ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.323.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
4 ta' Diċembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes (IĠP))

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1241/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite Sierra del Moncayo (AOP)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero Segureño (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Dinde de Bresse (DPO)]

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ciliegia di Marostica (IĠP)]

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1245/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda minuri għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u tal-indikazzazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fourme de Montbrison (DPO)]

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1246/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Peras de Rincón de Soto (DPO)]

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jamón de Trevélez (IGP)]

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2013 tat-28 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ternera Gallega (IĠP)]

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2013 tad-29 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1250/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Českobudějovické pivo (IĠP)]

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2013 tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiċi fir-reġistri tal-qasam tal-inbid.

28

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1252/2013 tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

31

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/708/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/004 ES/ComunidadValenciana materjali tal-bini minn Spanja)

33

 

 

2013/709/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjon tat-2 ta’ Diċembru 2013 li tawtorizza lil laboratorju fl-Istati Uniti tal-Amerika jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (notifikata bid-dokument C(2013) 8365)  ( 1 )

34

 

 

2013/710/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2013) 8377)  ( 1 )

35

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

2013/711/UE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2013 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel ( 1 )

37

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1240/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mir-Renju Unit biex id-denominazzjoni “Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 180, 26.6.2013, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IR-RENJU UNIT

Pembrokeshire Earlies/Pembrokeshire Early Potatoes (IĠP)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1241/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite Sierra del Moncayo (AOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba ta’ Spanja biex id-denominazzjoni “Aceite Sierra del Moncayo” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Aceite Sierra del Moncayo” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 187, 29.6.2013, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Aceite Sierra del Moncayo (AOP)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1242/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero Segureño (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u speċjalment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 l-applikazzjoni ta’ Spanja biex tirreġistra l-isem “Cordero Segureño” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Cordero Segureño” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan qed tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 180, 26.6.2013, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, iffumigati, eċċ.)

SPANJA

Cordero Segureño (IĠP)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1243/2013

tat-28 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Dinde de Bresse (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Dinde de Bresse”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat fl-14 ta’ Mejju 2003 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2003 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU L 120, 15.5.2003, p. 3.

(4)   ĠU C 157, 6.4.2013, p. 4.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

FRANZA

Dinde de Bresse (DPO)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1244/2013

tat-28 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ciliegia di Marostica (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ciliegia di Marostica”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2002 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 39, 9.2.2002, p. 12.

(3)   ĠU C 153, 31.5.2013, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6. –   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Ciliegia di Marostica (IĠP)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1245/2013

tat-28 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda minuri għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u tal-indikazzazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fourme de Montbrison (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B’mod konformi mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Fourme de Montbrison”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 917/2010 (2).

(2)

L-għan tat-talba huwa li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet billi tiġi ppreċiżata l-prova tal-oriġini, il-metodu tal-ksib, it-tikkettjar, ir-rekwiżiti nazzjonali u d-dettalji tal-istrutturi inkarigati mill-kontroll tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda inkwistjoni u kkonkludiet li din hija ġġustifikata. Peress li l-emenda hija minuri skont it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tal-imsemmi regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Fourme de Montbrison” huma emendati b’mod konformi mal-Anness I ta’ dan ir-regolament.

Artikolu 2

Id-dokument uniku kkonsolidat li jiġbor l-elementi prinċipali tal-ispeċifikazzjonijiet jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament.

Artikolu 3

Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 269, 13.10.2010, p. 21.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Fourme de Montbrison”, l-emenda li ġejja hija approvata:

1.   Intestatura II “Deskrizzjoni tal-prodott”

Id-deskrizzjoni organolettika li ġejja tissupplimenta d-deskrizzjoni tal-prodott: “Il- Fourme de Montbrison għandu kompożizzjoni omoġenja, kemxejn iebsa u li ddub fil-ħalq. Għandu riħa fina u tfuħ, togħma ta’ prodott tal-ħalib bil-frott b’karattru ta’ ġobon tat-tursina sottili li jagħtih ċerta ħlewwa. Tikka mluħa u qrusa ħafifa huma aċċettati.”. Din id-deskrizzjoni hija utli għall-eżami organolettiku tal-prodott fil-qafas tal-kontroll.

Huwa ppreċiżat li “Il-qtugħ tal-Fourme de Montbrison huwa awtorizzat jekk dan ma jiżnaturax il-kompożizzjoni tiegħu. Il-preżenza tal-qoxra hija obbligatorja għall-porzjonijiet b’toqol ta’ aktar minn 50 gramma.”.

Meta jitqies l-iżvilupp kostanti fil-modi ta’ konsum tal-ġobon, din id-dispożizzjoni tiffissa qafas sabiex jiġu evitati derivattivi f’termini tat-tip ta’ qtugħ.

2.   Intestatura IV “Prova tal-oriġini”

2.1.   Subintestatura IV.1 “Obbligi dikjarattivi”

Huwa ppreċiżat li d-dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni “issir skont mudell ivvalidat mid-Direttur tal-Istituzzjoni nazzjonali tal-oriġini u tal-kwalità”.

Huma previsti dikjarazzjonijiet preliminari għan-nuqqas ta’ intenzjoni ta’ produzzjoni u għall-issoktar tal-produzzjoni li jippermettu segwitu preċiż għall-operaturi li jkunu jixtiequ jirtiraw momentarjament id-denominazzjoni tal-oriġini.

Il-kontenut u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet meħtieġa għall-għarfien u s-segwitu tal-prodotti huma ddettaljati, għal kull kategorija ta’ operatur ikkonċernat.

Dawn l-emendi huma marbuta mar-riforma tas-sistema ta’ kontroll tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini li ddaħħlet bil-liġi tad-digriet Nru 2006-1547 tas-7 ta’ Diċembru 2006 dwar il-valorizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, tal-foresti jew tal-ikel u tal-prodotti tal-baħar.

2.2.   Subintestatura IV.2 “Reġistri”

Il-lista ta’ reġistrazzjonijiet li l-operaturi għandhom iwettqu hija kkompletata sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni ddefiniti mill-ispeċifikazzjonijiet.

2.3.   Subintestatura IV.3 “Kontroll tal-prodotti”

L-istadju meta jsir l-eżami organolettiku tal-prodott u l-metodu tat-teħid tal-kampjuni huma ppreċiżati. Dawn il-modalitajiet huma sussegwentement inklużi fil-pjan ta’ kontroll jew ta’ spezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini mfassal minn korp ta’ kontroll.

