ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.335.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1334/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u fir-rigward tad-doża rakkomandata ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2013/756/UE |
|
|
* |
||
|
|
2013/757/UE |
|
|
* |
||
|
|
2013/758/UE |
|
|
* |
||
|
|
2013/759/UE |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
2013/761/UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1331/2013
tal-10 ta’ Diċembru 2013
li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta rapport dwar il-valutazzjoni attwarja tal-2012 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Skont din il-valutazzjoni, ir-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jinżamm bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet ser tkun ta' 9,9 % tas-salarju bażiku. |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 2(1) tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li tkun aktar minn punt perċentwal ’il fuq jew ’l isfel mir-rata applikabbli fis-sena preċedenti (11,6 %). |
(3) |
Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-Uffiċjali u l-Aġenti l-oħra tal-Unjoni, u b'kont meħud tal-valutazzjonijiet attwarji għall-2011 u l-2012, il-Kunsill iqis li r-rata tal-kontribuzzjoni għandha tiġi aġġustata għal 10,6 % tas-salarju bażiku. |
(4) |
Madankollu, fid-dawl tas-sentenzi reċenti u futuri fil-kawżi dwar l-aġġustament tas-salarji u tal-pensjonijiet tal-2011 u l-2012 u fil-kawża dwar l-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-2011, ir-riżultat ta' dan l-aġġustament jista' jkun soġġett għall-bidla. L-implimentazzjonj ta' dawk is-sentenzi jista' jkollha impatt fuq il-kalkolu tar-rati ta' kontribuzzjoni għas-snin 2012 u 2013 u għalhekk jirrikjedu lill-Kunsill li jaġġusta mill-ġdid dawn ir-rati ta' kontribuzzjoni b'effett retroattiv. Fejn applikabbli, dan jista' jwassal għal irkupru ta' somom żejda mħallsa mill-persunal, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun 10,6 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1332/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fi 13 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/760/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
Għandha tingħata deroga mill-projbizzjoni tal-finanzjament u tal-assistenza finanzjarja relatata ma' ċerti oġġetti u teknoloġija fir-rigward ta' attivitajiet imwettqa mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) f'konformità mal-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) 2118(2013). |
(3) |
Sabiex jiġi ffaċilitat ir-ritorn f'sikurezza lis-sidien leġittimi ta' oġġetti li jikkostitwixxu wirt kulturali Sirjan li tneħħew illegalment mis-Sirja, huwa neċessarju li jiġu previsti miżuri restrittivi addizzjonali sabiex jiġu pprojbiti l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasferiment ta' tali oġġetti. |
(4) |
Għandha tingħata deroga mill-iffriżar ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa għall-assistenza umanitarja biss jekk il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jiġu rilaxxati lin-NU għall-iskop li tali assistenza tingħata f'konformità mal-Pjan ta’ Reazzjoni għall-Assistenza Umanitarja għas-Sirja (SHARP). Meta jitqiesu t-talbiet għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont tal-prinċipji umanitarji ta' umanità, newtralità, imparzjalità u indipendenza kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja. |
(5) |
Jeħtieġ li tingħata deroga addizzjonali mill-iffriżar ta' assi u l-projbizzjoni ta' tqegħid għad-dispożizzjoni ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi sabiex jitħallew isiru trasferimenti minn persuna jew entità mhux elenkata lil persuna jew entità mhux elenkata, permezz ta' entità elenkata, b'konnessjoni ma' kuntratt kummerċjali speċifiku għall-provvisti mediċinali, ikel, kenn, drenaġġ jew iġjene għall-użu ċivili. |
(6) |
Il-miżuri msemmijin hawn fuq jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikulari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2a, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3. B'deroga mill-paragrafu 1(a), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti tal-internet elenkati fl-Anness III, jistgħu jagħtu, skont dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, awtorizzazzjoni ta' bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir, oġġetti jew teknoloġija kif elenkati fl-Anness IA li twettaq f'konformità mal-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118(2013) u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW), b'mod konsistenti mal-għan tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu tal-Armi Kimiċi u l-Qerda tagħhom (Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi) u wara konsultazzjoni mal-OPCW.”; |
(2) |
fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “5. B'deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti tal-internet elenkati fl-Anness III, jistgħu jagħtu, skont tali kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, awtorizzazzjoni għall-provvediment tal-għajnuna teknika, is-servizzi ta' senserija, il-finanzjament jew l-għajnuna finanzjarja b'rabta ma' tagħmir, oġġetti jew teknoloġija kif elenkati fl-Anness IA fejn tali għajnuna finanzjarja, servizzi ta' senserija, finanzjament jew għajnuna finanzjarja jiġu pprovduti għall-bejgħ, il-provvediment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tali tagħmir, oġġetti jew teknoloġija li twettaq f'konformità mal-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118(2013) u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW, konsistentement mal-għan tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi u wara konsultazzjoni mal-OPCW.”; |
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3b L-Artikolu 3a ma għandux japplika għall-provvediment tal-finanzjament jew l-għajnuna finanzjarja, inklużi d-derivattivi finanzjarji, kif ukoll għall-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid ta' kwalunkwe importazzjoni jew trasportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jekk dawn joriġinaw mis-Sirja, jew jekk qed jiġu esportati mis-Sirja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor, li twettaq f'konformità mal-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2118(2013) u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW, konsistentement mal-għan tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.”; |
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 11c 1. Għandhom jiġi pprojbiti l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasferiment, jew il-provvediment ta' servizzi ta' senserija marbuta mal-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasferiment ta' oġġetti ta' proprjetà kulturali Sirjana u oġġetti oħra ta' importanza arkeoloġika, storika, kulturali, dik xjentifika jew reliġjuża rari, inklużi dawk elenkati fl-Anness XI, fejn hemm raġunijiet validi għal suspett li l-oġġetti tneħħew mis-Sirja mingħajr il-kunsens tas-sid leġittimu tagħhom jew tneħħew bi ksur tal-liġi Sirjana jew tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari jekk l-oġġetti jiffurmaw parti integrali tal-kollezzjonijiet pubbliċi elenkati fl-inventarji tal-kollezzjonijiet ta' konservazzjoni ta' mużewijiet, arkivji jew libreriji Sirjani, jew l-inventarji ta' istituzzjonijiet reliġjużi Sirjani. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika jekk jintwera li:
|
(5) |
fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(6) |
fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16, jiżdied il-punt li ġej:
|
(7) |
jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej: “Artikolu 16a 1. Awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 qabel 15 ta' Diċembru 2013 ma għandhomx jintlaqtu mill-modifiki għall-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013 (4). 2. Talbiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 ippreżentati qabel 15 ta' Diċembru 2013 għandhom jitqiesu rtirati sakemm il-persuna, l-entità jew il-korp tikkonferma l-intenzjoni tagħha li żżomm it-talba wara dik id-data. (4) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013 ta' 13 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 3).”" |
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 21c 1. B’deroga mill-Artikolu 14, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti tal-internet elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt tali kondizzjonijiet kif iqisu adatt:
sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun identifikata, fuq bażi ta' każ b'każ, li l-pagament mhux ser jiġi rċevut direttament jew indirettament minn kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew IIa u sakemm it-trasferiment mhuwiex ipprojbit mod ieħor minn dan ir-Regolament. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien erba' ġimgħat, bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.”; |
(9) |
l-Anness għal dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness XI. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. MAZURONIS
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK ta' 13 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (Ara paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Regolament (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).
ANNESS
“ANNESS XI
Lista tal-kategoriji ta' oġġetti msemmijin fl-Artikolu 11c
kodiċi ex NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
||||
9705 00 00 |
|
||||
9706 00 00 |
|
||||
|
|||||
|
|||||
9705 00 00 9706 00 00 |
|
||||
9701 |
|
||||
9701 |
|
||||
6914 9701 |
|
||||
Kapitolu 49 9702 00 00 8442 50 80 |
|
||||
9703 00 00 |
|
||||
3704 3705 3706 4911 91 00 |
|
||||
9702 00 00 9706 00 00 4901 10 00 4901 99 00 4904 00 00 4905 91 00 4905 99 00 4906 00 00 |
|
||||
9705 00 00 9706 00 00 |
|
||||
9706 00 00 |
|
||||
3704 3705 3706 4901 4906 9705 00 00 9706 00 00 |
|
||||
9705 00 00 |
|
||||
9705 00 00 |
|
||||
9705 00 00 Kapitoli 86-89 |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Kapitolu 95 |
|
||||
7013 |
|
||||
7114 |
|
||||
Kapitolu 94 |
|
||||
Kapitolu 90 |
|
||||
Kapitolu 92 |
|
||||
Kapitolu 91 |
|
||||
Kapitolu 44 |
|
||||
Kapitolu 69 |
|
||||
5805 00 00 |
|
||||
Kapitolu 57 |
|
||||
4814 |
|
||||
Kapitolu 93 |
|
||||
9706 00 00 |
|
(1) Li għandhom aktar minn 50 sena u mhumiex propjetà tal-oriġinaturi tagħhom.
(2) Kif definit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-Kawża 252/84 kif ġej: "Biċċiet ta' kolletturi fl-ambitu tas-sinifikat tal-intestatura Nru 97.05 tat-Tariffi Komuni Doganali huma oġġetti li għandhom il-karatteristici meħtieġa biex jiddaħħlu f'kollezzjoni, jiġifieri, oġġetti li huma relattivament rari, ma jintużawx normalment għall-iskop oriġinali tagħhom, huma s-suġġett ta' tranżazzjonijiet speċjali 'l barra mill-kummerċ normali ta' oġġetti simili utilitarji u huma ta' valur għoli".”
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1709/2003, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1296/2008, (KE) Nru 1130/2009, (UE) Nru 1272/2009 u (UE) Nru 479/2010 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (2) jistabbilixxi regoli komuni għan-notifika tal-informazzjoni u tad-dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, dawn ir-regoli jkopru l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni li għamlet disponibbli l-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 jistabbilixxi wkoll prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi tal-informazzjoni sabiex jiżguraw l-awtentiċità, l-integrità u l-leġibbiltà tad-dokumenti matul iż-żmien, u jipprevedi l-protezzjoni tad-dejta personali. L-obbligu li jintużaw dawn is-sistemi tal-informazzjoni għandu jiġi previst f’kull Regolament li jistabbilixxi obbligu speċifiku ta’ notifika. |
(2) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema tal-informazzjoni li biha jistgħu jitmexxew id-dokumenti u l-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha stess u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. |
(3) |
Bosta obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ notifika jistgħu jintlaħqu permezz ta’ dik is-sistema, b’mod partikolari dawk previsti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1709/2003 (3), (KE) Nru 1345/2005 (4), (KE) Nru 972/2006 (5), (KE) Nru 341/2007 (6), (KE) Nru 1454/2007 (7), (KE) Nru 826/2008 (8), (KE) Nru 1296/2008 (9), (KE) Nru 1130/2009 (10), (UE) Nru 1272/2009 (11) u (UE) Nru 479/2010 (12). |
(4) |
Għal amministrazzjoni effiċjenti u biex titqies l-esperjenza miksuba, uħud mill-komunikazzjonijiet u min-notifiki għandhom ikunu ssimplifikati jew speċifikati. |
(5) |
Sabiex jittejjeb il-monitoraġġ tal-qagħda tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u titqies l-esperjenza miksuba f’dan il-qasam, jeħtieġ li jiġu ċċarati ċerti obbligi ta’ notifika tal-Istati Membri mniżżlin fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008. Għal dan l-għan, għandha tiżdied il-frekwenza tal-għoti ta’ stima tal-produzzjoni u l-konsum taż-żejt taż-żebbuġa kif ukoll il-ħażniet tal-aħħar iżda l-obbligu ta’ notifika għandu jkun limitat għall-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa. L-emenda għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014 peress li dik hi d-data mistennija tal-applikazzjoni tal-organizzazzjoni komuni l-ġdida tas-swieq. |
(6) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1709/2003, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 972/2006, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1454/2007, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1296/2008, (KE) Nru 1130/2009, (UE) Nru 1272/2009 u (UE) Nru 479/2010 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1709/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. L-Istati Membri ta’ produtturi tar-ross jew imtieħen tar-ross għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
Id-dejta notifikata tista’ tiġi emendata sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar. 2. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u fl-Artikolu 4 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*). |
(2) |
Fl-Annessi I, II u III, fil-frażi introduttorja, jitħassru l-kelmiet “f’dan l-indirizz tal-posta elettronika, skont l-Artikolu 3(2): AGRI-C2-RICE-STOCKS@CEC.EU.INT”. |
Artikolu 2
Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1345/2005, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**).
