' implimentazzjoni għandha għalhekk tinkludi informazzjoni dwar il-portal fuq l-internet fl-attivitajiet ta' assistenza rilevanti li hija twettaq u tinkoraġġixxi l-konsultazzjoni u l-użu tar-riżorsi tekniċi tal-portal fuq l-internet. Hija għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-Unjoni fil-promozzjoni tal-portal fuq l-internet.

8.   Valutazzjoni tal-impatt

L-impatt ta' attivitajiet previsti f'din id-Deċiżjoni għandu jiġi vvalutat teknikament hekk kif jitlestew. Abbażi ta' informazzjoni u rapporti pprovduti mill-aġenzija ta' implimentazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt ser titwettaq mir-Rappreżentant Għoli, f'kooperazzjoni mal-COARM u, skont kif ikun il-każ, mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll ma' partijiet interessati rilevanti oħra.

Rigward pajjiżi li bbenefikaw minn programmi ddedikati għall-assistenza, il-valutazzjoni tal-impatt għandha tagħti attenzjoni speċjali għan-numru ta' pajjiżi li jkunu rratifikaw l-ATT u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom tal-kontroll tat-trasferiment tal-armi. Valutazzjoni bħal din tal-kapaċitajiet tal-kontroll tat-trasferiment tal-armi tal-pajjiżi benefiċjarji għandha b'mod partikolari tkopri t-tħejjija u l-ħruġ ta' regolamenti nazzjonali rilevanti, il-kapaċità li jiġu rrappurtati esportazzjonijiet u importazzjonijiet ta' armi u l-għoti ta' setgħat ta' amministrazzjoni rilevanti responsabbli mill-kontroll tat-trasferiment tal-armi.

9.   Rappurtar

L-aġenzija ta' implimentazzjoni ser tħejji rapporti regolari, inkluż wara l-ikkompletar ta' kull waħda mill-attivitjiet. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lir-Rappreżentant Għoli mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-ikkompletar tal-attivitajiet rilevanti.


(1)  Ara d-Deċiżjoni 2010/336/PESK; id-Deċiżjoni 2013/43/PESK; id-Deċiżjoni 20009/1012/PESK; u d-Deċiżjoni 2012/711/PESK.


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/68


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2013

li tiċħad it-talba mill-Ungerija biex tintroduċi miżura speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida b’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(notifikata bid-dokument C(2013) 9007)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2013/769/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 199b tagħha,

Billi:

(1)

B’notifika rreġistrata mal-Kummissjoni fis-27 ta’ Novembru 2013, l-Ungerija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida b’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE.

(2)

Skont din in-notifika, wasal għall-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li għadd ta’ kummerċjanti kienu involuti fl-evażjoni tat-taxxa billi ma ħallsux il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti.

(3)

Il-miżura mitluba tikkonsisti fin-nomina tal-persuna taxxabbli li lilha tiġi fornuta l-merkanzija, li f’dan il-każ hija zokkor, bħala responsabbli għall-ħlas tal-VAT minflok il-fornitur.

(4)

Fl-4 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Istati Membri li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvaluta t-talba.

(5)

Fuq il-bażi taċ-ċifri tal-frodi dettaljati f’dan is-settur, ipprovduti mill-Ungerija, jidher li l-frodi f’dan is-settur kien diġà ta’ natura sostantiva fl-2011 u l-2012.

(6)

Għaldaqstant ġie stabbilit li l-frodi identifikat mhuwiex ta’ natura immedjata fis-sens tal-Artikolu 199b tad-Direttiva 2006/112/KE.

(7)

Id-deroga rikjesta ma għandhiex għalhekk tingħata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Ungerija ma tistax tintroduċi l-miżura speċjali tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida b’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/69


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE

(2013/770/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti l-poter lill-Kummissjoni biex tiddelega poteri lill-aġenziji eżekuttivi sabiex jimplimentaw programm jew proġett tal-Unjoni jew parti minn xi wieħed minn dawn, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha.