3.   Intestatura V “Metodu ta’ ksib”

3.1.   Subintestatura V.1 “Produzzjoni tal-ħalib”

Il-merħla li tipproduċi l-ħalib hija ddefinita. Din tikkonsisti fi “il-baqar tal-ħalib u l-erieħ ta’ tiġdid kollha preżenti fl-impriża agrikola”, waqt l huwa mifhum li “il-baqar tal-ħalib huma l-annimali li jkunu qegħdin jipproduċu l-ħalib u dawk xotti”, waqt li “l-erieħ huma l-annimali bejn il-fażi tal-ftim sakemm iwelldu”. Din id-definizzjoni hija intiża biex tistabbilixxi b’mod ċar għal liema annimali qiegħda ssir referenza bl-użu tat-termini “merħla li tipproduċi l-ħalib”, “baqar tal-ħalib” u “erieħ” fil-kumplament tal-ispeċifikazzjonijiet, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni.

Fil-punt V.1.a, il-modalitajiet dwar id-deroga temporanja mill-provenjenza tar-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib f’każ ta’ perjodi ta’ nixfa, temp mhux mistenni jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħrajn huma rtirati.

Fil-punt V.1.a, huwa ppreċiżat li t-tieni paragrfu jikkonċerna r-razzjon bażiku u li l-kruċiferi huma esklużi bħala għalf. Dawn il-preċiżjonijiet huma intiżi biex tiġi evitata kull ambigwità fit-test.

Fil-punt V.1.a, is-sentenza “Il-parti tal-ħaxix mikula mill-mergħa, fil-forma ta’ tiben, qabel ma jsir tiben, marbut b’qafla jew maħżun f’silo, espress bħala materjal niexef, huwa ta’ aktar minn, jew ekwivalenti għal, 80 % tal-għalf tar-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha u fuq sena” tissostitwixxi s-sentenza “Il-ħaxix mikul mill-mergħa, fil-forma ta’ tiben, qabel ma jsir tiben jew mis-silo għandu jkun il-bażi tal-alimentazzjoni”. Il-proporzjon ta’ ħaxix fir-razzjon bażiku b’hekk huwa ppreċiżat b’mod ċar, kif ukoll l-annimali li għalihom japplika u l-iskala ta’ żmien ikkonċernata, li għandu jiffaċilita l-kontrolli. Din id-dispożizzjoni tixħet dawl fuq l-importanza tal-alimentazzjoni b’bażi ta’ ħaxix fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Fourme de Montbrison”.

Fil-punt V.1.a, is-sentenza “Is-sehem ta’ qamħirrum mis-silo, espress bħala materjal niexef, ma għandux jaqbeż l-20 % tar-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha u fuq sena” tissostitwixxi s-sentenza “Is-sehem ta’ qamħirrum mis-silo, espress bħala materjal niexef, ma għandux jaqbeż l-20 % tar-razzjon ta’ kuljum, bħala medja għall-merħla u fuq sena”. Il-limitazzjoni tal-kwantità ta’ qamħirrum b’hekk tapplika għar-razzjon bażiku u mhux għar-razzjon totali u tieħu f’kunsiderazzjoni biss il-baqar tal-ħalib.

Dik id-dispożizzjoni hija ssupplimentata bis-sentenzi “Fi ħdan il-merħla li tipproduċi l-ħalib, il-konsum tal-pjanta tal-qamħirrum sħiħa mis-silo huwa rriżervat għall-erieħ li deħlin fl-aħħar xahar tagħhom ta’ ġestazzjoni u għall-baqar tal-ħalib” u “L-akkumulazzjoni, fir-razzjon ta’ kuljum tal-baqar tal-ħalib, tal-pjanta tal-qamħirrum sħiħa (friska jew mis-silo) ma’ ħbub tal-qamħirrum jew ma’ miżwed ikkonservat fl-umdità hija pprojbita”. Il-preċiżjoni tal-annimali li jistgħu jirċievu qamħirrum mis-silo tiffaċilita l-kontroll tal-parti tal-qamħirrum mis-silo li realment tingħata lill-baqar tal-ħalib. Il-projbizzjoni tal-akkumulazzjoni tal-pjanta sħiħa tal-qamħirrum flimkien ma’ ħbub tal-qamħirrum jew ma’ miżwed ikkonservat fl-umdità hija intiża wkoll biex tillimita s-sehem tal-qamħirrum fl-alimentazzjoni tal-baqar tal-ħalib, b’mod partikolari f’forma ffermentata.

Dawn id-dispożizzjonijiet kolha huma intiżi, minn naħa waħda, biex jiffavorixxu l-ħaxix fl-alimentazzjoni tal-baqar tal-ħalib, u min-naħa l-oħra biex jiffaċilitaw il-kontroll b’referenzi aktar preċiżi għall-annimali u l-perjodi kkonċernati.

Fil-punt V.1.a, id-dispożizzjoni dwar is-sehem tat-tiben barra mill-perjodu tar-ragħa hija rriżervata għall-baqar tal-ħalib: għal finijiet ta’ koerenza, il-kontroll ta’ dik id-dispożizzjoni ssir fuq il-baqar tal-ħalib kollha u mhux fuq il-merħla li tipproduċi l-ħalib.

Fil-punt V.1.b, għal aktar preċiżjoni, huwa indikat li l-projbizzjoni tat-trobbija fi stalel permanenti esklużivi u t-trobbija mhux fuq il-ħamrija tikkonċerna l-baqar tal-ħalib.

Fil-punt V.1.b, huwa ppreċiżat perjodu minimu ta’ ragħa ta’ 150 jum fis-sena għall-baqar tal-ħalib. Din il-kundizzjoni ssaħħaħ is-sehem tar-ragħa fl-alimentazzjoni tal-baqar tal-ħalib u tiffaċilita l-kontroll u l-obbligu tar-ragħa.

Fil-punt V.1.b, sentenza speċifika dwar it-tagħlif fin-natura tawtorizza dik il-prattika għall-baqar tal-ħalib, bil-ħaxix provenjenti miż-żona ġeografika u l-kumplament mir-ragħa. Dan b’hekk jippermetti li jitqies bħala għalf frisk il-ħaxix minn pakketti ta’ raba’ wisq ‘il bogħod mill-maħleb biex ikunu jistgħu jittieħdu hemmhekk il-baqar tal-ħalib.