Artikolu 3
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
sa mhux iktar tard minn jumejn ta’ ħidma wara rifjut, dwar il-kwantitajiet li għalihom ġew rifjutati l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta’ ross Basmati, b’indikazzjoni tad-data tar-rifjut u tar-raġunijiet, il-kodiċi NM, il-pajjiż tal-oriġini, il-korp tal-għoti u n-numru taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, kif ukoll l-isem u l-indirizz tad-detentur; |
(b) |
sa mhux iktar tard minn jumejn ta’ ħidma wara l-għoti tagħhom, il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta’ ross Basmati, b’indikazzjoni tad-data, il-kodiċi NM, il-pajjiż tal-oriġini, il-korp tal-għoti u n-numru taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, kif ukoll l-isem u l-indirizz tad-detentur; |
(c) |
meta titħassar liċenzja, sa mhux iktar tard minn jumejn ta’ ħidma minn meta titħassar, il-kwantitajiet li għalihom tħassru l-liċenzji, u l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi tal-liċenzji mħassra; |
(d) |
fl-aħħar jum ta’ ħidma ta’ kull xahar wara x-xahar meta tinħareġ għal ċirkolazzjoni libera, il-kwantitajiet li effettivament inħarġu għal ċirkolazzjoni libera, b’indikazzjoni tal-kodiċi NM, il-pajjiż tal-oriġini, il-korp tal-għoti u n-numru taċ-ċertifikat ta’ awtentiċità. |
In-notifiki għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).
Artikolu 4
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu jinbidel b’dan li ġej: “Notifiki u komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni”. |
(2) |
Titneħħa l-aħħar sentenza tal-paragrafu 2. |
(3) |
Jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. In-notifiki u l-komunikazzjonijiet għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****). |
Artikolu 5
Fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:
“4. In-notifika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****).
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.” |
(2) |
Fl-Anness III, il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 7
Ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Kapitolu IV jiżdied l-Artikolu 21a li ġej: “Artikolu 21a In-notifiki msemmija fl-Artikoli 3, 14 u 16 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (******). |
(2) |
Fl-Anness I, jitħassru l-kelmiet “(formola li trid tintbagħat f’dan l-indirizz: agri-cl@ec.europa.eu)”. |
Artikolu 8
Fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1130/2009 jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:
“4. Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 7 u f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*******).
Artikolu 9
L-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 58
Il-metodu li japplika għall-obbligi ta’ notifika
1. In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikoli 16(7), 18, 45, 56(3) u 56(4) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (********).
2. In-notifiki msemmija fl-Artikoli 16(7), 18, 45, 56(3) u 56(4) għandhom isiru b’mezzi elettroniċi permezz tal-formola li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom jiġu ddefiniti skont mudelli jew metodi li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli u l-metodi għandhom jiġu adattati u aġġornati wara li jkunu ġew notifikati kif xieraq il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-awtoritajiet kompetenti konċernati. In-notifiki għandhom isiru fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jagħżlu l-Istati Membri.
Artikolu 10
Ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 7 jitħassar il-paragrafu 3. |
(2) |
L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. In-notifiki msemmija fl-Artikoli 1, 3, 5 u 7 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*********). 2. In-notifiki msemmija fl-Artikoli 2, 4 u 6 għandhom jagħmluhom l-Istati Membri b’mezzi elettroniċi permezz tal-formula li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tagħhom. Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom jiġu ddefiniti skont mudelli jew metodi li l-Kummissjoni għamlet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli u l-metodi għandhom jiġu adattati u aġġornati wara li jkunu ġew notifikati kif xieraq il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-awtoritajiet kompetenti konċernati. |
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ April 2014.
Madankollu, l-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2014, l-Artikolu 6(2) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 u l-Artikolu 9 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1709/2003 tas-26 ta’ Settembru 2003 fuq l-uċuħ tar-raba’ u d-dikjarazzjonijiet ta’ ħażniet ta’ ross (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 92).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta’ Awwissu 2005 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta’ ross basmati u sistema tranżitorja ta’ kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 53).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta’ Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
(7) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69).
(8) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57):
(10) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 tal-24 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 135, 2.6.2010, p. 26).
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1334/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u fir-rigward tad-doża rakkomandata ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Danisco France SAS ippreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 (2). |
(2) |
L-applikant jistqarr li ttrasferixxa l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-preparazzjoni Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) għal Danisco (UK) Ltd u li din tal-aħħar issa għandha d-drittjiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dan l-addittiv. |
(3) |
L-għan tal-applikazzjoni huwa wkoll li tippermetti t-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf b’konċentrazzjoni ħames darbiet ogħla milli l-konċentrazzjoni minima. Sabiex ikun żgurat li l-kontenuti massimi u minimi stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1290/2008 jiġu rispettati, id-doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ għandha tiġi mmodifikata. |
(4) |
Il-bidla proposta tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għandha natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. Din tal-aħħar ġiet awtorizzata abbażi ta’ Opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (3). It-talba sussegwenti għal bidla tad-doża rakkommandata hija skont din l-istess Opinjoni u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni. |
(5) |
Sabiex tiġi adattata l-prattika kurrenti, l-isem kummerċjali għandu jitħassar mir-Regolament (KE) Nru 1290/2008. |
(6) |
Sabiex Danisco (UK) Ltd. tkun tista’ tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni rispettiva. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1290/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi li dan ir-Regolament għamel lir-Regolament (KE) Nru 1290/2008, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1290/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2008 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fit-titolu, titħassar il-kelma “(Sorbiflore)”. |
2. |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Miżuri Tranżizzjonali
Il-ħażniet eżistenti li ġew manifatturati u ttikkettjati qabel it-3 ta’ Jannar 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel it-3 ta’ Jannar 2014 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-3 ta’ Lulju 2014.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20).
(3) Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott Sorbiflore, preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus u Lactobacillus farciminis, bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes. The EFSA Journal (2008) 771, 1–13.
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1335/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 113(1)(a) u l-Artikolu 121(1)(a) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 (2) jistipula l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifiċi għaż-żejt taż-żebbuġa u għaż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. |
(2) |
Jeħtieġ li l-produtturi, in-negozjanti u l-konsumaturi jkollhom standards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa li jiggarantixxu l-kwalità tal-prodotti u li bihom ukoll ikunu jistgħu jilqgħu għall-frodi. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet partikulari bil-għan li jikkompletaw ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li jitjieb il-kontroll effettiv tal-istandards tal-merketing. |
(3) |
Diversi studji xjentifiċi wrew li d-dawl u s-sħana jħallu effetti negattivi fuq l-iżvilupp tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa. Għaldaqstant hemm bżonn li l-kundizzjonijiet partikulari tal-ħażna jkunu indikati b’mod ċar fuq it-tikketta biex il-konsumatur ikun infurmat sew dwar l-aqwa kundizzjonijiet għall-ħażna. |
(4) |
Biex ikun aktar faċli għall-konsumatur li jagħżel bejn il-prodotti, huwa importanti li l-indikazzjonijiet obbligatorji li jridu jidhru fuq it-tikketta jkunu jistgħu jinqraw tajjeb. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kemm l-informazzjoni obbligatorja fil-parti viżwali ewlenija tkun tista’ tinqara u dwar x’informazzjoni għandha tiġi inkluża fiha. |
(5) |
Biex il-konsumatur ikun jista’ jaċċerta ruħu li l-prodott ikun wieħed frisk, hemm bżonn jiġi stipulat li l-indikazzjoni fakultattiva dwar is-sena tal-ħsad tista’ titniżżel fuq it-tikketta biss kemm-il darba 100 % tal-kontenut tal-pakkett ikun inġabar minn dak il-ħsad. |
(6) |
Sabiex ikun hemm is-simplifikazzjoni, jeħtieġ jiġi previst li t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel ikkonservati esklussivament fiż-żejt taż-żebbuġa ma jibqax jindika l-perċentwali ta’ żejt miżjud meta mqabbel mal-piż totali nett tal-oġġett tal-ikel. |
(7) |
Sabiex tiġi assigurata l-koerenza bejn ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (4) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mat-tolleranza tar-riżultat tal-kontrolli, jeħtieġ li tiġi emendata kif xieraq id-dispożizzjoni kkonċernata ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(8) |
L-Istati Membri jridu jwettqu kontrolli biex jassiguraw il-korrettezza tal-indikazzjonijiet ippreżentati fuq it-tikketta u biex jaraw li dan ir-Regolament jiġi osservat. Għal dan il-għan, hemm bżonn jissaħħu u jkomplu jiġu armonizzati l-kontrolli dwar jekk id-denominazzjoni tal-bejgħ tal-prodott tikkonformax mal-kontenut tar-reċipjent, abbażi ta’ analiżi tar-riskji, kif ukoll il-penali rispettivi. Approċċ bħal dan għandu jippermetti wkoll li tiġi miġġielda l-frodi billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ kontroll għall-Istati Membri kollha kif ukoll billi jiġu standardizzati r-rapporti li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-penali fil-livell nazzjonali. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(10) |
Il-prodotti mmanifatturati u ttikkettati fl-Unjoni, inkella impurtati fl-Unjoni qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament imma li jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012, għandhom jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju, sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jużaw l-istokk eżistenti tal-imballaġġ u jbiegħu l-prodotti diġà imballati. |
(11) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-ġestjoni tad-dokumenti u tal-proċeduri b’mod elettroniku fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. Din is-sistema titqies li tippermetti li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ komunikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (5). |
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(13) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin: “Artikolu 4a Għaż-żjut imsemmijin fl-Artikolu 1(1), l-informazzjoni fuq il-kundizzjonijiet partikulari tal-konservazzjoni taż-żejt, jiġifieri li għandhom jinħażnu ‘l bogħod mid-dawl u mis-sħana, iridu jidhru fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta mwaħħla fuq il-prodott. Artikolu 4b L-indikazzjonijiet obbligatorji msemmijin fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3 u, fejn tapplika, l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1), jingħataw flimkien fil-parti viżwali ewlenijai, kif iddefinit mill-Artikolu 2(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), fuq l-istess tikketta jew fuq bosta tikketti mwaħħla mal-istess reċipjent, inkella direttament fuq l-istess reċipjent. Kull waħda minn dawn l-indikazzjonijiet obbligatorji għandha tidher kollha kemm hi u f’korp testwali omoġenju. (*) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).”" |
2. |
Fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 5, għandu jiżdied il-punt e) li ġej:
|
3. |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(2) għandu jinbidel bit-test li ġej: “2. Ħlief għall-prodotti tal-ikel solidi kkonservati esklussivament fiż-żejt taż-żebbuġa, partikolarment il-prodotti msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 (**) u (KEE) Nru 2136/89 (***), meta bl-użu ta’ kliem, immaġni jew grafiċi, tkun enfasizzata fuq it-tikketta l-preżenza ta’ żjut fl-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’post ieħor minbarra fil-lista tal-ingredjenti, id-denominazzjoni tal-bejgħ tal-ikel għandha tkun segwita immedjatament mill-indikazzjoni tal-perċentwali ta’ żejt taż-żebbuġa miżjud imsemmi fl-Artikolu 1(1) meta mqabbel mal-piż totali nett tal-oġġett tal-ikel. (**) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta’ Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istandards ta’ marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1)." (***) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta’ Ġunju 1989 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing tas-sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali tas-sardin ippriservat u tal-prodotti li qishom sardin (ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79).”" |
4. |
Fl-Artikolu 7, għandu jitħassar it-tieni inċiż. |
5. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej: “Artikolu 8a Kull Stat Membru għandu jivverifika jekk l-indikazzjonijiet fuq it-tikketta humiex korretti, b’mod partikolari jekk id-denominazzjoni tal-bejgħ tal-prodott tikkonformax mal-kontenut tar-reċipjent, abbażi tal-analiżi tar-riskji msemmija fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91. Jekk jinstab li hemm xi irregolarità u fil-każ li l-manifattur, min jippakkja l-prodott jew il-bejjiegħ li jkun jidher fuq it-tikketta jkun fi Stat Membru ieħor, l-organu ta’ kontroll tal-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob li ssir verifika skont l-Artikolu 8(2).” |