(2)

L-għan li l-aġenziji eżekuttivi jiġu responsabbilizzati bil-kompiti tal-implimentazzjoni ta’ programm huwa li l-Kummissjoni tkun tista’ iżjed tiffoka fuq l-attivitajiet u l-ħidmiet prijoritarji tagħha li ma jistgħux jiġu assenjati lill-entitajiet esterni, mingħajr madankollu ma titlef il-kontroll fuq, u r-responsabbiltà aħħarija għall-attivitajiet li jitmexxew minn dawk l-aġenziji eżekuttivi.

(3)

Id-delega ta’ kompiti b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ programmi lill-aġenziji eżekuttivi titlob separazzjoni ċara bejn l-istadji tal-ipprogrammar, li jinvolvu diskrezzjoni kbira fl-għażliet iggwidati minn kunsiderazzjonijiet ta’ politika u li jitwettqu mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-programmi, li għandha titħalla f’idejn l-aġenzija eżekuttiva.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni 2004/858/KE (2), il-Kummissjoni ħolqot Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm ta’ Saħħa Pubblika (hawn taħt imsejħa l-Aġenzija) u inkarigatha bil-ġestjoni tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2008, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Wara dan, il-Kummissjoni emendat il-mandat tal-Aġenzija għal diversi drabi, biex testendih għall-ġestjoni ta’ proġetti u programmi ġodda. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE (4) ttrasformat l-“Aġenzija Esekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika” fl-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi”, estendiet il-mandat tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2015 u inkludiet fih l-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 adottat bid-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-Programm tal-Konsumatur għall-2007-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-miżuri tat-taħriġ dwar is-sikurezza tal-ikel koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (7) u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/740/UE (9) estendiet l-ambitu tal-attivitajiet tal-Aġenzija għal miżuri ta’ taħriġ barra l-Istati Membri u inkarigatha bil-ġestjoni tal-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà tal-ikel koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1548 (10), u bl-Artikolu 22(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Hija inkarigat ukoll lill-Aġenzija bil-ġestjoni tal-Ftehim mal-ANEC, il-vuċi Ewropea tal-konsumatur fl-istandardizzazzjoni, li hija rregolata bir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(6)

L-Aġenzija mwaqqfa bid-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE wriet l-effettività u l-effiċjenza tagħha. Konsulenti esterni wettqu evalwazzjoni interim dwar l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika (magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi minn Lulju 2008). Ir-rapport finali ta’ Diċembru 2010 wera li l-ħidmiet ta’ implimentazzjoni tal-programm dwar is-saħħa pubblika jistgħu jitwettqu b’mod aktar effiċjenti mill-Aġenzija, filwaqt li jiġi żgurat l-immaniġġjar ġenerali mill-Kummissjoni ta’ dawk il-programmi u l-miżuri Komunitarji.

(7)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011“Baġit għall-Ewropa 2020” (13), il-Kummissjoni pproponiet l-użu aktar estensiv tal-għażla ta’ rikors għall-aġenziji eżekuttivi eżistenti għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

(8)

