ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.308.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 308

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
16 ta' Novembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/535/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

1

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima I — Parlament Ewropew

3

 

 

2013/536/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

22

 

 

2013/537/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III — Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

25

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III — Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

27

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza 2011 tal-Kummissjoni

68

 

 

2013/538/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2011

104

 

 

2013/539/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

106

 

 

2013/540/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011

108

 

 

2013/541/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011

110

 

 

2013/542/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011

112

 

 

2013/543/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2011

114

 

 

2013/544/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III — Il-Kummissjoni

116

 

 

2013/545/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

118

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

119

 

 

2013/546/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

122

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

123

 

 

2013/547/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

126

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

127

 

 

2013/548/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VII — Kumitat tar-Reġjuni

130

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

131

 

 

2013/549/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

133

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

134

 

 

2013/550/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

136

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

137

 

 

2013/551/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

139

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima X — is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

140

 

 

2013/552/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011

146

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011

148

 

 

2013/553/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011

159

 

 

2013/554/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011

161

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011

162

 

 

2013/555/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011

164

 

 

2013/556/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011

165

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011

166

 

 

2013/557/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011

168

 

 

2013/558/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

169

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

170

 

 

2013/559/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

173

 

 

2013/560/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011

174

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011

175

 

 

2013/561/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2011

179

 

 

2013/562/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

180

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

182

 

 

2013/563/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

187

 

 

2013/564/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

189

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

190

 

 

2013/565/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

195

 

 

2013/566/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

196

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

197

 

 

2013/567/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

202

 

 

2013/568/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011

203

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011

204

 

 

2013/569/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011

208

 

 

2013/570/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011

209

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011

210

 

 

2013/571/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011

215

 

 

2013/572/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011

216

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011

217

 

 

2013/573/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011

220

 

 

2013/574/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011

221

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011

222

 

 

2013/575/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011

227

 

 

2013/576/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011

228

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011

229

 

 

2013/577/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011

234

 

 

2013/578/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011

235

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li huma parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011

236

 

 

2013/579/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011

240

 

 

2013/580/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

241

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

242

 

 

2013/581/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

247

 

 

2013/582/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

248

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

249

 

 

2013/583/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

253

 

 

2013/584/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011

254

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011

255

 

 

2013/585/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011

260

 

 

2013/586/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011

261

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011

262

 

 

2013/587/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għas-sena finanzjarja 2011

266

 

 

2013/588/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011

267

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011

268

 

 

2013/589/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011

271

 

 

2013/590/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

272

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

273

 

 

2013/591/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

276

 

 

2013/592/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2011

277

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2011

278

 

 

2013/593/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2011

281

 

 

2013/594/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011

282

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011

283

 

 

2013/595/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011

288

 

 

2013/596/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011

289

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011

290

 

 

2013/597/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011

294

 

 

2013/598/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

295

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

296

 

 

2013/599/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

298

 

 

2013/600/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011

299

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011

300

 

 

2013/601/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011

302

 

 

2013/602/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

303

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

304

 

 

2013/603/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

307

 

 

2013/604/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011

308

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011

309

 

 

2013/605/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011

312

 

 

2013/606/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

313

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

314

 

 

2013/607/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

318

 

 

2013/608/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011

319

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011

320

 

 

2013/609/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011

323

 

 

2013/610/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

324

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

325

 

 

2013/611/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

328

 

 

2013/612/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

329

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

330

 

 

2013/613/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

333

 

 

2013/614/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

334

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

335

 

 

2013/615/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

339

 

 

2013/616/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2011

340

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2011

341

 

 

2013/617/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2011

344

 

 

2013/618/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011

345

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011

346

 

 

2013/619/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011

350

 

 

2013/620/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011

351

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011

352

 

 

2013/621/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011

356

 

 

2013/622/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011

357

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011

358

 

 

2013/623/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011

362

 

 

2013/624/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011

363

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011

364

 

 

2013/625/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011

368

 

 

2013/626/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011

369

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011

370

 

 

2013/627/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011

373

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

374

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/1


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

(2013/535/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0225/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja — Taqsima I — Il-Parlament Ewropew — Sena finanzjarja 2011 (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 skont liema kull Istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2011 – Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2011 (10),

wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0063/2013),

A.

billi l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri indika li, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2011, l-istituzzjonijiet kollha ħaddmu b’mod sodisfaċenti s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll meħtieġa mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

B.

billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika, fl-24 ta’ April 2012, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-qafas ta’ kontroll stabbilit joffri l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħtu,

1.

Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 164, 9.6.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(5)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)  PE 349.540/Bur/ann/def.

(9)  ĠU C 4 E, 7.1.2011, p. 20.

(10)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 258.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima I — Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0225/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja — Taqsima I — Il-Parlament Ewropew — Sena finanzjarja 2011 (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 skont liema kull Istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2011 — Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2011 (10),

wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0063/2013),

A.

billi fil-11 ta’ Lulju 2012 il-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2011,

B.

billi fiċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet definittivi, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament afferma l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li ma waslet għall-attenzjoni tiegħu l-ebda kwistjoni li dwarha jesprimi riżerva,

C.

billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika, fl-24 ta’ April 2012, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-qafas ta’ kontroll stabbilit joffri l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħtu,

D.

billi, b’segwitu tal-awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li, għan-nefqa amministrattiva tal-2011, l-istituzzjonijiet kollha ħaddmu s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju u 93 % tas-56 pagament eżaminat (3 pagamenti akkont bil-quddiem u 53 pagament finali) irriżultaw eżenti minn żbalji materjali,

E.

billi, konformement mal-proċedura abitwali, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet waslu lura u ġew diskussi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli mill-Baġit u tas-Segretarju Ġenerali kif ukoll tal-Awditur Intern;

Valur miżjud tal-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament

1.

Jenfasizza l-valur miżjud tal-proċedura parlamentari li twassal għall-kwittanza annwali tal-Parlament; itenni li l-kwittanza tal-Parlament toffri possibilità addizzjonali biex isir, pubblikament, eżami kritiku tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjoni, b’hekk iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu ffaċilitati biex jifhmu l-istruttura ta’ governanza partikolari tal-Parlament, il-metodi ta’ ħidma tiegħu u l-prezz ta’ Ewropa demokratika;

2.

Jitlob lill-Bureau jinkludi diskussjoni dwar ir-rapport tal-kwittanza bħala punt speċifiku tal-aġenda f’Mejju jew Ġunju, ftit wara li jkun ġie adottat mill-plenarja;

3.

Jenfasizza li l-kontroll huwa neċessarju biex jiġi garantit li l-amministrazzjoni tal-Parlament tinżamm responsabbli u li fid-dawl tal-interess kbir fost iċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-opinjoni pubblika fil-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament, huwa essenzjali għall-Parlament jevita kwalunkwe riskju ta’ ġestjoni mtappna u għalhekk jopera b’mod kompletament trasparenti biex jiggarantizzi li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw stampa veritiera u preċiża tal-mod kif il-Parlament jużaw ir-riżorsi mpoġġija għad-dispożizzjoni tiegħu;

4.

Ifakkar li billi l-Parlament huwa l-awtorità responsabbli għall-ħruġ tad-deċiżjoni finali dwar il-kwittanza, huwa tal-akbar importanza li l-proċedura titmexxa b’manjiera eżemplari fil-każ tal-Parlament, u li huwa neċessarju għalhekk li jiġi evitat anki l-iċken nuqqas li jaf itebba’ r-riżultati politiċi li kisbet l-istituzzjoni demokratika tal-Ewropa u l-isforzi tagħha biex tilħaq aktar trasparenza u ġestjoni finanzjarja aktar soda;

5.

Jindika li din ir-riżoluzzjoni tibqa’ prinċipalment ikkonċentrata fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq il-kwittanza tiegħu għas-sena finanzjarja 2011 u li l-objettiv ewlieni tagħha huwa dak li tiżgura li l-flus pubbliċi tal-kontribwenti jintużaw bl-aħjar mod possibbli filwaqt li tagħmel enfasi fuq fejn jista’ jsir titjib; jinkoraġġixxi lill-korpi responsabbli tal-Parlament ikomplu jtejbu, fil-livelli kollha possibbli, l-effiċjenza tal-xogħol ta’ kuljum tal-Parlament bil-għan li liċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw dejjem servizz aħjar;

6.

Josserva b’sodisfazzjon il-kwalità tal-iskambju ta’ opinjonijiet bejn il-Viċi President responsabbli mill-Baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fit-22 ta’ Jannar 2013 fil-kuntest tal-kwittanza tal-Parlament tal-2011; itenni li l-amministrazzjoni tal-Parlament tinżamm responsabbli matul l-proċedura kollha u li r-rapporti ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament u l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju matul dawn l-aħħar għaxar snin żvolġew rwol importanti u ġabu żviluppi ferm pożittivi fil-ġestjoni finanzjarja tal-Parlament, bħall-istatut tal-Membri u dak tal-assistenti huwa determinat ikompli din l-evoluzzjoni promettenti lejn l-eċċellenza u t-trasparenza fil-ġestjoni finanzjarja pubblika;

7.

Itenni l-proposta tiegħu li l-Bureau għandu jiċċirkola aktar “White Papers” dwar punti tal-politika ta’ interess ġenerali lill-Membri kollha, biex dawn ikunu jistgħu jiġu diskussi bir-reqqa fi ħdan il-gruppi politiċi qabel ma tittieħed deċiżjoni finali;

Ġestjoni tal-Parlament matul l-2011

8.

Jilqa’ favorevolment il-fatt li, fit-22 ta’ Settembru 2011, ir-rappreżentanti tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits laħqu ftehim dwar miżuri ta’ tfaddil addizzjonali li sussgwentement ġew inkorporati fil-baġit 2012 tal-Parlament; huwa ferm konvint li dawk il-miżuri ta’ tfaddil intelliġenti li jammontaw għal kważi EUR 40 000 000 ma jolqtu la l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-Parlament u lanqas ir-riżorsi għad-dispożizzjoni ta’ kull Membru; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jżomm informati lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati li jikseb il-Parlament u, għal dan il-għan, jikseb informazzjoni dwar azzjonijiethom tagħhom u jitlob li jkun informat bit-tweġibiet irċevuti; jindika, madankollu, li t-tfaddil għandu jsir billi jintefqu inqas flus, u mhux permezz ta’ pagamenti qabel jew wara, jew trasferimenti bejn il-baġits;

9.

Ifakkar lill-President u lis-Segretarju Ġenerali fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2013 (11), li fiha l-Parlament “ifakkar fid-deċiżjoni adottata fil-plenarja li l-Kunsill jippreżenta pjan direzzjonali sa Ġunju 2013 dwar il-postijiet tax-xogħol multipli tal-PE u jistenna li ż-żewġ kumitati kkonċernati, is-Segretarju Ġenerali u l-Bureau jipprovdu lill-Membri b’ċifri u informazzjoni aġġornati dwar l-impatt ambjentali u finanzjarju tal-arranġament ta’ postijiet tax-xogħol multipli; jissuġġerixxi li s-servizzi tal-PE għall-valutazzjoni tal-impatt jeżaminaw din il-kwistjoni, inkluż fir-rigward tal-impatt tal-preżenza jew tal-preżenza parzjali tal-PE fuq il-komunitajiet u r-reġjuni rispettivi u jippreżentaw valutazzjoni sa Ġunju 2013 biex il-konklużjonijiet tagħhom jitqiesu fil-kuntest tal-QFP li jmiss”; jindika li Ġunju 2013 qorob ħafna;

10.

Jinnota li l-Parlament hu marbut permezz tat-Trattat li jaħdem minn tliet postijiet tax-xogħol u dan jinvolvi spejjeż addizzjonali; jinnota wkoll li kwalunkwe bidla ta’ din is-sitwazzjoni mhix f’idejn il-Parlament iżda f’idejn l-Istati Membri; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Istati Membri jirrevedu l-kwistjoni tas-sede u l-postijiet tax-xogħol tal-Parlament fir-rieżami li jmiss tat-Trattat billi jemendaw il-Protokoll 6;

11.

Josserva li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid (Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012) u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013 u ġabu magħhom tibdil kbir fil-ġestjoni finanzjarja, partikolarment billi żguraw ġestjoni finanzjarja tajba aktar soda kif ukoll il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, introduċew mekkaniżmi finanzjarji li jippermettu l-mobilizzazzjoni ta’ fondi terzi bħala ingranaġġ fuq il-fondi tal-Unjoni u naqqsu l-burokrazija, filwaqt li ressqu l-attenzjoni mill-formalitajiet amministrattivi għar-riżultati; jinkoraġġixxi lis-servizzi tal-Parlament, bħal fir-reviżjonijiet tal-imgħoddi tar-Regolament Finanzjarju, jimplimentaw dawk ir-regoli mingħajr dewmien u b’impatt negattiv kemm jista’ jkun minimu fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament; jixtieq ikun informat, qabel tinbeda l-proċedura ta’ kwittanza 2012, jekk ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid wassalx għal tnaqqis fl-għadd ta’ persunal meħtieġ għall-ġestjoni finanzjarja;

12.

Jilqa’ pożittivament il-Kodiċi ta’ Kondotta l-ġdid għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta’ interess adottati mill-plenarja tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2011; josserva li l-Membri huma meħtieġa jikkomunikaw integralment kull attività rimunerata barra mill-Parlament, ir-rimunerazzjoni li jaqalgħu, u kwalunkwe funzjoni oħra li jaqdu li tista’ tagħti lok għal kunflitti ta’ interess; ikompli josserva li l-kodiċi jipprojbixxi espressament lill-Membri milli jaċċettaw kwalunkwe somma ta’ flus jew rigal ieħor talli jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-Parlament; josserva b’sodisfazzjon li jistabbilixxi regoli ċari dwar l-aċċettazzjoni ta’ rigali u dwar ex Membri li jinvolvu ruħhom fl-attivitajiet ta’ lobbying; jistenna li r-regoli ta’ implimentazzjoni se jiġu komunikati lill-Membri b’mod adegwat, u li d-dikjarazzjonijiet se jiġu vverifikati abbażi ta’ kampjun;

13.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi ta’ Kondotta, il-miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 5(3) – biex tkun żgurata trasparenza fir-rigward ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar, alloġġ u sussistenza mħallsa minn terzi — għadhom ma ġewx adottati; jindika li huwa imperattiv li l-miżuri ta’ implimentazzjoni jiġu adottati malajr; jemmen bis-sħiħ li l-ispejjeż ta’ terzi tal-ivvjaġġar, alloġġ u sussistenza li jammontaw għal EUR 150 jew aktar iridu jiġu divulgati;

14.

Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tippubblika d-dikjarazzjonijiet kollha tal-interessi finanzjarji tal-Membri Parlamentari, sena b’sena, u f’forma li tista’ tinqara b’magna, fit-taqsima tal-profil tal-Membri Parlamentari tas-sit tal-Parlament;

15.

Josserva l-pubblikazzjoni ta’ rapport soċjali, li jagħti tagħrif ta’ siwi dwar ir-riżorsi umani tal-Parlament; jitlob li r-rapport tal-2012 ikun ippubblikat qabel l-aħħar ta’ Settembru 2013; jikkonstata wkoll li bejn l-2010 u l-2011 l-organigramma tal-Parlament irreġistra żieda ta’ 4 % prinċipalment minħabba r-responsabilitajiet ġodda u l-ammont ta’ xogħol akbar minħabba t-Trattat ta’ Lisbona u l-adeżjoni prevista tal-Kroazja mal-Unjoni;

16.

Jitlob li korsijiet għat-taħriġ tal-persunal, u korsijiet intensivi tal-lingwa b’mod partikolari, jitfasslu b’mod li jirrifletti b’mod aktar effikaċi l-iskeda tax-xogħol tad-diversi tipi ta’ persunal tal-Parlament, inklużi l-assistenti parlamentati akkreditati;

17.

Jirrakkomanda li jingħata segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri biex jiġi garantit li t-tibdil fis-sitwazzjoni tal-persunal jiġi reġistrat f’waqtu u tiġi implimentata sistema għall-monitoraġġ f’waqtu ta’ dik l-informazzjoni;

18.

Ifakkar li l-2011 kienet it-tieni sena sħiħa li fiha l-Istatut il-ġdid tal-Membri u l-Istatut tal-Assistenti kien fis-seħħ (it-tnejn applikabbli mill-14 ta’ Lulju 2009); josserva li l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Istatut tal-Assistenti ġew emendati erba’ darbiet f’dawk is-sentejn għall-applikazzjoni tat-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS) u l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni abbażi tal-proposti tal-Grupp Temporanju ta’ Evalwazzjoni u tas-Segretarju Ġenerali; ifakkar li l-implimentazzjoni tat-Titolu VII tas-CEOS ħolqot skema unika li tirregola l-istatus tal-assistenti parlamentari akkreditati (APA) li jaħdmu fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament, li ssostitwiet is-sebgħa u għoxrin sistema nazzjonali differenti fil-qasam tar-relazzjoni kuntattwali, tassazzjoni u sigurtà soċjali u li attwalment ma hemm l-ebda element li jissuġġerixxi bżonn ta’ adattament tar-regoli applikabbli għall-assistenti parlamentari msemmija fl-ambitu tat-Titolu VII tas-CEOS; jissuġerixxi li ssir evalwazzjoni kompluta tal-Istatut tal-Assistenti, inklużi adattamenti potenzjali għar-regoli qabel l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin;

Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja  (12)

19.

Josserva li fl-2011 il-Parlament irċieva dħul li ammonta għal EUR 173 293 432 (EUR 243 094 204 fl-2010) li inkluda EUR 23 815 077 fi dħul assenjat;

Preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Parlament

20.

Jikkonstata li ċ-ċifri ta’ għeluq tal-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2011 huma ppreżentati kif ġej:

(EUR)

(a)   Approprjazzjonijiet disponibbli

Approprjazzjonijiet għall-2011:

1 685 829 393

Riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2010:

9 240 000

Riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2010:

231 028 630

Approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat għall-2011:

23 815 077

Riporti korrispondenti għad-dħul assenjat għall-2010:

110 017 852

Total:

2 059 930 952

(b)   Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2011

Impenji:

1 843 611 385

Pagamenti mwettqa:

1 580 302 842

Approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inkluż dawk li ġejjin mid-dħul assenjat:

330 492 631

Approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

21 700 000

Approprjazzjonijiet kanċellati:

126 481 634

(c)   Dħul tal-baġit

irċevut fl-2011:

173 293 432

(d)

Total tal-Karta tal-Bilanċi fil-31 ta’ Diċembru 2011

1 565 534 440

21.

Josserva li l-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit inizjali tal-Parlament għall-2011 kienu jammontaw għal EUR 1 685 829 393, li jirrappreżentaw żieda ta’ 5 % mill-baġit tal-2010 (EUR 1 607 363 235), u li fl-2011, bil-kontra tal-2010, l-ebda baġit emendatorju ma kien ippreżentat;

22.

Jikkonstata li fl-2011 ġie impenjat 93 % (96 % fl-2010) tal-approprjazzjonijiet definittivi, b’rata ta’ kanċellazzjoni ugwali għal 6 % (3 % fl-2010), u li, bħal fis-snin preċedenti, intlaħaq livell għoli ta’ implimentazzjoni tal-baġit; josserva wkoll iż-żieda rapida fl-approprjazzjonijiet kanċellati, dovuta, primarjament, għan-nuqqas ta’ ħlas, fl-2011, tal-aġġustament salarjali annwali lill-persunal ta’ 1,7 %, b’segwitu għad-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill;

23.

Jinsab imħasseb dwar iż-żieda sinifikanti ta’ riporti lejn l-2011 (EUR 240 268 630 (13)) u jitlob ippjanar aħjar tan-nefqa; jistieden lill-amministrazzjoni tinverti din it-tendenza fil-prospettiva tal-elezzjonijiet Ewropej futuri;

24.

Josserva li l-baġit tal-Unjoni għall-2011 ammonta għal EUR 141,9 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, li minnhom EUR 1 686 miljun għall-baġit tal-Parlament; ikompli josserva li din iċ-ċifra hija ftit ‘il fuq minn 1 % tal-baġit tal-Unjoni u tirrappreżenta 20 % tal-ammont ta’ EUR 8 454 miljun iddestinati għan-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom għall-2011, konformement mal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba;

25.

Japprezza l-fatt li ma sar l-ebda trasferiment ta’ tlaqqit (mopping-up transfer) bejn l-2011 u l-2012; jerġa’ jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu ssegwi l-objettiv ta’ ppjanar u dixxiplina baġitarji aħjar u iktar ċari u li, fl-interessi taċ-ċarezza baġitarja, in-nefqa fuq il-bini, jew kwalunkwe nefqa oħra ta’ entità analoga, tiddaħħal individwalment fil-baġit pjuttost milli tkun iffinanzjata permezz ta’ ammonti mhux użati;

26.

Josserva li, fl-2011, l-erba’ intestaturi ewlenin tal-baġit tal-Parlament kienu “uffiċjali u persunal temporanju”, “bini u nefqiet relatati”, “Membri” u “nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”, li jirrappreżentaw 70 % tal-impenji totali;

27.

Ifakkar li l-ammont ta’ EUR 85,9 miljun imħallas lura mill-Belġju lill-Parlament fil-bidu tal-2010 u allokat għal proġetti ta’ bini għandu jitqies bħala dħul assenjat estern fl-ambitu tal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju;

Il-kontijiet tal-Parlament

28.

Josserva li, fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet definittivi, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha; josserva wkoll id-dikjarazzjoni tiegħu li skont din ma waslet għall-attenzjoni tiegħu l-ebda kwistjoni li dwarha jesprimi riżerva;

29.

Ifakkar fid-deċiżjoni tal-President tiegħu fil-11 ta’ Lulju 2012 dwar l-adozzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2011;

Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tas-Segretarju Ġenerali

30.

Jilqa’ pożittivament id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali, iddatata l-24 ta’ April 2012, fil-kapaċità tiegħu ta’ Uffiċjal Awtorizzanti Prinċipali b’Delega, dwar ir-rapporti annwali tal-attività tal-uffiċjali awtorizzanti għall-2011, li fiha jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-qafas ta’ kontroll stabbilit joffri l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħtu;

Rapporti Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2011

Opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri

31.

Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri sab li s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll tan-nefqa amministrattiva kollha kemm hi, meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju, kienu effikaċi u li l-pagamenti tan-nefqa amministrattiva fl-2011 ma kienx fihom żbalji materjali;

Ħlas ta’ konċessjonijiet u benefiċċji soċjali lill-membri tal-persunal

32.

Jieħu nota tal-konstatazzjoni speċifika dwar il-Parlament li tinsab fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011, kif ukoll it-tweġibiet tal-Parlament, dwar l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni personali u familjari tal-membri tal-persunal li ma kinitx aġġornata jew ipproċessata korrettament u li f’wieħed minn fost dawn il-każijiet, wasslet għal ħlas eċċessiv; jieħu nota li f’dak il-każ l-irkupru tal-ammonti mħallsa b’eċċess beda f’Novembru 2011, u t-tnaqqis sar mill-paga tal-membru tal-persunal ikkonċernat; jinkoraġġixxi, madankollu, kontrolli aktar rigorużi biex bil-għan li jiġi evitat il-ħlas eċċessiv fil-futur;

Regoli dwar l-impjieg ta’ assistenti parlarmentari akkreditati (APA)

33.

Jieħu nota, barra minn hekk, li skont r-regoli interni għall-impjieg ta’ APA, dawn tal-aħħar jitħallew jippreżentaw ċertifikat mediku u dokumenti oħrajn meħtieġa għall-istipulazzjoni ta’ kuntratti fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jiddekorri l-kuntratt għar-reklutaġġ inizjali tagħhom, u li billi din id-deroga tikkontradixxi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 128 u 129 tas-CEOS, tali artikoli għandhom isiru konformi mar-regoli applikabbli għall-assistenti akkreditati; jieħu wkoll nota li, fir-rigward tar-rispett tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-għarfien lingwistiku, fl-ebda wieħed mill-għaxar każijiet suġġetti għall-awditjar ma kien hemm fajls b’dokumenti li juru li kienu twettqu kontrolli ta’ tali rekwiżit;

34.

Jappoġġa t-tweġibiet mogħtija mill-Parlament fil-proċedura kontradittorja mal-Qorti tal-Awdituri;

Eżekuzzjoni ta’ verifiki ex-ante fuq il-proċeduri ta’ reklutaġġ

35.

Josserva l-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema, fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-APA li ġew suġġetti għal awditjar, il-fajl ma kien fih l-ebda dokument li juri li kienu ġew eżegwiti kontrolli ex-ante fuq id-dokumenti ta’ reklutaġġ; josserva t-tweġiba tas-servizzi rilevanti tal-Parlament li, wara r-reviżjoni tal-listi ta’ kontrolli u l-introduzzjoni tal-kontroverifiki, id-dokumentazzjoni relatata ma’ dawk il-verifiki issa qiegħda tinżamm;

Akkwist

36.

Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri sabet dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni u ta’ aġġudikazzjoni fir-rigward ta’ żewġ proċeduri ta’ akkwist tal-Parlament mill-10 sottoposti għall-awditjar relatati mal-manutenzjoni tal-bini u mas-servizzi tal-istampar; jistieden għal darb’oħra lill-Bureau jerġa’ jeżamina l-mekkaniżmi ta’ kontroll kollha għall-akkwist pubbliku bil-għan li jiggarantixxi l-aktar prezzijiet kompetittivi għall-beni u s-servizzi offruti;

37.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li, minħabba tnaqqis fil-piż amministrattiv għal kuntratti ta’ valur baxx, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-appalti tal-SMEs, l-amministrazzjoni ma għandhiex l-għadd ta’ SMEs li ħadu kuntratti ta’ valur baxx; għaldaqstant is-Segretarjat Ġenerali ma setax juri jekk it-tnaqqis fil-piż amminstrattiv fil-fatt wassalx għal żieda fil-parteċipazzjoni tal-SMEs u għaldaqstant l-effikaċja tal-miżuri meħuda; jitlob li jiġi monitorjat l-għadd ta’ SMEs li ħadu kuntratti ta’ valur baxx;

Smigħ tal-Awditur Intern u rapport annwali tal-Awditur Intern

38.

Josserva li, fil-laqgħa tal-kumitat kompetenti tat-22 ta’ Jannar 2013 mal-Awditur Intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu ffirmat fis-26 ta’ Lulju 2012 li fih indika li, fl-2011, wettaq l-eżerċizzju ta’ awditjar li ġej fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament:

rieżami speċifiku tal-qafas ta’ kontroll intern;

kontroll tal-awditjar tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza (DĠ Presidenza);

kontroll tal-awditjar tal-benefiċċju ta’ assistenza parlamentari;

kontroll tal-awditjar tal-ipproċessar tal-talbiet għal pagament;

eżerċizzju ta’ awditjar tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku u tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku (DĠ ITEC);

awditjar tal-preparazzjoni tal-pagi;

kontroll tal-awditjar tal-politika immobiljari: ippjanar, valutazzjoni u ġestjoni tal-esiġenzi ta’ uffiċini;

eżerċizzju ta’ awditjar tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ Komunikazzjoni);

39.

Jindika li fost l-aktar konklużjonijiet sinifikanti stabbiliti fir-rapport annwali tal-Awditur Intern insibu dawn l-aspetti li ġejjin:

l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Benefiċċju ta’ Assistenza Parlamentari wera l-bżonn ta’ tisħiħ tal-qafas għar-rimunerazzjoni tal-assistenti lokali impjegati fuq bażi privata, li l-għadd tagħhom ivarja ħafna bejn Stat Membru u ieħor, u li jinkisbu aktar garanziji fir-rigward tas-servizzi mogħtija mill-fornituri tas-servizzi;

għall-proċeduri ta’ akkwist ta’ ċerti Direttorati Ġenerali jeżisti bżonn li r-rikorsi għal proċeduri negozjati eċċezzjonali jiġu sostanzjati aħjar u biex jiġi garantit li l-eżitu tan-negozjati jkun ibbażat fuq analiżijiet dokumentati li jistgħu jitkejlu fuq parametri ta’ riferiment rilevanti vantaġġużi mil-lat ekonomiku;

f’bosta każijiet il-metodoloġija ta’ evalwazzjoni applikata għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku ma kinitx biżżejjed dokumentata fir-rapporti ta’ evalwazzjoni u fil-minuti jew meta kienet differenti minn dik ikkomunikata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-appalt u li l-metodu ta’ evalwazzjoni definit fl-ispeċifikazzjonijiet għandu jagħti biżżejjed piż lill-kriterju tal-prezz fir-rigward ta’ kriterji oħrajn u għandu jiggarantixxi l-użu tal-aħjar proporzjon “kwalità-prezz”;

40.

Josserva u jsostni l-opinjonijiet espressi mill-Awditur Intern dwar:

l-importanza, għal ċerti servizzi, tal-implimentazzjoni ta’ linji gwida ċentrali ġodda fil-qasam ta’ karigi sensittivi u l-ġestjoni tar-riskju, tal-iżvilupp ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, tal-kompletament tad-dokumentazzjoni tal-kontroll intern u tal-proċeduri ta’ ġestjoni u tat-tnaqqis tad-dewmien fir-regolarizzazzjoni tan-nefqa baġitarja;

l-importanza li jiġi garantit li, matul il-proċedura ta’ akkwist pubbliku, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jissostanzja b’mod sħiħ, ċar u komprensiv il-konklużjonijiet tiegħu fir-rapport tiegħu u li l-proċess ta’ evalwazzjoni jkun ħieles minn kull element li juri trattament mhux indaqs tal-offerenti;

Awditjar tal-Qafas ta’ Kontroll Intern

41.

Ifakkar li fl-2003 u fl-2004 r-rieżami oriġinali tal-Qafas ta’ Kontroll Intern ta lok għal 14-il rapport ta’ awditjar li koprew id-dipartimenti kollha u s-servizzi ċentrali u li kien fihom 452 azzjoni maqbula mmirati għat-titjib tal-livelli kumplessivi ta’:

ir-rispett tal-istandards minimi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni,

il-ksib tal-objettivi fundamentali ta’ kontroll (konformità mal-liġijiet, regolamenti u politiki applikabbli) tal-istituzzjoni; affidabilità tal-informazzjoni u tan-notamenti tal-livell maniġerjali; u l-ekonomija, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet);

“Azzjonijiet pendenti” li baqa’

42.

Ifakkar li saru eżerċizzji ta’ awditjar ta’ kontroll fuq l-implimentazzjoni ta’ 452 azzjoni fl-2005/2006 u fl-2007/2008 u, f’servizz minnhom b’perċentwal għoli ta’ azzjonijiet pendenti, anki fl-2009; jenfasizza li r-riżultat ta’ din is-sensiela ta’ eżerċizzji ta’ awditjar kien il-fatt li fi tmiem l-2010 għadhom pendenti 68 azzjoni tar-rieżami oriġinali tal-Qafas ta’ Kontroll Intern;

43.

Josserva b’sodisfazzjon li s-Servizz tal-Awditjar Intern għadu jagħti prijorità lir-rieżami tal-Qafas ta’ Kontroll Intern li beda fl-2003; jieħu nota tal-fatt li, mit-30 ta’ Settembru 2011, wara eżerċizzji ta’ awditjar ta’ kontroll suċċessivi, baqgħu inkompluti 38 azzjoni minn 452 azzjoni inizjalment maqbula; jilqa’ pożittivament il-fatt li l-ebda waħda minn dawn l-azzjonijiet ma hija kklassifikata bħala kritika mis-Servizz tal-Awditjar Intern; jistieden lit-tmexxija dipartimentali u ċentrali jimplimentaw it-38 azzjoni pendenti skaduti li baqa’ qabel it-tmiem tal-leġislatura attwali;

44.

Jilqa’ favorevolment il-fatt li, f’Ġunju 2011, impriża ta’ reviżuri esterni ċċertifikat li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Parlament jirrispetta d-definizzjoni ta’ Awditjar Intern, b’Kodiċi ta’ Kondotta u Standards u li dan jirrappreżenta l-ogħla livell ta’ konformità; jinkoraġġixxi s-Servizz tal-Awditjar Intern jibni fuq il-pedamenti tajbin diġà eżistenti u jkompli jallinja s-Servizz tal-Awditjar Intern mal-aqwa prassi; jirrikonoxxi li matul it-tieni nofs tal-2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern diġà implimenta bosta elementi importanti tas-suġġerimenti ta’ titjib li waslulu u li l-pjan ta’ azzjoni li fadal kien se jiġi eżegwit matul il-perjodu sa tmiem l-2012;

45.

Jenfasizza li konformement mal-politiki ta’ trasparenza fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni għandha tkun disponibbli wara ċertu ammont ta’ żmien fuq is-sit tal-Parlament sommarju tan-numru u t-tip ta’ eżerċizzji ta’ awditjar intern imwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jixtieq jiġi infurmat dwar liema minn dawn id-dokumenti għadhom mhumiex disponibbli għall-pubbliku, u r-raġunijiet għal dan;

Segwitu mogħti mis-Segretarju Ġenerali għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2010

46.

Jilqa’ favorevolment it-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2010 mibgħuta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fis-16 ta’ Novembru 2012; jiddispjaċih madankollu li ma kienx possibbli li dawk it-tweġibiet jaslu qabel il-bidu tal-eżerċizzju tal-kwittanza tal-2011; jistenna li, għall-eżerċizzju tal-kwittanza tal-2012, ikun possibbli li jsir skambju ta’ opinjonijiet bejn is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit qabel it-tmiem ta’ Ottubru 2013;

47.

Japprezza d-deċiżjoni formali dwar l-interruzzjoni tal-Premju għall-Ġurnaliżmu li fl-2011 kien jirrappreżenta nefqa ta’ EUR 154 205 kif ippropona l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u vvotat fil-plenarja fir-rapport dwar il-kwittanza tal-2010; jirrikonoxxi li ssaħħew il-kuntatti mal-ġurnalisti fl-Istati Membri bis-saħħa tal-organizzazzjoni ta’ seminars tematiċi fl-ibliet kapitali, b’hekk ġiet sfruttata l-kapaċità amministrattiva eżistenti tal-Parlament, filwaqt li l-ġurnalisti ngħataw l-opportunità jiskambjaw l-opinjonijiet mal-Membri u jifhmu bis-sħiħ l-istruttura tal-Parlament u r-rwol tiegħu fil-proċess leġiżlattiv;

48.

Jitlob, għat-tieni darba wara kienet saret l-ewwel talba marbuta mal-proċedura ta’ kwittanza tal-2010, rapport komplut dwar kif żviluppaw il-proġetti ta’ Free Software fir-rigward tal-użu u l-utenti fil-Parlament, l-interazzjoni maċ-ċittadini u l-attivitajiet ta’ akkwist; jistieden, għat-tieni darba, biex jiġu investigati fi studju komplut, l-obbligi tal-Parlament skont l-Artikolu 103 tar-Regoli ta’ Proċedura fir-rigward ta’ Free Software u Open Standards; jiddispjaċih li s-soluzzjonijiet Free Software u Open Source ma jintużawx b’mod aktar mifrux fl-infrastrutturi tal-IT tal-Parlament.

49.

Josserva t-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali li tindika li l-allowances tal-Parlament koprew 1 599 kuntratt ta’ assistenti akkreditati u 2 868 kuntratt ta’ assistenti lokali fl-2011;

Ġestjoni tal-amministrazzjoni tal-Parlament

50.

Jenfasizza l-kwalità eċċellenti tas-servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni tal-Parlament; josserva li dawn ikomplu jikkostitwixxu parti konsiderevoli tal-baġit tal-Parlament; josserva li d-deċiżjoni dwar il-“Multilingwiżmu integrali mal-użu effiċjenti tar-riżorsi tas-servizz ta’ interpretazzjoni”, adottata mill-Bureau fl-2011, iżżid l-effiċjenza tas-servizzi ta’ interpretazzjoni u tnaqqas il-kostijiet strutturali; jistieden lill-Parlament jippreżenta dokument dettaljat dwar l-istruttura tal-kostijiet tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni u miżuri biex jitnaqqsu aktar dawn il-kostijiet u biex titjieb l-effiċjenza tas-servizzi, mingħajr ma tiġi mittiefsal-kwalità ġenerali;

51.

Josserva li 192 membru tal-persunal jirrappurtaw lid-Diretturi Ġenerali mingħajr ma jirrappurtaw għand Direttur; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrevedi din is-sitwazzjoni biex ikun żgurat li ma jkunux qed jinħolqu “kabinetti” mhux uffiċjali għad-Diretturi Ġenerali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex fir-rieżami jinkludi valutazzjoni tal-gradi, tas-setgħat u tal-kompetenzi ta’ dawn il-membri tal-persunal;

Rapporti ta’ attività tad-Diretturi Ġenerali

52.

Josserva li d-Diretturi Ġenerali jagħtu kont annwalment dwar il-qadi ta’ dmirijiethom f’rapporti ta’ attività li jikkostitwixxu strument ta’ ġestjoni interna li l-iskop primarju tiegħu huwa dak li lis-Segretarju Ġenerali tingħtalu stampa ġenerali ċara ta’ ħidmet l-amministrazzjoni, u partikolarment ta’ kwalunkwe dgħufija; josserva li, fir-rigward tar-rapporti annwali ta’ attività relatati mas-sena finanzjarja 2011, l-ebda uffiċjal awtorizzanti ma inkluda riżervi fid-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar l-identifikazzjoni, min-naħa tad-diretturi ġenerali, ta’ problemi sinifikanti marbuta mal-mod ta’ kif jintużaw ir-riżorsi jew dwar in-nuqqas ta’ proċeduri ta’ kontroll biex jiġu garantiti l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet;

53.

Jindika li r-rapport ta’ attività tad-Direttorati Ġenerali jinkludi, f’anness, lista ta’ eċċezzjonijiet, li tispeċifika d-derogi mir-regolamenti applikabbli u mill-proċeduri standard; jesprimi tħassib dwar il-fatt li, għal uħud mid-Direttorati, l-għadd ta’ tali eċċezzjonijiet għadu għoli u jipproponi li jsir aktar sforz biex jiġi evitat rikors għal dan l-espedjent ħalli jitranġaw is-sitwazzjonijiet anomali;

DĠ Presidenza

54.

Japprezza l-impenn tad-DĠ Presidenza favur it-tkomplija tat-titjib fil-ġestjoni finanzjarja permezz tal-eżami bir-reqqa tad-diversi aspetti tal-implimentazzjoni tal-baġit u tal-proċeduri assoċjati; jinnota b’mod partikolari l-isforzi li saru fil-qasam tas-sensibilizzazzjoni tal-persunal fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist u tal-operazzjonijiet baġitarji;

55.

Itenni li l-qasam tas-sigurtà huwa settur sensittiv ħafna fi kwalunkwe Parlament, imma saħansitra aktar f’Parlament multinazzjonali b’viżibilità għolja u bi żjarat kostanti minn Kapijiet ta’ Stat u ta’ gvern; josserva li l-preżenza medja kuljum fir-reċinti tal-Parlament fi Brussell hija 12 000;

56.

Jieħu nota tal-adozzjoni mill-Bureau, b’unanimità, tal-“Kunċett ta’ Sigurtà Globali Ġdid” fis-6 ta’ Lulju 2011 li jinkludi l-idea li d-diversi punti ta’ dħul għall-Parlament jiġu riżervati għall-kategoriji differenti ta’ utenti; jitlob li jkun informat dwar l-implimentazzjoni tal-“Kunċett ta’ Sigurtà Globali Ġdid” sa tmiem l-2013;

57.

Josserva li l-Parlament jistenna li l-internalizzazzjoni tas-servizzi ta’ sigurtà se tnaqqas l-ispejjeż fi Brussell u fi Strasburgu b’EUR 11 250 000 fil-perjodu bejn 2013 u l-2016 u b’EUR 5 640 000 għal kull sena sussegwenti; jitlob li jiġu garantiti l-introduzzjoni u ż-żamma tal-ogħla standards għal sigurtà mmirata permezz ta’ programm ta’ taħriġ kontinwu; jitlob li jsir rapport annwali li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-iżvilupp tal-kostijiet tas-servizz tas-sigurtà, inklużi ż-żieda tal-kostijiet għall-pensjonijiet tal-persunal impjegat f’dawn is-servizzi, u dwar il-miżuri meħuda biex ikunu żgurati l-portata u l-kwalità tas-servizz;

58.

Itenni x-xewqa tiegħu li, bil-għan li tiżdied is-sigurtà, il-Membri jkunu suġġetti għal kontroll elettroniku meta jidħlu fir-reċinti tal-Parlament jew meta joħorġu minnhom;

59.

Jitlob li jirċievi informazzjoni mingħand is-Segretarju Ġenerali dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita dwar l-evalwazzjoni tar-reġistru konġunt ta’ trasparenza, prevista fl-2013, skont il-ftehim interistituzzjonali milħuq fl-2011;

60.

Josserva li aktar minn 1 500 membru tal-persunal għandhom ulied iskritti l-Iskejjel Ewropej, u għaldaqstant jinsab sorpriż bil-fatt li sar jaf li l-Parlament ma jiżvolġi l-ebda rwol fil-governanza tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej;

61.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jistudja liema rwol jista’ jkollu l-Parlament fil-governanza tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej, minħabba l-għadd kbir ta’ membri tal-persunal li jiddependu fuqhom għall-edukazzjoni ta’ wliedhom, u jirreferi lill-kumitat repsonsabbli qabel tmiem is-sena;

Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ Finanzi)

Aġenzija tal-ivvjaġġar

62.

Jieħu nota tal-fatt li l-kuntratt mal-aġenzija tal-ivvjaġġar attwali se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013 u li bdew il-preparamenti għal sejħa għal offerti ġdida; jiddispjaċih bil-fatt li, filwaqt li l-kuntratt jipprevedi l-possibilità ta’ awditjar finanzjarju, dan ma kienx il-każ għal awditjar tal-istruttura u tar-rendiment tal-aġenzija tal-ivvjaġġar; jinsisti biex il-kuntratt futur jinkludi l-possibilità ta’ awditjar finanzjarju intermedju u finali fil-qasam finanzjarju u tar-rendiment; japprezza l-fatt, kif mitlub mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, li l-amministrazzjoni se jkollha wkoll rikors għall-kompetenzi esterni hija u tistabbilixxi d-dokumentazzjoni tal-offerta u matul il-proċedura ta’ selezzjoni, b’hekk jiġi garantit li l-Parlament jagħżel l-aħjar soluzzjoni li tirriżulta f’semplifikazzjonijiet u ffrankar importanti tal-ispejjeż; jisħaq fuq il-fatt li l-kuntratt il-ġdid għandu jqis l-aqwa proporzjon bejn il-kwalità u l-prezz u l-aħjar valur għall-flus bi prezzijiet kompetittivi;

DĠ Komunikazzjoni

Politika ta’ komunikazzjoni tal-Parlament

63.

Jilqa’ pożittivament l-fatt li l-Bureau, fit-23 ta’ Marzu 2011, iffinalizza Pjan ta’ Azzjoni għall-perjodu 2011-2014 bl-għan li jimplimenta l-Istrateġija ta’ Komunikazzjoni aġġornata tal-Parlament; josserva li l-Pjan ta’ Azzjoni jikkonċentra fuq l-elezzjonijiet parlamentari tal-2014 u li jiddefinixxi sensiela ta’ 21 attività speċifika biex ikunu sensibilizzati ċ-ċittadini dwar l-attività leġiżlattiva tal-Parlament, u biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fiha;

64.

Jilqa’ pożittivament is-suċċess li wera ċ-ċentru tal-viżitaturi l-ġdid meta jitqies f’termini tal-għadd ta’ viżitaturi (253 000) li laqa’ fl-ewwel sena ta’ attività;

65.

Jinsisti fuq il-fatt li l-baġit iddestinat għall-komunikazzjoni għandu jintuża biss biex jagħti liċ-ċittadini informazzjoni fattwali dwar il-politiki tal-Unjoni; jenfasizza li dan japplika wkoll għall-attivitajiet dwar il-midja soċjali;

66.

Jiddispjaċih li l-pubbliku ta’ EuroparlTV, minkejja aktar numeruż fl-2011 meta mqabbel mal-2010 (14), għadu b’ċifri baxxi ħafna fil-każ ta’ utenti individwali diretti (esklużi l-aċċessi permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija ma’ stazzjonijiet televiżivi reġjonali) għadd li kien għadu jirċievi finanzjamenti notevoli fl-2011, li ammontaw għal kważi EUR 8 000 000 (partita 3 2 4 6); jiddispjaċih ukoll li ma saret l-ebda evalwazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji fir-rigward ta’ EuroparlTV, minkejja t-talba fformulata mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza tal-2010; josserva d-deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta’ Diċembru 2012 biex tiġi implimentata sensiela ta’ riformi bil-għan li jinkiseb iffrankar sinifikanti; jistenna li tali evalwazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji tiġi preżentata qabel il-proċedura ta’ kwittanza 2012;

67.

Jesprimi tħassib bil-kost dejjem ikbar tal-Premju LUX fl-2011 (15); jitlob li l-ġestjoni ta’ dan il-premju tkun aktar effiċjenti mil-lat tal-kostijiet u jissuġġerixxi għaldaqstant li l-Awditur Intern jikkunsidra li jagħmel rieżami tal-amministrazzjoni tiegħu biex jinkiseb dan l-għan; jissuġerixxi bil-qawwi li limitu massimu evidenti għandu jitfassal għall-ispejjeż tal-avveniment;

68.

Josserva li l-pjan ta’ direzzjoni għad-Dar tal-Istorja Ewropea fi Brussell kien approvat mill-Bureau fis-26 ta’ Settembru 2011 u li l-Kummissjoni esprimiet id-disponibilità tagħha li tagħti kontribut mhux speċifikat fil-kostijiet operattivi tal-proġett u se tikkomunika lill-Parlament qabel l-aħħar tas-sajf 2013 it-termini ta’ tali kontribut; jiddispjaċih li l-ebda kontribut mhu mistenni mill-Kummissjoni għall-kostijiet tal-bidu tal-proġett;

69.

Japprezza l-proċedura l-ġdida li tippermetti l-irkupru ta’ pagamenti żejda wara pagamenti għall-akkoljenza ta’ gruppi ta’ viżitaturi; iqis li hi ħasra li l-possibilità ta’ pagament permezz ta’ trasferiment bankarju hi disponibbli biss għal kontijiet personali, u mhux għal trasferimenti fil-kontijiet tal-organizzazzjonijiet; jinsab imħasseb dwar ir-riskju sinifikanti għas-sigurtà marbuta mal-pagamenti bi flus kontanti lill-gruppi ta’ viżitaturi, għal ammonti li jistgħu anki jkunu aktar minn EUR 30 000, billi l-Parlament jista’ jqassam sa EUR 388 000 f’ġurnata waħda; jindika li d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (16) tirrikjedi li tittieħed attenzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu somom akbar minn EUR 15 000, ammont li regolarment jinqabeż fil-pagamenti tal-Parlament lill-viżitaturi;

Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (DĠ IPOL)

70.

Jindika li f’Lulju 2011 inħoloq Direttorat ġdid għall-Valutazzjoni tal-Impatt fi ħdan id-DĠ IPOL, b’deċiżjoni tal-Bureau; josserva li l-objettiv ewlieni tad-Direttorat hu li jforni lill-Parlament valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti biex jappoġġa l-attività leġiżlattiva tiegħu; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-ħolqien tad-Direttorat ma kellu l-ebda piż fil-baġit;

DĠ ITEC

Politika tal-Parlament fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni

71.

Jitlob analiżi globali min-naħa ta’ korp indipendenti tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tal-effikaċja u tal-effiċjenza tal-kuntratti konklużi mal-fornituri esterni tas-servizzi fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni b’attenzjoni partikolari fuq:

il-valutazzjoni tal-esiġenzi;

il-metodu ta’ selezzjoni;

l-aktar tip ta’ kuntratt idoneu;

it-telf possibbli ta’ kontroll min-naħa tal-livell maniġerjali minħabba l-esternalizzazzjoni eċċessiva; kif ukoll

it-trasparenza tal-mekkaniżmi relatati mal-ħruġ tal-fatturi u tad-drittijiet;

72.

Jiddeplora d-dipendenza eċċessiva mill-kompetenzi (tekniċi) esterni, speċjalment fis-setturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li tirriżulta minn żbilanċi strutturali bejn ir-riżorsi interni u esterni; jindika li l-esternalizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandha tiggarantixxi dejjem li l-ġestjoni u l-kontroll ta’ tali funzjoni jibqgħu f’idejn il-Parlament u li t-theddid għas-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data jiġu valutati u mitigati kif imiss;

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO)

73.

Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Bureau pjan intiż li jittratta u jtejjeb is-servizz tal-forniment tal-ikel minħabba n-numru ogħla ta’ klijenti fil-kantins, fir-restoranti u fil-barijiet tal-Parlament (l-attivitajiet globali żdiedu b’madwar 150 % mill-2002 sal-2011, minn 1,472 miljun klijent fl-2002 sa 3,711 miljun klijent fl-2011);

Politika immobiljari tal-Parlament

74.

Josserva d-deċiżjonijiet li ġejjin adottati mill-Bureau fl-2011, fil-kuntest ta’ strateġija immobiljari f’terminu medju adottata fl-2010, u dwar ir-realizzazzjoni ta’ għadd ta’ proġetti importanti bil-għan l-bini jibda jiġi użat mill-bidu tal-leġislatura li jmiss,

fi Brussell: ix-xiri tal-bini Trebel u l-iffirmar tal-kuntratt tal-kiri fit-tul b’għażla ta’ xiri fir-rigward ta’ Montoyer 70,

fi Strasburgu: ix-xiri tal-bini Václav Havel li fih se jidħlu l-uffiċini tal-Ombudsman u s-servizzi tiegħu, u b’hekk jitħalla spazju għall-Membi fil-bini ċentrali,

f’Lussemburgu: it-tkomplija tar-rinnovazzjoni u l-estensjoni tal-bini Konrad Adenauer skont kif previst mid-deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta’ Jannar 2012, b’arranġamenti ta’ sħubija msaħħa bl-involviment tal-Gvern Lussemburgiż,

f’Sofja: il-ftehim preliminari għax-xiri ta’ bini ġdid għal Dar l-Ewropa ta’ Sofja, b’EUR 9 miljun, ġie ffirmat fis-7 ta’ Lulju 2011,

l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ manutenzjoni msaħħa fi Brussell u fi Strasburgu bil-għan li jiġu garantiti l-ogħla sigurtà u l-użu ottimali tal-faċilitajiet,

it-tnedija ta’ politika sistematika ta’ rinnovazzjoni, abbażi ta’ kalendarju fiss, fid-dawl tal-età tal-eqdem binjiet tal-Parlament;

75.

