ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.316.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 316

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
27 ta' Novembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013 tas-26 ta’ Novembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2013 tal-25 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni tar- Repubblika tal-Maldova fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċertu laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2013 tas-26 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2013 tas-26 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/676/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza lir-Rumanija biex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

31

 

 

2013/677/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza lil-Lussemburgu jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

33

 

 

2013/678/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tkompli tapplika miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

35

 

 

2013/679/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

37

 

 

2013/680/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Isvezja biex jestendu l-applikazzjoni ta’ miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 168, 169, 170 u 171 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

39

 

 

2013/681/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/884/KE li tawtorizza lir-Renju Unit ikompli japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

41

 

 

2013/682/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2013 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

43

 

 

2013/683/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2013 li taħtar membru Franċiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

44

 

 

2013/684/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2013 li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685/PESK tas-26 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

46

 

 

2013/686/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument C(2013) 8031)  ( 1 )

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1203/2013

tas-26 ta’ Novembru 2013

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Skont is-sentenzi tagħha tas-16 ta' Settembru 2013 fil-Kawża T-489/10 (2), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annulat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill biex Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Bushehr Shipping Co. Ltd, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Irano – Misr Shipping Co., Irinvestship Ltd, IRISL (Malta) Ltd, IRISL Club, IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., ISI Maritime Ltd, Khazar Shipping Lines, Leadmarine, Marble Shipping Ltd, Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Shipping Computer Services Co., Soroush Saramin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd u Valfajr 8th Shipping Line Co. jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Bushehr Shipping Co. Ltd, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Irano – Misr Shipping Co., Irinvestship Ltd, IRISL (Malta) Ltd, IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., ISI Maritime Ltd, Khazar Shipping Lines, Marble Shipping Ltd, Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Shipping Computer Services Co., Soroush Saramin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd u Valfajr 8th Shipping Line Co. għandhom jerġgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, abbażi ta' dikjarazzjonijiet ġodda ta' raġunijiet li jikkonċernaw kull waħda minn dawk l-entitajiet.

(4)

L-informazzjoni ta' identifikazzjoni marbuta ma' entità fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandha tiġi emendata.

(5)

Tliet entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista tal-persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012..

(6)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(2)  Sentenza tas-16 ta' Settembru 2013 fil-Każ T-489/10, Islamic Republic of Iran Shipping Lines v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea


ANNESS

I.   Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

III.   Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

37, Aseman Tower (Sky Tower), Sayyade Shirazee Square, Pasdaran Ave., PO Box 19395-1311, Tehran. Iran;

IRISL IMO Nri: 9051624; 9465849; 7632826; 7632814; 9465760; 8107581; 9226944; 7620550; 9465863; 9226956; 7375363; 9465758; 9270696; 9193214; 8107579; 9193197; 8108559; 8105284; 9465746; 9346524; 9465851; 8112990

IRISL kienet involuta fit-trasbord ta' materjal relatat mal-armi mill-Iran bi ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1747(2007). Tliet każijiet ta' ksur ċar kienu rrappurtati lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Iran tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2009.

27.11.2013

2.

Bushehr Shipping Company Limited (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 37422;

c/o Hafiz Darya Shipping Company, No. 60, Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

IMO Nru 9270658

Bushehr Shipping Company Limited hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

3.

Hafiz Darya Shipping Lines (HDSL)

(magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran.

HDSL ħadet ir-responsabbiltà bħala s-sid benefiċjarju ta' numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, HDSL qed taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

4.

Irano Misr Shipping Company

(magħrufa wkoll bħala Nefertiti Shipping)

6, El Horeya Rd., El Attarein, Alexandria, Eġittu;

Inside Damietta Port, New Damietta City, Damietta, Eġittu;

403, El NahdaSt., Port Said, Port Said, Eġittu.

Irano Misr Shipping Company bħala aġent għal IRISL fl-Eġittu tipprovdi servizzi essenzjali lil IRISL.

27.11.2013

5.

Irinvestship Ltd

10 Greycoat Place, London SW1P 1SB, Renju Unit;

Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpannija # 41101 79

Irinvestship Ltd hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

6.

IRISL (Malta) Ltd

Flat 1, 143 Tower Road, Sliema SLM 1604, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 33735

IRISL (Malta) Ltd hija fil-biċċa l-kbira proprjetà ta' IRISL, permezz ta' IRISL Europe GmbH, li min-naħa l-oħra hija proprjetà ta' IRISL. Għalhekk, IRISL Malta Ltd hija kkontrollata minn IRISL.

27.11.2013

7.

IRISL Europe GmbH (Hamburg)

Schottweg 5, 22087 Hamburg, Ġermanja;

V.A.T. Numru DE217283818

Nru tar-Reġistrazzjoni HRB 81573

IRISL Europe GmbH (Hamburg) hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

8.

IRISL Marine Services and Engineering Company

Sarbandar Gas Station PO Box 199, Bandar Imam Khomeini, Iran;

Karim Khan Zand Avenue (jew: Karimkhan Avenue), Iran Shahr Shomai (jew: Northern Iranshahr Street), No 221, Tehran, Iran;

Shahaid Rajaee Port Road, Kilometer of 8, Before Tavanir Power Station, Bandar Abbas, Iran.

IRISL Marine Services and Engineering Company hija kkontrollata minn IRISL.

27.11.2013

9.

ISI Maritime Limited (Malta)

147/1 St. Lucia Street, Valetta, Vlt 1185, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 28940

c/o IranoHind Shipping Co. Ltd., Mehrshad Street, Sedaghat St., opp. Park Mellat vali-e-asr Ave., Tehran, Iran

ISI Maritime Limited (Malta) hija kollha kemm hi proprjetà ta' Irano Hind Shipping Company li min-naħa tagħha hija fil-biċċa l-kbira tagħha proprjetà ta' IRISL. Għalhekk, ISI Maritime Limited (Malta) hija kkontrollata minn IRISL. Irano Hind Shipping Company hija indikata min-NU li hija proprjetà, li hija kkontrollata, jew li taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

10.

Khazar Shipping Lines (Bandar Anzali)

End of Shahid Mostafa, Khomeini St., Tohid Square, Bandar Anzali 1711-324, Iran, P.O. Box 43145.

Khazar Shipping Lines hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

11.

Marble Shipping Limited

(Malta)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 41949

Marble Shipping Limited

(Malta) hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

12.

Safiran Payam Darya (SAPID) Shipping Company

(magħrufa wkoll bħala Safiran Payam Darya Shipping Lines, SAPID Shipping Company)

33241 - Narenjestan 8th ST, Artesh Blvd, Aghdasieh, PO Box 19635-1116, Tehran, Iran.

Safiran Payam Darya (SAPID) ħadet ir-responsabbiltà bħala s-sid benefiċjarju ta' numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, hija qed taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

13.

Shipping Computer Services Company (SCSCOL)

No 37, Asseman, Shahid Sayyad Shirazees Ave, P.O. Box 1587553-1351, Teheran, Iran.

Shipping Computer Services Company hija kkontrollata minn IRISL.

27.11.2013

14.

Soroush Saramin Asatir (SSA)

(magħrufa wkoll bħala Soroush Sarzamin Asatir Ship Management Company, Rabbaran Omid Darya Ship Management Company, Sealeaders)

No 14 (alt. 5), Shabnam Alley, Fajr Street, Shahid Motahhari Avenue, PO Box 196365-1114, Tehran, Iran.

Soroush Saramin Asatir (SSA) topera u timmaniġġja numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, hija taġixxi f'isem IRISL u tipprovdilha servizzi essenzjali.

27.11.2013

15.

South Way Shipping Agency Co. Ltd

(magħrufa wkoll bħala Hoopad Darya Shipping Agent)

Hoopad Darya Shipping Agency Company, No 101, Shabnam Alley, Ghaem Magham Street, Tehran, Iran;

Fergħa ta' Bandar Abbas: Hoopad Darya Shipping Agency building, Imam Khomeini Blvd, Bandar Abbas, Iran;

Fergħa ta' Imam Khomieni: Hoopad Darya Shipping Agency building B.I.K. port complex, Bandar Imam Khomeini, Iran;

Fergħa ta' Khorramshahr: Flat no.2-2nd floor, SSL Building, Coastal Blvd, between City Hall and Post Office, Khorramshahr, Iran;

Fergħa ta' Assaluyeh: Opposite to city post office, no.2 telecommunication center, Bandar Assaluyeh, Iran;

Fergħa ta' Chabahar: Indirizz mhux disponibbli;

Fergħa ta' Bushehr: Indirizz mhux disponibbli.

South Way Shipping Agency Co Ltd timmaniġġja operazzjonijiet ta' terminal tal-kontejners fl-Iran u tipprovdi servizzi ta' persunal għal flotot f'Bandar Abbas f'isem IRISL. Għalhekk, South Way Shipping Agency Co Ltd qed taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

16.

Valfajr 8th Shipping Line

(magħrufa wkoll bħala Valjafr 8th Shipping Line, Valfajr)

No 119, Corner Shabnam Alley, Shoaa Square, Ghaem Magam Farahani, Tehran, Iran P.O. Box 15875/4155

Abyar Alley, Corner of Shahid Azodi St. & Karim Khan Zand Ave., Tehran, Iran;

Shahid Azodi St., Karim Khan Zand Ave., Abiar Alley, PO Box 4155, Tehran, Iran.

Valfajr 8th Shipping Line hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

II.   L-entitajiet elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

 

Iran Transfo

 

Oil Turbo Compressor Company (OTC)

 

Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) (magħrufa wkoll bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG)

III.   L-entrata għall-entità li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.

I.   Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

MASNA (Modierat Saakht Niroogahye Atomi Iran) Kumpannija Maniġerjali għall-Kostruzzjoni tal-Impjanti tal-Enerġija Nukleari

P.O. Box 14395-1359, Tehran, Iran

Subordinata għal AEOI u Novin Energy (it-tnejn indikati taħt UNSCR 1737). Involuti fl-iżvilupp tar-reatturi nukleari.

26.7.2010


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1204/2013

tal-25 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni tar- Repubblika tal-Maldova fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċertu laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli sanitarji ġenerali għall-annimali u li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni fl-Unjoni u l-intoduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman tistipola għall-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi u ċertifikazzjoni għat-tranżitu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3) jistabbilixxi li ċerti prodotti għandhom jiġu impurtati fi jew jgħaddu fi tranżitu mill-Unjoni biss minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti elenkati fit-tabella li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness I ttiegħu. Dan ir-Regolament jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertfikazzjoni veterinarja għal dawn il-prodotti. Dawk ir-rekwiżiti jqisu wkoll jekk ġewx mitluba garanziji addizzjonali minħabba l-istatus tal-mard ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti. Il-garanziji addizzjonali li magħhom iridu jkunu konformi dawk il-prodotti huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(3)

Ir-Repubblika tal-Moldova hija elenkata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (4) u għandha pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għall-bajd

(4)

Ir-Repubblika tal-Moldova talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tal-bajd u ressqet l-informazzjoni rilevanti. It-trattament termali applikat għal prodotti tal-bajd jnaqqas il-potenzjal tar-riskji tas-saħħa tal-annimali ta’ dawn il-prodotti għal livell negliġibbli. Għalhekk, huwa xieraq li dak il-pajjiż terz jiġi inkluż fil-lista stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40.


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 l-entrata għar-Repubblika tal-Moldova tiddaħħal wara l-entrata “KR — Ir-Repubblika tal-Korea”:

“MD — Ir-Repubblika tal-Moldova

MD-0

Il-pajjiż kollu

EP”

 

 

 

 

 

 

 


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1205/2013

tas-26 ta’ Novembru 2013

li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“notifika ta' bidu”), il-bidu ta’ proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

L-investigazzjoni nfetħet wara lment imressaq fil-15 ta’ Jannar 2013 minn EU ProSun Glass (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-ħġieġ solari tal-Unjoni. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-ftuħ ta’ investigazzjoni.

(3)

Wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-prodott ġie definit b'mod inkorrett fil-punt 2 tan-notifika ta’ bidu. Għaldaqstant, ġiet ippubblikata rettifika għan-notifika ta’ bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), li fiha ġie korret l-iżball żgħir.

(4)

Fis-27 ta’ April 2013, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), il-bidu ta’ proċediment parallel antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħġieġ solari li joriġina mir-RPĊ u bdiet investigazzjoni separata.

1.2.   Reġistrazzjoni

(5)

Ġiet riċevuta talba għal reġistrazzjoni ta' ħġieġ solari mill-pajjiż ikkonċernat iżda sussegwentement l-ilment ġie rtirata fit-2 ta' Ottubru 2013.

1.3.   Il-partijiet ikkonċernati

(6)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-ilmentatur, lill-produtturi l-oħrajn magħrufin tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin fir-RPĊ, lill-importaturi, lin-negozjanti, lill-utenti, lill-fornituri u lill-awtoritajiet tar-RPĊ bil-ftuħ tal-investigazzjoni. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta′ bidu. Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali dwar il-ftuħ u stednithom biex jipparteċipaw.

1.3.1.   Kampjunar

(a)   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

L-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni bħalissa tikkonsisti f’seba’ produtturi attivi, li tnejn minnhom huma SMEs. Fin-notifika ta’ bidu l-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'erba' produtturi tal-Unjoni li qabel ma nfetħet l-investigazzjoni kienu magħrufin mal-Kummissjoni li jipproduċu l-ħġieġ solari. Il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum tal-bejgħ rappreżentattiv tal-prodott simili matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-–31 ta' Diċembru 2012. Il-produtturi tal-Unjoni magħżulin għall-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar il-kampjun propost ta’ produtturi tal-Unjoni permezz ta’ nota għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll ittra lill-produtturi tal-Unjoni li tinfurmahom dwar il-kampjun propost. Fin-notifika ta’ bidu l-partijiet interessati ġew mistiedna wkoll iressqu l-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun proviżorju.

(8)

SME waħda uriet interess li tkun parti mill-kampjun ukoll. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludiha flimkien ma’ kumpanija oħra fil-kampjun minħabba s-sehem ogħla fil-volum tal-bejgħ ta’ din tal-aħħar u li tneħħi mill-kampjun il-kumpanija bl-aktar volum baxx ta’ bejgħ. Ma waslu l-ebda kummenti oħra rigward il-kampjun proviżorjament magħżul. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni żiedet żewġ kumpaniji fil-kampjun inizjalment propost u neħħiet kumpanija oħra.

(9)

Fl-aħħar nett, wara ż-żjarat ta' verifika, il-Kummissjoni ddeċidiet li tneħħi waħda mill-ħames kumpaniji fil-kampjun, billi nstab li dik il-kumpanija ma kinitx rappreżentattiva għall-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, hija kienet f’fażi ta’ bidu (li ma kienx il-każ għall-industrija tal-Unjoni meħuda bħala entità sħiħa) u għaldaqstant ix-xejra ta’ profitabbiltà ma kinitx tagħti stampa reali tal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(10)

Konsegwentemenet, hija finalment għażlet kampjun ta' erba' produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun finali jammonta għal 79 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-kampjun huwa għaldaqstant meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(11)

Tlieta mis-seba' produtturi tal-Unjoni talbu, fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-identitatjiet tagħhom jibqgħu kunfidenzjali. Huma sostnew li l-iżvelar tal-identità tagħhom jista’ jwassal għal riskju ta’ effetti negattivi sinifikanti fuq l-attivitajiet kummerċjali tagħhom. It-talba tagħhom ġiet eżaminata u nstab li kienet ġustifikata. Ġie konkluż ukoll li fid-dawl tan-numru limitat ta’ produtturi tal-Unjoni, anke l-iżvelar tal-ismijiet ta’ dawk il-produtturi tal-Unjoni li ma talbux l-anonimità seta' b'mod involontarju jwassal għall-iżvelar tal-identità tal-oħrajn. L-identità tal-kumpanija Interfloat Corporation/GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (“GMB/IF”) hija, madankollu, diġà magħrufa billi ddikjarat pubblikament li hija waħda mill-ilmentaturi.