L-analiżi tal-benefiċċji u l-kostijiet (14) imwettqa skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 wriet li jekk tafda lill-Aġenzija bil-ħidmiet ta’ implimentazzjoni tal-programm relatat mal-Programm tal-Konsumaturi, il-Programm tas-Saħħa Pubblika u l-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà tal-ikel, dan ikun jinvolvi benefiċċji kwalitattivi u kwantitattivi sinifikanti meta mqabbla max-xenarju intern li taħtu l-aspetti kollha tal-programmi l-ġodda jiġu ġestiti internament fi ħdan il-Kummissjoni. It-tliet programmi suċċessuri jikkonformaw mal-mandat u mal-missjoni tal-Aġenzija u jirrappreżentaw kontinwazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija. L-Aġenzija bniet kompetenza, ħiliet u kapaċità fil-ġestjoni ta’ dawn il-programmi tul bosta snin. Il-Kummissjoni kif ukoll il-benefiċjarji tal-programm għalhekk se jkunu jibbenefikaw mill-esperjenza akkumulata u l-għarfien espert tal-Aġenzija u l-gwadann li jirriżulta fil-produttività, b’mod partikolari l-ġestjoni ta’ programmi ta’ kwalità għolja, is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri u servizz aħjar mil-lat ta’ twettiq aktar mgħaġġel f’termini ta’ kuntratti u ħlasijiet iktar fil-pront. Biż-żmien, l-Aġenzija żviluppat kanali effettivi biex tiżgura l-prossimità mal-benefiċjarji u livell għoli ta’ viżibbiltà tal-Unjoni bħala promotur tal-programmi kkonċernati. Id-delega tal-ġestjoni tal-programmi lill-Aġenzija se tiżgura l-kontinwità tan-negozju għall-benefiċjarji u għall-partijiet interessati kollha tal-programmi ddelegati bħalissa. Għalhekk mhix opportuna bidla li twassal għal arranġament intern. Id-delega tal-ġestjoni tal-programmi lill-Aġenzija hija stmata li twassal gwadanni fl-effiċjenza ta’ EUR 14 miljun matul il-perjodu ta’ snin mill-2014 sal-2024 meta mqabbel max-xenarju intern.

(9)

Biex l-aġenziji eżekuttivi jingħataw identità koerenti, il-Kummissjoni, sa fejn kien possibbli, qassmet il-ħidmiet skont l-oqsma tematiċi tal-politika meta stabbiliet il-mandati l-ġodda tagħhom.

(10)

Il-ġestjoni tal-Programm ta’ Saħħa Pubblika għas-snin 2008 sa 2013 adottat bid-Deċiżjoni 1350/2007/KE, il-Programm tal-Konsumatur għas-snin 2007 sa 2013 adottat bid-Deċiżjoni 1926/2006/KE u l-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà tal-ikel koperti mid-Direttiva 2000/29/KE, mir-Regolament (KE) Nru 882/2004, ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u d-Deċiżjoni C(2012) 1548 u l-ġestjoni tal-ftehim ma’ ANEC irregolati mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012, li kollha huma bħalissa implimentati mill-aġenzija, bħalma hi l-ġestjoni tal-Programm tal-Konsumatur għas-snin 2014 sa 2020 (15), il-Programm tas-Saħħa Pubblika għas-snin 2014 sa 2020 (16) u l-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà tal-ikel koperti mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE, jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ natura teknika, li ma jinvolvux it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u li jeħtieġu livell għoli ta’ kompetenza teknika u finanzjarja matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett.

(11)

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli biex tagħti servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku b’mod partikolari fejn iċ-ċentralizzazzjoni ta’ dawk is-servizzi ta’ appoġġ jirriżultaw f’aktar kisbiet ta’ kosteffiċjenza u ekonomiji ta’ skala.

(12)

Biex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti u fil-ħin, ta’ din id-Deċiżjoni u tal-programmi kkonċernati, jeħtieġ li jkun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha li huma marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi soġġett għad-data li fiha dawk il-programmi jseħħu u minn dik id-data ’l quddiem.

(13)

Għandha tiġi stabbilita l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel. Għandha tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija Eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE. Għandha topera skont l-istatut ġenerali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

(14)

Id-Deċiżjoni 2004/858/KE għandha għalhekk tiġi revokata u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet tranżizzjonali.

(15)

Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenziji Eżekuttivi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istabbiliment

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Aġenzija) hija b’dan stabbilita u għandha tissostitwixxi u tilħaq wara l-aġenzija eżekuttiva mwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni 2004/858/KE mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024, li l-istatut tagħha huwa regolat mir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

Artikolu 2

Il-post

L-Aġenzija se tkun ibbażata fil-Lussemburgu.