6. |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1) għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Mingħajr ħsara għall-penali previsti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għall-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91, kemm-il darba jinkiser dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-livell nazzjonali.” |
7. |
L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 10 L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, rapport li jkun fih it-tagħrif li ġej dwar is-sena ta’ qabel:
Ir-rapport għandu jippreżenta dan it-tagħrif skont is-sena tal-kalendarju li fiha jkunu saru l-verifiki u skont il-kategoriji tal-ksur. Fejn ikun il-każ, ir-rapport għandu jindika d-diffikultajiet speċifiċi li wieħed ikun iltaqa’ magħhom u l-proposti li jkunu tressqu biex jitjiebu l-kontrolli.” |
8. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej: “Artikolu 10a In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****). (****) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).”" |
Artikolu 2
Il-prodotti li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 li jkunu ġew immanifatturati u ttikkettati fl-Unjoni, jew li jkunu ġew impurtati fl-Unjoni u rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera qabel it-13 ta’ Diċembru 2014 jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm il-ħażniet jintużaw kollha.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Diċembru 2014. Madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 10(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012, l-Artikolu 1(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 14).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(4) Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1336/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (4) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwisti b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE huwa li jippermettu lill-entitajiet kontraenti kif ukoll lill-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dawn id-Direttivi biex ikunu jistgħu jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f’dawn id-Direttivi għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi assigurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f’Euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta’ koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li mhumiex koperti mill-Ftehim. Fl-istess ħin, il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE għandhom jiġu allinjati mal-limiti riveduti kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/17/KE. |
(4) |
Għalhekk id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”. |
(4) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”. |
(5) |
L-Artiklu 67(1) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt (a), l-ammont “EUR 400 000” jinbidel b’ “EUR 414 000”. |
(2) |
Fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 000 000” jinbidel b’ “EUR 5 186 000”. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(3) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f’isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986–1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1337/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffirżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 26(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistipula l-obbligu li l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza jiġi indikat fuq it-tikketta tal-laħam li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda elenkat fl-Anness XI ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri, laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ jew mogħoż u tat-tjur. |
(2) |
Għandu jinkiseb bilanċ bejn il-ħtieġa tal-konsumaturi li jkunu informati u l-ispiża addizzjonali għall-operaturi u l-awtoritajiet nazzjonali, li finalment għandhom impatt fuq il-prezz finali tal-prodott. Il-valutazzjoni tal-impatt u l-istudju kkummissjonat mill-Kummissjoni eżaminaw bosta għażliet għall-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza fir-rigward tal-istadji l-iktar rilevanti tal-ħajja tal-annimali. Ir-riżultati juru li qabel kollox, il-konsumaturi jirrikjedu l-informazzjoni dwar il-post fejn trabba l-annimal. Fl-istess ħin, li tingħata informazzjoni mandatorja dwar il-post fejn twieled l-annimal tirrikjedi l-istabbiliment ta’ sistemi ġodda ta’ traċċabilità fil-livell tar-razzett bl-ispejjeż rispettivi li joħorġu minnhom, filwaqt li l-ittikkettar tal-post tal-qtil jista’ jsir bi spiża li tintlaħaq u jagħti informazzjoni ta’ valur lill-konsumatur. Fir-rigward tal-livell ġeografiku, teżisti evidenza li l-indikazzjoni tal-Istat Membru jew ta’ pajjiż terz tkun l-iktar informazzjoni rilevanti għall-konsumaturi. |
(3) |
Fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, il-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini” ta’ oġġett tal-ikel huwa determinat skont l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Għal prodotti li jiġu mill-annimali, dak il-kunċett jirreferi għall-pajjiż fejn il-prodott huwa miksub totalment, li, meta applikat għal-laħam ifisser il-pajjiż li fih twieled, trabba u nqatel l-annimal. Meta jkunu involuti bosta pajjiżi fil-produzzjoni ta’ oġġett tal-ikel, dak il-kunċett jirreferi għall-pajjiż fejn il-prodotti jkunu għaddew mill-aħħar ipproċessar jew tħaddim sostanzjali u ekonomikament iġġustifikat tagħhom. Madankollu, jekk il-kunċett jiġi applikat għal sitwazzjonijiet fejn il-laħam jiġi minn annimali li twieldu, trabbew u nqatlu f’pajjiżi differenti, dan ma jinfurmax lilll-konsumaturi b’mod suffiċjenti dwar l-oriġini ta’ dak il-laħam. Għalhekk, f’dawk is-sitwazzjonijiet kollha, huwa neċessarju li tiġi pprovduta indikazzjoni fuq it-tikketta, tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn trabba l-annimal għal perjodu li jirrapreżenta parti sostanzjali taċ-ċiklu normali tat-trobbija ta’kull speċi, kif ukoll tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn inqatel. It-terminu “oriġini” għandu jkun riservat għal laħam ta’ annimali li twieldu, trabbew u nqatlu, u li għalhekk kien totalment akkwistat fi Stat Membru wieħed jew f’pajjiż terz. |
(4) |
Għall-każijiet fejn l-annimal trabba f’bosta Stati Membri jew pajjiżi terzi u fejn il-perjodu ta’ trobbija ma jistax jintlaħaq, għandha tiġi pprovduta indikazzjoni xierqa tal-post ta’ trobbija biex jintlaħqu aħjar il-ħtiġijiet tal-konsumatur u tiġi evitata kumplessità żejda fit-tikkettar. |
(5) |
Barra minn hekk, għandhom jiġu stipulati regoli għal pakketti li għandhom biċċiet ta’ laħam tal-istess speċi jew ta’ speċi differenti akkwistati minn annimali mrobbija u maqtula fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi terzi. |
(6) |
Din is-sistema ta’ tikkettar tirrikjedi r-regoli ta’ traċċabilità fl-istadji kollha tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-laħam, mill-qtil sal-ippakkjar biex tkun żgurata r-rabta bejn il-laħam ittikkettat u l-annimal jew il-grupp ta’ annimali li minnu ġie akkwistat dak il-laħam. |
(7) |
Għandhom jiġu pprovduti regoli speċifiċi dwar laħam impurtat minn pajjiżi terzi fejn l-informazzjoni meħtieġa għat-tikkettar mhijiex disponibbli. |
(8) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ laħam ikkapuljat u qatgħat tal-laħam, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu użu minn sistema simplifikata ta’ indikazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi tal-proċessi tal-produzzjoni. |
(9) |
Billi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont dan ir-Regolament tinvolvi l-interess kummerċjali, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jingħataw il-possibbiltà li flimkien mal-indikazzjonijiet mandatorji fuq it-tikketta jżidu elementi oħra li jirreferu għall-provenjenza tal-laħam. |
(10) |
Peress li d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 japplikaw mit-13 ta’ Diċembru 2014 u billi l-Artikolu 47 tiegħu jipprovdi għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni skont dak ir-Regolament mill-1 ta’ April ta’ kull sena kalendarja, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2015. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza dwar it-tikketta ta’ laħam frisk, imkessaħ u ffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ jew tal-mogħoż u tat-tjur, li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda elenkat fl-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjoni ta’ “operatur ta’ negozju tal-ikel” fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-definizzjoni tal-“istabbiliment” fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif ukoll id-definizzjonijiet ta’ “laħam ikkapuljat”, “biċċerija” u “impjant tat-tqattigħ” stipulati rispettivament fil-punti 1.13, 1.16 u 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
2. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“qatgħat” tfisser biċċiet żgħar ta’ laħam, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda elenkat fl-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, “rikonnoxxuti bħala tajba għall-konsum mill-bniedem u prodotti esklussivament waqt operazzjonijiet ta’ tirqim waqt id-dissussar tal-karkassi jew it-tqattigħ tal-laħmijiet; |
(b) |
“lott” tfisser laħam, li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda elenkat fl-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li jiġi minn speċi wieħed, bl-għadam jew mingħajru, ikkapuljat jew mhux, li ġie maqtugħ, ikkapuljat jew ippakkjat f’kundizzjonijiet prattikament identiċi. |
Artikolu 3
Traċċabilità
1. L-operaturi ta’ negozji tal-ikel għandu jkollhom u għandhom jużaw sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għal kull stadju tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-laħam imsemmi fl-Artikolu 1
2. Għandha tiġi applikata dik is-sistema b’tali mod li jiġu żgurati:
(a) |
ir-rabta bejn il-laħam u l-annimal jew il-grupp ta’ annimali li minnu ġie l-laħam, u din ir-rabta tkun ir-responsabbiltà tal-biċċerija fl-istadju tal-qtil; u |
(b) |
it-trażmissjoni tal-informazzjoni relatata mal-indikazzjonijiet lill-operaturi, meqjusa bħala xierqa fl-Artikoli 5, 6 jew 7, flimkien mal-laħam, fl-istadji sussegwenti tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni. |
Kif inhu stipulat fl-ewwel subparagrafu, kull operatur ta’ negozju tal-ikel għandu jitqies responsabbli għall-applikazzjoni tas-sistema tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni matul l-istadju tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni li fih jopera.
L-operatur tan-negozju tal-ikel li jippakkja jew jagħmel it-tikketti fuq il-laħam skont l-Artikoli 5, 6 u 7 għandu jiżgura li jkun hemm korrelazzjoni bejn il-kodiċi tal-lott li jidentifika l-laħam fornut lill-konsumatur jew lill-fornitur tal-ikel bil-massa u l-lott jew lottijiet rilevanti ta’ laħam li minnu jew minnhom ikun magħmul il-pakkett jew il-lott bit-tikketta. Il-pakketti kollha bl-istess kodiċi tal-lott għandhom jikkorrispondu mal-istess indikazzjonijiet skont l-Artikoli 5, 6 u 7.
3. Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rreġistrata b’mod xieraq, b’mod partikolari, fir-rigward tal-wasla u t-tluq tal-annimali, l-karkassi u l-qatgħat mill-istabbiliment tal-operatur tan-negozju tal-ikel, u tiżgura l-korrelazzjoni bejn il-wasliet u t-tluq.
Artikolu 4
Grupp ta’ annimali
1. Id-daqs tal-grupp ta’ annimali msemmi fl-Artikolu 3 għandu jiġi ddefinit:
(a) |
min-numru ta’ karkassi mqattgħin flimkien u li jikkostitwixxu lott wieħed għall-impjant tat-tqattigħ fil-każ tat-tqattigħ ta’ karkassi; |
(b) |
min-numru ta’ karkassi li l-laħam tagħhom jikkostitwixxi lott wieħed għall-impjant ikkonċernat tat-tqattigħ jew l-ikkapuljar fil-każ ta’ aktar tqattigħ jew ikkapuljar. |
2. Id-daqs ta’ lott ma għandux jaqbeż il-produzzjoni ta’ ġurnata waħda fi stabbiliment wieħed.
3. Ħlief il-każ fejn japplika l-Artikolu 7, meta jiġu kkostitwiti l-lottijiet, l-istabbilimenti li fihom jitqatta’ jew isir ikkapuljat il-laħam għandhom jiżguraw li l-karkassi kollha li jkunu f’lott jikkorrispondu mal-annimali li l-laħam tagħhom japplika indikazzjonijiet identiċi ta’ tikkettar, skont l-Artikolu 5(1) jew l-Artikolu 5(2).
Artikolu 5
It-tikkettar tal-laħam
1. It-tikketta tal-laħam imsemmija fl-Artikolu 1 maħsuba għall-provvista lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-ikel bil-massa għandu jkollha l-indikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-Istat Membru jew pajjiż terz li fih saret it-trobbija, indikat bħala “Imrobbi fi: (isem l-Istat Membru jew pajjiz terz)”, skont il-kriterji li ġejjin:
|
(b) |
l-Istat Membru jew pajjiż terz li fih saret it-trobbija, indikat bħala “Maqtul fi: (isem l-Istat Membru jew pajjiz terz)”; u |
(c) |
l-kodiċi tal-lott li jidentifika l-laħam fornut lill-konsumatur jew lill-fornitur tal-ikel bil-massa. |
F’każ li l-perjodu tat-trobbija msemmi fil-punt (a) ma jkun intlaħaq f’ebda wieħed mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi fejn trabba l-annimal, l-indikazzjoni msemmija fil-punt (a) għandha tiġi sostitwita b’ “Imrobbi f’: bosta Stati Membri tal-UE” jew, fejn il-laħam jew l-annimali ġew impurtati fl-Unjoni, b’ “Imrobbi f’: bosta pajjiżi li mhumiex fl-UE” jew “Imrobbi f’: bosta pajjiżi tal-UE u pajjiżi li mhumiex fl-UE”.
Madankollu, fejn il-perjodu ta’ trobbija msemmi fil-punt (a) ma jinkisibx mill-ebda wieħed fost l-Istati Membri jew mill-ebda pajjiż terz fejn trabba l-annimal, l-indikazzjoni msemmija fil-punt (a) tista’ tinbidel b’ “Imrobbi fi:” (lista tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi fejn trabba l-annimal)” jekk l-operatur tan-negozu tal-ikel jagħti prova li tissodisfa l-awtorità kompetenti li l-annimal trabba f’dawk l-Istati Membri jew pajjiżi terzi.
2. L-indikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jinbidlu bl-indikazzjoni “Oriġini: (isem l-Istat Membru jew pajjiz terz)” jekk l-operatur tan-negozju tal-ikel jagħti prova li tissodisfa l-awtorità kompetenti li l-laħam imsemmi fl-Artikolu 1 ġie minn annimali li twieldu, trabbew u nqatlu fi Stat Membru wieħed jew f’pajjiż terz.
3. Meta bosta biċċiet ta’ laħam, tal-istess speċi jew ta’ speċi differenti jikkorrispondu ma’ indikazzjonijiet differenti ta’ tikkettar skont il-paragrafi 1 u 2 u huma ppreżentati lill-konsumatur jew lill-fornitur tal-ikel bil-massa fl-istess pakkett, it-tikketta għandha tindika:
(a) |
il-lista tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi rilevanti skont il-paragrafi 1 jew 2 għal kull speċi; |
(b) |
il-kodiċi tal-lott li jidentifika l-laħam fornut lill-konsumatur jew lill-fornitur tal-ikel bil-massa. |
Artikolu 6
Deroga għal laħam minn pajjiżi terzi
B’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 5(1) it-tikketta ta’ laħam impurtat għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 1, u li għaliha ma ġietx ipprovduta l-informazzjoni fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1) għandu jkollha l-indikazzjoni “Imrobbi f’ pajjiżi li mhumiex fl-UE” u “Maqtul fi: (isem il-pajjiż terz fejn inqatel l-annimal)”.