Jirrikonoxxi li metodoloġija ġdida, simili għal dik adottata mill-Kummissjoni, ġiet introdotta fl-2011 għall-ispezzjoni u l-akkwist ta’ proprjetà; josserva li, skont din il-metodoloġija l-ġdida, it-trasparenza u l-kompetizzjoni se jissaħħew ulterjorment permezz tal-pubblikazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali, tad-dokumenti marbuta mal-akkwist; josserva li l-metodoloġija l-ġdida diġà ġiet applikata mill-Kumitat Immobiljari għall-eżami tal-applikazzjonijiet u tal-offerti rċevuti għall-ispezzjoni tas-suq immobiljari fi Brussell, jiġifieri għas-sostituzzjoni tal-binjiet Eastman u Montoyer 63 u t-tiftix ta’ uffiċini ġodda;

76.

Jindika li kwalunkwe strateġija immobiljari għandha tqis ukoll il-kostijiet dejjem ogħla tal-manutenzjoni tal-bini mixtri;

77.

Josserva n-nuqqas ta’ selezzjoni tal-kandidati marbuta mal-istedina biex wieħed jippreżenta offerta għall-proġett tal-bini Konrad Adenauer għax il-prezzijiet proposti ppreżentati bħala tweġiba tal-istedina biex wieħed jippreżenta offerta kienu ferm ogħla mill-istimi; isostni d-deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex ma jaġġudikax l-appalt; jistenna li l-prezz globali tal-proġett ma jaqbiżx l-EUR 482,7 miljun previsti f’Ottubru 2011;

78.

Josserva f’dan ir-rigward li l-kuntratti kollha promossi mill-Parlament relatati mal-kostruzzjoni tal-bini u max-xogħol ta’ tagħmir għandhom ikunu suġġetti għal aġġudikazzjoni b’appalt fuq l-aktar bażi wiesgħa possibbli, u dejjem f’livell Ewropew; jirrakkomanda li, jekk, bħala eċċezzjoni, isir rikors għall-proċedura negozjata, il-prezzijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-kostijiet tal-kostruzzjoni, inklużi marġnijiet raġonevoli stretti għall-operaturi ekonomiċi;

79.

Jiddispjaċih li, għat-tieni darba, ġew skoperti difetti strutturali fil-binjiet tal-Parlament, din id-darba fit-travi tal-injam tas-saqaf tal-emiċiklu tal-Parlament ta’ Brussell; jistieden lid-DĠ INLO jagħmel rieżami sħiħ tal-qagħda strutturali tal-bini kollu tal-Parlament, billi jibda b’dak li għadu taħt garanzija tal-kuntrattur kontra kwalunkwe difett moħbi, jekk huwa possibbli bl-għajnuna ta’ xi esperti magħżula li ġejjin mill-uffiċċji nazzjonali kompetenti tad-diversi Stati Membri u b’użu sħiħ tal-għarfien akkumulat fi ħdan l-istituzzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta fi żmien qasir lill-Bureau pjan komplut bid-dettalji tekniċi kollha għal dawn ix-xogħlijiet, kif ukoll l-ispejjeż involuti;

Akkwist pubbliku

80.

Jenfasizza li huwa fundamentali li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jkunu koerenti mal-esiġenzi tal-Parlament u jgħinuh jissodisfahom; jisħaq fuq il-fatt li dawn għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti regolatorji u l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-akkwist pubbliku, il-klawsoli tal-kuntratt u l-kriterji użati fil-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-offerti, u jkunu suġġetti għal sistema ta’ kontroll adegwat intiż li jissorvelja l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet maħruġa bl-użu tal-kuntratti qafas;

81.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li matul il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku huma involuti interessi differenti, iżda mhumiex dejjem imqassma bejn is-settur pubbliku u privat u li l-akkwist pubbliku huwa settur b’riskju għoli li jeħtieġ attenzjoni kontinwa u mill-qrib u li fih l-ippjanar avvanzat kostanti tal-bżonnijiet jirriżulta kruċjali;

82.

Jisħaq li, minħabba l-kumplessità tal-kuntest ġuridiku u l-esiġenzi fattwali kumplessi ħafna, f’kull fażi tal-proċeduri ta’ akkwist (analiżi tal-esiġenzi inizjali, tħejjija tas-sejħa għal offerti, tfassil tas-sejħiet għal offerti u tal-ispeċifikazzjonijiet, kuntatti mal-offerenti, il-ftuħ tal-offerti, l-evalwazzjoni tal-offerti, id-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni, l-istipulazzjoni tal-kuntratti) jeżistu riskji speċifiċi għall-ilħuq tal-objettivi;

83.

Ifakkar li matul akkwist pubbliku ma għandhiex tiġi skartata l-possibilità ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali li għandhom minflok jiġu ttrattati kif imiss u li l-Parlament għandu jsaħħaħ u jżomm il-mekkaniżmi ta’ verifika biex jippermetti ġestjoni u prevenzjoni korretti ta’ eventwali kunflitti ta’ interess;

84.

Josserva li, fl-2011 u fl-2012, is-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq eżerċizzju ta’ awditjar komprensiv tal-proċedura ta’ akkwist pubbliku u tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti fi ħdan id-DĠ ITEC u li r-rapport definittiv adottat f’Ġunju 2012 kien fih pjan ta’ azzjoni f’sitt punti intiż li jittratta l-problemi mqajma; ikompli josserva li flimkien mad-diretturi tad-DĠ ITEC intlaħaq qbil li l-awditjar jiġi implimentat sal-31 ta’ Diċembru 2012; jindika li l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti huma, min-natura tagħhom stess, estremament kumplessi peress li jinvolvu pluralità ta’ lottijiet, profili tekniċi u metodi ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti;

85.

Jilqa’ pożittivament il-fatt li l-awditjar imsemmi hawn fuq konkluż mad-DĠ ITEC irnexxielu jirranġa bosta mil-lakuni proċedurali kkonstatati fl-ewwel awditjar trasversali tal-akkwist fl-2005 u fl-2006; josserva b’dispjaċir, madankollu, li ġew identifikati l-lakuni li ġejjin:

l-ineffiċjenzi fl-approċċ kumpless għall-proċedura ta’ akkwist ITS 08;

marġnijiet konsiderevoli għal żieda fil-perċentwal tas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni fornuta extra muros; kif ukoll

bżonn jiġi sostanzjat aħjar ir-rikors għall-proċeduri negozjati eċċezzjonali u l-fatt li l-eżitu tan-negozjati jkun ibbażat fuq analiżijiet dokumentati li jistgħu jitkejlu fuq parametri ta’ riferiment rilevanti vantaġġużi mil-lat ekonomiku;

Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati

86.

Josserva li s-servizzi ċentrali bagħtu lill-awtorità tal-baġit ir-rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati fl-2011 abbażi tal-informazzjoni fornuta mid-dipartimenti awtorizzanti, u jikkonstata wkoll il-kompożizzjoni segwenti tal-kuntratti kollha aġġudikati fl-2011 u fl-2010:

Tip ta’ kuntratt

2011

2010

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Servizzi

162

68  %

145

67  %

Fornituri

42

18  %

40

19  %

Xogħlijiet

29

12  %

27

12  %

Bini

5

2  %

4

2  %

Total

238

100  %

216

100  %


Tip ta’ kuntratt

2011

2010

Valur (EUR)

Perċentwal

Valur (EUR)

Perċentwal

Servizzi

367 969 100

64  %

171 589 038

67  %

Fornituri

158 467 814

27  %

45 467 211

17  %

Xogħlijiet

33 142 238

6  %

22 128 146

8  %

Bini

15 881 213

3  %

22 269 303

9  %

Total

575 460 365

100  %

261 453 698

100  %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati mill-Parlament Ewropew, 2011, p. 5)

87.

Josserva li l-kompożizzjoni tal-kuntratti aġġudikati fl-2011 u fl-2010 skont it-tip ta’ proċedura hija s-segwenti:

Tip ta’ proċedura

2011

2010

Numru

Perċentwal

Numru

Perċentwal

Miftuħa

89

37  %

72

33  %

Ristretta

11

5  %

6

3  %

Negozjata

133

56  %

138

64  %

Kompetizzjoni

2

1  %

 

 

Eċċezzjonijiet

3

1  %

 

 

Total

238

100  %

216

100  %


Tip ta’ proċedura

2011

2010

Valur (EUR)

Perċentwal

Valur (EUR)

Perċentwal

Miftuħa

408 913 061

71  %

143 603 024

55  %

Ristretta

126 310 563

22  %

10 456 576

4  %

Negozjata

30 974 647

5  %

107 394 098

41  %

Kompetizzjoni

4 668 600

1  %

 

 

Eċċezzjonijiet

4 593 494

1  %

 

 

Total

575 460 365

100  %

261 453 698

100  %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati mill-Parlament Ewropew, 2011, p. 6-7)

88.

Josserva li, minn total ta’ 238 kuntratt aġġudikat fl-2011, 100, b’valur ta’ EUR 535 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, u 133, b’valur ta’ EUR 31 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri negozjati;

Gruppi politiċi (partita baġitarja 400)

89.

Josserva li, fl-2011, l-approprjazzjonijiet iskritti fl-partita baġitarja 400 ntużaw bil-mod li ġej:

Grupp

2011

2010

Approprjazzjonijiet annwali (*)

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Nefqa

Rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2011)

PPE (ex PPE-DE)

20 336

1 918

20 442

100,42  %

1 832

19 990

2 392

20 662

103,36  %

1 720

S&D (ex PSE)

14 302

5 499

13 696

95,76  %

6 105

14 011

4 629

13 359

95,35  %

5 281

ALDE

6 477

2 416

6 676

103,07  %

2 217

6 262

2 240

6 160

98,37  %

2 342

Verts/ALE

4 025

1 242

3 820

94,91  %

1 447

3 896

1 188

3 893

99,92  %

1 191

GUE/NGL

2 535

1 088

2 553

100,71  %

1 070

2 531

1 065

2 525

99,76  %

1 071

UEN

 

 

 

 

 

 

 

 

IND/DEM

 

 

 

 

 

 

 

 

ECR

3 831

720

3 375

88,09  %

1 176

3 648

398

3 362

92,16  %

684

EFD

2 088

835

2 046

98,03  %

876

2 201

419

1 799

81,74  %

821

Membri mhux affiljati

1 270

409

924

72,72  %

413

1 234

248

828

67,10  %

409

Total

54 866

14 126

53 514

97,53  %

15 137

53 773

12 579

52 588

97,80  %

13 519

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

90.

Josserva li, fl-2011, l-approprjazzjonijiet iskritti fl-partita baġitarja 402 intużaw bil-mod li ġej (17):

Partit

Abbrevjazzjoni

Riżorsi proprji (**)

Għotja PE

Total tad-dħul

Għotja PE bħala % tan-nefqa eliġibbli (85 % max.)

Eċċess tad-dħul (trasferiment għar-riżervi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 801

6 184

7 985

85  %

269

Partit Soċjalista Ewropew

PSE

939

4 118

5 057

85  %

51

Partit Ewropew tal-Liberali, Demokratiċi u Riformaturi

ELDR

672

1 816

2 488

85  %

52

Partit tal-Ħodor Ewropew

EGP

686

1 299

1 985

84  %

204

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AECR

204

633

837

85  %

0

Partit tax-Xellug Ewropew

EL

241

847

1 088

85  %

64

Partit Demokratiku Ewropew

EDP/PDE

73

371

444

85  %

0

Alleanza Ħielsa Ewropea

EFA

128

392

520

85  %

8

Demokratiċi UE

EUD

20

167

187

85  %

–19

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

ECPM

72

260

332

84  %

4

Alleanza Ewropea għal-Libertà

EAF

71

368

439

85  %

6

Total

 

4 907

16 455

21 362

85  %

639

91.

Josserva li, fl-2011, l-approprjazzjonijiet iskritti fl-partita baġitarja 403 ntużaw bil-mod li ġej (18):

Fondazzjoni

Abbrevjazzjoni

Affiljazzjoni ma’ partit

Riżorsi proprji (***)

Għotja PE

Total tad-dħul

Għotja PE bħala % tan-nefqa eliġibbli (85 % max.)

Ċentru għall-Istudji Ewropej

CES

PPE

711

3 865

4 575

85  %

Fondazzjoni Ewropea ta’ Studji Progressisti

FEPS

PSE

514

2 709

3 223

85  %

Forum Liberali Ewropew

ELF

ELDR

146

805

951

85  %

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

GEF

EGP

152

851

1 002

85  %

Transform Europe

TE

EL

134

549

683

85  %

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

PDE

35

191

226

85  %

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea

OEIC

EUD

7

108

116

85  %

Ċentru Maurits Coppieters

CMC

EFA

44

250

294

85  %

Direzzjoni Ġdida

ND

AECR

114

566

680

85  %

Fondazzjoni Politika Kristjana Ewropea

ECPF

ECPM

25

115

140

82  %

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

EFF

EAF

51

236

287

82  %

Total

 

 

1 933

10 244

12 177

85  %

Parlament ekokompatibbli

92.

Jieħu nota li l-Parlament għandu 10 roti ta’ servizz għad-dispożizzjoni tal-Membri u tal-persunal matul is-sessjonijiet ta’ Strasburgu, flimkien ma’ 40 rota għad-dispożizzjoni mill-belt ta’ Strasburgu; itenni t-talba tiegħu biex dawn iċ-ċifri jiżdiedu b’mod raġonevoli f’kunsiderazzjoni tal-kostijiet limitati relatati u tad-domanda qawwija;

93.

Huwa tal-fehma li għandha titqies il-possibilità li jsir titjib ambjentali u ffrankar intelliġenti fil-baġit tal-Parlament, billi jiddaħħlu metodi ta’ ħidma differenti u teknoloġiji moderni li jkunu aktar ekoloġiċi u orħos iżda li ma jippreġudikawx l-attività tal-Parlament, inkluż l-użu tal-vidjokonferenzi.

94.

Jitlob jiġi informat dwar it-total ta’ kW/h prodotti mill-panelli solari tal-Parlament;

95.

Itenni s-sostenn tiegħu għall-proġett pilota dwar E-committee; jissuġġerixxi b’qawwa li l-Membri għandhom jingħataw l-possibilità f’dan il-kuntest li jagħżlu li jirċievu jew le dokumentazzjoni fuq karta fil-laqgħat tal-kumitati, biex jonqos b’mod sinifikanti l-użu tal-karta fil-Parlament.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 164, 9.6.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(5)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)  PE 349.540/Bur/ann/def.

(9)  ĠU C 4 E, 7.1.2011, p. 20.

(10)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 258.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2013)0048.

(12)  Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew - Sena finanzjarja 2011 (ĠU C 164, 9.6.2012, p. 1).

(13)  Riporti awtomatiċi: EUR 231 028 630, riporti mhux awtomatiċi: EUR 9 240 000.

(14)  Żjarat diretti fis-sit kull xahar: 2010: 30 000; 2011: 39 559.

(15)  Iċ-ċifri fl-2011: EUR 573 722; iċ-ċifri fl-2010: EUR 380 666.

(16)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(*)  L-ammonti kollha huma espressi f’eluf ta’ EUR.

Wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 l-Gruppi UEN u IND-DEM ma baqgħux jeżistu u nħolqu żewġ gruppi ġodda: il-Grupp ECR u l-Grupp EFD.

(17)  Sors: Minuti tal-Bureau i) tas-26 ta’ Ġunju 2012, punt 34 (nota D(2012)31558 tas-SĠ, PE469.487/BUR) u ii) tat-30 ta’ Awwissu 2012, punt 26 (nota D(2012)42643 tas-SĠ.

(**)  L-ammonti kollha huma espressi f’eluf ta’ EUR.

(18)  Sors: Minuti tal-Bureau i) tas-26 ta’ Ġunju 2012, punt 34 (nota D(2012)31558 tas-SĠ, PE469.487/BUR) u ii) tat-30 ta’ Awwissu 2012, punt 26 (nota D(2012)42643 tas-SĠ.

(***)  L-ammonti kollha huma espressi f’eluf ta’ EUR.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/20


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

(2013/536/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0226/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0061/2013),

1.

Jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  Id-Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).

(8)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0226/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 31/2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0061/2013),

A.

billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ottubru 2012 rrimarkaw li “l-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika […] għandhom jiġu esplorati aktar”;

B.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament qiegħed għall-ewwel darba janalizza l-implimentazzjoni u l-ġestjoni, mill-Kunsill Ewropew, tal-baġit amministrattiv tiegħu;

C.

billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li, abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

2.

Jirrimarka li fir-rapport annwali tal-2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward il-proċeduri ta’ akkwist relatati mas-servizzi tat-tindif u x-xiri ta’ uniformijiet u żraben, fejn ġew identifikati ċertu dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ għażla u ta’ aġġudikazzjoni;

3.

Jieħu nota tat-tweġibiet mogħtija għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom itejbu d-disinn, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-proċeduri tal-akkwist permezz ta’ kontrolli xierqa u gwida aħjar; jirrakkomanda wkoll applikazzjoni aktar stretta tar-regoli tal-akkwist, li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw;

4.

Jinnota li fl-2011, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom approprjazzjonijiet ta’ impenn għal livell ta’ EUR 506 842 003,08 (EUR 642 000 000 fl-2010) disponibbli, b’rata ta’ użu ta’ 90 %, li kienet iktar baxxa milli fl-2010; huwa mħasseb li r-rata ta’ sottoeżekuzzjoni għoliet u baqgħet għolja; jitlob li r-rata ta’ sottoeżekuzzjoni tittejjeb u biex il-bidliet li saru jiġu mmonitorjati, u jissuġġerixxi li jiġu żviluppati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fl-aktar oqsma kritiċi, bħall-paketti tal-ivvjaġġar tad-delegati, il-loġistika u l-interpretazzjoni;

5.

Jenfasizza r-rwol li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;

6.

Iqis li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinqasam biex jikkontribwixxi għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom u biex jitjieb l-għoti ta’ rendikont miż-żewġ istituzzjonijiet;

7.

Jinnota li, għall-kuntrarju ta’ dak li sostna l-Kunsill, ma hemm l-ebda “ftehim bejn l-irġiel” fir-rigward tal-kwittanza għall-Kunsill;

8.

Itenni t-tama tiegħu li l-Parlament jirċievi r-rapport annwali tal-attività komplet, inkluża ħarsa ġenerali komprensiva lejn ir-riżorsi umani kollha mqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, iċ-ċittadinanza u t-taħriġ vokazzjonali; jirrimarka li s-servizz legali tal-Parlament, kif ukoll esperti legali indipendenti, jaqblu li l-Parlament għandu dritt ta’ informazzjoni;

9.

Jittama li l-Parlament se jirċievi d-deċiżjonijiet tal-baġit interni tal-Kunsill;

10.

Jieħu nota speċjali u juri tħassib fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern għas-sena 2011 fir-rigward tal-kuntratti ta’ konsulenza fil-qasam tal-IT u l-kuntratti tas-sigurtà, fejn għadhom jeżistu dgħufijiet fil-ġestjoni finanzjarja u fil-proċeduri tal-akkwist;

11.

Huwa mħasseb dwar is-segwitu mogħti lill-awditjar finanzjarju mwettaq qabel l-2010, li fil-kuntest tiegħu għadhom ma ġewx implimentati xi rakkomandazzjonijiet relatati mal-programmi ta’ ħidma tal-2007, tal-2008 u tal-2009; iħeġġeġ lill-Kunsill jieħu miżuri konkreti biex tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

12.

Jieħu nota tal-fatt li l-Kunsill ħa miżuri biex itejjeb il-prestazzjoni tal-proġett immobiljari “Ewropa”, u b’mod partikolari talli waqqaf tim permanenti biex isegwi t-twettiq tal-proġett flimkien mal-pjan ta’ rappurtar u l-ħolqien ta’ pjattaforma għad-dokumenti;

13.

Jistieden lill-Kunsill jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dettaljata dwar l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini Résidence Palace, il-partiti baġitarji li minnhom ittieħdu dawk l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s’issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini, u dan mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2013;

14.

Jieħu nota tal-bidliet fundamentali għall-baġit għas-sena 2011, bil-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u t-tnaqqis tal-infiq previst għall-funzjonament tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill;

15.

Huwa diżappuntat ħafna li l-ħolqien tas-SEAE ma ġiex antiċipat fl-abbozz tal-baġit għall-2011; jieħu nota li kienet meħtieġa żieda fl-approprjazzjonijiet biex isiru l-preparamenti għall-adeżjoni tal-Kroazja u biex jissaħħaħ l-uffiċċju tal-President tal-Kunsill Ewropew;

16.

Jistieden lill-Kunsill jippreżenta informazzjoni dettaljata dwar il-Ftehimiet tal-Livell tas-Servizz stabbiliti mas-SEAE u l-miżuri konkreti meħuda biex tiġi promossal-modernizzazzjoni amministrattiva; huwa tal-fehma li l-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Kunsill ma kinitx effiċjenti biżżejjed;

17.

Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qed jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Parlament u jqis li s-superviżjoni effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tirrikjedi li l-Kunsill ikun lest ikollu djalogu miftuħ u formali mal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit; jenfasizza l-ħtieġa li ż-żewġ istituzzjonijiet ikollhom kooperazzjoni sodisfaċenti;

18.

Itenni li l-Parlament għadu qed jistenna t-tweġiba tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet u t-talba għal dokumenti li jinsabu fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (9); jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza, tweġibiet bil-miktub komprensivi għal dawn il-mistoqsijiet;

19.

Itenni li l-infiq tal-Kunsill għandu jiġi skrutinizzat bl-istess mod kif jiġi skrutinizzat l-infiq ta’ istituzzjonijiet oħra; huwa tal-fehma li l-elementi fundamentali ta’ tali skrutinju huma stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 (10);

20.

Jiddispjaċih minħabba d-diffikultajiet fil-proċeduri ta’ kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2007, l-2008, l-2009 u l-2010, li kienu dovuti għal nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-snin finanzjarji 2009 u 2010 għar-raġunijiet mogħtija fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (11), tal-25 ta’ Ottubru 2011 (12), tal-10 ta’ Mejju 2012 (13) u tat-23 ta’ Ottubru 2012 (14);

21.

Ifakkar li matul in-negozjati dwar Regolament Finanzjarju ġdid, ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim dwar modi kif il-proċedura ta’ kwittanza tista’ tittejjeb; jemmen li jekk il-Kunsill ikompli jirrifjuta li jikkoopera mal-Parlament, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament ikun kostrett li jagħmel lill-Kummisjoni l-mistoqsijiet u t-talbiet tiegħu għal informazzjoni rigward il-baġit tal-Kunsill;

22.

Itenni li l-Kummissjoni, fit-tweġiba tagħha tal-25 ta’ Novembru 2011 għall-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tgħid li huwa mixtieq li l-Parlament ikompli jagħti, jiddiferixxi jew jirrifjuta li jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra – inkluż il-Kunsill – kif kien il-każ s’issa;

23.

Iqis li huwa mixtieq li l-Parlament jeżerċita s-setgħa tiegħu li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont l-interpretazzjoni u l-prattika attwali, jiġifieri li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b’mod individwali biex tinżamm it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward tal-kontribwenti tat-taxxa tal-Unjoni;

24.

Jistmerr il-fatt li l-Kunsill mhuwiex trasparenti biżżejjed u jenfasizza li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom id-dmir li jirrispettaw l-istess standards fir-rigward tat-trasparenza; huwa konvint li l-Parlament u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, għandhom japplikaw l-istess standards ta’ trasparenza u jistieden lill-Kunsill itejjeb il-prestazzjoni tiegħu f’dan il-qasam mingħajr dewmien.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).

(8)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.

(10)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.

(11)  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.

(12)  ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.

(13)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.

(14)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/25


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III — Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

(2013/537/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2012 intitolata “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2011” (COM(2012) 281),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011(COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05752/2013 — C7-0038/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza għall-Kummissjoni tal-2011 (7);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013) 123 (Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III — Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2012 intitolata “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2011” (COM(2012) 281),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011(COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3) (ir-Rapport Annwali), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011(05752/2013 — C7-0038/2013),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 — C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati (A7-0116/2013),

A.

billi l-Ewropa qed tiffaċċja kriżi ekonomika u finanzjarja flimkien ma’ kriżi ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet, sitwazzjoni li tirrikjedi li l-Parlament ikun partikolarment rigoruż meta jiskrutinja l-kontijiet tal-Kummissjoni;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri, għat-18-il darba konsekuttiva, ma setgħatx tagħti dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva rigward il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti;

C.

billi l-Istati Membri attwalment qed jinnegozjaw il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) il-ġdid għall-2014–2020;

D.

billi f’sitwazzjoni ta’ tnaqqis fir-riżorsi, kaġun mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, iqis il-bżonn tal-hekk imsejħa “Solidarjetà Intelliġenti” – l-użu tal-fondi tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tar-riformi, josserva d-dixxiplina finanzjarja u jiżgura l-istabilità politiku u ekonomikament;

E.

billi, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni għandha r-responsabilità aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, waqt li l-Istati Membri huma rikjesti jikkooperaw b’mod sinċier mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet jintużaw bi qbil mal-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

F.

billi l-Artikolu 287(1) tat-TFUE jipprevedi li l-“Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni li biha tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom …”;

G.

billi l-eżerċizzji ta’ awditjar tar-rendiment li jkejlu sa liema punt l-infiq kiseb l-objettivi segwiti saru dejjem aktar importanti;

H.

billi n-nuqqasijiet fis-sistema doganali jitolbu bilanċ aħjar bejn il-kontrolli mnaqqsa u żieda fil-kontrolli ex post;

I.

billi l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppreżentata b’mod ġust bil-ħsieb li tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet;

J.

billi l-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi hi strateġija komprensiva li tkopri l-attivitajiet ta’ kważi s-servizzi kollha tal-Kummissjoni responsabbli għall-politiki interni, u billi l-2011 kienet l-ewwel sena sħiħa li matulha ġiet implimentata l-istrateġija;

K.

billi d-djalogu interistituzzjonali previst fl-Artikolu 318 TAT-TFUE għandu jkun l-opportunità biex titqanqal kultura ġdida bbażata fuq ir-rendiment fi ħdan il-Kummissjoni;

L.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għandu jkun involut aktar mill-qrib fil-monitoraġġ tal-infiq tal-Kummissjoni fil-ġejjieni; jistenna kooperazzjoni aħjar mal-Qorti tal-Awdituri bil-għan li jitfasslu proposti aktar estensivi dwar titjib fl-effiċjenza fil-proċeduri ta’ awditjar;

M.

billi s-setgħat u r-riżorsi tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fil-proċedura ta’ kwittanza għandhom jiġu eżaminati u stabbiliti fid-dettall f’rapport ta’ inizjattiva proprja;

Azzjonijiet prijoritarji għall-Kummissjoni

1.

Jistieden lill-Kummissjoni, bil-ħsieb tal-għoti tal-kwittanza, tippreżenta lill-Parlament pjan ta’ azzjoni għall-kisba tal-azzjonijiet prijoritarji li ġejjin:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

(a)

Il-Kummissjoni kull sena għandha tadotta, u għall-ewwel darba f’Settembru 2013, komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri bil-ħsieb li tippubblika l-impatt tal-azzjonijiet preventivi u korrettivi tagħha fir-rigward tal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li għandha, b’mod partikolari, tiżvela fil-waqt is-sospensjonijiet, l-interruzzjonijiet u ż-żammiet kollha li għandhom l-għan li jevitaw żbalji u l-ammonti kollha (f’termini nominali) li jiġu rkuprati għal kull Stat Membru, organizzazzjoni internazzjonali je pajjiż terz matul is-sena preċedenti permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri għal kull modalità ġestjonali fil-livell tal-Unjoni u mqassma skont l-Istati Membri; il-Kummissjoni għandha turi kemm jista’ jkun li l-korrezzjonijiet finanzjarji kkumpensaw b’mod xieraq għall-iżbalji magħmula, u li kkontribwixxew għal titjib dejjiemi għas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll;

(b)

Il-Kummissjoni għandha tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm jekk, minħabba żbalji jew ġestjoni ħażina tal-fondi mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali, il-programm ma jirnexxilux fil-parti l-kbira jilħaq l-għanijiet tiegħu anke meta parti mill-programm tkun ġiet iffinanzjata u jkunu diġà ġew żburżati fondi;

(c)

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi d-data relevanti li tkopri l-politiki kollha ġestiti mill-Kummissjoni fin-Nota 6 “Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri”, mehmuża mal-kontijiet tal-Unjoni;

(d)

Fir-rigward tal-politiki ġestiti permezz ta’ programmi pluriennali, il-Kummissjoni għandha tispeċifika, fil-waqt tal-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni, l-impatt tal-irkupri u tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu saru matul dak il-perjodu fuq ir-rata ta’ żball; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha turi li l-korrezzjonijiet finanzjarji kkumpensaw b’mod xieraq għall-iżbalji magħmula, u li kkontribwixxew għal titjib dejjiemi għas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll;

(e)

Il-Kummissjoni għandu jkollha responsabilità akbar għall-awtoritarjiet ta’ awditjar nazzjonali u għas-siostemi ta’ kontroll f’dawk l-Istati Membri li fihom ikunu nstabu l-ikbar ammont ta’ żbalji; hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tħejji proposta dwar sa liema punt iċ-ċertifikazzjoni u l-ħidma tal-awtoritajiet ta’ awditjar f’dawk l-Istati Membri jistgħu jittejbu iktar; jemmen li l-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejbiet tagħha u għandha tintegrathom fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tar-regolamenti relevanti u l-QFP;

Rata ta’ żball fil-ġestjoni kondiviża

Jistieden lill-Kummissjoni:

(f)

tarmonizza l-prattika tas-servizzi tagħha rigward l-interruzzjoni/is-sospensjoni tal-pagamenti meta jinstabu nuqqasijiet sinifikanti fil-livell tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-Istati Membri;

(g)

tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkomunikaw lis-servizzi tagħha l-abbozzi tar-regoli dwar l-eliġibilità sabiex tadatta regoli nazzjonali dwar l-eliġibilità li ma jkunux kompatibbli mar-regoli relevanti tal-Unjoni, u biex tintensifika l-kontrolli dwar id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż u l-effettività tal-kontrolli fl-ewwel livell;

(h)

tiġbor informazzjoni mill-Istati Membri rigward kemm ir-regoli nazzjonali jrendu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-amministrazzjoni baġitarja kkumplikata bla bżonn (“gold-plating”) u tirrapporta lill-Parlament sa Ottubru 2013; ifakkar li ksur ta’ dawn ir-regoli nazzjonali jirrappreżenta żball fl-amministrazzjoni baġitarja u li l-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar hi responsabbli għall-iżbalji fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni (Artikolu 317 tat-TFUE); jitlob li din l-informazzjoni tintbagħat lill-parlamenti nazzjonali darba fis-sena u li l-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit jiġi infurmat kif xieraq;

(i)

tappoġġja lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri fl-identifikazzjoni tas-sorsi sistemiċi tal-iżbalji u b’mod partikolari fl-iżgurar ta’ implimentazzjoni konformi tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u tagħti gwida fil-forma ta’ opinjonijiet motivati lil dawk l-awtoritajiet fl-isforzi ta’ simplifikazzjoni tagħhom; dawk l-opinjonijiet ikunu pubbliċi;

(j)

tapplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità, mingħajr ma tissottovaluta r-regoli maħsuba biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiffaċilitaw ir-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri; jinnota li pass addizzjonali favur is-simplifikazzjoni huwa l-użu obbligatorju tal-applikazzjoni u r-rappurtar tal-proġett b’mezzi elettroniċi kif ukoll l-unifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tad-dokumenti u tal-proċeduri għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali;

(k)

tarmonizza l-kriterji li s-servizzi tagħha jużaw biex jagħmlu riżervi fir-rapport ta’ attività annwali tagħha u l-metodoloġiji differenti li jintużaw biex jiġu kkwantifikati l-iżbalji fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku fiż-żewġ oqsma ta’ politika tal-agrikoltura u l-politika ta’ koeżjoni;

(l)

tħaffef il-proċeduri ta’ awditjar u ta’ korrezzjoni finanzjarja segwiti mis-servizzi tagħha stess u, b’mod partikulari, tikkunsidra li twaħħad l-istadji differenti tal-proċedura “kontradittorja” li twassal għal korrezzjoni finanzjarja;

(m)

tivvaluta l-progress li jkun sar fil-ġestjoni finanzjarja fil-gruppi ta’ politika tal-baġit tal-Unjoni bil-ħsieb li tasal għal dikjarazzjoni pożittiva ta’ assigurazzjoni u tirrapporta dwar din il-valutazzjoni sa Marzu 2014 fil-kuntest tar-rapporti annwali tal-attività mfassla mid-Diretturi Ġenerali u r-rapport ta’ Sinteżi dwar il-kisbiet maniġerjali tal-Kummissjoni għall-2013;

DĠ AGRI

(n)

Id-DĠ AGRI għandu jallinja l-prattiki tiegħu għall-interruzzjoni tal-pagamenti mal-aħjar prattiki tad-Direttorati Ġenerali jew is-servizzi l-oħra kif ukoll iressaq proposti għal applikazzjoni u użu mtejbin tas-sospensjoni fil-qasam ta’ politika tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

(o)

Filwaqt li jqis il-qafas ġuridiku, id-DĠ AGRI għandu sistematikament jinterrompi u jissospendi l-pagamenti meta l-kontrolli tal-ewwel livell jiżvelaw li huma milquta materjalment minn żbalji; il-pagamenti għandhom jissoktaw biss jekk evidenza xierqa suffiċjenti miġbura fuq il-post tagħti prova li d-dgħufijiet ġew irranġati;

(p)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta sa tmiem Ġunju 2013 dwar il-progress li jkun sar mill-grupp ta’ ħidma mwaqqaf mid-DĠ AGRI biex jivvaluta l-kawżi li huma l-għeruq tal-iżbalji fil-qasam tal-Iżvilupp Rurali u jiżviluppa azzjoni korrettiva għall-perjodi futuri ta’ programmazzjoni attwali u suċċessivi; dak ir-rapport għandu jintbagħat lill-Istati Membri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament Ewropew biex dawn ikunu jistgħu janalizzaw il-kawżi tal-iżbalji, jagħtu opinjonijiet mhux vinkolanti u jippreżentaw proposti biex jiġu mxejna dawk l-iżbalji;

(q)

Id-DĠ AGRI għandu jieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jeliminaw mill-programmi tagħhom dawk il-kundizzjonijiet li intrinsikament għandhom it-tendenza li joħolqu diffikultajiet ta’ implimentazzjoni u kontroll;

DĠ REGIO

(r)

Il-Kummissjoni għandha żżomm il-proposti oriġinali tagħha għad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014–2020 fil-politika ta’ koeżjoni u għandha tinsisti, fir-rigward tal-Istati Membri, fuq il-ħtieġa assoluta li, fil-leġiżlazzjoni l-ġdida, jiddaħħlu l-prinċipji tal-korrezzjonijiet finanzjarji netti (8), kif ukoll proċeduri u kundizzjonijiet simplifikati skont liema l-pagamenti jistgħu jiġu interrotti jew sospiżi;

(s)

Il-Kummissjoni għandha tuża wkoll, kemm jista’ jkun, il-korrezzjonijiet finanzjarji netti għall-korrezzjoni ta’ żbalji serji fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali skont l-Artikolu 99 et seq. tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (9); b’mod partikolari, il-korrezzjonijiet finanzarji netti għandhom jiġu applikati fl-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni;

(t)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiddefendi l-pożizzjoni inizjali tagħha li ma tippermettix l-għażla sekondarja ta’ proġetti fiżikament lesti jew kompletament implimentati qabel l-applikazzjoni għal finanzjament (l-hekk imsejħa “proġetti retrospettivi”) għall-perjodu ta’ finanzjament tal-2014–2020 (10);

(u)

Id-DĠ REGIO għandu jallinja kompletament il-prattiki tiegħu rigward il-pagamenti mal-aħjar prattiki tad-Direttorati Ġenerali jew is-servizzi l-oħra, u jkompli billi jagħmel użu dirett u sħiħ mill-istrumenti legali previsti mir-regolamenti, speċjalment l-interruzzjoni tal-pagamenti jew kull meta jkun meħtieġ is-sospensjoni tal-programmi operattivi;

(v)

Jitlob li jkun hemm monitoraġġ u kundizzjonijiet aktar riġidi fil-każ ta’ Stati Membri li manifestament jiksru dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-liġi baġitarja u l-liġi tal-kompetizzjoni (partikolarment fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi); jitlob li jkun hemm sospensjoni awtomatika tal-pagamenti għall-programmi relevanti tal-Fondi Strutturali meta ikun hemm ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sakemm ikun hemm konformità mar-regoli, sabiex l-użu tal-fondi f’konformità mar-regoli tal-Unjoni jkun garantit;

(w)

Jitlob politika ta’ sospensjoni aktar b’saħħitha fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjnoali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), bħal dik li diġà qed tiġi applikata għall-pagamenti mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), sabiex issir prevenzjoni fi stadju bikri ta’ użu irregolari ta’ finanzjament mill-Fond Strutturali u biex jiġi appoġġjat bil-qawwa l-approċċ ta’ tolleranza żero mill-Kummissjoni;

(x)

B’mod partikulari, id-DĠ REGIO għandu sistematikament jinterrompi l-pagamenti u jissospendi l-programmi meta l-kontrolli tal-ewwel livell jiżvelaw li huma milquta materjalment minn żbalji; il-pagamenti għandhom jissoktaw biss jekk ikun hemm evidenza suffiċjenti u affidabbli li d-dgħufijiet ġew irranġati;

Rata ta’ żball fil-ġestjoni ċentralizzata

DĠ Riċerka

(y)

Sa tmiem Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament li jivvaluta l-impatt tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni mdaħħla fl-2011;

(z)

Dak ir-rapport għandu jivvaluta wkoll it-titjib imħabbar mill-Kummissjoni fir-rigward tal-istrateġiji ta’ kontroll ex ante u ta’ awditjar ex post u tat-titjib fil-gwida dwar l-aktar żbalji komuni li tingħata lil min jieħu sehem fis-Seba’ Programm Qafas dwar ir-Riċerka u lill-awdituri;

(aa)

F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tispjega jekk il-miżuri li ttieħdu għat-tnaqqis tal-piż tal-awditjar, iġġenerat mill-fatt li seba’ Uffiċjali Awtorizzanti b’Delega huma responsabbli għall-baġit għar-Riċerka, kinux effettivi u, jekk le, tipproponi soluzzjonijiet oħra;

Rapport ta’ valutazzjoni (l-Artikolu 318 tat-TFUE) u użu msaħħaħ tal-awditi tar-rendiment

(ab)

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiżviluppaw kultura ġdida bbażata fuq ir-rendiment, billi jiddefinixxu fil-pjan ġestjonali tagħhom għadd ta’ objettivi u indikaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Qorti tal-Awdituri f’termini ta’ rilevanza, paragunabilità u affidabilità; barra minn hekk l-indikaturi tar-rendiment u l-miri għandhom jiġu integrati għalkollox fil-proposti kollha għal politiki u programmi ġodda;

(ac)

Jitlob lill-Kummissjoni tqis b’mod sħiħ il-kummenti u t-talbiet ifformulati fit-“Tweġiba tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għat-tieni rapport ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 318 tal-Kummissjoni”;

(ad)

Jistieden lill-Kummissjoni biex, sar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu fl-oqsma varji tal-politika u l-programmi, tipproponi definizzjoni ċara ta’ valur miżjud Ewropew; jitlob reviżjoni tal-programmi bl-għan li jiġu evitati effetti ta’ konsegwenza fil-livell nazzjonali u reġjonali u biex fir-realtà tiffanzja biss dawk il-miżuri li ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr impuls min-naħa tal-Unjoni;

(ae)

Fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom, is-servizzi għandhom ikejlu r-rendiment tagħhom billi jissintetizzaw ir-riżultati miksuba b’kontribut għall-politiki prinċipali segwiti mill-Kummissjoni; dan ir-rendiment “dipartimentali” se jiġi kkomplementat minn valutazzjoni globali tar-rendiment tal-Kummissjoni fir-rapport ta’ valutazzjoni previst mill-Artikolu 318 tat-TFUE;

(af)

Il-Kummissjoni għandha timmodifika l-istruttura tar-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi hawn fuq, billi tiddistingwi l-politiki interni minn dawk esterni u tiffoka, fi ħdan it-taqsima relatata mal-politiki interni, fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 bħala l-politika ekonomika u soċjali tal-Unjoni; Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-enfasi fuq il-progress li sar fil-ksib tal-inizjattivi emblematiċi;

(ag)

Jistenna li fil-qafas ta’ politika ġdida u mtejba dwar ir-rendiment, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni kollha magħmula jew imħallsa mill-Kummissjoni jsiru disponibbli bis-sħiħ għall-Parlament; li jista’ jiddeċiedi li jagħmilhom disponibbli fuq il-websajt tiegħu għal konsultazzjoni;

Introjti u riżorsi proprji tradizzjonali

Sabiex tiżgura protezzjoni xierqa tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u bil-ħsieb li tgħammar l-Unjoni b’biżżejjed riżorsi proprji għat-tkabbir, il-Kummissjoni għandha:

(ah)

tipprovdi lill-Parlament, fiż-żmien dovut qabel il-proċedura ta’ kwittanza għall-2012, b’evalwazzjoni ta’ kemm jiswa l-posponiment tal-applikazzjoni sħiħa tal-Kodiċi Doganali Modernizzat (KDM), li tkun tikkwantifika l-konsegwenzi baġitarji tat-tali posponiment;

(ai)

tiġbor data affidabbli dwar id-distakk fil-qasam tad-dwana u tal-VAT fl-Istati Membri u tirrapporta kull sitt xhur lill-Parlament f’dan ir-rigward;

(aj)

tidentifika u timplimenta l-azzjonijiet li jżidu l-effettività u l-effiċjenza tal-ġbir tad-dazji u tal-VAT fl-Istati Membri; il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 13/2011 (11);

(ak)

tidentifika l-kanali u l-iskemi li jippermettu l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, b’mod partikolari mill-kumpaniji multinazzjonali u permezz ta’ kumpaniji fittizzi, u tippromwovi l-kontromiżuri xierqa; jilqa’, f’dan il-kuntest, ir-rapport tal-OKŻE dwar it-tgħawwir tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti u jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-OKŻE li se tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni dwar kif tiġi indirizzata din il-problema sa Lulju 2013;

(al)

tissensibilizza lill-Istati Membri, fil-kuntest tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, li l-ġbir effettiv tal-introjtu jibqa’ fattur essenzjali tal-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi, inkluż il-fatt li l-aspetti tal-introjtu mhux miġbur għandhom impatt fuq id-disponibilità tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, il-qagħda ekonomika tal-Istati Membri u s-suq intern, u tikkummissjona studju li jikkalkula l-benefiċċji finanzjarji potenzjali għall-Istati Membri f’termini ta’ introjtu mit-taxxa jekk jinħolqu kundizzjonijiet ugwali kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fl-Unjoni kollha;

2.

Huwa allarmat bin-numru kbir ħafna ta’ attivitajiet finanzjarji offshore, kif żvelat mill-inkjesta riċenti “Offshore Leaks”; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri urġenti biex telimina dawn il-possibilitajiet ta’ devjazzjoni ta’ eluf ta’ biljuni ta’ euro barra miċ-ċirkwit finanzjarju normali sabiex primarjament tiġi evitata t-taxxa u biex jinħbew fondi illegali mill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri.

3.

Jissuġġerixxi bil-qawwa li l-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-attivitajiet bankarji kollha relatati mal-konsulenza dwar strutturi offshore u l-istabbiliment tagħhom, isiru illegali u li l-ebda bank fl-Unjoni Ewropea involut f’attivitajiet bħal dawn ma jirċevi jew ma jkun jista’ jirċievi finanzjament Ewropew taħt kwalunkwe skema jew jibbenefika minn miżuri ta’ appoġġ nazzjonali.

4.

Jistenna li jirċievi, fi żmien xahrejn, abbozz ta’ proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni biex twaqqaf il-prattika tal-użu ta’ rifuġji fiskali minn individwi, kumpaniji u saħansitra istituzzjonijiet pubbliċi.

Segwitu għar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2010  (12)

Monitoraġġ tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja

5.

Jilqa’ s-segwitu li ngħata mill-Kummissjoni għat-talba tal-Parlament għal aktar trasparenza fir-rigward tal-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja (SIF), b’mod partikulari billi r-rapportar mill-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u ta’ implimentazzjoni fil-leġiżlazzjoni relevanti jsir proċedura obbligatorja (13), u jinnota li r-Rapport sommarju dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-SIF li tħabbar mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585) ġie trażmess fiż-żmien dovut lill-Parlament; jinnota wkoll li dan tal-aħħar jipprovdi data dwar id-deskrizzjoni tal-SIF u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tagħhom, l-identifikazzjoni tal-entitajiet implimentattivi u l-ammonti ta’ assistenza mħallsa lill-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja u minnhom;

6.

Jinnota li l-ammont ta’ fondi strutturali implimentati permezz tal-SIF kompla jiżdied matul il-perjodu 2007–2013, b’mod partikolari għall-istrumenti li jimmiraw lejn l-imrpiżi; jindika li aktar minn 90 % tal-ammonti effettivament imħallsa lid-destinatarji finali marru għand impriżi; jitlob lill-Kummissjoni tiċċara liema perċentwali tal-ammonti li fil-fatt ġew żburżati marru għand impriżi li verament kienu privati, meta mqabbla ma’ impriżi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma proprjetà tas-settur pubbliku;

7.

Jinnota bi tħassib li l-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja għall-iżvilupp urban u l-effiċjenza enerġetika/l-enerġiji rinnovabbli jirrappreżentaw 17 % biss tal-ammont imħallas lill-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja kollha fi tmiem l-2011 u, barra minn hekk, li l-fluss għal ġo proġetti urbani konkreti baqa’ bil-mod;

8.

Jappoġġja t-tagħlim li ħadet il-Kummissjoni skont ir-rapport sommarju msemmi hawn fuq fir-rigward tar-rapportaġġ mill-Istati Membri, kif ġej:

il-proċess tal-ġbir tad-data mill-awtoritajiet maniġerjali u t-trażmissjoni tagħha lill-Kummissjoni għandhom jibdew minn kemm jista’ jkun malajr;

l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jipprovdu kontribut li jkopri aktar mill-ammonti impenjati għall-fondi, kif ukoll l-għadd u t-tip tad-destinatarji finali;

il-Kummissjoni għandha tipprovdi aktar gwida lill-Istati Membri;

9.

Jinnota li l-Kummissjoni qabbdet lil grupp ta’ esperti (14) jfasslu rapport dwar l-użu tal-FEŻR bħala appoġġ għall-SIF; iqis li dan hu l-ewwel pass u jinsab inkwetat li l-analiżi tan-netwerk ta’ valutazzjoni esperta tiżvela għadd ta’ problemi serji, pereżempju, in-nuqqas ta’ evidenza biex jiġi stabbilit jekk l-iskala ta’ appoġġ tikkorrispondix mad-daqs tan-nuqqasijiet fis-suq għas-self u l-finanzjament ekwitattiv; in-nuqqas ta’ evidenza li minnha jista’ jiġi vvalutat jekk il-fondi ta’ kapital ta’ riskju mwaqqfa bl-appoġġ tal-FEŻR humiex kbar biżżejjed biex ikunu vijabbli; l-iskarsezza tad-data rigward l-ispejjeż biex jitwaqqfu u jiġu operati l-SIF meta mqabbla ma’ għotjiet li ma jitħallsux lura; u l-kumplessità tar-regolamenti u l-inċertezza dwar l-interpretazzjoni tagħhom;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi konkreti biex ittejjeb b’mod sinifikanti l-użu tal-SIF bil-ħsieb li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti aħjar;

11.

Itenni li l-Parlament stieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod oġġettiv u kritiku l-esperjenzi bl-SIF fil-Politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2007-2013, tipprovdi valutazzjoni tar-riskji li tikkunsidra l-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja differenti b’mod separat, kif ukoll tqis l-istruttura tar-riskji tal-benefiċjarji tal-SIF, u tirrapporta annwalment lill-Parlament, fiż-żmien dovut qabel il-proċedura ta’ kwittanza rispettiva, dwar l-użu tal-SIF fl-Istati Membri, inklużi indikaturi paragunabbli dwar l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-SIF, u anke dwar kif il-Kummissjoni tikkoordina, tiżgura l-konsistenza u ttaffi r-riskju li jkun hemm elementi doppji bejn l-oqsma ta’ politika;

Katina/kaskata ta’ responsabilità

12.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni tinjora b’mod kostanti t-talba li ilha ssir mill-Parlament biex iżżid il-firma tal-Kummissarju responsabbli mar-rapporti ta’ attività annwali tad-Direttorat Ġenerali relatat tiegħu/tagħha; jinnota, madankollu, li r-Rapport ta’ Sinteżi jiġi adottat mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u jinkludi dikjarazzjoni speċifika li tenfasizza r-responsabilità finali tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-uffiċjali awtorizzanti tagħha abbażi tal-assigurazzjonijiet u r-riżervi li jkunu għamlu fir-rapport ta’ attività annwali tagħhom; hu għalhekk tal-opinjoni li l-Kulleġġ, meta adotta r-Rapport ta’ Sinteżi, ħa nota tal-problemi fid-direttorati ġenerali rispettivi u jista’ jinżamm responsabbli;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-kwalità u l-paragunabilità tar-rapporti ta’ attività annwali;

14.

Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tat aċċess lill-Parlament għas-sommarji annwali tal-Istati Membri; jiddeplora, madankollu, il-fatt li 17-il Stat Membru biss taw permess lill-Kummissjoni biex tagħmel dan; jitlob lill-Kummissjoni tikkomunika liema passi u miżuri se tieħu biex tiżgura li l-10 Stati Membri li għad fadal jagħtu wkoll il-permess tagħhom;

L-użu ta’ prefinanzjament

15.