(b)   Kampjunar tal-importaturi mhux relatati

(12)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux neċessarju u, jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati kienu mitluba jidentifikaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu informazzjoni speċifikata fin-notifika ta’ bidu.

(13)

Erba’ importaturi mhux relatati wieġbu għall-formola ta' kampjunar mehmuża man-notifika ta’ bidu, filwaqt li żewġ importaturi biss ippreżentaw it-tweġiba tal-kwestjonarju speċifika. Fid-dawl tan-numru limitat ta’ importaturi li kkooperaw, l-ikkampjunar ma tqiesx li huwa neċessarju.

(c)   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(14)

Fid-dawl tan-numru għoli ta’ produtturi esportaturi, fin-notifika ta’ bidu l-ikkampjunar kien previst għad-determinazzjoni tad-dumping, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk l-ikkampjunar hux meħtieġ, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(15)

Tnax-il produttur esportatur Ċiniż jew gruppi ta’ produtturi esportaturi, li jirrappreżentaw aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn l-Unjoni matul dan il-perjodu ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun.

(16)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta u b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta' ħames produtturi esportaturi abbażi tal-akbar kwantità rappreżentattiva ta’ esportazzjonijiet ta’ ħġieġ solari lill-Unjoni, li tista' tiġi raġonevolment investigata fiż-żmien disponibbli.

(17)

Il-partijiet kollha kkonċernati, kif ukoll l-awtoritajiet tar-RPĊ, kienu infurmati dwar il-kampjun propost u mistiedna biex jikkummentaw. Wara li analizzat il-kummenti riċevuti, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost ta’ ħames kumpaniji u l-partijiet kollha interessati kienu għalhekk infurmati dwar l-aħħar kampjun magħżul.

(18)

Sussegwentement, l-investigazzjoni wriet li ż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu esaġeraw il-bejgħ tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni u għalhekk ġew inklużi fil-kampjun għal raġunijiet mhux ġustifikati. Iż-żewġ kumpaniji għalhekk ġew esklużi mill-kampjun wara li ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni, wara li analizzat b'mod debitu l-kummenti mogħtija mill-kumpaniji, ikkonkludiet li dawn ma kinux provdew iċ-ċifri żbaljati intenzjonalment u ddeċidiet li dawn għandhom jibqgħu jitqiesu bħala partijiet li jikkooperaw skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(19)

Wara dawn l-esklużjonijiet, tqieset inklużjoni ta’ produtturi esportaturi oħra fil-kampjun. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li ż-żewġ esklużjonijiet seħħew fi stadju avvanzat tal-investigazzjoni, dan tqies bħala mhux fattibbli, minħabba li seta' jipperikola t-tlestija tal-investigazzjoni fi ħdan l-iskadenzi stipulati.

(20)

Il-kampjun rivedut ta’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi ta’ ħġieġ solari huwa għalhekk dan li ġej:

Flat Solar Glass Group Co., Ltd, u kumpaniji relatati (“Flat Glass Group”);

Xinyi PV Products (Anhui) Holdings (“Xinyi”) u n-negozjant relatat tagħha;

Zhejiang Hehe Photovoltaic Glass Technology Co., Ltd, u kumpaniji relatati (“Hehe Group”).

(21)

Il-Kummissjoni kkoreġiet il-volum tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ wara li ġiet mgħarrfa bis-sovrastima tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet taż-żewġ produtturi esportaturi (ara l-premessa (18) hawn fuq). Il-kampjun finali jammonta għal aktar minn 50 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2012 kif rapportati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Għalhekk huwa kkunsidrat rappreżentattiv f’termini ta’ volum ta’ esportazzjonijiet ta’ ħġieġ solari lejn l-Unjoni mir-RPĊ.

(d)   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(22)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kienu talbuhom kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-importaturi mhux relatati u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom kif ukoll lill-utenti li għamlu lilhom infushom magħrufin fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-notifika ta’ bidu.

(23)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand erba' produtturi esportaturi Ċiniżi, mill-produtturi tal-Unjoni magħżulin fil-kampjun, żewġ importaturi tal-Unjoni mhux relatati u mingħand 12-il utent.

(24)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għall-iskop ta’ determinazzjoni proviżorja tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta minnha u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji, jew grupp ta' kumpaniji, li ġejjin.

(a)

Produtturi tal-Unjoni

GMB/IF u kumpaniji oħra soġġetti għal trattament kunfidenzjali.

(b)

Importaturi

Vetrad NV, il-Pajjiżi l-Baxxi.

(c)

Utenti

Sunerg Solar SRL, l-Italja.

(d)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Kumpaniji fil-kampjun

Zhejiang Jiafu Glass Co., Ltd; Zhejiang Flat Mirror Glass Co., Ltd; Flat Solar Glass Group Co., Ltd; Shanghai Flat Glass Co., Ltd (“Flat Glass Group”);

Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd u Xinyi Solar (Hong Kong) Limited (“Xinyi Group”);

Zhejiang Hehe Figured Glass Co., Ltd., Zhejiang Yaohua Import and Export Co., Ltd.,), u Zhejiang Glaverbel Glass Technology Co., Ltd, Zhejiang Hehe Photovoltaic Glass Technology Co., Ltd, Hangzhou Hehe Glass Industry Co., Ltd. (“Hehe Group”).

Kumpanija soġġetta għal eżami individwali:

Henan Yuhua New Material Co. Ltd (“Henan Yuhua”).

(e)

Produttur fil-pajjiż analogu

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ fil-każ li ma jingħatax trattament ta’ ekonomija tas-suq, kif definit fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, saret żjara ta' verifika biex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi ta’ dejta mit-Turkija bħala pajjiż analogu fil-bini tal-kumpanija li ġejja:

Trakya Cam Sanayii A.Ș., it-Turkija.

1.3.2.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(25)

L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’Diċembru 2012 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(26)

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-ħġieġ solari magħmul minn ħġieġ ċatt ittemprat bil-ġir tas-soda, b'kontenut tal-ħadid ta' anqas minn 300 ppm, trażmittanza solari ta' aktar minn 88 % (mkejla skont l-AM1,5 300-2 500 nm), reżistenza għas-sħana sa 250 °C (mkejla skont l-EN 12150), reżistenza għal xokkijiet termali ta’ Δ 150 K (mkejla skont l-EN 12150) u li jkollu saħħa mekkanika ta’ 90 N/mm2 jew aktar (mkejla skont l-EN 1288-3) (“il-prodott ikkonċernat”).

(27)

(Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM ex 7007 19 80.

(28)

Il-ħġieġ solari huwa wieħed mill-komponenti għall-manifattura ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u moduli fotovoltajċi b'rita rqiqa li jipproduċu l-elettriku kif ukoll kolletturi termali ċatti li jiġġeneraw il-misħun.

2.2.   Prodott simili

(29)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat u l-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ, il-prodott manifaturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tat-Turkija, li kienet meqjusa li sservi bħala pajjiż analogu, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għaldaqstant, huma proviżorjament meqjusin li huma “prodotti simili” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar- Regolament bażiku.

2.3.   Affermazzjonijiet rigward il-firxa tal-prodott

(30)

Importatur talab l-esklużjoni ta’ ħġieġ ortikulturali għall-kostruzzjoni ta’ serer mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni, bl-argument li s-serer jużaw ħġieġ ta' daqs differenti ħafna filwaqt li l-ħġieġ solari jiġi prodott biss f’ċerti daqsijiet fissi. Barra minn hekk, l-importatur ipprovda ċertifikat li juri li parti mill-importazzjonijiet tinkludi ħġieġ b’kontenut ta’ ħadid ogħla minn 300 ppm. Konsegwentement, dik il-parti tal-ħġieġ ortikulturali importat ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni preżenti b’mod ċar.

(31)

Importatur ieħor sostna li l-ħġieġ tal-għamara li jimporta hu (użat għal xkafef tal-ħġieġ, mili bejn il-pannelli, uċuħ tal-imwejjed, pannelli ta' bibien li jiżżerżqu, prodotti ta' pannelli li jservu bħala wċuħ, eċċ.) għandu l-istess karatteristiċi tekniċi, jew simili ħafna, bħall-ħġieġ solari iżda talab li jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni peress li għandu użu aħħari differenti. Madankollu, fuq il-bażi tal-evidenza pprovduta, jidher li l-biċċa l-kbira tal-ħġieġ li jimporta ma jikkondividix il-karatteristiċi tekniċi kollha tal-ħġieġ solari kif deskritt fil-premessa (26) hawn fuq. B’mod partikolari, sitt tipi ta’ ħġieġ importat għandhom kontenut ta' ħadid ħafna ogħla minn 300 ppm, filwaqt li tip wieħed ta’ ħġieġ importat għandu kontenut ta’ ħadid inqas minn 300 ppm iżda t-trażmittanza solari tagħhom hija ferm inqas mill-minimu ta' 88 % li huwa meħtieġ biex jiġi definit bħala ħġieġ solari. L-importatur argumenta li għalkemm dawk it-tipi ta’ ħġieġ ma jissodisfawx waħda mill-karatteristiċi tekniċi tal-ħġieġ solari kif deskritt fil-premessa (26) hawn fuq, huma qegħdin jissodisfaw il-klassifikazzjoni primarja għal ħġieġ solari, jiġifieri “soda-lime-flat-glass ittemprat”. Il-Kummissjoni hija tal-fehma preliminari li dawk it-tipi ta’ ħġieġ li jissodisfaw il-karatteristiċi tekniċi kollha tal-ħġieġ solari biss jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni. Konsegwentement, ġie proviżorjament konkluż li t-tipi ta’ ħġieġ imsemmijin hawn fuq u importati minn dan l-importatur partikolari jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni.

(32)

Madankollu, xi tipi ta’ ħġieġ ortikulturali u tal-għamara li jista’ jkollhom karatteristiċi tekniċi simili għall-ħġieġ solari f’dan l-istadju jibqgħu fl-ambitu tal-prodott ikkonċernat bili jistgħu potenzjalment jintużaw bħala ħġieġ solari.

(33)

L-importatur argumenta wkoll li l-ħġieġ float għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott billi għandu proċess ta’ produzzjoni differenti minn ħġieġ mibrum li l-importatur jipperċepixxi bħala l-uniku tip ta’ ħġieġ solari. Barra minn hekk, ladarba l-prodotti tal-ħġieġ float għad-dar allegatament ma jistgħux jissostitwixxu l-prodotti tal-ħġieġ solari, ġie argumentat li l-ħġieġ float ma għandux jitqies bħala prodott simili u għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni hija tal-fehma preliminari li l-ħġieġ float ma jistax jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni billi jikkonforma mal-karatteristiċi tekniċi kollha li jinsabu fil-premessa (26) hawn fuq. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-ħġieġ float jista' jintuża b'mod ċar bħala ħġieġ solari u huwa prodott kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-esportaturi Ċiniżi. Konsegwentement, ġie proviżorjament konkluż li l-ħġieġ float jibqa’ fl-ambitu tal-investigazzjoni.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”)

(34)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet tal-antidumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-valur normali jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(35)

Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

(1)

id-deċiżjonijiet tan-negozju jsiru bħala reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-kosti jirriflettu l-valuri tas-suq;

(2)

id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords kontabilistiċi bażiċi, li jiġu vverifikati b’mod indipendenti, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-iskopijiet kollha;

(3)

ma hemmx distorsjonijiet sinifikanti trasferiti mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4)

il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jipprovdu ċ-ċertezza u l-istabilità ġuridika; u

(5)

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq.

(36)

Għaxar kumpaniji li jikkooperaw talbu TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għal-formola ta’ talba għal TES fl-iskadenzi mogħtija. Skont l-Artikolu 2(7)(d) tar-Regolament bażiku, twettqet verifika tat-TES għall-kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjun kif ukoll għall-kumpanija li ngħatat eżami individwali (ara l-premessa (48) hawn taħt).

(37)

Minn dan isegwi li d-determinazzjoni tat-TES saret fir-rigward tal-erba’ kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji li ġejjin.

Kumpaniji fil-kampjun

Zhejiang Jiafu Glass Co., Ltd; Zhejiang Flat Mirror Glass Co., Ltd; Flat Solar Glass Group Co., Ltd; Shanghai Flat Glass Co., Ltd (“Flat Glass Group”);

Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd u Xinyi Solar (Hong Kong) Limited (“Xinyi Group”);

Zhejiang Hehe Figured Glass Co., Ltd., Zhejiang Yaohua Import and Export Co., Ltd.,), u Zhejiang Glaverbel Glass Technology Co., Ltd, Zhejiang Hehe Photovoltaic Glass Technology Co., Ltd, Hangzhou Hehe Glass Industry Co., Ltd. (“Hehe Group”).

Kumpanija soġġetta għal eżami individwali

Henan Yuhua New Materials Co. Ltd (“Henan Yuhua”).

(38)

Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja u vverifikat l-informazzjoni kollha ppreżentata fit-talbiet għal TES fil-bini tal-kumpaniji inkwistjoni.

(39)

Fil-każ ta’ partijiet relatati, il-Kummissjoni teżamina jekk il-grupp ta’ kumpaniji relatati, kumplessivament, jissodisfax il-kundizzjonijiet għal TES. Għalhekk, f’każijiet fejn kumpanija sussidjarja jew kwalunkwe kumpanija oħra relatata mal-applikant fir-RPĊ tkun involuta, direttament jew indirettament, fil-produzzjoni jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, l-eżaminazzjoni tat-TES issir fir-rigward ta’ kull kumpanija b’mod individwali, kif ukoll fir-rigward tal-grupp ta’ kumpaniji b’mod ġenerali.

(40)

Għaldaqstant, ġew investigati t-talbiet għal TES ta’ erba’ produtturi esportaturi (gruppi ta’ kumpaniji), magħmula minn ħdax-il entità ġuridika.

(41)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-erba’ produtturi esportaturi (gruppi ta’ kumpaniji) kollha li talbu TES naqsu milli juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(42)

Aktar speċifikament, tliet produtturi esportaturi naqsu milli juru, individwalment jew bħala grupp, li kellhom sett wieħed ta’ sett ċar ta’ kontijiet li kienu awditjati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u għalhekk ma ssodisfawx il-kriterju 2 tat-TES.

(43)

Barra minn hekk, l-erba’ produtturi esportaturi kollha, individwalment jew bħala grupp, naqsu milli juru li ma kinux soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti trasferiti mis-sistema ekonomika mhux tas-suq. Għaldaqstant, dawn il-kumpaniji, jew grupp ta’ kumpaniji, ma ssodisfawx il-kriterju 3 tat-TES. B’mod aktar speċifiku, l-erba’ produtturi esportaturi kollha, jew gruppi ta’ produtturi esportaturi, ibbenefikaw minn reġimi ta’ taxxa preferenzjali.

(44)

Barra minn hekk, wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi wkoll ma ssodisfax il-kriterju 3 fuq il-bażi li diversi kumpaniji fi ħdan il-grupp, minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tagħhom, kisbu finanzjament sinifikanti matul il-PI (u qabel) b’rati li, f'kundizzjonijiet normalment prevalenti f’ekonomija tas-suq, ikunu riservati għal kumpaniji finanzjarjament b’saħħithom. Grupp ieħor ta’ produtturi esportaturi wkoll ma ssodisfax il-kriterju 3 fuq il-bażi tal-fatt li kumpaniji fi ħdan il-grupp xtraw gass naturali b’rata mnaqqsa minn fornitur statali.

(45)

Il-Kummissjoni żvelat ir-riżultati tal-investigazzjoni tat-TES lill-kumpaniji kkonċernati, lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lill-ilmentatur u stednithom biex jikkumentaw.