Artikolu 7
Derogi għal laħam ikkapuljat u qatgħat
B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(1), mill-Artikolu 5(2) u mill-Artikolu 6, fir-rigward ta’ laħam ikkapuljat u qatgħat, jistgħu jiġu applikati l-indikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“Oriġini: UE”, fejn il-laħam ikkapuljat jew il-qatgħat jiġu prodotti esklussivament minn laħam ta’ annimali li twieldu, trabbew u nqatlu fi Stati Membri differenti; |
(b) |
“Imrobbija u maqtula fl-: UE”, fejn il-laħam ikkapuljat jew il-qatgħat jiġu prodotti esklussivament minn laħam ta’ annimali li twieldu, trabbew u nqatlu fi Stati Membri differenti; |
(c) |
“Imrobbija u maqtula f’: pajjiżi li mhumiex fl-UE”, fejn il-laħam ikkapuljat jew il-qatgħat jiġu prodotti esklussivament minn laħam impurtat fl-Unjoni; |
(d) |
“Imrobbija f’: pajjiżi li mhumiex fl-UE” u “Maqtula fl-: UE”, fejn il-laħam ikkapuljat jew il-qatgħat jiġu prodotti esklussivament minn laħam ta’ annimali impurtati fl-Unjoni bħala annimali għall-qatla u maqtula fi Stat Membru wieħed jew fi Stati Membri differenti; |
(e) |
“Imrobbija u maqtula fl-: UE u f’pajjiżi li mhumiex fl-UE” fejn il-laħam ikkapuljat jew il-qatgħat jiġu prodotti minn:
|
Artikolu 8
Informazzjoni addizzjonali volontarja fuq it-tikketta
L-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jżidu l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6 jew 7 b’informazzjoni addizzjonali dwar il-provenjenza tal-laħam.
L-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ma għandhiex tkun kontradittorja mal-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6 jew 7 u għandha tħares ir-regoli tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ April 2015. Ma għandux japplika għal-laħam li tqiegħed b’mod legali fis-suq tal-Unjoni qabel l-1 ta’ April 2015 sakemm jinħlew il-ħażniet.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1338/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jemenda għall-208 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network tal-Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fl-4 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":
"Youcef Abbes (magħruf ukoll bħala Giuseppe). Data tat-twelid: 5.1.1965. Post tat-twelid: Bab el Oued, Alġeri, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Mokhtar, (b) Isem l-omm huwa Abbou Aicha. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004."
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1339/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
200,7 |
MA |
80,3 |
|
TN |
120,9 |
|
TR |
88,6 |
|
ZZ |
122,6 |
|
0707 00 05 |
AL |
41,5 |
MA |
141,7 |
|
TR |
139,6 |
|
ZZ |
107,6 |
|
0709 93 10 |
MA |
147,0 |
TR |
150,4 |
|
ZZ |
148,7 |
|
0805 10 20 |
AR |
27,1 |
TR |
58,5 |
|
UY |
27,9 |
|
ZA |
59,2 |
|
ZW |
19,7 |
|
ZZ |
38,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
61,5 |
ZZ |
61,5 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
IL |
108,1 |
JM |
139,0 |
|
TR |
70,0 |
|
ZZ |
105,7 |
|
0805 50 10 |
TR |
60,1 |
ZZ |
60,1 |
|
0808 10 80 |
BA |
78,8 |
CN |
82,7 |
|
MK |
28,7 |
|
NZ |
153,0 |
|
US |
122,6 |
|
ZZ |
93,2 |
|
0808 30 90 |
TR |
121,5 |
US |
237,6 |
|
ZZ |
179,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1340/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati. |
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Diċembru 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda. |
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Diċembru 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.
ANNESS I
Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Diċembru 2013
Kodiċi NM |
Isem tal-merkanzija |
Dazju għall-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 19 00 1001 11 00 |
QAMĦ durum ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
ex 1001 91 20 |
QAMĦ komuni, għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 99 00 |
QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ |
0,00 |
1002 10 00 1002 90 00 |
SEGALA |
0,00 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi |
0,00 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2) |
0,00 |
1007 10 90 1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ |
0,00 |
(1) L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:
— |
3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez, |
— |
2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.
ANNESS II
Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I
29.11.2013-12.12.2013
(1) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(2) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(2) Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(3) Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1341/2013
tat-13 ta’ Diċembru 2013
li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa f’Novembru 2013 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2013 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J u I.K tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2013, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.
ANNESS
I.A
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4590 |
— |
09.4599 |
100 % |
09.4591 |
— |
09.4592 |
— |
09.4593 |
— |
09.4594 |
— |
09.4595 |
3,495052 % |
09.4596 |
100 % |
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |
I.F
Prodotti li joriġinaw mill-Isvizzera
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4155 |
100 % |
I.H
Prodotti li joriġinaw min-Norveġja
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4179 |
100 % |
I.I
Prodotti li joriġinaw mill-Islanda
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4205 |
100 % |
09.4206 |
100 % |
I.J
Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4210 |
— |
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |
I.K
Prodotti li joriġinaw min-New Zealand
Numru tal-kwota tariffarja |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni |
09.4514 |
100 % |
09.4515 |
100 % |
DEĊIŻJONIJIET
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Diċembru 2013
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern
(2013/756/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
In-negozjati dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (GPA tal-1994) ġew imnedija f’Jannar 1999 skont l-Artikolu XXIV:7(b) u (c) tal-GPA tal-1994. |
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat Speċjali stabbilit bl-Artikolu 207(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Fil-kuntest ta’ dawk in-negozjati, fit-30 ta’ Marzu 2012 in-negozjaturi laħqu ftehim dwar Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (“il-Protokoll”) kif ukoll dwar seba’ deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat dwar l-akkwist pubbliku mill-Gvern li jibdew l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll immedjatament mad-dħul fis-seħħ tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet huma dawn li ġejjin: i) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar ir-rekwiżiti ta’ notifika skont l-Artikoli XIX u XXII tal-Ftehim; ii) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-akkwist pubbliku mill-Gvern dwar l-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma; iii) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-akkwist pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ Ħidma fuq l-SMEs; iv) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ ħidma dwar il-ġbir u r-rappurtar ta’ dejta tal-istatistika; v) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ ħidma dwar l-akkwist pubbliku sostenibbli; vi) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ ħidma dwar l-esklużjonijiet u r-restrizzjoni fl-Annessi tal-partijiet; vii) Id-Deċiżjoni dwar programm ta’ ħidma dwar l-istandards tas-sikurezza fl-Akkwist Pubbliku Internazzjonali; (minn hawn ‘il quddiem imsejħa kollettivament “id-Deċiżjonijiet”). |
(4) |
Il-proċedura biex jngħata effett għall-ftehim milħuq fit-30 ta’ Marzu 2012 tirrikjedi li l-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, matul l-ewwel laqgħa tagħha wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, jieħu deċiżjoni li tikkonferma l-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet u d-dħul tagħhom fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll. |
(5) |
Safejn id-Deċiżjonijiet jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-GPA tal-1994 bħala riveduti, u jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni ta’ prassi diskriminatorji, l-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet se tiffaċilita aktar ftuħ ta’ akkwist pubbliku mill-gvern. |
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern fir-rigward tad-Deċiżjonijiet li jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern huwa li jikkonferma l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li ġejjin:
(i) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar ir-rekwiżiti ta’ notifika skont l-Artikolu XIX u XXII tal-Ftehim; |
(ii) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar l-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma; |
(iii) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-akkwist pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ Ħidma fuq l-SMEs; |
(iv) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ ħidma dwar il-ġbir u r-rappurtar ta’ dejta tal-istatistika; |
(v) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ ħidma dwar l-akkwist pubbliku sostenibbli; |
(vi) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern dwar programm ta’ ħidma dwar l-esklużjonijiet u r-restrizzjoni fl-Annessi tal-partijiet; |
(vii) |
Id-Deċiżjoni dwar programm ta’ ħidma dwar l-istandards tas-sikurezza fl-Akkwist Pubbliku Internazzjonali; |
u li taqbel mad-dħul fis-seħħ ta’ dawk id-deċiżjonijiet mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jemenda l-GPA tal-1994.
Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.
It-test tad-deċiżjonijiet huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GUSTAS
ANNESS
Anness A |
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar ir-Rekwiżiti ta’ Notifika skont l-Artikoli XIX u XXII tal-Ftehim … | 35 |
Anness B |
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar l-Adozzjoni ta’ Programmi ta’ Ħidma … | 36 |
Anness C |
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma dwar l-SMEs … | 37 |
Anness D |
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma għall-Ġbir u r-Rapportar ta’ Dejta Statistika … | 39 |
Anness E |
Deċżijoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma dwar l-Akkwist Sostenibbli… | 41 |
Anness F |
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma dwar l-Esklużjonijiet u r-Restrizzjonijiet fl-Annessi tal-Partijiet … | 42 |
Anness G |
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta' Ħidma dwar l-Istandards tas-Sikurezza fl-Akkwist Internazzjonali … | 44 |
ANNESS A
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar ir-Rekwiżiti ta’ Notifika skont l-Artikoli XIX u XXII tal-Ftehim
Deċiżjoni tat-30 ta' Marzu 2012
IL-KUMITAT DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA l-importanza tat-trasparenza tal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti għal dan il-Ftehim, inklużi l-bidliet għalih kif meħtieġ mill-Artikolu XXII:5 tal-Ftehim;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA l-importanza taż-żamma ta’ listi preċiżi ta’ entitajiet koperti taħt l-Annessi ta' Parti tal-Appendiċi I tal-Ftehim, skont l-Artikolu XIX tal-Ftehim;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI l-isfidi għall-Partijiet biex jissottomettu notifiki f'waqthom lill-Kumitat fir-rigward tal-bidliet għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom li huma rilevanti għall-Ftehim, kif meħtieġ mill-Artikolu XXII:5 tal-Ftehim, u tar-rettifiki proposti għall-Annessi tiegħu tal-Appendiċi I, kif meħtieġ mill-Artikolu XIX:1 tal-Ftehim;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XIX tal-Ftehim jiddistingwu bejn in-notifiki ta’ rettifiki proposti li ma jbiddlux il-kopertura miftehma b’mod reċiproku prevista fil-Ftehim u tipi oħra ta' modifiki proposti tal-Annessi tiegħu tal-Appendiċi I;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li permezz tat-tibdiliet teknoloġiċi bosta Partijiet setgħu jagħmlu użu minn mezzi elettroniċi biex jipprovdu informazzjoni dwar ir-reġimi ta’ akkwist pubbliku tagħhom u biex jinnotifikaw il-Partijiet tal-bidliet għal dak ir-reġim;
HAWNHEKK JIDDEĊIEDU KIF ĠEJ:
Notifiki Annwali ta' Bidliet fil-Liġijiet u r-Regolamenti
1. |
Meta Parti żżomm midja elettronika uffiċjalment deżinjata li tipprovdi ħoloq għal-liġijiet u r-regolamenti attwali tagħha li huma rilevanti għal dan il-Ftehim u l-liġijiet u r-regolamenti tagħha huma disponibbli f'waħda mil-lingwi uffiċjali tad-WTO, u tali midja hija elenkata fl-Appendiċi II, il-Parti tista’ tissodisfa r-rekwiżit fl-Artikolu XXII:5 billi tinnotifika lill-Kumitat darba fis-sena, fi tmiem is-sena, dwar kwalunkwe bidla sakemm dawn il-bidliet huma sostantivi, jiġifieri, jistgħu jaffettwaw l-obbligi tal-Parti taħt il-Ftehim; u f'każijiet bħal dawn, għandha ssir minnufih notifika. |
2. |
Il-Partijiet għandu jkollhom opportunità biex jiddiskutu n-notifika annwali ta’ Parti matul l-ewwel laqgħa informali tal-Kumitat fis-sena ta' wara. |
Rettifiki Proposti għall-Annessi ta’ Parti tal-Appendiċi 1
3. |
Il-bidliet li ġejjin għall-Annessi ta’ Parti tal-Appendiċi I għandhom jitqiesu bħala rettifika skont l-Artikolu XIX tal-Ftehim:
|
4. |
Fil-każ ta' rettifiki proposti għall-Annessi ta’ Parti taħt l-Appendiċi I koperti taħt il-paragrafu 3, il-Parti għandha tinnotifika lill-Kumitat kull sentejn, b’bidu mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim Eżistenti (tal-1994). |
5. |
Parti tista’ tinnotifika lill-Kumitat dwar oġġezzjoni għal rettifika proposta fi żmien 45 ġurnata mid-data taċ-ċirkolazzjoni tan-notifika lill-Partijiet. Skont l-Artikolu XIX:2, meta Parti tressaq oġġezzjoni, għandha tistipula r-raġunijiet għall-oġġezzjoni, inklużi r-raġunijiet għaliex temmen li r-rettifika proposta tkun tista’ taffettwa l-kopertura miftiehma b’mod reċiproku taħt il-Ftehim u għalhekk ir-rettifika mhijiex suġġetta għall-paragrafu 3. Jekk ma jkun hemm ebda oġġezzjoni bil-miktub, ir-rettifiki proposti jsiru effettivi 45 ġurnata wara ċ-ċirkolazzjoni tan-notifika, kif previst fl-Artikolu XIX:5(a). |
6. |
Fi żmien erba' snin mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Partijiet għandhom jirrevedu l-operat u l-effettività tagħha, u jagħmlu kull aġġustament meħtieġ. |
ANNESS B
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar l-Adozzjoni ta’ Programmi ta’ Ħidma
Deċiżjoni tat-30 ta' Marzu 2012
IL-KUMITAT DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU,
FILWAQT LI JINNOTA li skont l-Artikolu XXII:8(b), il-Kumitat jista’ jadotta deċiżjoni li telenka programmi ta' ħidma addizzjonali, li l-Kumitat għandu jimpenja ruħu li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim u n-negozjati stipulati fl-Artikolu XXII:7 tal-Ftehim;
JIDDEĊIEDI KIF ĠEJ:
1. |
Il-programmi ta' ħidma li ġejjin huma miżjuda mal-lista ta’ programmi ta’ ħidma li abbażi tagħhom il-Kumitat għandu jwettaq ħidma futura:
|
2. |
Il-Kumitat għandu jiżviluppa l-ambitu u l-iskeda ta’ żmien għal kull programm ta’ ħidma bħal dan f’data aktar ’il quddiem. |
3. |
Il-Kumitat għandu perjodikament jirrevedi din il-lista ta’ programmi u jagħmel aġġustamenti xierqa. |
ANNESS C
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma dwar l-SMEs
Deċiżjoni tat-30 ta' Marzu 2012.