Fil-punt V.1.b, iddaħħlet limitazzjoni għat-tagħbija tal-impriża agrikola sabiex tikkontribwixxi biex tafferma t-tmexxija estensiva tal-impriżi li jipproduċu l-ħalib fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Fourme de Montbrison”.

Fil-punt V.1.c, iddaħħlet limitazzjoni fis-sehem tas-supplimenti u l-addittivi għal massimu ta’ 1 800 kg materjal niexef għal kull baqra tal-ħalib u fis-sena. Din id-dispożizzjoni b’hekk tiffavorixxi alimentazzjoni minn għalf li jikkostitwixxi razzjon bażiku, li jiġi miż-żona ġeografika.

Fil-punt V.1.c, il-materji primi li issa huma awtorizzati fis-supplimenti mogħtija lill-baqar tal-ħalib u l-addittivi awtorizzati issa huma s-suġġetti ta’ żewġ listi pożittivi distinti, għal aktar ċarezza.

Il-lista pożittiva ta’ materja prima awtorizzata fis-supplimenti mogħtija lill-baqar tal-ħalib hija kkompletata bil-prodotti tal-ħbub tal-qamħirrum; il-prodotti dderivati taż-żrieragħ oleaġinużi, mingħajr iż-żieda ta’ urea; il-prodotti dderivati tal-frott oleaġinużi, mingħajr żieda ta’ urea, bl-eċċezzjoni ta’ żjut u xaħmijiet veġetali u mwieżaq u qxur tal-kawkaw; il-prodotti dderivati minn żrieragħ leguminużi; u l-prodotti sekondarji tal-fermentazzjoni ta’ mikroorganiżmi li ċ-ċelluli tagħhom ikunu ġew inattivati jew maqtula, minbarra l-prodotti miksuba mill-bijomassa ta’ mikroorganiżmi speċifiċi kkultivati fuq substrati ddeterminati u minbarra l-vinass. It-termini “iċ-ċereali kollha u l-prodotti sekondarji tagħhom”, “il-polpi tal-pitravi deżidratati”, “il-molassi”, “iż-żrieragħ proteaġinużi” u “il-melħ, il-minerali” huma ssostitwiti rispettivament mit-termini “il-ħbub kollha taċ-ċereali u l-prodotti derivati tagħhom”, “il-polpi tal-pitrava mnixxfa”, “il-molassi”, “iż-żrieragħ tal-leguminużi” u “il-minerali u prodotti dderivati”. It-termini “l-espellenti mingħajr żieda ta’ urea” tneħħew għaliex dawn il-prodotti jagħmlu parti mill-prodoti dderivati taż-żrieragħ jew il-frott oleaġinużi, mingħajr żieda ta’ urea. Huwa ppreċiżat ukoll li l-imwieżaq tal-qamħirrum jistgħu jiġu kkonservati b’mod niexef jew umdu. Dawn il-materji primi ma għandhomx impatt fuq il-kwalità tal-prodott.

L-użu tas-soder għat-trattament taċ-ċereali u s-subprodotti tagħhom huwa pprojbit għaliex din ma hijiex prattika tradizzjonali.

Il-lista pożittiva ta’ addittivi hija ssostitwita bil-frażi “Kull addittiv intiż biex jimmodifika direttament il-kompożizzjoni tal-ħalib huwa pprojbit.” u telenka b’mod eżawrjenti l-kategoriji u l-gruppi funzjonali ta’ addittivi awtorizzati, waqt li tirrispetta t-terminoloġija regolatorja. Din l-emenda hija intiża biex tiġi evitata kull ambigwità jew interpretazzjoni matul il-kontrolli.

Fil-punt V.1.e, dispożizzjoni li tipprojbixxi l-OĠM fl-alimentazzjoni tal-annimali u l-kultivazzjonijiet tal-impriża agrikola hija miżjuda, sabiex jinżamm il-karattru tradizzjonali tal-alimentazzjoni.

3.2.   Subintestatura V.3 “Ipproċessar”

Fil-lista pożittiva ta’ ingredjenti jew supplimenti tal-produzzjoni jew addittivi awtorizzati fil-ħalib jew matul il-produzzjoni, it-termini “kultivazzjonijiet inoffensivi ta’ batterja, ħmira, moffa” huma ssostitwiti bit-termini “kultivazzjonijiet ta’ batterja, ħmira u moffa li l-innokwità tagħhom tkun ippruvata”, għal aktar preċiżjoni.

Il-paragrafu “Id-diversi stadji li jseħħu wara l-qtugħ tal-“coagulum jew baqta’”, it-tħawwid, is-serħan tal-baqta’, għafis ħafif, it-tmelliħ fil-massa tal-baqta’, it-tqegħid fil-forma, l-iskular, it-tqegħid f’gandotti. Dawn huma ddefiniti fil-paragrafi segwenti:” tneħħiet għaliex kull stadju elenkat f’dan il-paragrafu huwa deskritt individwalment fil-kumplament tal-ispeċifikazzjonijiet.

It-tagħfis ħafif tal-baqta’ waqt li tkun qiegħda tistrieħ qabel it-tfarrik issa huwa fakultattiv. Din il-prattika fil-fatt ma hijiex indispensabbli fl-iskema teknoloġika tal-produzzjoni, inkwantu l-estratt niexef finali jirrispetta dak impost mill-ispeċifikazzjonijiet.

Is-sentenza “Il-baqta’ sussegwentement titfarrak, tiġi mmellħa fil-massa u titpoġġa f’forma” hija fformulata mill-ġdid skont kif ġej: “Il-baqta’ sussegwentement titfarrak u tiġi mmellħa fil-massa, sa mhux aktar tard mill-mument tat-tqegħid fil-forma”. Il-formulazzjoni b’hekk hija aktar espliċita dwar il-mument meta jsir it-tmelliħ.

Huwa ppreċiżat li l-iskular fil-kamra jseħħ mingħajr għafis bi qlib li jseħħ wara li l-baqta’ titpoġġa fil-forma, sabiex dan ikun jinftiehem aħjar.

Id-durata massima tal-iskular mingħajr għafis tnaqqset minn 24 għal 18-il siegħa. Effettivament, l-iżviluppi f’dawn il-prattiki naqqsu dak it-tul ta’ żmien, mingħajr ma ġiet affettwata l-kwalità tal-ġobon miksub.

Is-sentenza “Operazzjoni ta’ tniggiż issir mill-10 jum wara ż-żieda tal-kimożina” tressqet fil-punt V.4, waqt li ġie ppreċiżat li dan jikkonsisti fit-tniggiż tal-ġobon.