(46)

Il-kummenti li waslu ma kinux tali li jbiddlu s-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni. Wara li kkonsultat lill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(7)(c), l-applikanti kollha ġew individwalment u formalment notifikati, fit-13 ta’ Settembru 2013, bid-determinazzjoni finali tal-Kummissjoni fir-rigward tat-talbiet tat-TES rispettivi tagħhom.

(47)

Għaldaqstant, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw jew gruppi ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ li kienu talbu għal TES ma seta' juri li jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku u għaldaqstant it-talbiet tagħhom għal TES ġew rifjutati.

3.2.   Eżami individwali

(48)

Wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li oriġinarjament kien inkluż fil-kampjun iżda sussegwentement ġie eskluż (ara l-premessa (18)) — kien talab għal eżami individwali, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, jekk ma jiġix inkluż fil-kampjun. Wara l-esklużjoni tiegħu mill-kampjun u fid-dawl tal-fatt li kienet diġà seħħet żjara ta’ verifika tat-TES (ara l-premessa (37) hawn fuq), kien tqies li dan ma jkunx ta’ piż bla bżonn li din il-kumpanija tingħata eżami individwali (“EI”). L-ebda produttur esportatur ieħor li ma kienx inkluż fil-kampjun ma talab għal EI.

3.3.   Valur normali

3.3.1.   Għażla tal-pajjiż analogu

(49)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fin-notifika ta’ bidu l-Kummissjoni pprevediet li l-valur normali għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq jew, jekk ma jinstabx pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xierqa, il-valur normali għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Qabel jirrikorru għall-prezzijiet tal-Unjoni, il-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltajiet kollha biex tagħżel pajjiż analogu xieraq.

(50)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-għażla ta’ pajjiż analogu u dwar l-użu ta’ prezzijiet tal-Unjoni.

(51)

Waslu kummenti mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Esportazzjoni/Importazzjoni ta' Prodotti Industrijali Żgħar u Prodotti Artistiċi u Artiġjanali (“CCCLA”), minn importatur mhux relatat, kif ukoll minn żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, u kollha kemm huma kkontestaw l-użu tal-prezzijiet tal-Unjoni biex ikun stabbilit il-valur normali. It-Turkija u l-Indja tressqu bħala pajjiżi analogi xierqa.

(52)

Sadanittant, sabiex tinvestiga l-possibbiltajiet kollha biex tagħżel pajjiż analogu xieraq, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu identifikaw ħdax-il pajjiż terz b’ekonomija tas-suq bi produzzjoni possibbli ta’ ħġieġ solari u, fuq il-bażi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, stiednu 24 kumpanija f’dawk il-pajjiżi biex jikkooperaw mal-Kummissjoni. Dawn il-pajjiżi kienu: l-Awstralja, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġappun, l-Arabja Sawdija, l-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Istati Uniti tal-Amerika.

(53)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, apparti mir-RPĊ u l-Unjoni, l-Indja u t-Turkija biss jipproduċu l-prodott simili. Sabiex tagħmel valutazzjoni xierqa tal-idoneità tat-Turkija u tal-Indja bħala pajjiżi analogi xierqa, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni rigward il-prodott simili u b’mod aktar speċifiku, l-għadd ta’ produtturi, id-daqs tas-suq domestiku, il-livell tal-importazzjonijiet u l-importanza tal-kummerċ u l-ostakoli mhux kummerċjali fiż-żewġ pajjiżi. Madankollu, kumpanija waħda biss mit-Turkija resqet u esprimiet ir-rieda tagħha li tikkoopera mal-Kummissjoni minkejja l-ħafna sforzi li saru mill-Kummissjoni biex tirċievi kooperazzjoni anke minn produtturi fl-Indja.

(54)

It-Turkija hija pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Id-dazji tal-importazzjoni applikabbli għall-prodott simili huma 3 % tal-MFN. Minħabba l-Unjoni Doganali bejn it-Turkija u l-UE, id-dazji tal-importazzjoni applikabbli bilateralment huma 0 %. Ma jidher li hemm l-ebda dazji jew ostakoli mhux kummerċjali sinifikanti oħrajn rigward il-prodott simili.

(55)

Skont il-produttur Tork li esprima r-rieda tiegħu li jikkoopera fl-investigazzjoni, din hija l-unika kumpanija li tipproduċi l-prodott simili fit-Turkija. Il-kumpanija għandha produzzjoni sinifikanti u tesporta kif ukoll tbigħ il-prodott simili domestikament u l-kwantità tal-esportazzjoni hija ogħla mill-kwantità mibjugħa domestikament.

(56)

Minkejja n-nuqqas ta’ ostakli kummerċjali u mhux kummerċjali ma kien hemm kważi l-ebda importazzjoni ta’ ħġieġ solari fis-suq Tork matul il-PI. Fl-istess ħin, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li l-produttur li kkoopera mill-pajjiż analogu kien qed jagħmel profitt raġonevoli u mhux eċċessiv matul il-PI.

(57)

Fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq u b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni kollha disponibbli f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, it-Turkija intgħażlet proviżorjament bħala pajjiż analogu skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Valur normali

(58)

Fid-dawl tal-fatt li t-talbiet kollha għal TES ġew miċħuda, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(59)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ tal-prodott simili fit-Turkija lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur Tork li kkoopera kien sar fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Tork meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

(60)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk dan il-bejgħ setax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli meta l-prezz tal-unità kien ugwali għall-kost tal-produzzjoni jew ogħla minnu. B'hekk ġie ddeterminat il-kost tal-produzzjoni tal-produttur Tork matul il-PI.

(61)

Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku tat-tip inkwistjoni kien ogħla mill-kost u l-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta’ dak it-tip kien daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta' prodott, ġie kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet domestiċi attwali tal-bejgħ kollu tat-tip tal-prodott inkwistjoni, irrispettivament minn jekk il-bejgħ kienx profittabbli jew le.

(62)

Meta l-volum ta’ bejgħ profitabbli ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-prezz medju ponderat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tip magħmul matul il-PI.

(63)

Fir-rigward tat-tipi ta’ prodott li ma kinux profittabbli, il-valur normali ġie stabbilit bl-użu tal-kost tal-manifattura tal-produttur Tork flimkien ma' SG&A u l-profitt għat-tipi ta’ prodotti tal-produttur Tork li huma profittabbli.

(64)

Minħabba n-nuqqas ta’ teknoloġija tal-kisi applikata fuq il-ħġieġ solari prodott fit-Turkija matul il-PI u billi l-ebda ħġieġ solari Tork ma ġie prodott bl-użu ta’ proċess ta’ produzzjoni float, ma kien hemm l-ebda bejgħ ta' diversi tipi ta' prodotti fis-suq domestiku Tork Għaldaqstant, għat-tipi ta' prodotti li ma nbiegħux fit-Turkija matul il-PI iżda ġew esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni, il-valur normali kellu jinħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-kosti tal-manifattura tal-produttur analogu Tork flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-kosti ta’ bejgħ, kosti ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u għall-profitt. Il-kost tal-kisi u l-kost tal-proċess ta' produzzjoni float kienu bbażati fuq id-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni.

3.4.   Prezzijiet tal-esportazzjoni

(65)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew li huma pagabbli għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.5.   Tqabbil

(66)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-prezzijiet individwali mill-fabbrika tal-esportaturi inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-produttur tal-pajjiż analogu jew mal-valur normali maħdum kif xieraq.

(67)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(68)

Fuq din il-bażi, fil-każijiet kollha fejn intwera li tiġi affettwata l-paragunabbiltà tal-prezzijiet, saru aġġustamenti għall-kosti tat-trasport, tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni, għall-kosti tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u l-kosti anċillari, għad-dazji fuq l-esportazzjonijiet u għall-kummissjonijiet.

3.6.   Marġini ta’ dumping

(69)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili fit-Turkija kien imqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tat-tip ta' prodott korrispondenti, kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(70)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-marġinijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi fil-kampjun għal dak mogħti EI ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali maħdum medju ponderat għal kull tip ta' prodott tal-prodott simili stabbilit fit-Turkija, mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat ta' kull kumpanija, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(71)

Il-marġni medju ponderat tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġini stabbiliti għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(72)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni fir-RPĊ. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-proporzjon tal-volum ta' esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkoperaw lejn l-Unjoni lejn volum totali ta’ esportazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni rrapportat fl-ilment (ara l-premessa (15) hawn fuq).

(73)

Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa għoli minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw jikkostitwixxu aktar minn 80 % tat-total ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping residwali applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ ġie stabbilit fuq livell li jikkorrispondi għall-ogħla marġini ta’ dumping misjub għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun.

(74)

Il-marġinijiet ta’ dumping proviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

 

Isem il-kumpanija

Marġini ta’ dumping proviżorju

Kumpaniji fil-kampjun

Flat Glass Group

86,2  %

Hehe Group

75,3  %

Xinyi Group

74,0  %

Kumpanija b’marġni individwali ta’ dumping

Henan Yuhua

31,9  %

Kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li għalihom se japplika kampjun medju

 

79,8  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

 

86,2  %

4.   ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(75)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tmien produtturi fl-Unjoni matul il-PI. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għalihom bħala “l-industrija tal-Unjoni”.

(76)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, id-dejta makroekonomika pprovduta mill-assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Unjoni (Glass for Europe) u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-PI. Billi l-ħġieġ solari huwa importat fl-Unjoni taħt l-intestatura doganali 7007 19 80 – Oħrajn - Ħġieġ għas-sigurtà laminat, li jkopri prodotti oħra mhux soġġetti għall-investigazzjoni preżenti, ma setgħetx tintuża l-Eurostat biex jiġu determinati l-volumi u l-valuri tal-importazzjonijiet. Il-volumi u l-valuri tal-importazzjonijiet kienu bbażati fuq id-dejta provduta mill-ilmentatur u l-assoċjazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Meta possibbli, id-dejta ġiet kontroverifikata mat-tweġibiet tal-kwestjonarju. Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata għal madwar 21 734 000 m2 waqt il-PI.

(77)

Kif ġie spjegat fil-premessa (10) hawn fuq, intgħażlu erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 79 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(78)

Waqt l-investigazzjoni nstab li ebda produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma kienet destinata għal użu ristrett.

(79)

Għaldaqstant, għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni ma hemm l-ebda ħtieġa li ssir analiżi distintiva tal-bejgħ ristrett.

4.3.   Konsum mill-Unjoni

(80)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ totali tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni, wara li jitnaqqsu l-esportazzjonijiet tagħhom, u jiżdiedu l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. Kif spjegat fil-premessa (76) hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni kien ibbażat fuq id-dejta provduta mill-ilmentatur u l-assoċjazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (Glass for Europe) u, fejn possibbli, kontroverifikat mat-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(81)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (1 000  m2)

 

2009

2010

2011

PI

Konsum totali tal-Unjoni

19 440

28 504

35 258

29 040

Indiċi

100

147

181

149

Sors: Glass for Europe u l-ilmentatur

(82)

Fil-perjodu kkunsidrat, il-konsum totali tal-Unjoni żdied b’49 % bejn l-2009 u l-PI, iżda naqas fil-PI meta mqabbel mal-2011. F’termini globali l-konsum tal-Unjoni tal-ħġieġ solari żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-livell tal-2009. Dan huwa prinċipalment minħabba ż-żieda fil-konsum tal-prodotti finali, b’mod partikolari l-moduli solari (ara l-premessa (142) hawn taħt).

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat

(83)

L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum tal-importazzjonijiet (1 000  m2) u s-sehem mis-suq

 

2009

2010

2011

PI

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (1 000  m2)

1 200

2 050

6 150

8 350

Indiċi

100

171

513

696

Sehem mis-suq

6,2  %

7,2  %

17,4  %

28,8  %

Indiċi

100

117

283

466

Sors: Glass for Europe u l-ilmentatur

(84)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni żdiedu b'mod konsiderevoli b'596 %. Dan wassal għal żidiet sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. B'mod partikulari, is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 6,1 % għal 28,7 %. F’termini globali l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’mod sinifikanti kemm fil-volum kif ukoll fis-sehem mis-suq bejn l-2009 u l-PI.

(85)

Iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat qabżet b'ħafna ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni għall-prodott ikkonċernat u l-prodotti simili. Konsegwentement, il-produtturi esportaturi kienu kapaċi jibbenefikaw sa punt ferm akbar mill-konsum li qed jikber tal-Unjoni u mill-pożizzjoni ħafna aktar imsaħħa tagħhom fis-suq.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(86)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/m2)

 

2009

2010

2011

PI

RPĊ

6,02

6,10

4,96

4,38

Indiċi

100

101

82

73

Sors:

tweġibiet tal-ilmentatur u tal-produtturi esportaturi Ċiniżi għall-kwestjonarju

(87)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet għall-prodott ikkonċernat naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet naqas b’27,2 %, minn 6,02 EUR/m2 fl-2009 għal 4,38 EUR/m2 fil-PI.

(88)

Sabiex jiġi determinat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet medji tal-bejgħ ponderati skont it-tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell tal-prezz mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti skont it-tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li kkooperaw sal-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti 'l fuq, jiġifieri l-kosti għall-approvazzjoni doganali, id-dazju, il-ġarr u t-tagħbija. Dawk l-aġġustamenti jgħollu l-prezz, skont in-numru ta’ kontroll tal-prodott, b'7 sa 15 %.

(89)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi tan-numru ta’ tip tal-prodott b’tip tal-prodott għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, debitament aġġustat kif stabbilit fil-premessa (88) hawn fuq, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġini ta’ twaqqigħ b’medja ponderata bejn 10,6 % u 26,7 % tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(90)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett tta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat.

(91)

Kif imsemmi fil-premessi (7)-(8) hawn fuq, it-teħid ta’ kampjuni kien użat għall-eżami tal-ħsara possibbli mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(92)

Għall-finijiet tal-analiżi tal-ħsara, il-Kummissjoni ddistingwiet bejn indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-industrija tal-Unjoni relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(93)

Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, l-indikaturi makroekonomiċi li ġejjin ġew ivvalutati: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġini ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti.

(94)

L-indikaturi mikroekonomiċi li ġejjin ġew ivvalutati: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost unitarju, il-kostijiet tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital.

4.6.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(95)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2009

2010

2011

PI

Il-kapaċità ta’ produzzjoni (1 000  m2)

39 000

44 611

48 511

54 615

Indiċi 2009

100

114

124

140

Il-volum ta’ produzzjoni (1 000  m2)

17 540

29 245

31 245

21 734

Indiċi

100

167

178

124

Użu tal-kapaċità

45  %

66  %

64  %

40  %

Indiċi

100

146

143

88

Sors:

tweġibiet tal-ilmentatur u tal-produtturi tal-Unjoni għall-kwestjonarju

(96)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet id f’id mal-konsum. Il-produzzjoni laħqet l-ogħla livell fl-2011 u mbagħad naqset bi 30 % fil-PI. Fl-isfond ta’ żieda sinifikanti fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kkunsidrat b'40 %. Għalkemm il-livelli ta’ produzzjoni kienu ogħla, ir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni naqset b'5 punti perċentwali, hekk kif l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha b’reazzjoni għal domanda qawwija, u laħqet l-40 % matul il-PI.

(97)

Anke jekk l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità tagħha b’reazzjoni għal żieda fil-konsum, il-livelli ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’rata inqas mill-konsum u l-użu tal-kapaċità, wara żieda sostanzjali fl-ewwel tliet snin tal-perjodu kkunsidrat, naqsu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li ħabat ma’ żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat.