Artikolu 3

L-għanijiet u l-kompiti

1.   L-Aġenżija hija b’dan responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ partijiet ta’ programmi u azzjonijiet tal-Unjoni li ġejjin:

(a)

il-Programm tal-Konsumaturi (2014-2020);

(b)

il-Programm għas-Saħħa Pubblika 2014-2020;

(c)

il-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà fl-ikel koperti mid-Direttiva 2000/29/KE u r-Regolament (KE) Nru 882/2004.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika soġġett għad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull wieħed minn dawn il-programmi u minn dik id-data ’l quddiem.

2.   L-Aġenżija hi b’dan inkarigata bl-implimentazzjoni tal-legat tal-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Programm tal-Konsumaturi 2007-2013;

(b)

il-Programm għas-Saħħa Pubblika 2008-2013;

(c)

il-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà tal-ikel koperti mid-Direttiva 2000/29/KE, mir-Regolament (KE) Nru 882/2004, ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u d-Deċiżjoni C(2012) 1548;

(d)

il-ġestjoni tal-Ftehim mal-ANEC, il-vuċi Ewropea tal-konsumatur fl-istandardizzazzjoni, regolati mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

3.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti segwenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

il-ġestjoni tal-istadji kollha jew ta’ xi wħud minnhom tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-fażijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom tul il-ħajja tal-proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(b)

l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-ħruġ ta’ finanzi u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-programm, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(c)

il-provvediment ta’ sostenn fl-implimentazzjoni tal-programm fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega.

4.   L-Aġenzija tista’ tkun responsabbli għall-provvista ta’ appoġġ amministrattiv u servizzi ta’ appoġġ loġistiku jekk ikunu previsti fl-istrument tad-delega, għall-benefiċċju ta’ korpi li jimplimentaw il-programmi u fl-ambitu tal-programmi msemmija fih.

Artikolu 4

It-tul tal-ħatriet

1.   Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni jinħatru għal perjodu ta’ sentejn.

2.   Id-Direttur jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin.

Artikolu 5

Rekwiżit ta’ superviżjoni u rappurtaġġ

L-Aġenzija se tkun soġġetta għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni jew partijiet minnhom li għalihom hi responsabbli, bi qbil mal-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.

Artikolu 6

Implimentazzjoni tal-baġit operattiv

L-Aġenzija teżegwixxi l-baġit ta’ funzjonament tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (17).

Artikolu 7

Revoka u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Id-Deċiżjoni 2004/858/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Aġenzija għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Aġenzija Eżekuttiva stabbilita mid-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni tal-gradi tal-uffiċjali ssekondati previst mill-istrument ta’ delega, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija, inkluż id-Direttur tagħha.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija esekuttiva bl-isem Aġenzija Esekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li taddotta program ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika fl-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi”, (ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27).

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (ĠU L 404, tad-30.12.2006, p. 39).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organismi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, tal-10.7.2000, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/740/UE tad-29 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2004/858/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/544/KE, li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumaturi b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 331, 1.12.2012, p. 50).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1548 tal-15 ta’ Marzu 2012 li tadotta programm ta’ ħidma għall-2012 li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament għall-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam ta’ relazzjonijiet kummerċjali esterni, inkluż l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea u inizjattivi fil-qasam tal-għajnuna marbuta mal-kummerċ.

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(13)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Baġit għall-Ewropa 2020, COM(2011) 500 final.

(14)  Analiżi tal-kosti u l-benefiċċji għad-delega lill-Aġenziji Eżekuttivi ta’ ċerti kompiti marbutin mal-implimentazzjoni ta’ Programmi tal-Unjoni 2014-2020 (Ir-Rapport Finali tad-19 ta’ Awwissu 2013).

(15)  Il-Proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 707 tad-9 ta’ Novembru 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020.

(16)  Il-Proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 709 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 2011 dwar it-twaqqif ta’ Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014-2020.

(17)  Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).