3.3.   Subintestatura V.4 “Maturazzjoni u konservazzjoni”

Is-sentenza “Wara t-tniggiż, issir il-maturazzjoni f’kaverna jew kantina b’temperatura li tinżamm bejn 6 °C u 12 °C għal mhux inqas minn ħmistax-il jum b’igrometrija ta’ 90 sa 98 % ta’ umdità relattiva” hija ssostitwita bis-sentenza “Wara l-ħruġ mill-kamra tal-gandotti, u possibbilment tnixxif, issir il-maturazzjoni f’kaverna jew kantina b’temperatura li tinżamm bejn 6 °C u 12 °C għal mhux inqas minn ħmistax-il jum b’igrometrija ta’ 90 sa 98 % ta’ umdità relattiva”, issupplimentata bis-sentenza “Wara t-tniggiż, il-ġobon jiġi mmaturat għal mhux inqas minn 15-il jum f’kaverna jew kantina fil-kundizzjonijiet ta’ temperatura u ta’ igrometrija deskritti hawn fuq”.

Dawn il-preċiżjonijiet fil-formulazzjoni huma intiżi biex jiddeskrivu aħjar il-katina ta’ operazzjonijiet. Effettivament, it-tniggiż ma jsirx qabel id-dħul fil-kaverna, iżda meta l-ġobon ikun diġà fil-kaverna. Jista’ jsir tnixxif bejn il-ħruġ mill-kamra tal-gandotti u d-dħul fil-kaverna. Iż-żmien li jitħalla fil-kaverna huwa ta’ mhux inqas minn 15-il jum li jibda jgħodd mid-data tat-tniggiż.

4.   Intestatura VIII “Tikkettjar”

L-obbligu li titpoġġa r-referenza “denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata” fuq it-tikketta tneħħa u ġie ssostitwit bl-obbligu li jitpoġġa s-simbolu tal-Unjoni Ewropea relatat mad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, sabiex it-tikketta tkun tinqara faċilment u tinħoloq sinerġija fil-komunikazzjoni tal-prodotti rreġistrati DPO.

5.   Intestatura IX “Rekwiżiti nazzjonali”

B’mod konformi mar-riforma nazzjonali tas-sistema ta’ kontroll tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini msemmija iktar ‘il fuq, ġiet miżjuda tabella li tippreżenta l-punti prinċipali li għandhom jiġu kkontrollati u l-metodu kif jiġu evalwati.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU KKONSOLIDAT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ud-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)

“FOURME DE MONTBRISON”

Nru KE: FR-PDO-0105-01014-6.7.2012

IĠP () DPO (X)

1.   Dénominazzjoni

“Fourme de Montbrison”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3.

Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott bid-denominazzjoni msemmija fil-punt 1

Il-“Fourme de Montbrison” huwa ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra biż-żieda tal-kimożina li huwa ppreżentat fil-forma ta’ ċilindru b’tul ta’ bejn 17 u 21 cm u dijametru ta’ bejn 11,5 u 14,5 cm u b’piż ta’ bejn 2,1 u 2,7 kg, b’polpa bil-vini, mhux ippressat, mhux imsajjar, iffermentat u mmellaħ biż-żieda ta’ melħ mal-baqta’ meta jitpoġġa fil-forma.

Il-kontenut ta’ xaħam huwa ta’ 52 gramma bħala minimu għal kull 100 gramma ta’ ġobon wara tnixxif totali, u l-kontenut bħala materjal niexef ma għandux ikun inqas minn 52 gramma għal 100 gramma ta’ ġobon immaturat.

Il-ġobon jista’ jibda jibbenefika mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Fourme de Montbrison” biss mit-tlieta u għoxrin jum mid-data taż-żieda tal-kimożina.

Il-qoxra niexfa u bil-moffa, hija ta’ lewn oranġo u jista’ jkollha moffa bajda, safra u ħamra. Il-polpa, li hija lewn il-krema, għandha ftit fetħiet b’vinitura qisha rħam ta’ lewn ikħal ċar.

Il-“Fourme de Montbrison” għandu kompożizzjoni omoġenja, kemxejn iebsa u li ddub fil-ħalq. Għandu riħa fina u tfuħ, togħma ta’ prodott tal-ħalib bil-frott b’karattru ta’ ġobon tat-tursina sottili li jagħtih ċerta ħlewwa. Tikka mluħa u qrusa ħafifa huma aċċettati.

3.3.   Materji primi (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss)

Matul is-sena kollha, ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib huwa żgurat esklużivament minn għalf provenjenti miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni.

L-ikel awtorizzat fir-razzjon bażiku huwa kull għalf, ħlief għall-kruċiferi fil-forma ta’ għalf.

Is-sehem ta’ ħaxix mikul mill-mergħa, fil-forma ta’ tiben, qabel ma jsir tiben, marbut b’qafla jew mis-silo huwa aktar minn jew daqs 80 % tal-għalf tar-razzjon ta’ bażi tal-baqar tal-ħalib, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha u fuq sena.

Is-sehem ta’ qamħirrum mis-silo, espress bħala materjal niexef, ma għandux jaqbeż l-20 % tar-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha u fuq sena.

Barra mill-perjodu meta jirgħu, it-tiben jirrappreżenta ta’ mill-inqas 3 kg ta’ materjal niexef u kuljum, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha.

Matul il-perjodu meta jkun disponibbli l-ħaxix, sakemm ikun jippermetti t-temp, huwa impost obbligu li l-baqar tal-ħalib jirgħu. It-tul ta’ dan il-perjodu ma jistax ikun inqas minn 150 jum fis-sena.

L-għoti ta’ supplimenti u addittivi huwa llimitat għal 1 800 kilogramma ta’ materjal niexef bħala massimu għal kull baqra tal-ħalib u fis-sena, bħala medja għall-baqar tal-ħalib kollha.

Huma awtorizzati biss bħala supplimenti u addittivi mogħtija lill-baqar tal-ħalib il-materji prima u l-addittivi ppreċiżati f’lista pożittiva.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika delimitata

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-maturazzjoni u l-konservazzjoni tal-ġobon għal 32 jum li jibdew jgħoddu mid-data taż-żieda tal-kimożina għandhom iseħħu fi ħdan iż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi applikabbli għat-tfettit, tħakkik u tgeżwir, eċċ.