4.6.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(98)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2009

2010

2011

PI

Il-volum tal-bejgħ (1 000  m2)

17 540

25 568

27 821

19 667

Indiċi

100

146

159

112

Sehem mis-suq

90,2  %

89,7  %

78,9  %

67,7  %

Indiċi

100

99

87

75

Sors: Glass for Europe u l-ilmentatur

(99)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 12 %. Madankollu, fil-kuntest ta' żieda fil-konsum tal-Unjoni b'49 %, dan irriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 90,2 % fl-2009 għal 67,7 % matul il-PI, jiġifieri tnaqqis konsiderevoli ta' 25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied ħafna inqas mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Konsegwentement, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw mill-konsum li kien qed jiżdied u għalhekk is-sehem mis-suq tagħhom naqas matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.3.   It-tkabbir

(100)

It-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni huwa rifless fl-indikaturi tal-volum tagħha, bħall-produzzjoni, il-bejgħ, iżda b’mod partikolari s-sehem mis-suq tagħha. Minkejja ż-żieda fil-konsum matul il-perjodu analizzat, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni ma kibirx id f’id mal-konsum. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni niżel matul il-perjodu hekk kif il-volum tal-importazzjonijiet żdied. Matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied bi 366 %. Il-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika b’mod sħiħ mit-tkabbir tas-suq kellu impatt negattiv b’mod ġenerali fuq is-sitwazzjoni ekonomika.

4.6.4.   Impjiegi u produttività

(101)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività

 

2009

2010

2011

PI

Impjiegi – Ekwivalenti għall-full time (FTE)

565

792

932

857

Indiċi

100

140

165

152

Produttività (1 000  m2/FTE)

31

37

34

25

Indiċi

100

119

108

82

Sors:

tweġibiet tal-ilmentatur u tal-produtturi tal-Unjoni għall-kwestjonarju

(102)

B'mod ġenerali, l-impjiegi żdiedu bi 52 % bejn l-2009 u l-PI. Madankollu, iż-żieda seħħet fil-perjodu sal-2011 meta laħqet l-ogħla livell tagħha ta’ 932 ekwivalenti għall-full-time (FTE) u sussegwentement naqset għal 857 FTE matul il-PI. Il-produttività baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu 2009-2011. Dan huwa parzjalment minħabba l-fatt li l-produzzjoni tal-prodott simili hija awtomatizzata ħafna u teħtieġ għadd żgħir ta’ persunal. Madankollu, matul il-PI hija naqset bi 24,4 % meta mqabbla mal-2011. Dan kien riżultat tat-tnaqqis b’madwar 30 % fil-produzzjoni matul l-istess perjodu.

(103)

Għaldaqstant, l-impjiegi naqsu matul il-PI, b'reazzjoni għax-xejra fil-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-PI.

4.6.5.   Id-daqs tal-marġini ta’ dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(104)

Il-marġini kollha tad-dumping huma konsiderevolment ogħla mil-livell de minimis. Minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt tad-daqs tal-marġini attwali ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni jista’ jitqies bħala wieħed sostanzjali.

(105)

Billi din hija l-ewwel investigazzjoni antidumping fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, l-irkupru minn dumping preċedenti mhuwiex problema fil-valutazzjoni.

4.6.6.   Indikaturi mikroekonomiċi

(106)

Kif indikat hawn fuq fil-premessa (92), l-indikaturi mikroekonomiċi jiġu analizzati fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju pprovdut mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għall-maġġoranza tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-2009 kienet is-sena meta huma għamlu l-investimenti inizjali tagħhom u bdew il-produzzjoni tal-prodott simili. Għaldaqstant, l-indikaturi kollha analizzati hawn taħt huma influwenzati b'mod sinifikanti minn din il-fażi ta' bidu fl-2009. Sabiex juru x-xejriet mingħajr l-impatt distorsiv tal-fażi ta' bidu tal-kumpaniji fil-kampjun, l-indiċijiet huma murija wkoll mill-2010.

4.6.7.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(107)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2009

2010

2011

PI

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fis-suq tal-Unjoni (EUR/m2)

10,64

9,07

8,91

8,20

Indiċi 2009

100

85

84

77

Indiċi 2010

117

100

98

90

Kost tal-unità tal-produzzjoni (EUR/m2)

13,00

8,34

8,42

9,30

Indiċi 2009

100

64

65

72

Indiċi 2010

156

100

101

112

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(108)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità komplew jaqgħu matul il-perjodu kkunsidrat, iżda t-tnaqqis fil-prezzijiet kien partikolarment sinifikanti matul il-PI meta naqsu b'7,9 % meta mqabbla mal-2011, b'9,5 % meta mqabbla mal-2010 u bi 23 % meta mqabbla mal-2009.

(109)

Minkejja d-differenza kbira bejn il-prezzj medju tal-bejgħ ta' unità u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, kif spjegat fil-premessa (89) hawn fuq, it-tnaqqis attwali fil-prezzijiet abbażi ta' tqabbil skont it-tip ta' prodott kien ħafna inqas, jiġifieri bejn 10,6 % u 26,7 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(110)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità żdied b'aktar minn 10 % bejn l-2011 u l-PI, filwaqt li baqa' relattivament stabbli bejn l-2010 u l-2011. Il-kost tal-produzzjoni ġeneralment isegwi x-xejra tal-prezz tal-bejgħ bejn l-2009 u l-PI. Iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni ta’ unità kienet dovuta għal tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, filwaqt li l-kost totali tal-produzzjoni attwalment naqas bejn l-2011 u l-PI.

4.6.8.   Il-kosti lavorattivi

(111)

Il-kosti lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Kosti lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2009

2010

2011

PI

Kosti medji għal kull impjegat (EUR)

45 232

44 503

48 288

50 615

Indiċi 2009

100

98

107

112

Indiċi 2010

102

100

109

114

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(112)

Bejn l-2009 u l-PI, il-kosti lavorattivi medji għal kull impjegat fil-każ tal-moduli komplew jiżdiedu, u b'kollox żdiedu bi 12 %. Madankollu, iż-żieda prinċipali kienet bejn l-2011 u l-PI, jiġifieri b'4,8 %. Iż-żieda globali tal-kosti lavorattivi tista’ tiġi spjegata parzjalment bl-inflazzjoni u bil-kosti tas-sensji mġarrba minn xi produtturi tal-Unjoni marbuta mat-tnaqqis fl-industrija bejn l-2011 u l-PI.

4.6.9.   Inventarji

(113)

Il-livelli tal-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Inventarji

 

2009

2010

2011

PI

Il-ħażniet tal-għeluq (1 000  m2)

1 540

1 875

1 657

1 778

Indiċi 2009

100

122

108

115

Indiċi 2010

82

100

88

95

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni

(114)

Il-ħażniet żdiedu b'7,3 % bejn l-2011 u l-PI u bi 15 % bejn l-2009 u l-PI, filwaqt li niżlu bi 11,6 % bejn l-2010 u l-2011.

(115)

L-investigazzjoni wriet li minħabba t-tnaqqis fil-bejgħ, kemm fil-volum kif ukoll fil-valur, il-produtturi tal-Unjoni għandhom tendenza li jżommu ħażniet limitati tal-prodott simili. Għalhekk, iż-żieda fil-ħażniet tl-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat hija indikatur rilevanti biex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali.

4.6.10.   Il-profittabilità, il-likwidità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital.

(116)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redittu fuq l-investimenti

 

2009

2010

2011

PI

Profittabbiltà

–20,3  %

8,3  %

8,2  %

–14,5  %

Indiċi 2009

100

241

240

129

Indiċi 2010

– 244

100

99

– 174

Fluss tal-flus (EUR 1 000 )

–21 550

29 574

33 425

6 200

Indiċi 2009

100

337

355

229

Indiċi 2010

–73

100

113

21

Investimenti (EUR 1 000 )

46 087

18 230

7 633

10 712

Indiċi 2009

100

40

17

23

Indiċi 2010

253

100

42

59

Redditu fuq l-investimenti

–6,9  %

9,6  %

13,3  %

–11,5  %

Indiċi 2009

100

339

393

66

Indiċi 2010

–72

100

139

– 120

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(117)

Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(118)

Fl-2009 ħafna mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġarrbu telf li, kif spjegat hawn fuq, kien prinċiparjament minħabba l-fatt li bdew il-produzzjoni tagħhom tal-prodott simili f’dak iż-żmien. Fl-2010 il-profitt medju kien diġà ta' 8,31 %. Sussegwentement il-profitt naqas bi ftit fl-2011 meta l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping bdew jiżdiedu. Fl-aħħar nett, l-industrija sofriet telf sinifikanti matul il-PI, jiġifieri tnaqqis minn 276,6 % meta mqabbel mal-2011.

(119)

Ix-xejra tal-fluss tal-flus nett, li hija l-abilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess, waqgħet b'mod sinifikanti b'81 % bejn l-2011 u l-PI. Hija kienet qed tiżdied progressivament mill-2010 u b'mod ġenerali żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat.

(120)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”) kien espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti.

(121)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li wara l-fażi ta' bidu fl-2009 meta l-industrija għamlet investimenti kbar fil-prodott simili, l-investimenti naqsu b’mod kostanti bejn l-2009 u l-2011 u mbagħad żdiedu fil-PI. Madankollu, l-investimenti baqgħu f’livell baxx fil-PI meta mqabbla mal-livelli tal-2009. L-investimenti li saru fil-PI kienu marbutin prinċipalment mar-R&Ż kif ukoll mat-titjib u l-manteniment tat-teknoloġija u l-proċessi tal-produzzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza. B’mod partikolari, l-industrija investiet f’tipi ġodda ta’ prodotti li mhumiex importati mir-RPĊ matul l-istess perjodu u li huma intensivi fir-riċerka u l-innovazzjoni.

(122)

B'kuntrast ma' dan, ir-redditu fuq l-investimenti naqas b'34 % bejn l-2009 u l-2012. Madankollu, huwa żdied b'mod kostanti qabel il-PI, jiġifieri żdied b'293 % bejn l-2009 u l-2011, iżda naqas b'186 % matul il-PI meta mqabbel mal-2011.

(123)

Fir-rigward tal-ħila li jiżdied il-kapital, instab li kien hemm deterjorament kostanti fil-ħila tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera flus għall-prodott simili u, konsegwentement, kien hemm indeboliment fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

4.7.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(124)

L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni turi xejra ’l isfel ċara ta' ħafna mill-indikaturi tal-ħsara. Fl-isfond ta’ żieda ġenerali fil-konsum, il-produzzjoni globali żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm il-volum tal-bejgħ żdied, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas fil-PI fl-isfond tar-rata ogħla ta' żieda fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-bejgħ naqas b’mod qawwi matul il-perjodu kkunsidrat, u affettwa b’mod negattiv l-indikaturi kollha tal-prestazzjoni finanzjarja bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abilità li jiżdied il-kapital.

(125)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ globali tal-industrija tal-Unjoni żdied. Madankollu, iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet akkumpanjata minn tnaqqis sinifikanti fil-prezz medju tal-bejgħ, kif ukoll fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(126)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni kkonfermat b’mod partikolari l-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huma aktar baxxi mill-kosti tal-produzzjoni, u b’hekk għandhom effett negattiv fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni, li laħqet livelli negattivi matul il-PI.

(127)

Madankollu, il-kapaċità żviluppat b'mod pożittiv bejn l-2009 u l-PI. Barra minn hekk, għalkemm l-investimenti naqsu bejn l-2009 u l-PI, dawn żdiedu bejn l-2011 u l-PI. Dan huwa minħabba l-fatt li, kif spjegat fil-premessa (121), il-kumpaniji magħżula fil-kampjun komplew jinvestu fil-prodott simili billi, fost affarijiet oħra, jikkonċentraw fuq tipi ta’ prodotti f’niċeċ tas-suq fejn għad ma hemm l-ebda esportazzjoni ta’ tipi ta’ prodott partikolari mill-pajjiż ikkonċernat u li huma intensivi fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fl-istess ħin, huwa evidenti li l-industrija tal-Unjoni teħtieġ ukoll li tkun kapaċi tipproduċi u tbigħ il-volumi għoljin ta’ aktar tipi ta’ prodotti bażiċi (li bħalissa huma f’kompetizzjoni mal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ) sabiex inaqqsu l-ispejjeż fissi u jiksbu ekonomiji ta’ skala.

(128)

Għaldaqstant, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni mhux biss ġarrbet ħsara materjali matul il-PI, iżda wkoll fittxet b’mod attiv mezzi biex tnaqqas l-espożizzjoni tagħha għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat biex tiżviluppa l-prodotti innovattivi li għadhom mhumiex importati mill-pajjiż ikkonċernat.

(129)

Minħabba f’hekk, ġie proviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(130)

Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sa livell li jista’ jitqies materjali. Ġew eżaminati wkoll fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, sabiex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kenitx attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(131)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping żdiedu b'mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat, u żiedu l-volumi tagħhom b'mod sinifikanti b'596 % u s-sehem mis-suq tagħhom bi 366 %. Għalhekk, ġie kkonfermat li l-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq għall-prodott ikkonċernat żdiedu b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li kif issemma fil-premessa (89) hawn fuq, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(132)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping naqsu b'27,2 % matul il-perjodu kkunsidrat u wasslu għal marġini ogħla ta' tnaqqis fil-prezz. Fl-isfond ta’ din il-pressjoni estrema tal-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi konsiderevoli biex tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni tagħha. Minkejja dawn l-isforzi, il-livell baxx ħafna tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas ulterjorment il-prezz tal-bejgħ tagħha għal livelli mhux profittabbli. Għalhekk, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku matul il-perjodu kkunsidrat u wriet telf matul il-PI.

(133)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie proviżorjament konkluż li l-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ż-żieda kbira tas-sehem tas-suq tagħhom bi prezzijiet li konsistentement naqqsu dawk tal-industrija tal-Unjoni kellhom rwol deċiżiv fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

5.2.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(134)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdied kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (1 000  m2)

 

2009

2010

2011

PI

Volum (m2)

700

886

1 287

1 023

Indiċi

100

127

184

146

Sehem mis-suq

3,6  %

3,1  %

3,7  %

3,5  %

Indiċi

100

86

101

98

Prezz medju EUR/m2

10,50

10,09

9,60

8,40

Indiċi

100

96

91

80

Sors: Glass for Europe u l-ilmentatur

(135)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat żdied b’46 %, b'konformità maż-żieda fil-konsum tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom naqas ftit matul il-PI meta mqabbel mal-2011 (3,5 %) iżda b’mod ġenerali baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. It-Turkija hija t-tieni l-akbar esportatur wara r-RPĊ, segwit mill-Indja.

(136)

L-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha turi li l-prezz medju tal-importazzjonijiet kien ogħla mill-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Dan huwa validu wkoll għal prezz għal kull unità għal kull tip partikolari tal-prodott ikkonċernat. Min-naħa l-oħra, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi kien simili jew ogħla mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni.

(137)

Għal dawn ir-raġunijiet, b’mod partikolari minħabba l-volumi tal-importazzjonijiet u l-ishma mis-suq minn pajjiżi terzi oħra kif ukoll il-livelli tal-prezzijiet tagħhom, jista’ jiġi konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi ma setgħux jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(138)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2009

2010

2011

PI

Valur tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet (EUR 1 000 )

19 313

19 814

27 419

7 001

Indiċi

100

103

142

36

Volum tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet (1 000  m2)

1 460

1 713

2 708

760

Indiċi

100

117

185

52

Prezz medju (EUR/m2)

13,22

11,56

10,12

9,21

Indiċi

100

87

77

70

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni

(139)

Il-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied bejn l-2009 u l-2011, iżda waqa' f'salt matul il-PI b'74 % fil-valur u b'71,9 % fil-volum. Fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, dan hu probabbilment minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn id-destinazzjonijiet prinċipali ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (jiġifieri l-Istati Uniti, il-Kanada).