IL-KUMITAT DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU,
FILWAQT LI JINNOTA li l-Artikolu XXII:8(a) tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku (il-Ftehim) jipprovdi li l-Partijiet għandhom jadottaw u jirrevedu perjodikament programm ta' ħidma, inkluż programm ta’ ħidma dwar impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI l-importanza li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku; kif ukoll
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li l-Partijiet ftiehmu fl-Artikolu XXII:6 li jippruvaw jevitaw li jintroduċu jew jissoktaw miżuri diskriminatorji li jwasslu għal distorsjoni fl-akkwist miftuh;
HAWNHEKK JADOTTA L-PROGRAMM TA' ĦIDMA LI ĠEJ FIR-RIGWARD TAL-SMES:
1. Tnedija ta’ Programm ta’ Ħidma dwar l-SMEs
Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim Eżistenti (tal-1994), il-Kumitat għandu jniedi Programm ta’ Ħidma dwar l-SMEs. Il-Kumitat għandu jirrevedi l-miżuri u l-politiki għall-SMEs li l-Partijiet jużaw biex jassistu, jippromwovu, jinkoraġġixxu, jew jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni mill-SMEs fl-akkwist pubbliku u jipprepara rapport tar-riżultati tar-reviżjoni.
2. Evitar ta' Miżuri Diskriminatorji għall-SMEs
Il-Partijiet għandhom jevitaw l-introduzzjoni ta' miżuri diskriminatorji li jiffavorixxu biss lill-SMEs domestiċi u għandhom jiskoraġġixxu l-introduzzjoni ta’ miżuri u politiki bħal dawn mill-Partijiet aderenti.
3. Programm ta’ Trasparenza u Stħarriġ tal-SMEs
3.1 Programm ta' Trasparenza
Mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim Eżistenti (tal-1994), il-Partijiet li fl-Appendiċi I tagħhom għandhom dispożizzjonijiet speċifiċi għall-SMEs, inkluż twarrib, għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat dwar dawn il-miżuri u politiki. In-notfika għandha tinkludi deskrizzjoni sħiħa tal-miżuri u politiki, il-qafas legali rilevanti tagħhom flimkien mal-operat tagħhom u l-valur tal-akkwist soġġett għal tali miżuri. Barra minn hekk, dawk il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat dwar kull bidla sostanzjali f’tali miżuri u politiki, skont l-Artikolu XXII:5 tal-Ftehim.
3.2 Stħarriġ tal-SMEs
(a) |
Il-Kumitat għandu jistħarreġ dwar il-Partijiet, permezz tal-użu ta' kwestjonarju li jikseb informazzjoni rigward il-miżuri u l-politiki użati biex jassistu, jippromwovu, jinkoraġġixxu, jew jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni mill-SMEs fl-akkwist pubbliku. Il-kwestjonarju għandu jipprova jikseb informazzjoni minn kull Parti rigward:
|
(b) |
Il-ġabra ta’ Stħarriġ tal-SMEs mis-Segretarjat tad-WTO: Is-Segretarjat tad-WTO għandu jiffissa limitu ta' żmien għat-trażmissjoni tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-Partijiet kollha tas-Segretarjat tad-WTO. Malli jaslu t-tweġibiet, is-Segretarjat għandu jipprepara ġabra tat-tweġibiet u jiċċirkola t-tweġibiet u l-ġabra lill-Partijiet. Is-Segretarjat għandu jinkludi lista ta' Partijiet bi tweġibiet pendenti. |
(c) |
Skambji fost il-Partijiet dwar it-Tweġibiet għall-Kwestjonarji tal-SMEs: Abbażi tad-dokument imħejji mis-Segretarjat tad-WTO, il-Kumitat għandu jistabbilixxi perjodu għall-iskambju tal-mistoqsijiet, talbiet għal informazzjoni addizzjonali, u kummenti dwar it-tweġibiet tal-Partijiet l-oħra. |
4. Valutazzjoni tar-Riżultati tal-Istħarriġ tal-SMEs u l-Implimentazzjoni tal-Eżiti tiegħu
4.1 Valutazzjoni tar-Riżultati tal-Istħarriġ tal-SMEs
Il-Kumitat għandu jidentifika l-miżuri u l-politiki li jqis bħala l-aħjar prattiki għall-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni tal-SMEs tal-Partijiet fl-akkwist pubbliku u jħejji rapport li jinkludi l-aħjar prattiki tal-miżuri u politiki u lista tal-miżuri l-oħra.
4.2 Implimentazzjoni tal-Eżitu tal-Istħarriġ tal-SMEs
(a) |
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-adozzjoni tal-aħjar prattiki identifikati fil-valutazzjoni tal-istħarriġ biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs tal-Partijiet fl-akkwist pubbliku. |
(b) |
Fir-rigward ta' miżuri oħra, il-Kumitat għandu jinkoraġġixxi lill-Partijiet li għandhom tali miżuri biex jirreveduhom bil-ħsieb li jeliminawhom jew japplikawhom għall-SMEs tal-Partijiet l-oħra. Dawn il-partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat dwar l-eżitu tar-reviżjoni. |
(c) |
Il-Partijiet li għandhom miżuri oħra għandhom jinkludu l-valur tal-akkwist soġġett għal tali miżuri fl-istatistika li dawn jissottomettu lill-Kumitat skont l-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim. |
(d) |
Il-Partijiet jistgħu jitolbu l-inklużjoni ta’ tali miżuri oħra fin-negozjati futuri taħt l-Artikolu XXII:7 tal-Ftehim, u tali talbiet għandhom jitqiesu b'mod favorevoli mill-Parti li jkollha tali miżuri. |
5. Reviżjoni
Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ Emenda tal-Ftehim Eżistenti (tal-1994), il-Kumitat għandu jirrevedi l-effett tal-aħjar prattiki fuq l-espansjoni tal-parteċipazzjoni tal-SMEs tal-Partijiet fl-akkwist pubbliku, u jikkunsidra jekk prattiki oħrajn jistgħux isaħħu ulterjurment il-parteċipazzjoni mill-SMEs. Il-Kunsill jista' wkoll jikkunsidra l-effett ta' miżuri oħra fuq il-parteċipazzjoni tal-SMEs tal-Partijiet l-oħra fl-akkwist pubbliku tal-Partijiet li għandhom tali miżuri.
ANNESS D
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma għall-Ġbir u r-Rapportar ta’ Dejta Statistika
Deċiżjoni tat-30 ta' Marzu 2012.
IL-KUMITAT DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU,
FILWAQT LI JINNOTA li l-Artikolu XXII:8(a) tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku (il-Ftehim) jipprovdi li l-Partijiet għandhom jadottaw u jirrevedu perjodikament programm ta' ħidma, inkluż programm ta’ ħidma dwar il-ġbir u r-rapportar tad-dejta statistika;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA l-importanza tal-ġbir u r-rapportar tad-dejta statistika, kif mitlub mill-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku (il-Ftehim), meta tiġi pprovduta trasparenza fl-akkwist kopert taħt il-Ftehim;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA l-fatt li dejta statistika li turi sa liema livell il-Partijiet jiksbu prodotti u servizzi koperti mill-Ftehim minn Partijiet oħra tal-Ftehim tista’ tkun għodda importanti fl-inkoraġġiment ta’ Membri oħra tad-WTO biex jaderixxu mal-Ftehim;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI l-isfidi kumplessivi tal-Partijiet tal-Ftehim fil-ġbir tad-dejta fil-qasam tal-akkwist pubbliku u b'mod partikolari biex jiġi determinat il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti u servizzi li jakkwistaw taħt il-Ftehim; kif ukoll
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li l-Partijiet jużaw metodoloġiji differenti fil-ġbir tagħhom tal-istatistika sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ rapportar fl-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim, u jistgħu jużaw metodoloġiji differenti fil-ġbir ta' dejta għal entitajiet tal-gvern ċentrali u entitajiet tal-gvern subċentrali;
HAWNHEKK JADOTTA L-PROGRAMM TA' ĦIDMA LI ĠEJ FIR-RIGWARD TAL-ĠBIR U R-RAPPORTAR TA’ DEJTA STATISTIKA:
1. Tnedija ta’ Programm ta’ Ħidma dwar il-Ġbir u r-Rapportar ta’ Dejta Statistika
Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Emenda tal-Ftehim Eżistenti (tal-1994), il-Kumitat għandu jniedi Programm ta’ Ħidma dwar il-Ġbir u r-Rapportar ta’ Dejta Statistika. Il-Kumitat għandu jirrevedi l-ġbir u r-rapportar ta’ dejta statistika mill-Partijiet, jikkunsidra l-potenzjal tal-armonizzazzjoni tagħhom, u jħejji rapport dwar ir-riżultati.
2. Sottomissjoni tad-Dejta mill-Partijiet
Il-Kumitat għandu jiftiehem dwar data sa meta kull Parti għandha tissottometti lill-Kumitat l-informazzjoni li ġejja rigward dejta statistika dwar l-akkwist kopert b’dan il-Ftehim:
(a) |
deskrizzjoni tal-metodoloġija li tuża biex tiġbor, tevalwa, u tirrapporta dejta statistika, li tissupera jew hija taħt il-limiti stabbiliti tal-Ftehim u għall-akkwist deskritt fil-paragrafu 4.2(c) tal-Programm ta' Ħidma dwar l-SMEs, inkluż jekk din tibbażax id-dejta dwar l-akkwist kopert mill-Ftehim fuq il-valur sħiħ tal-kuntratti mogħtija jew in-nefqa totali għal akkwist f'perjodu ta’ żmien partikolari; |
(b) |
jekk id-dejta statistika miġbura minnha tinkludix il-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti jew servizzi li huma akkwistati, u jekk iva, kif tiddetermina jew tistma l-pajjiż ta' oriġini, u l-ostakli tekniċi fil-ġbir tad-dejta dwar il-pajjiż ta’ oriġini; |
(c) |
spjegazzjoni tal-klassifikazzjonijiet użati f'rapporti statistiċi; kif ukoll |
(d) |
deskrizzjoni tas-sorsi tad-dejta. |
3. Ġabra tas-sottomissjonijiet
Is-Segretarjat għandu jipprepara ġabra tas-sottomissjonijiet u jiċċirkola s-sottomissjonijiet u l-ġabra lill-Partijiet. Is-Segretarjat għandu jinkludi lista ta' Partijiet b'sottomissjonijiet pendenti.