Il-qtugħ tal-“Fourme de Montbrison” huwa awtorizzat jekk dan ma jiżnaturax il-kompożizzjoni tiegħu. Il-preżenza tal-qoxra hija obbligatorja għall-porzjonijiet li l-piż tagħhom ikun ta’ aktar minn 50 gramma.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettjar

It-tikketta tal-ġobnijiet li jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Fourme de Montbrison” tikkonsisti fl-isem tad-denominazzjoni miktub b’ittri ta’ daqs li jkun mill-inqas żewġ terzi ta’ dak tal-akbar ittri fuq it-tikketta u s-simbolu DPO tal-Unjoni Ewropea.

Indipendentement mir-referenza regolamentari applikabbli għal kull ġobon, kull kelma kwalifikattiva miżjuda direttament mal-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini hija pprojbita, ħlief għall-marki tal-manifattura jew tal-kummerċ partikolari.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tad-delimitazzjoni taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-Fourme de Montbrison testendi għat-territorju li ġej:

Id-département ta’ Loire: il-communes ta’ Bard, Cervières, Chalmazel, La Chamba, La Chambonie, Champoly, Châtelneuf, La Côte-en-Couzan, Écotay-l’Olme, Essertines-en-Châtelneuf, Jeansagnière, Lérigneux, Noirétable, Palogneux, Roche, Saint-Bonnet-le-Courreau, Saint-Didier-sur-Rochefort, Saint-Georges-en-Couzan, Saint-Jean-la-Vêtre, Saint-Julien-la-Vêtre, Saint-Just-en-Bas, Saint-Laurent-Rochefort, Saint-Priest-la-Vêtre, Saint-Romain-d’Urfé, Les Salles, Sauvain, La Valla-sur-Rochefort u Verrières-en-Forez.

Id-département ta’ Puy-de-Dôme: communes ta’ Brugeron, Job, Saint-Anthème, Saint-Pierre-la-Bourlhonne u Valcivières.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Fourme de Montbrison” testendi prinċipalment fuq l-“hautes chaumes” li jiffurmaw il-parti tal-quċċata tal-għoljiet ta’ Forez, fil-konfini tad-départements ta’ Loire u ta’ Puy-de-Dôme, kif ukoll fil-parti tal-għoljiet ta’ Forez. Din hija żona semi-muntanjuża (altitudni ta’ 1 634 m fil-quċċata) li hija globalment orjentata tramuntana-nofsinhar, tistrieħ fuq sisien tal-granit u hija mdawra b’limiti naturali. Din tippreżenta pajżaġġ ta’ meded ta’ art muntanjużi u subalpini, li tistruttura pajżaġġ ta’ plateaux imneżżgħin b’għoljiet li l-quċċati tagħhom huma tondi u ħelwin, iċċirkondati b’art li xxeqleb b’foresti ta’ siġar partikolarment tar-raża. Wieħed isib hawnhekk għadd kbir ta’ artijiet bil-pit u mergħat. Ir-rata ta’ nżul ta’ xita hija relattivament sostanzjali (aktar minn 1 000 mm fis-sena bħala medja). Il-klima hija soġġetta għal influwenza oċeanika u kontinentali. It-temperaturi annwali medji b’hekk huma pjuttost kesħin, inqas minn 10 °C u spiss inqas minn 5 °C. Ix-xtiewi huma twal u kesħin, u spiss jagħmel is-silġ.

Minħabba l-altitudni u r-rata għolja ta’ xita, il-produzzjoni tal-għalf hija bbażata essenzjalment fil-mergħat permanenti.

Fatturi umani

Il-produzzjoni tal-“Fourme de Montbrison” tmur lura għaż-żminijiet tal-bidu tal-Medjuevu fir-reġjun ta’ Haut-Forez u kien għad hemm sistema agro-pastorali sat-tieni gwerra dinjija. Il-produzzjoni ta’ dan il-ġobon kienet issir fil-“jasseries”, binjiet tal-injam alpini li kienu jikkolonizzaw iż-żewġ xaqlibiet tal-għoljiet ta’ Forez. Il-ġobon dak iż-żmien kien isir matul l-istaġun tas-sajf, minn ħalib ta’ merħliet ta’ daqs modest, min-nisa, waqt li l-irġiel kienu jibqgħu fir-raħal u jkomplu bix-xogħol fl-għelieqi fis-sajf. L-ambjent naturali b’hekk kien jipprovdi siġar tar-raża, li ladarba jinqatgħu min-nofs u jitħaffru minn ġewwa, jiffurmaw gandotti (imsejħa chéneaux) li huma adattati perfettament għall-iskular ta’ ġobon fil-forma li jkun għadu qiegħed isir. Dawn tal-aħħar spiss kienu jinżammu sal-inżul mill-mergħa, u mbagħad kinu jinbiegħu fis-swieq tad-diversi partijiet taż-żona muntanjuża, fosthom is-suq importanti ta’ Montbrison.

Illum il-ġurnata t-trobbija tal-baqar tal-ħalib issir fil-biċċa l-kbira fil-mergħa permanenti. Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-“Fourme de Montbrison” u b’mod partikolari r-ragħa obbligatorju matul il-perjodu meta dan ikun possibbli, ir-razzjon ibbażat fuq l-użu tal-ħaxix u kif ukoll il-limitazzjoni tal-ħżin tal-qamħirrum fis-silo jagħtu valur lil din ir-riżorsa naturali.

L-iskema teknoloġika tal-“Fourme de Montbrison”, li ntirtet mit-teknika tal-antenati, għandha l-valur ta’ għarfien lokali, li timplimenta:

Tħawwid adattat li huwa marbut mad-daqs ta’ bċejjeċ tal-baqta’ ridotti, b’wisa’ ta’ bejn 0,5 cm u 1 cm,

Tmelliħ fil-massa, u tmelliħ estern imnaqqas,

It-teknika ferm partikolari tal-iskular supplimentari f’gandott tal-injam tar-raża.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Fourme de Montbrison”, li huwa ġobon b’polpa bil-vini b’riħa fina u tfuħ, ippreżentat fl-forma ta’ ċilindru b’tul ta’ bejn 17 u 21 ċm u dijametru ta’ bejn 11,5 u 14,5 ċm u huwa imlibbes b’qoxra fl-oranġo, għandu polpa b’fetħiet żgħar u karattru ta’ “ġobon tat-tursina” sottili li jagħtih ċerta ħlewwa.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

L-oriġini tal-karatteristiċi speċifiċi tal-“Fourme de Montbrison” jinsabu fl-użanzi ta’ produzzjoni tal-ħalib u ta’ manifattura partikolari.