(140)

Il-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun huwa 20 % tal-bejgħ totali tagħhom fil-volum fl-2009 (fil-fażi ta' bidu), 11 % matul l-2010 u 14 % biss matul is-sena kruċjali tal-2011. L-2012 uriet tnaqqis ieħor għal 5 % meta daħlu f’kompetizzjoni mal-esportazzjoni Ċiniżi bi prezz baxx lejn id-destinazzjonijiet ewlenin tal-pajjiżi terzi. Konsegwentement, billi s-suq tal-Unjoni huwa s-suq ewlieni għall-industrija tal-Unjoni, anke minħabba li l-ħġieġ solari huwa relattivament tqil u fraġli, li jissarraf f'kosti addizzjonali meta jiġi ttrasportat ċertu distanzi (minħabba ksur u taħsir), f’dan l-istadju ma jistax jiġi konkluż li l-prestazzjoni ddeterjorata tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Żvilupp tal-konsum

(141)

Kif intqal hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied bejn l-2009 u l-PI b'49 %. Huwa laħaq il-qofol tiegħu fl-2011 meta żdied b’81 % meta mqabbel mal-2009. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn din iż-żieda fil-konsum. Is-sehem mis-suq tagħha naqas b'mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq tnaqqis ta' 25 % matul il-PI meta mqabbel mal-2009(– 14,1 % meta mqabbel mal-2011). Min-naħa l-oħra, is-sehem mis-suq Ċiniż kien qed jiżdied b’ritmu mgħaġġel, anke meta l-konsum naqas bejn l-2011 u l-PI, u rriżulta f’żieda b'64,8 % bejn l-2011 u l-PI u żieda globali bi 366 % matul il-perjodu kollu. Iż-żieda tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienet waħda kbira ta' 596 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(142)

Billi l-konsum tal-Unjoni żdied fil-perjodu kkunsidrat, l-iżvilupp tiegħu huwa tali li jsaħħaħ ir-rabta kawżali bejn iż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u mhijiex kawża fiha nnifisha ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, anki matul il-PI, meta l-konsum naqas, l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping kienu kapaċi jkomplu jżidu s-sehem mis-suq tagħhom għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż b’mod proviżorju li t-tnaqqis fil-konsum fil-PI ma setax jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Xejriet fil-moduli solari

(143)

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, madwar 80-85 % tal-ħġieġ solari jsir għal produtturi tal-moduli solari (Moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u moduli fotovoltajċi b'rita rqiqa), u madwar 15-20 % tal-bejgħ isir għal produturi ta' kolletturi soalri termali bi pjanċa ċatta li jipproduċu l-misħun. Konsegwentement, ix-xejriet osservati fil-moduli solari għandhom impatt importanti fuq il-konsum tal-ħġieġ solari. Il-konsum tal-moduli solari żdied b'mod kostanti matul l-istess perjodu, jiġifieri 2009-2012, u avolja kien hemm tnaqqis fl-2012, il-livell ta' konsum baqa' 221 % ogħla mill-2009 u 44 % ogħla mill-2010 (5). Barra minn hekk, ġie stabbilit li filwaqt li d-domanda għall-moduli fl-Unjoni kienet inizjalment iġġenerata minn tariffi feed-in (FITs), ma setax jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-FITs (fi tmiem l-2011, fil-bidu tal-2012) kien kisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara (6). Dan kien minħabba l-fatt li d-domanda għall-moduli solari baqgħet relattivament għolja matul l-istess perjodu 2009-2012.

(144)

Konsegwentement, il-livell ta’ konsum ta’ moduli solari, u b’reazzjoni għal dan id-domanda ta’ ħġieġ solari, baqgħu għoljin matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis żgħir tiegħu fl-2012 ma jistax jitqies waħdu bħala fattur tali li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara materjali mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.5.   Konklużjoni

(145)

L-investigazzjoni stabbiliet rabta kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Kawżi oħrajn possibbli tal-ħsara, bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, il-konsum u s-sitwazzjoni tas-suq ta’ xi utenti tagħhom bħall-moduli solari ġew analizzati u l-ebda waħda minnhom, analizzata kemm individwalment kif ukoll b’mod kumulattiv, ma nstabet li hija tali li tkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(146)

Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat tajjeb l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(147)

B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni proviżorja ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet sodi li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi, il-fornituri tal-materja prima u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(148)

L-industrija tal-Unjoni impjegat direttament madwar 860 persuna fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili matul il-PI. L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Xi produtturi tal-Unjoni diġà kienu mġiegħla jagħlqu l-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom filwaqt li xi oħrajn iffaċċjaw insolvenza. Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa probabbli ħafna li jkun hemm deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(149)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping proviżorji terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti ta’ kummerċ fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tallinja l-prezzijiet tal-prodott simili sabiex jirriflettu l-kostijiet tal-produzzjoni u b’hekk itejbu l-profittabilità tagħha. Jista’ jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tikseb lura għall-inqas parti mis-sehem mis-suq li tilfet matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħha. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni għandha tkun kapaċi jkollha aċċess aħjar għall-kapital u biex tinvesti aktar fir-R&Ż u l-innovazzjoni fis-suq tal-ħġieġ solari. Fl-aħħar nett, huwa probabbli li l-produtturi tal-Unjoni li kienu mġiegħla jwaqqfu l-produzzjoni b'reazzjoni għall-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping jistgħu jerġgħu jibdew l-attività tan-negozju tagħhom. B’mod ġenerali, f’dan ix-xenarju, mhux biss ikunu assigurati l-impjiegi eżistenti, iżda jkun hemm ukoll prospett raġonevoli għal aktar espansjoni fil-produzzjoni u żieda fl-impjiegi.

(150)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, huwa mistenni aktar telf fis-sehem mis-suq li jwassal għal aktar deterjorament fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Dan ma jkunx sostenibbli fit-terminu qasir għal dak medju. B'konsegwenza ta' dan, minbarra n-numru kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li diġà kienu mġiegħla joħorġu mis-suq, produtturi oħra jistgħu jiffaċċjaw insolvenza li fit-terminu qasir għal dak medju twassal għall-għajbien probabbli tal-industrija tal-Unjoni bl-impatt sinifikanti li jkun hemm fuq l-impjiegi eżistenti.

(151)

Għaldaqstant ġie konkluż b’mod proviżorju li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati

(152)

Għaż-żewġ importaturi li kkooperaw, l-attività kummerċjali prinċipali kienet tikkonsisti fil-kummerċ tal-prodott ikkonċernat. It-tnejn li huma kienu ddiversifikaw is-sorsi tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri ma kinux jixtru biss mir-RPĊ, iżda wkoll mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi.

(153)

Sar l-argument li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-prodott ikkonċernat taffettwa b’mod negattiv l-attività kummerċjali tal-importaturi. L-ewwel nett, l-impożizzjoni tad-dazji ma għandhiex twassal għall-eliminazzjoni tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ. It-tieni, għalkemm wieħed jista’ jistenna li l-impożizzjoni tal-miżuri jista’ jkollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi li jimpurtaw biss mir-RPĊ, fid-dawl tal-possibbiltà li jixtru minn pajjiżi terzi, l-importaturi jistgħu jkunu mistennija li jkunu flessibbli u jibdlu s-sorsi tal-provvista tagħhom jekk dan ikun meħtieġ.

(154)

Għaldaqstant ġie proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell propost jista’ jkollha ċertu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat, iżda li l-impatt tagħha jittaffa mill-fatt li l-importaturi u l-kummerċjanti jistgħu jużaw sorsi oħra ta’ provvista, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni li għandha l-kapaċità li żżid il-produzzjoni tagћha u fi kwalunkwe każ tikkunsidra l-impatt pożittiv fuq partijiet oħra.

6.3.   Interess ta’ fornituri ta’ materja prima

(155)

L-ebda fornitur ta' materja prima ma kkoopera fl-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ dejta minn tali importaturi, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-impożizzjoni ta’ miżuri tmur kontra l-interessi ta’ dawn il-partijiet.

6.4.   Interess tal-utenti

(156)

L-utenti kollha li wieġbu huma produtturi ta' moduli solari u/jew kolletturi termali. Tliet utenti huma ferm favur li jiġu imposti dazji antidumping, bl-argument li l-produtturi tal-industrija tal-Unjoni jipproduċu ħġieġ solari ta' kwalità aħjar li mhux dejjem jista' jiġi fornut minn kumpaniji Ċiniżi. B’kuntrast ma’ dan, tliet utenti oħra kienu kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping. Dawk l-utenti jistennew li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping jkollha impatt negattiv fuq in-negozju tagħhom. Huma jistennew li ma jkunux jgħaddu ż-żieda fil-prezzijiet lill-konsumaturi finali minħabba s-sitwazzjoni terribbli tal-industrija tal-moduli solari.

(157)

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-utenti, il-ħġieġ solari jikkostitwixxi biss madwar 6-8 % tal-kosti totali ta’ moduli solari. Għaldaqstant, il-ħġieġ solari jikkostitwixxi biss parti limitata tal-kosti u tal-valur finali ta’ moduli fotovoltajċi. Barra minn hekk, jista’ jiġi stmat li jekk jiġu imposti dazji antidumping fuq il-ħġieġ solari importat mir-RPĊ, l-impatt fuq il-kosti totali tal-moduli solari għandhom ikunu inqas minn 1 %. Dan huwa l-aktar minħabba l-fatt li l-utenti li kkooperaw jixtru kwantitajiet sinifikanti tal-ħġieġ solari minn produtturi tal-Unjoni. Għaldaqstant, filwaqt li l-impożizzjoni possibbli ta’ miżuri antidumping x’aktarx iżżid kemxejn il-prezzijiet tal-input għall-moduli solari, dan ma għandux ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq il-kosti u fuq il-prezzijiet finali tal-industrija tal-moduli solari tal-Unjoni.

(158)

Barra minn hekk, uħud mill-utenti diġà għandhom sorsi oħra ta’ provvista bħat-Turkija u l-Indja li ma jkunux influwenzati b’mod negattiv bl-impożizzjoni ta’ dazji antidumping. Utenti oħra jista’ jaqilbu għal sorsi oħra ta’ provvista wkoll, minn pajjiżi terzi jew mill-industrija tal-Unjoni.

(159)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-argumenti mressqin minn xi utenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri għalissa qed jinċaħdu.

6.5.   Aspetti tal-kompetizzjoni

(160)

Importatur wieħed argumenta li billi ċerti produtturi tal-Unjoni pparteċipaw f’kartell dinji ta’ ħġieġ ċatt (il-ħġieġ solari huwa parti minnu) u kienu mmultati mill-Kummissjoni Ewropea fl-2007, huma qed jużaw għodda antidumping bħala mezz biex jirkupraw it-telf li għamlu b'multi għall-kartell u telf mis-sehem mis-suq fl-Unjoni. Barra minn hekk, jekk l-aċċess għas-suq tal-Unjoni kellu jiġu ristrett permezz ta’ dazji antidumping, se jkun hemm inċentivi aktar b’saħħithom għall-produtturi tal-Unjoni biex jidħlu f’kartell jew imġiba antikompetittiva oħra fir-rigward ta’ prodotti b’kapaċitajiet ta' ingranaġġ b'volum baxx fl-Unjoni bħal prodotti għad-dar.

(161)

Dawn l-argumenti ġew proviżorjament miċħuda. L-ewwel nett, il-kartell ma baqax jiffunzjona fl-2007 l-aktar tard. Għaldaqstant, l-effetti tal-kartell fl-imgħoddi ma kellhom l-ebda impatt fuq l-industrija matul il-perjodu kkunsidrat. It-tieni, ma kien jikkonċerna l-ebda produttur tal-Unjoni fil-kampjun u l-maġġoranza tal-produtturi kurrenti tal-Unjoni bl-ogħla volum ta’ bejgħ. It-tielet, l-impożizzjoni possibbli tad-dazji antidumping mhijiex mistennija li jkollha impatt fuq l-imġiba kompetittiva tal-industrija tal-Unjoni billi, minn naħa, mhux se tibdel l-istruttura tas-suq tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpaniji għandhom dmir ġenerali li jirrispettaw ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, irrispettivament minn jekk jiġux imposti dazji jew le.

(162)

Importatur argumenta wkoll li l-impożizzjoni tad-dazji jkollha impatt negattiv fuq is-suq tal-Unjoni tal-kisi antiriflessiv ta’ ħġieġ solari. Dan is-suq, li huwa identifikat mill-importatur bħala suq relatat, allegatament huwa ddominat mill-produtturi tal-Unjoni u l-impożizzjoni ta' miżuri jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom għad-detriment ta’ fornituri kompetituri ta’ kisi antiriflessiv. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li l-importaturi sabu diffikultajiet biex jiksbu ordnijiet mingħand il-produtturi tal-Unjoni jew li dawn l-ordnijiet jaslulhom f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u bi prezzijiet raġonevoli.

(163)

L-ewwel nett, is-suq tal-kisi antiriflessiv huwa parti mill-investigazzjoni u mhux suq relatat. L-investigazzjoni wriet li fil-fatt il-produtturi tal-Unjoni xorta jibqgħu kompetittivi f'dan is-suq niċċa minkejja l-prezzijiet relattivament ogħla li jimponu grazzi għall-kwalità apparentament inferjuri tal-ħġieġ solari miksi importat mir-RPĊ. Madankollu ma ngħatat l-ebda evidenza li l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi tissodisfa d-domanda ta’ żieda possibbli ta' ħġieġ solari miksi antiriflessiv. Għaldaqstant, dan l-argument f’dan l-istadju ma ntlaqax. Fir-rigward tal-pretensjonijiet li l-produtturi tal-Unjoni rrifjutaw li jipprovdu ordnijiet jew li jwasslu fil-ħin bi prezzijiet raġonevoli, huwa totalment f’idejn kull produttur li jagħżel l-istrateġija kummerċjali tiegħu sal-punt li t-tali produttur jew produtturi individwali ma jgawdux dominanza unika jew konġunta fis-suq relevanti. Hemm biżżejjed kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni biex il-fornituri jinbidlu u/jew jiddiversifikaw. Għaldaqstant dan l-argument qed jiġi proviżorjament miċħud ukoll.

6.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(164)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod proviżorju li, fuq il-bażi ta' apprezzament tal-interessi kollha varji kumplessivament, inkluż l-interess tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti, ma teżisti l-ebda raġuni b'saħħitha kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina mir-RPĊ.

7.   MIŻURI PROVIŻORJI ANTIDUMPING

(165)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping proviżorji sabiex jiġi evitat li ssir aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

7.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(166)

Sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini ta’ dumping li nstabu.

(167)

Waqt il-kalkolu tal-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunke miżuri għandhom jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-kosti tal-produzzjoni u li tagħmel profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Marġini ta’ qligħ ta’ 8,3 % ta’ fatturat jitqies bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Dan il-marġini ta’ profitt huwa bbażat fuq il-profitt medju miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-2010 meta l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu għadhom żgħar u għalhekk ma setgħux diġà jservu ta’ distorsjoni għall-kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(168)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz għall-prodott simili li ma jkunx ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi mal-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PI ġie miżjud il-marġini ta’ profitt hawn fuq imsemmi ta’ 8,3 %.

(169)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, u l-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIP medju ponerat tal-importazzjoni.

7.2.   Miżuri proviżorji

(170)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, u f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri antidumping proviżorji għandhom ikunu imposti fuq importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-RPĊ fil-livell tal-marġini aktar baxxi tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola ta' dazju anqas.

