ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.314.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
23 ta' Novembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2013 tal-20 ta’ Novembru 2013 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 1964/2006, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolamenti (KE) Nru 828/2009, (KE) Nru 1918/2006 u (KE) Nru 341/2007, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni fl-2014 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm, li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fl-2014 fl-oqsma taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur u li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 dwar il-perjodu għall-eżami tal-offerti għax-xiri tal-qamħ komuni bi prezz fiss fil-qafas tal-intervent pubbliku

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2013 tat-22 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva tembotrion, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2013 tat-22 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2013

tal-20 ta’ Novembru 2013

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 1964/2006, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolamenti (KE) Nru 828/2009, (KE) Nru 1918/2006 u (KE) Nru 341/2007, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni fl-2014 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm, li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fl-2014 fl-oqsma taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur u li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 dwar il-perjodu għall-eżami tal-offerti għax-xiri tal-qamħ komuni bi prezz fiss fil-qafas tal-intervent pubbliku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdieni) (2),u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a), l-Artikolu 61, l-Artikolu 144(1), l-Artikoli 148 u 156 u l-Artikolu 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u l-Paċifiku (ACP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97 u (KE) Nru 1933/2006, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (5), (KE) Nru 969/2006 (6) u (KE) Nru 1067/2008 (7) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni tax-xgħir taħt il-kwota 09.4126, tal-qamħirrum taħt il-kwota 09.4131 u ta’ qamħ ta’ kwalità differenti minn dik superjuri taħt il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (8) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (9) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx taħt il-kwota 09.4517 u tar-ross miksur taħt il-kwota 09.4079.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (10) jipprevedi d-dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-talbiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (11) jipprevedi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-talbiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa taħt il-kwota 09.4032.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (12) jipprevedi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni “A” tat-tewm taħt il-kwoti 09.4099, 09.4100, 09.4102, 09.4104, 09.4105 u 09.4106.

(6)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2014, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 1964/2006, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, u mir-Regolamenti (KE) Nru 828/2009, (KE) Nru 1918/2006 u (KE) Nru 341/2007 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-ħruġ ta’ dawn il-liċenzji, biex ikun jista’ jiġi żgurat ir-rispett tal-volumi tal-kwoti kkonċernati.

(7)

L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (13) jistipula li l-liċenzji ta’ esportazzjoni għaz-zokkor u l-isoglukożju mhux taħt il-kwota jinħarġu mill-Ġimgħa ta’ wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzja, kemm-il darba ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.

(8)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 (14), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (15), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2010 (16) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2011 (17) jistipulaw li l-liċenzji ta’ esportazzjoni jinħarġu l-Erbgħa ta’ wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzja, kemm-il darba ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.

(9)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2014 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu minn meta jitressqu l-applikazzjonijiet sal-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex tkun żgurata ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż.

(10)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (18) jistipula li l-Kummissjoni trid tiddeċiedi fi żmien jumejn tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(3) ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2014 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu għall-eżaminazzjoni tal-offerti huwa qasir wisq biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-kwantitajiet offruti. Għalhekk jeħtieġ li dan jiġi estiż.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċereali

1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir taħt il-kwota 09.4126, wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014.

2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrum taħt il-kwota 09.4131, wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014.

3.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri taħt il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 2

Ross

1.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2014, ma jistgħux jibqgħu jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx taħt il-kwota 09.4517 wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2014.

2.   B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur taħt il-kwota 09.4079 wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 3

Zokkor

B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti tas-settur taz-zokkor taħt il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247 wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014, u sas-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 4

Żejt taż-żebbuġa

B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jingħataw fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (19).

Artikolu 5

Tewm

B’deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, il-liċenzji tal- importazzjoni “A” li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul l-ewwel sebat ijiem tal-kalendarju ta’ April 2014 jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet ta’ kompetenza mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2014 sas-7 ta’ Mejju 2014, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 6

Zokkor u isoglukożju mhux taħt il-kwota

B’deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju mhux taħt il-kwota u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, filwaqt li, fejn applikabbli, jitqiesu l-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

Artikolu 7

Liċenzji tal-esportazzjoni b’rifużjonijiet għas-setturi tal-laħam tal-majjal u l-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, il-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti speċifikati hemmhekk, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, il-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, fl-Artikolu 3(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u fl-Artikolu 3(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

Artikolu 8

Offerti għax-xiri ta’ qamħ komuni bi press fiss skont l-intervent pubbliku

B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, għall-offerti tal-qamħ komuni, innotifikati matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, il-perjodu li fih il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) u fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jiskadi fid-data li tidher f’dak l-Anness.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jiskadi fis-9 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali tal-Komunità għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NM 1006 40 00, għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta’ Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd (ĠU L 328, 14.12.2010, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku(ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS I

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Dati tal-ħruġ

It-Tnejn 14 jew it-Tlieta 15 ta’ April 2014

Il-Ġimgħa 25 ta’ April 2014

It-Tnejn 28 jew it-Tlieta 29 ta’ April 2014

L-Erbgħa, 7 ta’ Mejju 2014

It-Tnejn 5 jew it-Tlieta 6 ta’ Mejju 2014

L-Erbgħa, 14 ta’ Mejju 2014

It-Tnejn 26 jew it-Tlieta 27 ta’ Mejju 2014

Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2014

It-Tnejn 2 jew it-Tlieta 3 ta’ Ġunju 2014

L-Erbgħa, 11 ta’ Ġunju 2014

It-Tnejn 14 jew it-Tlieta 15 ta’ Lulju 2014

L-Erbgħa, 23 ta’ Lulju 2014

It-Tnejn 11 jew it-Tlieta 12 ta’ Awwissu 2014

L-Erbgħa, 20 ta’ Awwissu 2014


ANNESS II

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju mhux taħt il-kwota

Dati tal-ħruġ

Mit-Tnejn 15 sal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru 2014

Il-Ħamis, 8 ta’ Jannar 2015


ANNESS III

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam tal-majjal, tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