4. Rakkomandazzjonijiet
Il-Kumitat għandu jirrevedi s-sottomissjonijiet tal-Partijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar:
(a) |
jekk il-Partijiet għandhomx jadottaw metodu komuni għall-ġbir ta' statistika; |
(b) |
jekk il-Partijiet ikunux jistgħu jistandardizzaw il-klassifikazzjonijiet fid-dejta statistika rrapportata lill-Kumitat; |
(c) |
mezzi għall-iffaċilitar tal-ġbir tal-pajjiż ta' oriġini ta' prodotti u servizzi koperti minn dan il-Ftehim; kif ukoll |
(d) |
kwistjonijiet tekniċi oħra fid-dejta dwar l-akkwist pubbliku rrapportata mqajma minn kwalunkwe Parti. |
5. Il-Kumitat għandu jiżviluppa, kif xieraq, rakkomandazzjonijiet relatati ma’:
(a) |
l-armonizzazzjoni potenzjali tar-rapportar statistiku bil-għan li tiġi inkluża l-istatistika dwar l-akkwist pubbliku fir-rapportar annwali tad-WTO; |
(b) |
il-forniment ta’ assistenza mis-Segretarjat relatat mar-rapportar statistiku lill-Membri tad-WTO li huma fil-proċess li jaderixxu mal-Ftehim; kif ukoll |
(c) |
mezzi li jiżguraw li l-Membri tad-WTO li qed jaderixxu mal-Ftehim ikollhom il-mezzi xierqa biex jikkonformaw ma' ġbir ta' dejta statistika u rekwiżiti ta' rappurtar. |
6. Analiżi tad-dejta
Il-Kumitat għandu jikkunsidra kif id-dejta statistika sottomessa lis-Segretarjat kull sena mill-Partijiet tista’ tintuża għal analiżi ulterjuri biex tiffaċilita aktar l-fehim tal-importanza ekonomika tal-Ftehim, inkluż l-impatt tal-limiti fuq il-prestazzjoni tal-Ftehim.
ANNESS E
Deċżijoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma dwar l-Akkwist Sostenibbli
Deċiżjoni tat-30 ta' Marzu 2012.
IL-KUMITAT DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU,
FILWAQT LI JINNOTA li l-Artikolu XXII:8(a) tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku (il-Ftehim) jipprovdi li l-Partijiet għandhom jadottaw u jirrevedu perjodikament programm ta' ħidma, inkluż programm ta’ ħidma dwar l-akkwist sostenibbli;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li bosta Partijiet żviluppaw politiki nazzjonali u sottonazzjonali ta’ akkwist sostenibbli;
FILWAQT LI JISĦAQ fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-akkwist kollu jitwettaq skont il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u trasparenza kif riflessi fil-Ftehim;
HAWNHEKK JADOTTA PROGRAMM TA' ĦIDMA FIR-RIGWARD TAL-AKKWIST SOSTENIBBLI:
1. Tnedija ta’ Programm ta' Ħidma dwar l-Akkwist Sostenibbli:
Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Emenda tal-Ftehim Eżistenti (tal-1994), il-Kumitat għandu jniedi Programm ta’ Ħidma dwar l-Akkwist Sostenibbli.
2. Il-programm ta' ħidma għandu jeżamina temi li jinkludu:
(a) |
l-għanijiet tal-akkwist sostenibbli; |
(b) |
il-modi li permezz tagħhom il-kunċett tal-akkwist sostenibbli huwa integrat f’politiki nazzjonali u sottonazzjonali tal-akkwist; |
(c) |
il-modi li permezz tagħhom l-akkwist sostenibbli jkun jista’ jiġi prattikat b’mod konsistenti mal-prinċipju ta' “l-aħjar valur għall-flus”; kif ukoll |
(d) |
il-modi li permezz tagħhom l-akkwist sostenibbli jkun jista’ jiġi pprattikat b'mod konsistenti mal-obbligi kummerċjali internazzjonali tal-Partijiet. |
3. Il-Kumitat għandu jidentifika miżuri u politiki li huwa jqis bħala li jikkostitwixxu akkwist sostenibbli pprattikat b’mod konsistenti mal-prinċipju ta’ “l-aħjar valur għall-flus” u mal-obbligi kummerċjali internazzjonali tal-Partijiet u jħejji rapport li jelenka l-aħjar prattiki tal-miżuri u l-politiki.
ANNESS F
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta’ Ħidma dwar l-Esklużjonijiet u r-Restrizzjonijiet fl-Annessi tal-Partijiet
Deċiżjoni tat-30 ta' Marzu 2012.
IL-KUMITAT DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU,
FILWAQT LI JINNOTA li l-Artikolu XXII:8(a) tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku (il-Ftehim) jipprovdi li l-Partijiet għandhom jadottaw u jirrevedu perjodikament programm ta' ħidma, inkluż programm ta’ ħidma dwar l-esklużjonijiet u r-restrizzjonijiet fl-Annessi tal-Partijiet;
FILWAQT LI JIRRKONOXXU li l-Partijiet inkludew esklużjonijiet u restrizzjonijiet fl-Annessi rispettivi tagħhom tal-Appendiċi I tal-Ftehim (esklużjonijiet u restrizzjonijiet);
FILWAQT LI JIRRKONOXXI l-importanza ta' miżuri trasparenti dwar l-akkwist pubbliku; kif ukoll
FILWAQT LI JIKKUNSIDRA l-importanza ta' tnaqqis u eliminazzjoni progressivi ta' esklużjonijiet u restrizzjonijiet f'negozjati fil-ġejjieni kif previst fl-Artikolu XXII:7 tal-Ftehim;
HAWNHEKK JADOTTA L-PROGRAMM TA' ĦIDMA LI ĠEJ FIR-RIGWARD TAL-ESKLUŻJONIJIET U R-RESTRIZZJONIJIET FL-ANNESSI TAL-PARTIJIET:
1. Tnedija tal-Programm ta' Ħidma dwar l-Esklużjonijiet u r-Restrizzjonijiet:
Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Emenda tal-Ftehim Eżistenti (tal-1994), il-Kumitat għandu jniedi Programm ta' Ħidma dwar l-Esklużjonijiet u r-Restrizzjonijiet fl-Annessi tal-Partijiet bl-għanijiet ta':
(a) |
tisħiħ tat-trasparenza fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-effett tal-esklużjonijiet u r-restrizzjonijiet speċifikati fl-Annessi tal-Partijiet għall-Appendiċi I tal-Ftehim; u; kif ukoll |
(b) |
għoti ta’ informazzjoni relatata mal-esklużjonijiet u r-restrizzjonijiet biex jiġu ffaċilitati n-negozjati previsti fl-Artikolu XXII:7 tal-Ftehim. |
2. Programm ta' Trasparenza:
Kull Parti għandha tissottometti lill-Kumitat, sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-tnedija tal-Programm ta' Ħidma, lista ta':
(a) |
esklużjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li għandha fl-Annessi tagħha għall-Appendiċi I tal-Ftehim; u; kif ukoll |
(b) |
kwalunkwe esklużjoni jew restrizzjoni oħra speċifikata fl-Annessi tagħha tal-Appendiċi I għall-Ftehim li taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu II:2(e) tal-Ftehim, minbarra esklużjonijiet jew restrizzjonijiet li jkunu qed jiġu riveduti fil-Programm ta' Ħidma dwar l-SMEs jew meta Parti tkun ħadet impenn li telimina progressivament esklużjoni jew restrizzjoni f'Anness tal-Appendiċi I għall-Ftehim. |
3. Ġabra tas-Sottomissjonijiet:
Is-Segretarjat għandu jħejji ġabra tas-sottomissjonijiet u jiċċirkola s-sottomissjonijiet u l-kumpilazzjoni lill-Partijiet. Is-Segretarjat għandu jinkludi lista tal-Partijiet b'sottomissjonijiet pendenti.
4. Talbiet għal Informazzjoni Addizzjonali:
Kwalunkwe Parti tista' titlob informazzjoni addizzjonali b'mod perjodiku dwar kwalunkwe esklużjoni jew restrizzjoni li taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2(a) u (b), inklużi miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe esklużjoni jew restrizzjoni, il-qafas legali tagħhom, il-politiki u l-prattiki ta' implimentazzjoni u l-valur tal-akkwist soġġett għal tali miżuri. Parti li tirċievi talba bħal din għandha tipprovdi l-informazzjoni miftluba minnufih.
5. Ġabra ta' Informazzjoni Addizzjonali:
Is-Segretarjat għandu jħejji ġabra tal-informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta' kwalunkwe Parti u għandu jiċċirkolaha lill-Partijiet.
6. Reviżjoni mill-Kumitat:
Fil-laqgħa annwali prevista fl-Artikolu XXI:3(a) tal-Ftehim, il-Kumitat għandu jirrevedi l-informazzjoni ippreżentata mill-Partijiet bil-għan li jiddetermina jekk tipprovdix:
(a) |
l-ogħla grad possibbli ta' trasparenza fir-rigward tal-esklużjonijiet u r-restrizzjonijiet speċifikati fl-Annessi tal-Partijiet tal-Appendiċi I għall-Ftehim; kif ukoll |
(b) |
informazzjoni sodisfaċenti biex jiġu ffaċilitati n-negozjati previsti fl-Artikolu XXII:7 tal-Ftehim. |
7. Parti Ġdida Aderenti għall-Ftehim:
Parti ġdida li taderixxi mal-Ftehim għandha tippreżenta lill-Kumitat il-lista fil-paragrafu 2 fi żmien sitt xhur mill-adeżjoni tagħha.
ANNESS G
Deċiżjoni tal-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku dwar Programm ta' Ħidma dwar l-Istandards tas-Sikurezza fl-Akkwist Internazzjonali
Deċiżjoni tat-30 ta’ Marzu 2012
IL-KUMITAT DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU,
FILWAQT LI JINNOTA li l-Artikolu XXII:8(a) tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku (il-Ftehim) jistipula li l-Partijiet għandhom jadottaw u jirrevedu perjodikament programm ta' ħidma, inkluż programm ta' ħidma dwar l-istandards tas-sikurezza fl-akkwist internazzjonali;
FILWAQT LI JINNOTA li l-Artikolu X:1 tal-Ftehim jistipula li l-entitajiet akkwirenti “ma għandhomx iħejju, jadottaw jew japplikaw xi speċifikazzjoni teknika bil-għan jew bl-effett li joħolqu xkiel żejjed għall-kummerċ internazzjonali”;
FILWAQT LI JINNOTA li l-Artikolu III:2(a) tal-Ftehim ma jżommx lill-Partijiet milli jimponu jew jinfurzaw miżuri neċessarji biex jipproteġu s-sikurezza pubblika, bil-kundizzjoni li tali miżuri ma jiġux applikati b'mod li jkun jikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux iġġustifikata jew restrizzjoni moħbija fuq kummerċ internazzjonali;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI l-ħtieġa ta’ approċċ ibbilanċjat bejn is-sikurezza pubblika u l-ostakli żejda għall-kummerċ internazzjonali;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXI li l-prattiki diverġenti bejn il-Partijiet fir-rigward tas-sikurezza pubblika jista' jkollhom effett negattiv fuq il-prestazzjoni tal-Ftehim;
HAWNHEKK JADOTTA L-PROGRAMM TA' ĦIDMA LI ĠEJ FIR-RIGWARD TAL-ISTANDARDS TAS-SIKUREZZA:
1. |
Tnedija tal-Programm ta' Ħidma dwar l-Istandards tas-Sikurezza fl-Akkwist Internazzjonali: Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim Eżistenti (tal-1994), il-Kumitat għandu jniedi Programm ta' Ħidma dwar l-Istandards tas-Sikurezza fl-Akkwist Internazzjonali. |
2. |
Il-Programm ta' Ħidma għandu jeżamina t-temi bil-għan li jaqsam l-aħjar prattiki fuq affarijiet li jinkludu:
|
3. |
Il-Kumitat għandu jiżviluppa l-kamp ta' applikazzjoni u l-iskeda ta' żmien għall-eżami ta' kull tema identifikata fil-paragrafu 2. Il-Kumitat għandu jħejji rapport li jiġbor fil-qosor l-eżitu tal-eżami tiegħu ta' dawn il-kwistjonijiet u jelenka l-aħjar prattiki identifikati fil-paragrafu 2(c). |
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Diċembru 2013
li taħtar membru Ġermaniż u membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/757/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artrikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Martina MICHELS, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Frank ZIMMERMANN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċmembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PABEDINSKIENĖ
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Diċembru 2013
li tistabilixxi li ma ttieħdet ebda azzjoni effettiva mill-Polonja b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-21 ta' Ġunju 2013
(2013/758/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri għandhom jevitaw li jkollhom defiċits eċċessivi tal-gvern; |
(2) |
Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. |
(3) |
Fis-7 ta' Lulju 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fil-Polonja kien hemm defiċit eċċessiv u ħareġ rakkomandazzjoni sabiex jiġi kkoreġġut id-defiċit eċċessiv sal-2012, skont l-Artikolu 104(7) TKE u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (1). Sabiex iġibu d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika taħt it-3 % tal-PDG b'mod kredibbli u sostenibbli, l-awtoritajiet Pollakki ġew irrakkomandati li jimplimentaw il-miżuri tal-istimolu fiskali fl-2009 kif ippjanat, jiżguraw aġġustament baġitarju strutturali annwali medju ta' mill-inqas 1¼ % tal-PDG sa mill-2010, jipprovdu miżuri dettaljati sabiex id-defiċit jinġieb taħt il-valur ta' referenza sal-2012, u jintroduċu riformi sabiex irażżnu n-nefqa kurrenti primarja matul is-snin ta' wara. Il-Kunsill kien ukoll stabbilixxa l-iskadenza tat-7 ta' Jannar 2010 biex tittieħed azzjoni effettiva. |
(4) |