18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/73


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE

(2013/771/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddelega poteri lill-aġenziji eżekuttivi biex jimplimentaw programm jew proġett tal-Unjoni, b’mod sħiħ jew parzjali, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha.

(2)

L-għan li l-aġenziji eżekuttivi jiġu inkarigati bil-kompiti tal-implimentazzjoni ta’ programmi huwa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonċentra fuq l-attivitajiet u l-funzjonijiet ewlenin tagħha li ma jistgħux jiġu esternalizzati, mingħajr ma ċċedi l-kontroll fuq l-attivitajiet ġestiti minn dawk l-aġenziji eżekuttivi u r-responsabbiltà aħħarija għall-istess attivitajiet.

(3)

Id-delega ta’ kompiti b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ programmi lil aġenzija eżekuttiva titlob separazzjoni ċara bejn l-istadji tal-ipprogrammar li jinvolvu diskrezzjoni kbira fl-għażliet gwidati minn kunsiderazzjonijiet ta’ politika u li jitwettqu mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-programmi, li għandha titħalla f’idejn l-aġenzija eżekuttiva.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2004/20/KE (2), il-Kummissjoni stabbilixxit l-Aġenzija Esekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (minn hawn ’il quddiem imsemmija l-“Aġenzija” u din ġiet inkarigata bil-ġestjoni tal-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija.

(5)

Wara dan, il-Kummissjoni emendat il-mandat tal-Aġenzija bid-Deċiżjoni 2007/372/KE (3) biex testendih għall-ġestjoni tal-proġetti u l-programmi l-ġodda fil-qasam tal-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-mobilità u biddlet isimha għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

(6)

L-Aġenzija mwaqqfa bid-Deċiżjoni 2004/20/KE wriet li l-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni ta’ programmi operattivi speċifiċi tat ċans lid-Direttorati Ġenerali matriċi li jiffokaw fuq aspetti relatati mal-politika tal-programmi. Minħabba l-limitazzjonijiet kontinwi fil-baġit tal-UE, id-delega tal-kompiti lil aġenzija eżekuttiva tidher li hi iktar kosteffiċjenti. Iż-żewġ evalwazzjonijiet interim tal-Aġenzija wrew li b’mod ġenerali, l-Aġenzija qed taħdem tajjeb u hija mekkaniżmu ta’ twettiq effiċjenti u effettiv għall-inizjattivi li għalihom għandha responsabbiltà operazzjonali.

(7)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011“Baġit għall-Ewropa 2020” (4), il-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-għażla ta’ rikors aktar estensiv għal aġenziji eżekuttivi eżistenti għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

(8)

L-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji (5) li saret skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 wriet li l-kostijiet mistennija se jkunu ta’ EUR 295 miljun meta mqabbla ma’ EUR 399 miljun taħt ix-xenarju intern. Min-naħa tal-benefiċċji, huma mistennija kisbiet fl-effiċjenza ta’ EUR 104 miljun bl-implimentazzjoni tax-xenarju tal-aġenzija meta mqabbel max-xenarju intern. Barra minn hekk, l-allinjament ta’ portafolli ta’ programmi aktar koerenti mal-kompetenzi fundamentali tal-aġenzija u tal-identità tipika tagħha se twassal għal benefiċċji kwalitattivi sinifikanti. L-analiżi wriet li bi-ġbir flimkien tal-ġestjoni ta’ Orizzont 2020 — il-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (6) (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “Orizzont 2020”), tal-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (2014-2020) (7) (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ COSME) u tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (8) (minn hawn’ il quddiem imsejħa LIFE), l-Aġenzija se tapprofitta mis-sinerġiji, mis-simplifikazzjoni u minn ekonomiji ta’ skala. Barra minn hekk, il-ġbir flimkien tal-aspetti kollha tal-“Istrument tal-SMEs” tal-Orizzont 2020 se jipprovdi punt uniku ta’ aċċess għal benefiċjarji potenzjali u se jiggarantixxi forniment konsistenti ta’ servizz. Fi ħdan il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (9) (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ EMFF), b’mod partikolari l-azzjonijiet previsti fl-ambitu tal-Politika Marittima Integrata jaqblu tajjeb mal-profil attwali tal-Aġenzija relatat mal-innovazzjoni u l-kompetittività. Iċ-ċaqliq tal-ġestjoni ta’ dak li għad baqa’ mill-programm Marco Polo (2007-2013) għall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks se jiċċentralizza aktar il-ġestjoni ta’ programmi ta’ infrastruttura għat-trasport fl-Aġenzija, imsemmija qabel u għalhekk jagħti lill-benefiċjarji punt ta’ aċċess uniku ta’ finanzjament.