(171)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju antidumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ eliminazzjoni tal-ħsara u l-marġini tad-dumping. Għalhekk, ir-rati tad-dazju antidumping proviżorju, espressi fuq il-prezz CIF fuq il-fruntieri tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping

Marġini ta’ ħsara

Id-dazju proviżorju tal-antidumping

Xinyi Group

74,0  %

39,3  %

39,3  %

Hehe Group

75,3  %

32,3  %

32,3  %

Flat Glass Group

86,2  %

42,1  %

42,1  %

Henan Yuhua

31,9  %

17,1  %

17,1  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

79,8  %

38,4  %

38,4  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

86,2  %

42,1  %

42,1  %

(172)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati tad-dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma b’hekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u manifatturat mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Minħabba l-fatt li kien hemm livell għoli ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi (‘il fuq minn 80 %, ara l-premessa (15) hawn fuq), din ir-rata tad-dazju hija bbażata fuq l-ogħla marġni ta’ ħsara individwali ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun. Id-dazju applikabbli għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” huwa bbażat fuq il-medja ponderata tal-esportaturi fil-kampjun u japplika għal kull kumpanija li tikkopera li ma kenitx fil-kampjun (ħlief għal Henan Yuhua, li hija suġġetta għal dazju stabbilit b’mod individwali wara t-talba tagħha għal eżami individwali (ara l-premessa (48) hawn fuq).

(173)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitatjiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (7) bl-informazzjoni relevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u ma' dak għall-esportazzjoni assoċjata, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpanniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

7.3.   Dispożizzjonijiet Finali

(174)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li jkunu għamlu lilhom infushom magħrufa sal-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika ta' bidu jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendat fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jista' jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping proviżorju jiġi imponut fuq ħġieġ solari magħmul minn ħġieġ ċatt ittemprat bil-ġir tas-soda, b'kontenut tal-ħadid ta' anqas minn 300 ppm, trażmittanza solari ta' aktar minn 88 % (mkejla skont l-AM1,5 300-2 500 nm), reżistenza għas-sħana sa 250 °C (mkejla skont l-EN 12150), reżistenza għal xokkijiet termali ta’ Δ 150 K (mkejla skont l-EN 12150) u li jkollu saħħa mekkanika ta’ 90 N/mm2 jew aktar (mkejla skont l-EN 1288-3), li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7007 19 80 (kodiċi TARIC 7007198010) u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, tkun kif ġej:

Kumpanija

Id-dazju proviżorju tal-antidumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd;

39,3  %

B943

Zhejiang Hehe Photovoltaic Glass Technology Co., Ltd;

32,3  %

B944

Zhejiang Jiafu Glass Co., Ltd; Flat Solar Glass Group Co., Ltd; Shanghai Flat Glass Co., Ltd

42,1  %

B945

Henan Yuhua New Material Co., Ltd

17,1  %

B946

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I

38,4  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

42,1  %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata japplika d-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ Trade sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 58, 28.2.2013, p. 6 u r-rettifika ppubblikata fil-ĠU C 94, 3.4.2013, p. 11.

(3)  ĠU C 94, 3.4.2013, p. 11.

(4)  ĠU C 122, 27.4.2013, p. 24.

(5)  It-tabelli 1-a u 1-b fil-p. 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tal- 4 ta' Ġunju 2013 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni, ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5. (“ir-Regolament dwar il-Pannelli Solari”) Skont it-Taqsima B tar-Regolament dwar il-Pannelli Solari, il-prodott kopert minn dik l-investigazzjoni huwa moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin jew pannelli u ċelloli u wejfers tat-tip użat f’moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin. Għaldaqstant, il-moduli fotovoltajċi b'rita rqiqa mhumiex soġġetti għal dik l-investigazzjoni u l-konsum tagħhom mhuwiex kopert.

(6)  Ara t-Taqsima 3.2 tar-Regolament dwar il-Pannelli Solari.

(7)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.


ANNESS I

Produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li ma ngħatawx eżami individwali

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Henan Ancai Hi-Tech Co., Ltd

B947

Henan Succeed Photovoltaic Materials Corporation

B948

Avic Sanxin Sol-Glass Co. Ltd;

Avic (Hainan) Special Glass Material Co., Ltd

B949

Avic Sanxin Sol-Glass Co. Ltd;

Avic (Hainan) Special Glass Material Co., Ltd

B950

Dongguan CSG Solar Glass Co., Ltd

B951

Pilkington Solar Taicang, Limited

B952

Novatech Glass Co., Ltd

B953


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' ħġieġ solari mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizjonali) fir-RPĊ. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

3.

Data u firma,


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1206/2013

tas-26 ta’ Novembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,7

MA

40,3

MK

36,9

TR

65,0

ZZ

47,7

0707 00 05

AL

52,8

TR

84,7

ZZ

68,8

0709 93 10

MA

148,6

TR

139,6

ZZ

144,1

0805 20 10

MA

67,0

TR

76,1

ZA

87,1

ZZ

76,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

PK

59,4

SZ

56,2

TR

73,8

UY

56,2

ZA

192,9

ZZ

87,7

0805 50 10

TR

70,6

ZZ

70,6

0808 10 80

BA

45,7

MK

41,5

US

135,1

ZA

116,3

ZZ

84,7

0808 30 90

TR

116,7

ZZ

116,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

li tawtorizza lir-Rumanija biex tkompli tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/676/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-13 ta’ Marzu 2013, ir-Rumanija talbet awtorizzazzjoni għall-estensjoni ta’ miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ provvisti ta’ prodotti tal-injam.

(2)

B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata 17 ta’ Ġunju 2013 bit-talba tar-Rumanija. Permezz ta’ ittra datata 18 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Rumanija li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tevalwa t-talba.

(3)

L-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE jipprevedi li persuna taxxabbli li tipprovdi merkanzija jew servizzi hija, bħala regola ġenerali, responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/583/UE (2) awtorizzat lir-Rumanija biex tapplika miżura ta’ deroga skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tikkunsidra min jirċievi l-prodotti jew servizzi bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT fil-każ ta' provvisti ta’ prodotti tal-injam minn persuni taxxabbli.

(5)

Qabel din l-awtorizzazzjoni biex tapplika reverse charge għall-provvisti tal-injam, ir-Rumanija kellha problemi fis-suq tal-injam minħabba n-natura tas-suq u n-negozji involuti. Hemm għadd kbir ta’ impriżi żgħar f'dan is-settur li l-awtoritajiet Rumeni jsibuha diffiċli biex jikkontrollaw. Il-ħatra tar-riċevitur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT kellha, skont l-awtoritajiet Rumeni, l-effett li tipprevjeni l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa f’dan is-settur u għalhekk tibqa' ġustifikata.

(6)

Il-miżura hija proporzjonata mal-għanijiet segwiti peress li mhijiex maħsuba biex tapplika b'mod ġenerali, iżda biss għal operazzjonijiet speċifiċi ħafna f'settur li jippreżenta problemi konsiderevoli ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa.

(7)

Il-miżura m’għandhiex, fil-fehma tal-Kummissjoni, ikollha xi impatt negattiv fuq il-prevenzjoni ta' frodi fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew f’setturi oħra jew fi Stati Membri oħra.

(8)

L-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata fiż-żmien sal-31 ta’ Diċembru 2016.

(9)

Fl-eventwalità li r-Rumanija teħtieġ estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2016, għandu jitressaq rapport flimkien mat-talba għal estensjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2016. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba sa dik id-data, għandha ssir evalwazzjoni dwar jekk id-deroga tibqax ġustifikata jew le.

(10)

Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tal-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Rumanija hija b’dan awtorizzata sal-31 ta’ Diċembru 2016 li tinnomina l-persuna taxxabli li tirċievi l-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.

Artikolu 2

Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal provvisti ta’ prodotti tal-injam minn persuni taxxabbli, inklużi siġar għall-produzzjoni tal-injam, injam biex jinħadem fit-tond jew bix-xaqq, injam għall-użu bħala fjuwil, prodotti lesti tal-injam, kif ukoll injam imxellef jew bit-truf kwadri u injam mhux irfinut, u injam proċessat jew nofsu maħdum.

Artikolu 3

Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżura prevista f’din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2016, u għandha tiġi akkumpanjata b’rapport li jinkludi evalwazzjoni tal-effiċjenza tal-miżura u evalwazzjoni tar-riskju ta’ frodi fis-settur tal-injam.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2010 li tawtorizza lir-Rumanija biex tintroduċi miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 256, 30.9.2010, p. 27).


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

li tawtorizza lil-Lussemburgu jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/677/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-24 ta’ Ottubru 2012, il-Lussemburgu talab awtorizzazzjoni biex japplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, li tkun tippermettilu jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) persuni taxxabbli li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom ma jkunx jaqbeż il-EUR 25 000. Permezz ta’ din il-miżura, dawk il-persuni taxxabbli se jkomplu jkunu eżenti minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tal-VAT imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, b’ittra datata d-9 ta’ Novembru 2012 il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba li saret mil-Lussemburgu. Permezz ta’ ittra datata t-12 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Lussemburgu li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

Skont l-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li m’għamlux użu minn din l-għażla skont l-Artikolu 14 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE (2), jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-VAT lill-persuni taxxabbli li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 5 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali u jistgħu wkoll jagħtu ħelsien gradwat mit-taxxa lill-persuni taxxabbli li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom jaqbeż il-limitu massimu stabbilit minnhom għall-applikazzjoni tiegħu.

(4)

Il-Lussemburgu informa lill-Kummissjoni li bħalissa jeżenta mill-VAT persuni taxxabbli li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 10 000 u li jagħmel użu mill-għażla li jagħti ħelsien gradwat mit-taxxa fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom hu bejn l-EUR 10 000 u l-EUR 25 000. Il-Lussemburgu talab l-awtorizzazzjoni biex jeżenta mill-VAT, bħala miżura ta’ deroga, persuni taxxabbli li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 25 000.

(5)

Limitu ogħla għall-iskema speċjali hu miżura ta’ simplifikazzjoni, minħabba li dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT għan-negozji ż-żgħar u jippermetti lil-Lussemburgu jieqaf japplika l-iskema ta’ ħelsien gradwat mit-taxxa li hija ta’ piż għan-negozji. Il-persuni taxxabbli għandhom xorta jkunu jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT.

(6)

Fid-29 ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE (3) bl-għan li tissimplifika l-obbligi tat-taxxa tal-valur miżjud, li inkludiet dispożizzjonijiet immirati li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu limitu annwali ta’ dħul mill-bejgħ għall-iskema ta’ eżenzjoni mill-VAT li jista’ jasal sa EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, bil-possibbiltà li jiġi aġġornat l-ammont kull sena. Din id-Deċiżjoni hi konformi ma’ dik il-proposta.

(7)

Id-deroga għandha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha effetti negattivi fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Lussemburgu hu awtorizzat li jeżenta mill-VAT persuni taxxabbli li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 25 000.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Din id-Deċiżjoni tapplika sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli tal-Unjoni li jemendaw l-ammonti tal-limiti massimi ta’ dħul mill-bejgħ annwali li taħthom il-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT jew sal-31 ta’ Diċembru 2016, skont liema data tiġi l-ewwel.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta’ April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303/67).

(3)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/35


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tkompli tapplika miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/678/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-8 ta’ April 2013, l-Italja talbet awtorizzazzjoni għal miżura li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkompli teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ċerti persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom jaqa’ taħt ċertu limitu, u biex iżżid dan il-limitu minn EUR 30 000 għal EUR 65 000. Permezz ta’ dik il-miżura, dawk il-persuni taxxabbli jkunu eżenti minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha fir-rigward tal- VAT imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

(2)

Permezz tal-ittra datata l-10 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba magħmula mill-Italja. Permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

L-Istati Membri diġà għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar skont it-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Il-miżura estiża tagħti deroga mill-Artikolu 285 ta’ dik id-Direttiva fl-applikazzjoni tagħha għall-Italja biss sakemm il-limitu tal-fatturat annwali tal-iskema huwa ogħla mil-limitu ta’ EUR 5 000.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/737/KE (2), l-Italja kienet awtorizzata li teżenta, bħala miżura derogatorja, persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 30 000 sal-31 ta’ Diċembru 2010. L-applikazzjoni ta’ dik id-deroga sussegwentement kienet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2013 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/688/UE (3). Peress li dak il-limitu rriżulta f’obbligi tal-VAT imnaqqsa għan-negozji ż-żgħar, l-Italja għandha tiġi awtorizzata li tapplika dik il-miżura għal perjodu limitat ulterjuri, u li iżżid il-limitu għal EUR 65 000. Persuni taxxabbli għandhom xorta jkunu jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT.

(5)

Sabiex il-miżura ssir disponibbli għal għadd ikbar ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u b’hekk tikkorrispondi mal-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa”, l-Italja għandha tiġi awtorizzata li żżid il-limitu tal-fatturat annwali li taħtu ċerti persuni taxxabbli jistgħu jkunu eżenti mill-VAT minn EUR 30 000 għal EUR 65 000.

(6)

Fid-29 ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (4) bl-għan li tissimplifika l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li inkludiet dispożizzjonijiet immirati li jippermettu lill-Istati Membri biex jiffissaw limitu annwali ta’ fatturat għall-iskema ta’ eżenzjoni tal-VAT sa EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li jiġi aġġornat l-ammont kull sena. It-talba għall-estensjoni ppreżentata mill-Italja hija kompatibbli mal-proposta, li dwarha l-Kunsill għadu ma setax jilħaq ftehim.

(7)

Mill-informazzjoni provduta mill-Italja, il-miżura ta’ deroga għandha biss impatt negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju finali tal-konsum u ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tal-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata li teżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 65 000.

L-Italja tista’ żżid dak il-limitu sabiex iżżomm il-valur tal-eżenzjoni f’termini reali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ ta’ Direttiva li temenda l-ammonti tal-limiti tal-fatturat annwali li taħtu l-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT, jew sal-31 ta’ Diċembru 2016, jiddependi liema data tkun l-ewwel.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/737/KE tal-15 ta’ Settembru 2008 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 249, 18.9.2008, p. 13).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/688/UE tal-15 ta’ Ottubru 2010 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tkompli tapplika miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 294, 12.11.2010, p. 12).

(4)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/679/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-2 ta’ April 2013, l-Italja talbet l-awtorizzazzjoni biex testendi miżura ta’ deroga mill-Artikolu 26(1)(a) u l-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkun tista’ tkompli tirristrinġi d-dritt għal tnaqqis fejn jidħlu l-ispejjeż fuq ċerti vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju.

(2)

Permezz tal-ittra datata l-10 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Italja. Permezz ta’ ittra ddatata l-14 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE (2) tawtorizza lill-Italja biex tillimita d-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta fuq infiq marbut ma’ vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju, għal 40 %. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE tipprovdi wkoll li l-użu għal skopijiet privati ta’ dawk il-vetturi li ġew soġġetti għal dritt ta’ tnaqqis skont dik id-Deċiżjoni ma kellux jiġi kkunsidrat bħala forniment għal konsiderazzjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2007/441/KE fiha definizzjonijiet tal-vetturi u tan-nefqa inklużi fl-ambitu ta’ dik id-Deċiżjoni, u lista ta’ vetturi li huma espliċitament esklużi minnha. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/748/UE (3), li tistabbilixxi d-data ta’ skadenza għall-31 ta’ Diċembru 2013.

(4)

Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/441/KE, l-Italja ssottomettiet rapport lill-Kummissjoni li jkopri l-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni u li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ tar-restrizzjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-Italja għadha turi li r-restrizzjoni tad-dritt għal tnaqqis, għal 40 % tikkorrispondi għal ċirkustanzi attwali fir-rigward ta’ użu għan-negozju u użu mhux għan-negozju tal-vetturi kkonċernati Għalhekk l-Italja għandha tkun awtorizzata biex tapplika l-miżura għal perjodu limitat ulterjuri, sal-31 ta’ Diċembru 2016.

(5)

Fl-eventwalità li l-Italja titlob estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2016, rapport flimkien mat-talba għal estensjoni għandu jitressaq lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2016.