Dati tal-ħruġ

Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta’ April 2014

Il-Ħamis, 24 ta’ April 2014

Mit-Tnejn 2 sal-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2014

Il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju 2014

Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta’ Lulju 2014

Il-Ħamis, 24 ta’ Lulju 2014

Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru 2014

L-Erbgħa, 7 ta’ Jannar 2015


ANNESS IV

Data tan-notifika ta’ offerti tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009

Perjodu tan-notifika ta’ offerti tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 13(3), tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009

Tmiem il-perjodu li fih il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-offerti tal-qamħ komuni wara dawk in-notifiki

L-Erbgħa, 16 ta’ April 2014

Mit-Tnejn 14 sat-Tnejn 21 ta’ April 2014

Il-Ħamis, 24 ta’ April 2014

L-Erbgħa, 28 ta’ Mejju 2014

Mit-Tnejn 26 sal-Ġimgħa 30 ta’ Mejju 2014

L-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2014

L-Erbgħa, 24 ta’ Diċembru 2014

L-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru 2014

Mill-Erbgħa 17 ta’ Diċembru 2014 sal-Ġimgħa 2 ta’ Jannar 2015

L-Erbgħa, 7 ta’ Jannar 2015


23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1192/2013

tat-22 ta’ Novembru 2013

li japprova s-sustanza attiva tembotrion, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għat-tembotrion, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tissodisfahom id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE (3).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fil-25 ta’ Novembru 2005 l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG biex is-sustanza attiva tembotrion tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2006/586/KE kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fis-7 ta’ Frar 2007, ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 (4) fl-14 ta’ Mejju 2012 l-applikant talab informazzjoni addizzjonali. L-evalwazzjoni tad-dejta addizzjonali mill-Awstrija tressqet fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni f’Settembru 2012.

(4)

L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni analizzawh l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fis-6 ta’ Marzu 2013, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tembotrion (5). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità analizzawhom l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u fit-3 ta’ Ottubru 2013 ġew iffinalizzati fil-format ta’ rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għat-tembotrion.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu t-tembotrion huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, jixraq li t-tembotrion tiġi approvata.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni.

(7)

Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tembotrion. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif xieraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi.

(8)

L-esperjenza tal-inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi valutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (6) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li hemm bżonn jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw sustanzi attivi.

(9)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta’ sustanza attiva

Kif jispeċifika l-Anness I, is-sustanza attiva tembotrion hi approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tembotrion bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Ottubru 2014.

Sa dik id-data dawn għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier, jew għandu aċċess għalih, li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih it-tembotrion bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2014 l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u filwaqt li titqies il-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Skont dik l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Meta dan ikun stabbilit:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-tembotrion bħala l-unika sustanza attiva, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih it-tembotrion bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att/i rispettivi li żiedu s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/586/KE tal-25 ta’ Awwissu 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti li tressqu għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-chromafenozide, halosufuron, tembotrione, valiphenal u Zucchini yellow mosaic virus — tal-varjazzjoni dgħajfa fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 31).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51).

(5)  EFSA Journal 2013; 11(3):3131. Jista’ jinstab onlajn: www.efsa.europa.eu

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

It-tembotrion

Nru CAS 335104-84-2

Nru CIPAC 790

2-{2-kloro-4-meżil-3-[(2,2,2-trifluworoetossi)metil]benżojl}ċikloeżan-1,3-dion

≥ 945 g/kg

Dawn l-impuritajiet rilevanti ma għandhomx jaqbżu ċertu limitu fil-materjal tekniku:

Toluwen: ≤ 10 g/kg

HCN: ≤ 1 g/kg

fl-1 ta’ Mejju 2014.

fit-30 ta’ April 2024.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar it-tembotrion, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

(b)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied din l-annotazzjoni:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (*)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“59

Tembotrion

Nru CAS 335104-84-2

Nru CIPAC 790

2-{2-kloro-4-meżil-3-[(2,2,2-trifluworoetossi)metil]benżojl}ċikloeżan-1,3-dion

≥ 945 g/kg

Dawn l-impuritajiet rilevanti ma għandhomx jaqbżu ċertu limitu fil-materjal tekniku:

Toluwen: ≤ 10 g/kg

HCN: ≤ 1 g/kg

fl-1 ta’ Mejju 2014

fit-30 ta’ April 2024

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar it-tembotrion, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-3 ta’ Ottubru 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

(b)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.


23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1193/2013

tat-22 ta’ Novembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

53,3

MA

41,4

MK

36,9

TR

83,5

ZZ

53,8

0707 00 05

AL

39,0

MK

57,9

TR

95,6

ZZ

64,2

0709 93 10

MA

126,5

TR

115,5

ZZ

121,0

0805 20 10

MA

75,4

TR

76,1

ZA

87,1

ZZ

79,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

PK

59,4

SZ

56,2

TR

56,0

UY

56,2

ZA

192,9

ZZ

84,1

0805 50 10

TR

67,5

ZZ

67,5

0808 10 80

BA

54,0

BR

93,9

CL

102,3

MK

41,5

NZ

93,9

US

135,2

ZA

171,6

ZZ

98,9

0808 30 90

CN

57,5

TR

116,3

ZZ

86,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.