(9)

Biex l-aġenziji eżekuttivi jingħataw identità koerenti, il-Kummissjoni, safejn kien possibbli, ġabret il-ħidma skont l-oqsma tematiċi tal-qasam politiku meta stabbilit il-mandati l-ġodda tagħhom.

(10)

L-Aġenzija għandha tkun inkarigata bil-ġestjoni tal-LIFE, li ġie wara l-programm predeċessur LIFE +, li fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2007-2013) huwa ġestit internament mill-Kummissjoni. Il-ġestjoni ta’ LIFE tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jirrikkjedux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett. LIFE huwa kkaratterizzat minn proġetti li jiġġeneraw għadd kbir ta’ operazzjonijiet omoġenji u standardizzati.

(11)

L-Aġenzija għandha tkun inkarigata bil-ġestjoni ta’ partijiet ta’ COSME li ġew wara l-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni fil-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni 2007-2013 (10) (minn issa’ l quddiem imsejjaħ CIP), li bħalisisal-Aġenzjia qiegħda tmexxi parti minnu filwaqt li parti oħra qiegħda titmexxa internament mill-Kummissjoni. Il-ġestjoni tal-partijiet ta’ COSME li se jiġu delegati lill-Aġenzija tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jirrikkjedux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett. Xi partijiet ta’ COSME huma kkaratterizzati minn proġetti li jiġġeneraw għadd kbir ta’ operazzjonijiet omoġenji u standardizzati.

(12)

L-Aġenzija għandha tkun inkarigata bil-ġestjoni ta’ partijiet tal-EMFF fil-qasam tal-Politika Marittima Integrata (IMP), Kontroll u Pariri u Għarfien Xjentifiċi, li ġew wara attivitajiet simili li fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2007-2013) huma ġestiti internament mill-Kummissjoni. Il-ġestjoni ta’ EMFF tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jirrikkjedux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u teħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett;

(13)

L-Aġenzija għandha tkun inkarigata bil-ġestjoni tal-partijiet li ġejjin ta’ “Orizzont 2020”:

(a)

Partijiet mill-“PARTI II – Tmexxija Industrijali” li huma kkaratterizzati minn proġetti li jiġġeneraw għadd kbir ta’ operazzjonijiet omoġenji u standardizzati;

(b)

Partijiet mill-“Parti III Sfidi tas-Soċjetà” li jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma jirrikkjedux it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u jeħtieġu livell għoli ta’ għarfien espert ta’ natura teknika u finanzjarja tul iċ-ċiklu tal-proġett.

(14)

L-Aġenzija għandha tkun inkarigata bil-ġestjoni ta’ dak li baqa’ mill-azzjonijiet li diġà ġew delegati lilha bħala parti minn CIP fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2007-2013): L-Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE II), in-“Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi”, il-“Portal għan-Negozji — l-Ewropa tiegħek”, l-“IPR Helpdesk Ewropew”, l-“Inizjattiva tal-ekoinnovazzjoni” u l-“Proġett IPorta”.

(15)

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli biex tagħti servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku b’mod partikolari fejn iċ-ċentralizzazzjoni ta’ dawk is-servizzi ta’ appoġġ jirriżultaw f’aktar kisbiet ta’ kosteffiċjenza u ekonomiji ta’ skala.