Jilqa’ r-regoli ġodda introdotti fir-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar l-approvazzjoni regolari tal-prefinanzjamenti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tad-data u l-metodi kontabilistiċi relevanti;

L-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet effettiv fl-oqsma ta’ nfiq kbir

16.

Jirrikonoxxi li l-proposti tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014–2020 fil-biċċa l-kbira tagħhom issodisfaw it-tħassib li l-Parlament esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit fl-2008 (15), bil-proposta għall-introduzzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti għall-Istati Membri, kif ukoll proċeduri u kundizzjonijiet simplifikati skont liema l-pagamenti jistgħu jiġu interrotti jew sospiżi; jinnota li dawn il-proposti jiċċaraw ukoll ċerti regoli dwar l-eliġibilità u jipprojbixxu b’mod ċar il-possibilità li l-awtoritajiet maniġerjali jagħżlu proġetti fiżikament lesti jew kompletament implimentati qabel l-applikazzjoni għal finanzjament (l-hekk imsejħa “proġetti retrospettivi”);

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltajiet għat-twaqqif ta’ sistema korrettiva għal oqsma ta’ nfiq li huma suxxettibbli għal żbalji, u li fiha l-valur materjali totali ta’ żbalji fis-sena ikun parzjalment jew għalkollox imnaqqas, mit-talbiet annwali ta’ rimborż li jsiru mill-organizzazzjonijiet li jakkreditaw, skont il-gravità tal-irregolaritajiet;

Il-ħidma ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri

18.

Ifakkar li l-Artikolu 287 tat-TFUE jipprevedi li: “Il-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni li biha tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom (…)”;

19.

Ifakkar li barra li tagħti opinjoni rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet, il-Qorti tal-Awdituri tagħti tliet opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontijiet; hu tal-fehma li d-diversi opinjonijiet ma jiffaċilitawx il-valutazzjoni li jridu jagħmlu l-Membri tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni;

20.

Jindika li l-Qorti tal-Awdituri tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-eżerċizzji ta’ awditjar tagħha, ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli, li fl-2011 kienet ta’ 3,9 % għall-pagamenti; jindika li fuq il-bażi ta’ standards internazzjonali ta’ awditjar, il-Qorti tal-Awdituri tieħu 2 % bħala livell minimu ta’ materjalità bħala rata ġeneralment aċċettabbli għall-iżbalji u li, jekk ir-rata ta’ żball l-aktar probabli tkun akbar minn dan il-limitu minimu, il-Qorti se tagħti opinjoni negattiva;

21.

Jindika li bi qbil mal-internazzjonali ta’ awditjar, hija r-responsabbiltà tal-awditur estern li jistabbilixxi b’indipendenza sħiħa l-limitu minimu ta’ materjalità;

22.

Jenfasizza li għandha ssir distinzjoni bejn l-iżbalji u l-frodi u jikkunsidra li, fil-maġġoranza l-kbira tal-każi, l-iżbalji jirriżultaw minn żbalji akmministrattivi, b’mod partikolari marbuta mal-kumplessità tar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali, li jistgħu jiġu korretti; ifakkar lill-Kummissjoni, madankollu, li r-rata attwali ta’ żbalji għadha għolja b’mod inaċċettabbli u li l-Parlament għandu approċċ ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-iżbalji;

23.

Jissottolinja l-fatt li rata ta’ żball fiha nnifisha ma tagħtix perspettiva komprensiva tal-effettività tal-politiki tal-Unjoni; hu, għaldaqstant, tal-fehma li l-eżerċizzji ta’ awditjar tal-konformità għandhom jiġu ssuplimentati b’awditi tar-rendiment li jivvalutaw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-istrumenti ta’ politika tal-Unjoni; jindika l-fatt li l-Accountability Office tal-Gvern tal-Istati Uniti jikkonċentra aktar fuq l-eżerċizzji ta’ awditjar tar-rendiment u mhux fuq dawk tal-konformità;

24.

Josserva li hemm xi differenzi ta’ fehmiet bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-mod kif għandhom jiġu kkalkulati l-iżbalji, b’mod partikulari rigward jekk il-prefinanzjament għandux jiġi inkluż jew eskluż, rigward l-ittrattar tal-iżbalji kwantifikabbli u mhux, u rigward il-mod kif għandhom jiġu kkunsidrati l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-valutazzjoni globali tal-impatt finanzjarju tal-iżbalji u l-kapaċità korrettiva tas-sistemi; hu tal-fehma li l-approċċi differenti huma riflessjoni tar-rwoli differenti li jiżvolġu rispettivament l-istituzzjonijiet, speċifikament ir-rwol ta’ awditur minn naħa u dak ta’ amministratur min-naħa l-oħra; jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tqis il-possibbiltà li tissepara dawn il-kategoriji differenti kontroversjali ta’ rati ta’ żbalji fir-rapport annwali li jmiss tagħha u tikklassifika skont il-qasam il-politika u r-riżultati tal-irkupru u l-korrezzjonijiet finanzjarji;

25.

Jifhem li, mal-mogħdija taż-żmien, il-kompetenza u l-metodoloġija jistgħu jinbidlu; jinsisti, madankollu, li hemm bżonn li r-riżultati tal-eżerċizzji ta’ awditjar jibgħu paragunabbli sabiex il-Parlament ikun jista’ jagħmel valutazzjoni politika fuq żmien itwal;

26.

Jappella, għaldaqstant, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet ta’ awditjar nazzjonali u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rigward tal-kontrolli ta’ ġestjoni kondiviża, skont l-Artikolu 287(3) tat-TFUE;

27.

Jipproponi li titqies il-possibilità li l-entitajiet ta’ awditjar nazzjonali joħorġu, fil-kapaċità tagħhom ta’ awdituri esterni indipendenti u skont l-istandards internazzjonali ta’ awditjar, ċertifikati nazzjonali ta’ awditjar għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni; dawn iċ-ċertifikati jiġu ppreżentati lill-gvernijiet tal-Istati Membri bil-ħsieb li jitressqu waqt il-proċess ta’ kwittanza skont proċedura interistituzzjonali adegwata li trid tiġi stabbilita;

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri

Il-kontijiet – opinjoni tajba

28.

Jilqa’ l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011 jippreżentaw b’mod ġust, u f’kull aspett materjali, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-31 ta’ Diċembru 2011, u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-flussi ta’ flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet;

Il-legalità u r-regolarità tal-introjtu – opinjoni tajba

29.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-introjtu sottostanti għall-kontijiet tas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 hu legali u regolari f’kull aspett materjali;

Il-legalità u r-regolarità tal-impenji – opinjoni tajba

30.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-impenji sottostanti għall-kontijiet tas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari f’kull aspett materjali;

Il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti – opinjoni negattiva

31.

Jiddispjaċih profondament li l-pagamenti għadhom materjalment milqutin minn żbalji;

32.

Jifhem li l-bażi għal din l-opinjoni negattiva tal-Qorti tal-Awdituri hi l-osservazzjoni li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll huma biss parzjalment effettiv u li, b’riżultat ta’ dan, il-pagamenti huma milqutin minn rata ta’ żball tal-ogħla probabilità ta’ 3,9 %;

33.

Jinnota bi tħassib li l-gruppi ta’ politiki li jirrigwardaw l-agrikoltura; l-appoġġ għas-suq u l-appoġġ dirett; l-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa; il-politika reġjonali, l-enerġija u t-trasport; l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, kif ukoll riċerka u politiki interni oħra huma materjalment milquta minn żball;

34.

Ifakkar li l-istima tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli għall-pagamenti fis-sena finanzjarja 2010 kienet ta’ 3,7 % u fis-sena finanzjarja 2009 kienet ta’ 3,3 %; jinsab diżappuntat ħafna dwar din iż-żieda peress li taqleb it-tendenza pożittiva osservata fis-snin 2007, 2008 u 2009; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tikseb tendenza li turi tnaqqis konsistenti fir-rata ta’ żball; jisħaq li l-Parlament hu tal-fehma li l-ilħiq ta’ dawn il-miri huwa parti essenzjali biex jinkiseb valur sħiħ għall-infiq tal-Unjoni fil-futur u biex isir progress lejn DAS pożittiv” (16);

35.

Jattribwixxi dan l-iżvilupp prinċipalment għaż-żieda tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli fil-qasam tal-agrikoltura, u huwa mħasseb b’mod partikulari dwar il-livell għoli ta’ żbalji fl-iżvilupp rurali, fejn l-iktar rata ta’ żbalji probabbli rrappurtata kienet 7,7 %;

36.

Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tadatta r-rapporti speċjali dwar oqsma speċifiċi tal-politika aktar minn qabel biex tkun iggarantita l-komparabilità ma’ perjodi tal-passat;

Rakomandazzjoni tal-Kunsill

37.

Jiddispjaċih li l-Kunsill qed ikompli jirrifjuta li jikkoopera mal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza tal-Kunsill; jemmen li dan iħalli lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit bi ftit strumenti u li eventwalment il-Kumitat se jkun kostrett iressaq il-mistoqsijiet u t-talbiet tiegħu għal informazzjoni dwar il-baġit tal-Kunsill lill-Kummissjoni;

38.

Jinnota li l-Kunsill jirrakkomanda li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011; jinnota li l-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u r-Renju Unit ivvutaw kontra li tingħata l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2011; jieħu nota tal-kummenti ta’ dawn il-pajjiżi:

li għat-18-il darba konsekuttiva l-Qorti tal-Awdituri ma setgħetx tagħti dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva mingħajr riżervi;

li jenfasizzaw li l-kredibbiltà tal-infiq tal-Unjoni tiddependi fuq ġestjoni finanzjarja soda fil-livelli kollha, kontabilità ordnata u r-responsabbiltà trasparenti tal-atturi relevanti kollha;

li jirrimarkaw li 80 % tal-baġit tal-Unjoni jintnefaq taħt is-sistema ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri;

li jiddispjaċihom li erba’ biss minn seba’ awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri, ivvalutati mill-Qorti tal-Awdituri, tqiesu effettivi;

li jistiednu lill-Istati Membri kollha jipprovdu data sħiħa, trasparenti u preċiża bħala parti mis-sommarji annwali tagħhom;

li jinkoraġġixxu lill-Kummissjoni tkompli tistimola ġestjoni finanzjarja aħjar mill-Istati Membri kollha, inkluża l-applikazzjoni stretta ta’ sanzjonijiet bħas-sospensjonijiet u l-interruzzjonijiet;

39.

Jinnota f’dan il-kuntest l-għadd għoli tar-riżervi tal-Kummissjoni rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/il-FK għall-perjodu 2007–2013 fost oħrajn fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Renju Unit; jinkoraġġixxi lill-Kunsill jasal għal konklużjonijiet mill-kummenti tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-Isvezja u tar-Renju Unit billi jwettaq analiżi inter pares tal-ġestjoni finanzjarja u tal-kwalità tar-rendiment ta’ kull wieħed mill-Istati Membri;

Kwistjonijiet orizzonatali

Ir-responsabilitajiet tal-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-ġestjoni kondiviża

40.

Jenfasizza li, bi qbil mal-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni hi fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jindika li, meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ġestjoni kondiviża, il-kompiti ta’ implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

41.

Jisħaq fuq il-fatt li, f’dan ir-rigward, ir-responsabilità tad-Diretturi Ġenerali hi ġebla tax-xewka għas-sistema attwali tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, u jenfasizza l-importanza li dawn jirrappreżentaw b’mod ġust ir-rendimenti maniġerjali fir-rapport ta’ attività annwali tagħhom;

42.

Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu għall-kwittanza għall-2010 il-Parlament ippropona li jkun hemm Kummissarju full-time responsabbli mill-Kontroll tal-Baġit fl-ambitu tal-Kummissjoni tal-2014-2019

43.

Jistenna li l-Istati Membri huma konxji għalkollox dwar l-obbligi tagħhom, skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, biex jassistu b’mod attiv u effettiv lill-Unjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha li jirriżultaw mit-Trattati;

44.

Jinsisti f’dan il-kuntest fuq l-importanza tal-Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju (KE, Euratom) Nru 1605/2002, li jipprevedi li, meta jkunu qed jimplimentaw il-baġit, l-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa, inklużi miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi, għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jisħaq f’dan ir-rigward fuq il-fatt li l-Artikolu 59(2) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 il-ġdid saħansitra jispeċifika li dawn il-miżuri għandhom jikludu dan li ġej: (a) l-iżgurar li l-azzjonijiet finanzjati mill-baġit jiġu implimentati b’mod korrett u effettiv u f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur applikabbli għal dak il-għan, u (b) il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet u l-frodi;

45.

Josserva li s-sistema attwali ma tiżgurax it-trasparenza sħiħa tal-benefiċjarji tal-appoġġ tal-FEŻR u tal-FK; fl-ambitu tal-qafas eżistenti, il-Kummissjoni tipprovdi portal b’aċċess għal-listi ta’ benefiċjarji disponibbli fuq websajts nazzjonali, li jinsabu fil-lingwa nazzjonali rispettiva biss u ma jsegwux kriterji komuni; jistenna r-regolament futur li jkopri l-istrumenti strutturali sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jipprovdu d-data fuq il-benefiċjarji finali tal-fondi tal-FEŻR/FK li għandha tiġi ppubblikata fil-websajt uffiċjali tal-Kummissjoni f’waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Unjoni u bbażata fuq sett ta’ kriterji komuni sabiex ikun hemm lok għal paragun u l-konstatazzjoni ta’ żbalji;

46.

Jiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta’ differenzi sinifikanti fir-rendiment amministrattiv tal-Istati Membri fil-qasam tal-introjtu u n-nefqa fil-ġestjoni konġunta, speċjalment marbuta mas-sejba ta’ irregolaritajiet, frodi u żbalji u segwitu finanzjarju kemm fil-qasam doganali u l-infiq tal-fondi tal-Unjoni; jinnota li s’issal-Kummissjoni tissorvelja r-rendiment amministrattiv b’mod reattiv u każ b’każ u għaldaqstant ma twettaqx biżżejjed analiżi tat-tendenzi biex tidentifika l-oqsma ta’ riskju; jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-metodu tal-analiżi tat-tendenzi biex tidentifika r-riskji finanzjarji u tieħu miżuri biex ittejjeb ir-rendiment amministrattiv tal-Istati Membri;

47.

Jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-Artikolu 59(3), (4) u (5) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 il-ġdid, l-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri fil-futur huma rikjesti li kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni bil-kontijiet tagħhom flimkien ma’ dikjarazzjoni dwar il-ġestjoni, sommarju annwali tar-rapport finali tal-eżerċizzju ta’ awditjar tagħhom u tal-kontrolli, u opinjoni minn korp ta’ awditjar indipendenti;

48.

Jinsab konvint li d-dikjarazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, meta kkombinati mal-introduzzjoni ta’ deliberazzjoni awtokritika fil-Kunsill, li għad trid tiddaħħal u li s’issa għadha nieqsa, u analiżi inter pares imparzjali, onesta u miftuħa bejn l-Istati Membri, jirriżultaw f’eżekuzzjoni baġitarja aħjar u aktar effettiv, iżidu r-rendiment tal-politiki, tal-programmi u tal-proġetti u jgħinu biex isaħħu s-solidarjetà fost l-Istati Membri u jieħdu post in-nuqqas reċiproku ta’ fiduċja, riżultat li hu preferibbli għat-tnaqqis baġitarju għad-detriment tal-irkupru ekonomiku u l-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni f’Ewropa komuni;

49.

Jilqa’ l-fatt li l-Istati Membri jistgħu, fil-livell xieraq, jippubblikaw l-informazzjoni ta’ hawn fuq u, barra minn hekk, jipprovdu dikjarazzjonijiet iffirmati fil-livell xieraq fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri biex jipprovdu dawk id-dikjarazzjonijiet volontarji dwar il-ġestjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 il-ġdid billi tippromwovi l-aħjar prattiki; jinsisti li l-Parlament għandu jirċievi kemm id-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet volontarji;

50.

Jinnota li l-Kummissjoni għandha tiggwida lill-Istati Membri bl-abbozzar ta’ sommarji annwali li jagħmlu sens; jinnota li għal dan l-iskop, l-informazzjoni mogħtija dwar programmi operattivi taħt ġestjoni kondiviża għandha tkun standardizzata fir-rigward tal-forma u l-kontenut; jirrimarka li s-sommarji annwali għandhom jingħataw għad-dispożizzjoni tal-Parlament u m’għandhomx ikunu disponibbli biss bil-lingwa tal-Istat Membru, u b’hekk tiżdied it-trasparenza u r-responsabilizzazzjoni;

51.

JInnota, madankollu, li la l-Qorti tal-Awdituri u lanqas il-Kummissjoni ma jikkunsidraw is-sommarji annwali f’dan l-istadju bħala sors prezzjuż ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mill-benefiċjarji jew tar-rendiment tagħhom; itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni għandha tanalizza l-aspetti b’saħħithom u dawk dgħajfin tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali abbażi tas-sommarji annwali li tirċievi; iqis li din is-sitwazzjoni hi inaċċettabbli u jeżiġi li l-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata biex tiżgura li s-sommarji annwali li jmiss ikunu utli għall-valutazzjoni tar-rendiment tal-benefiċjarji;

52.

Jindika li ntwera li s-sommarji annwali pprovduti mill-Istati Membri fil-forma attwali tagħhom ftit jipprovdu valur miżjud u li l-elementi ta’ konformità tas-sommarju annwali attwali sempliċiment jidduplikaw informazzjoni disponibbli faċilment minn sorsi oħrajn (17); iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri kollha jżidu l-utilità tas-sommarji annwali tagħhom billi jinkludu analiżi ġenerali tar-riżultati u dikjarazzjoni dwar il-livell ġenerali ta’ assigurazzjoni biex juru l-impenn tagħhom favur il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE u favur it-trasparenza; Iħeġġeġ lill-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja u Spanja b’mod partikolari jsegwu bla dewmien l-eżempju tal-15-il Stat Membru li inkludew “dikjarazzjoni dwar il-livell ġenerali tal-assigurazzjoni” fis-sommarji annwali tagħhom għall-azzjonijiet strutturali fil-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-FEŻR (18) sabiex il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jibbenefika minn din l-informazzjoni matul il-proċedura ta’ kwittanza tal-2012; jistenna li dawk l-Istati Membri li ma jippreżentawx dikjarazzjoni ta’ dan it-tip fiż-żmien dovut se jippreżentaw dikjarazzjoni komprensiva li tispjega r-raġunijiet għal dan in-nuqqas;

53.

Jistieden lill-Istati Membri joħorġu dikjarazzjonijijiet dwar il-ġestjoni nazzjonali fil-livell politiku xieraq u jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi mudell għal dikjarazzjoni ta’ dan it-tip;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi fi żmien qasir, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, mudell għad-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni nazzjonali li jtihom sinifikat u jagħmilhom paragunabbli; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi b’mod miftuħ l-opinjoni tagħha dwar dawn id-dikjarazzjonijiet; hu tal-fehma li t-tali dikjarazzjonijiet għandhom, inter alia, jiċċertifikaw il-kriterji (bħal kontijiet reali u ġusti, l-effettività tas-sistemi ġestjonali u ta’ kontroll u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti) u jispeċifikaw l-ambitu tar-riżervi għall-assigurazzjoni u ċ-ċaħdiet; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex jitnaqqas il-piż tal-kontrolli għal dawk l-Istati Membri jew ir-reġjuni li konsistentement ikollhom rendiment tajjeb, skont ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri u skont id-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni nazzjonali tagħhom stess; hu tal-fehma li l-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jqisu s-sustanza tad-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni nazzjonali fil-ħidma ta’ awditjar tagħhom;

55.

Jinnota d-dettalji speċifikati f’din it-tabella ta’ valutazzjoni rigward iż-żewġ inizjattivi li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għat-titjib tal-effettività tal-ġestjoni kondiviża:

Tabella ta’ valutazzjoni

 

Dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni nazzjonali

“Dikjarazzjoni dwar il-livell ġenerali ta’ assigurazzjoni” fis-Sommarji Annwali għall-azzjonijiet strutturali

Awstrija

Le

Le

Belġju

Le

Le

Bulgarija

Le

Iva

Ċipru

Le

Iva

Repubblika Ċeka

Le

Iva

Danimarka

Iva

Iva

Estonja

Le

Iva

Finlandja

Le

Iva

Franza

Le

Iva

Il-Ġermanja

Le

Le

Ġreċja

Le

Iva

Ungerija

Le

Iva

Irlanda

Le

Le

Italja

Le

Le

Latvja

Le

Le

Litwanja

Le

Le

Lussemburgu

Le

Le

Malta

Le

Le

Pajjiżi Baxxi

Iva

Le

Polonja

Le

Le

Portugall

Le

Iva

Rumanija

Le

Iva

Slovakkja

Le

Iva

Slovenja

Le

Iva

Spanja

Le

Le

Svezja

Iva

Iva

Renju Unit

Iva

Iva

L-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet maniġerjali tal-Kummissjoni

56.

Jinnota li l-għadd totali tar-riżervi inklużi mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni fir-rapport ta’ attività annwali tagħhom żdiedu għal 27 fl-2011 minn 17 fl-2010, u li l-impatt finanzjarju totali stmat tar-riżervi żdied għal EUR 1 959 miljun jew 1,5 % tal-pagamenti li saru fl-2011 (2010: EUR 423 miljun li jikkorrispondu għal 0,3 %);

57.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawk l-iżviluppi jirriflettu riskju għoli ta’ żbalji f’xi oqsma, bħall-iżvilupp rurali, il-koeżjoni jew is-Seba’ Programm Qafas kif rikonoxxuti mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni, u kkorroborati mir-riżultati tal-eżerċizzji ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri;

58.

Jieħu nota tal-gwida mogħtija mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni u d-Direttur Ġenerali tad-DĠ Baġit lid-Diretturi Ġenerali u l-kapijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar kif tiġi kkalkulata r-rata ta’ żball residwu, li wasslet għal titjib f’xi rapporti ta’ attività annwali kif indikat mill-Qorti tal-Awdituri;

59.

Jiddispjaċih, madankollu, li l-Qorti tal-Awdituri sabet dgħufijiet f’dawk l-istruzzjonijiet u l-implimentazzjoni tagħhom, b’mod partikulari fir-rigward tar-rata ta’ żball residwu; jistieden lill-Kummissjoni, bħala riżultat ta’ dan, tadatta l-gwida tagħha bħala prijorità immedjata;

60.

Jirrikonoxxi l-progress li sar mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-livell sa fejn it-tranżazzjonijiet għadhom milqutin minn żbalji, iżda jinnota b’diżappunt li l-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li r-rata ta’ żball residwu għadha mhijiex indikatur affidabbli;

61.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq progress fl-iżvelar ta’ data aktar preċiża u affidabbli dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji u tippreżenta informazzjoni li tirrkonċilja sa kemm ikun possibbli s-sena meta jsir il-pagament, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu żvelati fin-noti għall-kontijiet (19);

62.

Jilqa r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji, inkluż l-ammont realment irkuprat li ddaħħal lura fil-baġit, fl-għeluq tal-perjodu 2000–2006 fil-politika reġjonali li juri l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu saru waqt il-perjodu ta’ programmazzjoni u fl-għeluq fuq ir-rata ta’ żball globali tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000–2006;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni testendi din il-prattika ta’ rapportar għall-politiki l-oħra amministrati minn programmi pluriennali;

64.

Jirrakkomanda, bi qbil mal-fehma li esprimiet il-Qorti tal-Awdituri, li tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-ammonti inklużi fir-rapporti ta’ attività annwali, b’mod partikulari biex tiġi stabbilita r-rata ta’ żball residwu, u l-informazzjoni dwar l-irkupri/korrezzjonijiet finanzjarji ppreżentati fil-kontijiet;

65.

Jinnota li l-Kummissjoni tista’ tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-korrezzjonijiet tal-iżbalji u l-irregolaritajiet li saru fl-2011, b’mod partikulari f’dik il-parti tal-baġit implimentata taħt il-modalità ta’ ġestjoni kondiviża (20);

66.

Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li għandha titlob lid-Diretturi Ġenerali tagħha jiġbru sistematikament dik id-data u jippubblikawha fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ, fiż-żmien dovut għall-proċedura ta’ kwittanza rispettiva, komunikazzjonijiet annwali lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri li jelenkaw, għal kull pajjiż u għal kull programm, il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri miġbura, sabiex jintwera r-rendiment tagħha fil-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tfassal ranking ta’ prestazzjoni fuq din il-bażi;

68.

Jinnota bi tħassib li n-Nota 6 mehmuża mal-kontijiet konsolidati u msemmija hawn fuq tkopri biss dawk il-korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri mwettqa fil-livell tal-Unjoni, u li l-informazzjoni dwar l-irtirar, l-irkupri u l-irkupri pendenti tal-fondi strutturali li jsiru mill-Istati Membri mhijiex qed tiġi żvelata minħabba raġunijiet ta’ affidabilità “peress li għad hemm dubji dwar il-kwalità u l-kompletezza tad-data ppreżentata minn xi Stati Membri u/jew għal xi programmi”; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika f’komunikazzjoni ta’ kull sena l-ammonti kollha korretti s-sena preċedenti permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri għal kull modalità ġestjonali fil-livell tal-Unjoni u mill-Istati Membri

69.

Jinsab ippreokkupat li l-Kummissjoni nnifisha tikkonferma fin-Nota 6 msemmija l-valutazzjoni li saret mill-Qorti tal-Awdituri dwar in-nuqqas ta’ affidabilità tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-Istati Membri, u jiddispjaċih profondament li dan jista’ jolqot l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet maniġerjali tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-data kkomunikata mill-Istati Membri tkun sħiħa u kompletament affidabbli;

70.

Ifakkar f’dan il-kuntest li, meta adottat ir-Rapport ta’ Sinteżi abbażi tal-assigurazzjonijiet u r-riżervi magħmula mid-Diretturi Ġenerali u l-kapijiet tas-servizzi tagħha fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom, il-Kummissjoni ħadet ir-responsabilità politika globali għall-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni (21);

71.

Jilqa’ t-titjib li sar għall-opinjoni globali maħruġa mill-awditur intern tal-Kummissjoni, li jirfed ukoll ir-Rapport ta’ Sinteżi, imma jinnota li l-opinjoni pożittiva li ta l-Awditur Interna hi bbażata b’mod partikulari fuq l-assigurazzjoni mogħtija fir-rapporti ta’ attività annwali mid-diriġenza ta’ livell għoli tal-Kummissjoni;

72.

Itenni, konsegwentement, it-talba preċedenti tiegħu biex il-Kummissjoni tistabbilixxi rapporti ta’ attività annwali li jkunu affidabbli u oġġettivi;

Ir-responsabilità tal-Istati Membri

73.

Jinnota li ż-żewġ oqsma ta’ politika li tendenzjalment għandhom l-ogħla rati ta’ żball (l-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa, kif ukoll il-politika reġjonali, l-enerġija u t-trasport) huma prinċipalment implimentati taħt il-ġestjoni kondiviża, u jiddispjaċih li l-istimi tar-rati ta’ żball l-aktar probabbli jammontaw għal 7,7 % u 6 % rispettivament;

74.

Jenfasizza li l-President tal-Qorti tal-Awdituri osserva li “l-awtoritajiet nazzjonali joperaw l-ewwel linja – u dik l-aktar importanti – ta’ difiża fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-UE” u li “jeħtieġ li jkun hemm grad akbar ta’ impenn min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali lejn il-ġestjoni u l-kontroll tal-flus tal-UE (22)”; jenfasizza f’dan il-kuntest il-koresponsabilità tal-Istati Membri rigward l-infiq aħjar; jikkunsidra, barra minn hekk, li l-involviment attiv tal-parlamenti nazzjonali permezz tal-kumitati rispettivi għas-sorveljanza tal-użu ta’ flus il-kontribwenti tal-Unjoni fl-Istati Membri (skont l-eżempju tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament), mhux biss fil-livell tal-monitoraġġ politiku u espert, iżda anke fil-proċess ta’ programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni ġdida, ikun iwassal għal livell aktar baxx tar-rata ta’ żball, għal trasparenza aħjar u għal-leġittimità demokratika tal-proċess ta’ assorbiment tal-fondi tal-Unjoni;

75.

Jiddeplora l-fatt li fi 62 % tat-tranżazzjonijiet awditjati fil-qasam tal-politika reġjonali milqutin minn żball, u f’76 % tat-tranżazzjonijiet awditjati tal-FSE, kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri jsibu u jikkorreġu tal-anqas uħud minn dawn l-iżbalji qabel ma jitolbu rimborż mill-Kummissjoni, u li, fil-qasam tal-iżvilupp rurali, il-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontrolli fuq il-post mhux dejjem twettqu sew; jistieden għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu b’urġenza l-kontrolli fl-ewwel livell sabiex jindirizzaw dan il-livell inaċċettabilment għoli ta’ ġestjoni ħażina;

76.

Jistieden lill-Kunsill u l-Coreper jaraw x’jagħmlu biex,fuq bażi regolari s-sistemi ta’ kontrolli nazzjonali, b’mod partikulari, u l-koresponsabilità tal-Istati Membri għall-infiq aħjar b’mod ġenerali jitqiegħdu bħala punti speċifiċi fuq l-aġenda tal-laqgħat tal-Ministri tal-Kunsill kompetenti u jiġu diskussi fil-preżenza tal-Kummissjoni;

77.

Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-TFUE, tagħti opinjoni dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-adwitjar fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża;

Il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, il-kriterji ta’ eliġibilità

78.

Jinnota li diversi żbalji jirriżultaw mill-applikazzjoni inkorretta tar-regoli nazzjonali (b’mod partikulari, fir-rigward tal-iżbalji li jikkonċernaw il-FSE fl-2011, il-ksur tar-regoli nazzjonali kkontribwixxa 86 % tar-rata ta’ żball), u li l-iżbalji fl-eliġibilità (speċjalment għall-benefiċjarji minn għotjiet) u l-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku (b’mod partikulari għall-fondi kondiviżi u għal dawk ġestiti indirettament) huma ż-żewġ sorsi ewlenin ta’ żbalji;

79.

Jilqa’, għal din ir-raġuni, il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-akkwist pubbliku adottata mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2011 (COM(2011) 896), peress li hi intenzjonata biex tissimplifika r-regoli u tagħmilhom aktar flessibbli sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-infiq pubbliku; jinnota madankollu li anke r-regoli nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku għandhom jiġu ssimplifikati bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

80.

Jiddeplora l-fatt li l-iżbalji jistgħu jirriżultaw ukoll miż-żieda mar-regoli tal-Unjoni ta’ regoli nazzjonali li huma kumplessi bla bżonn u għaldaqstant diffiċli li jiġu implimentati u vverifikati mill-Istati Membri nnifishom, waqt li joħolqu piż addizzjonali u artifiċjali għall-benefiċjarji (“gold plating”);

81.

Jindika li t-tali regoli mhux biss iżidu r-rati ta’ żball bla bżonn, peress li l-ksur kollu jitqies bħala żball fil-ġestjoni baġitarja tal-Unjoni allavolja huma l-Istati Membri li huma responsabbli għal dawn ir-regoli kumplessi għalxejn, iżda jistgħu jwasslu wkoll biex il-Kummissjoni toħroġ talbiet ta’ rkupru;

82.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jidentifikaw u jirrapportaw lill-Parlament, b’mod ikkoordinat mal-Kummissjoni u b’konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, dawk ir-regoli nazzjonali kumplessi bla bżonn sabiex jissimplifikawhom; jinnota li, f’dan ir-rigward, għandu jkompli jiġi esplorat il-potenzjal għat-tfassil ta’ dokumentazzjoni standard għall-offerti fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku;

83.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fejn ikun magħruf li seħħew vjolazzjonijiet tal-liġi baġitarja u l-liġi tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri (partikolarment fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi), tapplika monitoraġġ u kundizzjonijiet aktar riġidi, u f’każ ta’ dubju, tissospendi l-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali immedjatament sakemm ikun hemm konformità mar-regoli u għaldaqstant jiġi ggarantit użu tal-fondi li jkun f’konformità mal-Unjoni;

84.

Jinkoraġġixxi lis-servizzi tal-Kummissjoni jniedu pjan ta’ azzjoni pilota, kif għamel id-DĠ Impjiegi fis-setturi politiċi b’riskju ta’ żball għoli, bl-intenzjoni li jidentifikaw dawk l-oqsma kruċjali fejn is-simplifikazzjoni tista’ tgħin biex tnaqqas ir-rata ta’ żball fil-livell tal-benefiċjarji;

85.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti addizzjonali biex tiffaċilita l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-benefiċjarji u ssaħħaħ l-mod kif jgħaddu direttament l-informazzjoni lura lill-awtoritajiet nazzjonali, b’mod konformi mal-isforzi għas-simplifikazzjoni tar-regoli nazzjonali u għat-tnaqqis tar-rata ta’ żball;

86.

Jirrikjedi għal darb’oħra li l-Kummissjoni ssemmi lil dawk l-Istati Membri li huma responsabbli għall-iżbalji kwantifikabbli kumulattivi li ġew identifikati; Ma jifhimx il-limitazzjonijiet imposti fuq il-Qorti tal-Awdituri mill-metodu tagħha biex tislet kampjuni statistiċi, li effettivament jimpedixxi lill-Qorti tal-Awdituri milli ssemmi lil dawk l-Istati Membri bl-ogħla rata ta’ żball; Għal darb’oħra jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tqabbel ir-riżultati tal-eżerċizzji ta’ awditjar tagħha ma’ dawk tal-Kummissjoni sabiex jiġu identifikati dawk l-Istati Membri jew ir-reġjuni l-aktar milqutin mil-livell u/jew l-okkorrenza ta’ żbalji;

Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà

87.

Jinnota d-dħul fis-seħħ tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà iżda jiddispjaċih li dan il-mekkaniżmu ġie stabbilit barra l-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, peress li din il-ħaġa tipprekludi kwalunkwe kontroll demokratiku, politiku u baġitarju mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u b’mod partikolari mill-Parlament; jenfasizza l-fatt li l-ħoqien barra l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jirrappreżenta intopp fl-evoluzzjoni tal-Unjoni, essenzjalment għad-detriment tal-Parlament, il-Qorti tal-Awdituri u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; iqis li hu essenzjali li l-MES jiġi diskuss tal-anqas darba fis-sena f’dibattitu plenarju fil-preżenza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ rapport annwali mill-Bord tal-Awdituri tal-MES;

L-Istrateġija Kontra l-Frodi

88.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-istrateġiji ta’ kontra l-frodi stabbiliti f’kull Direttorat Ġenerali u tevalwahom wara l-adozzjoni tal-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2011) 376) u l-Pjan ta’ Azzjoni Intern (SEC(2011) 787) għall-implimentazzjoni tagħha f’Ġunju 2011;

L-industrija tat-tabakk

89.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kif biħsiebha ttejjeb malajr kemm jista’ jkun id-dispożizzjonijiet tagħha biex iddaħħal ġestjoni proattiva ta’ kunflitti potenzjali ta’ interessi u “revolving doors”;

90.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kif implimentat l-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u kif biħsiebha ttejjeb u tiċċara r-regoli eżistenti;

91.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament malajr kemm jista’ jkun b’ħarsa ġenerali dwar id-dokumenti kollha (pubbliċi u mhux pubbliċi) u l-persuni kollha involuti fin-negozjati tal-erba’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-industrija tat-tabakk;

92.

Jinnota li l-Unjoni hi sottofirmatarja tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tad-WHO; iqis l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(3) bħala obbligu legalment vinkolanti għall-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kif ġew implimentati fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3), speċjalment fir-rigward tal-kwistjoni li ġejja: sa fejn l-implimentazzjoni ssegwi l-linji gwida stipulati mid-WHO għall-Artikolu 5(3); jistaqsi kif u għalfejn il-Kummissjoni ddevjat minn dawk il-linji gwida;

Ġestjoni baġitarja

Ir-rati ta’ implimentazzjoni, l-eċċessi fil-bilanċ baġitarju, l-impenji baġitarji pendenti

93.

Jilqa’ l-livell għoli ta’ implimentazzjoni baġitarja, speċifikament 99,3 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (l-istess bħal fl-2010) u 98,6 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament (2010: 96,6 %) u t-tnaqqis fl-eċċessi fil-bilanċ baġitarju globali minn EUR 4,5 biljun fl-2010 għal EUR 1,5 biljun fl-2011;

94.

Jinsab imħasseb dwar l-aċċelerazzjoni fir-rata ta’ talbiet għal pagament mill-Istati Membri lejn tmiem is-sena fir-rigward tal-FSE, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, peress li din timpedixxi lill-Kummissjoni milli titlob baġit emendatorju mill-awtorità baġitarja fiż-żmien dovut sabiex iżżid l-approprjazzjonijiet ta’ pagament bl-intenzjoni li tonora t-talbiet li tirċievi; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jittrażmettu l-biċċa l-kbira tat-talbiet malajr kemm jista’ jkun;

95.

Iwissi kontra l-konċentrazzjoni ta’ proporzjon sinifikanti ta’ pagamenti fix-xahar ta’ Diċembru, li tista’ tolqot l-effettività tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll u żżid ir-riskju ta’ żball;

96.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda sinifikanti fl-impenji baġitarji pendenti minn EUR 13-il biljun fl-2010 għal EUR 207 biljuni, il-biċċa l-kbira fil-politika ta’ koeżjoni, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013;

97.

Jinsisti li hemm bżonn li, fis-snin li ġejjin, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni biżżejjed approprjazzjonijiet ta’ pagament mill-bidu nett;

Introjtu

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali u l-VAT

98.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha, sabet li l-kalkolu tal-introjtu ma kien jinkludi l-ebda żball materjali; jinsab imħasseb, madankollu, li f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi proprji tradizzjonali, l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri ma jistax ikopri l-importazzjonijiet mhux iddikjarati jew dawk li rnexxilhom jaħarbu mis-sorveljanza doganali, u li r-rapport annwali, għaldaqstant, ma jipprovdix stima tat-telf għall-baġit tal-Unjoni f’dak ir-rigward; jissuġġerixxi li l-Qorti tal-Awdituri toħroġ rapport speċjali dwar l-importazzjonijiet mhux iddikjarati abbażi ta’ stħarriġ f’tal-anqas 10 Stati Membri u taġġusta l-programm ta’ ħidma tagħha għall-2013 skont dan;

99.

Hu tal-opinjoni li l-eżerċizzju ta’ awditjar tar-rendiment imwettaq mill-Qorti tal-Awditruifil-qasam tal-introjtu hu ta’ valur partikulari, u jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Awdituri tikkonċentra aktar mir-riżorsi tagħha f’dan il-qasam; jiddispjaċih li r-rapport annwali, li madwaru hi ffukata ħafna mill-ħidma tal-Qorti tal-Awdituri, madankollu jipprovdi ftit informazzjoni dwar is-sitwazzjoni reali f’dak li jirrigwarda l-ġbir effiċjenti tal-introjtu; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tqiegħed aktar enfasi fir-rapport annwali tagħha fuq l-awditjar tal-introjtu, sabiex tippreżenta xbiha komprensiva tal-effettività tas-sistema għall-ġbir tal-introjtu fl-Istati Membri, u tal-konsegwenzi meta ma tiffunzjonax kif jixraq;

100.

Ifakkar li l-Parlament jissorvelja s-sitwazzjoni fir-rigward tal-ġbir tar-riżorsi proprji fir-rapport ta’ inizjattiva proprja tiegħu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jitfassal annwalment abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni;

101.

Jinsab profondament imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Qorti li hemm dgħufijiet kontinwati fis-superviżjoni doganali nazzjonali u li għalhekk ma jistax jiġi żgurat li r-riżorsi proprji tradizzjonali li ġew irreġistrati huma kompluti u korretti; iqis li hu inaċċettabbli li l-kontroll tal-proċeduri doganali fl-Istati Membri mhuwiex qed jiffunzjona kif suppost; ifakkar li l-operazzjoni korretta tal-proċeduri doganali għandha konsegwenzi diretti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tat-taxxa fuq il-valur miżjud; jinsab preokkupat profondament minn dak li sabet il-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 13/2011 tagħha, li l-applikazzjoni tal-proċedura doganali 42 (23) waħedha kienet tirrappreżenta telf estrapolat ta’ madwar EUR 2 200 miljun (24) fl-2009 fir-rigward tas-seba’ Stati Membri li ġew awditjati, telf li jirrappreżenta 29 % tal-VAT teoretikament applikabbli fuq l-ammont taxxabbli tal-importazzjonijiet kollha li saru skont il-proċedura doganali 42 fl-2009 f’dawk is-seba’ Stati Membri;

102.

Jisħaq fuq il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 13/2011 tagħha, li “l-evażjoni tal-VAT taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Istati Membri; jinnota li dan għandu impatt fuq il-baġit tal-Unjoni minħabba li twassal għal riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT; jinnota li dan it-telf huwa kkumpensat mir-riżorsi proprji bbażata fuq l-ING, li tgħawweġ il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni u l-frodi tat-taxxa ddgħajjef il-funzjonament tas-suq intern u tevita l-kompetizzjoni leali” (25);.

103.

Jenfasizza li dak li sabet il-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 13/2011 tagħha ġie kkorroborat mill-konklużjoni tal-missjoni għat-tisjib tal-fatti tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tal-Parlament fil-portijiet ta’ Rotterdam u Antwerp, li seħħet nhar id-19 u l-20 ta’ Settembru 2012, jinnota li l-Unjoni hi blokk ta’ kummerċ ewlieni u li l-portijiet Ewropej il-kbar jiġbdu ħafna vapuri; jinnota li bħala riżultat tal-pressjonijiet loġistiċi, dawk il-portijiet jiddependu fuq il-proċeduri previsti fir-regolament doganali u li l-operaturi ekonomiċi awtorizzati jiksbu iktar importanza; jinnota, madankollu, li Rotterdam, pereżempju, l-akbar port Ewropew, ikkonċeda livell għoli ta’ proċeduri doganali ssimplifikati lill-importaturi meta mqabbel mal-portijiet ewlenin l-oħra fl-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri doganali għandha tinkludi riskju xieraq u effettiv ibbażat fuq approċċ politiku li jwassal għal sistemi ta’ kontroll effettivi li jevitaw id-distorzjoni tal-kompetizzjoni u li l-proċeduri simplifikati għandhom jiġu mmoniterjati regolarment b’mod effettiv mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri; jinnota li kontrolli mnaqqsa jistgħu jfissru vantaġġi ekonomiċi kbar għal port; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe kontroll imnaqqas bla ġustifikazzjoni jista’ jagħmel ħsara serja lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri tagħha;

104.

Jieħu nota tal-inizjattivi li ħadet il-Kummissjoni bħala segwitu għar-Rapport Speċjali Nru 13/2011 tal-Qorti tal-Awdituri; jiddispjaċih, madankollu, li, skont l-Ewwel Rapport ta’ Attività ta’ Eurofisc għall-2011 li ħareġ f’Mejju 2012, ir-riżultati u l-osservazzjonijiet prinċipali ta’ dak ir-Rapport Speċjali għadhom pendenti; jitlob informazzjoni qabel Settembru 2013 dwar il-progress li jkun sar;

105.

Jinsab imħasseb serjament, b’mod partikulari, mill-konklużjoni relatata mal-Qasam ta’ Ħidma 3 li, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-amministrazzjonijiet fiskali m’għandhom l-ebda aċċess għad-data doganali u li, għaldaqstant, mhux possibbli li jsiru kontrolli trasversali awtomatizzati mad-data fiskali;

106.

Jiddispjaċih li r-Rakkomandazzjoni Nru 6 tar-Rapport Speċjali Nru 13/2011, li titlob li d-Direttiva dwar il-VAT tiġi emendata sabiex jiġu identifikati b’mod separat il-provvisti intra-Komunitarji wara li jkunu saru importazzjonijiet taħt il-proċedura kkonċernata fid-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi tal-VAT tan-negozjanti, għadha ma ġietx implimentata u jinnota li dan jippermetti rikonċiljazzjoni effettiva bejn id-data doganali u dik fiskali fl-Istat Membru tal-importazzjoni jitlob informazzjoni dwar ir-raġunijiet għalfejn dan ma sarx;

107.

Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill għadu ma ħax azzjoni rigward ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri biex id-Direttiva dwar il-VAT tiġi emendata sabiex l-importatur responsabbli (jew ir-rappreżentant tiegħu tat-taxxa) jinżammu responsabbli in solidum għat-telf tal-VAT fl-Istat Membru tad-destinazzjoni fil-każi fejn ma tkunx ngħatat dikjarazzjoni rikapitulattiva tal-VAT kompleta u f’waqtha min-naħa tiegħu;

108.

Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex issewwi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-qagħda ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jinsabu fir-Rapport Speċjali Nru 13/2011 tagħha;

109.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma setgħux jiżguraw implimentazzjoni f’waqtha tal-Kodiċi Doganali Modernizzat (MCC), li suppost kellu jsir applikabbli sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Ġunju 2013; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe dewmien ulterjuri se jimpedixxi protezzjoni adegwata tal-interessi finanzjarji tal-Istati Membri, u konsegwentement ta’ dawk tal-Unjoni nnifisha; jenfasizza l-fatt li, skont il-Kummissjoni, din is-sitwazzjoni hi dovuta, fil-biċċa l-kbira tagħha, għall-fatt li l-Istati Membri ma jistgħux jaqblu dwar il-metodoloġija l-aktar xierqa għall-iżvilupp ta’ għodda informatika u li qed jaffaċċjaw limitazzjonijiet fir-riżorsi umani u finanzjarji; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jaqgħu lura f’din ir-riforma importanti ħafna fis-sitwazzjoni fejn il-ġbir tar-riżorsi proprji hu anqas milli għandu jkun biex ikun sodisfaċenti;

110.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta’ kemm jiswa l-posponiment tal-applikazzjoni sħiħa tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, filwaqt li tikkwantifika l-konsegwenzi baġitarji ta’ posponiment ta’ dan it-tip;

111.

Jindika studju li ġie kkummissjonat mill-Parlament dwar “L-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat” (26), li minnu jirriżulta li, jekk ma jmur xejn ħażin, id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Doganali Modernizzat (li se jissejjaħ il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jekk tiġi adottata l-proposta mfassla mill-ġdid tal-Kummissjoni) jista’ jseħħ f’Diċembru 2017; ifakkar lill-Kummissjoni li l-Unjoni għandha l-kompetenza esklużiva fil-qasam tal-unjoni doganali u li, għaldaqstant, għandha tiżgura l-konformità mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, konsegwentement, tintensifika l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-Kodiċi Doganali Modernizzat jiġi implimentat mill-iktar fis possibbli, u tevita fi kwalunkwe każ l-agħar prospettiva possibbli indikata fl-istudju bħala Marzu 2033;

112.

Jiddeplora l-fatt li żewġ inizjattivi importanti bil-għan li jiġġieldu l-frodi tal-VAT, b’mod partikolari l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ reazzjoni rapida kontra l-frodi tal-VAT (COM(2012) 428) u l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta’ fornimenti ta’ ċerti oġġetti u servizzi li jistgħu ikunu suġġetti għal frodi (COM(2009) 511), huma bblukkati fil-Kunsill;

113.

Jilqa’ l-fatt li l-EUROFISC, struttura operattiva komuni li tippermetti li l-Istati Membri jirreaġixxu malajr għal frodi transkonfinali fil-qasam tal-VAT, saret operattiva kompletament; jinnota li, fi Frar 2011, inħoloq qasam ta’ ħidma speċifiku għall-iskambju ta’ informazzjoni mmirata dwar tranżazzjonijiet frodulenti bl-użu tal-proċedura doganali 42;

114.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinament tagħha mal-Istati Membri sabiex tiġbor data affidabbli dwar id-distakk fil-qasam tad-dwana u tal-VAT fil-pajjiżi rispettivi u tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament f’dan ir-rigward;

L-introjtu fuq il-bażi tal-ING – il-volum tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u l-impatt tiegħu fuq il-baġit tal-Unjoni u l-ekonomiji tal-Istati Membri

115.

Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012) 722); ifaħħar, b’mod partikolari,l-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida u jinsisti li dan kieku jippermetti li l-Istati Membri jirreaġixxu aktar malajr u b’mod aktar effiċjenti għall-frodi fil-qasam tal-VAT; jisħaq fuq il-fatt li hu stmat li l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa potenzjalment jammontaw għal EUR 1 triljun fis-sena għall-Istati Membri waqt li, apparagun, il-baġit tal-Unjoni għall-2011 f’termini ta’ approprjazzjonijiet għal impenn ammonta biss għal EUR 142,5 biljun;

Agrikoltura

116.

Jiddeplora ż-żieda tar-rata ta’ żball għal 4,0 % fil-qasam ta’ politika “Agrikoltura u żvilupp rurali” li jkopri l-infiq tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u tal-gruppi ta’ politiki li jirrigwardaw l-ambjent, is-sajd u s-saħħa;

117.

Ifakkar li d-deterjorament tal-qagħda attwali fl-agrikoltura u, b’mod partikulari, fl-iżvilupp rurali, hu l-kawża ewlenija taż-żieda tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli għall-pagamenti kollha fis-sena finanzjarja 2011;

118.

Jinnota li allavolja 0,2 % ta’ din ir-rata ta’ żball ġie ġġenerat minn bidla fil-metodoloġija tal-Qorti tal-Awdituri rigward il-ksur tal-kundizzjonalità, bejn l-2010 u l-2011, ir-rata ta’ żball għall-qasam ta’ politika agrikolu kollu kemm hu żdiedet f’termini reali b’1,5 %: minn 2,3 % fl-2010 għal 3,8 % fl-2011 (27);

119.

Jieħu nota tal-approċċ tal-Qorti tal-Awdituri li, għall-ewwel darba, kien jinkludi l-ksur tal-kundizzjonalità fil-kalkolu tar-rata ta’ żball peress li “[l-obbligi] tal-kundizzjonalità huma rekwiżiti legali sostantivi li jridu jiġu ssodisfati mir-riċevituri kollha tal-għajnuna diretta u huma l-kundizzjonijiet bażiċi u, f’ħafna każijiet, l-uniċi kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati sabiex jiġi ġġustifikat il-pagament tal-ammont sħiħ ta’ pagamenti diretti” (28); jitlob lill-Qorti tal-Awdituri f’dan il-kuntest tkompli tispjega u tiġġustifika l-bidliet ta’ metodoloġija tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jaqblu dwar metodoloġija konsistenti bil-għan li ċ-ċifri annwali dwar l-implimentazzjoni baġitarja jsiru ikun kumparabbli;

120.

Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tal-Awdituri llimitat l-eżerċizzju ta’ awditjar tagħha għal ċerti Rekwiżiti Statutarji tal-Ġestjoni u għar-rekwiżiti ta’ Kundizzjoni Agrikola u Ambjentali Tajba u li “r-rata ta’ żball trid tintuża b’attenzjoni kbira u m’għandhiex tiġi ttrattata bħala valutazzjoni globali tar-rispett tal-obbligi ta’ kundizzjonalità mill-bdiewa” (29);

121.

Jinnota li huma l-Istati Membri li huma responsabbli għad-definizzjoni ta’ “kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba” u għal liema żona kkultivata se tiġi applikata; jikkritika b’qawwa l-fatt li l-benefiċjarji li ħafna drabi ma jkunux bdiewa se jirċievu pagamenti diretti; iqis li din hi allokazzjoni inkorretta ta’ fondi li jistgħu jiġu ffrankati;

122.

Jieħu nota tal-fatt li l-Istati Membri rkupraw EUR 172,7 miljun mill-benefiċjarji matul is-sena finanzjarja 2011, u li l-ammont pendenti globali li għad irid jiġi rkuprat mill-benefiċjarji fi tmiem is-sena kien ta’ EUR 1 206,9 miljun, li minnhom EUR 458 miljun intalbu mill-Istati Membri għall-infiq taħt il-FEAG bi qbil mar-regola 50/50; jirrikonoxxi li madwar EUR 25,7 miljun se jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni għal dawk il-każijiet li ġie rrapportat li ma jistgħux jiġu rkuprati matul is-sena finanzjarja 2011; jindika li d-DĠ AGRI kklerja l-każijiet pendenti kollha li ma ġewx irkuprati minn żmien l-2006 jew l-2002 permezz tad-Deċiżjoni 2011/272/UE (30) tad-29 ta’ April 2011, u li, b’segwitu għall-applikazzjoni tar-regola 50/50, EUR 27,8 miljun intalbu mill-Istati Membri waqt li EUR 29,2 miljun iġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni minħabba li ma setgħux jiġu rkuprati;

123.

Jilqa’ l-fatt li, għall-ewwel darba, il-Qorti qed tipprovdi żewġ valutazzjonijiet speċifiċi: dwar l-appoġġ għas-suq u l-appoġġ dirett, minn naħa, u dwar l-iżvilupp rurali, min-naħa l-oħra, u jqis li din tipprovdi fehim aħjar ta’ kull qasam ta’ politika; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, madankollu, tippreżenta r-rata ta’ żball għall-iżvilupp rurali b’mod separat mill-ambjent, is-sajd u s-saħħa u mhux b’mod aggregat;

124.

Jilqa’ r-reġistru li jipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-pagamenti mill-Politika Agrikola Komuni fl-Istati Membri; jikkunsidra li din l-għodda hi pass importanti biex ikun hemm aktar trasparenza fis-settur agrikolu; ifakkar, madankollu, li bi qbil mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tad-9 ta’ Novembru 2010 li tinvalida l-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-persuni fiżiċi (31), ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 259/2008 (32) ġie mmodifikat biex l-obbligu għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-pagamenti mill-PAK jiġi limitat għall-persuni ġuridiċi; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għal regoli ġodda rigward it-trasparenza, adottata fil-25 ta’ Settembru 2012, li permezz tagħhom isir obbligatorju li l-Istati Membri jiżvelaw id-data tal-benefiċjarji kollha, inklużi l-persuni fiżiċi, ħlief dawk il-benefiċjarji li l-għajnuna annwali tagħhom ma taqbiżx ċertu limitu minimu de minimis, li fiha jitqiesu l-oġġezzjonijiet li saru fis-sentenza tal-Qorti, b’mod partikulari fir-rigward ta’ kwistjonijijiet relatati mal-protezzjoni tad-data;

125.

Jieħu nota tal-prattika attwali fil-ġestjoni tal-fondi Sapard, speċifikament li l-fondi jiġu biss rkuprati kompletament fuq bażi eċċezzjonali jekk l-imġiba frodulenti għal parti mill-proġett tkun ħolqot artifiċjalment il-kundizzjonijiet li mingħajrhom il-benefiċjarji ma jkun lanqas kiseb appoġġ għall-proġett; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-prattika attwali, rakkomandata mill-Kummissjoni lill-aġenzija Sapard, li proġett li parti minnu tkun affetwata minn imġiba frodulenti jista’ jitqies li jkun eliġibbli għall-finanzjament jekk il-proġett ma jitqisx li jkun ta’ natura artifiċjali, i.e. il-perċentwal tal-ispejjeż tal-elementi kollha affetwati ma jaqbiżx il-50 % tal-ispejjeż totali tal-proġett kollu kemm hu; jinsab imħasseb b’mod speċjali dwar il-fatt li din il-prattika ma turi l-ebda deterrenza minn imġiba frodulenti;

Appoġġ għas-suq u appoġġ dirett

126.

Jiddispjaċih li l-pagamenti mill-FAEG ma kinux ħielsa minn żbalji materjali fl-2011, peress li l-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli hi ta’ 2,9 %, u li s-sistemi ta’ kontroll awditjati mill-Qorti tal-Awdituri fl-Awstrija, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Italja u Spanja nstabu li huma biss parzjalment effettiv fl-iżgurar tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti;

127.

Jinnota li l-iżball fil-preċiżjoni l-aktar frekwenti għandu x’jaqsam ma’ dikjarazzjonijiet eċċessivi ta’ erja, li l-biċċa l-kbira tagħhom individwalment jammontaw għal anqas minn 5 %, u jiddeplora l-fatt li r-rati ikbar ta’ żbalji ta’ daqs akbar għandhom x’jaqsmu mal-każi fejn l-eliġibilità tal-imriegħi permanenti ġiet valutata u reġistrata inkorrettament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’;

128.

Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li għandha tiġi żgurata l-valutazzjoni korretta tal-eliġibilità tal-imriegħi permanenti (33);

129.

Jinnota b’diżappunt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-effettività tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) tintlaqat negattivament minn data impreċiża fid-diversi bażijiet tad-data u anke minn trattament amministrattiv inkorrett mill-aġenziji tal-pagamenti f’ċerti Stati Membri; ifakkar lill-Kummissjoni li l-introduzzjoni tas-SIAK wasslet għal tnaqqis fl-iżbalji u jitlob lill-Kummissjoni tirranġa s-sitwazzjoni mingħajr ebda dewmien bl-użu ta’ sospensjonijiet u interruzzjonijiet tal-finanzjament fejn ikun meħtieġ;

130.

Jinsab imħasseb li l-Kummissjoni, fir-rapport annwali tal-attività tagħha, żammet ir-riżervi tagħha rigward is-sistemi SIAK fil-Bulgarija u l-Portugall minħabba nuqqasijiet serji; jenfasizza l-fatt li, minħabba l-importanza tas-SIAK għall-ġestjoni u l-kontroll tal-infiq agrikolu, nuqqasijiet serji fl-istruttura u l-attività tagħha jesponu lill-Kummissjoni għal riskju reputazzjonali anke jekk l-impatt finanzjarju ma jaqbiżx il-livell minimu ta’ materjalità;

131.

Jiddispjaċih li xi nuqqasijiet sistematiċi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li diġà ġew osservati u rrapportati fis-snin preċedenti għadhom ma ġewx irranġati: klassifikazzjoni inkorretta tal-użu tal-art, dikjarazzjoni eċċessiva tal-art eliġibbli fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ jew applikazzjoni inkorretta tal-kunċett ta’ żball ovvju;

132.

Jiddeplora l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet nuqqasijiet fil-kejl fuq il-post; jinsisti li l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom ikunu tal-kwalità meħtieġa biex jidentifikaw iż-żona eliġibbli b’mod affidabbli (34);

133.

Jiddispjaċih li l-kwalità tax-xogħol imwettaq mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni awditjati mill-Qorti skont il-proċedura volontarja l-ġdida għat-tisħiħ tal-assigurazzjoni mhix suffiċjenti;

134.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex l-aġenziji tal-pagamenti jirranġaw id-dgħufijiet misjuba fis-sistema ta’ amministrazzjoni; jinsisti li d-disinn u l-kwalità tax-xogħol li għandu jitwettaq mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni jridu jittejbu sabiex tingħata valutazzjoni affidabbli tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet fl-aġenziji tal-pagamenti; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga jekk inhux possibbli tikkoopera ma’ individwi privati għall-verifikazzjoni tal-istandards tal-kundizzjonalità u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv;

Żvilupp rurali

135.

Jiddispjaċih li l-pagamenti fis-settur politiku “żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa” ma kinux ħielsa minn żbalji materjali fl-2011, peress li l-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli hi ta’ 7,7 %, u li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll eżaminati kienu parzjalment effettivi;

136.

Jinnota li l-parti ewlenija tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli tirrigwarda l-eliġibilità ta’ miżuri mhux relatati mal-erja bħall-modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli u t-twaqqif ta’ servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali, parzjalment minħabba r-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità li ta’ spiss ikunu kumplessi;

137.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li nstabu ħafna żbalji meta l-benefiċjarji kienu korpi pubbliċi, bħall-muniċipalitajiet jew l-aġenzija tal-pagamenti nnifisha (35) u li dawk l-iżbalji kellhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet bħad-dikjarazzjoni ta’ VAT ineliġibbli jew nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-regoli eżistenti jiġu infurzati aħjar;

138.

Itenni d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni ssegwi metodoloġiji differenti għall-kwantifikazzjoni tal-iżbalji fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku fiż-żewġ oqsma ta’ politika tal-agrikoltura u l-koeżjoni, li t-tnejn li huma, barra minn hekk, mhumiex konformi mal-metodoloġija tal-Qorti tal-Awdituri, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jarmonizzaw b’urġenza t-trattament tal-iżbalji fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku f’dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika (36);

139.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri identifikat problemi sinifikanti fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali (37); jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità ta’ kontrolli matul is-sena, mingħajr ma jimponu piżijiet amministrattivi żejda fuq il-benefiċjarji;

140.

Jiddispjaċih li l-Qorti identifikat dgħufijiet fis-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-Istati Membri fir-rigward tal-iżvilupp rurali u li t-tliet elementi li ġew awditjati kienu milqutin minn nuqqasijiet: i.e. is-sistemi amministrattivi u ta’ kontroll għall-iżgurar tal-pagament korrett, is-sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post u s-sistemi għall-iżgurar tal-implimentazzjoni u l-kontroll tal-kundizzjonalità;

141.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-riżultati li identifikat il-Qorti tal-Awdituri meta tistabbilixxi l-istrateġija ta’ awditjar tal-approvazzjoni tal-kontijiet tad-DĠ AGRI;

142.

Jinsab partikolarment preokkupat dwar id-dikjarazzjoni maniġerjali tad-DĠ AGRI peress li r-rapport ta’ Attività Annwali ma jipprovdix spjegazzjoni għalfejn ir-rata ta’ żball residwu għall-iżvilupp rurali “żdiedet b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-sena preċedenti” (38);

143.

Jinnota li skont il-Qorti tal-Awdituri r-rata ta’ żball residwu tad-DĠ AGRI hi ħafna iżgħar minn dik li sabet il-Qorti tal-Awdituri peress li hi “bbażata fuq ċifri rrapportati mill-Istati Membri għall-2010, u kif ġie identifikat fl-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti, l-Istati Membri la jsibu u lanqas jirrapportaw l-infiq ineliġibbli kollu minħabba dgħufijiet fil-kontrolli tagħha tal-aġenziji tal-pagamenti” (39);

144.

Jinsab partikolarment imħasseb mill-fatt li d-DĠ AGRI jikkunsidra li “ġeneralment, l-Istati Membri qed itejbu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom għall-infiq rurali” (40) waqt li l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri wera li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Italja u Spanja ma kinux effettiv jew kienu biss parzjalment effettiv (41); hu tal-opinjoni li varjazzjoni tant kbira bejn il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri tagħmilha diffiċli biex l-awtorità ta’ kwittanza tilħaq konklużjonijiet oġġettivi; jinsisti fuq l-iskambju tad-data bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni biex tkun iffaċilitata l-analiżi retrospettiva għall-perjodi tal-imgħoddi sabiex tkun tista’ tiġi żgurata database affidabbli għat-tqabbil fil-ġejjieni; jinsab konvint dwar l-utilità tal-laqgħat tripartitiċi bejn il-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni u r-rappreżentanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tinstab analiżi komuni;

145.

Jistieden, għalhekk lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tnaqqas ir-rata ta’ żball fil-qasam tal-iżvilupp rurali, u jilqa’ l-fatt li d-DĠ AGRI waqqaf grupp ta’ ħidma għall-valutazzjoni tal-kawżi li huma l-għeruq tal-iżbalji fil-qasam tal-iżvilupp rurali u għall-iżvilupp ta’ azzjonijiet korrettivi għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali u dawk fil-ġejjieni;

146.

Jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex tnaqqas ir-rata ta’ żball, mhux biss billi tingħata gwida u assistenza lill-Istati Membri permezz ta’ eżempji tal-aħjar prattika, iżda anke permezz taż-żieda fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u tal-użu ta’ sanzjonijiet bħal interruzzjonijiet jew sospensjonijiet tal-pagamenti b’mod partikulari fl-iżvilupp rurali b’mod aktar effettiv fejn ikunu meħtieġa;

147.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-kontroll tal-kwalità tal-kriterji ta’ akkreditament għall-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni;

148.

Jappoġġja kompletament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp rurali għandhom ikomplu jiġu ssimplifikati u li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli eżistenti jiġu infurzati aħjar;

L-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza alimentari

149.

Jinsab imħasseb f’dan il-kuntest dwar il-preżentazzjoni tal-oqsma ta’ politika ambjentali u tas-saħħa flimkien mal-iżvilupp rurali u s-sajd fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, minħabba li ġie dikjarat li l-pagamenti sa tmiem is-sena kienu milquta minn żbalji materjali; jagħti attenzjoni partikolari dwar il-fatt li din il-konklużjoni tikkonċerna biss il-qasam tal-iżvilupp rurali; jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tesplora l-possibilità ta’ preżentazzjoni differenti fil-ġejjieni, li tikkunsidra r-rendiment tajjeb tal-oqsma ta’ politika taħt il-kompetenza tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament;

150.

Iqis li r-rati ta’ implimentazzjoni ġenerali tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel bħala sodisfaċenti; jenfasizza l-fatt li l-2011 hija l-ewwel sena baġitarja taħt il-proċedura baġitarja sħiħa stipulata fit-TFUE; jerġa’ jfakkar għal darb’oħra li huwa biss 0,76 % tal-baġit tal-Unjoni dedikat għal dawk l-istrumenti ta’ politika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, filwaqt li jfakkar il-valur miżjud ċar tal-Unjoni f’dawn l-oqsma u l-appoġġ miċ-ċittadini tal-Unjoni għall-politiki tal-ambjent u l-klima tal-Unjoni;

151.

Jenfasizza l-fatt li r-rata ġenerali ta’ eżekuzzjoni tammonta għal 99,92 % fil-qasam tal-ambjent u l-azzjoni klimatika; jieħu nota, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni ta’ pagamenti kienet fil-livell ta’ 88,05 %; jieħu nota li għall-ewwel sena l-implimentazzjoni tal-linji baġitarji għall-ambjent u l-azzjoni klimatika saret mid-Direttorat Ġenerali ENV u d-Direttorat Ġenerali l-ġdid CLIMA sar awtoresponsabbli fil-livell baġitarju fl-2011;

152.

Jinsab sodisfatt bil-kisba ta’ 99,82 % tal-implimentazzjoni tal-baġit operazzjonali ta’ LIFE + li juri l-ħtieġa u l-aċċettazzjoni ta’ strument uniku li jippromwovi unikament il-protezzjoni ambjentali; jieħu nota li fl-2011 EUR 267 179 828 ġew allokati għal proġetti fl-Istati Membri, EUR 8 997 284 appoġġjaw attivitajiet operazzjonali tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, EUR 46 817 919 intużaw għal miżuri maħsuba biex jappoġġjaw ir-rwol tal-Kummissjoni li tibda u tissorvelja l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni u EUR 17 589 277 intużaw għal appoġġ aministrattiv; għandu l-intenzjoni li jissorvelja ulterjorment l-allokazzjoni tal-fondi tal-LIFE + fost it-tliet fergħat tal-użu effettiv tiegħu;

153.

Jinsab konxju li r-rata ta’ pagament tal-azzjonijiet ta’ LIFE + taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ CLIMA fl-ewwel sena tiegħu laħqet biss il-58,23 %; jieħu nota li dan il-konsum baxx hu dovut għall-fatt li t-tħejjija tal-baġit 2011 kienet wisq ottimista u li l-ammonti mitluba kienu wisq għoljin; jinnota, barra minn hekk, li l-pagamenti finali intalbu biss matul l-2012; jenfasizza l-fatt li approprjazzjonijiet ta’ pagament mhux użati ġew trasferiti għal linji baġitarji oħra fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ trasferiment globali li jseħħ kull sena f’Novembru; huwa konxju li fl-2011 dawk l-approprjazzjonijiet ta’ pagament intużaw għan-nuqqas li kien hemm fil-linji baġitarji ta’ Koeżjoni;

154.

Iqis il-progress fl-implimentazzjoni ta’ ħames Proġetti Pilota (PPs) u ta’ żewġ Azzjonijiet Preparatorji (APs), li flimkien jammontaw għal EUR 11 765 508, bħala sodisfaċenti; huwa konxju li l-eżekuzzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet tista’ tkun ta’ piż għall-Kummissjoni minħabba l-ammonti żgħar disponibbli fir-rigward tal-proċeduri meħtieġa għall-eżekuzzjoni (eżempju pjan ta’ azzjoni, sejħa għall-proposti); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fil-futur tiffoka fuq PPs u APs b’valur miżjud reali għall-Unjoni;

155.

Jieħu nota tal-livell ta’ implimentazzjoni ta’ 95,1 % għall-Kapitolu baġitarju 17 04 - Is-sikurezza tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti; huwa konxju li l-implimentazzjoni sħiħa ma kinitx meħtieġa minħabba spejjeż inqas milli previsti mill-Istati Membri għall-vaċċin kontra l-bluetongue, minħabba li xi Stati Membri qalbu għal programmi volontarji ffinanzjati mill-bdiewa u minħabba tnaqqis fil-każijiet ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE); josserva ż-żieda fl-eżekuzzjoni tal-pagamenti għal 98,1 % meta mqabbla ma’ 90,5 % fl-2010; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri sabiex tikseb l-aħjar u l-aktar data preċiża għall-previżjonijiet f’dan il-qasam ta’ politika;

Sajd

156.

Jieħu nota tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011; jieħu nota tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2011; jemmen li l-oqsma tal-affarijiet marittimi u tas-sajd mhumiex imsemmija b’mod prominenti f’dawk id-dokumenti;

157.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-implimentazzjoni tat-Titolu 11 tal-baġit kienet, b’mod ġenerali, sodisfaċenti, b’rata ta’ implimentazzjoni ta’ 97 % għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u 95 % għal approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota wkoll li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet l-ebda osservazzjoni prinċipali dwar ir-Rapport Annwali tal-Attività ta’ DĠ MARE;

158.

Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri sabiex tippreżenta r-rata ta’ żball għas-sajd separatament mill-ambjent, l-iżvilupp rurali u s-saħħa u mhux fuq bażi aggregata;

159.

Ifakkar li fl-2010 kien hemm monitoraġġ insuffiċjenti ta’ qabdiet skont il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd li rriżultaw f’pagamenti addizzjonali li jkopru qabdiet li jkunu akbar mill-kwota nnegozjata; jilqa’, għalhekk, l-azzjoni li ħa DĠ MARE biex itejjeb il-monitoraġġ ta’ qabdiet skont il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd, li hu ttamat li se tevita rikorrenza ta’ din il-kwistjoni enfasizzata mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota li l-ammont ta’ qabdiet eċċessivi fl-2010 kienu mnaqqsa mill-kwota għall-2011;

160.

Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri għal darb’oħra tinkludi awditu tad-dimensjoni esterna tal-politika komuni dwar is-sajd fil-programm ta’ ħidma tagħha;

161.

Jinnota r-riservi fir-Rapport Annwali tal-Attività ta’ DĠ MARE fir-rigward tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES), b’segwitu għar-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri 12/2011, dwar investimenti abbord iffinanzjati skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (42) li żiedu l-abbiltà tal-bastimenti li jaqbdu l-ħut; jifhem li DĠ MARE kien qed jaħdem mal-Istati Membri biex jindirizza l-problemi identifikati billi jirrevedi l-proġetti ffinanzjati skont din id-dispożizzjoni tal-FES bl-għan li jelimina nfiq ineliġibbli;

162.

Għandu dubji dwar il-metodi ta’ valutazzjoni teknika li wasslu sabiex ċerta nefqa taħt l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 ġiet iddikjarata ineliġibbli minħabba li żżid il-kapaċità, meta n-nefqa kkonċernata kienet fil-fatt imfassla sabiex timmodernizza l-attività tas-sajd; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi definizzjoni ġdida ta’ kapaċità, b’mod partikolari sabiex ma jkunx hemm interpretazzjoni ġdida bħal din fil-futur;

163.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu minħabba li l-għajnuna pubblika intużat biex iżżid l-abbiltà tal-bastimenti biex jaqbdu l-ħut u b’hekk żiedet il-kapaċità eċċessiva fis-settur tas-sajd Ewropew;

164.

Jinnota li t-tieni riserva fir-Rapport Annwali tal-Attività ta’ DĠ MARE, li tirrigwarda l-ġestjoni u l-kontroll tal-implimentazzjoni tal-FES fir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija, l-Islovakkja, l-Ispanja u l-Isvezja;

165.

Iqis li fil-futur ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandu jkollu analiżi proprja għaċ-ċifri relatati ma’ DĠ MARE sabiex tiżdied it-trasparenza, u li l-għadd ta’ testijiet għandu jiżdied sabiex tiġi żgurata eżattezza ġenerali ogħla mill-kampjun;

166.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex jindirizzaw il-problemi identifikati u b’hekk ikun possibbli li jitneħħew ir-riservi eżistenti;

Politika reġjonali, enerġija u trasport

Ir-rata ta’ żball f’paragun mal-effettività

167.

Jiddeplora l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tistma li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli f’dan il-qasam ta’ nfiq hi ta’ 6 %, li hija għolja b’mod inaċċettabbli; jinnota fl-istess ħin li din ir-rata ta’ żball għadha anqas minn dawk li ġew irrapportati mill-Qorti tal-Awdituri għall-perjodu 2006–2008 minħabba dispożizzjonijiet ta’ kontroll imsaħħa u politika stretta ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet meta nstabu nuqqasijiet, bi qbil mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għall-2008;

168.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li għal 62 % tat-tranżazzjonijiet fil-qasam tal-politika reġjonali milqutin minn żball, kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri setgħu jsibu u jikkorreġu tal-anqas uħud mill-iżbalji qabel ma ċċertifikaw in-nefqa għall-Kummissjoni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom sabiex isibu u jikkorreġu l-iżbalji fil-livell nazzjonali; jikkunsidra li dan hu kmand impost mill-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba (“infiq aħjar”); jenfasizza li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll nazzjonali li għandhom nuqqasijiet irid ikollhom korrezzjonijiet netti bħala konsegwenza;

169.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri vvalutat il-ħidma ta’ seba’ awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali u reġjonali, kull waħda minnhom minn Stat Membru differenti, u kkonkludiet li l-awtoritajiet ta’ awditjar fil-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja u l-Portugall kienu effittivi, li l-awtoritajiet ta’ awditjar fl-Italja–Sqallija u r-Rumanija kienu parzjalment effettivi, u li l-awtorità ta’ awditjar fir-Repubblika Ċeka kienet ineffettiva;

170.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrumenti kollha disponibbli matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 li jmiss, kif spjegat fil-proposta tal-Kummissjoni (COM(2011) 615/2), b’mod partikulari permezz ta’ atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw l-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali, u li jiġu adottati mudelli għall-istrateġija ta’ awditjar, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport ta’ kontroll annwali, kif ukoll il-metodoloġija għat-teħid ta’ kampjuni;

171.

Jiddispjaċih li skont ir-Rapport Annwali tal-Attivitajiet 2011 tad-DĠ REGIO, il-pajjiżi bl-ogħla riskju ta’ pagamenti inkorretti għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 huma r-Repubblika Ċeka (11,4 %), ir-Rumanija (11,2 %) u l-Italja (8,6 %);

172.

Jieħu nota tal-fatt li, fl-2011, id-DĠ REGIO sab nuqqasijiet serji f’ħames Stati Membri: Franza, l-Awstrija, l-Italja, ir-Rumanija u r-Repubblika Ċeka; jinnota li, waqt li d-diffikultajiet fi Franza u fl-Awstrija ġew identifikati mill-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali nfushom, in-nuqqasijiet fl-Italja, ir-Rumanija u r-Repubblika Ċeka kienu primarjament marbutin mal-istruttura tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll;

173.

Jilqa’ l-inizjattiva li ħa l-kumitat responsabbli tiegħu li jistieden il-Ministri responsabbli mill-Istati Membri bl-iktar sistema ta’ kontroll dgħajfa jiġu l-Parlament bl-intenzjoni li jispjegawlu x’miżuri ħa l-pajjiż rispettiv biex jirranġa s-sitwazzjoni; jesprimi f’dan il-kuntest l-apprezzament tiegħu għall-kontribut li ta l-Viċi Ministru Ċek għall-Finanzi fid-diskussjonijiet mal-kumitat responsabbli; jikkunsidra li l-preżenza tiegħu fil-kumitat hi pass inizjali biex l-Istati Membri jassumu rwol aktar responsabbli fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni; jilqa’ f’dan il-kuntest l-ewwel kuntatti mal-awtoritajiet Rumeni u l-Parlament Taljan;

174.

Jieħu nota tal-għadd ta’ riżervi (121 programm) li għamlu d-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u l-ammonti fil-periklu li, skont il-Kummissarju, jirrappreżentaw EUR 1 600 miljun; jilqa’, fl-istess ħin, il-fatt li ż-żieda hi prinċipalment dovuta għal approċċ aktar strett segwit mill-Kummissjoni, inklużi regola ġenerali li riskju residwu akkumulat ta’ 2 % jwassal għal riżerva għall-programm ikkonċernat;

175.

Jinnota l-għadd għoli tar-riżervi tal-Kummissjoni rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/il-FK għal programmi operattivi identifikati għall-perjodu 2007–2013 fl-Istati Membri li ġejjin: l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja u r-Renju Unit, minħabba kwistjonijiet sinfikanti rigward il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll;

176.

Jinnota r-riżervi tal-Kummissjoni, għall-perjodu 2000–2006 rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-FK fl-Ungerija u Spanja, u rigward il-FEŻR konnessi ma’ kwistjonijiet pendenti fl-istadju tal-għeluq fi Spanja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja u l-programmi transkonfinali, u kollha dovuti għal raġunijiet reputazzjonali;

177.

Jinnota bi tħassib li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jirċievu l-fondi mhumiex rappreżentati biżżejjed meta mqabbel mal-kumpaniji l-kbar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-regoli dwar l-eliġibilità, l-obbligi ta’ kontabilità u l-implimentazzjoni prattika tagħhom ma jeskludux projbittivament il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

178.

Hu tal-opinjoni li implimentazzjoni rapida ta’ liġijiet funzjonali dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni madwar l-Unjoni hi imperattiva, bl-istess mod kif inhu l-iżvelar sistematiku, proattiv u ċentralizzat tad-data u d-dokumenti, speċjalment fir-rigward tal-politika reġjonali;

Sorsi ta’ żbalji

179.

Jenfasizza l-fatt li hemm tendenza partikulari li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u r-regoli dwar l-eliġibilità jiġu żbaljati;

180.

Jirrikonoxxi l-importanza li l-awtoritajiet maniġerjali jkollhom il-persunal xieraq; jistieden lill-Istati Membri jagħtu kas dan ir-rekwiżit, sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 53b(2) tar-Regolament Finanzjarju (KE, Euratom) Nru 1605/2002 li jieħdu kull miżura meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta jkunu qed jimplimentaw il-baġit;

181.

Jindika l-fatt li l-kwantifikazzjoni ta’ żbalji tista’ twassal għal diverġenza ta’ trattamenti; jinnota li filwaqt li l-Qorti tal-Awdituri tħares lejn il-konformità, perspettiva li tqis biss jekk dak li jkun ikunx mexa mar-regoli jew le, il-Kummissjoni tikkunsidra l-impatt finanzjarju ta’ żball u l-korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jvarjaw konsegwentement;

182.

Jenfasizza l-fatt li spiss l-oriġini tal-iżbalji tkun ġabra ta’ regoli kumplessa; jikkondividi, għalhekk, l-approċċ tal-Kummissjoni li tistinka favur is-simplifikazzjoni; iwissi kontra r-riskju li jista’ jirrriżulta minn regolamenti nazzjonali addizzjonali li jżidu l-piż amministrattiv (i.e. “gold plating”, regoli dwar l-eliġibilità kkumplikati);

Rapportar u korrezzjonijiet finanzjarji

183.

Jilqa’ l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni tal-Kummissjoni li jindirizzaw b’mod xieraq l-iżbalji u n-nuqqasijiet li jinstabu fuq perjodu pluriennali u fil-mument tal-għeluq; jinnota li l-pagamenti ta’ terz mill-programmi tal-FEŻR ġew ibblukkati matul l-2012 u, b’segwitu għal 121 riżerva li ħabbar fl-2011, id-DĠ REGIO interrompa l-iskadenzi għall-pagamenti għal 63 programm, ħareġ 115-il ittra ta’ twissija u fetaħ proċeduri ta’ sospensjoni għal 60 minn dawn il-programmi;

184.

Ifakkar li l-korrezzjonijiet finanzjarji m’għandhomx iservu sempliċiment ta’ multa u li l-applikazzjoni tagħhom għandu jkollha impatt pożittiv fuq it-titjib fit-tul tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, kif ukoll fuq ir-rikorrenza ta’ żbalji;

185.

Jinsab imħasseb dwar il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li m’hemm l-ebda assigurazzjoni li l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja jikkumpensaw għall-programmi operattivi kollha b’mod xieraq u li l-kwistjonijiet materjali kollha ġew solvuti; barra minn hekk, il-Qorti tal-Awdituri ma sabet l-ebda evidenza li l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja jittraduċu ruħhom f’titjib dejjiemi għas-sistemi li kieku jipprevjeni r-rikorrenza tal-iżbalji skoperti; jirreferi f’dan ir-rigward speċifikament għar-Rapport Speċjali Nru 3/2012 (43) (il-punti 83 u 84); jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-korrezzjonijiet finanzjarji li saru u tal-impatt tagħhom fuq is-sistemi fir-rigward tal-prevenzjoni tar-rikorrenza tal-istess żbalji (speċifikament ta’ natura sistemika) fil-ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-konklużjonijiet tagħha sa tmiem l-2013; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-konklużjonijiet relevanti kollha matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u tressaq proposti biex jiġu emendati r-regolamenti, skont kif ikun xieraq;

186.

Josserva b’sodisfazzjon l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ u, fl-istess ħin, tissimplifika d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll għall-politika ta’ koeżjoni; huwa tal-opinjoni li l-miżuri proposti għall-perjodu ta’ programazzjoni 2014–2020, bħal kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi, dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni annwali, ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali, opinjonijiet ta’ awditjar jew regoli aktar stretti għas-sostituzzjoni ta’ nfiq mhux eliġibbli għandhom ikomplu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-livell ta’ żbalji; jappoġġja l-orjentazzjoni li qed tiżdied lejn ir-riżultati u l-konċentrazzjoni tematika tal-politika ta’ koeżjoni li għandha tassigura valur miżjud għoli tal-operazzjonijiet kofinanzjati;

187.

Jitlob biex il-pagamenti mill-Fondi Strutturali jkunu soġġetti għal aktar monitoraġġ tal-kundizzjonalità sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha jikkonformaw mar-regoli dwar l-użu xieraq tal-Fondi Strutturali;

Rakkomandazzjonijiet

188.

Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri jfasslu rapporti ta’ kontroll b’awditjar li jkunu komprensivi, sinifikanti u paragunabbli, u li jkunu jinkludu kapitolu dwar il-kontributi li l-fondi tal-Unjoni għall-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak reġjonali, waqt li jitqies il-potenzjal individwali għall-iżvilupp u l-possibilità tiegħu li jittrasforma ruħu f’ċentru ta’ tkabbir ekonomiku;

189.

F’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-fatt li, skont l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-programmi operattivi għandhom jitfasslu aktar u aktar b’tali mod li l-objettivi sekondarji tagħhom ikunu speċifiċi, jistgħu jitkejlu u jistgħu jinkisbu, relevanti u f’waqthom, u konsegwentement il-programmi għandhom ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal eżerċizzji ta’ awditjar tar-rendiment; jinnota li t-twaqqif ta’ sistema ta’ indikaturi tar-riżultati u tal-impatti jkun jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-progress miksub taħt il-programmi differenti fil-kuntest tal-effettività u l-effiċjenza tagħhom u mhux biss f’termini tal-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom;

190.

Ifakkar lill-Istati Membri li, minħabba l-iskadenzi stretti għall-eżekuzzjoni tal-proġetti, hi meħtieġa sistema li twassal il-proġetti maturi, speċjalment fir-rigward tal-proġetti infrastrutturali ewlenin, sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tkun tista’ tibda minn kmieni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 li jmiss;

191.

Jikkondividi l-fehma tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ is-sistema ta’ sanzjonijiet attwali (interruzzjoni, sospensjoni, korrezzjonijiet finanzjarji) billi tnaqqas il-possibilità li nfiq ineliġibbli jiġi sostitwit bi nfiq ieħor matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss biex b’hekk jinħoloq inċentiv addizzjonali għall-Istati Membri biex isibu u jikkorreġu l-iżbalji minn stadju bikri;

192.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, b’konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, sistema trasparenti li, minn naħa, tippermetti li jitqiesu l-korrezzjonijiet finanzjarji annwali, imma anke, min-naħa l-oħra, il-korrezzjonijiet finanzjarji mill-bidu sal-aħħar ta’ perjodu ta’ programmazzjoni;

193.

Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri biex il-kontrolli tal-ewwel livell u l-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali jsiru aktar effettiv permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u kooperazzjoni eqreb bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-awtoritajiet nazzjonali (“laqgħat tripartitiċi”); iqis, barra minn hekk, li l-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali jistgħu jqiegħdu enfasi żejda fuq is-segwitu tar-riżultati miksub u l-effettività tal-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni, minflok ma japplikaw biss approċċ kwantitattiv, ikunu xi jkunu l-għanijiet tal-proġett finali;

194.

Jistieden lill-Kummissjoni tibda l-preparazzjoni ta’ manwal tal-“aħjar prattiki” mill-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, li jinkorpora riżultati prattiċi, l-effet miksub u l-lezzjonijiet meħuda għall-ottimizzazzjoni tal-proċess ta’ assorbiment u biex jitnaqqas il-livell ta’ rati ta’ żball; jinnota li, f’dan ir-rigward, il-benefiċjarji potenzjali futuri għall-perjodu ta’ programmar li jmiss 2014-2020, inkluża l-Kroazja, kif ukoll pajjiżi kanditati potenzjali, jibbenefikaw;

Trasport u turiżmu

195.

Jinnota l-fatt li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, bħal fis-snin preċedenti, il-Qorti tal-Awdituri għażlet li tiffoka prinċipalment fuq il-politiki ta’ koeżjoni u tal-enerġija aktar milli fuq il-politika tat-trasport; jenfasizza li din il-politika hija maħsuba sabiex jiġi żviluppat is-suq intern, jiġu stimulati l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni u jiġu integrati n-netwerks tat-trasport;

196.

Jinnota li t-tnaqqis ta’ EUR 51 miljun f’approrijazzjonijiet magħmul fl-2011 fil-kooperazzjoni fit-Trasport għall-Impriża Konġunta Clean Sky, seħħ minħabba r-rieżanu tal-approċċ għall-politika industrijali u t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-pagament ta’ EUR 60 miljun għal proġetti ta’ interess komuni fin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport magħmul minħabba raġunijiet ta’ żmien u biex jitħalla l-użu sħiħ tar-riport mill-2010; jirrikonoxxi li t-tnaqqis fil-likwidità għall-Impriża Konġunta Sesar kien konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

197.

Jiddispjaċih għar-rata baxxa ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għal pagament għas-sikurezza tat-trasport fl-2010 u ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni għal dan l-infiq anqas biex tingħata informazzjoni dettaljata dwar il-livell ta’ approprjazzjonijiet u l-użu tagħhom mill-Kummissjoni;

198.

Jinnota li l-karatteristiċi ta’ proġetti relatati mat-trasport spiss iwasslu għal konċentrazzjoni ta’ proporzjon sinifikanti ta’ pagamenti f’perjodu limitat, speċjalment lejn tmiem is-sena u jinsab imħasseb mill-impatt negattiv li dan jista’ jkollu fuq l-eżerċiżżju ta’ kontabilità;

Impjiegi u affarijiet soċjali

Ir-rata ta’ żball f’paragun mal-effettività

199.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli f’dan il-qasam ta’ nfiq kienet ta’ 2,2 %; u li l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri jindika dgħufijiet b’mod partikulari fil-“kontrolli tal-ewwel livell” tal-infiq, li huma r-responsabilità tal-awtoritajiet maniġerjali u tal-korpi intermedji fl-Istati Membri;

200.

Jinnota li, fl-2011, id-Direttur Ġenerali ħareġ riżervi fir-rapport tal-attività annwali tiegħu fir-rigward tal-programmi operattivi fil-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija, l-Islovakkja u r-Renju Unit;

201.

Jinnota b’sodisfazzjon li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli hi qrib il-limitu minimu ta’ materjalità, u dan juri li applikazzjoni konsistenti tal-interruzzjonijiet, is-sospensjonijiet u l-korrezzjonijiet finanzjarji kellha effett pożittiv fuq ir-rata ta’ żball globali;

202.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li għal 76 % tat-tranżazzjonijiet fil-qasam tal-politika reġjonali milqutin minn żball, kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri setgħu jsibu u jikkorreġu tal-anqas uħud mill-iżbalji qabel ma ċċertifikaw in-nefqa għall-Kummissjoni;

203.

Jenfasizza li hu l-kompitu tal-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali li jiżviluppaw l-“awtokontroll intern” neċessarja tar-regoli u l-miżuri sabiex isibu u jikkorreġu l-iżbalji li jitwettqu fl-“ewwel livell”;

204.

Jieħu nota tal-għadd ta’ riżervi (24 programm) li saru mid-DĠ “Impjiegi” (EMPL) tal-Kummissjoni fl-2011, li jikkorrispondu għal EUR 57,7 miljun; jinnota, barra minn hekk, li l-pagamenti għal 21 programm ġew temporanjament interrotti, u dawn huma stmati li jiswew EUR 911 miljun; jilqa’ l-approċċ strett li segwiet il-Kummissjoni, li jinkludi regola ġenerali li riskju residwu akkumulat ta’ 2 % jwassal għal riżerva għall-programm ikkonċernat;

205.

Jilqa’ l-fatt li għall-ewwel darba fl-2011, il-qasam tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ġie ppruvat u evalwat separatament mill-kapitolu dwar il-Politika ta’ Koeżjoni; jilqa’ t-tnaqqis fir-rata ta’ żbalji għal dan il-qasam ta’ politika, li issa hija ta’ 2,2 % meta mqabbla ma’ medja ta’ 3,9 % għall-oqsma politiċi kollha; jinnota, madankollu, li l-ispejjeż ineliġibbli ġew rimborżati;

206.

Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi mmonitorjata u mkejla l-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-konfront tal-miri politiċi – l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 – sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati n-nuqqasijiet u jsir progress; jitlob li l-informazzjoni u d-data b’rabta mal-prestazzjoni jkunu disponibbli fuq bażi annwali; huwa tal-fehma li fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, hija meħtieġa b’mod kruċjali data dwar il-prestazzjoni bi kriterji multipli b’rabta mal-interventi tal-FSE;

207.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja t-tisħiħ tal-linji baġitarji tal-FSE permezz ta’ trasferimenti bejn il-linji baġitarji u permezz tal-Baġit Emendatorju, EUR 2,7 biljun f’pagamenti pendenti lill-benefiċjarji ma setgħux jitħallsu minħabba approprjazzjonijiet ta’ pagament insuffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi u lill-Kunsill sabiex jaqbel dwar approprjazzjonijiet ta’ pagament preċiżi fil-proċedura baġitarja annwali sabiex tiġi evitata l-inċertezza u piż proċedurali bla bżonn fuq l-awtorità baġitarja u sabiex il-benefiċjarji jiġu pprovduti b’pagamenti f’waqthom;

208.

Jilqa’ l-fatt li għall-FSE żdied l-ammont ta’ EUR 3,25 miljun fil-linja dwar l-Assistenza Teknika Operattiva sabiex ikun jista’ jiġi mobilizzat għarfien espert speċifiku u tiġi appoġġjata direttament l-implimentazzjoni ta’ Programm Operattiv tal-FSE għall-Greċja;

209.

Jenfasizza li l-effettività u l-kwalità tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-FSE jridu jiġu mtejba;

210.

Jinnota li s-sehem tan-nefqa fuq il-linja tax-xogħol fi ħdan il-programm Progress hija ftit aktar baxxa mis-sehem li għandha fil-programm; b’segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni (44) iqis li għandha tiżdied in-nefqa fuq il-konsulenza politika, ir-riċerka u l-analiżi u d-dibattitu politiku dwar ix-xogħol;

211.

Itenni l-appell tiegħu sabiex tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, progressjoni flokha tat-total ta’ approprjazzjonijiet għal pagamenti fil-konfront tal-approprjazzjonijiet għal impenji, biex b’hekk tiġi evitata kull evoluzzjoni mhux normali ta’ impenji pendenti (RAL) (65 % tal-volum totali ta’ Fondi ta’ Koeżjoni fi tmiem l-2011).

Sorsi ta’ żbalji

212.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li, fi 13 % tal-180 tranżazzjoni li ġew awditjati fil-FSE, ġew rimborżati spejjeż ineliġibbli, u li żbalji ta’ dan it-tip jirrappreżentaw 77 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jirrappreżentaw madwar 73 % tar-rata ta’ żball stmata għal dan il-grupp ta’ politiki;

213.

Jinsab preokkupat ħafna li 86 % mir-rata ta’ żball li ġiet ikkalkulata mill-Qorti tal-Awdituri fil-livell tal-Unjoni għall-FSE tirriżulta mill-applikazzjoni inkorretta tar-regoli nazzjonali, li tvarja minn żbalji klerikali, regoli kumplessi eċċessivament bla bżonn (“gold plating”) sa kontrolli tal-ewwel livell insuffiċjenti;

Rapportar u korrezzjonijiet finanzjarji

214.

Hu tal-opinjoni li l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni tal-Kummissjoni jindirizzaw b’mod xieraq l-iżbalji u n-nuqqasijiet li jinstabu fuq perjodu pluriennali u fil-mument tal-għeluq; jinnota li sa Novembru 2012, il-Kummissjoni, apparti l-miżuri li ħadet fl-2011, adottat żewġ deċiżjonijiet għal sospensjoni u 34 interruzzjoni; dawn tal-aħħar jirrappreżentaw valur ta’ EUR 153 miljun; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni imponiet EUR 153 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji sa Novembru 2012;

Progress rigward l-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000–2006

215.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Istati Membri għandhom jippreżentaw tliet dokumenti għall-għeluq: dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa finali, inkluża applikazzjoni għal pagament finali, rapport finali dwar l-implimentazzjoni u dikjarazzjoni dwar it-tmiem tal-assistenza; għall-perjodu ta’ programmazzjoni huma kkonċernati 239 programm operattiv;

216.

Jieħu nota tal-fatt li, sa tmiem Ottubru 2012, ingħalqu 149 programm (62 %); jinnota li għadhom miftuħin approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 1 889 miljun;

Il-prevenzjoni tal-frodi

217.

Jilqa’ l-iżvilupp mid-DĠ EMPL u REGIO ta’ għodda intelliġenti tal-IT għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ frodi bħalma hi l-Għodda ta’ Evalwazzjoni tar-Riskju ARACHNE; jirrimarka li twettaq eżerċizzju pilota fil-Belġju, il-Portugal u l-Ungerija li wassal għall-iżvilupp ulterjuri tal-għodda inizjali ta’ evalwazzjoni tar-riskju b’moduli li huma kapaċi jtejbu il-kwalità tad-data permezz ta’ informazzjoni esterna pubblikament disponibbli; jifhem li l-għodda ARACHNE se tkun lesta fir-Rebbiegħa 2013 filwaqt li sal-aħħar tal-2013, l-Istati Membri kollha se jkunu jistgħu jużaw l-għodda fuq bażi volontarja;

Rakkomandazzjonijiet

218.

Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri jfasslu rapporti ta’ kontroll b’awditjar li jkunu komprensivi, sinifikanti u paragunabbli, u li jkunu jinkludu kapitolu dwar il-kontribut għall-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 li taw il-fondi tal-Unjoni fl-Istat Membru rispettiv;

219.

Jiġbed l-attenzjoni, f’dan il-kuntest, tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-fatt li, skont l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-programmi operattivi għandhom jitfasslu aktar u aktar b’tali mod li l-objettivi sekondarji tagħhom ikunu speċifiċi, jistgħu jitkejlu u jistgħu jinkisbu, relevanti u f’waqthom, u konsegwentement il-programmi għandhom ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal eżerċizzji ta’ awditjar tar-rendiment;

220.

Jikkondividi l-fehma tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ is-sistema ta’ sanzjonijiet attwali (interruzzjoni, sospensjoni, korrezzjonijiet finanzjarji) billi tnaqqas il-possibilità li nfiq ineliġibbli jiġi sostitwit bi nfiq ieħor matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss biex b’hekk jinħoloq inċentiv addizzjonali għall-Istati Membri biex isibu u jikkorreġu l-iżbalji minn stadju bikri;

221.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jistabbilixxu sistema trasparenti li, minn naħa, tippermetti li jitqiesu l-korrezzjonijiet finanzjarji annwali, imma anke, min-naħa l-oħra, il-korrezzjonijiet finanzjarji mill-bidu sal-aħħar ta’ perjodu ta’ programmazzjoni;

222.

Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri biex il-kontrolli tal-ewwel livell u l-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali jsiru aktar effettiv permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u kooperazzjoni eqreb bejn il-Kummissjoni, il-Qorti u l-awtoritajiet nazzjonali (“laqgħat tripartitiċi”); jilqa’ l-laqgħat tripartitiċi bħala parti importanti fil-proċess kontradittorju mmirat lejn kooperazzjoni msaħħa fost il-partijiet li twassal biex l-iżbalji jinstabu u jiġu korretti b’mod aktar effettiv, b’mod partikulari fir-rigward tal-FSE;

223.

Jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tingħata attenzjoni partikulari:

għat-titjib tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż u l-verifika tagħhom fil-livell nazzjonali/reġjonali;

għall-appoġġ tal-awtoritajiet maniġerjali u ta’ kontroll fl-identifikazzjoni tas-sorsi ewlenin ta’ żbalji fil-programmi operattivi l-aktar kritiċi;

għal użu dejjem akbar tal-“Għażliet tal-Ispejjeż Simplifikati” li jipprevedu rimborżi abbażi ta’ tabelli standard ta’ spejjeż unitarji, spejjeż indiretti skont rata fissa predefinita li tkun perċentwal tal-ispejjeż diretti ta’ proġett, kif ukoll pagamenti ta’ somom f’daqqa;

Il-Bulgarija u r-Rumanija

224.

Jinnota bi tħassib ir-rapport interim tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar mir-Rumanija skont il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni u Verifika, speċjalment fid-dawl tal-kapaċità tar-Rumanija li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jinsab imħasseb dwar il-valutazzjoni tar-rapport li nkiseb progress limitat biss fil-prevenzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni relatati mal-akkwist pubbliku; jisħaq l-importanza tas-suġġeriment tar-rapport li l-Gvern iwettaq il-ħatra ta’ tmexxija ġdida għall-prosekuzzjoni u l-Aġenzija Nazzjonali Kontra l-korruzzjoni (DNA); jistieden lill-Kummissjoni tinsisti b’kostanza u b’determinazzjoni, fir-rigward tal-Gvern Rumen, li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni jiġu osservati u ċċarati; jistenna, finalment, sensiela ta’ miżuri mill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Gvern Rumen, bl-għan li tittejjeb l-integrità tas-sistema legali Rumena;

225.

Jinnota bi tħassib ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar mill-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni u Verifika fid-dawl tal-isforzi ulterjuri meħtieġa sabiex jintwerew riżultati tanġibbli fis-setturi mmoniterjati; jitlob li jiġi implimentat b’mod effettiv il-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali stabbilit; jinnota bi tħassib id-dikjarazzjoni tar-Rapport li l-Kunsill Ġudizzjarju Suprem (KĠS) ma użax kif xieraq is-setgħat il-ġodda mogħtija lilu, bl-għan li jamministra u jmexxi b’mod effettiv il-ġudikatura permezz ta’ proċess ta’ riforma komprensiv; jilqa’ l-isforzi mill-Gvern Bulgaru biex iġedded il-KĠS permezz ta’ mandat li jista’ jimplimenta r-riforma fundamentali permezz tar-regoli l-ġdida li ġejja: smigħ pubbliku tal-kandidati għall-KĠS, kriterji ċari għall-kwalifiki professjonali u edukattivi tagħhom u viżjoni għall-effiċjenza, r-responsabilizzazzjoni u l-integrità tal-ġudikatura; jirrikonoxxi l-fatt li l-istrutturi speċjalizzati l-ġodda li huma fis-seħħ juru impenn għall-adozzjoni tal-istrutturi attwali biex il-kriminalità organizzata tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv; jinnota, madankollu li r-Rapport jissuġerixxi li dawn l-istrumenti l-ġodda għadhom ma tawx ir-riżultati mistennija fir-rigward ta’ kawżi importanti; jinnota bi tħassib kbir li l-investigazzjonijiet dwar korruzzjoni u abbuż allegati tal-kariga minn maġistrati kellhom rispons partikolarment dgħajjef mill-ġudikatura; jibża, barra minn hekk li implimentazzjoni dgħajfa tal-leġiżlazzjoni ta’ Akkwist Pubbliku tista’ tirriżulta f’sors importanti ta’ korruzzjoni, vjolazzjonijiet serji tar-regoli ta’ akkwist tal-Unjooni, kif ukoll f’forniment dgħajjef ta’ beni pubbliċi b’valur miżjud Ewropew u ħela tal-flus pubbliċi tal-Unjoni; jilqa’ l-liġi emendata dwar l-akkwist pubbliku li tistabbilixxi l-kontroll ex ante fuq il-proċeduri ta’ sejħa għal offerti biex ikun garantit l-infiq xieraq tar-riżorsi pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni tinsisti b’kostanza u b’determinazzjoni, fir-rigward tal-Gvern Bulgaru, li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni jiġu osservati; jistenna, finalment, sensiela ta’ miżuri mill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-ġudikatura Bulgari, għat-titjib tal-integrità tas-sistema legali Bulgara;

Kontroll tal-Fondi Strutturali fir-Repubblika Ċeka

226.