(6)

Fid-29 ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE (4) bl-għan li jiġu ssimplifikati l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Il-miżuri ta’ deroga previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiskadu mad-dħul fis-seħħ ta’ tali Direttiva emendatorja, jekk dik id-data hija qabel id-data ta’ skadenza prevista f’din id-Deċiżjoni.

(7)

Id-deroga ma għandha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tal-VAT.

(8)

Id-Deċiżjoni 2007/441/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/441/KE hija emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April 2016.

Kwalunkwe talba għall-estensjoni ta’ dawk il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport li jinkludi reviżjoni tar-restrizzjoni tal-persentaġġ fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT dovut dwar infiq fuq vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet kummerċjali.”;

(2)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw l-infiq marbut mal-vetturi bil-magna li m’għandux ikun eliġibbli għal tnaqqis totali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u tiskadi l-iktar tard fil-31 ta’ Diċembru 2016.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri li jidderogaw mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 33).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/748/UE tad-29 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 318, 4.12.2010, p. 45).

(4)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Isvezja biex jestendu l-applikazzjoni ta’ miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 168, 169, 170 u 171 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/680/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittri rreġistrati mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-3 u l-4 ta’ April 2013 rispettivament, id-Danimarka u l-Isvezja talbu l-awtorizzazzjoni biex jestendu l-applikazzjoni ta’ miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 168, 169, 170 u 171 tad-Direttiva 2006/112/KE li tirrikjedi li l-persuni taxxabbli jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jnaqqsu jew jiksbu rifużjoni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-Istat Membru fejn tħallset.

(2)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittri ddatati t-12 ta’ Ġunju 2013 dwar it-talbiet li saru mid-Danimarka u l-Isvezja. B’ittra datata l-14 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lid-Danimarka u lill-Isvezja li hija kellha l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għall-valutazzjoni tat-talbiet.

(3)

Dawk it-talbiet għal deroga jikkonċernaw l-irkupru tal-VAT imħallsa fuq pedaġġ għall-użu tal-kollegament fiss ta’ Öresund bejn id-Danimarka u l-Isvezja. Skont ir-regoli tal-VAT fil-post tal-forniment ta’ servizzi relatati ma’ proprjetà immobbli, parti mill-VAT fuq il-pedaġġ għall-kollegament fiss ta’ Öresund hija pagabbli parti lid-Danimarka u parti lill-Isvezja.

(4)

B’deroga mir-rekwiżit għal persuni taxxabbli li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jnaqqsu jew jirċievu rifużjoni tal-VAT fl-Istat Membru fejn din tkun tħallset, id-Danimarka u l-Isvezja kienu awtorizzati jintroduċu miżura speċjali li tippermetti lil min iħallas it-taxxa jirkupra l-VAT minn amministrazzjoni waħda. L-awtorizzazzjoni ngħatat l-ewwel bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/91/KE (2) u ġiet estiża bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/65/KE (3) u 2007/132/KE (4)

(5)

Is-sitwazzjoni ġuridika u fattwali li ġġustifikat dik id-deroga ma nbidlitx u għadha teżisti. Id-Danimarka u l-Isvezja għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li japplikaw il-miżura speċjali matul perjodu limitat ieħor.

(6)

Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tal-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikoli 168, 169, 170 u 171 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Isvezja u d-Danimarka huma b’dan awtorizzati li japplikaw il-proċedura li ġejja għar-rifużjoni tal-VAT fuq il-pedaġġ li titħallas għall-użu tal-kollegament fiss ta’ Öresund bejn iż-żewġ pajjiżi:

(a)

persuni taxxabbli stabbiliti fid-Danimarka jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jnaqqsu l-VAT imħallsa meta tintuża parti mill-passaġġ ta’ kollegament stazzjonat fit-territorju Svediż billi jdaħħluha fid-dikjarazzjonijiet perjodiċi li għandhom jiġu ppreżentati fid-Danimarka;

(b)

persuni taxxabbli stabbiliti fl-Isvezja jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jnaqqsu l-VAT imħallsa meta tintuża parti mill-kollegament stazzjonat fit-territorju Daniż billi jdaħħluha fid-dikjarazzjonijiet perjodiċi li għandhom jiġu ppreżentati fl-Isvezja;

(c)

persuni taxxabbli li ma huma stabbiliti fl-ebda wieħed mill-Isati Membri msemmijin hawn fuq iridu japplikaw għand l-awtoritajiet Svediżi biex jiksbu rifużjonijiet tal-VAT fuq il-pedaġġ, inkluża dik imħallsa għall-użu tal-parti tal-kollegament li tinsab f’territorju Daniż, skont il-proċedura stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE (5) jew id-Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE (6).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka u lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/91/KE tal-24 ta’ Jannar 2000 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka u lir-Renju tal-Isvezja japplikaw miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/338/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-taxxi fuq dħul min negozju (ĠU L 28, 3.2.2000, p. 38).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/65/KE tal-21 ta’ Jannar 2003 li testendi l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2000/91/KE li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka u lir-Renju tal-Isvezja biex japplikaw miżura li tidderoga mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 25, 30.1.2003, p. 40).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/132/KE tat-30 ta’ Jannar 2007 li testendi l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2000/91/KE li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Isvezja japplikaw miżura li tidderoga mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq il-valur tal-bejgħ (ĠU L 57, 24.2.2007, p. 10).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23).

(6)  It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta’ Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40).


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/41


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2007/884/KE li tawtorizza lir-Renju Unit ikompli japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/681/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-2 ta’ April 2013, ir-Renju Unit talab l-awtorizzazzjoni biex tiġi estiża miżura ta’ deroga sabiex jibqa’ jkun hemm restrizzjoni fuq id-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), mill-kerrej, fuq il-prezz imħallas għall-kiri jew leasing ta’ vetturi, meta l-vettura ma tintużax esklussivament għal skopijiet kummerċjali.

(2)

Permezz tal-ittra datata d-19 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tar-Renju Unit. Permezz ta’ ittra datata l-20 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talba.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/884/KE (2), kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/37/UE (3), awtorizzat lir-Renju Unit tillimita sal-50 % d-dritt tal-kerrej jew tal-lessee biex inaqqas il-VAT fuq il-kiri jew il-leasing ta’ karozza għall-passiġġieri f’każ li l-karozza ma kenitx tintuża esklussivament għal finijiet ta’ negozju. Ir-Renju Unit kien awtorizzat ukoll biex ma jqisx bħala provvisti ta’ servizzi bi ħlas l-użu privat ta’ karozza mikrija minn persuna taxxabbli għall-finijiet ta’ negozju tiegħu stess. Dik il-miżura ta’ simplifikazzjoni eliminat il-ħtieġa li l-kerrej iżomm rekords tal-kilometri li kull karozza tal-impriża tkun għamlet għal skop privat u li jagħti kont għal skopijiet ta’ taxxa dwar il-kilometri reali magħmula minn kull vettura għal skop privat.

(4)

Skont ir-rapport ipprovdut mir-Renju Unit, ir-restrizzjoni ta’ 50 % għadha tikkorrispondi għaċ-ċirkostanzi attwali f’dak li jirrigwarda l-użu tan-negozji u mhux mill-kerrej tal-vetturi kkonċernati. Għalhekk huwa xieraq li r-Renju Unit ikun awtorizzat biex japplika l-miżura sal-31 ta’ Diċembru 2016.

(5)

Fl-eventwalità li r-Renju Unit jikkunsidra li estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2016 tkun neċessarja, għandu jissottometti rapport li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ applikat flimkien ma’ talba ta’ estensjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2016.

(6)

Fid-29 ta’ Ottubru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE (4) li tinkludi l-armonizzazzjoni tal-kategoriji ta’ nfiq li għalihom jistgħu japplikaw l-esklużjonijiet mid-dritt tat-tnaqqis. Id-Direttiva 77/388/KEE ġiet sostitwita mid-Direttiva 2006/112/KE. Skont dik il-proposta, l-esklużjonijiet mid-dritt tat-tnaqqis jistgħu jiġu applikati għal vetturi tat-triq bil-mutur. Il-miżuri ta’ deroga previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiskadu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ tali Direttiva ta’ emenda, jekk dik id-data tkun aktar kmieni mill-31 ta’ Diċembru 2016.

(7)

Id-deroga għandha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma għandhiex impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT,

(8)

Id-Deċiżjoni 2007/884/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/884/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw in-nefqa marbuta mal-vetturi tat-triq bil-magna li ma tikkwalifikax għal tnaqqis sħiħ tal-VAT, jew fil-31 ta’ Diċembru 2016, skont liema data tiġi l-ewwel.

Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn rapport, imressaq lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April 2016, li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ ta’ restrizzjoni applikat fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT dovut fuq il-kiri jew il-leasing ta’ vetturi li ma jintużawx esklussivament għal skopijiet kummerċjali.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess ġurnata tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/884/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li tawtorizza lir-Renju Unit ikompli japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 21).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/37/UE tat-18 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/884/KE li tawtorizza lir-Renju Unit biex ikompli japplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 169 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 19, 22.1.2011, p. 11).

(4)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2013

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2013/682/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-17 ta’ Mejju 2011 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(3)

Il-Gvern Rumen informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Rumen fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Liliana Luminița TÎRCHILĂ ta’ nazzjonalità Rumena, imwielda fl-1 ta’ Frar 1960, għandha tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Ionuț GEORGESCU għall-perijodu mid-19 ta’ Novembru 2013 sal-31 ta’ Mejju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 1.


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2013

li taħtar membru Franċiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2013/683/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Franċiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Gilbert BROS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Christophe HILLAIRET, Membre du Bureau de l’APCA, huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li tibqa’ għaddejja sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2013

li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/684/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Gabriele BURGSTALLER sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b’dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Brigitta PALLAUF, Landtagspräsidentin Salzburger Landtag.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/685/PESK

tas-26 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari mal-Artikolu 23(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Skont is-sentenzi tagħha tas-16 ta' Settembru 2013 fil-Kawża T-489/10 (2), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annulat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill biex Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Bushehr Shipping Co. Ltd, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Irano – Misr Shipping Co., Irinvestship Ltd, IRISL (Malta) Ltd, IRISL Club, IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., ISI Maritime Ltd, Khazar Shipping Lines, Leadmarine, Marble Shipping Ltd, Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Shipping Computer Services Co., Soroush Saramin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd u Valfajr 8th Shipping Line Co. jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Bushehr Shipping Co. Ltd, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Irano – Misr Shipping Co., Irinvestship Ltd, IRISL (Malta) Ltd, IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., ISI Maritime Ltd, Khazar Shipping Lines, Marble Shipping Ltd, Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Shipping Computer Services Co., Soroush Saramin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd u Valfajr 8th Shipping Line Co. għandhom jerġgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjonijiet ġodda ta' raġunijiet li jikkonċernaw kull waħda minn dawk l-entitajiet.

(4)

L-informazzjoni ta' identifikazzjoni marbuta ma' entità fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata.

(5)

B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-392/11 (3), T-404/11 (4) u T-63/2012 (5), Iran Transfo, Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) (magħrufa wkoll bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG) u Oil Turbo Compressor Co. mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Sentenza tas-16 ta' Settembru 2013 fil-Każ-T-489/10, Islam Republic of Iran Shipping Lines v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Sentenza tas-16 ta' Mejju 2013 fil-Każ T-392/11, Iran Transfo v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Sentenza tas-17 ta' April 2013 fil-Każ T-404/11, Turbo Compressor Manufacturer (TCMFG) v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(5)  Sentenza tas-26 ta' Ottubru 2012 fil-Każ T-63/12, Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea


ANNESS

I.   L-entitajiet elenkati hawn taħt huma miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

III.   Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

No. 37, Aseman Tower (Sky Tower), Sayyade Shirazee Square, Pasdaran Ave., PO Box 19395-1311, Tehran. Iran;

IRISL IMO Nri: 9051624; 9465849; 7632826; 7632814; 9465760; 8107581; 9226944; 7620550; 9465863; 9226956; 7375363; 9465758; 9270696; 9193214; 8107579; 9193197; 8108559; 8105284; 9465746; 9346524; 9465851; 8112990

IRISL kienet involuta fit-trasbord ta' materjal relatat mal-armi mill-Iran bi ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1747(2007). Tliet każijiet ta' ksur ċar kienu rrappurtati lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Iran tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2009.

27.11.2013

2.

Bushehr Shipping Company Limited (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 37422; c/o Hafiz Darya Shipping Company, No. 60, Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

IMO Nru 9270658

Bushehr Shipping Company Limitedhija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

3.

Hafiz Darya Shipping Lines (HDSL)

(magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

No. 60, Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran.

HDSL ħadet ir-responsabbiltà bħala s-sid benefiċjarju ta' numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, HDSL qed taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

4.

Irano Misr Shipping Company

(magħrufa wkoll bħala. Nefertiti Shipping)

6, El Horeya Rd., El Attarein, Alexandria, Eġittu;

Inside Damietta Port, New Damietta City, Damietta, Eġittu;

403, El NahdaSt., Port Said, Port Said, Eġittu.

Irano Misr Shipping Company bħala aġent għal IRISL fl-Eġittu tipprovdi servizzi essenzjali lil IRISL.

27.11.2013

5.

Irinvestship Ltd

10 Greycoat Place, London SW1P 1SB, Renju Unit;

Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpannija # 41101 79

Irinvestship Ltd hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

6.

IRISL (Malta) Ltd

Flat 1, 143 Tower Road, Sliema SLM 1604, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 33735

IRISL (Malta) Ltd hija fil-biċċa l-kbira proprjetà ta' IRISL, permezz ta' IRISL Europe GmbH, li min-naħa l-oħra hija proprjetà ta' IRISL. Għalhekk, IRISL Malta Ltd hija kkontrollata minn IRISL.

27.11.2013

7.

IRISL Europe GmbH (Hamburg)

Schottweg 5, 22087 Hamburg, Ġermanja;

Numru tal-V.A.T. DE217283818

Nru tar-Reġistrazzjoni HRB 81573

IRISL Europe GmbH (Hamburg) hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

8.

IRISL Marine Services and Engineering Company

Sarbandar Gas Station PO Box 199, Bandar Imam Khomeini, Iran;

Karim Khan Zand Avenue (jew: Karimkhan Avenue), Iran Shahr Shomai (jew: Northern Iranshahr Street), No 221, Tehran, Iran;

Shahaid Rajaee Port Road, Kilometer of 8, Before Tavanir Power Station, Bandar Abbas, Iran.

IRISL Marine Services and Engineering Company hija kkontrollata minn IRISL.

27.11.2013

9.

ISI Maritime Limited (Malta)

147/1 St. Lucia Street, Valetta, Vlt 1185, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 28940

c/o IranoHind Shipping Co. Ltd., Mehrshad Street, Sedaghat St., opp. Park Mellat vali-e-asr Ave., Tehran, Iran

ISI Maritime Limited (Malta) hija kollha kemm hi proprjetà ta' Irano Hind Shipping Company li min-naħa tagħha hija fil-biċċa l-kbira tagħha proprjetà ta' IRISL. Għalhekk, ISI Maritime Limited (Malta) hija kkontrollata minn IRISL. Irano Hind Shipping Company hija indikata min-NU li hija proprjetà, li hija kkontrollata, jew li taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

10.

Khazar Shipping Lines (Bandar Anzali)

End of Shahid Mostafa, Khomeini St., Tohid Square, Bandar Anzali 1711-324, Iran, P.O. Box 43145.

Khazar Shipping Lines

hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

11.

Marble Shipping Limited

(Malta)

143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta;

Nru tar-Reġistrazzjoni C 41949

Marble Shipping Limited (Malta)hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

12.

Safiran Payam Darya (SAPID) Shipping Company

(magħrufa wkoll bħala Safiran Payam Darya Shipping Lines, SAPID Shipping Company)

33241 - Narenjestan 8th ST, Artesh Blvd, Aghdasieh, PO Box 19635-1116, Tehran, Iran.