(16)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għandha tiġi stabbilita. Din għandha tieħu post l-Aġenzija stabbilita bid-Deċiżjoni 2004/20/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/372/KE. Din għandha topera f’konformità mal-istatut ġenerali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

(17)

Id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE għandhom jitħassru u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji.

(18)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (minn hawn’ il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) hija b’dan stabbilita u għandha tieħu post u tissuċċedi l-aġenzija eżekuttiva mwaqqfa bid-Deċiżjoni 2004/20/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/372/KE mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024, billi l-istatut tagħha huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

Artikolu 2

Sede

L-Aġenzija għandha s-sede tagħha fi Brussell.

Artikolu 3

Għanijiet u kompiti

1.   L-Aġenżija hija mogħtija l-kariga tal-implimentazzjoni ta’ partijiet mill-programmi tal-Unjoni segwenti:

(a)

Il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (2014-2020) (11);

(b)

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (2014-2020) (12);

(c)

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (EMFF) (13) inkluża l-Politika Marittima Integrata (IMP), Kontroll u Pariri u Għarfien Xjentifiċi;

(d)

Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020 (Orizzont 2020) (14) — il-partijiet tal-“PARTI II –— Tmexxija Industrijali” u l-“Parti III Sfidi tas-soċjetà”.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull wieħed minn dawn il-programmi u suġġett għaliha.

2.   L-Aġenzija hija b’dan inkarigata bl-implimentazzjoni ta’ dak li baqa’ minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin taħt is-CIP:

(a)

l-Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE II);

(b)

l-“Inizjattiva tal-ekoinnovazzjoni”;

(c)

in-“Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi”;

(d)

il-“Portal għan-Negozji — L-Ewropa tiegħek”;

(e)

l-“IPR Helpdesk Ewropew”;

(f)

il-“Proġett IPorta”.

3.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin marbutin mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

il-ġestjoni tal-istadji kollha jew xi wħud minnhom tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-fażijiet kollha jew xi wħud minnhom tul il-ħajja tal-proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(b)

l-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq ta’ finanzi u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(c)

il-provvediment ta’ sostenn fl-implimentazzjoni tal-programm fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega.

4.   L-Aġenzija tista’ tkun responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku jekk hu previst fl-istrument tad-delega, għall-benefiċċju tal-korpi li jimplimentaw il-programm u fl-ambitu tal-programmi msemmija fih.

Artikolu 4

Tul ta’ żmien tal-ħatriet

1.   Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jinħatru għal sentejn.

2.   Id-Direttur għandu jinħatar għal ħames snin.

Artikolu 5

Rekwiżit dwar is-superviżjoni u r-rapportaġġ

L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni tal-Kummissjoni u għandha tirrapporta b’mod regolari dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni jew partijiet tagħhom, li għalihom hi responsabbli, f’konformità mal-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.

Artikolu 6

Implimentazzjoni tal-baġit operattiv

L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (15).

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet li jħassru u tranżitorji

1.   Id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Aġenzija għandha titiqies bħala s-suċċessur legali tal-Aġenzija Eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni 2004/20/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/372/KE.

3.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet għar-reviżjoni tal-iggradar tal-uffiċjali ssekondati prevista mill-istrument ta’ delega, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-istaff impjegat mill-Aġenzija, inkluż id-Direttur tagħha.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(3)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.

(4)  COM(2011)500 final.

(5)  Cost Benefit Analysis for the delegation of certain tasks regarding the implementation of Union Programmes 2014-2020 to the Executive Agencies (Final report), id-19 ta’ Awwissu 2013.

(6)  COM(2011) 809 final.

(7)  COM(2011) 834 final.

(8)  COM(2011) 874 final.

(9)  COM(2011) 804 final.

(10)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(11)  COM(2011) 834 final.

(12)  COM(2011) 874 final.

(13)  COM(2011) 804 final.

(14)  COM(2011) 809 final.

(15)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.