Il-produzzjoni tal-ħalib tistrieħ fuq ir-rikkezza tal-mergħat tal-għoljiet ta’ Forez u tikkontribwixxi għat-togħma fina u tfuħ tal-“Fourme de Montbrison”.

Il-forma relattivament żgħira tiegħu hija marbuta mal-oriġini tiegħu: merħliet ta’ daqs żgħir bi produzzjoni żgħira ta’ ħalib u produzzjoni min-nisa.

It-togħma pjuttost ħelwa tal-“Fourme de Montbrison” hija marbuta mal-qtugħ fin tal-biċċiet tal-baqta’. Dan id-daqs żgħir tal-biċċiet tal-baqta’ jiġġenera fetħiet ta’ dimensjoni żgħira fil-polpa, biex b’hekk ikun illimitat l-iżvilupp tal-moffa tal-Penicillium roqueforti, li huwa aktar dgħajjef minn f’ġobniet oħrajn tat-tursina.

Il-lewn oranġo tal-qoxra tiegħu, li huwa daqstant partikolari, huwa influwenzat mit-tekniki tat-tmelliħ, li jiffavorixxu l-implantazzjoni ta’ flora superfiċjali. L-iżvilupp tal-flora superfiċjali jinżamm ukoll mill-iskular f’gandott tal-injam tar-raża. Effettivament, il-gandotti tal-injam huma kontenitur tal-flora superfiċjali u jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp ta’ dik il-flora biex b’hekk jiġi evitat tnixxif wisq malajr tal-qoxra.

It-tekniki ta’ tmelliħ jagħmlu wkoll il-“Fourme de Montbrison” ġobon inqas mielaħ mill-ġobnijiet l-oħrajn tat-tursina.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCFourmeDeMontbrison.pdf


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Issostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2013

tat-28 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Peras de Rincón de Soto (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Peras de Rincón de Soto”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2004 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha tkun approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.

(2)   ĠU L 116, 22.4.2004, p. 5.

(3)   ĠU C 177, 22.6.2013, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

SPANJA

Peras de Rincón de Soto (DPO)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2013

tat-28 ta’ Novembru 2013

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jamón de Trevélez (IGP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta "Jamón de Trevélez", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1855/2005 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tal-istess Regolament, l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.

(2)   ĠU L 297, 15.11.2005, p. 5.

(3)   ĠU C 179, 25.6.2013, p. 40.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.2   Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

SPANJA

Jamón de Trevélez (PGI)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2013

tat-28 ta’ Novembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ternera Gallega (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2),

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Kiwi de l’Adour”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)   ĠU C 182, 27.6.2013, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

SPANJA

Ternera Gallega (IĠP)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2013

tad-29 ta’ Novembru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tal-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru li hemm referenza għalih hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1.


ANNESS

Nru

68/TQ39

Stat Membru

Franza

Stokk

PLE/7FG.

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

VIIf u VIIg

Data tal-għeluq

18.11.2013


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2013

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Českobudějovické pivo (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tar-Repubblika Ċeka biex tiġi approvata emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Českobudějovické pivo”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bl-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni Ewropea (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (4).

(3)

Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha tkun approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(4)   ĠU C 134, 14.5.2013, p. 54.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fil-Parti I tal-Anness I, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.1.   Birer

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Českobudějovické pivo (IĠP)


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2013

tat-3 ta’ Diċembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiċi fir-reġistri tal-qasam tal-inbid.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), (1) u b’mod partikulari t-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 121 u l-Artikolu 185c(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009, (2) il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV) emendat il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti prattiċi enoloġiċi li huma diġà awtorizzati fl-Unjoni Ewropea. Sabiex jitqies il-progress tekniku u biex il-produtturi mill-Unjoni jingħataw l-istess possibbiltajiet bħal dawk disponibbli għall-produtturi minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ dawn il-prattiċi enoloġiċi jiġu emendati fl-Unjoni abbażi tal-kundizzjonijiet tal-użu definiti mill-OIV.

(2)

L-OIV adottat prattiki enoloġiċi ġodda. Sabiex jitqies il-progress tekniku u biex il-produtturi mill-Unjoni jingħataw il-possibiltajiet ġodda disponibbli għall-produtturi minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li dawn il-prattiċi enoloġiċi ġodda jiġu awtorizzati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti mill-OIV.

(3)

Ċerti prattiċi enoloġiċi huma partikolarment esposti għar-riskju ta’ użu qarrieqi u għandhom jiġu indikati fir-reġistri u d-dokumenti ta’ akkumpanjament skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 (3). Rekwiżiti b’rabta ma’ prattiċi bħat-trattament tal-membrana jispeċifikaw li dawn il-prattiċi għandhom jitniżżlu fir-reġistri skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 436/2009. Ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 436/2009 għandhom jiġu emendati sabiex jitqiesu l-prattiċi enoloġiċi ġodda awtorizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 436/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju stabbilit permezz tal-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 606/2009

L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 436/2009

Fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009, jiżdied il-punt (w) li ġej:

“(w)

il-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 479/2008 fir-rigward tar-reġistru tal-vinji, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji u l-ġbir ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).


ANNESS

L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-Ringiela 6 hija emendata kif ġej:

(i)

Fil-kolonna 1, jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

żieda ta’ awtolisati tal-ħmira.”

(ii)

Fil-kolonna 2, għandu jiżdied it-test li ġej:

“Bl-għeneb frisk, bil-most tal-għeneb, bil-most parzjalment iffermentat, bil-most parzjalment iffermentat miksub minn għeneb imqadded, bil-most ikkonċentrat, u bl-inbid ġdid li għadu jiffermenta biss.”

(b)

Fir-Ringiela 10, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

proteini tal-pjanti mill-qamħ, mill-piżelli u l-patata.”

(c)

jiżdiedu r-ringieli 51 u 52 li ġejjin:

“51

L-użu ta’ ħmira inattiva

 

 

52

Il-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana

Għall-prodotti ddefiniti fil-paragrafi 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 15 u 16 tal-Anness XIb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ħlief għaż-żieda tad-diossidu tal-karbonju għall-prodotti ddefiniti fil-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dak l-Anness”

 

(2)

L-Appendiċi 18 li ġej huwa miżjud:

“Appendiċi 18

Ir-rekwiżiti għall-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana

Il-ġestjoni ta’ gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana huwa metodu fiżiku għall-ġestjoni ta’ konċentrazzjonijiet tal-gass maħlul fl-inbid bl-użu ta’ kuntatturi tal-membrana (membrani idrofobiċi) u gassijiet użati fl-enoloġija.