Safiran Payam Darya (SAPID) ħadet ir-responsabbiltà bħala s-sid benefiċjarju ta' numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, hija qed taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

13.

Shipping Computer Services Company

(SCSCOL)

No 37, Asseman, Shahid Sayyad Shirazees Ave, P.O. Box 1587553-1351, Tehran, Iran.

Shipping Computer Services Company hija kkontrollata minn IRISL.

27.11.2013

14.

Soroush Saramin Asatir (SSA)

(magħrufa wkoll bħala Soroush Sarzamin Asatir Ship Management Company, Rabbaran Omid Darya Ship Management Company, Sealeaders)

No 14 (alt. 5), Shabnam Alley, Fajr Street, Shahid Motahhari Avenue, PO Box 196365-1114, Tehran, Iran.

Soroush Saramin Asatir (SSA) topera u timmaniġġja numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, hija taġixxi f'isem IRISL u tipprovdilha servizzi essenzjali.

27.11.2013

15.

South Way Shipping Agency Co. Ltd

(magħrufa wkoll bħala Hoopad Darya Shipping Agent)

Hoopad Darya Shipping Agency Company, No 101, Shabnam Alley, Ghaem Magham Street, Tehran, Iran;

Fergħa ta' Bandar Abbas: Hoopad Darya Shipping Agency building, Imam Khomeini Blvd, Bandar Abbas, Iran;

Fergħa ta' Imam Khomieni: Hoopad Darya Shipping Agency building B.I.K. port complex, Bandar Imam Khomeini, Iran;

Fergħa ta' Khorramshahr: Flat no.2-2nd floor, SSL Building, Coastal Blvd, between City Hall and Post Office, Khorramshahr, Iran;

Fergħa ta' Assaluyeh: Opposite to city post office, no.2 telecommunication center, Bandar Assaluyeh, Iran;

Fergħa ta' Chabahar: Indirizz mhux disponibbli;

Fergħa ta' Bushehr: Indirizz mhux disponibbli.

South Way Shipping Agency Co Ltd timmaniġġja operazzjonijiet ta' terminal tal-kontejners fl-Iran u tipprovdi servizzi ta' persunal għal flotot f'Bandar Abbas f'isem IRISL. Għalhekk, South Way Shipping Agency Co Ltd qed taġixxi f'isem IRISL.

27.11.2013

16.

Valfajr 8th Shipping Line

(magħrufa wkoll bħala Valjafr 8th Shipping Line, Valfajr)

No 119, Corner Shabnam Alley, Shoaa Square, Ghaem Magam Farahani, Tehran, Iran P.O. Box 15875/4155

Abyar Alley, Corner of Shahid Azodi St. & Karim Khan Zand Ave., Tehran, Iran;

Shahid Azodi St., Karim Khan Zand Ave., Abiar Alley, PO Box 4155, Tehran, Iran.

Valfajr 8th Shipping Line hija proprjetà ta' IRISL.

27.11.2013

II.   L-entrata għall-entità li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkata hawn hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.

I.   Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

MASNA (Modierat Saakht Niroogahye Atomi Iran) Kumpannija Maniġerjali għall-Kostruzzjoni tal-Impjanti tal-Enerġija Nukleari

P.O. Box 14395-1359, Tehran, Iran

Subordinata għal AEOI u Novin Energy (it-tnejn indikati taħt UNSCR 1737). Involuti fl-iżvilupp tar-reatturi nukleari.

26.7.2010


27.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2013) 8031)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/686/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Dawn ir-regoli jinkludu rekwiżiti tal-iġjene għall-ħalib nej u għall-prodotti tal-ħalib.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE (2) tistipula ċerti derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fis-subkapitoli II u III tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija elenkati f’dik id-Deċiżjoni. Dik id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

B’konformità, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE jistgħu, b’deroga mid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jipproċessaw ħalib konformi u ħalib mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi jew mhux konformi jitwettaq fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw il-ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(4)

Fit-12 ta’ Awwissu 2013 il-Bulgarija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta’ dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni.

(5)

F’dik il-lista, l-istabbilimenti elenkati fin-Nru 1 (BG 0412010 “Bi Si Si Handel” OOD), Nru 4 (BG2012020 “Yotovi” OOD) u Nru 5 (BG 2512020 “Mizia-Milk” OOD) tat-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/861/KE ġew imħassra peress li issa huma awtorizzati li jipproċessaw biss ħalib konformi li għandu jitqiegħed fis-suq ta’ ġewwa l-Unjoni.

(6)

Barra minn hekk, 4 stabbilimenti li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE tħassru minħabba li huma awtorizzati li jqiegħdu prodotti tal-ħalib fis-suq ta’ ġewwa l-Unjoni, peress li dawn qed jużaw biss ħalib konformi. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE f’Nru 8 (1312023”Inter-D” OOD), Nru 71 (BG 2512001 “Mladost -2002” OOD), Nru 91 (BG 2012019”Hemus-Milk komers” OOD) u Nru 95 (2712005 “Nadezhda” OOD)

(7)

Barra minn hekk, il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li, sa mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2009/861/KE, żdied konsiderevolment il-proporzjon ta’ ħalib nej li hu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija stabbiliet ukoll pjan ta’ azzjoni bil-għan li tkopri l-katina kollha tal-produzzjoni tal-ħalib f’dak l-Istat Membru, li jiżgura konformità mar-regoli tal-Unjoni.

(8)

Madanakollu, skont ir-rapporti ippreżentati mill-Bulgarija abbażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2009/861/KE u tal-informazzjoni provduta lill-Kummissjoni minn dak l-Istat Membru fl-1 ta’ Awwissu 2013, is-settur tal-ħalib fil-Bulgarija xorta m’għadux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(9)

Filwaqt li jitqiesu l-isforzi magħmula mill-Bulgarija sabiex is-settur tal-ħalib isir konformi mar-regoli tal-Unjoni, bi tnaqqis kostanti ta’ rziezet li kienu qed jipproduċu ħalib mhux konformi mill-2009, huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2009/861/KE tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2015.

(10)

Il-Bulgarija għandha tipprovdi aġġornamenti regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar sabiex turi li l-għan tal-konformità mal-kriterji tal-Unjoni jista’ jinkiseb qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/861/KE bħalma ġie estiż b’din id-Deċiżjoni.

(11)

Id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/861/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, id-data “31 ta’ Diċembru 2013” issir “31 ta’ Diċembru 2015”.

(2)

Fl-Artikolu 3, id-data “31 ta’ Diċembru 2013” issir “31 ta’ Diċembru 2015”.

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

1.   Il-Bulgarija għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li jonqos in-numru ta’ stabbilimenti li jipproduċu ħalib mhux konformi skont dan li ġej:

(a)

sa qabel it-30 ta’ Novembru 2014, b’ta’ mill-inqas 30 % kif imqabbel man-numru ta’ dawk l-istabbilimenti rreġistrati fl-1 ta’ Settembru 2013;

(b)

sa qabel il-31 ta’ Mejju 2015, b’ta’ mill-inqas 60 % kif ikkumparat man-numru ta’ dawk l-istabbilimenti rreġistrati fl-1 ta’ Settembru 2013.

2.   Fil-każ li l-Bulgarija ma tissodisfax il-miri għat-tnaqqis fin-numru ta’ stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri xierqa.”

(4)

L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Il-Bulgarija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni r-rapporti dwar il-miżuri li ttieħdu skont l-Artikolu 4a(1) u dwar il-progress li sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a)

l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b)

is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

Ir-rapporti għall-2014 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014 u mill-31 ta’ Diċembru 2014, u r-rapporti għall-2015 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015 u mill-31 ta’ Ottubru 2015.

Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Annessi I u II isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.”

(5)

Fl-Artikolu 6, id-data “31 ta’ Diċembru 2013” issir “31 ta’ Diċembru 2015”.

(6)

L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83.


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 0612027

‘Mlechen ray - 2’ EOOD

gr. Vratsa

kv. ‘Bistrets’

2

BG 0612043

ET ‘Zorov- 91 - Dimitar Zorov’

gr. Vratsa

Mestnost ‘Parshevitsa’

3

BG 2112001

‘Rodopeya - Belev’ EOOD

Ul. ‘Trakya’ 20 Smolyan

4

BG 1212001

‘S i S - 7’ EOOD

gr. Montana

‘Vrachansko shose’ 1

5

BG 2812003

‘Balgarski yogurt’ OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska

ANNESS II

Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 2412037

‘Stelimeks’ EOOD

s. Asen

2

0912015

‘Anmar’ OOD

s. Padina

obsht. Ardino

3

0912016

OOD ‘Persenski’

s. Zhaltusha

obsht. Ardino

4

1012014

ET ‘Georgi Gushterov DR’

s. Yahinovo

5

1012018

‘Evro miyt end milk’ EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

6

1112017

ET ‘Rima-Rumen Borisov’

s. Vrabevo

7

1612049

‘Alpina -Milk’ EOOD

s. Zhelyazno

8

1612064

OOD ‘Ikay’

s. Zhitnitsa

obsht. Kaloyanovo

9

2112008

MK ‘Rodopa milk’

s. Smilyan

obsht. Smolyan

10

2412039

‘Penchev’ EOOD

gr. Chirpan

ul. ‘Septemvriytsi’ 58

11

2512021

‘Keya-Komers-03’ EOOD

s. Svetlen

12

0112014

ET ‘Veles-Kostadin Velev’

gr. Razlog

ul. ‘Golak’ 14

13

2312041

‘Danim-D.Stoyanov’ EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

14

0712001

‘Ben Invest’ OOD

s. Kostenkovtsi

obsht. Gabrovo

15

1512012

ET ‘Ahmed Tatarla’

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

16

2212027

‘Ekobalkan’ OOD

gr. Sofia

bul ‘Evropa’ 138

17

2312030

ET ‘Favorit- D.Grigorov’

s. Aldomirovtsi

18

2312031

ET ‘Belite kamani’

s. Dragotintsi

19

BG 1512033

ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

20

BG 1512029

‘Lavena’ OOD

s. Dolni Dębnik

obl. Pleven

21

BG 1612028

ET ‘Slavka Todorova’

s. Trud

obsht. Maritsa

22

BG 1612051

ET ‘Radev-Radko Radev’

s. Kurtovo Konare

obl. Plovdiv

23

BG 1612066

‘Lakti ko’ OOD

s. Bogdanitza

24

BG 2112029

ET ‘Karamfil Kasakliev’

gr. Dospat

25

BG 0912004

‘Rodopchanka’ OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

26

0112003

ET ‘Vekir’

s. Godlevo

27

0112013

ET ‘Ivan Kondev’

gr. Razlog

Stopanski dvor

28

0212037

‘Megakomers’ OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

29

0512003

SD ‘LAF-Velizarov i sie’

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

30

0612035

OOD ‘Nivego’

s. Chiren

31

0612041

ET ‘Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova’

gr. Vratsa

ul. ‘Ilinden’ 3

32

0612042

ET ‘Mlechen puls - 95 - Tsvetelina Tomova’

gr. Krivodol

ul. ‘Vasil Levski’

33

1012008

‘Kentavar’ OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

34

1212031

‘ADL’ OOD

s. Vladimirovo

obsht. Boychinovtsi

35

1512006

‘Mandra’ OOD

s. Obnova

obsht. Levski

36

1512008

ET ‘Petar Tonovski-Viola’

gr. Koynare

ul. ‘Hr.Botev’ 14

37

1512010

ET ‘Militsa Lazarova-90’

gr. Slavyanovo,

ul. ‘Asen Zlatarev’ 2

38

1612024

SD ‘Kostovi - EMK’

gr. Saedinenie

ul. ‘L.Karavelov’ 5

39

1612043

ET ‘Dimitar Bikov’

s. Karnare

obsht. ‘Sopot’

40

1712046

ET ‘Stem-Tezdzhan Ali’

gr. Razgrad

ul. ‘Knyaz Boris’23

41

2012012

ET ‘Olimp-P.Gurtsov’

gr. Sliven

m-t ‘Matsulka’

42

2112003

‘Milk- inzhenering’ OOD

gr.Smolyan

ul. ‘Chervena skala’ 21

43

2112027

‘Keri’ OOD

s. Borino,

obsht. Borino

44

2312023

‘Mogila’ OOD

gr. Godech,

ul. ‘Ruse’ 4

45

2512018

‘Biomak’ EOOD

gr. Omurtag

ul. ‘Rodopi’ 2

46

2712013

‘Ekselans’ OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

47

2812018

ET ‘Bulmilk-Nikolay Nikolov’

s. General Inzovo,

obl. Yambolska

48

2812010

ET ‘Mladost-2-Yanko Yanev’

gr. Yambol,

ul. ‘Yambolen’ 13

49

BG 1012020

ET ‘Petar Mitov-Universal’

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

50

BG 1112016

Mandra ‘IPZHZ’

gr. Troyan

ul. ‘V.Levski’ 281

51

BG 1712042

ET ‘Madar’

s. Terter

52

BG 0912011

ET ‘Alada-Mohamed Banashak’

s. Byal izvor

obsht. Ardino

53

1112026

‘ABLAMILK’ EOOD

gr. Lukovit

ul. ‘Yordan Yovkov’ 13

54

1312005

‘Ravnogor’ OOD

s. Ravnogor

55

1712010

‘Bulagrotreyd-chastna kompaniya’ EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

56

2012011

ET ‘Ivan Gardev 52’

gr. Kermen

ul. ‘Hadzhi Dimitar’ 2

57

2012024

ET ‘Denyo Kalchev 53’

gr. Sliven

ul. ‘Samuilovsko shose’ 17

58

2112015

OOD ‘Rozhen Milk’

s. Davidkovo,

obsht. Banite

59

2112026

ET ‘Vladimir Karamitev’

s. Varbina

obsht. Madan

60

2312007

ET ‘Agropromilk’

gr. Ihtiman

ul. ‘P.Slaveikov’ 19

61

BG 1812008

‘Vesi’ OOD

s. Novo selo

62

BG 2512003

‘Si Vi Es’ OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

63

BG 2612034

ET ‘Eliksir-Petko Petev’

s. Gorski izvor

64

0812030

‘FAMA’ AD

gr. Dobrich

bul. ‘Dobrudzha’ 2

65

0912003

‘Koveg-mlechni produkti’ OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

66

1412015

ET ‘Boycho Videnov - Elbokada 2000’

s. Stefanovo

obsht. Radomir

67

1712017

‘Diva 02’ OOD

gr. Isperih

ul. ‘An.Kanchev’

68

1712037

ET ‘Ali Isliamov’

s. Yasenovets

69

1712043

‘Maxima milk’ OOD

s. Samuil

70

2012010

‘Saray’ OOD

s. Mokren

71

2012032

‘Kiveks’ OOD

s.Kovachite

72

2012036

‘Minchevi’ OOD

s. Korten

73

2212009

‘Serdika -94’ OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

74

2312028

ET ‘Sisi Lyubomir Semkov’

s. Anton

75

2312033

‘Balkan spetsial’ OOD

s. Gorna Malina

76

2312039

EOOD ‘Laktoni’

s. Ravno pole,

obl. Sofiyska

77

2412040

‘Inikom’ OOD

gr. Galabovo

ul. ‘G.S.Rakovski’ 11

78

2512011

ET ‘Sevi 2000- Sevie Ibryamova’

s. Krepcha

obsht. Opaka

79

2612015

ET ‘Detelina 39’

s. Brod

80

2812002

‘Arachievi’ OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska’

81

BG 1612021

ET ‘Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov’

s. Briagovo

obsht. Gulyantsi

82

2012008

‘Raftis’ EOOD

s. Byala

83

2112023

ET ‘Iliyan Isakov’

s. Trigrad

obsht. Devin

84

2312020

‘MAH 2003’ EOOD

gr. Etropole

bul. ‘Al. Stamboliyski’ 21