Jieħu nota tal-pjan ta’ azzjoni li ġie implimentat mill-Gvern Ċek fl-2012; jinnota bi tħassib iċ-ċentralizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ awditjar taħt l-awtorità ewlenija ta’ awditjar fil-Ministeru għall-Finanzi Ċek peress li l-Qorti tal-Awdituri rrapportat li din l-awtorità ta’ awditjar kienet ineffettiva; jistieden lill-Kummissjoni tirraporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-aġġustamenti li jikkonċernaw il-persunal tal-awtorità ta’ awditjar, fuq il-bażi tal-Gvern Ċek, kif ġie mitlub fil-Pjan ta’ Azzjoni;

227.

Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni ma applikat l-ebda korrezzjoni minħabba l-ineffettività tas-sistema ta’ awditjar fir-Repubblika Ċeka; jinnota, madnakollu, li l-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet għal xi wħud mill-programmi operattivi, prinċipalment minħabba nuqqasijiet fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (żbalji fl-akkwist pubbliku u fl-għażla tal-operazzjonijiet); jinnota li l-korrezzjonijiet applikati jistgħu jiġu allokati għal proġetti oħra; jinsab imħasseb dwar l-informazzjoni rrappurtata inizjalment mill-Qorti tal-Awdituri li ssuġġeriet li l-Ministeru għall-Finanzi Ċek uża r-rwol tiegħu ta’ awtorità tal-awditjar u ta’ awtorità ta’ ċertifikazzjoni biex jinfluwenza r-rata ta’ żball finali; jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament fid-dettall dwar il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni telabora b’kooperazzjoni mal-Gvern Ċek u tagħti segwitu lill-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni eżistenti li jindirizza l-qalba tan-nuqqasijiet fis-sistema ta’ awditjar;

Kwistjonijiet relatati mal-ġeneri

228.

Jenfasizza li, skont l-Artikolu 8 tat-TFUE, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni; itenni t-tajba tiegħu għall-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar għall-ġeneri mill-atturi kkonċernati kollha fil-proċedura baġitarja tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, lill-Qorti tal-Awdituri tevalwa l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-perspettiva tal-ġeneri, meta dan ikun applikabbli;

229.

Jiddispjaċih li r-rapport annwali ma fih ebda osservazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri jew ebda risposta mill-Kummissjoni dwar l-infiq marbut mal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

230.

Jinnota l-bosta osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll ir-risposti tal-Kummissjoni dwar il-kapitlu dwar ix-xogħol u l-affarijiet soċjali, li huwa l-qasam politiku li primarjament ikopri l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob lill-Qorti tal-Awdituri jagħti dettalji speċifiċi jekk xi waħda mill-osservazzjonijiet tikkonċerna l-infiq marbut mal-ugwaljanza bejn is-sessi;

231.

Itenni t-tajba tiegħu għal aktar sforzi għall-iżvilupp ta’ data speċifika għall-ġeneri, li tippermetti monitoraġġ xieraq ta’ kif l-allokazzjonijiet baġitarji jolqtu l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali tan-nisa u l-irġiel, li jistgħu jkunu inklużi fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit; jisħaq li qafas finanzjarju pluriennali ġdid jagħti opportunità għall-iżvilupp ta’ tali data u l-introduzzjoni tagħha, u jimplementa l-baġitarjar favur is-sessi bħala għodda għall-governanza tajba.

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

232.

Jisħaq li r-riżorsi tal-Unjoni għandhom jiġu ġestiti b’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u governanza tajba; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-pagamenti għas-sena finanzjarja 2011 huma ħielsa minn żbalji materjali taħt l-intestatura 4 tal-baġit, iżda li l-pagamenti interim u finali huma milquta minn żbalji materjali; jinnota wkoll li mhux l-iżbalji kollha huma kwantifikabbli;

233.

Jindika n-natura speċifika tal-finanzjament tal-għajnuna esterna tal-Unjoni li, għalkemm għandu jkun soġġett għall-istess regoli u rekwiżiti ta’ kontroll bħall-bqija tal-baġit tal-Unjoni, huwa implimentat parzjalment minn persuni u entitajiet esterni għall-Unjoni, kultant f’kundizzjonijiet diffiċli, filwaqt li jeħtieġlu jibqa’ reattiv u flessibbli għall-kriżijiet u l-ħtiġijiet;

234.

Jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-kapitolu dwar “Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir”, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw id-Direttorat Ġenerali tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) u t-titjib li meħtieġ jagħmel fil-ġestjoni tal-baġit għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni;

235.

Jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar trasparenza fil-ġestjoni ta’ fondi allokati għall-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali; jitlob lill-Kummissjoni biex għal kull sena finanzjarja tibgħat rapport lill-awtorità baġitarja li jkun jinkludi l-ispejjeż li ntefqu għal kull missjoni, filwaqt li jipprovdi dettalji dwar il-partiti baġitarji kollha, li l-ispejjeż tagħhom ikunu relatati ma’ fornituri esterni ta’ servizzi;

236.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jerġa’ jintuża l-materjal għall-osservazzjoni elettorali (għamara, kompjuters, eċċ.) f’missjonijiet elettorali oħra jew minn delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex dawn jintużaw kemm jista’ jkun;

237.

Jilqa’ l-iżvilupp ta’ qafas imtejjeb għall-ġestjoni tar-riskji tal-appoġġ baġitarju mill-Kummissjoni (li għandu japplika bis-sħiħ mill-1 ta’ Jannar 2013) bħala parti mil-linji gwida ta’ appoġġ baġitarju ġodda bi tweġiba għal rakkomandazzjoni ewlenija mill-Qorti tal-Awdituri;

238.

Jinnota, madankollu, li fir-rigward tal-appoġġ baġitarju, ir-riżervi u t-twissijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jikkonċernaw ir-riskji inerenti ta’ irregolarità, frodi u korruzzjoni; itenni l-fehma soda ħafna tiegħu li l-appoġġ baġitarju, filwaqt li jibqa’ mezz importanti għall-għajnuna esterna, għandu jkun soġġett għal prekundizzjonijiet stretti politiċi, ġuridiċi u relatati mal-awditjar;

239.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultati tar-rapport ta’ valutazzjoni dwar l-effettività tal-għajnuna tal-Unjoni li tgħaddi mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jiġbed l-attenzjoni għal waħda mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport li jitnaqqas l-impatt negattiv tal-proċeduri onerużi fuq l-effettività tal-programmi implimentati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jilqa’ l-fatt li nħolqu għażliet ġodda biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-fondi;

240.

Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tqis il-viżibbiltà tal-proġetti tal-Unjoni bħala element ewlieni fl-implimentazzjoni tajba tal-proġetti u li t-tħejjija ta’ pjan ta’ komunikazzjoni għal kull proġett saret obbligatorja.

241.

Jinnota b’sodisfazzjon li r-rata ta’ żball stmata tal-Qorti tal-Awdituri għall-għajnuna esterna mill-baġit tal-Unjoni kienet taħt il-livell ta’ materjalità għal sentejn konsekuttivi; jinsab imħasseb, madankollu, li l-pagamenti interim u finali kienu affettwati minn żball materjali u li l-frekwenza globali ta’ żbalji fil-pagamenti nnutata mill-Qorti kienet ogħla mis-sentejn preċedenti (33 % fl-2011, telgħet minn 23 % fl-2010 u 22 % fl-2009);

242.

Jinsab imħasseb li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll tal-EuropeAid u tad-DĠ ECHO reġgħu nstabu li huma biss parzjalment effettivi; jindika b’mod partikolari l-ħtieġa li jitjiebu dawk is-sistemi fid-delegazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni biex twarrab riżorsi suffiċjenti biex il-persunal tad-delegazzjonijiet iwettaq attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni f’waqthom u b’mod sodisfaċenti; jilqa’ l-introduzzjoni tal-verżjoni l-ġdida tar-Rapport ta’ kull sitt xhur dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna f’Lulju 2011, li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet tar-responsabbiltà bejn id-delegazzjonijiet u l-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid;

243.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-frekwenza għolja ta’ żbalji ta’ kodifikazzjoni fis-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna (CRIS), li tista’ tikkomprometti l-affidabbiltà tad-data li tintuża għat-tħejjija tal-kontijiet annwali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvesti fit-titjib tal-kwalità tad-data u fl-iżvilupp tal-funzjonalitajiet tas-CRIS, b’mod partikolari billi tistabbilixxi konnessjoni bejn ir-riżultati tal-awditjar u l-irkuprar tal-fondi (45);

244.

Jistenna bil-ħerqa li jara l-ewwel riżultati tal-metodoloġija l-ġdida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu, li kellha tiġi applikata għall-ewwel darba fid-direttorati kollha għar-relazzjonijiet esterni fis-sena finanzjarja 2012;

245.

Jikkondividi t-tħassib serju tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-inadegwatezza tar-riżorsi tal-persunal għall-ġestjoni tal-għajnuna, b’mod partikolari fl-Unità tal-Verifika Interna u d-delegazzjonijiet ta’ EuropeAid, u l-effetti ta’ ħsara li jista’ jkollha r-rata għolja ta’ bidla fil-persunal kuntrattwali fil-kwartieri ġenerali u r-riorganizzazzjoni li saret mill-Kummissjoni f’nofs l-2011 fil-qasam tal-ġestjoni tal-għajnuna; jappella lill-Kunsill, bħala l-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja, biex jassumi r-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura li l-għajnuna tkun tista’ tkompli tiġi ġestita skont l-ogħla standards fi snin futuri;

246.

Jinnota li fl-2011, l-ewwel sena sħiħa ta’ operazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-persunal tas-SEAE u tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet ġie sseparat f’termini tal-allokazzjoni u l-finanzjament tiegħu; jinsab imħasseb li fl-2011 mill-inqas 43 sena tal-persuni allokati għall-EuropeAid intużaw mis-SEAE, ħafna aktar mil-limiti ta’ flessibbiltà miftiehma stabbiliti fl-Arranġamenti tax-Xogħol li ġew negozjati bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jirrispettaw bis-sħiħ l-Arranġamenti tax-Xogħol, u jimpenjaw ruħhom b’mod partikolari biex il-persunal tal-EuropeAid jiffoka fuq l-iżgurar tal-ġestjoni adegwata tal-għajnuna, sabiex jiġi evitat li l-ġestjoni finanzjarja soda tal-għajnuna tal-Unjoni titqiegħed f’riskju;

247.

Jenfasizza l-fatt li t-tisħiħ previst tal-livelli tal-persunal tal-EuropeAid fir-reġjun tal-Viċinat m’għandux isir permezz ta’ tnaqqis u trasferiment lejn il-Viċinat tal-persunal li jiġġestixxi l-għajnuna tal-Unjoni lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u Pajjiżi oħra b’Introjtu Baxx f’reġjuni oħra; hu tal-opinjoni li jekk jitfaċċaw ħtiġijiet addizzjonali, dawn għandhom jiġu ssodisfati b’persunal addizzjonali;

248.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiffokaw aktar fuq ir-riżultati u l-kejl tal-impatt fit-tfassil ta’ programmi ta’ nefqa ġodda taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss għall-perjodu 2014-2020, fost l-oħrajn bl-użu ta’ indikaturi definiti minn qabel, speċifiċi għall-pajjiż, ċari, trasparenti u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi ta’ kull strument; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi objettivi ta’ politika biex turi aħjar kif tiżgura l-valur miżjud tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss; itenni t-talba tiegħu biex il-partijiet interessati kollha relevanti, inklużi s-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi sħab, jiġu assoċjati fil-fażi ta’ evalwazzjoni tal-assistenza tal-Unjoni;

249.

Jinsab imħasseb dwar id-differenza fil-metodoloġiji li ġew applikati mill-Qorti tal-Awdituri għall-kalkolu tar-rata ta’ żball għat-tranżazzjonijiet għar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir fil-baġit ġenerali minn naħa, u għal-livell ta’ żbalji għall-pagamenti mill-FEŻ min-naħa l-oħra; jinnota li il-Qorti tal-Awdituri ddeċidiet li tallinja l-metodoloġija tagħha mill-2012 ‘il quddiem sabiex tipprovdi lill-Parlament bi stampa uniformi tal-attivitajiet fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

250.

Jitlob, wara l-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), allokazzjoni ċara u koordinament tar-rwoli u r-responsabilitajiet tal-Kummissjoni u s-SEAE fir-rigward tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-baġit f’pajjiżi terzi;

251.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, qabel Lulju 2013, tirrapporta dwar in-numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jirċievu kontribuzzjonijiet mill-Unjoni, iżda li ma għandhom l-ebda qliegħ ieħor għajr il-finanzjament minn aġenziji governattivi;

252.

Jitlob sommarju dettaljat dwar l-allokazzjoni ta’ fondi fil-Libja; jitlob, barra minn hekk, kjarifika dwar jekk is-sottodelegazzjoni tal-Ambaxxatur tal-Unjoni fil-Libja ġietx revokata;

253.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża sistema ta’ “traffic light” fir-rapport ta’ progress għal viżjoni aktar sempliċi dwar dak li minn sena għall-oħra ġie mtejjeb u dak li mar għall-agħar;

Għanjuna għal Ħaiti

254.

Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-appoġġ tal-baġit lir-Repubblika ta’ Ħaiti ma ġewx magħmula pubbliċi; jitlob lill-Kummissjoni tippubblika dawk l-indikaturi u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni korrispondenti li joħroġ il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ħaiti sabiex jikkwalifika għal għajnuna mill-baġit;

255.

Jinnota li kriterji ġodda għall-għajnuna mill-baġit huma stabbiliti fil-linji gwida tal-Kummissjoni ‘L-appoġġ futur għall-appoġġ baġitarju tal-Unjoni għal pajjiżi terzi’; jistieden lill-Kummissjoni tapplika dawn il-kriterji mill-2013 ‘il quddiem b’mod trasparenti għall-għajnuna mill-baġit għall-Gvern ta’ Ħaiti;

256.

Jiddispjaċih ħafna li, minkejja dak li twiegħed, il-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx lista ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-Ħaiti; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika din il-lista mingħajr dewmien u biex malajr kemm jista’ jkun tipprovdi valutazzjoni tas-sostenibilità ta’ dawn il-proġetti f’perspettiva ta’ ħames snin;

257.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fl-2013 twettaq il-valutazzjoni ġenerali tal-impatt diġà posposta tal-programm ta’ għajnuna tal-Unjoni għal Ħaiti, li hija l-ewwel waħda li qatt se ssir, u tippreżenta rapport dwar dan lill-awtorità tal-kwittanza;

258.

Jinsab imħasseb dwar il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, li jinsabu fir-Rapporti Speċjali Nri 1/2012 u 13/2012 dwar l-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għas-sigurtà alimentari fl-Afrika Sub-Saħarjana u dwar l-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għall-provvista tal-ilma tax-xorb u s-sanità bażika fil-pajjiżi Sub-Saħarjani, li jqajmu tħassib dwar is-sostenibilità tal-għajnuna tal-Unjoni; jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jinstabu f’dawk ir-rapporti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis dawk ir-rakkomandazzjonijiet sabiex timmassimizza l-benefiċċji min-nefqa għall-iżvilupp tal-Unjoni;

259.

Jilqa’ l-ħolqien, skont ir-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012 l-ġdid, ta’ Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, li se jżidu l-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni u jippermettu kontroll aktar strett tul il-katina ta’ provvista tal-fondi tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar l-effettività ta’ dawk il-fondi;

Riċerka u politiki interni oħra

260.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-programmi qafas ta’ riċerka qed jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta ċentralizzata u ġestjoni indiretta ċentralizzata li jinvolvu sitt direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u żewġ aġenziji eżekuttivi; jinnota, barra minn hekk, li partijiet mill-baġit qed jiġu implimetati taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta minn impriżi konġunti u l-Bank Ewropew tal-Investiment;

261.

Jiddispjaċih li l-għadd kbir ta’ servizzi tal-Kummissjoni involut f’dak il-qasam ta’ politika jtappan it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-linji ta’ responsabilità; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi t-tqassim tal-portafolli tal-Kummissarji sabiex tkun riflessa aħjar id-distribuzzjoni ta’ kompetenzi tal-kumitati tal-Parlament u bħal ma hi prattika komuni fl-Istati Membri;

262.

Jinsab imħasseb dwar id-dewmien biex jiżżarma l-Impjant għall-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja, minħabba kunflitti bejn l-awtoritajiet u l-kuntratturi; jilqa’ u jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni u l-komunità ta’ donaturi internazzjonali ddeċidew li jissospendu l-appoġġ finanzjarju għall-proġett, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, sakemm ikun issolva l-kunflitt;

263.

Huwa mħasseb ħafna dwar in-nuqqas attwali ta’ għarfien vijabbli dwar l-ammonti neċessarji biex jitlesta l-proċess ta’ diżattivazzjoni kollu kemm hu; jirrikonoxxi li għad hemm bżonn ta’ ammonti konsiderevoli f’dan il-proċess u jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jwaqqfu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jiżguraw dan il-finanzjament addizzjonali; itenni u jenfasizza li r-responsabilità finali għall-għeluq sikur tal-impjanti tal-enerġija nukleari hija tal-Istat Membru fejn jinsab l-impjant tal-enerġija; jinnota li in-nuqqas li jkun hemm konformità ma’ dan l-obbligu iqiegħed f’riskju liċ-ċittadini tal-Unjoni;

264.

Jinnota li l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) kkummissjona rapporti minn esperti minn esperti Svediżi (SKB), fost oħrajn, li kkonfermaw li l-elementi tal-fjuwil GNS huma sikuri; jinnota bi tħassib li din id-dokumentazzjoni għall-kontenituri tal-elementi tal-fjuwil, li ilhom disponibbli, ma ġietx imgħoddija lill-awtorità tal-approvazzjoni Litwana; jinnota li, sakemm l-elementi tal-fjuwil ma jiġux maħżuna fil-kontenituri, l-impjant tal-enerġija Ignalina għandu jiġi amministrat bħallikieku kien qed jopera, li jfisser li l-madwar 2 000 impjegat għandhom jibqgħu jiġu ffinanzjati mill-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni ma taċċettax skużi mill-Gvern Litwan li jikkawżaw aktar dewmien fl-awtorizzazzjoni u għall-proġett innifsu; jitlob, barra minn hekk,lill-Kummissjoni tistabbilixxi skeda ta’ żmien riġida u thedded li timponi sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità magħha;

265.

Jistieden lill-Bulgarija, lil-Litwanja u lis-Slovakkja jistabbilixxu pjanijiet ta’ diżattivazzjoni, inklużi pakketti finanzjarji dettaljati, li jispjegaw kif l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija nukleari se jiġi ffinanzjat;

Ir-rata ta’ żball f’paragun mal-effettività

266.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli f’qasam ta’ nfiq li hu fil-biċċa l-kbira taħt ġestjoni ċentralizzata kienet ta’ 3 % fl-2011, li hi aktar minn darbtejn akbar mir-rata fl-2010 li kienet ta’ 1,4 %;

Sorsi ta’ żbalji

267.

Jinnota li r-riskju ewlieni ta’ irregolarità hu li l-benefiċjarji jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni eċċessiva tal-ispejjeż eliġibbli; riskju ta’ dan it-tip isir aktar serju minħabba l-kumplessità tar-regoli għall-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli; barra minn hekk, f’ċerti oqsma, il-korpi ta’ implimentazzjoni jistgħu japplikaw ir-regoli b’mod differenti; l-ispejjeż ineliġibbli li jirrigwardaw il-persunal u dawk marbutin ma’ attivitajiet kummerċjali jirrappreżentaw sorsi ta’ żbalji addizzjonali; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma rreaġixxitx fil-ħin;

268.

Iqis li hu inaċċettabbli li l-Qorti tal-Awdituri sabet ukoll dgħufijiet fil-ħidma tal-awdituri indipendenti li ċċertifikaw il-pretiżi tal-ispejjeż tal-benefiċjarji: il-Qorti tal-Awdituri sabet żbalji: f’25 mill-31 każ fejn l-awdituri ħarġu opinjoni mingħajr riżervi; jinsab inkwetat min-nuqqas ta’ professjonalità tant evidenti;

269.

Jinsab sodisfatt, madankollu, li l-Qorti tal-Awdituri tqis li l-eżerċizzji ta’ awditjar ex post kienu effettiv;

270.

Jiddeplora l-fatt li l-Qorti tal-Awditrui sabet li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni kienu ineffettivi; jistieden lill-Kummissjoni tgħolli l-livell ta’ dawn is-sistemi superviżorji u ta’ kontroll bla dewmien;

271.

Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għar-riċerka u politiki interni oħra kienu affettwati minn żbalji materjali u li s-sistemi eżaminati ta’ superviżjoni u kontroll għar-riċerka u politiki interni oħra kienu parzjalment effettivi; jiddispjaċih li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ma jagħti l-ebda informazzjoni dettaljati dwar l-infiq għall-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

272.

Jissottolinja l-importanza kbira tal-Kapitolu 18 02 – Solidarjetà – Fruntieri esterni, ritorn, politika dwar il-viża u l-moviment liberu tal-persuni għas-sigurtà u l-ekonomija tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-pjanifikazzjoni baġitarja tagħha;

273.

Jieħu nota tar-riservi espressi mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Interni fir-rapport annwali tiegħu dwar l-attività tal-2011 rigward ir-riskji għar-reputazzjoni kkawżati minn dewmien fl-implimentazzjoni tas-SIS II; jieħu nota wkoll tar-riskju finanzjarju li jirriżulta mir-rata residwa ta’ żbalji fil-popolazzjoni mhux aditjata ta’ għotjiet għall-programmi finanzjarji “Prevenzjoni, Stat ta’ Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà” u “Prevenzjoni u ġlieda kontra l-Kriminalità”; jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem fuq il-miżuri korrettivi mħabbra.

Rapportar u korrezzjonijiet finanzjarji

274.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-għadd ta’ parteċipanti fis-Seba’ Programm Qafas żdied b’mod sinifikanti biex kważi laħaq l-20 000 u li l-inesperjenza, flimkien ma’ sett kumpless ta’ regoli, tista’ twassal għal żbalji; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tipprovdi gwida u tagħrif kontestwali lill-parteċipanti;

275.

Iqis li hu inkomprensibbli li l-awdituri tal-benefiċjarji jippreżentaw ċertifikati żbaljati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji; jemmen l-Kummissjoni hi obbligata tiffoka fuq l-għoti ta’ gwida dwar il-kwalifiki professjonali tal-awdituri privati u fuq il-forniment ta’ għarfien espert addizzjonali;

276.

Jinnota l-eżempji mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-iżbalji fid-dikjarazzjonijiet tal-persunal u l-ispejjeż indiretti; jinnota li l-proposta tal-programm Orizzont 2020 iddaħħal simplifikazzjonijiet sinifikanti tar-regoli għal dawn il-kategoriji ta’ nefqa; iqis li dawn is-simplifikazzjonijiet huma essenzjali jekk għandu jkun hemm tnaqqis sinifikanti fir-rata ta’ żbalji;

277.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni, meta tkun qed teżamina l-proċeduri għal kontroll ex ante, timpenja ruħha li ssib bilanċ bejn l-approvazzjoni bikrija u l-kontroll;

278.

Jinnota barra minn hekk li, skont l-istrateġija ta’ awditjar tas-Seba’ Programm Qafas, il-benefiċjarji li jirċievu 48 % tal-baġit tas-Seba’ Programm Qafas ġew awditjati;

279.

Jieħu nota wkoll tal-fatt li l-Kummissjoni tuża l-proċedura ta’ estrapolazzjoni simplifikata, ibbażata fuq rati fissi, għall-korrezzjonijiet, li tista’ tħaffef il-proċess ta’ rkupru jekk il-benefiċjarji jikkooperaw kompletament;

Rakkomandazzjonijiet

280.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-kooperazzjoni fost id-direttorati ġenerali u l-korpi l-oħra involuti, u tagħmel it-tqassim tax-xogħol, il-proċeduri deċiżjonali u l-linji ta’ responsabilità bejnithom aktar trasparenti;

281.

Jappoġġja kompletament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri:

biex jiġu sensibilizzati l-benefiċjarji u l-awdituri esterni;

biex id-ditti esterni ta’ awditjar isiru familjari mal-linji gwida tal-Kummissjoni;

u biex tiġi implimentata strateġija ta’ awditjar għall-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni;

Edukazzjoni u kultura

282.

Jistieden lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tirrevedi l-proporzjonijiet finanzjarji unilaterali u inadegwati li ġew stabbiliti għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarji u biex tittieħed deċiżjoni dwar il-livell tal-ħlasijiet parzjali tal-għotjiet, u li qed jipperikolaw saħansitra l-proġetti magħżula peress li ma jingħatax il-pagament tas-soltu tal-ewwel ħlasijiet parzjali fl-istennija li jitlesta l-proġett u jiġi rrapportat lura; ifakkar lill-EACEA li monitoraġġ u kontroll effiċjenti tal-proġetti jinkludu valutazzjoni realistika tal-ambjent tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u tal-organizzazzjonijiet żgħar ħafna;

283.

Huwa mħasseb rigward l-iżbalji sinifikanti fl-operazzjonijiet sottostanti mill-EACEA fil-kuntest tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013) li nstabu permezz ta’ kontrolli ex post; jinnota li dawn l-iżbalji huma prinċipalment dovuti għan-nuqqas ta’ dokumenti ġustifikattivi adegwati mill-benefiċjarji u n-nuqqas ta’ rispett tar-regoli ta’ eliġibbiltà; jinkoraġġixxi lill-EACEA ttejjeb aktar is-sistemi ta’ kontroll tagħha, tadattahom għat-tipi differenti ta’ benefiċjarji u tqajjem kuxjenza dwar l-obbligi finanzjarji tagħhom u dwar il-kontrolli;

284.

Jilqa’ t-titjib fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Aġenziji Nazzjonali u tal-Awtoritajiet Nazzjonali u l-fatt li r-rata ta’ żbalji għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz tal-Aġenziji Nazzjonali fl-2011 naqset għal 1 %, rata li tindika tnaqqis sinifikanti mil-livell tas-snin preċedenti;

285.

Jiddispjaċih li għar-raba’ sena konsekuttiva, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Komunikazzjoni għad għandu riżerva fir-Rapport Annwali tal-Attività rigward in-nonkonformità mal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur minkejja l-pjan ta’ azzjoni li ġie adottat fl-2009;

286.

Jinnota l-azzjonijiet ta’ suċċess li l-Kummissjoni wettqet fil-qasam tal-isport; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni tkun aktar ambizzjuża bl-għodda u l-baġit li għandha, sabiex tħejji għall-programm tal-isport fl-2014;

Infiq amministrattiv u ta’ tip ieħor

287.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tkomplix tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-konsulenti tal-Kummissarji, li ħidmithom ma pproduċiet l-ebda riżultat tanġibbli, sakemm ikun jista’ jiġi ppruvat li ħidmithom għandha valur miżjud;

288.

Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li fi 15-il każ mit-28 każ li saret verifika tagħhom, l-informazzjoni disponibbli fl-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) dwar is-sitwazzjoni personali u familjari tal-membri tal-persunal ma kenitx aġġornata; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li titlob lill-persunal jagħti f’intervalli perjodiċi dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tagħhom u li timplimenta sistema għall-monitoraġġ f’waqtu ta’ dawn id-dokumenti;

289.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju dettaljat dwar id-differenzi fil-kwalifiki meħtieġa u l-privileġġi mogħtija, il-kundizzjonijiet ta’ ħidma, l-allowances, il-ġranet ta’ vakanza bi dritt kif ukoll il-livelli tal-pagi għal pożizzjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi u s-servizzi barranin bejn l-Unjoni u l-Istati Membri li jinsabu fl-istess post ta’ ħidma u dwar il-kwistjoni ta’ jekk dawn id-differenzi jilleġittimiżawx id-differenzi fir-rimunerazzjoni tal-uffiċjali delegati nazzjonali f’paragun mal-uffiċjali pubbliċi tal-Unjoni, b’kunsiderazzjoni tas-sistema ta’ taxxa relevanti applikabbli billi jitqabblu l-każi ma’ sitwazzjonijiet standardizzati tal-familja;

290.

Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni mhijiex kapaċi tagħti stampa ġenerali sħiħa tal-ispejjeż li ġejjin mill-impjieg ta’ persunal estern u aġenti temporanji fuq bażi annwali; jitlob li dawk l-ispejjeż ikunu mmoniterjati sistematikament u jitlob li dawn ikunu disponibbli publikament;

291.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu akbar mit-teknoloġiji disponibbli bħat-telekonferenzi u t-telexogħol sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-bini u l-ivvjaġġar; jitlob lill-Kummissjoni tistima l-iffrankar finanzjarju possibbli li jista’ jinkiseb permezz tal-użu miżjud ta’ dawn it-teknoloġiji u tippreżenta r-riżultati lill-Parlament sa Settembru 2013;

292.

Jitlob li titwaqqaf bażi ta’ data interistituzzjonali għall-istudji, biex jiġi evitat il-finanzjament multiplu tal-istess kwistjonijiet u jintlaħaq skambju ta’ riżultati;

OLAF

293.

Ġie infurmat mill-Kumitat Superviżorju tal-OLAF dwar ksur ta’ drittijiet fundamentali matul l-investigazzjonijiet tal-OLAF; huwa mħasseb ħafna dwar l-informazzjoni li wasliltu f’dan ir-rigward u jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa rigward dawn l-inċidenti, irrispettivament mill-identità tal-persuna/i involuta/i

294.

Jinnota t-tentattivi numerużi li saru biex jiġu oskurati l-kjarifiki tal-allegazzjonijiet li saru dwar il-metodi investigattivi tal-OLAF; iqis li dan mhuwiex xieraq u jitlob kjarifika sħiħa ta’ dawn l-allegazzjonijiet;

L-Ewrobarometru

295.

Huwa mħasseb dwar il-kritiki, prinċipalment espressi f’pubblikazzjonijiet xjentifiċi, tal-metodi ta’ sondaġġi tal-Ewrobarometru u jistieden lill-Kummissjoni tagħti opinjoni dettaljata war dawk il-kritiki;

L-ilħuq tar-riżultati mill-baġit tal-Unjoni

296.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri għat-tieni darba qed tippreżenta rapport dwar “l-ilħuq tar-riżultati mill-baġit tal-UE”; jitlob lill-Qorti tal-Awdituri testendi l-valutazzjoni tagħha għal servizzi oħra tal-Kummissjoni, b’mod partikulari d-DĠ EMPL, id-DĠ MARE u għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni;

Rapport ta’ evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba

297.

Jinnota li r-rapport dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba (COM(2012) 675) ġie adottat mill-Kummissjoni nhar il-21 ta’ Novembru 2012, biex b’hekk il-Parlament u l-Qorti tal-Awdituri ngħataw biss żmien limitat biex jirrevedu u jwieġbu; itenni t-talba preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni fil-kumitat kompetenti u fil-plenarja meta jiġi ppreżentat ir-Rapport Annwali tal-Qorti ta-Awdituri;

298.

Iqis li sar progress rigward ir-rapport ta’ evalwazzjoni relatat mas-sena finanzjarja 2011 peress li dak ir-rapport jipprovdi ċerta informazzjoni relatata mar-rendiment li saret disponibbli fl-2011 għall-finanzjament taħt l-intestaturi baġitarji ewlenin kollha u jissintesizza r-riżultati tal-evalwazzjoni dwar ċerti programmi finanzjarji għal kull intestatura baġitarja;

299.

Jiddispjaċih, madankollu, li dan ir-rapport jipprovdi biss sommarji ta’ diversi evalwazzjonijiet relatati mal-programmi differenti u li jkopru perjodi diverġenti, mingħajr ebda valutazzjoni komprensiva tar-riżultati li nkisbu fl-2011 mill-Kummissjoni fl-insegwiment tal-politiki tagħha;

300.

Jikkondividi l-fehma tal-Qorti tal-Awdituri (46) li r-rapport ta’ evalwazzjoni għadu ma jipprovdix biżżejjed evidenza u informazzjoni affidabbli dwar il-kisbiet li jirriżultaw mill-politiki tal-Unjoni, u għaldaqstant ma jistax jaqdi r-rwol li għandu jiżvolġi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza;

301.

Jinnota b’sodisfazzjon li xi evalwazzjonijiet ikkontribwixxew għat-titjib tal-impatt finali tal-programmi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tuża l-konklużjonijiet ewlenin ta’ dawk l-evalwazzjonijiet meta tkun qed issawwar il-politiki tagħha;

302.

Jistieden lill-Kummissjoni tinform lill-awtorità baġitarja fuq bażi annwali dwar l-iżvilupp ta’ kontijiet barra mill-baġit tal-Unjoni inkluż l-iżvilupp tal-fluss tal-kapital kif ukoll ir-raġuni għal kull kont;

303.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-preżentazzjoni ta’ dawk is-sommarji skont l-intestaturi baġitarji skont l-istruttura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2007-2013 fiha nnifisha ma tikkostitwixxix evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni;

304.

Iqis li l-istruttura tar-rapport, li tikkonsisti fil-preżentazzjoni ta’ varjetà ta’ valutazzjonijiet sommarji, fosthom evalwazzjoni interim, ta’ nofs it-terminu, ex post u finali, tagħmilha diffiċli li jinsiltu konklużjonijiet konsistenti f’termini ta’ rendiment;

305.

Jinnota li, skont il-Kummissjoni nnifisha, il-valutazzjonijiet tal-impatti fuq il-programmi normalment jirreferu għal fondi impenjati tal-anqas bejn tliet snin u ħames snin qabel; jinsisti biex jirċievi valutazzjoni li tiffoka fuq ir-rendiment li jkun ġie osservat fis-sena finanzjarja preċedenti, i.e. il-miżuri li jittieħdu biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 kull sena, b’mod kompletament konformi mal-Artikolu 318 tat-TFUE;

306.

Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-kopertura tal-evalwazzjoni tagħha u tiżviluppa approċċ li jkun tassew kosteffettiv bl-intenzjoni li jitkejlu r-riżultati miksuba fl-insegwiment tal-objettivi politiċi tagħha fuq il-bażi tal-finanzi u l-persunal iddedikati għall-ksib ta’ dawn l-objettivi;

307.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-evalwazzjonijiet jitwettqu b’mod indipendenti; jinnota li r-rapporti li jirriżultaw għandhom jingħataw malajr kemm jista’ jkun lill-kumitat relevanti tal-Parlament;

308.

Jitlob lill-Kummissjoni tispjega fiż-żmien dovut għall-proċedura ta’ kwittanza tal-2012 sistema ġdida ta’ ġestjoni u informazzjoni dwar ir-rendiment li tkun tinkludi t-tfassil u r-rwol ta’ rapport ta’ evalwazzjoni, waqt li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament kif ġew żviluppati fil-paragrafi 327 u 328 ta’ din ir-riżoluzzjoni u tippreżentaha lill-awtorità tal-kwittanza;

309.

Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi għal dan il-għan sistema affidabbli għall-ġbir tad-data dwar ir-rendiment biex tidentifika l-eżiti u l-impatti meta jirriżultaw (47);

Rapportar ġestjonali mill-Kummissjoni dwar xi nkiseb matul is-sena

310.

Jilqa’ t-titjib li ġie nnutat mill-Qorti tal-Awdituri fl-awtoevalwazzjoni tar-rendiment tal-Kummissjoni fir-rapporti ta’ attività annwali tagħha, b’mod partikulari fir-rigward tar-rapportar dwar il-kisbiet politiċi fl-ewwel parti ta’ dawk ir-rapporti;

311.

Jiddispjaċih, madankollu, li l-għadd limitat ta’ objettivi ġenerali u indikaturi tal-impatt li d-Direttorati Ġenerali huma mitlubin jiddefinixxu baqa’ milqut minn dgħufijiet li rażżnu l-utilità tagħhom (48);

312.

Jiddispjaċih ukoll li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi u l-objettivi relatati mal-perjodu 2007–2013 kollu ma jużawx indikaturi interim jew stadji prestabbiliti li juru li ntlaħaq ċertu progress; jinsisti f’dan il-kuntest li l-indikaturi tal-impatt għandu jkollhom assoċjati magħhom skadenzi u objettivi kwantifikati;

313.

Jinsab preokkupat li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni ma stabbilixxewx u lanqas ma irrapportaw dwar objettivi għall-attivitajiet operattivi relatati mal-ekonomija, inklużi l-kost tal-kontributi jew tal-effiċjenza u r-relazzjoni bejn il-kontributi, l-eżiti u r-riżultati;

314.

Ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li jikkonċernaw ir-rotazzjoni tal-persunal eżekuttiv fl-amministrazzjoni tal-Kummissjoni; jikkonferma l-ħtieġa ta’ dawk ir-rekwiżiti sabiex tinħoloq trasparenza u jiġi evitat li l-informazzjoni tinżamm f’ċirku ta’ esperti biss; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta dan il-prinċipju mingħajr eċċezzjoni u jissottolinja l-importanza ta’ tmexxija bl-eżempju u ta’ teħid ta’ responsabilità fl-ogħla livelli;

315.

Jiddispjaċih ukoll li d-deskrizzjoni tal-kisbiet politiċi fil-parti 1 tar-rapporti ta’ attività annwali mhix biżżejjed orjentata lejn ir-riżultati u li l-eżami tal-Qorti tal-Awdituri tal-pjan ta’ ġestjoni u tar-rapporti ta’ attività annwali ma żvela l-ebda progress sinifikanti f’dan il-qasam;

316.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-għanijiet, l-indikaturi u l-objettivi previsti fil-pjan ta’ ġestjoni u li ġew ittrattati fir-rapporti ta’ attività annwali;

317.

Jinsisti wkoll fuq il-ħtieġa li jiġi spjegat għalfejn ir-rendiment miksub ma ssodisfax l-għan jew l-objettiv relevanti fir-rapport ta’ attività annwali;

318.

Jindika li, skont il-punti 10.17 u 10.18 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri, il-preċiżjoni tal-valutazzjoni mwettqa mid-DĠ AGRI u d-DĠ REGIO tiddependi fil-biċċa l-kbira tagħha fuq il-kwalità tad-data li jipprovdu l-Istati Membri; jinkoraġġixxi lis-servizzi tal-Kummissjoni joħorġu linji gwida dwar kif għandha tiddaħħal id-data u jipprevedu li jkun hemm inċentivi għall-Istati Membri biex jipprovdu data ta’ kwalità għolja dwar ir-rendiment;

319.

Jinnota li, skont ir-rapporti ta’ attività annwali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, id-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni “allinjaw” l-objettivi ġenerali u speċifiċi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tagħhom mal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi;

L-Istrateġija Ewropa 2020

320.

Itenni l-fatt li l-Istrateġija Ewropa 2020 (49), tnediet mill-President Barroso fl-2010, hi l-proġett prinċipali tal-Kummissjoni, immirat biex jipprovdi tkabbir li jkun intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; jindika li din l-istrateġija hi ffukata fuq ħames għanijiet ambizzjużi, li jitkejlu permezz ta’ miri kwantifikati fl-oqsma tal-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, il-faqar u l-klima/l-enerġija;

321.

Jinnota li l-Eurostat hu responsabbli biex jiżgura l-appoġġ statistiku għall-istrateġija, b’mod partikulari billi jipproduċi u jipprovdi d-data statistika relevanti u jiżgura standards ta’ kwalità għolja għad-data;

322.

Jinnota li l-Eurostat għal darb’oħra naqas milli jittratta informazzjoni sensittiva b’mod adegwat, pereżempju fil-każ tad-data dwar il-Greċja; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel reviżjonijiet tal-kwalità b’aktar riġidità u biex il-Eurostat jiggarantixxi l-preżentazzjoni korretta ta’ dajta statistika; jitlob li jsir rapport dwar din il-kwistjoni sa Marzu 2014;

323.

Jinsisti dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kredibilità tas-sistema statistika Ewropea; jilqa’ r-rakkomandazzjoni li l-Qorti tal-Awdituri għamlet f’dan ir-rigward fir-Rapport Speċjali Nru 12/2012 li jkun hemm bidla “lejn sistema ta’ statistika Ewropea li tiggarantixxi indipendenza professjonali, riżorsi suffiċjenti u sorveljanza b’saħħitha u li tinkludi sanzjonijiet għal każijiet fejn l-istandards tal-kwalità mhumiex rispettati” (50);

324.

Jenfasizza l-fatt li l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi mhijiex ibbażata fuq attivitajiet immexxija minn kull DĠ individwali imma tħaddan seba’ inizjattivi emblematiċi trasversali li kull darba jiġu implimentati minn diversi direttorati ġenerali u dan jirriżulta fi sfidi li jirrigwardaw il-koordinament u l-kooperazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni;

325.

Jinnota li l-koordinament bejn is-servizzi tal-Kummissjoni fil-qafas tal-inizjattivi emblematiċi ħa diversi suriet ta’ konsultazzjonijiet bejn is-servizzi, u ġieli wħud minnhom kienu informali (51); jiddeplora, madankollu, il-fatt li d-disa’ gruppi ta’ Kummissarji li twaqqfu mill-President Barroso f’April 2010 ltaqgħu rarament biss (52) u dan wassal biex dan il-mod ta’ koordinament ġdid ma ntużax biżżejjed fl-2011; jiddeplora l-fatt li ma ġie installat l-ebda mekkaniżmu speċifiku għall-iżgurar ta’ koordinament sodisfaċenti tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi emblematiċi kollha;

326.

Jiddispjaċih li t-tnedija tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-2010 ma kkoinċiditx maż-żmien tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 il-ġdid, u jiddeplora l-fatt li dan se jikkawża xi dewmien fil-ksib tal-istrateġija, f’dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri ma jkunx irnexxielhom jadattaw il-programmi nazzjonali u ffinanzjati mill-Unjoni għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv;

327.

Jitlob lis-servizzi kollha tal-Kummissjoni involuti fl-Istrateġija Ewropa 2020 jiddefinixxu fil-pjan ta’ ġestjoni tagħhom għadd limitat ta’ objettivi sempliċi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Qorti tal-Awdituri f’termini ta’ rilevanza, paragunabilità u affidabilità sabiex kull sena, fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom, ikejlu r-rendiment tal-Kummissjoni fil-ksib tal-istrateġija;

328.

Jitlob lill-Kummissjoni timmodifika fundamentalment l-istruttura tar-rapport ta’ valutazzjoni tagħha previst mill-Artikolu 318 tat-TFUE, billi tiddistingwi l-politiki interni minn dawk esterni u, fil-parti “Politiki Interni” ta’ dan ir-rapport, tiffoka fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 bħala l-politika dwar it-tkabbir u l-impjiegi, u l-politika ekonomika u soċjali tal-Unjoni; jinsisti li għandu jsir enfasi fuq il-progress li sar fil-ksib tal-inizjattivi emblematiċi;

329.

Japprova l-konklużjonijiet ewlenin li waslet għalihom il-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tar-riżultati tal-eżerċizzji ta’ awditjar tagħha tar-rendiment:

sabiex jiġu prodotti riżultati tajbin, hu importanti li jiġu identifikati b’mod ċar il-ħtiġijiet li l-programmi huma maħsuba biex jissodisfaw;

tfassil tajjeb (li jistabbilixxi rabta bejn l-attivitajiet, l-eżiti, ir-riżultati u l-impatti) kemm tal-programmi kif ukoll tal-proġetti individwali fi ħdan il-programmi, hu essenzjali għal amministrazzjoni finanzjarja tajba;

fiż-żmien dovut għall-proċedura ta’ kwittanza tal-2012 il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar kif bi ħsiebha tiżgura valur miżjud Ewropew għall-infiq tal-Unjoni bi qbil mal-prinċipji stipulati mill-Qorti tal-Awdituri fil-punt 10.31 tar-Rapport Annwali tagħha tal-2011 (skala u effetti tal-infiq, effetti transkonfinali, konċentrazzjoni raġonevoli u approċċ selettiv għall-infiq barra l-Unjoni) u biex tiżviluppa indikaturi korrispondenti ta’ prestazzjoni sinifikanti;

330.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni għandha fis-seħħ sistema għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-awditjar tar-rendiment (ara r-Rapport Speċjali Nru 19/2012 (53)); jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-segwitu sabiex tirreaġixxi b’mod li jkun f’waqtu, effiċjenti u effettiv għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u tal-awtorità ta’ kwittanza;

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri

331.

Jilqa’ l-fatt li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu fassal dokumenti ta’ ħidma jew rapporti separati dwar ir-rapporti speċjali individwali tal-Qorti tal-Awdituri, li l-konklużjonijiet tagħhom jistgħu jiġu kkonsultati f’dokument separat (54);

332.

Hu tal-opinjoni li l-apprezzament politiku tal-konklużjonijiet fir-rapporti speċjali għandu jkun parti integrali mill-proċedura ta’ kwittanza;

333.

Jilqa’, għalhekk, il-konsultazzjonijiet li għaddejjin bħalissa bejn il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u l-Konferenza tal-Presidenti tiegħu bil-ħsieb li jiġi identifikat l-aktar mod xieraq biex jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapporti speċjali biex b’hekk jiġu sfruttati kompletament il-benefiċċji mill-ħidma ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri;

334.

Jistieden lill-korpi tiegħu jsibu soluzzjoni vijabbli u dejjiema fiż-żmien dovut għall-proċedura ta’ kwittanza tal-2012.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011) 615/2), l-Artikolu 136 et seq.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 fih dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp, il-Fondi Soċjali Ewropej u l-Fondi ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(10)  COM(2011) 615/2, Artikolu 55(4).

(11)  Rapport Speċjali Nru 13/2011 tal-Qorti tal-Awdituri bl-isem ‘Il-kontroll tal-proċedura doganali 42 jipprevjeni u jidentifika l-evażjoni tal-VAT?’

(12)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2012 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 286, 17.10.2012,p. 31).

(13)  Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 fir-rigward tal-iżvilupp rurali; ara wkoll il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2011) 615/2) dwar id-Dispożizzjonijiet komuni tal-istrumenti strutturali għall-2014-2020.

(14)  Ara r-rapport ta’ sinteżi li għamlu Terry Ward u Applica sprl dwar l-użu tal-FEŻR għall-appoġġ tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja bil-kontribut tan-netwerk ta’ valutazzjoni esperta għall-forniment ta’ analiżi politika dwar ir-rendiment tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013.

(15)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 252, 25.9.2010, p. 39).

(16)  Il-Paragrafu 4 tar-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament tal-5 ta’ Mejju 2010.

(17)  Ara t-tweġiba li ta l-Kummissarju Andor għall-mistoqsija bil-mitkub Nru 18 bi tħejjija għas-seduta ta’ smigħ fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit nhar is-26 ta’ Novembru 2012 flimkien mar-Rapport Annwali tal-Attività - Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali, p. 84.

(18)  Ara r-Rapport ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni, il-punt 3.3 fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna 11 ta’ COM(2012) 281.

(19)  Ara r-Rapport Annwali tal-2011 tal-Qorti tal-Awdituri, l-Anness 1.2, il-punt 2.

(20)  Ara n-Nota 6 fil-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2011.

(21)  COM(2012) 281, punt 1, p. 2.

(22)  Rimarki ta’ introduzzjoni li għamel is-Sur Caldeira nhar is-6 ta’ Novembru 2012 meta kien qed jippreżenta r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea rigward is-sena finanzjarja 2011 lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

(23)  Reġim li importatur juża sabiex jikseb eżenzjoni mill-VAT meta l-oġġetti importati jkunu se jiġu ttrasportati lejn Stat Membru ieħor u meta l-VAT hi dovuta fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(24)  Li minnhom EUR 1 800 miljun iġġarrbu fis-seba’ Stati Membri magħżula u EUR 400 miljun fil-21 Stat Membru ta’ destinazzjoni tal-oġġetti importati fil-kampjun.

(25)  Rapport Speċjali Nru 13/2011, p. 11, paragrafu 5.

(26)  PE 475.094.

(27)  Data kkomunikata mis-Sur Kubyk f’isem il-Qorti tal-Awdituri nhar is-6 ta’ Diċembru 2012 matul is-seduta ta’ smigħ ma’ Dacian Cioloș fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament.

(28)  Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011, punt 3.9, nota 11 ta’ qiegħ il-paġna

(29)  Data kkomunikata mis-Sur Kubyk f’isem il-Qorti tal-Awdituri nhar is-6 ta’ Diċembru 2012 matul is-seduta ta’ smigħ ma’ Dacian Cioloș fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament.

(30)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/272/UE tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2011 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2010 (ĠU L 119, 7.5.2011, p. 70).

(31)  Kawżi magħquda C-92/09 u C-93/09, Ġabra 2010, p. I-11063.

(32)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 28).

(33)  Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011, punt 3.45.

(34)  Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011, punt 3.23.

(35)  Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011, punt 4.12.

(36)  Ara l-paragrafu 86 tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2012.

(37)  Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011, punt 4.18.

(38)  Rapport ta’ attività annwali tad-DĠ AGRI, punt 3.1.1.1.6, p. 58.

(39)  Intervent tas-Sa Budbergyte f’isem il-Qorti tal-Awdituri nhar is-6 ta’ Diċembru 2012 matul is-seduta ta’ smigħ tal-Kummissarju Dacian Cioloș fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament.

(40)  DĠ AGRI, rapport annwali ta’ attività, p. 79.

(41)  Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2011, l-Anness 4.2.