REKWIŻITI

(1)

Din it-teknika tista’ tintuża minn tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika sal-imballaġġ biex tieħu post l-użu ta’ apparat għat-tbaqbiq jew sistemi tat-tip venturi.

(2)

Din il-prattika għandha titwettaq mill-enoloġista jew tekniku kkwalifikat.

(3)

It-trattament għandu jitniżżel fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 185c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Il-membrani li jintużaw għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.”

4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1252/2013

tat-3 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,1

MA

61,3

TN

66,1

TR

82,3

ZZ

64,0

0707 00 05

AL

47,7

EG

200,0

MA

152,9

TR

135,0

ZZ

133,9

0709 91 00

EG

200,0

ZZ

200,0

0709 93 10

MA

133,9

TR

138,7

ZZ

136,3

0805 10 20

AR

28,7

AU

88,3

TR

56,3

UY

36,0

ZA

58,6

ZZ

53,6

0805 20 10

AU

135,6

MA

67,5

PE

131,0

TR

100,8

ZA

150,1

ZZ

117,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

59,5

PE

74,3

SZ

43,6

TR

65,5

UY

92,4

ZZ

67,1

0805 50 10

TR

84,1

ZZ

84,1

0808 10 80

AU

125,0

BA

42,7

MK

29,8

NZ

160,5

US

133,8

ZA

93,6

ZZ

97,6

0808 30 90

TR

123,3

US

205,7

ZZ

164,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/33


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Novembru 2013

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/004 ES/ComunidadValenciana materjali tal-bini minn Spanja)

(2013/708/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

Spanja bagħtet applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG, fir-rigward tas-sensji li ngħataw f’140 intrapriża li joperaw fit-Taqsima 23 tan-NACE Reviżjoni 2 (“Manifattura ta’ prodotti oħra minerali mhux metalliċi”) fir-reġjun NUTS 2 tal-Comunidad Valenciana (ES52), fit-22 ta’ Mejju 2013 u ssupplimentat din l-applikazzjoni b’informazzjoni addizzjonali sas-17 ta’ Lulju 2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta’ EUR 840 000.

(4)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 840 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJON

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li tawtorizza lil laboratorju fl-Istati Uniti tal-Amerika jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija

(notifikata bid-dokument C(2013) 8365)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/709/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 lli taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) f’Nancy, Franza (integrata mill-1 ta’ Lulju 2010 fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail, ANSES), bħala l-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tkun segwita l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija.

(2)

Dik id-Deċiżjoni tipprevedi wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija.

(3)

Wara in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fl-ittestjar annwali tal-profiċjenza organizzata mill-ANSES fl-2012, l-awtorizzazzjoni mogħtija fl-20 ta’ Novembru 2002 skont id-Deċiżjoni 2000/258/KE lil-Laboratorju tal-Analiżi tal-Ikel u Dijanjostiku VETCOM, f’Fort Sam Houston, ġiet irtirata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE (2).

(4)

L-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika ressqet applikazzjoni għal approvazzjoni mill-ġdid għal-Laboratorju tal-Analiżi tal-Ikel u Dijanjostiku VETCOM, f’Fort Sam Houston, li hija appoġġjata minn rapport ta’ evalwazzjoni favorevoli stabbilit għal dak il-laboratorju mill-ANSES, bid-data tas-16 ta’ Settembru 2013.

(5)

L-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika kienet ukoll informat uffiċjalment lill-Kummissjoni li nbidel l-isem tal-laboratorju.

(6)

Għaldaqstant, dak il-laboratorju għandu jkun awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija fil-klieb, il-qtates u l-inmsa.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju li ġej hu awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

DoD Food Analysis & Diagnostic Laboratory

2899 Schofield Road

JBSA Fort Sam Houston, TX 78234

United States of America

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta’ profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).


4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2013) 8377)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/710/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji [Aġenzija Ferrovjarja Ewropea] (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ‘il quddiem, “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (minn hawn ‘il quddiem, it-“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u li tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta’ dak il-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrivedi t-TSI ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku”.

(3)

L-Appendiċi A tat-TSIs attwali dwar l-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku jirreferi għar-regoli operazzjonali tal-verżjoni 2 tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS — European Railway Traffic Management System) li ġew żviluppati fuq il-bażi tal-verżjoni 2.3.0.d tal-Ispeċifikazzjonijiet tar-Rekwiżiti tas-Sistema (SRS — System Requirements Specifications) tas-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS — European Train Control System).

(4)

Il-verżjonijiet attwali tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS/ETCS huma l-“Baseline 2” u l-“Baseline 3”. Il-verżjoni tal-“prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS” li tikkorrispondi mal-“ERTMS/ETCS Baseline 3” hija l-verżjoni 3. Dan irid jintwera fit-TSIs dwar l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku.

(5)

Fil-5 ta’ Lulju 2012, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni (ERA/REC/05-2012/INT-ERTMS) biex taġġorna l-verżjoni tal-“prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS” imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE tal-14 ta’ Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (5).

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2012/757/UE teħtieġ tiġi emendata.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/757/UE (OPE TSI) tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Appendiċi A

ERTMS/ETCS and ERTMS/GSM-R operating rules

Ir-regoli operazzjonali għall-ERTMS/ETCS u ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-Dokument Tekniku “Prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS — verżjoni 3” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (www.era.europa.eu).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)   ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 345, 15.12.2012, p. 1.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/37


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Diċembru 2013

dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/711/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Ġew adottati diversi miżuri bħala parti minn strateġija globali biex titnaqqas il-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-ambjent, fl-għalf u fl-ikel.

(2)

Il-livelli massimi għad-diossini u għat-total tad-diossini u tal-PCBs simili għad-diossini ġew stabbiliti għall-għalf permezz tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u għall-ikel permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2).

(3)

Sabiex jistimulaw approċċ proattiv biex titnaqqas il-preżenza tad-diossini u tal-PCBs simili għad-diossini fl-ikel, il-livelli ta’ azzjoni għad-diossini u għall-PCBs simili għad-diossini fl-ikel ġew stipulati permezz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/516/UE (3) u għad-diossini u għall-PCBs simili għad-diossini fl-għalf permezz tad-Direttiva 2002/32/KE.