Fit-3 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-reviżjoni tal-ħarifa 2009 tal-Kummissjoni, il-Polonja kienet ħadet l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2009 biex iġġib id-defiċit tal-gvern taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat u qieset li, għaldaqstant, ma kien meħtieġ l-ebda pass addizzjonali fil-proċedura ta' defiċit eċċessiv. Madankollu, abbażi tal-previżjoni tal-ħarifa 2011 tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Polonja ma kinitx fit-triq it-tajba u talbet għal miżuri addizzjonali, li l-Polonja addottat u ħabbret pubblikament sal-10 ta' Jannar 2012. Għaldaqstant, fil-11 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni kkonfermat li l-awtoritajiet Pollakki kienu ħadu l-miżuri effettivi għal korrezzjoni f'waqtha u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv u l-ebda passi oħra fil-proċedura dwar id-defiċit eċċessiv tal-Polonja ma kienu meħtieġa f'dak iż-żmien. |
(5) |
Fil-21 ta’ Ġunju 2013, il-Kunsill ikkonkluda li l-Polonja kienet ħadet azzjoni effettiva iżda kienu seħħew avvenimenti ekonomiċi negattivi b’implikazzjonijiet kbar fuq il-finanzi pubbliċi, u ħareġ rakkomandazzjonijiet riveduti (2). Għaldawstant, il-Polonja ssodisfat l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-amministrazzjoni pubblika kif stipulat fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. Il-Kunsill irrakkomanda lill-Polonja biex iġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv attwali sal-2014. Hu rrakkomanda wkoll li l-Polonja tilħaq il-mira tad-defiċit nominali ta' 3,6 % tal-PDG fl-2013 u 3,0 % tal-PDG fl-2014, li huwa konsistenti ma' titjib annwali fil-bilanċ strutturali ta' mill-inqas 0,8 % tal-PDG u 1,3 % tal-PDG fl-2013 u l-2014 rispettivament, abbażi tal-previżjoni aġġornata tar-rebbiegħa 2013 tal-Kummissjoni. Barra dan, hu rrakkomanda li l l-Polonja timplimenta b'mod rigoruż il-miżuri diġà adottati, filwaqt li tikkumplimentahom b'miżuri addizzjonali li jkunu suffiċjenti biex tintlaħaq korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2014. Addizzjonalment, hu rrakkomanda li l-Polonja tuża kull qligħ mhux mistenni għat-tnaqqis tad-defiċit. Il-Kunsill jistabbilixxi l-iskadenza tal-1 ta' Ottubru 2013 sabiex il-Polonja tieħu azzjoni effettiva u, f'konformità mal-Artikolu 3(4a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, biex tirrapporta fid-dettall l-istrateġija ta' konsolidazzjoni prevista biex jintlaħqu l-miri. |
(6) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2013, il-Polonja ssottomettiet rapport dwar azzjoni effettiva. Ix-xenarju makroekonomiku li jirfed ir-rapport huwa simili għal dak użat għall-Programm ta’ Konverġenza 2013. Wara li rreġistrat medja ta’ tkabbir reali tal-PDG ta’ 4 % fis-sena matul 2001-2011, ir-ritmu tal-attività ekonomika naqas fl-2012 għal 1,9 %. Ix-xenarju makroekonomiku li jirfed ir-rapport dwar azzjoni effettiva jipprojetta li t-tkabbir reali fil-PDG se jonqos iktar fl-2013 għal 1,5 % qabel ma jerġa' lura fl-2014 u l-2015 bil-PDG reali jikber bi 2,5 % u 3,8 %, rispettivament. Skont il-previżjoni tal-ħarifa 2013 tal-Kummissjoni, il-PDG reali huwa mistenni li jikber b’1,3 % fl-2013 u jaċċellera għal 2,5 % fl-2014 u 2,9 % fl-2015. Meta mqabbla mal-awtoritajiet Pollakki, il-Kummissjoni għandha opinjoni inqas ottimista dwar it-tkabbir tad-domanda domestika matul il-perjodu tal-previżjoni, il-konsum privat u l-investiment privat b’mod partikolari. |
(7) |
L-awtoritajiet Pollakki jipprevedu defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 4,8 % tal-PDG fl-2013, minn 3,9 % tal-PDG fl-2012. Din huwa agħar mit-3,5 % tal-PDG previst 2013 fl-aġġornament tal-Programm ta’ Konverġenza u huwa dovut għal nuqqas sinifikanti fid-dħul ta’ 1,2 % tal-PDG u telf fin-nefqa ta’ 0,1 % tal-PDG. Għall-2014, il-Ministeru tal-Finanzi Pollakk ipproġetta surplus ta’ 4,5 % tal-PDG dovut għar-riforma tal-pensjonijiet ippjanata, li b’mod partikolari tirriżulta fi trasferiment ta’ darba ta’ assi b’valur ta' 8,5 % tal-PDG. Fl-2015, il-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika huwa mistenni li jsir defiċit ta’ 3 % tal-PDG. |
(8) |
Għall-2013 u l-2014, il-previżjoni tal-Kummissjoni hija simili għal dik tal-awtoritajiet Pollakki. Tipproġetta wkoll defiċit ta’ 4,8 % tal-PDG fl-2013. Id-deterjorament meta mqabbla ma’ 3,9 % tal-PDG fix-xenarju bażi tal-PDE huwa prinċipalment minħabba tnaqqis fid-dħul. Fl-2014, il-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika huwa previst li jkun f’bilanċ pożittiv (+ 4,6 % tal-PDG) minħabba r-riforma tal-pensjonijiet ippjanata. Għall-2015, il-Kummissjoni hija inqas ottimista mill-awtoritajiet Pollakki u tistenna defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 3,3 % tal-PDG. Id-differenza ta' 0,3 punti perċentwali tal-PDG hija l-aktar minħabba inqas dħul kurrenti bbażat fuq livell iktar baxx ta’ projezzjoni ta’ tkabbir tal-PDG nominali kif ukoll infiq ogħla tal-gvern fuq il-konsum intermedju. Il-miri tad-defiċit huma soġġetti għal riskji ta’ implimentazzjoni. |
(9) |
Kemm l-awtoritajiet Pollakki kif ukoll il-Kummissjoni projettaw li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika jibqa’ taħt il-limitu ta’ 60 % matul il-perjodu taħt konsiderazzjoni. Skont il-Previżjoni tal-Ħarifa 2013 tal-Kummissjoni, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa mbassar li jinżel minn 55,6 % fl-2012 għal 51 % fl-2014, prinċipalment minħabba l-effet tat-trasferiment imħabbar ta’ assi ta' fondi tal-pensjoni ta’ 8,5 % tal-PDG, qabel ma jitilgħu għal 52,5 % fl-2015. |
(10) |
Minħabba li, skont it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni tal-2013, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fl-2013 huwa pprojettat li jilħaq l-4,8 % tal-PDG, il-Polonja hija mistennija li ma tilħaqx il-mira tad-defiċit nominali ta’ 3,6 % tal-PDG irrakkomandat mill-Kunsill. Barra minn dan, l-isforz strutturali annwali aġġustat fl-2013 (0,3 % tal-PDG) huwa sew inqas mill-isforz fiskali annwali rrakkomandat (0,8 % tal-PDG). L-analiżi minn isfel għal fuq tal-miżuri dikrezzjonali ġodda kkomplementata minn valutazzjoni tal-iżviluppi fin-nefqa, ikkoreġuta għal infiq iktar minn u inqas mill-eżekuzzjoni li huwa lil hinn mill-kontroll tal-gvern, turi sforz fiskali globali ta' 0,2 % tal-PDG. Dan ma jilħaqx il-miżuri addizzjonali meħtieġa ta’ 0,4 % tal-PDG sottostanti l-isforz fiskali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u jikkonferma li l-Polonja ma implimentatx l-isforz fiskali fl-2013 kif ġie rrakkomandat mill-Kunsill. |
(11) |
Fl-2014, il-Kummissjoni tistenna bilanċ pożittiv tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 4,6 % tal-PDG. Għalhekk, il-mira tad-defiċit nominali hija mistennija li tiġi ssodisfata biss minħabba trasferiment ta’ darba tal-assi ta' fondi tal-pensjonijiet. L-isforz strutturali annwali aġġustat mistenni huwa ta' 1,4 % tal-PDG fl-2014, u għalhekk 'il fuq mill-isforz fiskali annwali rrakomandat ta' 1,3 % tal-PDG. |
(12) |
B'mod ġenerali, il-Polonja ma kienetx konformi mal-miri fiskali rrakomandati għall-2013, filwaqt li għall-2014 il-miri speċifikati fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 huma previsti li jintlaħqu. Madankollu, il-projezzjoni tal-Kummissjoni għall-2015 tistenna li l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-2014 ma tkunx sostenibbli minħabba li d-defiċit huwa mistenni li jilħaq it-3,3 % tal-PDG, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja ma ħaditx azzjoni effikaċi fl-2013 b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(2) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013 bil-għan li tintemm is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-gvern fil-Polonja.
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2013
dwar miżuri ta’ tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp
(2013/759/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (1),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2008 sal-2013 b’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE (2) (l-“10 Ftehim Intern tal-FEŻ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1(5) tal-Ftehim Intern għall-10 FEŻ, jistipula li l-fondi tal-10 FEŻ ma għandhomx ikunu impenjati aktar wara l-31 ta’ Diċembru 2013, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor b’mod unanimu, fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(2) |
Il-Paragrafu 5 tal-Anness Ib (Qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2008 sal-2013) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jistipula li l-fondi tal-10 FEŻ, għajr l-ammonti allokati għall-Faċilità tal-Investiment, bl-esklużjoni tas-sussidji relatati tar-rati tal-imgħax, ma għandhomx ikunu impenjati aktar wara l-31 ta’ Diċembru 2013, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor b’mod unanimu, fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(3) |
L-Artikolu 1(2) tal-Anness IIAa tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea jistipula li l-fondi tal-10 FEŻ ma għandhomx ikunu impenjati aktar wara l-31 ta’ Diċembru 2013, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor b’mod unanimu, fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(4) |
L-Artikolu 13(3) tal-Ftehim Intern għall-10 FEŻ jipprevedi li huwa konkluż għall-istess tul ta’ żmien bħall-qafas finanzjarju pluriennali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u li jibqa’ fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ sabiex l-operazzjonijiet kollha ffinanzjati taħt il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea u taħt dak l-imsemmi qafas finanzjarju pluriennali jiġu eżegwiti b’mod sħiħ. |
(5) |
L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huma deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (3). |
(6) |
Id-dħul fis-seħħ tal-11-il FEŻ jista’ jiġi ttardjat sa wara l-1 ta’ Jannar 2014. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri ta’ tranżizzjoni (“Faċilità ta’ Tranżizzjoni”) sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-fondi għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-ACP u mal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs), bejn Jannar 2014 u d-dħul fis-seħħ tal-11-il Ftehim Intern, li għandhom jiġu ffinanzjati mill-bilanċi u l-fondi diżimpenjati tal-10 FEŻ u dawk ta’ qablu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Sakemm jidħol fis-seħħ il-11-il Ftehim Intern tal-FEŻ, miżuri ta’ tranżizzjoni fil-forma ta’ programmi ta’ azzjoni, miżuri individwali, miżuri speċjali għas-sħab tal-AKP, deċiżjonijiet ta’ finanzjament f’appoġġ għall-OCTs, u programmi ta’ azzjoni speċifiċi għas-sostenn tan-nefqa jiġu ffinanzjati minn Faċilità ta’ Tranżizzjoni, magħmula minn bilanċi mhux impenjati mill-FEŻ preċedent u minn fondi diżimpenjati minn proġetti ta’ dawn il-FEŻ. Dik il-Faċilità ta’ Tranżizzjoni tista’ wkoll tkopri l-għotjiet biex ikunu ffinzanzjati s-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u assistenza teknika marbuta ma’ proġetti allokati lill-Bank Ewropew tal-Investiment kif stipulat fl-Artikoli 1, 2 u 4 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u fid-Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni extra-Ewropea. Dawk il-miżuri tranżizzjonali ta’ finanzjament għandu jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-dokumenti ta’ programmazzjoni, u li jwieġbu għar-rekwiżiti tal-għajnuna ta’ emerġenza.
Fondi impenjati skont dik il-Faċilità ta’ Tranżizzjoni għandhom ikunu kkontabilizzati taħt il-11-il FEŻ. Is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stipulat fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-8, id-9 u l-10 FEŻ għandhom jitnaqqsu skont dan, wara d-dħul fis-seħħ tal-11-il Ftehim Intern tal-FEŻ.
Artikolu 2
Għall-implimentazzjoni tal-Faċilità ta’ Tranżizzjoni, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 (5) għandhom ikomplu japplikaw.
Artikolu 3
L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tkun skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ il-Ftehim Intern tal-11-il FEŻ.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.