(42)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

(43)  Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2012 tal-Qorti tal-Awdituri – il-Fondi Strutturali: Il-Kummissjoni kellha suċċess biex tittratta n-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri?

(44)  L-Evalwazzjoni tal-Progress ta’ Nofs il-Perjodu - Rapport Finali, Ecorys, 22 ta’ Diċembru 2011.

(45)  Ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 5/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bl-isem “Is-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS)”.

(46)  Ittra mis-Sur Caldeira lill-President Barroso tal-20 ta’ Diċembru 2012 bit-tweġiba tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea għat-tieni rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE.

(47)  Ittra mis-Sur Caldeira lill-President Barroso tal-20 ta’ Diċembru 2012 bit-tweġiba tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea għat-tieni rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE.

(48)  Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-2011 - eżempji fil-punti 10.18 et seq.

(49)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2010) 2020).

(50)  Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2012 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?”, p. 6.

(51)  Ara pereżempju t-tweġbiet li ta l-Kummissarju Andor għall-mistoqsijiet bil-miktub 46 u 47 bi tħejjija għas-smigħ fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit nhar is-26 ta’ Novembru 2012.

(52)  Fl-2011, kien hemm b’kollox 24 laqgħa tad-9 gruppi ta’ Kummissarji dedikati, b’7 laqgħat tal-grupp għall-QFP (ara t-tweġbiet li ta l-Kummissarju Oettinger).

(53)  Rapport Speċjali Nru 19/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bl-isem “Rapport tal-2011 dwar is-segwitu għar-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropoea tal-Awdituri”.

(54)  Testi adottati, P7_TA(2013) 123 (Ara paġna 68 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza 2011 tal-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7-0224/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (5) u r-riżoluzzjoni tiegħu li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali minn dik id-Deċiżjoni,

wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri mfassla skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (05752/2013 — C7-0038/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0096/2013),

A.

billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

B.

billi r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jipprovdu tagħrif dwar kwistjonijiet ta’ tħassib marbuta mal-implimentazzjoni tal-fondi, u għalhekk huma utli għall-Parlament fl-eżerċizzju tar-rwol tiegħu ta’ awtorità tal-kwittanza,

C.

billi l-kummenti tagħha dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tas-17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni;

Parti I   Rapport Speċjali Nru 12/2011 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-addattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta’ sajd disponibbli?”

1.

Jilqa’ r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri u jinnota l-valutazzjoni negattiva ħafna tagħha tal-miżuri li ttieħdu kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tisħaq li tippromowovi sajd sostenibbli, li timplika l-vijabilità fit-tul tas-settur tas-sajd u bilanċ bejn ir-riżorsi tas-sajd u l-kapaċità tal-flotta tas-sajd sabiex jiġi evitat sfruttar żejjed tal-istokkijiet tal-ħut;

3.

Jieħu nota li minkejja li t-tnaqqis fil-kapaċità żejda tas-sajd kien tema rikorrenti fir-riformi preċedenti tal-PKS u ġie indirizzat fir-Rapporti Speċjali Nru 3/1993 u 7/2007 tal-Qorti tal-Awdituri, il-miżuri għaljin li ttieħdu sal-lum il-ġurnata biex titnaqqas il-kapaċità żejda tas-sajd permezz tal-adattament tal-flotta tas-sajd għar-riżorsi tas-sajd ma rnexxewx;

4.

Jirrikonoxxi li, mill-1995, kien hemm tendenza ta’ tnaqqis fil-qabdiet ta’ ħut fl-UE u li skont il-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2009 dwar ir-riforma tal-PKS (COM(2009) 163), dan it-tnaqqis huwa primarjament dovut għal sajd żejjed u jifforma parti minn ċirku vizzjuż li jinvolvi kapaċità żejda ta’ sajd u rendiment ekonomiku baxx tal-flotot tas-sajd;

5.

Jinsab imħasseb li, mill-aħħar riforma tal-PKS fl-2002, il-qabdiet tal-ħut naqsu b’1 000 000 tunnellata u l-impjiegi fis-settur tas-sajd naqsu minn 421 000 għal 351 000;

6.

Jinnota li, minkejja li m’hemm l-ebda definizzjoni uffiċjali ta’ kapaċità żejda, qabdiet li qed jiċkienu u impjiegi mitlufa kkawżati minn stokkijiet ta’ ħut sfruttati żżejjed juru kapaċità żejda de facto; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi għalhekk il-kapaċità żejda u tikkunsidra aktar miżuri relevanti u b’saħħithom biex jiġu ffaċilitati azzjonijiet biex jibbilanċjaw il-kapaċità tas-sajd mal-opportunitajiet ta’ sajd;

7.

Jemmen li huwa essenzjali li l-Kummissjoni tfassal urġentement abbozz ta’ rapport li jinkludi data dwar il-kapaċità żejda eżistenti fl-Unjoni, imqassma skont l-attività tas-sajd u l-pajjiż;

8.

Jinsab imħasseb, barra minn hekk, li l-limiti massimi tal-kapaċità tal-flotta, bħala miżura li tillimita d-daqs tal-flotta tas-sajd, saru irrilevanti, peress li d-daqs reali tal-flotta huwa ferm iżgħar minn dak permess skont il-limiti u jista’ anke jkun ta’ 200 000 tunnellata aktar, filwaqt li xorta jibqa’ jkun konformi mar-regoli; jenfasizza li, fl-istess ħin, minħabba avvanzi teknoloġiċi, il-kapaċità tas-sajd tal-flotot żdiedet b’medja ta’ 3 % fis-sena matul l-aħħar deċennju;

9.

Jinnota li l-PKS tkejjel il-kapaċità tal-bastimenti f’termini ta’ saħħa (kilowatts) u ta’ daqs (tunnellaġġ gross) u li, madanakollu, dawn il-miżuri ma jqisux il-progress teknoloġiku fil-metodi tas-sajd, u dan jikkomplika l-iffissar ta’ miri xierqa għat-tnaqqis tagħha; jinnota li l-Kummissjoni tixtieq iżżomm dawn il-parametri statiċi sa tmiem l-2015;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-obbligu tal-Istati Membri biex jaġġornaw b’mod korrett ir-reġistru tal-flotot tagħhom, u tistabbilixxi l-obbligu ta’ rappurtaġġ tal-isforzi tagħhom biex jibbilanċjaw il-kapaċità tas-sajd mal-opportunitajiet ta’ sajd;

11.

Jinnota li f’termini ta’ tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd, il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għall-PKS hija msejsa fuq approċċ ġdid ibbażat fuq is-suq (skemi ta’ għoti ta’ drittijiet tas-sajd trasferibbli), peress li l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li dawn l-iskemi għandhom rwol pożittiv fit-tnaqqis tal-kapaċità żejda tas-sajd;

12.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-insuffiċjenzi li jeżistu fir-regolamentazzjoni tat-trattament tad-drittijiet tas-sajd meta bastimenti tas-sajd jiġu skrappjati permezz ta’ għajnuna pubblika, kif ukoll dwar in-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ kriterji ta’ selezzjoni ċari u effettivi għall-bastimenti; iqis li l-iskemi ta’ skrappjar ġew parzjalment implimentati b’mod li ma kienx tajjeb ħafna, b’eżempji ta’ flus li ġejjin mill-kontribwenti li ntużaw għall-iskrappjar ta’ bastimenti diġa’ mhux attivi jew saħansitra ntużaw b’mod indirett għall-bini ta’ bastimenti ġodda; jinnota madanakollu li xi Stati Membri kellhom skemi ta’ skrappjar li laħqu l-għanijiet tagħhom; jenfasizza għalhekk, il-bżonn ta’ salvagwardji stretti meta jintużaw skemi ta’ skrappjar, bħala mezz biex titnaqqas il-kapaċità żejda sabiex jiġi evitat l-abbuż;

13.

Jiddispjaċih li l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd iffinanzjat mill-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) jista’ jżid il-kapaċità ta’ bastimenti individwali biex jaqbdu l-ħut; iqis li n-nota ta’ interpretazzjoni li l-Kummissjoni ppreparat u bagħtet lill-Istati Membri wara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kapaċità tal-bastimenti biex jaqbdu l-ħut li fih il-Qorti tal-Awdituri talbet lill-awtoritajiet nazzjonali jinfurzaw kontrolli aktar stretti qabel ma jiddeċiedu dwar il-finanzjament ta’ proġetti ta’ investiment abbord, hija insuffiċjenti;

14.

Jinnota li, billi l-punt 36 tar-Rapport Speċjali Nru 12/2011 jgħid li sa tmiem 2010, l-implimentazzjoni tal-FES, f’termini ta’ nefqa ċċertifikata mill-Istati Membri ammontat għal EUR 645 miljun, jew 15 % tal-ammont disponibbli mill-2007 sal-2013, il-biċċa l-kbira ta’ dan l-ammont kien iddikjarat fl-2010 u EUR 292 miljun kienu għadhom ma tħallsux mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2010, minħabba l-adozzjoni tardiva min-naħa tal-Kunsill tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (8) u l-kumplessità involuta fl-istabbiliment inizjali tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll min-naħa tal-Istati Membri; jinnota li l-pagamenti interim iċċertifikati li ntbagħtu mill-Istati Membri sal-aħħar ta’ Diċembru 2011 ammontaw għal 28 % (EUR 1 188 miljun) tal-allokazzjoni globali tal-FES u jilqa’ l-fatt li r-ritmu ta’ assorbiment tal-FES issa qiegħed jiżdied;

15.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex

jadattaw il-flotot tas-sajd tagħhom għall-opportunitajiet ta’ sajd eżistenti,

jiżguraw li l-kriterji ta’ għażla għal skemi ta’ dekommissjonament ta’ bastimenti tas-sajd ikunu mfassla sabiex ikollhom impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà ta’ stokkijiet ta’ ħut immirati u jevitaw li jipprovdu għajnuna pubblika għal dekommissjonament ta’ bastimenti tas-sajd inattivi;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi limiti effettivi tal-kapaċità ta’ flotta tas-sajd;

17.

Iqis li riforma tal-PKS hija meħtieġa għar-reġjonalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha u tal-ġestjoni tal-programmi u l-miżuri tagħha;

18.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li:

għandhom jiġu żviluppati azzjonijiet li jnaqqsu b’mod effettiv il-kapaċità żejda tal-flotta tas-sajd u jiddefinixxu u jkejlu aħjar il-kapaċità tas-sajd u l-kapaċità żejda tas-sajd filwaqt li ma jinjorawx il-fatt li l-impjiegi li fadal fis-settur tas-sajd għandhom jinżammu;

l-iskema ta’ għajnuna għall-immodernizzar tal-bastimenti għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid u r-rwol tal-iskemi għat-trasferiment tad-drittijiet tas-sajd għandu jiġi ċċarat;

għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari ta’ selezzjoni għall-iskemi ta’ dekommissjonament ta’ bastimenti tas-sajd;

l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-FES fil-ħin u kwalunkwe investimenti abbord iffinanzjati pubblikament ma għandhomx iwasslu għal żieda fil-kapaċità tas-sajd;

ir-reġistru tal-flotta għandu jiġi aġġornat b’mod korrett, u r-rapporti tal-Istati Membri għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa u jkunu ta’ kwalità xierqa;

19.

Iqis, barra minn hekk, li fid-dawl tal-kritika tal-Qorti tal-Awdituri, huwa evidenti li l-FES u l-PKS attwalment jirrappreżentaw użu ineffettiv tar-riżorsi komuni tagħna, u għalhekk jilqa’ l-fatt li l-iskema se tiġi rieżaminata kollha kemm hi fil-ġejjieni qrib; jenfasizza l-importanza, waqt ir-ristrutturar ta’ dawn l-iskemi, li jiġu enfasizzati dawk l-oqsma tal-politika tas-sajd li jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell tal-UE, bħalma huma l-aspetti ambjentali, aktar milli diversi tipi ta’ skemi ta’ sussidju mhux effettivi;

Parti II   Rapport Speċjali Nru 13/2011 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Il-kontroll tal-proċedura doganali 42 jimpedixxi u jsib l-evażjoni tal-VAT?”

20.

Jilqa’ r-Rapport Speċjali Nru 13/2011 tal-Qorti tal-Awdituri;

21.

Ifakkar li l-ġbir xieraq tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jolqot b’mod dirett kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri kif ukoll il-baġit tal-UE, minħabba li l-frodi fiskali, b’mod partikolari l-frodi tal-VAT, iwasslu għal telf eżorbitanti għall-baġit tal-Unjoni u għall-ekonomiji tal-Istati Membri, bil-konsegwenza li jaggravaw il-kriżi tad-dejn; jinnota li l-istimi tal-frodi tal-VAT jammontaw għal figuri annwali ta’ madwar EUR 1 400 biljun;

22.

Jemmen li, partikolarment fil-klima ekonomika attwali, l-enfasi għandha titqiegħed fuq sistemi ta’ ġbir tad-dħul aktar effiċjenti u ġusti; jenfasizza li t-titjib ta’ tali sistemi għandu jkun il-prijorità assoluta għall-Unjoni u għall-Istati Membri kollha, b’mod partikolari għal dawk li qed jiffaċċjaw l-akbar diffikultajiet ekonomiċi;

23.

Ifakkar li skont studju mwettaq f’isem il-Kummissjoni, il-medja stmata tad-distakk tal-VAT fl-Unjoni hija ta’ 12 %; jiġbed attenzjoni speċjali lejn il-fatt li dan id-distakk tal-VAT kien fil-livell allarmanti ta’ 30 % u 22 % fil-Greċja u l-Italja rispettivament, l-Istati Membri li qed jesperjenzaw l-aktar kriżi tad-dejn diffiċli;

24.

Jenfasizza li, minbarra l-evitar tat-taxxa u t-telf minħabba insolvenzi, id-distakk tal-VAT huwa attribwibbli wkoll għall-frodi, regoli mhux trasparenti, sistemi ta’ kontroll inkoerenti u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni jew l-implimentazzjoni parzjali tal-liġi tal-Unjoni fl-Istati Membri, u li t-telf tal-VAT, li jammonta għal biljuni ta’ euro, huwa fil-biċċa l-kbira kkumpensat permezz ta’ miżuri ta’ awsterità li jolqtu liċ-ċittadini tal-Unjoni, u jitħallas minn dawk iċ-ċittadini li d-dħul tagħhom huwa ddokumentat tajjeb u huwa traċċabbli;

25.

Jinsab ferm imħasseb dwar is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari għall-fatt li l-applikazzjoni tal-proċedura doganali 42 (9) weħidha rrappreżentat telf estrapolat ta’ madwar EUR 2 200 miljun fis-seba’ Stati Membri awditjati mill-Qorti tal-Awdituri fl-2009, li jirrappreżenta 29 % tal-VAT teoretikament applikabbli fuq l-ammont taxxabbli tal-importazzjonijiet kollha li saru skont il-proċedura doganali 42 fl-2009 f’dawk l-Istati Membri;

26.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-qafas regolatorju tal-Unjoni ma jiżgurax il-ġestjoni uniformi u soda ta’ din l-eżenzjoni tal-VAT mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u li l-qafas regolatorju ma jiżgurax li l-informazzjoni li tikkonċerna dawn l-operazzjonijiet issir dejjem disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, b’tali mod li s-sistema tibqa’ vulnerabbli għal abbuż mill-kriminalità organizzata u minn persuni individwali li jwettqu l-frodi, b’mod li jinħolqu żvantaġġi enormi ta’ kompetizzjoni għall-kummerċjanti bona fide;

27.

Jiġbed l-attenzjoni lejn is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri li sarilhom awditu ma jiżgurawx il-validità u l-kompletezza tad-data u l-issodisfar ta’ kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni oħrajn;

28.

Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet nuqqasijiet serji fil-kontroll tal-proċeduri doganali semplifikati, li jammontaw għal 70 % tal-proċeduri doganali kollha, b’mod partikolari, awditjar ta’ kwalità ħażina jew awditjar ddokumentat b’mod ħażin u tekniki awtomatizzati tal-ipproċessar tad-data għat-twettiq ta’ kontrolli matul l-ipproċessar ta’ proċeduri simplifikati, li huma ta’ ftit użu; jinnota li dawk in-nuqqasijiet wasslu għal telf mhux ġustifikat fil-baġit tal-Unjoni u li t-tħaddim korrett tad-dwana għandu impatt dirett fuq il-kalkolu tal-VAT; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx miżuri xierqa biex tirrimedja dan matul l-aħħar 10 snin iżda kienet qed tistaħba wara r-regoli li kienu jidhru li huma pjuttost xierqa fuq il-karta;

29.

Jinnota b’dispjaċir il-fatt li sa mill-introduzzjoni tiegħu, il-mudell tal-ġbir tal-VAT baqa’ ma nbidilx; jemmen li dan għadda żmienu, minħabba l-ħafna tibdiliet li seħħew fl-ambjent teknoloġiku u ekonomiku;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimmonitorjaw u jwieġbu b’mod effettiv għal xejriet kemm eżistenti kif ukoll ġodda fil-frodi, u jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sa Settembru 2013 dwar liema miżuri temporanji u permanenti ttieħdu abbażi tal-proċedura doganali 42, mhux biss mill-Unjoni, iżda wkoll fil-livell nazzjonali u x’kien l-effett tagħhom fuq in-numru ta’ każijiet ta’ frodi; jieħu nota tal-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-VAT – Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti (COM(2010) 695), u jitlob biex isiru proposti konkreti rigward ir-riforma tal-VAT;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jissimplifikaw il-liġi tagħhom dwar il-VAT, tintroduċi forma standard għan-notifika tal-implimentazzjoni tal-VAT lill-awtoritajiet fiskali u tistabbilixxi ġestjoni uniformi u xierqa ta’ każijiet ta’ eżenzjoni mill-VAT mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u tiżgura disponibilità akbar ta’ dawk it-testi leġiżlattivi tradotti għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż bħala rekwiżit minimu;

32.

Jiddeplora l-posponiment tad-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Doganali Modernizzat (MMC) kif ipprovdut fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2012) 64), u jqis id-data l-ġdida proposta tal-31 ta’ Diċembru 2020 bħala waħda inaċċettabbli; ifakkar li r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (10) ipprovda li l-KDM jidħol fis-seħħ sal-24 ta’ Ġunju 2013, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iħaffu l-proċess ta’ preparazzjoni;

33.

Jissuġġerixxi b’mod qawwi lill-Istati Membri kollha biex jieħdu sehem fil-Qasam ta’ Ħidma 3 tal-Eurofisc dwar operazzjonijiet frodulenti bl-użu tal-proċedura tad-dwana 4200;

34.

Jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni u ma’ operazzjonijiet oħra transkonfinali (COM(2008) 805), li għandha l-għan li tintroduċi r-responsabilità konġunta ta’ operazzjonijiet fi ħdan l-Unjoni, fejn l-importaturi jinżammu responsabbli in solidum f’każijiet meta t-telf tal-VAT ikun irriżulta minn rappurtaġġ falz, rappurtaġġ li jkun sar tard jew rappurtaġġ mhux komplut tal-operazzjoni lill-awtorità tal-VAT, u jkunu soġġetti għal penali xierqa;

35.

Jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni aktar intensiva u rapida bejn l-Istati Membri, monitoraġġ aħjar tal-iskambji ta’ informazzjoni u kuntatti aktar diretti bejn l-uffiċċji tat-taxxa u tad-dwana lokali, inkluż permezz ta’ Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-VAT (VIES), sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri jipprovdu biżżejjed għajnuna lil xulxin;

36.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri jagħtu lill-awtoritajiet doganali tagħhom aċċess onlajn għan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT li jinsabu fil-VIES mingħajr aktar dewmien, biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jivverifikaw in-numri tal-VAT miġbura fid-dikjarazzjonijiet doganali; jitlob li l-Kummissjoni żżomm lill-kumitati kompetenti tal-Parlament u lill-Qorti tal-Awdituri infurmati fuq bażi ta’ kull xahar dwar l-iżviluppi fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi fil-kuntest tal-proċedura doganali 42;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni toħloq sistema li tgħaqqad l-għajnuna fil-qasam doganali u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT biex ikunu żgurati flussi effettivi ta’ informazzjoni, sabiex l-awtoritajiet relevanti f’qasam wieħed ikunu regolarment infurmati dwar kwalunkwe azzjoni fil-qasam l-ieħor; iqis li dan iwassal biex il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-impożizzjoni tal-VAT fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni jkunu aktar effettivi u rapidi;

38.

Jenfasizza r-rwol tal-gvern elettroniku li jżid it-trasparenza u li jiġġieled kontra l-frodi u l-korruzzjoni, biex b’hekk ikunu ssalvagwardjati l-fondi pubbliċi; jenfasizza li l-Unjoni għadha lura meta mqabbla mal-imsieħba industrijali tagħha, fost l-oħrajn minħabba nuqqas ta’ interoperabilità tas-sistemi (11); jenfasizza li l-Unjoni għandha żżid l-isforzi tagħha biex tilħaq ġenerazzjoni ġdida ta’ gvern elettroniku;

39.

Jinnota li operazzjonijiet dokumentati, elettroniċi u mhux fi flus kontanti jagħmlu l-parteċipazzjoni fl-ekonomija sewda aktar diffiċli, u li jidher li hemm korrelazzjoni qawwija bejn il-proporzjon ta’ pagamenti elettroniċi f’pajjiż u l-ekonomija sewda tiegħu (12); jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex ibaxxu l-limiti stabbiliti tagħhom għal pagamenti obbligatorji mhux fi flus kontanti;

40.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari:

ir-rakkomandazzjoni biex jiġu emendati d-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali, bl-implimentazzjoni ta’ komunikazzjoni obbligatorja tan-numri relevanti tal-ID tal-VAT,

ir-rakkomandazzjoni biex tiġi emendata d-Direttiva tal-VAT sabiex l-importaturi jinżammu responsabbli in solidum għat-telf tal-VAT,

ir-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattiva,

ir-rakkomandazzjoni biex tiġi pprovduta l-verifika awtomatika tan-numri tal-ID tal-VAT u l-ħolqien ta’ profil ta’ riskju tal-UE skont il-proċedura doganali 42,

ir-rakkomandazzjoni biex tiġi emendata d-Direttiva tal-VAT li tippermetti r-rikonċiljazzjoni bejn id-data tad-dwana u dik tat-taxxa,

ir-rakkomandazzjoni biex jiġi previst skambju ta’ informazzjoni li huwa meħtieġ għall-impożizzjoni korretta tal-VAT,

ir-rakkomandazzjoni biex jiġi stabbilit skambju dirett u awtomatiku ta’ data dwar operazzjonijiet suxxettibbli għal riskji skont il-proċedura doganali 42;

jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta fuq bażi ta’ 6 xhur dwar kif u meta se timplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Parti III   Rapport Speċjali Nru 14/2011 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “L-Assistenza tal-UE tejbet il-kapaċità tal-Kroazja fir-rigward tal-ġestjoni tal-finanzjament wara l-adeżjoni?”

41.

Jilqa’ r-Rapport Speċjali Nru 14/2011 tal-Qorti tal-Awdituri, u jħaddan il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari s-sejbiet tagħha li “b’mod ġenerali, l-assistenza tal-UE għal qabel l-adeżjoni, mogħtija lill-Kroazja, qiegħda tkun ta’ kontribut sinifikanti biex il-Kroazja timxi ‘l quddiem fil-bini tal-kapaċità amministrattiva tagħha għall-ġestjoni ta’ iktar finanzjament mill-UE għal wara l-adeżjoni”; jilqa’ r-rwol sinifikanti u pożittiv tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni sabiex tħejji lill-awtoritajiet Kroati għall-ġestjoni tal-politiki ta’ koeżjoni u dawk rurali fil-perjodu ta’ wara l-adeżjoni;

42.

Jiddispjaċih li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ma jinkludix biżżejjed informazzjoni dwar il-livelli ta’ żball jew ta’ frodi kif ukoll dwar is-segwitu, inkluż dak ġudizzjarju jekk ikun meħtieġ, kif ukoll dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni;

43.

Jenfasizza, madankollu, li l-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li “l-assistenza kisbet biss suċċess parzjali s’issa fil-kisba tal-objettivi tagħha, u żieda ulterjuri fil-progress fil-bini tal-kapaċità għandha tiġi appoġġjata f’numru ta’ oqsma ewlenin kemm qabel kif ukoll wara l-adeżjoni”; jieħu nota tas-sejbiet tal-Qorti li “fil-maġġoranza tal-oqsma li jirrigwardaw l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, il-Kummissjoni għadha ma sabitx lill-Kroazja kapaċi biżżejjed biex tkun tista’ tawtorizzaha timplimenta l-assistenza mingħajr kontrolli ex ante min-naħa tal-Kummissjoni” u li “minkejja l-progress riċenti li nkiseb, il-kapaċità tal-akkwist u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma żewġ oqsma fejn hemm bżonn partikolari li jissaħħaħ l-appoġġ għall-awtoritajiet Kroati”;

44.

Jesprimi t-tħassib tiegħu, fid-dawl ta’ ċerti każijiet ta’ nuqqas ta’ preparazzjoni tal-amministrazzjonijiet u tal-istituzzjonijiet, u tat-tranżizzjoni mill-finanzjamenti tal-adeżjoni għal dawk permezz tal-fondi strutturali fl-adeżjonijiet preċedenti mal-UE, dwar kif jistgħu jkunu evitati riskji simili għall-Kroazja;

45.

Huma mħasseb dwar il-fatt li, barra mill-attenzjoni partikolari li l-Qorti tal-Awdituri ddedikat lill-allinjament tal-leġiżlazzjoni, se jkun meħtieġ monitoraġġ kontinwu u jeħtieġ li jibdew jitħaddmu miżuri bil-għan li jittrattaw:

il-livelli inadegwati ta’ assorbiment għal numru ta’ programmi reċenti;

l-adegwatezza tal-awditjar estern u tal-kapaċità tal-kontroll intern;

l-istabilità tal-proċeduri fil-programmi ta’ finanzjament;

il-kwistjonijiet marbuta mat-trasparenza u l-bżonn ta’ titjib tas-sensibilizzazzjoni tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali;

il-kwistjonijiet ta’ effiċjenza, effikaċja u ekonomija fl-użu tal-fondi, permezz tal-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

46.

Iħaddan ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, u b’mod partikolari jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Kroati jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex iżidu l-prijorità mogħtija lill-bini tal-kapaċità ta’ akkwist bl-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol u lil hinn minnu, jieħdu passi ikbar biex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-bini tal-kapaċità fil-livell reġjonali u lokali, u jiżviluppaw aktar l-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-proġetti, kif ukoll jibnu portafoll ta’ proġetti maturi li jkunu jistgħu jassorbu bis-sħiħ iż-żieda tal-fondi ta’ wara l-adeżjoni disponibbli, u anki jieħdu azzjoni fir-rigward ta’ programmi ta’ żvilupp rurali, u jsaħħu l-miżuri kontra l-korruzzjoni;

47.

Iħaddan ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri lill-Kummissjoni biex tqis it-tagħlimiet li nsiltu mill-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni lill-Kroazja fl-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tagħha għal pajjiżi oħra fejn applikabbli;

48.

Jilqa’ l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2012 fir-rapport ta’ Monitoraġġ tagħha dwar it-tħejjijiet għall-adeżjoni tal-Kroazja li jistqarr li “B’mod ġenerali, it-tħejjijiet tal-Kroazja għall-adeżjoni mal-UE jinsabu fi stadju tajjeb. Il-Kroazja laħqet livell konsiderevoli ta’ konverġenza mal-acquis. Minn meta nħareġ ir-rapport ta’ progress tal-2011 u l-aħħar aġġornament tat-tabelli ta’ monitoraġġ tal-ħarifa tal-2011 inkiseb progress ulterjuri. Madanakollu, il-Kummissjoni identifikat għadd limitat ta’ kwistjonijiet li jeħtieġu aktar sforzi” (13);

49.

Jieħu nota li għadd ta’ kwistjonijiet pendenti għadhom iridu jiġu indirizzati f’bosta mill-kapitoli tal-acquis; b’mod partikolari, għandha tingħata attenzjoni lill-allinjament leġiżlattiv fil-leġiżlazzjoni sekondarja rigward l-akkwist pubbliku, speċjalment fil-qasam tal-akkwist tad-difiża, u anki lill-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni l-ġdida adottata, speċjalment fil-livell lokali, anki minħabba l-immaniġġjar futur tal-Fondi Strutturali;

50.

Jieħu nota wkoll li huma meħtieġa sforzi kontinwi fil-qasam tal-kontroll finanzjarju sabiex titjieb il-funzjonalità ġenerali tal-kontroll intern tal-finanzi pubbliċi u tal-awditjar estern fil-livell ċentrali u lokali, kif ukoll fil-qasam tad-dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji, fejn huwa meħtieġ li jitkompla l-bini tal-kapaċità li tikkoordina s-sistema ġenerali tar-riżorsi proprji b’mod effiċjenti wara l-adeżjoni, u tkun intensifikata l-modernizzazzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll doganali li tiffoka aktar fuq kontrolli wara r-rilaxx;

51.

Jisħaq li f’xi oqsma hi meħtieġa żieda fl-isforzi, b’mod partikolari fl-agrikoltura u fl-iżvilupp rurali, fejn għandha tingħata attenzjoni biex jiżdied l-allinjament leġiżlattiv u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fl-oqsma tal-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali;

52.

Jesprimi t-tħassib tiegħu minħabba l-assorbiment skars tal-finanzjamenti Sapard u IPARD - partikolarment xi setturi ma kinux rappreżentati biżżejjed fl-implimentazzjoni tal-Miżura 1 (Investiment fl-azjendi agrikoli), speċjalment fis-settur tal-ħalib, is-settur tas-serer u s-settur tal-frott u l-ħaxix; iqis li dan jindika dgħufijiet serji fil-kapaċità u fl-istat ta’ preparazzjoni ta’ tali setturi biex jassorbu l-fondi futuri tal-UE;

53.

Jinnota d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni; jilqa’ l-progress li sar fl-indirizzar tal-kwistjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Kroati biex ikomplu jtejbu l-ħeffa tal-implimentazzjoni tal-assistenza, speċjalment billi jsaħħu l-bini tal-kapaċità; jenfasizza li l-bini tal-kapaċità fil-qafas tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għandu jkun immirat lejn l-istituzzjonijiet ċentrali kif ukoll lejn l-istrutturi reġjonali u lokali; jinsab imħasseb li fil-każ tal-Kroazja, attenzjoni insuffiċjenti għal dan l-aspett aħħari tista’ twassal sabiex ma jkollhomx kapaċità u esperjenza amministrattiva adegwati għall-implimentazzjoni tal-assistenza tal-Unjoni;

54.

Itenni li l-għan tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni huwa, fost l-oħrajn, li jirrinforza l-kapaċità tal-istati kandidati li jassorbu l-fondi tal-UE futuri b’mod effiċjenti u trasparenti; jilqa’ għaldaqstant, l-aproċċi l-ġodda li ntużaw mill-Kummissjoni fl-ippjanar ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-Kroazja, bħall-irbit ta’ proġetti speċifiċi għall-bini tal-kapaċità ma’ negozjati dwar l-adeżjoni, li jippermettu programmi operattivi pluriennali;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid kemm jista’ jkun il-potenzjal għat-tagħlim istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità fl-istati kandidati u dawk li potenzjalment jistgħu jkunu pajjiżi kandidati, b’mod partikolari permezz tal-allinjament ulterjuri tal-proċeduri ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni ma’ dawk użati taħt il-Fond Strutturali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

56.

Jieħu nota wkoll li, fir-rigward tal-politika reġjonali u l-koordinament tal-istrumenti strutturali, jeħtieġ li jiġu ffukati sforzi kostanti u addizzjonali fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet biex tiżdied il-kapaċità amministrattiva għall-fini tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni futura u l-ħolqien ta’ riżerva ta’ proġetti maturi;

57.

Jistieden lill-awtoritajiet Kroati jieħdu miżuri biex jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet imsemmija hawn fuq, u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress tal-Kroazja fl-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet u kwistjonijiet pendenti oħra;

58.

Ifaħħar il-progress li sar min-naħa tal-Kroazja fir-rigward tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tagħha u l-konsolidament tal-ġestjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni;

59.

Jilqa’ t-twaqqif tal-Ministeru Kroat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE f’Diċembru 2011 u l-fatt li l-Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fondi tal-UE ġie maħtur ukoll biex iservi bħala Deputat Prim Ministru, li juri l-impenn tal-gvern il-ġdid fi kwistjonijiet ta’ żvilupp reġjonali u użu tal-fondi tal-Unjoni;

60.

Jieħu nota li l-Kroazja għamlet sforz konsiderevoli fl-istabbiliment ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u sistema ta’ kontroll, li għandha tirriżulta fir-rinunzja mistennija tal-kontrolli ex ante fit-tieni nofs tal-2012; jenfasizza mandankollu, li tinħtieġ aktar azzjoni msaħħa fid-dawl tal-fatt li fil-maġġorparti tal-oqsma, il-Kummissjoni għadha ma awtorizzatx lill-Kroazja sabiex timplimenta l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni mingħajr kontrolli ex ante;

61.

Jilqa’ l-fatt li minn Jannar 2012, l-Att il-ġdid dwar l-Akkwist Pubbliku daħal fis-seħħ, li jiżgura żieda fit-trasparenza, u li s-sena 2011 rat it-twettiq tal-proġett IPA ta’ ġemellaġġ qasir (Twinning light) tal-2008 bl-isem “Tisħiħ tal-Kapaċitajiet biex ikunu Rimedjati Irregolaritajiet fil-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku”, li inkluda inter alia sforzi fir-rigward taż-żieda tal-għarfien;

62.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Kroati biex l-akkumulazzjoni ta’ kapaċitajiet qawwija fil-qasam tal-akkwist pubbliku tingħata prijorità; jenfasizza f’dan il-kuntest li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha rwol ċentrali fil-proċess ta’ adeżjoni kollu kemm hu, u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-korruzzjoni se jimpedixxi l-assorbiment futur tal-assistenza tal-Unjoni;

Parti IV   Rapport Speċjali Nru 16/2011 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Għajnuna finanzjarja tal-UE għad-diżattivazzjoni ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja: Kisbiet u Sfidi Futuri”

63.

Jenfasizza li d-diżattivazzjoni se tkun kwistjoni dejjem aktar importanti fis-snin li ġejjin peress li terz tal-133 reattur nukleari li joperaw f’14-il Stat Membru għandhom jingħalqu sal-2025 (14);

64.

Jistieden lill-Kumitat għall-Baġits tiegħu u lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jqisu l-konklużjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fin-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid (2014-2020);

Il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri

65.

Jenfasizza li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri jistgħu jingħataw fil-qosor kif ġej:

“(a)

B’riżultat ta’ qafas ta’ politika relattivament laxk, il-programmi ma jibbenefikawx minn valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet, prijoritizzazzjoni, l-iffissar ta’ għanijiet u riżultati speċifiċi li għandhom jintlaħqu. Ir-responsabbiltajiet huma mxerrdin, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-monitoraġġ u l-ilħuq tal-objettivi tal-programmi fit-totalità tagħhom. Is-superviżjoni mill-Kummissjoni tiffoka fuq l-eżekuzzjoni baġitarja u l-implimentazzjoni tal-proġetti.

(b)

M’hemmx valutazzjoni komprensiva li tirrigwarda l-progress tal-proċess tad-diżattivazzjoni u tal-mitigazzjoni. Ġie nnutat li kien hemm dewmien u spejjeż żejda fil-proġetti ta’ infrastruttura prinċipali.

(c)

Għalkemm ir-reatturi ngħalqu bejn l-2002 u l-2009, il-programmi għadhom ma wasslux għat-tibdiliet organizzattivi meħtieġa biex jippermettu lill-operaturi jinbidlu f’organizzazzjonijiet effettivi għad-diżattivazzjoni.

(d)

Ir-riżorsi finanzjarji disponibbli bħalissa (inkluża kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE li tammonta għal EUR 2,85 biljun sal-2013) mhumiex se jkunu suffiċjenti, u n-nuqqas ta’ finanzjament huwa sinifikanti (madwar EUR 2,5 biljun).” (15);

66.

Jinnota barra minn hekk, li l-iskema ta’ finanzjament imressqa mill-Kummissjoni ma kinitx suġġetta għal valutazzjoni ex ante komprensiva;

Konklużjonijiet tal-Parlament

67.

Jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni deskritta fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tirreferi għall-perjodu sal-aħħar tal-2010 u li sussegwentament, il-Kummissjoni ħadet numru ta’ inizjattivi;

68.

Jinnota li l-objettiv globali tal-Unjoni fil-qasam nukleari huwa li timmassimizza s-sikurezza nukleari;

69.

Jinnota l-fehma tal-Kummissjoni li daħħlet qafas proċedurali li jistabbilixxi objettivi speċifiċi, jiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet u jiddefinixxi b’mod ċar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u ta’ superviżjoni (16);

70.

Jinnota r-risposta tal-Kummissjoni li tispjega li l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kienet parti mill-valutazzjoni tal-impatt (SEC(2011)1387) imwettqa fl-2011; il-valutazzjoni tal-impatt kopriet il-progress li sar s’issa, l-isfidi li fadal u ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni tal-finanzjament;

71.

Ifakkar li t-Trattati ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u s-Slovakkja jistabbilixxu l-limiti għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-2009 u l-2006 rispettivament;

72.

Jilqa’ l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni Ewropea, għall-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja (COM(2011) 783) li tibbaża ruħha fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati, mal-Istati Membri kkonċernati - il-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja - u gruppi ta’ esperti fid-diżattivazzjoni; jilqa’ l-fatt li l-konklużjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ April 2011 (17) u l-konklużjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-awditu tal-prestazzjoni tad-diżattivazzjoni tal-2011 tal-Qorti tal-Awdituri ntużaw bħala kontribuzzjoni;

73.

Josserva li l-esperti talbu pjan ta’ diżattivazzjoni sod u komplet bħala l-bażi għall-implimentazzjoni ta’ aktar appoġġ mill-Unjoni, inklużi estimi sħaħ tal-ispejjeż sad-data tat-tlestija tad-diżattivazzjoni; iqis li għandha tingħata indikazzjoni ċara tal-kofinanzjament nazzjonali u l-mod kif se jinkiseb dan il-finanzjament nazzjonali fit-tul taż-żmien;

74.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-objettivi intermedjarji prinċipali, kif definiti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq (18), kienu appoġġati b’mod ċar mill-partijiet interessati, kif kien l-iffukar tal-appoġġ tal-Unjoni fuq l-ilħuq ta’ objettivi intermedjarji konkreti bl-ogħla valur miżjud tal-Unjoni; jinnota li l-proċeduri ta’ konformità u l-monitoraġġ mill-qrib tal-ispejjeż għandhom jiġu kkunsidrati mil-bidu nett;

75.

Itenni u jenfasizza l-impenji reċiproċi meħuda mill-Unjoni u l-Bulgarija, is-Slovakkja u l-Litwanja fir-rigward tad-diżattivazzjoni, rispettivament, ta’erba’ unitajiet tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Kozloduy, l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-Impjant Nukleari Bohunice V1 u l-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Ignalina;

76.

Jiddeplora l-fatt li, fil-każ tal-impjant nukleari ta’ Ignalina, proġetti rilevanti ħafna bħal B1 u B234 iffaċċjaw dewmien serju minħabba tilwim tekniku u kummerċjali, li ħoloq dannu ekonomiku estensiv kif ukoll nuqqas ta’ kontinwità fil-proċess ta’ diżattivazzjoni;

77.

Jemmen li l-pjan direzzjonali, b’soluzzjonijiet tekniċi li kien hemm qbil dwarhom, deċiż f’Lulju 2012 mill-impjant nukleari ta’ Ignalina u minn NUKEM/GNS, jikkostitwixxi pass importanti ‘l quddiem sabiex tingħeleb is-sitwazzjoni ta’ imblokk relatata mal-faċilità ta’ ħażna provviżorja ta’ fjuwil użat B1;

78.

Jiddeplora l-fatt li r-rapport dettaljat tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali, mistenni fil-5 ta’ Ottubru 2012, ma ssodisfax l-iskadenza;

79.

Jilqa’ l-progress miksub dwar xi wħud mill-kwistjonijiet koperti mill-pjan direzzjonali, bħall-validazzjoni tal-kontenituri u l-miżuri ta’ titjib relatati mal-krejns;

80.

Għadu mħasseb, madankollu, li kwistjonijiet pendenti bħall-problema tal-ammortizzaturi u t-trattament tat-tnixxija u tal-fjuwil li m’għadux tajjeb għadu ma kienx hemm qbil dwarhom, u għalhekk jostakolaw l-implimentazzjoni rapida tal-pjan direzzjonali msemmi hawn fuq;

81.

Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet involuti jikkonkludu ftehim rapidu u f’ħin utli dwar il-kwistjonijiet kollha li għadhom pendenti;

82.

Jappoġġa l-konklużjonijiet tal-missjoni għall-ġbir tal-fatti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fil-Litwanja bejn l-10 u t-12 ta’ Lulju 2012 u f’dan ir-rigward jemmen li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi sospiża sakemm jintlaħaq ftehim fil-każ tal-proġetti B1 u B234;

83.

Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-allokazzjoni ta’ EUR 230 miljun oħra għall-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina għall-perjodu 2014 sa 2017; itenni li l-flus għandhom ikunu allokati biss jekk il-kundizzjonalitajiet ex ante stipulati fil-proposta msemmija hawn fuq għal regolament tal-Kunsill ikunu ġew issodisfati; jemmen li l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi konkluża wara dik id-data;

84.

Jinsisti li l-attività tad-diżattivazzjoni għandha tkun ippjanata b’mod sikur u effiċjenti li jippermetti rilaxx rapidu tal-liċenzja tad-diżattivazzjoni, skont l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fil-pjanijiet rispettivi ta’ diżattivazzjoni;

85.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament stima tal-finanzjament meħtieġ għad-diżattivazzjoni irriversibbli u totali tat-tliet impjanti tal-enerġija nukleari;

86.

Ifakkar li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji nukleari biss jistgħu joħorġu liċenzji għad-diżattivazzjoni lil persuni legali f’konformità stretta mal-leġiżlazzjoni nazzjonali korrispondenti;

87.

Jistieden lill-Gvern tal-Litwanja jistabbilixxi tim indipendenti ta’ ġestjoni tal-proġett għall-proġetti B1 u B234; josserva li ġestjoni indipendenti ta’ proġetti implimentati mill-impjant nukleari ta’ Ignalina għandha wkoll tiġi stabbilita, kif propost mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar Litwan;

88.

Jitlob li tiġi stabbilita skadenza ċara u inekwivoka għall-ksib tal-liċenzji tad-diżattivazzjoni, jekk dan għadu ma sarx;

89.

Jinnota bi tħassib li hemm dewmien fil-kostruzzjoni u fl-ikkompletar tal-faċilitajiet provviżorji biex jinħażen il-fjuwil użat, u sakemm ikunu disponibbli dawn il-faċilitajiet, ma jistgħux jitneħħew il-vireg tal-fjuwil nukleari; josserva li fir-rigward tal-impjant nukleari ta’ Ignalina, it-tneħħija u l-ħażna provviżorja f’kundizzjoni ta’ sikurezza ta’ vireg nukleari mill-Unità 2 għandhom ikunu prijorità;

90.

Jitlob li n-nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni tat-trattati, l-aġġudikazzjoni tal-kuntratti u t-tilwim tekniku u kummerċjali kontinwu bejn l-impjant nukleari ta’ Ignalina u l-kuntrattur ewlieni għaż-żewġ proġetti jiġi sottomess għal proċedura ta’ arbitraġġ; jinnota li kwalunkwe għajnuna finanzjarja addizzjonali mill-Unjoni għandha tkun sospiża sakemm tkun solvuta t-tilwima; jistieden lill-Kummissjoni tirraporta lill-Parlament fuq bażi annwali dwar is-sitwazzjoni;

91.

Huwa mħasseb serjament li l-Qorti tal-Awdituri stmat in-nuqqas finanzjarju għat-tlestija tal-proġetti ta’ diżattivazzjoni fil-livell ta’ EUR 2 500 miljun; b’hekk jinħoloq nuqqas konsiderevoli fil-finanzjament;

92.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-gvernijiet tal-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja u timmassimizza l-progress fid-diżattivazzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari billi tqiegħed għad-dispożizzjoni biżżejjed finanzjament sal-2017 jew, fejn xieraq, sal-2020; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tistabbilixxi miri ta’ implimentazzjoni ambizzjużi u timmonitorja l-progress fil-ksib ta’ dawk il-miri; huwa tal-fehma li għandhom jiġu applikati pieni fil-każ ta’ nuqqas li jintlaħqu dawk il-miri; jitlob li jiġi ppreżentat rapport annwali dwar il-progress lill-Parlament;

93.

Jinnota li minn meta bdiet id-diżattivazzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari fil-Litwanja, fis-Slovakkja u fil-Bulgarija, ir-responsabbiltà u l-obbligi tal-Istati Membri parteċipanti fil-proċess ta’ diżattivazzjoni ma ġiex definit b’mod ċar; jinnota li l-piż li ġej mir-responsabbiltà għall-proċess kollu kemm hu tad-diżattivazzjoni li jagħlqu l-impjanti tal-enerġija nukleari tagħhom kien sproporzjonat għall-Istati Membri;

94.

Jilqa’ l-fatt li l-proposta msemmija hawn fuq għal regolament tal-Kunsill (COM(2011) 783) mhux biss tistabbilixxi objettivi ġenerali iżda tistabbilixxi wkoll objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jintlaħqu, rilevanti u bi skeda ta’ żmien għat-tliet Stati Membri; jinnota li se jiġu definiti objettivi u indikaturi oħra tal-prestazzjoni fil-livell tal-proġetti, fil-miżuri ta’ implimentazzjoni u fil-programmi annwali ta’ ħidma;

95.

Huwa tal-fehma li fil-proposta għal regolament tal-Kunsill, il-bażi legali għall-għoti ta’ finanzjament addizzjonali għall-programm Ignalina għandu jkun il-Protokoll Nru 4 tal-Att ta’ Adeżjoni u mhux l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

96.

Jilqa’ l-fatt li, mhux iktar tard mill-aħħar tal-2015, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ valutazzjoni dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-miżuri kollha, fil-livell ta’ riżultati u impatti, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni tagħhom, bil-ħsieb ta’ deċiżjoni li temenda jew tissospendi l-miżuri; jitlob lill-Kummissjoni tagħtih kopja tar-rapport ta’ valutazzjoni;

97.

Jistieden lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) iqiegħed ir-rapporti tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti fil-Bulgarija, fil-Litwanja u fis-Slovakkja għad-dispożizzjoni tal-Parlament;

98.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jivvalutaw il-valur miżjud tal-kooperazzjoni mal-BERŻ, u l-kapaċità tiegħu li jagħmilha ta’ amministratur tal-fondi, meta jitqies li l-Unjoni tipprovdi 96 % tal-finanzjament;

99.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport dwar il-proċessi ta’ diżattivazzjoni f’dawk it-tliet pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni tfassal ukoll rapport dwar id-diżattivazzjoni tal-impjant tal-enerġija nukleari fi Greifswald, bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-aħjar prattika teknika u organizzattiva, u b’hekk tinħoloq bażi ta’ referenza għal proġetti futuri ta’ diżattivazzjoni;

Parti V   Rapport Speċjali Nru 1/2012 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “L-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għas-sigurtà alimentari fl-Afrika sub-Saħarjana”

100.

Jilqa’ r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri u l-konklużjoni ġenerali tagħha li l-għajnuna għall-iżvilupp mogħtija mill-Unjoni għas-sigurtà alimentari fl-Afrika sub-Saħarjana hija fil-biċċa l-kbira effikaċi u tagħti kontribut importanti għall-ksib tas-sigurtà alimentari fil-pajjiżi sħab li għad ma għandhomx settur agrikolu sostenibbli u sikur; josserva madankollu, li skont il-Qorti tal-Awdituri, għad hemm lok għal titjib sinifikanti f’għadd ta’ oqsma;

101.

Jieħu nota, b’sodisfazzjoni, tal-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li, fejn is-sigurtà alimentari hija parti mill-istrateġija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), l-għajnuna għall-iżvilupp mogħtija mill-Unjoni hija rilevanti immens għall-bżonnijiet u l-prijoritajiet tal-Afrika sub-Saħarjana, u li l-Kummissjoni ffokat l-għajnuna għall-iżvilupp mogħtija mill-Unjoni fuq il-pajjiżi bl-aktar numru għoli ta’ persuni li jsofru mill-malnutrizzjoni;

102.

Jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li hemm bżonn tingħata attenzjoni akbar lis-sigurtà alimentari fl-assistenza għall-iżvilupp tal-Unjoni;

103.

Jiddeplora l-fatt li għall-10 FEŻ, is-sigurtà alimentari, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali ntgħażlu bħala settur ewlieni għal numru anqas ta’ pajjiżi sħab meta mqabbel mad-9 FEŻ u li diversi pajjiżi bi problema ta’ sigurtà alimentari rċevew ftit għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni f’dan il-qasam jew ma rċevew xejn; jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li dan huwa inkonsistenti mas-sitwazzjoni kritika fir-rigward tal-Għan ta’ Żvilupp tal-Millenju 1: Eqred il-faqar estrem u l-ġuħ u l-prijorità akbar li l-FEŻ kien mistenni jagħti lis-sigurtà alimentari; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni lil dan il-qasam meta jkunu qed ifasslu d-dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiż tal-FEŻ u jallokaw aktar finanzjament għal dan l-iskop;

104.

Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri għal valutazzjoni strutturata tal-qagħda tas-sigurtà alimentari f’kull pajjiż u għal kunsiderazzjoni sistematika tal-ambitu potenzjali għal appoġġ rilevanti tal-Unjoni mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-programmazzjoni tal-Kummissjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni, jistieden lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni – EuropeAid jiżgura l-inkorporazzjoni tad-data u tal-analiżi mill-uffiċċji fil-post tad-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili u minn sorsi oħra u jgħin biex jiżgura li jkunu hemm fis-seħħ sistemi effikaċi ta’ twissija bikrija għan-nuqqas ta’ sigurtà alimentari; jistieden barra minn hekk lis-SEAE jgħin jiżgura li tinbena kapaċità governattiva korrispondenti biex tħaddem dawk is-sistemi b’mod sostenibbli, u li jiġu implimentati strateġiji ta’ prevenzjoni, sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza ta’ dawk l-aktar vulnerabbli;

105.