(4)

Il-livelli ta’ azzjoni huma għodda għall-awtoritajiet u l-operaturi kompetenti biex jenfasizzaw dawk il-każijiet fejn jixraq li jidentifikaw is-sors ta’ kontaminazzjoni u jieħdu miżuri biex inaqqsuh jew jeliminawh.

(5)

Minħabba li s-sorsi tad-diossini u tal-PCBs simili għad-diossini huma differenti, jixraq li jkunu determinati livelli ta’ azzjoni separati għad-diossini minn naħa u għall-PCBs simili għad-diossini min-naħa l-oħra.

(6)

Issa jixraq li jiġi rakkomandat li l-preżenza ta’ diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini fil-bajd tat-tiġieġ imrobbija barra, fil-bajd organiku, fil-fwied tal-ħaruf u tan-nagħaġ, fil-granċijiet Chinese mitten, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fit-tafal li jintuża bħala suppliment tal-ikel ikun soġġett għal aktar monitoraġġ.

(7)

Barra minn hekk, jixraq li jiġi speċifikat li l-livelli ta’ azzjoni espressi abbażi tal-prodott jirreferu għal toqol imxarrab.

(8)

Ir-Rakkomandazzjoni 2011/516/UE għandha għaldaqstant tiġi sostitwita b’Rakkomandazzjoni ġdida.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ aleatorju tal-preżenza tad-diossini, tal-PCBs simili għad-diossini u tal-PCBs mhux simili għad-diossini fl-għalf u fl-ikel, b’mod proporzjonat għall-produzzjoni, l-użu u l-konsum tagħhom ta’ ikel u għalf.

2.

Minbarra l-monitoraġġ imsemmi fil-punt 1, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw speċifikament il-preżenza tad-diossini, tal-PCBs simili għad-diossini u tal-PCBs mhux simili għad-diossini f’dawn il-prodotti li ġejjin:

(a)

bajd tat-tiġieġ imrobbija barra u bajd organiku;

(b)

fwied tan-nagħaġ u tal-ħaruf;

(ċ)

Granċijiet Chinese mitten, fir rigward ta’:

(i)

laħam tal-muskoli mill-appendiċi (separatament),

(ii)

laħam kannella (separatament),

(iii)

il-prodott totali (b’kalkolu li jqis il-livelli li jinsabu fil-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u fil-laħam kannella u l-proporzjon relattiv tagħhom).

(d)

ħxejjex aromatiċi mnixxfin (għalf u ikel);

(e)

tafal mibjugħ bħala suppliment tal-ikel.

3.

F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/32/KE u tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, u f’każijiet fejn jinstabu livelli ta’ diossini u/jew PCBs simili għad-diossini aktar mil-livelli ta’ azzjoni speċifikati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fir-rigward tal-ikel u fl-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE fir-rigward tal-għalf, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-operaturi:

(a)

iniedu l-investigazzjonijiet biex jidentifikaw is-sors tal-kontaminazzjoni,

(b)

iwettqu miżuri biex inaqqsu jew jeliminaw is-sors tal-kontaminazzjoni.

4.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) id-dejta kollha dwar l-okkorrenza tad-diossini, tal-PCBs simili għad-diossini u tal-PCBs mhux simili għad-diossini fl-għalf u fl-ikel. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet tagħhom, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-miżuri meħuda biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 2011/516/UE.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/516/UE tat-23 ta’ Awwissu 2011 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel (ĠU L 218, 24.8.2011, p. 23).


ANNESS

Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Diossini + furani (WHO-TEQ)” tfisser it-total ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs), espress bħala l-ekwivalent tossiku tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bl-użu tal-fatturi ta’ ekwivalenza tossika tal-WHO (WHO–TEFs)).

(b)

“PCBs simili għad-diossini (WHO-TEQ)” tfisser it-total ta’ bifenili poliklorinati (PCBs), espressa bħala l-ekwivalent tossiku tal-WHO bl-użu tal-WHO-TEFs.

(ċ)

“WHO-TEFs” tfisser il-fatturi ta' ekwivalenza tossika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-evalwazzjoni tar-riskju għall-bniedem ibbażata fuq il-konklużjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) - il-laqgħa tal-esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sikurezza Kimika (IPCS) li saret Ġinevra f'Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006)).

Ikel

Livell ta' azzjoni għad-diossini + furani (WHO-TEQ) (1)

Livelli ta' azzjoni għall-PCBs simili għad-diossini (WHO-TEQ) (1)

Laħam u prodotti tal-laħam (ħlief il-ġewwieni li jittiekel) (2) tal-annimali li ġejjin

 

 

annimali bovini u nagħaġ

1,75 pg/g xaħam (3)

1,75 pg/g xaħam (3)

tjur

1,25 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

ħnieżer

0,75 pg/g xaħam (3)

0,50 pg/g xaħam (3)

Xaħmijiet imħallta

1,00 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

Laħam tal-muskoli ta’ ħut imrobbi u prodotti ta’ ħut imrobbi

1,50 pg/g piż imxarrab

2,50 pg/g piż imxarrab

Ħalib nej (2) u prodotti tal-ħalib (2), inkluż ix-xaħam tal-butir

1,75 pg/g xaħam (3)

2,00 pg/g xaħam (3)

Bajd tat-tiġieġ u prodotti tal-bajd (2)

1,75 pg/g xaħam (3)

1,75 pg/g xaħam (3)

Tafal bħala suppliment tal-ikel

0,50 pg/g piż imxarrab

0,35 pg/g piż imxarrab

Frott, ħxejjex (inklużi ħxejjex aromatiċi friski) u ċereali (4)

0,30 pg/g piż imxarrab

0,10 pg/g piż imxarrab


(1)  Konċentrazzjonijiet li huma eqreb lejn valuri għoljin: Konċentrazzjonijiet li huma eqreb lejn valuri għoljin jiġu kkalkolati billi wieħed jassumi li l-valuri kollha tad-diversi konġeneri anqas mil-limitu tal-kwantifikazzjoni huma daqs il-limitu tal-kwantifikazzjoni.

(2)  Oġġetti tal-ikel elenkati f'din il-kategorija kif inhuma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(3)  Il-livelli ta' azzjoni mhumiex applikabbli għall-prodotti tal-ikel li fihom inqas minn 2 % xaħam.

(4)  Għall-frott imnixxef u l-ħxejjex imnixxfin (inklużi ħxejjex aromatiċi mnixxfin) il-livell ta’ azzjoni huwa 0,5 pg/g għad-diossini + furani u 0,35 pg/g għall-PCBs simili għad-diossini, espressi fuq il-prodott kif jinbiegħ.