(2) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 tal-14 ta’ Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-10 Fond Ewropew tal-Iżvilupp taħt il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (ĠU L 152, 13.6.2007, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1).
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/760/PESK
tat-13 ta' Diċembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
Jeħtieġ li fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi introdotta eżenzjoni li tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet imwettqin mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) għall-qerda tal-armi kimiċi tas-Sirja skont il-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2118 (2013). |
(3) |
Sabiex jiġi ffaċilitat ir-ritorn f'sikurezza ta' oġġetti li jappartjenu lill-patrimonju kulturali tas-Sirja li kienu tneħħew illegalment mis-Sirja, jeħtieġ ukoll li jiġu applikati restrizzjonijiet għall-kummerċ f'dawk l-oġġetti. |
(4) |
L-eżenzjoni, taħt id-Deċiżjoni 2013/255/PESK, mill-iffriżar tal-assi għal finijiet umanitarji għandha tiġu emendata sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta' għajnuna umanitarja lis-Sirja filwaqt li jiġi evitat ir-riskju ta' użu ħażin ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi rilaxxati. F'dan il-kuntest, il-fondi għandhom jiġu rilaxxati u l-għajnuna mogħtija fis-Sirja skont il-Pjan ta' Rispons għall-Għajnuna Umanitarja NU-Sirja. |
(5) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej: "3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-trasferiment mis-Sirja ta' armi kimiċi identifikati mid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW), konsistenti mal-objettiv tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, l-Akkumulament u l-Użu ta' Armi kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi), imwettqa skont il-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2118(2013)."; |
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 13a Għandhom ikunu pprojbiti l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasferiment jew in-negozjar fil-proprjetà kulturali u oġġetti oħrajn ta' importanza arkeoloġika, storika, kulturali, ta' rarità xjentifika, u reliġjuża li jkunu tneħħew illegalment mis-Sirja, jew fejn jeżisti suspett raġonevoli li dawn tneħħew illegalment mis-Sirja, wara l-11 ta' Mejju 2011. Il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika jekk jintwera li l-oġġetti kulturali jkunu qed jintbagħtu lura lil istituzzjonijiet Sirjani biex jiġi ssodisfat l-objettiv tar-ritorn f'sikurezza."; |
(3) |
fl-Artikolu 28(3), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. MAZURONIS
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Diċembru 2013
fir-rigward tan-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ta’ pjan nazzjonali tranżitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali
(notifikata bid-dokument C(2013) 8815)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2013/761/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5), it-tieni paragrafu, tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 32(5) l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit), fl-14 ta’ Diċembru 2012 ippreżenta lill-Kummissjoni pjan nazzjonali tranżitorju (TNP) (2). |
(2) |
It-TNP ġie evalwat skont l-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE (3). |
(3) |
Waqt il-valutazzjoni tal-kompletezza tat-TNP ippreżentata mir-Renju Unit, il-Kummissjoni sabet li ħafna dejta essenzjali għall-valutazzjoni kienet nieqsa mit-TNP, u li l-inventarju tad-dejta previst fit-Tabella A.1 fl-Appendiċi A tal-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE ma ġiex ippreżentat. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li għal bosta impjanti, id-dejta inkluża fit-TNP ma qablitx mad-dejta fl-inventarju tal-emissjonijiet tal-2009 ppreżentat mir-Renju Unit skont id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(4) |
Billi d-dejta nieqsa u d-diskrepanzi bejn it-TNP u l-inventarju tal-emissjonijiet skont id-Direttiva 2001/80/KE xekklu l-valutazzjoni tat-TNP, il-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Ġunju 2013 (5), talbet lir-Renju Unit jippreżenta t-TNP mill-ġdid u jinkludi d-dejta nieqsa, u jikkjarifika d-differenzi li jinstabu bejn it-TNP u l-inventarju tal-emissjonijiet 2009 skont id-Direttiva 2001/80/KE, kif ukoll biex jikkonferma b’mod espliċitu li r-regoli ta’ aggregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/75/UE ġew applikati għall-kumpilazzjoni tat-TNP. |
(5) |
Ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Ġunju 2013 (6), id-19 ta’ Ġunju 2013 (7), l-20 ta’ Ġunju 2013 (8) u l-1 ta’ Lulju 2013 (9). F’dawn il-preżentazzjonijiet, ir-Renju Unit ipprovda l-biċċa l-kbira mid-dejta nieqsa bl-użu tal-mudelli mitluba, kif ukoll il-kjarifika parzjali tad-differenzi bejn l-informazzjoni fit-TNP u l-inventarju tal-emissjonijiet tal-2009 skont id-Direttiva 2001/80/KE. |
(6) |
Wara l-valutazzjoni ulterjuri tat-TNP u l-informazzjoni addizzjonali mressqa mir-Renju Unit, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra fl-10 ta’ Settembru 2013 (10). F’din l-ittra, il-Kummissjoni tenniet it-talba tagħha li r-Renju Unit jikkonferma b’mod espliċitu li għall-impjanti kollha inklużi fit-TNP, ir-regoli ta’ aggregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/75/UE ġew applikati b’mod korrett u staqsiet lir-Renju Unit jikkonferma li l-ebda wieħed mill-impjanti ta’ kombustjoni li bbenefikaw mill-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE ma kien jagħmel parti mit-TNP. Il-Kummissjoni kompliet tanalizza l-eliġibbiltà ta’ għadd ta’ impjanti li għandhom jiġu inklużi fit-TNP u talbet dejta addizzjonali u/jew kjarifiki li jikkonċernaw ir-rati medji ta’ skart tal-fluss tal-gassijiet, il-fatturi ta’ konverżjoni, l-input termali kklassifikat totali u l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikati għal ċerti impjanti, b’mod partikolari impjanti ta’ kombustjoni multikarburanti u turbini tal-gass. Il-Kummissjoni talbet ukoll lir-Renju Unit biex jipprovdi informazzjoni dwar miżuri previsti għal 120 impjant inklużi fit-TNP biex jiżgura konformità f’waqtha mal-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet li se japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2020. |
(7) |
Fl-ittra tagħha tal-10 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni infurmat ukoll lir-Renju Unit li l-valur ta’ limitu ta’ emissjonijiet ta’ 1 200 mg/Nm3 ta’ NOx użat għal karburant solidu u li jikkonċerna l-impjant “Aberthaw Power Station”, li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal-limitu massimu globali tat-TNP għall-NOx, kellu jiġi koreġut billi l-kundizzjonijet għall-użu ta’ dan il-valur ta’ limitu, li huma stabbiliti fin-Nota 2 għat-Tabella C.1 fl-Appendiċi C tal-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE, ma kinux sodisfatti għal dan l-impjant waqt il-perjodu ta’ referenza 2001-2010. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit ma weriex li l-kontenut volatili medju annwali tal-karburant solidu li ntuża fl-impjant kien inqas minn 10 % fl-ebda mis-snin bejn l-2001 u l-2010. |
(8) |
Fit-tweġibiet tiegħu tas-26 u s-27 ta’ Settembru 2013 (11), ir-Renju Unit ipprovda dejta addizzjonali u informa lill-Kummissjoni bit-tneħħija ta’ 11-il impjant mit-TNP. Fir-rigward tal-impjant “Aberthaw Power Station”, ir-Renju Unit kompla jargumenta li l-kundizzjonijiet stabbiliti fin-Nota 2 għat-Tabella C.1 fl-Appendiċi C tal-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE ġew issodisfati u li l-valur tal-limitu ta’ emissjonijiet ta’ 1 200 mg/Nm3 ta’ NOx għal karburanti solidi uzati biex jikkalkulaw l-kontribuzzjoni għal-limitu massimu tal-2016 għaldaqstant kien korrett. |
(9) |
Abbażi tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta, il-Kummissjoni sabet li kienet għadha nieqsa dejta essenzjali mit-TNP dwar ħafna impjanti, u li l-valutazzjoni sħiħa tat-TNP għalhekk ma kinitx possibbli, b’mod partikolari f’termini ta’ konsistenza u korrettezza tad-dejta u tas-suppożizzjonijiet u l-kalkoli użati għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull impjant ta’ kombustjoni għal-limiti massimi ta’ emissjonijiet. |
(10) |
Wara valutazzjoni finali tat-TNP nnotifikata mir-Renju Unit, kif emendata skont informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni identifikat element ewlieni wieħed li ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli, kif ġej:
|
(11) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat 34 impjant fit-TNP, li għalihom l-informazzjoni rrapportata baqgħat inkonsistenti u/jew id-dejta nieqsa teħtieġ li tkun supplimentata, b’mod partikolari fir-rigward tal-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet użati u l-kontribuzzjonjiet tal-limitu massimu kkalkulati u rrapportati. Il-lista ta’ impjanti li għalihom id-dejta hija inkonsistenti jew nieqsa hija inkluża fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Għalhekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-TNP nnotifikat mir-Renju Unit, kif emendat skont l-informazzjoni addizzjonali, mhuwiex skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE. |
(13) |
Għalhekk, it-TNP nnotifikat mir-Renju Unit ma għandux jiġi aċċettat. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pjan nazzjonali tranżitorju li r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq nnotifika lil-Kummissjoni skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE fl-14 ta’ Diċembru 2012, mhuwiex skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/115/UE, u għalhekk mhuwiex se jiġi aċċettat.
2. Jekk ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu l-ħsieb li jimplimenta l-pjan nazzjonali tranżitorju, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizza, f’verżjoni riveduta tal-pjan, l-elementi li ġejjin:
(a) |
fir-rigward tal-impjant “Aberthaw Power Station”, li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal-limitu massimu tat-TNP għall-NOx, il-korrezzjoni tal-valur tal-limitu tal-emissjonijiet applikat biex jikkalkula l-kontribuzzjoni ta’ dan l-impjant għal-limitu massimu tal-2016 għall-NOx, biex dan l-impjant isir eliġibbli biex juża l-valur tal-limitu ta’ emissjonijiet ta’ 1 200 mg/Nm3, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu juri li l-kontenut volatili medju annwali tal-karburant solidu użat fl-impjant kien inqas minn 10 % fis-snin ta’ referenza meqjusa għat-TNP, kif stabbilit fin-Nota 2 tat-Tabella C1 tal-Appendiċi C tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Implimentazzjoni 2012/115/UE; |
(b) |
fir-rigward tal-impjanti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni: biex jissottomettu d-dejta nieqsa u jikkoreġu u jikkjarifikaw l-ambigwitajiet sabiex tinkiseb konsistenza sħiħa tul l-informazzjoni inkluża fi, u użata għall-pjan nazzjonali tranżitorju għall-għanijiet ta’ dan il-punt; għal dan il-għan, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jqis it-talbiet iddettaljati ta’ kjarifika stabbiliti fl-ittri mibgħuta fit-3 ta’ Ġunju 2013 u fl-10 ta’ Settembru 2013. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) Ares (2012) 1500959
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 52, 24.2.2012, p. 12)
(4) Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni, (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1)
(5) Ares (2013)1635147
(6) Ares(2013)2381277.
(7) Ares(2013)2381361.
(8) Ares(2013)2381402.
(9) Ares(2013)2972980.
(10) Ares(2013)3015778.
(11) Ares(2013)3155496.
ANNESS
LISTA TA’ IMPJANTI MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU (1)2
In-numru tal-impjant użat fit-TNP |
L-isem tal-impjant |
9 |
Great Coates Works LCP 62 |
10 |
Great Coates Works LCP 63 |
11 |
Great Coates Works LCP 96 |
12 |
Grangemouth Polimeri Europa UK |
13 |
Port of Liverpool CHP — GT |
16 |
Aylesford CHP1 |
17 |
Aylesford CHP2 |
18 |
Kinneil Stack A1 (B-101) |
28 |
Burghfield Generation Site |
37 |
Cheshire CHP |
38 |
Chickerall Generation Site |
44 |
Wansborough Mill |
46 |
Didcot B Module 6 |
47 |
Dow CHP |
49 |
Dalry DSM CHP |
58 |
Ratcliffe on Soar Power Station |
68 |
Grimsby CHP1 |
71 |
Hythe CHP1 |
72 |
Hythe Package Boilers |
73 |
Indian Queens |
81 |
Keadby Power Station GT3 |
84 |
Little Barford Power Station Module 1A |
85 |
Little Barford Power Station Module 1B |
99 |
Sellafield Site Gas Turbine 1 |
100 |
Sellafield Site Gas Turbine 2 |
101 |
Sellafield Site Gas Turbine 3 |
102 |
Sellafield Site Auxiliary Boiler |
103 |
Wilton Power Station |
107 |
Solvay Interox Ltd |
120 |
INEOS Infrastructure (Grangemouth) Ltd Boilers 9 & 10 |
121 |
INEOS Infrastructure (Grangemouth) Ltd Boilers 11, 12 & 13 |
124 |
Redcar Power Station Boiler |
128 |
Wilton Olefin Boiler |
129 |
North Tees No 1 Aromatics Plant |