Josserva li wara l-kriżi tal-ikel tal-2008, li laqtet b’mod gravi lil ħafna pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana, il-prezzijiet tal-ikel reġgħu gradwalment lura għal-livelli preċedenti u huwa probabbli li l-volatilità u l-ispekulazzjoni jkomplu jippersistu; jistieden lill-Kummissjoni telabora strateġiji ta’ reazzjoni għall-kontinġenzi differenti u tagħmel proposti rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-fatt li prezzijiet tal-ikel li kull ma jmur qed jiżdiedu huma parti minn tendenza notevoli u fuq perjodu twil ta’ żmien li qed tiżdied, aktar milli kwistjoni ta’ żmien qasir, u għaldaqstant dan jirrikjedi strateġija olistika fuq perjodu twil marbuta b’mod dirett ma’ għanijiet ta’ żvilupp aktar wesgħin; jappella għall-inklużjoni ta’ Faċilità ġdida għall-Ikel jew mekkaniżmu simili fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014 sal-2020 ħalli tiġi żgurata l-kapaċità tal-Unjoni li tirrispondi malajr għal kriżijiet ġodda tal-ikel bl-użu ta’ fondi simili, fid-dawl tan-nuqqas ta’ prevedibbiltà ta’ kriżijiet ġodda tal-ikel u l-volatilità akbar tal-prezzijiet tal-ikel; iqis li l-ispekulazzjoni finanzjarja taggrava l-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel u li, għaldaqstant, huwa neċessarju wkoll li jsiru interventi effikaċi kontra tali spekulazzjoni, inkluż permezz tar-regolamentazzjoni u tal-kontroll tas-suq tad-derivati;

106.

Jiddeplora l-fatt li, minkejja tkabbir ekonomiku qawwi, kwart tal-popolazzjoni fl-Afrika sub-Saħarjana għadu jsofri mill-malnutrizzjoni; jirrimarka li r-reġjun għandu t-teknoloġija, l-għarfien u r-riżorsi naturali biex ibiddel dan; jenfasizza li l-paċi, id-demokrazija u l-istabbilità politika huma essenzjali peress li l-aċċess għall-art u s-swieq, id-drittijiet tal-proprjetà u l-edukazzjoni se jippermettu li tiżdied l-influwenza u r-responsabilizzazzjoni tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet pubbliċi;

107.

Josserva n-nuqqasijiet enfasizzati mill-Qorti tal-Awdituri fil-koordinazzjoni tal-użu tar-riżorsi allokati taħt il-FEŻ u l-linja baġitarja “sigurtà alimentari” għall-perjodu 1996-2006; jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-objettivi taż-żewġ strumenti, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn jikkomplementaw lil xulxin u li l-fondi inkwistjoni jintużaw b’mod kemm jista’ jkun effikaċi;

108.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tieħu kont sistematiku tal-qagħda tas-sigurtà alimentari u n-nuqqas kroniku ta’ sigurtà alimentari, b’mod partikolari waqt l-implimentazzjoni tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni;

109.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-rabta bejn l-assistenza, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-għajnuna; itenni l-importanza li jiġi allokat sehem xieraq tal-għajnuna tal-Unjoni għall-iżvilupp barrani (ODA) għas-settur agrikolu; jiddispjaċih li kien hemm tnaqqis kbir ħafna fil-livell ta’ għajnuna għall-iżvilupp allokat għall-agrikoltura mis-snin tmenin ‘l hawn u jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-agrikoltura fl-għajnuna għall-iżvilupp tagħha, inkluża l-għajnuna lill-bdiewa biex ikollhom aċċess għas-swieq; jirrimarka li l-għajnuna għall-iżvilupp hija parti minn skema akbar fejn il-kummerċ, ir-rimessi u sorsi oħra ta’ introjtu huma llum il-ġurnata aktar importanti mill-pagamenti totali tal-ODA għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li l-politika agrikola komuni tostakola kummerċ ħieles u ġust mas-swieq emerġenti;

110.

Jenfasizza li l-katina tal-ikel kollha, mir-razzett sal-mejda tal-konsumatur, għandha tiġi indirizzata sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur agrikolu; jemmen li impenji politiċi fit-tul mill-gvernijiet tal-Afrika sub-Saħarjana huma neċessarji ħalli jitnaqqas il-livell tal-vulnerabilità tas-settur argrikolu; jirrimarka li sussidji temporanji fil-forma ta’ żerriegħa li tiflaħ għal kundizzjonijiet estremi ta’ temp jistgħu jservu ta’ xibka ta’ sikurezza importanti għall-bdiewa li joperaw fuq skala żgħira u l-familji li, mingħajr dawn, ikunu affettwati ħażin ħafna; jenfasizza l-importanza ta’ twissijiet bikrija u xogħol preventiv fil-qasam tas-sanità, iż-żerriegħa u l-għalf għall-annimali; jiddeplora l-fatt li l-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà jikkostitwixxu ostakolu għas-sigurtà alimentari fil-futur;

111.

Jenfasizza l-bżonn li jkun hemm iffukar mill-ġdid fuq il-politika alimentari li tmur lil hinn mill-għajnuna alimentari, fuq il-kooperazzjoni bejn id-donaturi u bejn id-donaturi u l-benefiċjarji, bi sħubija msaħħa fuq il-livell Ewropew u globali, kif ukoll fuq ir-rwol kruċjali tal-pajjiżi sħab fil-provvediment tar-rekwiżiti bażiċi għal kwalunkwe progress sinifikanti f’dan is-settur, bħall-paċi interna u l-investiment fl-infrastruttura rurali; jenfasizza wkoll li l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fit-tul jirrikjedi sorsi ta’ introjtu sostenibbli apparti l-għajnuna; iqis li relazzjonijiet kummerċjali ħielsa u ġusti bejn l-Ewropa u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw f’konformità mal-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ huma essenzjali sabiex tissaħħaħ is-sigurtà alimentari u jitħaffef l-iżvilupp uman fl-Afrika sub-Saħarjana;

112.

Jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li perjodu ta’ implimentazzjoni itwal għall-Faċilità għall-Ikel (2008 sal-2010) kien ikun aktar adatt fid-dawl tal-objettivi tagħha u d-differenza eżistenti ta’ finanzjament bejn l-aħħar tal-perjodu ta’ programmazzjoni tagħha u l-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss tal-FEŻ (mill-2014); jenfasizza l-importanza li tiġi żġurata l-kontinwità tal-għajnuna fid-dawl tal-volatilità kontinwa u l-livell għoli tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi; jenfasizza l-bżonn li jinstabu, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Programm Dinji tal-Ikel, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Fond Internazzjonali għall-Iżvilupp Agrikolu, il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn il-programmi ta’ sigurtà alimentari tal-Unjoni u l-programmi ta’ dawk u donaturi internazzjonali oħra;

113.

Jinsab imħasseb sew dwar il-konstatazzjoni tal-Qorti li n-nutrizzjoni ġiet traskurata u huwa tal-fehma li dan huwa nkwetanti peress li l-malnutrizzjoni għandha konsegwenzi dannużi ħafna, b’mod partikolari jekk tirriżulta matul it-tqala u matul l-ewwel sentejn ta’ ħajja, u tista’ twassal għal dannu irriversibbli; jirrimarka li l-malnutrizzjoni tikkostitwixxi ostakolu għall-iżvilupp uman, peress li tikkawża dannu irriversibbli fuq individwi u tikkawża telf soċjali u ekonomiku kbir għall-pajjiżi; jilqa’ r-rieda tal-Kummissjoni, espressa fil-Komunikazzjoni tagħha dwar qafas ta’ politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (COM(2010) 127), li tintegra l-aspett ta’ nutrizzjoni fil-programmi tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tfassal Komunikazzjoni speċifika fuq dan l-aspett u tintegra strateġiji sodi u multisettorjali dwar in-nutrizzjoni fil-politika tagħha għall-iżvilupp; jirrimarka li wieħed mill-interventi l-aktar importanti u kosteffiċjenti huwa l-emanċipazzjoni tan-nisa, li tikkostitwixxi mod b’konsegwenzi vasti li bih il-familji jiġu megħjuna jagħtu prijorità lill-kura tas-saħħa u lin-nutrizzjoni tat-tfal;

114.

Jieħu nota tal-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-interventi tal-Unjoni b’mod ġenerali, kienu ġew ippjanati sew u jilħqu l-biċċa l-kbira tar-riżultati intiżi tagħhom, iżda jiddispjaċih li l-kwalità tal-objettivi kienet varjabbli u diffiċli titkejjel minħabba n-nuqqas ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni u li s-sostenibbiltà tar-riżultati kienet dubbjuża għal dak li jikkonċerna nofs l-interventi suġġetti għall-awditu; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi aktar realistiċi u li jistgħu jitkejlu għall-interventi u ttejjeb id-definizzjoni tagħhom fil-programmi tal-appoġġ baġitarju ġenerali, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-inkoraġġiment tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ li dejjem qed jiżdiedu u l-interventi li jindirizzaw id-diskriminazzjoni tan-nisa fis-settur agrikolu;

115.

Jibqa’ konvint mill-importanza tat-tisħiħ tal-aspett tan-nutrizzjoni fl-għajnuna għall-iżvilupp għas-sigurtà alimentari u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport bil-miktub dwar il-progress tagħha f’dan ir-rigward sar-rebbiegħa tal-2013;

116.

Josserva li l-impatt globali tal-azzjoni tal-Unjoni fuq is-sigurtà alimentari huwa wkoll iddeterminat mill-politiki tal-Unjoni fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd, l-enerġija u l-kummerċ; jisħaq fuq il-bżonn ta’ garanzija tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, skont l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li dawk il-politiki għandhom iħaddnu u jirrispettaw il-prinċipju “tagħmilx ħsara”;

117.

Jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha timpenja ruħha sabiex tappoġġa aktar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-programmi agrikoli u tat-trasferimenti soċjali;

Parti VI   Rapport Speċjali Nru 2/2012 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”

118.

Jilqa’ favorevolment ir-Rapport Speċjali Nru 2/2012 li jikkonċentra fuq il-miżuri ta’ inġinerija finanzjarja kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) matul il-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013; jirrikonoxxi li r-Rapport Speċjali Nru 2/2012 iforni tagħrif dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-miżuri ta’ inġinerija finanzjarja kofinanzjati mill-FEŻR u huwa bbażat fuq kampjun ta’ awditjar ta’ proġetti fir-Renju Unit, fil-Ġermanja, fis-Slovakkja, fl-Ungerija u fil-Portugall;

119.

Huwa tal-fehma li tali rapport ta’ awditjar ikun ta’ valur kbir ukoll fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, billi jippermetti li jsiru konklużjonijiet ulterjuri rigward il-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji għall-impriżi żgħar u medji (SMEs) kofinanzjati mill-FEŻR; iqis ukoll li l-abbozzar ta’ tali rapport fi tmiem dak il-perjodu se jagħmilha possibbli li jiġi evitat li l-iżbalji jerġgħu jsiru, filwaqt li fl-istess ħin tiżdied l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri futuri ta’ inġinerija finanzjarja kofinanzjati mill-FEŻR;

120.

Jenfasizza li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni, għaliex jiġġeneraw l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-ġid; josserva, iżda, li l-SMEs jistgħu jsofru minn diskrepanzi fil-finanzjament, minħabba li ma jkunux jistgħu jiksbu aċċess għat-tip u l-ammont ta’ finanzjament li jkollhom bżonn f’mumenti partikolari;

121.

Jirrikonoxxi l-fatt li fi żmien ta’ trażżin fiskali u kapaċità mnaqqsa ta’ self tas-settur privat, l-SMEs u b’mod partikolari l-mikroimpriżi kienu dawk li l-aktar intlaqtu u għalhekk għandhom jiġu indirizzati b’mod speċifiku biex jirċievu appoġġ tal-Unjoni msaħħaħ biex ikomplu jiġġeneraw l-impjiegi, l-innovazzjoni u t-tkabbir; jinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-SMEs li jiġġeneraw żvilupp sostenibbli fil-livell lokali u li l-politika ta’ koeżjoni, bħala strument ta’ investiment ewlieni għall-konverġenza u l-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni kollha, hija wieħed mill-kanali prinċipali ta’ appoġġ tal-UE għall-SMEs; jenfasizza, għalhekk, li l-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-politika ta’ koeżjoni fir-rigward tal-SMEs għandu jissaħħaħ fil-ġejjieni peress li jista’ jiggarantixxi fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw, irawwem sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u jikkawża effett multiplikatur bil-baġit tal-Unjoni;

122.

Ifakkar li biex tiġi sostnuta l-imprenditorija, l-Unjoni timplimenta l-politika imprenditorjali tagħha u l-politika ta’ koeżjoni tagħha l-aktar permezz ta’ għotjiet, iżda dejjem aktar permezz ta’ strumenti finanzjarji fil-qafas tal-FEŻR; josserva li l-istrumenti finanzjarji huma rimborsabbli u jistgħu jerġgħu jintużaw u b’hekk jassiguraw li gruppi suċċessivi ta’ SMEs jistgħu jibbenefikaw;

123.

Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-aċċess għall-programmi ta’ finanzjament teħtieġ l-involviment attiv ta’ intermedjarji finanzjarji, li jittrasformaw fondi pubbliċi fi strumenti finanzjarji għall-SMEs; josserva li fondi addizzjonali mogħtija mis-settur privat jistgħu jiġu miżjuda mal-finanzjament pubbliku u b’hekk jiżdied l-ammont totali disponibbli għall-investimenti fl-SMEs; josserva li din l-azzjoni hija komunement definita bħala effett ta’ ingranaġġ jew effett multiplikatur;

124.

Jenfasizza li n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi wassal għal tnaqqis fl-għadd ta’ negozji ġodda li għadhom jibdew (start-ups), li jfisser li r-rwol tal-istrumenti finanzjarji kofinanzjati mill-FEŻR fl-istimolazzjoni tal-imprenditorija qiegħed jassumi importanza li kulma jmur qiegħda tikber;

125.

Ifakkar li l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri kkonċentra fuq il-miżuri ta’ inġinerija finanzjarja kofinanzjati mill-FEŻR matul il-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013 u li r-riżultati tal-awditjar huma bbażati fuq rieżami dirett ta’ kampjun ta’ proġetti u fuq eżami tas-sistemi ta’ ġestjoni, monitoraġġ u informazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri;

126.

Josserva li l-Qorti tal-Awdituri kkonċentrat l-awditjar tagħha fuq tliet tipi ewlenin ta’ strumenti finanzjarji: strumenti ta’ ekwità, ta’ self u ta’ garanzija; jikkonstata li dawn kollha huma strumenti eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FEŻR, iżda jridu jirrispettaw ir-regoli ta’ eliġibilità tal-Unjoni u dawk nazzjonali; itenni li l-objettiv prinċipali tal-awditjar kien li jivvaluta jekk in-nefqa tal-FEŻR fuq il-miżuri tal-inġinerija finanzjarja għall-SMEs kinitx effikaċi u effiċjenti;

127.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rigward tal-valutazzjoni tad-diskrepanzi tal-finanzjamenti; jinnota li fil-proposta leġiżlattiva (19) għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss tali valutazzjoni ssir obbligatorja fil-forma ta’ valutazzjoni ex ante; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rekwiżiti rilevanti, inklużi punti ta’ riferiment kwantifikati, rigward ir-rwol u l-applikazzjoni tal-valutazzjoni ex ante fir-regolament rilevanti bħala parti mill-att bażiku; iqis li l-kwestjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw ukoll għandha tiġi ttrattata fil-proposta leġiżlattiva għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

128.

Jikkonstata li r-regolamenti tal-Fondi Strutturali jippermettu li tiġi stabbilita preferenza għas-settur privat meta mqabbel ma’ dak pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni ssib ġustifikazzjoni adegwata għal din il-pożizzjoni privileġġata, billi dan it-trattament jaf jillimita l-kapaċità li dak li jkun jerġa’ jidħol fil-pussess tal-fondi f’eċċess u l-possibilità li tali fondi jiġu allokati lil SMEs oħrajn;

129.

Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri kienu ostakolati minn dawn in-nuqqasijiet li ġejjin:

il-valutazzjonijiet tad-diskrepanzi fil-finanzjament tal-SMEs, jekk disponibbli, sofrew minn nuqqasijiet sinifikanti u dawn il-valutazzjonijiet tad-diskrepanzi ma sarux pubbliċi b’mod sistematiku;

ir-regolamenti tal-Fondi Strutturali, li oriġinarjament tfasslu għall-għotjiet, fihom dgħufijiet importanti, minħabba li dawn ma jindirizzawx l-ispeċifiċitajiet tal-istrumenti finanzjarji;

qabel ma l-fondi jaslu għand l-SMEs, ġie reġistrat dewmien sinifikanti, u, meta mqabbel ma’ programmi oħra tal-Unjoni għall-SMEs, il-possibilità tal-FEŻR li jkollu effett ta’ lieva fuq l-investimenti privati kienet fqira;

130.

Ifakkar ukoll li, fl-opinjoni tiegħu dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (20), il-Kumitat Parlamentari għall-Iżvilupp Reġjonali talab li tingħata garanzija ta’ ċarezza, sempliċità u trasparenza immedjati tal-qafas ġuridiku tal-istrumenti finanzjarji u riferiment ġuridiku koerenti lid-definizzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji;

131.

Josserva bi tħassib li r-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni preċedenti, il-kumitati ta’ monitoraġġ u l-indikaturi tal-programmi operattivi tqiesu bħala inadegwati jew mhux xierqa għall-objettivi u l-finijiet tal-istrumenti finanzjarji; jilqa’ favorevolment l-iżviluppi fl-attivitajiet ta’ rappurtar u ta’ monitoraġġ reġistrati b’JEREMIE (Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Impriżi Mikro sa Medji);

132.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li, fil-livell tal-fondi ta’ parteċipazzjoni (holding funds), il-Qorti tal-Awdituri ma ltaqgħatx ma’ ingranaġġ sinifikanti tas-settur privat għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013; huwa sorpriż bil-fatt li, is-soltu, fil-ftehimiet tal-finanzjament bejn l-Awtoritajiet Ġestjonarji u l-intermedjarji finanzjari ma jkun hemm l-ebda rekwiżit espliċitu ta’ ingranaġġ, ħlief għal ċerti fondi ta’ ekwità, li kellhom rekwiżiti ta’ ingranaġġ vinkolanti għal koinvestituri privati;

133.

Jappoġġa l-appell tal-Qorti tal-Awdituri għal definizzjoni aktar ċara tal-kunċett ta’ ingranaġġ fl-istrumenti finanzjarji; jenfasizza, madankollu, li fid-dawl tal-pressjoni biex jiġi realizzat ingranaġġ ogħla, huwa importanti li niftakru li l-istrumenti finanzjarji fil-politika ta’ koeżjoni ġeneralment qed jiffinanzjaw proġetti f’reġjuni li huma anqas żviluppati u f’reġjuni li għaddejjin minn diffikultajiet ekonomiċi, bil-għan li jittejbu s-sitwazzjonijiet ta’ falliment tas-swieq u investiment mhux ottimali, u b’hekk l-istrumenti finanzjarji fil-politika ta’ koeżjoni ma jikkonċentrawx biss fuq il-profitabilità fuq perjodu qasir imma wkoll fuq benefiċċji soċjoekonomiċi għolja, speċjalment fil-livell reġjonali u f’dak lokali; jiġbed l-attenzjoni lejn il-governanza fuq ħafna livelli u l-ġestjoni kondiviża fit-tfassil u t-twettiq tal-programmi bħala l-kunċetti fundamentali li jrieġu l-politika ta’ koeżjoni u jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali jkollhom sehem fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programmi; jenfasizza, għalhekk, li l-qafas leġiżlattiv jeħtieġ li jżomm ċertu livell ta’ flessibilità anke f’dak li huma d-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-effett tal-ingranaġġ;

134.

Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarji innovattivi biex jinbena l-kapital u jissaħħu l-investimenti, meta mqabbel mal-għotjiet li b’mod konsistenti jitqiesu eċessivament ikkumplikati u burokratiċi mill-benefiċjarji tagħhom; jenfasizza li l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarji jistgħu jiżvolġu rwol importanti fl-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi jattiraw fondi minn investituri oħra f’oqsma ta’ interess qawwi tal-Unjoni;

135.

Jikkonstata, barra minn hekk, li għall-istrumenti ta’ ekwità u ta’ self, il-Qorti tal-Awdituri sabet li l-effett ta’ ingranaġġ miksub ma kienx sinifikanti u kien inqas mill-parametri ta’ paragun; josserva b’sodisfazzjon il-fatt li, b’kuntrast, l-effett ta’ inċentiv għall-istrumenti ta’ garanzija kien ogħla;

136.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni, mingħajr dewmien, għal dak li għandu x’jaqsam mal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; iqis ta’ importanza partikolari ż-żieda, fil-futur, tal-kapaċità tal-FEŻR li jinċentiva l-investimenti privati li jikkorrispondu mal-kontribuzzjonijiet pubbliċi;

137.

Jinsab imħasseb bid-dewmien mifrux biex l-SMEs jiksbu aċċess għal finanzjamenti fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Ġestjonarji jevitaw dewmien fl-għoti ta’ aċċess għall-SMEs għall-finanzjamenti, prinċipalment minħabba raġunijiet amministrattivi, ġuridiċi, organizzattivi jew strateġiċi; jiddispjaċih dwar il-fatt li, mil-lat tal-Awtoritajiet Ġestjonarji, l-użu tal-alternattiva tal-għotjiet għall-SMEs isir aktar konvenjenti;

138.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq kemm jista’ jkun malajr, proposta integrata u ta’ kjarifika dwar il-problemi kkawżati mill-firxa attwali ta’ definizzjonijiet ta’ SMEs, li jvarjaw fl-Unjoni skont finijiet jew objettivi differenti, u tipproponi modi possibbli ta’ rimedju għas-sitwazzjoni;

139.

Jiddeplora l-fatt li, f’ċerti każijiet, l-informazzjoni dwar il-kostijiet ta’ ġestjoni mġarrba mill-SMEs ma kinux disponibbli jew ma kinux affidabbli; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jtejbu l-qagħda attwali u jagħtu, fil-futur, l-informazzjoni kollha rilevanti; jirrikonoxxi li għandha ssir distinzjoni fir-rigward tal-kostijiet tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarji (il-kost tal-ġestjoni tal-fond ta’ parteċipazzjoni JEREMIE u l-kost tal-ġestjoni tal-intermedjarji finanzjarji) u l-kost għall-SMEs;

140.

Jiddeplora l-fatt li f’għadd ta’ każijiet l-intermedjarji finanzjarji maħtura mill-Awtoritajiet Ġestjonarji rispettivi ċċarġjaw lill-SMEs individwali l-ispejjeż ta’ rifinanzjament u ta’ pproċessar; jenfasizza li l-ispejjeż ta’ rifinanzjament u ta’ pproċessar għandhom ikunu partiti ta’ nefqa operattiva ordinarja għall-intermedjarji finanzjarji;

141.

Jenfasizza l-importanza li jkunu ssemplifikati l-proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-aċċess għall-finanzjamenti u li jitnaqqsu r-rekwiżiti għall-kofinanzjament;

142.

Jesprimi tħassib bil-fatt li l-gwida tal-Kummissjoni ma tiddefinixxix it-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jimpedixxu li l-SMEs jiġu ċċarġjati kostijiet mhux korrispondenti għar-riskju reali li dawn jassumu jew għal servizzi mogħtija mill-intermedjarji finanzjarji;

143.

Jirrakkomanda li fid-dawl tal-kumplessità kombinata tal-istrumenti finanzjarji, tal-ġestjoni kondiviża u tar-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat u l-Fondi Strutturali, il-Kummissjoni għandha ttejjeb is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ monitoraġġ bejn il-Kummissjoni, l-Awtoritajiet Ġestjonarji u l-benefiċjarji (l-intermedjarji finanzjarji) u tagħti, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-qafas regolatorju 2007-2013, gwida u konsulenza aħjar;

144.

Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha toffri sistema ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni affidabbli u teknikament robusta speċifika għall-istrumenti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward qbil mal-Istati Membri dwar għadd żgħir ta’ indikaturi tar-riżultati li jistgħu jitkejlu, rilevanti, speċifiċi u uniformi għall-istrumenti finanzjarji, li jkunu jsaħħu kemm il-proċess tal-monitoraġġ u kemm dak tal-awditjar;

145.

Josserva li l-frammentazzjoni territorjali u l-massa kritika insuffiċjenti jħallu impatt fuq il-kapaċità ta’ attrazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u jimponu ċerti kundizzjonijiet finanzjarji u kostijiet possibbli ta’ ġestjoni relattivament għoljin; josserva li tali karatteristiċi tal-FEŻR ostakolaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-istrumenti finanzjarji fid-diversi perjodi ta’ programmazzjoni kollha li jirfdu l-appoġġ tal-FEŻR għall-SMEs;

146.

Jiddispjaċih li, matul il-proċess tal-allokazzjoni tal-fondi tal-programm operattiv, l-awtoritajiet pubbliċi, li s-soltu mhumiex familjari mal-finanzjament tal-SMEs, allokaw kontribuzzjonijiet pubbliċi għal fondi b’mod li d-daqs tagħhom ħafna drabi waqa’ taħt il-massa kritika; jinsisti fuq il-fatt li d-diversi programmi operattivi tematiċi b’objettivi ekonomiċi, ambjentali, soċjali u territorjali multipli kienu fl-oriġini ta’ din is-sitwazzjoni;

147.

Huwa tal-fehma li, huma u jipproponu miżuri ta’ inġinerija finanzjarja, l-Awtoritajiet Ġestjonarji għandhom jaċċertaw li l-proposta tagħhom tkun debitament motivata minn valutazzjoni ta’ kwalità għolja tad-diskrepanza fil-finanzjament tal-SMEs, abbażi ta’ metodoloġija standardizzata u komunement aċċettata; jappoġġa l-fatt li qabel l-approvazzjoni tal-programmi operattivi, inklużi l-miżuri ta’ inġinerija finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konsistenza tagħhom mal-valutazzjoni tad-diskrepanza tal-SMEs u tiggarantixxi l-kwalità ta’ din tal-aħħar;

148.

Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni fl-Istati Membri fir-rigward tal-aċċess għall-SMEs fejn jidħlu sorsi ta’ finanzjament; jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li, sabiex ikun ottimizzat id-daqs tal-provvista tal-finanzjamenti għall-SMEs, huwa meħtieġ li l-għarfien tal-partijiet interessati fir-rigward tal-bżonnijiet speċifiċi marbuta mal-finanzjamenti tal-SMEs jiżdied kemm jista’ jkun;

149.

Huwa tal-fehma li l-effett multiplikatur għandu juri kemm il-kontribuzzjonijiet finanzjarji inizjali tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri attiraw finanzjament privat; iqis li l-kofinanzjament ta’ strumenti finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri għandu jiġi kkunsidrat, flimkien mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, bħala parti mill-finanzjamenti pubbliċi;

150.

Iqis li kwistjonijiet li għandhom ikunu koperti b’atti delegati, li huma maħsuba li jkopru elementi mhux essenzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ma għandhomx jittrattaw, fir-realtà, elementi ewlenin tal-iskema futura ta’ Koeżjoni (21);

151.

Jirrakkomanda b’mod qawwi li l-Kunsill u l-Kummissjoni, huma u jfasslu proposti għal regolamenti tal-Fondi Strutturali, għandhom jipprevedu qafas regolatorju aktar xieraq ħalli t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ inġinerija finanzjarja ma jintlaqtux min-nuqqasijiet tal-qafas regolatorju, tar-restrizzjonijiet ġeografiċi u tal-effetti ta’ tixrid tal-Fondi Strutturali; jitlob li t-tagħlimiet li nsiltu mill-perjodu ta’ programmazzjoni attwali jkunu riflessi meta jitfasslu l-proposti għar-regolament dwar il-Fondi Strutturali; iqis, b’mod partikolari, li l-proposti għandhom ikunu orjentati lejn il-prestazzjoni u r-riżultati aktar milli lejn il-konformità biss;

152.

Huwa favorevoli għall-fatt li l-Kummissjoni tipprevedi sistema ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni affidabbli u teknikament solida, speċifika għall-istrumenti finanzjarji, anki billi tissepara l-istrumenti finanzjarji mill-għotijiet proprji fil-proċessi ta’ monitoraġġ, ta’ rappurtar u ta’ awditjar tal-Kummissjoni, u li l-ammont ta’ flus effettivament imħallsa lill-SMEs ikun trasparenti; jinkoraġġixxi, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jaqblu dwar għadd żgħir ta’ indikaturi li jistgħu jitkejlu, rilevanti, speċifiċi u li jipproduċu riżultati uniformi għall-istrumenti finanzjarji;

153.

Jaqbel mal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-possibilità li toffri lill-Istati Membri strutturi u strumenti ta’ inġinerija finanzjarja għal SMEs diġà konsolidati (eż. għotjiet marbuta mal-pagament ta’ royalties, mezzi ta’ investiment dedikati), biss jekk dawn ikunu jistgħu jkollhom il-konsegwenza li jħaffu l-implimentazzjoni u jnaqqsu l-ispejjeż ta’ ġestjoni, għalkemm b’tali mod li din il-prekundizzjoni ma tfixkilx b’mod eċċessiv l-opportunitajiet tal-SMEs biex jagħmlu użu minn dawk l-iskemi ta’ finanzjament; jenfasizza l-importanza li jiġi garantit li l-inġinerija finanzjarja tkompli tkun flessibbli biex tadatta ruħha kemm għad-disparitajiet reġjonali kif ukoll għall-bidliet fis-suq;

154.

Josserva li l-Istati Membri, bis-sostenn tal-Kummissjoni, għandhom jimmiraw lejn l-inklużjoni tal-istrumenti finanzjarji kollha għall-SMEs kofinanzjati mill-FEŻR fi programm operattiv uniku għal kull Stat Membru jew f’assi prijoritarju uniku fil-programm operattiv nazzjonali ta’ Stat Membru, bil-għan li jiġi razzjonalizzat il-proċess ta’ ppjanar u titneħħa waħda mill-kawżi ewlenin ta’ dewmien misjuba;

155.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tipproponi definizzjoni komuni ta’ effett multiplikatur, kunċetti standard ta’ riċiklaġġ fir-regolamenti tal-Fondi Strutturali, skont it-tip ta’ fond ta’ parteċipazzjoni, kif ukoll teżiġi koeffiċjenti ta’ ingranaġġ minimi, perjodi ta’ rotazzjoni minimi u data għall-kalkolu tal-indikaturi tal-effett ta’ ingranaġġ kuntrattwalment vinkolanti; iqis li l-kunċett ta’ valur miżjud għandu jiġi kkunsidrat bħala komponent importanti fil-kalkolu tal-koeffiċjenti ta’ ingranaġġ, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi politiċi rilevanti u jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq; iqis li għal dan il-għan huwa rakkomandabbli li l-kunċett ta’ valur miżjud Ewropew ikun espress fil-qafas ġuridiku għall-perjodu 2014-2020;

156.

Jitlob lil-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkunsidraw metodi alternattivi fir-rigward tas-sostenn lill-SMEs permezz ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jekk il-qafas tal-politika ta’ koeżjoni ma tirriżultax idonea; josserva li dawn l-istrumenti għandhom ikunu sostnuti minn programmi ġestiti ċentralment mill-Kummissjoni, minn mezzi ta’ investiment dedikati f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri jew permezz ta’ programmi ġestiti direttament mill-Istati Membri;

157.

Ifakkar li l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali msemmija hawn fuq dwar l-istrumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-QFP li jmiss tilqa’ pożittivament il-fatt li l-applikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tiġi estiża fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni għall-objettivi tematiċi kollha u għall-fondi kollha tal-qafas strateġiku komuni fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

Parti VII   Rapport Speċjali Nru 3/2012 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Il-fondi strutturali: Il-Kummissjoni kellha suċċess biex tittratta n-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri?”

158.

Jilqa’ r-Rapport Speċjali Nru 3/2012 tal-Qorti tal-Awdituri; japprova r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Qorti u jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom b’mod effettiv u kemm jista’ jkun malajr;

159.

Jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni b’mod sistematiku bdiet azzjonijiet korrettivi u li l-azzjonijiet mitluba, f’90 % tal-każijiet, kienu reazzjoni adegwata għan-nuqqasijiet (punt 27);

160.

Jinnota li madwar 75 % tar-rikjesti bbażati fuq ir-rapporti annwali kif imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001 (22) ma ġewx segwiti minn korrezzjonijiet finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni għaldaqstant, tipprovdi informazzjoni dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ korrezzjonijiet finanzjarji f’dan il-kuntest;

161.

Jinsab imħasseb dwar ir-rekwiżiti differenti tal-Kummissjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ kontrolli tal-ewwel livell, billi din is-sitwazzjoni tista’ potenzjalment twassal sabiex spejjeż irregolari ma jiġux identifikati; jitlob lill-Kummissjoni tapplika approċċ koerenti fir-rigward ta’ rikjesti għal kontrolli tal-ewwel livell u tipprovdi informazzjoni għall-perjodi ta’ programmazzjoni wara dak tal-2000-2006; jinnota li l-bażi legali għall-perjodu 2007-2013 tirrikjedi li l-awtoritajiet tal-ġestjoni jivverifikaw b’mod amministrattiv l-applikazzjonijiet kollha għar-rimborż minn benefiċjarji skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 (23);

162.

Jistieden lill-Kummissjoni xxerred b’mod saħansitra aktar estensiv listi ta’ kontroll elaborati u manwali tal-aħjar prattiki (b’konċentrazzjoni speċjali fuq ir-regoli ta’ eliġibilità) li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri u ssaħħaħ is-superviżjoni tagħha ta’ kif dawn l-elementi jiġu meqjusa;

163.

Jemmen li l-kontrolli tal-ewwel livell huma tal-akbar importanza biex tiġi żgurata rata ta’ żbalji robusta sa mill-bidu tal-proċess ta’ implimentazzjoni; jemmen għalhekk, li l-awtorità tal-ġestjoni għandha jew tiġi akkreditata mill-Kummissjoni jew li l-Kummissjoni jmissha tgħin u tissorvelja lill-awtorità tal-ġestjoni fl-eżerċitar tal-kontrolli tal-ewwel livell imsemmija hawn fuq;

164.

Jinsab partikolarment imħasseb madankollu, dwar l-osservazzjonijiet li ġejjin:

l-azzjonijiet korrettivi ħadu medjament 30 xahar (punt 32) u d-dewmien fil-maġġorparti tiegħu kien attribwit għall-Istati Membri kkonċernati, għalkemm il-Kummissjoni kienet parzjalment responsabbli f’39 % tal-każijiet u kellha r-responsabbilità totali f’5 % tal-każijiet (punt 35),

il-Kummissjoni kisbet grad għoli ta’ ċertezza li l-korrezzjonijiet finanzjarji huma eżatti f’67 % tal-każijiet biss (punt 55),

il-Kummissjoni kisbet grad għoli ta’ ċertezza li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri tjiebu wara l-azzjonijiet korrettivi, fi 28 % tal-każijiet biss (punt 64), u dan ifisser li jinħtieġ sforz kunsiderevoli fil-proċess ta’ għeluq;

165.

Jinsab ulterjorment imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li l-awditjar ta’ segwitu tal-Kummissjoni li għandu l-għan li jeżamina bir-reqqa l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri, kien jeħtieġ azzjonijiet korrettivi ulterjuri min-naħa tal-Istati Membri fi 78 % tal-każijiet (punt 45); jinsab imħasseb għaldaqstant li l-Kummissjoni xi drabi bbażat fuq informazzjoni potenzjalment mhux affidabbli billi l-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri ma ġietx iddubitata biżżejjed (pereżempju punt 57, kaxxi 9 u 12) u li l-Kummissjoni ma analizzatx adegwatament l-affidabilità tal-informazzjoni; jindika li n-nuqqas ta’ affidabilità tad-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri teħtieġ riżorsi ta’ awditjar ulterjuri min-naħa tal-Kummissjoni; jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa li jinsab bilanċ adegwat bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ tali awditjar ta’ segwitu (punt 46);

166.

Jemmen li bit-tisħiħ tar-rwol tal-Kummissjoni fil-kontrolli ex-ante, aktar milli fil-kontrolli ex-post jista’ jintlaħaq grad ta’ effiċjenza sostanzjalment ogħla;

167.

Ifakkar lill-Kummissjoni li skont ir-rapport Annwali tal-2010 tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rata ta’ żbalji fil-qasam politiku tal-Koeżjoni żdiedet, sitwazzjoni li treġġa’ lura t-tendenza pożittiva osservata fis-snin li għaddew u li tmur kontra tnaqqis aċċelerat tar-rati ta’ żbalji, kif talab il-Parlament fil-kuntest tal-kwittanza tal-2008 (24);

168.

Itenni l-importanza tar-rwol superviżorju li teżerċita l-Kummissjoni sabiex tkun tista’ ġġorr ir-responsabilità finali għall-implimentazzjoni tal-baġit, inklużi l-oqsma tal-ġestjoni kondiviża; ifakkar fil-pjan ta’ azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali (COM(2008) 097) u l-qafas ġuridiku mtejjeb għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, bil-għan li jitnaqqas il-livell ta’ żbalji fl-azzjonijiet strutturali u b’hekk jitħares il-baġit tal-Unjoni; jinnota madankollu, li l-pjan ta’ azzjoni tal-2008 daħal fis-seħħ biss fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 u seta’ għalhekk ikopri l-proċess ta’ għeluq ta’ dak il-perjodu biss; jistieden lill-Kummissjoni għaldaqstant tinforza bis-sħiħ il-miżuri stipulati fil-pjan ta’ azzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u lil hinn minnu; jistenna min-naħa tal-Kummissjoni tnaqqis kunsiderevoli u konsistenti fir-rati tal-iżbalji f’dan il-kuntest, b’mod partikolari fir-rigward ta’ programmi li mistennija jkollhom l-ogħla rati ta’ żbalji; jipproponi li l-Qorti tal-Awdituri twettaq b’mod regolari valutazzjoni tal-kwalità teknika u etika tal-awtoritajiet ta’ awditjar nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-indipendenza tagħhom, u tagħmel rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha;

169.

Jenfasizza li l-ħeffa hija essenzjali fil-proċess tal-kontrolli biex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-kontribwenti tal-Unjoni jiġu mħarsa; jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-iskrutinju, il-valutazzjoni u l-azzjoni ta’ segwitu l-aktar bikrija possibbli fis-superviżjoni futura tagħha tal-ġestjoni ta’ dawn il-fondi;

170.

Jemmen li t-titjib tar-rwol superviżorju tal-Kummissjoni huwa proċess kontinwu; jenfasizza f’dan il-kuntest il-kumment tal-Qorti tal-Awdituri li għalkemm is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll kienu effettivi f’ċertu żmien, dan ma jfissirx neċessarjament li dawn se jkomplu jkunu effettivi, billi s-sistemi, il-persunal u l-entitajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-azzjonijiet strutturali jistgħu jinbidlu; jistieden lill-Kummissjoni tapprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; jikkunsidra li t-titjib tal-pjan ta’ azzjoni huwa neċessarju f’każ li l-aspettattivi fir-rigward tat-titjib fil-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni ma jintlaħqux;

171.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel sforz biex tiżgura li l-Istati Membri ma jaffettwawx il-kontinwità tal-programmi billi jbiddlu l-entitajiet, is-sistemi u l-persunal responsabbli għall-kontroll tal-Fondi Strutturali, li jkunu diġà ġew iċċertifikati bħala effettivi mill-Kummissjoni;

172.

Jinnota b’sodisfazzjon in-numru għoli ta’ azzjonijiet preventivi, inklużi korrezzjonijiet finanzjarji infurzati mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni fl-2008; jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt ta’ dawk il-korrezzjonijiet fuq ir-rata ġenerali ta’ żbalji għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.

173.

Itenni l-idea ta’ awditjar uniku li ġiet iddikjarata mill-Qorti tal-Awdituri fl-Opinjoni Nru 2/2004 tagħha; jemmen li f’sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti, il-prinċipji u l-istandards komuni għandhom ikunu l-bażi għall-amministrazzjoni fil-livelli kollha (25);

174.

Jinsab konvint li l-Kummissjoni għandha tkompli timmira lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-awditjar uniku; jenfasizza li huwa tal-akbar importanza li tiġi żgurata l-kwalità tax-xogħol tal-awtoritajiet ta’ awditjar fil-perjodi attwali u li ġejjin u li l-indipendenza tagħhom tkun garantita, u li sabiex jintlaħaq dan l-għan huwa essenzjali li jiġu stabbiliti standards komuni ċari u trasparenti għal dan l-awditjar; jinnota li, sakemm l-awtoritajiet ta’ awditjar jipproduċu riżultati affidabbli, il-baġit tal-Unjoni jista’ jitħares b’mod adegwat anki jekk ikun hemm rati għoljin ta’ żbalji peress li l-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji b’reazzjoni għal dawn ir-rati ta’ żbalji; itenni madankollu l-fatt li f’każijiet bħal dawn, il-kontribwenti nazzjonali jkollhom iħallsu darbtejn u huwa għalhekk li l-prevenzjoni tal-iżbalji hija dejjem aktar effiċjenti minn korrezzjoni aktar tard, kemm għall-Kummissjoni u kemm għall-Istati Membri kkonċernati; jenfasizza speċifikament f’dan il-kuntest l-inċiż 2 tar-rakkomandazzjoni numru 1 tal-Qorti tal-Awdituri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta din ir-rakkomandazzjoni;

175.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, b’kunsiderazzjoni għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u tirrapporta lill-Parlament dwar kif il-Kummissjoni se tiżgura l-legalità u r-regolarità fil-proċess;

176.

Jistieden lill-Kummissjoni barra minn hekk, tqis it-tagħlimiet li nsiltu mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet strutturali għall-perjodu 2007-2013 u żżomm f’moħħha l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fid-diskussjonijiet dwar l-azzjonijiet strutturali tal-futur għall-perjodu 2014-2020;

177.

Jemmen bis-sħiħ li l-Kummissjoni għandha tapprofondixxi l-involviment tagħha fil-proċess ta’ skrutinju tal-Fondi Strutturali billi tkompli tgħin u tissorvelja aktar l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ ċertifikazzjoni tal-Istati Membri kif ukoll il-korpi ta’ stralċ, matul il-fażijiet kollha tal-implimentazzjoni u tal-verifika, sabiex jiġi żgurat proċess saħansitra aktar effiċjenti u li jieħu anqas ħin u riżorsi;

Parti VIII   Rapport Speċjali Nru 4/2012 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “L-użu ta’ Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għall-kofinanzjament ta’ infrastrutturi tat-trasport fil-portijiet: investiment effettiv?”

Introduzzjoni

178.

Jilqa’ r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri u jinnota l-evalwazzjoni kritika tal-prestazzjoni kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri fir-rigward tal-effikaċja u l-kosteffiċjenza tan-nefqa tal-fondi fil-qasam tal-proġetti kofinanzjati tal-portijiet;

179.

Jilqa’ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

180.

Jikkunsidra l-maġġoranza ta’ azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni sabiex jiġu evitati nuqqasijiet fil-futur tat-tip żvelat mir-rapport sabiex ikun jista’ jintlaħaq l-għan ta’ nfiq aktar effikaċi u aktar kosteffiċjenti;

181.

Jikkunsidra, madankollu, li hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Kummissjoni;

Riżultati

182.

Huwa mħasseb dwar il-fatt li

mis-27 proġett li ġew eżaminati, erba’ ma kinux tlestew sal-ħin meta ġie konkluż ir-rapport, b’żewġ proġetti li kienu għadhom ma tlestewx sa Jannar 2012;

proċeduri amministrattivi għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet u permessi għall-bini kienu ħafna drabi twal u ta’ piż u f’xi każijiet ikkawżaw dewmien u nfiq addizzjonali;

żewġ proġetti kellhom objettivi li ma kinux konformi la mal-objettivi tal-politika tat-trasport u lanqas mad-deskrizzjoni fil-programm operattiv li abbażi tiegħu kienu ġew iffinanzjati;

183.

Jinnota li:

sal-ħin meta ġie konkluż ir-rapport, erba’ proġetti kienu għadhom mhux qed jintużaw minkejja li kienu tlestew, iżda issa qegħdin jintużaw;

l-ebda wieħed mir-reġjuni ma kellu pjan ta’ żvilupp tal-port fuq medda twila ta’ żmien; madankollu, dawn il-pjanijiet ma kinux kondizzjoni ta’ finanzjament;

184.

Jaqbel mal-Kummissjoni li r-riżultati u l-impatt tal-investiment fl-infrastruttura tat-trasport mhumiex dejjem tanġibbli immedjatament wara li jkun tlesta x-xogħol tal-konstruzzjoni, peress li jieħdu xi żmien biex jimmaterjalizzaw;

185.

Jikkonkludi li

il-Kummissjoni ma tirċevix biżżejjed informazzjoni dwar il-progress ta’ proġetti, peress li l-informazzjoni disponibbli ma wasslitx għal azzjoni sabiex jiġu rimedjati d-dgħufijiet tal-proġetti;

in-noti ta’ gwida u s-seminars tat-taħriġ ipprovduti mill-Kummissjoni ma kinux fihom infushom biżżejjed sabiex iqajmu b’mod suffiċjenti kuxjenza dwar il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda;

id-dispożizzjonijiet legali li jiddeskrivu r-rwol konsultattiv tal-Kummissjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ jistgħu jkunu limitati wisq, u l-“għodda l-oħra” tagħha li hija intenzjonata sabiex tinfluwenza nfiq effikaċi tista’ ma tkunux effettiva, peress li l-Qorti tal-Awdituri sabet li kien hemm ftit evidenza li l-Kummissjoni intervjeniet mal-kumitati sabiex tiżgura nfiq effikaċi jew sabiex tistabbilixxi indikaturi tar-riżultati u tal-impatt;

peress li l-marinas jipprovdu aċċess biss għal minoranza tal-popolazzjoni, ma jistgħux jitqiesu bħala titjib għall-aċċessibbiltà ta’ gżejjer, u għalhekk il-kostruzzjoni tagħhom mhijiex konformi mal-politika tat-trasport, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-każijiet fejn bastimenti żgħar jintużaw b’mod komuni bħala mezz ta’ trasport regolari bejn il-gżejjer u l-kostruzzjoni ta’ marina tipprovdi konnettività mtejba għall-popolazzjoni kollha kemm hi;

il-faċilitajiet ta’ baċiri għal kostruzzjonijiet speċjali mhumiex konformi mal-objettivi tal-linji gwida TEN-T anke jekk ikunu jistgħu jintużaw għall-manutenzjoni, peress li ma jissodisfaw l-ebda waħda mill-“Ispeċifikazzjonijiet għal proġetti ta’ interess komuni li għandhom x’jaqsmu man-netwerk tal-portijiet tal-baħar” kif iddefinit fit-Taqsima 5(2)(III) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1346/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27);

Rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri

186.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha:

taħdem sabiex l-eżistenza ta’ strateġija għall-iżvilupp komprensiv fit-tul tal-portijiet issir kondizzjoni ta’ għajnuna għall-politika ta’ koeżjoni għall-infrastrutturi tal-portijiet;

twettaq żjarat fuq il-post dwar kwistjonijiet ta’ effikaċja matul il-kostruzzjoni,

twettaq kontrolli ex post fuq l-użu u l-prestazzjoni tal-infrastrutturi kofinanzjati abbażi tar-riskju;

issaħħaħ il-proċedura ta’ valutazzjoni għall-proġetti ewlenin u l-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni bil-għan li jsir titjib fl-identifikazzjoni ta’ dgħufijiet serji u fit-teħid ta’ azzjoni xierqa biex dawn jiġu rimedjati;

taħdem għall-introduzzjoni tal-prinċipju li l-finanzjament tal-UE jiddependi fuq ir-riżultati;

tinkoraġġixxi l-użu ta’ indikaturi tar-riżultati u tal-impatt mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni;

187.

Jirrikonoxxi b’mod favorevoli li l-Kummissjoni:

ipproponiet kondizzjonalità ex ante sabiex tiżgura l-eżistenza ta’ ippjanar strateġiku fit-tul qabel kull deċiżjoni ta’ finanzjament għall-qafas tal-politika ta’ koeżjoni 2014–2020,

introduċiet żjarat ta’ proġetti fuq il-post u organizzat laqgħat tekniċi mal-awtoritajiet rilevanti;

bdiet timplimenta awditjar tal-għeluq għal proġetti kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, magħżula abbażi tar-riskju;

saħħet il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-perjodu 2007-2012 billi introduċiet l-istandardizzazzjoni tal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet għal proġetti ewlenin, il-formoli tal-applikazzjoni standardizzati, u l-konsultazzjoni obbligatorja tad-dipartimenti rilevanti fil-Kummissjoni, u billi stabbiliet l-inizjattiva JASPERS (Assistenza Konġunta ta’ Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej), li għandha tippermetti li l-Istati Membri jissottomettu applikazzjonijiet aħjar;

żviluppat qafas ta’ awditjar tal-prestazzjoni li huwa intenzjonat li jifforma l-bażi għall-ewwel sett ta’ awditi mmirati li jridu jitwettqu mill-2012 ‘il quddiem, u talbet qafas tal-prestazzjoni fil-proposta tagħha għall-qafas tal-politika ta’ koeżjoni 2012-2020, li jkun jinkludi d-dritt tal-Kummissjoni li tissospendi l-ħlasijiet f’każijiet fejn it-telf mill-ilħiq ta’ objettivi intermedjarji u miri stabbiliti jkun sinifikanti;

Aktar rakkomandazzjonijiet

188.

Jistieden lill-Kummissjoni

tapprova bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jintużaw indikaturi tar-riżultati u tal-impatt mhux biss fil-livell prijoritarju, iżda – b’ambitu xieraq għall-impatt possibbli ta’ proġett wieħed – anke fil-livell tal-proġett;

tintroduċi arranġament li permezz tiegħu valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatt tal-investiment f’infrastruttura tat-trasport titwettaq wara t-tlestija tax-xogħol tal-kostruzzjoni, fi żmien meta jkun mistenni li r-riżultati u l-impatt tiegħu jsiru evidenti;

twettaq analiżi li tqabbel il-ħin medju tat-tlestija u l-kwalità tal-proċeduri amministrattivi madwar l-Istati Membri f’każijiet ta’ proġetti kofinanzjati paragunabbli, sabiex tiġi rakkomandata l-implimentazzjoni tal-aħjar prattika;

tqis il-fatt li n-nuqqasijiet fil-kisba tal-objettivi intermedjarji stabbiliti mhumiex dejjem ir-riżultat ta’ ġestjoni ħażina, u teskludi fil-proposta tagħha għal qafas ta’ prestazzjoni r-rifjut ta’ fondi f’każijiet fejn in-nuqqas li l-investimenti jipproduċu r-riżultati mixtieqa ma setax jiġi evitat u/jew ma setax jiġi previst minn perspettiva ex ante;

iżżid l-ammont ta’ informazzjoni disponibbli dwar il-progress ta’ proġetti, u titlob rimedji għal nuqqasijiet identifikati bħala rekwiżit minn qabel għal aktar finanzjament; jinnota li nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-proġett mhuwiex tollerabbli;

twettaq analiżi tal-effikaċja tas-seminars tat-taħriġ u n-noti ta’ gwida li huma intenzjonati sabiex iqajmu l-kuxjenza dwar il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda;

tipproponi tibdiliet għad-dispożizzjonijiet legali sabiex ikun permess rwol konsultattiv aktar effikaċi fil-kumitati ta’ monitoraġġ, u twettaq analiżi li tinvestiga l-effikaċja tal-“għodda l-oħra” msemmija qabel intenzjonata sabiex tinfluwenza l-infiq effikaċi;

Parti IX   Rapport Speċjali Nru 5/2012 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “Is-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS)”

189.

Jilqa’ pożittivament ir-Rapport Speċjali Nru 5/2012 tal-Qorti tal-Awdituri billi jipprovdi lill-Parlament, bħala l-awtorità ta’ superviżjoni u tal-kwittanza, b’informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit;

190.

Jinsab sodisfatt bl-opinjoni ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri li “CRIS hija fil-biċċa l-kbira effettiva biex twieġeb għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-azzjonijiet esterni” (punt 75); jinsab imħasseb, madankollu, dwar ċerti nuqqasijiet kritiċi identifikati fir-rapport;

191.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi r-rwol u l-objettivi tas-sistema CRIS, peress li dawn ma ġewx aġġornati minn mindu saret operattiva s-sistema fl-2002, minkejja l-bosta tibdiliet tal-kontenut tagħha;

192.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Kummissjoni timplimentahom kemm jista’ jkun malajr sabiex jiġu solvuti d-dgħufijiet persistenti;

193.

Jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe bidla tar-rwol u modifika tas-sistema CRIS għandha tirrifletti l-isfidi l-ġodda tal-politika esterna tal-Unjoni introdotti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirriżultaw fi kwalità aħjar u koerenza aħjar tad-data;

194.

Jenfasizza l-bżonn ta’ adattament tal-funzjonijiet ta’ rapportar tas-sistema CRIS mal-kompetenzi tal-Parlament fl-oqsma tal-politika esterna u tal-kontroll baġitarju;

195.

Jikkunsidra li r-Rakkomandazzjoni Nru 1, jiġifieri li r-rwol tal-CRIS bħala sistema ta’ informazzjoni għandu jiġi definit, partikolarment fir-rigward tas-sistema ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti tal-Kummissjoni (ABAC), hija tal-akbar importanza;

196.

Iqis li titjib fl-integrità tad-data bejn is-sistema CRIS u s-sistema ABAC huwa urġenti bil-għan li r-rappurtaġġ dwar l-attivitajiet esterni tal-Unjoni jsir b’mod koerenti, trasparenti, aġġornat u affidabbli; jisħaq fuq il-fatt li fis-sistema CRIS għandha tkun evitata duplikazzjoni tal-funzjonijiet ABAC;

197.

Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjonijiet li ġejjin min-naħa tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-effiċjenza u l-effikaċja ta’ CRIS:

ir-rwol ta’ CRIS fir-rigward tas-sistema ABAC ma kienx definit b’mod adegwat u dan ikkawża duplikazzjoni tal-funzjonijiet (punti 34 u 35) u jqajjem dubji dwar il-valur miżjud tal-kodifika tal-operazzjonijiet finanzjarji fis-sistema CRIS b’mod ġenerali (punt 35),

l-informazzjoni li ġejja minn CRIS tista’ tkun inaffidabbli (punti 39 sa 41, 49 sa 52 u 54 sa 56) u kultant tista’ tkun teħtieġ aġġustamenti manwali addizzjonali (it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-punt 52) minħabba dgħufijiet fil-kodifika tad-data (punti 38 sa 41) jew rekords tad-data nieqsa jew invalidi (punti 49 sa 51, 54 u 55),

kien hemm dewmien sostanzjali fir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni (fatturi u rapporti ta’ awditjar) fis-sistema CRIS (punt 57),

il-faċilità għall-utent tas-sistema CRIS tibqa’ l-aktar nuqqas urġenti (punt 43 u stampa 3);

198.

Jinsab imħasseb dwar ir-riskju li, minħabba dawk id-dgħufijiet, l-informazzjoni fornuta lill-Parlament, bħala awtorità ta’ kwittanza, tista’ tkun inaffidabbli (pereżempju l-punt 39 jirrigwarda n-nefqa mqassma skont il-pajjiż); jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni li saru sa issa (b’mod partikolari t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-punti 35, 52 u 54); jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni tirrimedja dawk id-dgħufijiet kemm jista’ jkun malajr biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba tas-sistema CRIS; jissuġġerixxi li, partikolarment, jiġu evitati duplikazzjoni tal-funzjonijiet, billi dawn mhumiex effiċjenti u hemm ir-riskju li tiddaħħal data ħażina;

199.

Josserva, barra minn hekk, li jkun opportun li l-funzjonalità tas-sistema CRIS tkun aġġornata bil-għan li tforni informazzjoni aggregata dwar il-pajjiżi benefiċjarji, l-oqsma politiċi u l-istrumenti finanzjarji, li attwalment hija diffiċli jew saħansitra impossibbli; jenfasizza l-bżonn ta’ titjib tal-effiċjenza u tal-effikaċja tas-sistema għall-operaturi permezz tar-razzjonalizzazzjoni u l-konsolidament tal-kodifika tad-data;

200.

Jinnota l-ispjegazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tan-nuqqas ta’ analiżi tal-ispejjeż ta’ CRIS, li rriżulta minn awditjar li qed jitwettaq sabiex tiġi analizzata l-abilità ta’ CRIS li tforni lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa u mhux biex tiġi studjata n-nefqa amministrattiva tas-sistema; jiddispjaċih, madankollu, għan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-kosteffikaċja ta’ CRIS;

201.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ strateġija ċara fuq perjodu twil sa mit-twaqqif ta’ CRIS, li tistabbilixxi l-objettivi u l-funzjonament tas-sistema, u li dan fl-aħħar mill-aħħar wassal għal proliferazzjoni ta’ kompiti mingħajr l-ebda viżjoni koerenti;

202.

Jenfasizza li s-sistema CRIS għandu jkollha mekkaniżmu standard għall-istratifikazzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data u tad-drittijiet ta’ aċċess tal-utenti; jemmen li tali mekkaniżmu għandu jiġi stabbilit sabiex tiġi żgurata riservatezza u integrità tad-data adegwati;

203.

Jesprimi t-tħassib tiegħu għas-sigurtà insuffiċjenti tas-sistema; josserva, barra minn hekk, li d-definizzjoni tar-responsabilitajiet fl-isfera tas-sigurtà għadha indefinita u mhux ċara, u dan jirriżulta f’riskju gravi għas-sigurtà tad-data; jenfasizza li d-data trid tirrispetta totalment il-kriterji tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (DAC);

204.

Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza li jkun hemm konformità mar-regoli dwar il-ħarsien tad-data; jikkritika l-fatt li n-notifiki tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma kinux ikopru espliċitament is-CVs mehmuża mar-rekords fis-sisetma CRIS (punt 74);

205.

Jistieden lill-Kummissjoni tittratta n-nuqqasijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha ppreżentati mill-Parlament u mill-Qorti tal-Awdituri mingħajr aktar dewmien;

Parti X   Rapport Speċjali Nru 6/2012 tal-Qorti tal-Awdituri intitolat “L-Għajnuna tal-Unjoni Ewropea lill-Komunità Turko-Ċiprijotta”

206.

Ifakkar li l-awditu indirizza l-mistoqsija globali “Il-Kummissjoni qiegħda ġġesti l-istrument tal-UE ta’ għajnuna finanzjarja lill-komunità Turko-Ċiprijotta b’mod effettiv?”;

207.

Jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu biex jikkunsidraw is-sejbiet ta’ din ir-riżoluzzjoni meta jkunu qed jinnegozjaw il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid (2014-2020) u mingħajr preġudizzju għall-eżitu finali tiegħu bil-għan li titqies ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awduri biex jiġu żgurati ppjanar, implimentazzjoni u sostenibilità aħjar f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 (28), b’ tali mod li ma jiġix implikat territorju estern;

208.

Jesprimi l-qbil tiegħu mal-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri li “il-programm diġà kiseb xi riżultati pożittivi imma s-sostenibilità tagħhom ħafna drabi hija dubjuża, partikolarment meta wieħed jikkunsidra l-inċertezza fuq il-finanzjament tal-UE fil-futur”, u li l-Kummissjoni “kienet kapaċi tiżviluppa programm li jindirizza u li b’mod adegwat jagħti prijorità lis-setturi kollha msemmija fl-objettivi tar-regolament” u li “għalkemm iffaċċjat limiti sinifikanti hija rnexxielha wkoll tistabbilixxi malajr uffiċċju tal-ġestjoni tal-programm fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru u tuża metodi ta’ implimentazzjoni u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li fil-biċċa l-kbira kienu xierqa. Id-dgħufijiet prinċipali fil-ġestjoni tal-programm irriżultaw mill-uffiċċju tas-sostenn lokali li ma kienx qed jopera skont proċeduri aktar devoluti bħad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u minħabba li l-kuntratti tal-persunal kienu qosra wisq biex huma jkunu jistgħu jġestu l-proġetti ffinanzjati mill-bidu sat-tmiem. Barra minn hekk, il-monitoraġġ fil-qafas tal-ġestjoni konġunta man-Nazzjonijiet Uniti ma kienx suffiċjenti”;

209.

Jinnota li l-programm għen lil diversi benefiċjarji differenti fil-komunità Turko-Ċiprijotta; jiddispjaċih madankollu, li l-implimentazzjoni tal-akbar proġett, il-bini ta’ impjant ta’ desalinizzazzjoni tal-ilma baħar (EUR 27,5 miljun), ma kinitx possibbli minħabba restrizzjonijiet imposti mill-armata Torka; jinnota li dan jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għall-programm;

210.

Jenfasizza l-importanza li tibqa’ tingħata għajnuna lill-komunità Turko-Ċiprijotta, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 389/2006, kif osservat ukoll il-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri; jenfasizza l-importanza li l-komunità Turko-Ċiprijotta titressaq eqreb tal-Unjoni sabiex ikun iffaċilitat il-proċess ta’ riunifikazzjoni; huwa tal-fehma, għalhekk, li fil-futur, ir-riżorsi allokati (i) għall-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku (ii) għall-iżvilupp u r-ristrutturar tal-infrastruttura, (iii) għar-rikonċiljazzjoni, għall-miżuri ta’ bini tal-fiduċja u s-sostenn lis-soċjetà ċivili, (iv) għat-tressiq tal-komunità Turko-Ċiprijotta eqreb tal-Unjoni, (v) għat-tħejjija ta’ testi legali allinjati mal-acquis communautaire, (vi) għat-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-acquis communautaire, kif ukoll għat-trawwim tal-integrazzjoni ekonomika bħala kwistjoni prijoritarja, għandhom jiżdiedu u l-programmi bikomunali relatati għandhom jiġu intensifikati;

211.

Jindika partikolarment, ir-rwol fundamentali ta’ proġetti bikomunali bħall-Kumitat għal Persuni Nieqsa sabiex jiġi determinat id-destin tal-persuni nieqsa u b’hekk jingħata kontribut għar-rikonċiljazzjoni interkomunali; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati l-fondi meħtieġa għall-operat tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa u jitlob lill-Kummissjoni, fl-isfond tal-appoġġ tagħha għall-Kumitat għal Persuni Nieqsa, tappella lill-forzi militari Torok sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għaż-żoni militari; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati proġetti infrastrutturali bikomunali u li jkun hemm kooperazzjoni b’mod aktar effiċjenti mal-Aġenziji u l-Programmi tan-Nazzjonijiet Uniti;

212.

Jindika wkoll l-importanza li tibqa’ tiġi appoġġata l-ħidma tal-Kumitat Tekniku għall-Patrimonju Kulturali biex jiġu żgurati r-restawr u l-preservazzjoni tas-siti storiċi u reliġjużi li jikkostitwixxu parti integrali mill-patrimonju kulturali ta’ Ċipru u parti inseparabbli mill-patrimonju kulturali dinji kollu kemm hu;

213.

Jinnota li, b’mod aktar ġenerali, is-sostenibilità tal-proġetti ħafna drabi hija dubjuża minħabba l-kapaċità amministrattiva limitata, id-dewmien fl-adozzjoni tat-testi rilevanti u l-inċertezzi dwar il-finanzjament futur min-naħa tal-benefiċjarji;

214.

Jikkunsidra utli wkoll li jiġi mfakkar li, fiż-żmien tal-awditu, kien għadu mhux ċar jekk kienx se jkun disponibbli finanzjament ulterjuri sinifikanti għall-programm ta’ assistenza tal-Unjoni; jinnota li l-ġestjoni tal-programm issir aktar diffiċli minħabba din l-inċertezza u dan għandu impatt negattiv fuq l-effikaċja u s-sostenibilità tiegħu;

215.

Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jkopru xenarji differenti bbażati kemm fuq l-iżviluppi fil-proċess ta’ riunifikazzjoni kif ukoll fuq il-livell ta’ assistenza futura mill-Unjoni;

216.

Jaqbel mal-Kummissjoni li sakemm tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni Ċiprijotta, l-appoġġ għall-Komunità Turko-Ċiprijotta għandu jkompli jkun ibbażat fuq ir-Regolament (KE) Nru 389/2006;

217.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-interventi jirriflettu l-għanijiet tal-programm minkejja l-firxa wiesgħa ta’ setturi li jridu jiġu koperti, l-adozzjoni mdewma tar-Regolament (KE) Nru 389/2006 u l-assenza ta’ approċċ pluriennali;

218.

Jinnota bi tħassib, madankollu, li l-Kummissjoni tiffaċċja restrizzjonijiet sinifikanti fit-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-programm, li l-effikaċja tal-uffiċċju tal-appoġġ lokali tal-Kummissjoni iddgħajfet minn diversi fatturi, li l-proċeduri ta’ implimentazzjoni tal-programm mhumiex dejjem effikaċi u li s-sostenibilità tal-proġetti tibqa’ riskjuża, minkejja li kien hemm ċertu riżultati;

219.

Jirrikonoxxi s-sitwazzjoni deskritta fir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri; jinnota li l-Kummissjoni ħadet numru ta’ inizjattivi u li mindu sar l-awditu nkiseb aktar titjib fl-effiċjenza;

220.

Jilqa’ wkoll il-konklużjoni b’suċċess tal-operazzjonijiet permezz tal-ġestjoni konġunta mal-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP);

221.

Jiddispjaċih għat-telfien tal-proġett tal-impjant ta’ desalinizzazzjoni tal-ilma baħar, fattur li sfortunatament kien ta’ żvantaġġ; ifakkar li dan il-proġett mhux biss kien il-proġett prinċipali fil-qasam tal-ilma iżda kien ukoll l-ikbar proġett (li kien jammonta għal madwar 10 % tal-finanzjamenti totali kkuntrattati) iffinanzjat bis-saħħa ta’ dan l-istrument u li l-impjant kien maħsub biex jipprovdi 23 000 m3 ta’ ilma nadif u tajjeb għax-xorb kuljum, biex b’hekk jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ ammont stmat ta’ 100 000 persuna; ifakkar ukoll li l-provvista tal-ilma kulma jmur qed issir kwistjoni kritika għall-gżira wara li l-medja annwali tal-ilma tax-xita naqset b’40 % tul dawn l-aħħar tletin sena; jinsab tassew imħasseb dwar il-fatt li l-proġett ġie kkanċellat minħabba restrizzjonijiet imposti fuq il-kuntrattur Ċiprijott Grieg mill-armata Torka, u li wara li dawn ir-restrizzjonijiet tneħħew f’Marzu 2010, il-kuntrattur ma riedx ikompli billi saħaq li l-kundizzjonijiet ma kinux favorevoli; dan ifisser li din il-kwistjoni ambjentali serja mhijiex qed tiġi indirizzata; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibbiltà li ġġedded il-proġett;

222.

Jinsisti, madankollu, li l-interessi finanzjarji tal-Kummissjoni ġew protetti bil-kanċellazzjoni tal-proġett tal-impjant ta’ desalinizzazzjoni; jinnota li ma sar l-ebda pagament fil-qafas tal-kuntratt ta’ bini;

223.

Jiddispjaċih ħafna li l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet dwar infrastrutturi lokali u urbani sofrew dewmien, għad li fil-biċċa l-kbira, id-dewmien kien ikkawżat minn diffikultajiet politiċi u mill-verifika tas-sjieda tal-art, fatturi li mhumiex fil-kontroll tal-Kummissjoni u tal-UNDP;

224.

Japprova l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-programm diġà kiseb riżultati pożittivi u għen lil ħafna benefiċjarji mill-komunità Turko-Ċiprijotta, inklużi bdiewa, studenti u dawk li qed jużaw il-punti ta’ qsim il-ġodda; jinnota li s-sostenibbiltà tiegħu spiss hija dubjuża, partikolarment minħabba n-nuqqas ta’ ċertezza fir-rigward tal-finanzjament futur mill-Unjoni;

225.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li minkejja l-kuntest politiku diffiċli u skeda mqassra, il-Kummissjoni rnexxielha tistabbilixxi programm li rrifletta l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 389/2006 u toħloq malajr uffiċċju ta’ ġestjoni tal-programm u tintroduċi mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni adegwati;

226.

Jenfasizza l-karattru tranżizzjonali u eċċezzjonali tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Komunità Turko-Ċiprijotta, fl-istennija għar-riunifikazzjoni ta’ Ċipru; jinnota li l-Kummissjoni tappoġġa t-tkomplija tal-għajnuna lill-komunità Turko-Ċiprijotta sakemm tinstab soluzzjoni komprensiva għall-kwistjoni Ċiprijotta fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 389/2006;

227.

Jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 6/2012; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra l-esperjenza akkumulata fl-implimentazzjoni tal-programm u, jekk neċessarju, tipproponi miżuri sabiex jittejjeb ulterjorment u tinforma kif xieraq lill-Parlament; jipproponi li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta ma tqisx biss il-proġetti l-ġodda, iżda anke l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sostenibilità tal-proġetti eżistenti meta tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni ta’ kwalunkwe finanzjament futur, abbażi tal-qafas legali eżistenti u f’konformità mal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 389/2006;

228.

Jikkunsidra li l-għajnuna tal-Unjoni għandha tkompli tappoġġa l-proċess ta’ riunifikazzjoni f’Ċipru; jirrakkomanda lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward tkompli bl-impenn tagħha b’rabta mal-ħames objettivi tar-Regolament (KE) Nru 389/2006, filwaqt li tappoġġa fost l-oħrajn, miżuri bikomunali, proġetti għall-bini tal-fiduċja, attivitajiet b’rabta ma’ persuni nieqsa, is-soċjetà ċivili (inklużi l-minoranzi Armeni u Maroniti), il-preservazzjoni u r-restawr tas-siti storiċi, il-ħarsien ambjentali kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-implimentazzjoni tal-acquis communautaire;

229.

Jitlob lill-Kummissjoni timmassimizza ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sejħiet għal offerti għal programmi għar-rikonċiljazzjoni u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili; jindika, b’mod partikolari, l-ħtieġa li jiġu appoġġati l-programmi għall-integrazzjoni soċjoekonomika u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fil-komunità Turko-Ċiprijotta;

Parti XI   Rapport Speċjali Nru 7/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: Il-progress li sar s’issa”

230.

Jilqa’ r-Rapport Speċjali Nru 7/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: Il-progress li sar s’issa” li jiffoka fuq il-progress miksub mir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid introdotta mill-Kunsill fl-2008; jirrikonoxxi li l-objettiv ewlieni tal-awditjar kien li jiġi vvalutat il-progress rigward wieħed mill-objettivi ewlenin tar-riforma, jiġifieri t-titjib fil-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda;

231.

Ifakkar li r-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid kellha l-għan li tibbilanċja l-provvista u d-domanda u li l-istrumenti finanzjarji ewlenin ta’ din ir-riforma kienu jinkludu skema temporanja tal-qlugħ tad-dwieli u t-twaqqif ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ li jippermettu lil kull Stat Membru jagħżel dawk il-miżuri (fost il-11 disponibbli) li huma l-aktar adattati għas-sitwazzjoni partikolari tiegħu;

232.

Jenfasizza li l-awditjar kien jiffoka fuq iż-żewġ miżuri li jirrappreżentaw l-akbar oqsma tal-infiq: il-“qlugħ tal-vinji” u r-“ristrutturar u t-trasformazzjoni tal-vinji” fejn EUR 1 074 miljun ġew allokati għall-miżura tal-qlugħ tal-vinji fil-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ tliet snin mill-2008-2009 sal-2010-2011 u EUR 4 200 miljun ġew allokati għall-miżura ta’ ristrutturar u trasformazzjoni fuq perjodu ta’ għaxar snin mill-2001 sal-2010;

233.

Jieħu nota li l-Unjoni hija l-akbar produttur tal-inbid fid-dinja bi 3,5 miljun ettaru ta’ dwieli; ifakkar li l-Unjoni pproduċiet madwar 160 miljun ettolitru ta’ nbid matul is-sena tal-inbid 2007-08, li jirrappreżentaw madwar 60 % tal-produzzjoni dinjija tal-inbid; jinnota, barra minn hekk, li kien hemm pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet tal-inbid fil-livell tal-produtturi, li kompliet tiżdied bit-tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-inbid fl-Unjoni fl-għoxrin sena qabel l-2009;

234.

Jinnota li r-Rapport Speċjali Nru 7/2012 jindika li għalkemm id-domanda għall-qlugħ tal-vinji qabżet it-350 000 ettaru, l-impatt tagħha kien limitat mill-mira fissa ta’ 175 000 ettaru u fl-aħħar mill-aħħar 160 550 ettaru biss ġew maqlugħa permezz tal-għajnuna mill-Unjoni; il-Qorti tal-Awdituri tqis li l-iskema tal-qlugħ tal-vinji sa fl-aħħar naqqset iż-żona tal-inventarju tal-vinji b’madwar 5 %, li jikkorrispondu għal madwar 10,2 miljun ettolitru ta’ nbid irtirat jew 6 % tal-produzzjoni tal-inbid li jintuża; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, li ħafna aktar art – 300 000 ettaru b’kollox – ġiet maqlugħa mir-riforma ‘l hawn, u li ma ngħatat ebda għajnuna ta’ din ix-xorta fir-rigward ta’ madwar 140 000 ettaru ta’ dik l-art, ċifra li ma tidhirx fir-Rapport Speċjali Nru 7/2012;

235.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li, fir-rigward tal-miżura tal-qlugħ tal-vinji, l-iskema setgħet kienet aktar effiċjenti u tiswa anqas peress li r-rati ta’ għajnuna żdiedu għal livelli għoljin wisq fl-ewwel u t-tieni sena, filwaqt li d-domanda għall-miżura qabżet il-mira, anki meta r-rati tnaqqsu għal-livell oriġinali tagħhom fit-tielet u fl-aħħar sena tal-iskema;

236.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tqis li l-qlugħ tal-vinji mhux dejjem kien immirat lejn il-vinji anqas kompetittivi jew anqas vijabbli u li l-iskema ffinanzjat il-qlugħ ta’ ċerti vinji li diġà kienu ġew ristrutturati u li fil-prinċipju kienu kompetittivi; jinnota b’dispjaċir li tali każijiet mhumiex konformi mal-objettivi tal-politika tar-riforma;

237.

Jinnota li r-Rapport Speċjali Nru 7/2012 jenfasizza li t-tnaqqis mistenni fil-produzzjoni ma mmaterjalizzax minħabba l-użu insuffiċjenti ta’ xi strumenti tal-organizzazzjoni komuni tas-suq bħall-ħsad ekoloġiku u l-promozzjoni, u minħabba li l-Kunsill ċaħad il-proposta tal-Kummissjoni li tipprojbixxi l-arrikkament bis-sukrożju;

238.

Jinnota li r-Rapport Speċjali Nru 7/2012 jagħraf li l-miżuri ta’ ristrutturar ikkontribwixxew għat-titjib fil-kompetittività tas-settur iżda ġġeneraw ukoll żieda fil-produzzjoni f’ċerti Stati Membri u dan ħadem kontra l-isforzi biex titnaqqas il-provvista tas-suq;

239.

Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tinnota li l-Kummissjoni m’għamlitx valutazzjoni fil-fond dwar l-impatt potenzjali tal-liberalizzazzjoni tad-drittijiet tat-taħwil li kienet skedata għal mhux aktar tard mill-2018, u tqis li tali valutazzjoni hija meħtieġa biex tiġi stabbilita stima tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-settur tal-inbid;

240.

Jieħu nota tat-tħassib tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-fatt li l-UE ffinanzjat il-miżura tal-qlugħ tal-vinji sabiex tnaqqas iż-żieda fil-produzzjoni tal-inbid, filwaqt li f’ċerti każijiet il-miżura ta’ ristrutturar u ta’ trasformazzjoni wasslet għal xi żidiet fir-rendimenti tal-vinji; hu tal-fehma, madankollu, li aktar rendimenti jistgħu jagħmlu l-inbid aktar kompetittiv, iżda jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tiżgura li tiġi applikata strateġija adegwata sabiex jiġu evitati l-iżbilanċi;

241.

Japprova bis-sħiħ li l-qlugħ ta’ xi vinji modernizzati missu ġie evitat billi jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet eżistenti sabiex jiġu evitati l-possibilitajiet vasti ta’ interpretazzjoni u billi jiġu stabbiliti kriterji addizzjonali eliġibbli marbuta mal-vinja nnifisha u mhux biss mal-bidwi;

242.

Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-miżuri ta’ ristrutturar bil-għan li ssaħħaħ l-effikaċja tagħhom u żżomm il-miżuri mill-programm preċedenti li wrew li kellhom suċċess u b’hekk tagħti spinta lill-kompetittività tas-settur; jistenna li l-Kummissjoni tiżgura li l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri u l-miżuri ta’ ristrutturar u trasformazzjoni jkunu konformi mal-objettiv tar-riforma speċjalment dwar l-Iskema ta’ Pagament Uniku; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex ittejjeb id-dispożizzjonijiet attwali sabiex tagħmilha possibbli li l-bdiewa jadattaw aħjar għas-sinjali fis-suq u jqabblu aħjar il-provvista mal-prodotti mitluba;

243.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri li jissalvagwardaw l-aħjar tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid fl-Unjoni li essenzjalment ifisser li tiġi żgurata l-koeżjoni soċjoekonomika u jiġu protetti l-ambjent u l-pajsaġġ f’ħafna miż-żoni rurali li joperaw fihom;

244.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi stima aġġornata regolarment tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-settur tal-inbid li tkun imsejsa fuq analiżi statistika tal-kwantitajiet varjabbli tas-settur li tqis l-effetti pożittivi tar-rendiment tal-miżuri ta’ ristrutturar u trasformazzjoni; jemmen li abbażi ta’ dik l-istima, hija jmissha ddeterminat iż-żona mmirata għall-miżura tal-qlugħ u huwa tal-fehma li fil-futur, hija jmissha tevalwa jekk hemmx ħtieġa għat-titjib ta’ kwalunkwe miżura oħra biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi possibbli abbażi ta’ dik l-istima;

245.

Jinsisti dwar il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni fil-fond tal-impatt tal-liberalizzazzjoni tad-drittijiet tat-taħwil, skont ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri; jitlob lill-Kummisjoni tevalwa l-konsegwenzi potenzjali tal-eliminazzjoni ta’ dan ir-reġim bil-għan li tadotta l-aktar deċiżjonijiet konvenjenti biex tiggarantixxi l-bilanċ fis-suq tal-inbid; jinnota l-opinjoni tal-maġġoranza tal-Istati Membri kontra d-deċiżjoni li din is-sistema tintemm, opinjoni li jikkondividi wkoll il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 bit-titolu “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali” (29);

246.

Jenfasizza li għalkemm id-domanda għall-inbid fl-Unjoni ilha tonqos tul dawn l-aħħar deċennji, tul dawn l-aħħar snin kien hemm żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi li ma ġietx indirizzata fir-Rapport Speċjali Nru 7/2012; jemmen li l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jippromwovu l-esportazzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità tista’ tgħin biex tnaqqas il-produzzjoni żejda;

247.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura li l-Istati Membri li jużaw rati fissi għal kull ettaru biex jikkalkulaw il-pagamenti jinstallaw mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll għall-agenziji ta’ pagament biex jiggarantixxu li l-bdiewa ma jiġux kumpensati żżejjed u jistandardizzaw l-istima tal-ispejjeż sabiex il-varjazzjonijiet fl-ispejjeż stmati għal miżuri kumparabbli jitnaqqsu kemm jista’ jkun;

248.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni adegwata sabiex tistabbilixxi l-kumparabilità u livell aċċettabbli ta’ standardizzazzjoni għall-miżuri bbażati fuq l-Artikolu 103q tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (30);

249.

Jemmen li, barra mill-esportazzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità lejn pajjiżi terzi, appoġġ akbar għall-konsum tal-inbejjed Ewropej fl-Unjoni jgħin ukoll biex titnaqqas il-produzzjoni żejda;

250.

Jitlob lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid politika li tippromwovi s-settur tal-inbid u ttejjeb il-kompetittività tiegħu fis-suq intern, inklużi kampanji ta’ informazzjoni għall-adulti dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u dwar il-kwalitajiet u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, filwaqt li jiġu enfasizzati l-għeruq kulturali tal-inbejjed Ewropej; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni teżamina strateġija Ewropea biex iżżid l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

Parti XII   Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Verifika tas-sistema ta’ kontroll li tirregola l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-importazzjoni ta’ prodotti organiċi”

251.

Jilqa’ r-Rapport Speċjali Nru 9/2012 tal-Qorti tal-Awdituri, u japprova l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; iqis li huwa diżappuntanti, madankollu, li saru żjarat ta’ verifika f’sitt Stati Membri biss, anke meta jitqies li dawn kienu l-pajjiżi li kienu kkonċernati bl-aktar mod dirett;

252.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari rigward it-traċċabilità u l-kummerċ transkonfinali fi prodotti organiċi;

253.

Jinnota li l-konsum ta’ prodotti organiċi jirrappreżenta inqas minn 2 % tas-suq kollu tal-ikel, għalkemm ix-xejra x’aktarx hi li dan qed jiżdied;

254.

Jenfasizza l-fatt li l-importanza tal-produzzjoni organika tmur lil hinn minn nutrizzjoni li hi tajba għas-saħħa; il-biedja organika hija approċċ innovattiv u bbażat fuq l-għarfien fir-rigward tal-produzzjoni agrikola, b’użu effiċjenti tar-riżorsi, li tista’ tistimola l-iżvilupp rurali u l-impjiegi; żieda fl-użu tal-bijoteknoloġiji u tal-produzzjoni organika tista’ tipprovdi “valur miżjud Ewropew” għall-agrikoltura, ħaġa li tista’ twassal għal rwol akbar għall-Ewropa fil-kompetizzjoni globali; jinnota, barra minn hekk, li tikkontribwixxi għal sostenibilità ambjentali, ekonomika u soċjali fit-tul, bħall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, it-tnaqqis tar-ritmu tat-telf tal-bijodiversità u t-titjib tal-istandards tal-benessri tal-annimali;

255.

Ifakkar li l-Parlament dejjem appoġġa l-biedja organika u se jkompli jagħmel hekk u pparteċipa b’mod attiv fil-ħolqien ta’ leġiżlazzjoni għall-produzzjoni u r-regoli ta’ tikkettar tal-ikel organiku;

256.

Jemmen li fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, għandhom jingħataw aktar attenzjoni u appoġġ lill-produzzjoni tal-prodotti organiċi;

257.

Jesprimi t-tħassib tiegħu li ħafna prodotti organiċi jiswew aktar minn prodotti li mhumiex organiċi; konsegwenza ta’ dan, konsumaturi li huma sensittivi għall-prezzijiet u persuni li għandhom introjti aktar baxxi ma jistgħux jaffordjaw jew jistgħu jaffordjaw inqas dawn il-prodotti li huma aħjar għas-saħħa;

258.

Jirrikonoxxi li sistema effikaċi ta’ kontrolli għall-produzzjoni organika toħloq numru ta’ ostakoli li l-operaturi (inklużi l-produtturi, l-importaturi u dawk li jipproċessaw) ikollhom jegħlbu, iżda fl-istess ħin tagħti validazzjoni tal-kwalità tagħhom, filwaqt li tagħti kredibilità lill-operaturi u fl-istess ħin tagħmilha possibbli għall-konsumatur li jkollu fiduċja fi prodotti ttikkettati bħala organiċi;

259.

Jiġbed l-attenzjoni għat-tkabbir tas-suq tal-ikel organiku minn ikel organiku mkabbar fl-Unjoni kif ukoll impurtat, ħaġa li tista’ toħloq ukoll il-potenzjal għal prattiki kummerċjali żleali, u jirrimarka li dan jirrikjedi sistemi ta’ kontroll aktar b’saħħithom fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak tal-Istati Membri; jenfasizza li l-kontrolli għandhom jipprovdu garanzija li l-prodotti ittikkettati bħala organiċi verament ikunu organiċi;

260.

Ifakkar li l-Kummissjoni hija responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ kontroll u jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni konġunta tal-konklużjonijiet ewlenin tal-Qorti tal-Awdituri mal-Istati Membri, li għandhom ir-responsabilità sinifikanti għat-tħaddim tas-sistema ta’ kontroll;

261.

Jenfasizza l-importanza li tingħata assigurazzjoni suffiċjenti li s-sistema qed topera b’mod effikaċi u li tiżgura li l-fiduċja tal-konsumaturi ma tiddgħajjifx;

262.

Jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tiddefinixxi inizjattivi u proposti regolatorji li jkollhom l-għan li jiżguraw li d-dgħufijiet kollha indikati fir-Rapport Speċjali Nru 9/2012 jiġu rrimedjati sal-aħħar tal-2013;

263.

Jilqa’ r-rieżami tal-leġiżlazzjoni ta’ kontroll li se jsir dalwaqt mill-Kummissjoni u l-preparazzjoni attwali tal-linji gwida għall-akkreditazzjoni mill-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni bħala kontribut siewi għat-titjib tal-implimentazzjoni fil-ġejjieni;

264.

Jenfasizza li huwa fundamentali li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali fl-applikazzjoni tal-proċeduri għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-korpi ta’ kontroll; jinnota li n-nuqqasijiet iwasslu għal differenzi fil-kontroll tat-tikkettar tal-prodotti organiċi, ħaġa li żżid ir-riskju ta’ frodi jew tal-għażla tal-aktar regoli vantaġġjużi fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti organiċi, u għalhekk għandhom impatt negattiv fuq il-fiduċja tal-konsumaturi fir-rigward tat-tikketta organika;

265.

Jesprimi s-sorpriża u t-tħassib tiegħu rigward il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma ddokumentawx jew ma ddokumentawx biżżejjed il-proċeduri tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tal-korpi ta’ kontroll biex jiggarantixxu r-rispett tar-rekwiżiti regolatorji; jitlob li l-parlamenti nazzjonali, li l-kompitu tagħhom huwa li jeżerċitaw kontroll fuq il-gvernijiet tal-Istati Membri, jiġu infurmati b’din il-konklużjoni;

266.

Jenfasizza li l-indipendenza tal-korpi ta’ kontroll, inkluż jekk dawn ikunu awtoritajiet pubbliċi, hija kruċjali biex tinżamm ir-reputazzjoni tat-tikketta organika;

267.

Jilqa’ l-punti ta’ titjib fis-sistemi tal-IT li diġà huma disponibbli u jqishom bħala komponenti essenzjali ta’ kontrolli effikaċi fil-ġejjieni;

268.

Jenfasizza r-responsabilitajiet tal-Istati Membri f’dan il-qasam, bħal f’oqsma oħrajn, u jqis il-laqgħat regolari tal-Kumitat Permanenti għall-Biedja Organika (SCOF) bħala siewja ħafna f’termini ta’ skambju tal-aħjar prattika u tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u persunal minn pajjiżi terzi involut fis-sistemi ta’ kontroll; jinnota, minkejja dan, l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (punt 75) li dan il-korp jeħtieġlu jtejjeb il-kapaċità tiegħu li jiskambja informazzjoni dwar il-funzjonament tar-reġim tal-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjonijiet;

269.

Jenfasizza l-importanza tal-iskambju ta’ informazzjoni fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni ddaħħal miżuri xierqa biex tiżgura li l-fluss ta’ informazzjoni jkun rilevanti, affidabbli u f’waqtu; b’mod partikolari, jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tħaffef u żżid l-affidabilità tal-komunikazzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti organiċi bħal dawk komunikati permezz tas-“Sistema ta’ Informazzjoni tal-Biedja Organika”;

270.

Jistieden lill-Istati Membri jieqfu, qabel id-data ta’ waqfien, jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tranżitorji ta’ importazzjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2083/92 (31), arranġament li ġie estiż diversi drabi iżda li se jieqaf skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni attwali tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2011 (32) tas-6 ta’ Diċembru 2011, li jistipula li l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ dan it-tip wara l-1 ta’ Lulju 2014;

271.

Jinnota l-osservazzjoni fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2011 tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, li tindika li l-prodotti organiċi ssemmew b’mod żbaljat bħala sors potenzjali ta’ kontaminazzjoni fit-tifqigħa tal-E. Coli, b’mod li tqajmu xi dubji dwar is-sorveljanza tal-biedja organika, u li s-sena kienet ikkaratterizzata minn rappurtar estensiv fil-midja tad-dgħufijiet fis-sorveljanza u fil-kontroll fis-settur organiku (33), b’mod partikolari b’segwitu għal każ ta’ frodi skopert fl-aħħar tas-sena, li kien jinvolvi data ffalsifikata u prodotti ttikkettati b’mod falz bħala organiċi;

272.

Jinnota r-riżerva f’dak ir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2011 rigward ir-riskju potenzjali għar-reputazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tas-settur organiku jekk din ma tkunx implimentata kif suppost fl-Unjoni kollha u fil-fruntieri esterni tagħha;

273.

Qed jistenna s-segwitu li se jingħata mill-Qorti tal-Awdituri fi tliet snin biex ikollu stampa tal-miżuri ta’ rimedju li bdew jitħaddmu u r-riżultati tagħhom;

Parti XIII   Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?”

274.

Jindika li:

(a)

is-sistema statistika Ewropea tikkonsisti fi sħubija bejn l-awtorità statistika tal-Unjoni, l-Eurostat, u l-istituti statistiċi nazzjonali li huma responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet kollha fil-livell nazzjonali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea u li jistgħu jirċievu għotjiet mill-baġit tal-Unjoni mingħajr sejħa preċedenti għall-proposti;

(b)

il-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea jipprovdi gwida professjonali għas-Sistema Statistika Ewropea;

275.

Jinnota li:

(a)

l-objettiv globali tal-awditjar kien li jiġi vvalutat jekk il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbux il-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli;

(b)

għal dan l-għan, il-Qorti tal-Awdituri indirizzat żewġ kwistjonijiet: l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea (ESCP) u l-ġestjoni mill-Eurostat tal-programm statistiku Ewropew pluriennali;

(c)

l-awditjar kopra wkoll il-kontribuzzjoni tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ESGAB) u l-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika;

276.

Japprova b’mod ġenerali t-tliet rakkomandazzjonijiet ewlenin mill-Qorti tal-Awdituri:

(a)

peress li l-awtoritajiet tal-istatistika tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom responsabilità komuni għaż-żamma tal-fiduċja fil-proċess demokratiku tal-Ewropa, huma għandhom isaħħu s-sistema tal-istatistika Ewropea billi jiżguraw indipendenza professjonali, riżorsi suffiċjenti, superviżjoni effikaċi b’sanzjonijiet u titjib malajr tal-miżuri għall-każijiet fejn l-istandards tal-kwalità ma jiġux rispettati;

(b)

sabiex timplimenta bis-sħiħ il-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea, il-Kummissjoni għandha:

tipproponi emendi fil-qafas regolatorju għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea li jagħtu bażi soda għar-rieżami, l-infurzar u, f’każijiet xierqa, il-verifikazzjoni u l-ispezzjoni li jkopru l-ambjent istituzzjonali tal-produzzjoni tal-istatistika, il-proċessi tal-istatistika u l-istatistika prodotta kemm fil-livell tal-UE u kif ukoll fil-livell nazzjonali;

tieħu l-passi neċessarji sabiex tassigura ċertezza legali tan-natura tal-obbligu ta’ konformità mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea;

tiżviluppa funzjoni superviżorja biex issegwi r-rieżamijiet, il-verifiki, u l-ispezzjonijiet pereżempju billi jiġi estiż l-ambitu attwali tal-ESGAB;

issaħħaħ l-indipendenza professjonali tal-Kap responsabbli mill-Istatistika tal-Unjoni Ewropea;

tikkonforma d-deċiżjoni interna tagħha dwar ir-rwol tal-Eurostat mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea, tippermetti lill-Eurostat japplika l-protokoll tiegħu dwar l-aċċess imparzjali għad-data mingħajr restrizzjoni (u gradwalment tneħħi l-mekkaniżmu tal-krediti operazzjonali sottodelegati għall-produzzjoni tal-istatistika biex il-Eurostat ma jibqax parzjalment dipendenti fuq servizzi oħra tal-Kummissjoni);

tniedi sensiela ġdida ta’ reviżjonijiet bejn il-pari prevista mill-Kummissjoni għall-2013, li tkopri l-konformità mal-prinċipji kollha tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea, u li tinkludi element estern qawwi sabiex tippermetti valutazzjonijiet indipendenti u riżultati li jistgħu jitqabblu;

tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ reviżjonijiet rikorrenti bejn il-pari għall-oqsma tal-istatistika l-aktar importanti li jkopru l-katina sħiħa ta’ produzzjoni inklużi dawk li jipprovdu d-data amministrattiva;

(c)

L-Eurostat għandu jisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-programm statistiku Ewropew li ġej għas-snin 2013-2017 u, b’mod partikolari:

jiddefinixxi miri u stadji preċiżi kull sena fil-programmi statistiċi annwali u jorganizza segwitu adegwat;

jikkunsidra li jirrevedi l-programm jekk ikun meħtieġ matul l-implimentazzjoni tiegħu u jissinkronizzah mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

sistematikament jerġa’ jeżamina l-prijoritajiet statistiċi b’kunsiderazzjoni tar-rilevanza tal-produzzjoni statistika u l-ispejjeż u l-piżijiet għas-sistema statistika Ewropea, il-membri tagħha u dawk li jwieġbu, u jħeġġeġ l-innovazzjoni statistika meta jiġu definiti prijoritajiet ġodda;

itejjeb l-appoġġ tiegħu għall-funzjonament tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika permezz ta’ iżjed informazzjoni u adattata aħjar dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u finanzjarji tal-għażliet tal-ipprogrammar statistiku u dwar l-implimentazzjoni tal-programmi statistiċi;

jissimplifika u jtejjeb l-effiċjenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-għotjiet billi jirrikorri għal skali standard tal-ispejjeż tal-unitajiet għall-persunal u għal somom sħaħ għal settijiet ta’ data pprovduti permezz ta’ stħarriġiet;

jesplora l-għażla ta’ sistema bbażata fuq il-prestazzjoni ta’ ġestjoni tal-għotjiet, li sserraħ fuq indikaturi u objettivi miftiehma;

itejjeb il-kompetizzjoni fil-proċeduri tal-akkwist, notevolment billi jagħti aktar importanza lill-kriterju tal-prezz fi proċeduri li jagħtu preferenza lill-offerta li tkun l-aktar ekonomikament vantaġġuża u billi jiġu evitati l-limiti minimi li jdgħajfu l-kompetizzjoni fil-prezzijiet;

277.

Jilqa’ t-tweġibiet ġeneralment kostruttivi li saru mill-Kummissjoni u jinnota, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni taqbel mal-Qorti tal-Awdituri li l-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-istatistika tagħhom għandhom responsabilità komuni għaż-żamma tal-fiduċja fil-proċess demokratiku tal-Ewropa;

278.

Jirrimarka li, kif mitlub mill-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni:

(a)

ippreżentat proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 (COM(2012) 167);

(b)

adottat deċiżjoni interna ġdida dwar l-Eurostat fis-17 ta’ Settembru 2012; kif ukoll

(c)

approvat reviżjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea f’Settembru 2011;

279.

Jirrimarka li r-rwol ta’ koordinazzjoni tal-istituti statistiċi nazzjonali u l-Eurostat fil-produzzjoni tal-istatistika Ewropea jeħtieġ jiġi infurzat u appoġġat minn bidliet leġiżlattivi addizzjonali, fejn ikun meħtieġ; jitlob li l-ESGAB jinbidel f’korp superviżorju indipendenti li għandu jkollu l-kompitu li jissorvelja r-rieżamijiet, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fis-Sistema Statistika Ewropea; għal dak l-għan, jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposta għal regolament li għandu jissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (34) li bħalissa qiegħda fis-seħħ;

280.

Jenfasizza li s-sistema statistika Ewropea fiha nnifisha teħtieġ tkun strument ta’ titjib sistematiku sabiex tadatta l-istrutturi u r-riżorsi għall-isfidi l-ġodda; jinnota li, peress li hemm domanda li dejjem qed tikber għall-istatistika minkejja li r-riżorsi qegħdin jonqsu, hemm bżonn li ssir bidla sistemika fil-mod kif tiġi prodotta l-istatistika sabiex titjieb aktar l-effiċjenza; jissottolinja li l-implimentazzjoni tal-viżjoni għad-deċennju li jmiss u tal-istrateġija tas-sistema statistika Ewropea konġunta assoċjata ma tistax tiġi posposta aktar;

281.

Jisħaq dwar il-bżonn li tissaħħaħ aktar il-governanza tas-sistema statistika Ewropea u jenfasizza li r-reviżjoni kontinwa tal-istruttura tal-governanza tas-sistema statistika Ewropea teħtieġ titlesta malajr sabiex jiġu ssimplifikati l-kanali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u jiġu trasferiti l-kompetenzi ta’ komitoloġija lill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika l-pożizzjoni tal-ESGAB fl-istruttura tal-governanza tas-sistema statistika Ewropea;

282.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li timplimenta bis-sħiħ il-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea; jinnota madankollu li l-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea għadu jirrappreżenta sfida għas-sistema statistika Ewropea kollha kemm hi u hemm bżonn li l-Eurostat u l-istituti statistiċi nazzjonali jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea;

283.

Jiddispjaċih li minn 677 azzjoni ta’ titjib oriġinarjament identifikati għas-sistema statistika Ewropea matul reviżjonijiet bejn il-pari esterni mwettqa fl-2006-2008, 71 % biss tlestew sal-2012; jinnota li parti mill-azzjonijiet ta’ titjib li għad fadal diġà jeħtiġilhom aġġornament u li l-progress tal-implimentazzjoni tagħhom qed jieqaf; għalhekk jilqa’ l-pjanijiet għal sett ġdid ta’ reviżjonijiet bejn il-pari li se jibdew fl-2013, inkluża l-pubblikazzjoni tal-lista l-ġdida għall-azzjonijiet li għad fadal u l-iskeda għall-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-inklużjoni ta’ proċessi ta’ verifika esterni filwaqt li tiġi implimentata sensiela ġdida ta’ reviżjonijiet bejn il-pari;

284.

Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni taċċetta fil-prinċipju r-rakkomandazzjonijiet dwar ir-reviżjonijiet bejn il-pari, l-introduzzjoni ta’ għanijiet u miri preċiżi fil-programmi annwali tal-istatistika, prijoritizzazzjoni mill-ġdid u r-reviżjoni tal-programm 2013-2017, inkoraġġiment għall-innovazzjoni, involviment aħjar tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, simplifikazzjoni u titjib fl-effiċjenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-għotjiet; jinnota li l-Kummissjoni taqbel ukoll li tevita d-dgħufija tal-kompetizzjoni fil-prezzijiet fil-proċeduri tal-akkwist u li tadatta l-limitu eżistenti u l-proporzjon għall-għażla tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża u huwa sodisfatt li d-dispożizzjonijiet tal-proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 kif ippreżentat mill-Kummissjoni jispeċifikaw l-użu ta’ somom sħaħ u l-ftehim għall-użu ta’ skali standard ta’ spejjeż għal kull unità;

285.

Jinnota li dispożizzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 ssaħħaħ il-prinċipju ta’ indipendenza tal-Kap responsabbli mill-Istatistika tal-Unjoni Ewropea iżda ma tipprevedix l-istess mekkaniżmi għall-ħatra tiegħu kif rrakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri; jirrimarka li r-Regolament emendat jeħtieġ jiddefinixxi r-rwol tal-ESGAB fil-proċedura tal-għażla tal-Kap responsabbli mill-Istatistika applikata mill-Kummissjoni u li regoli ta’ ħatra u sensja ċari u pubblikament aċċessibbli għall-Kap responsabbli mill-Istatistika għandhom jiġu żgurati permezz ta’ kompetizzjonijiet miftuħa u termini fissi konformi mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea;

286.

Jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tneħħija gradwali tas-sottodelegazzjoni tal-krediti għall-produzzjoni tal-istatistika.

287.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013) 122 (Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(9)  Reġim li importatur juża sabiex jikseb eżenzjoni mill-VAT meta l-oġġetti importati jkunu se jiġu ttrasportati lejn Stat Membru ieħor u meta l-VAT hi dovuta fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(10)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(11)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni tad-19 ta’ Mejju 2010: Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010) 245).

(12)  The Shadow Economy in Europe, 2010: Using Electronic Payment Systems to Combat the Shadow Economy/Friedrich Schneider, A.T. Kearney, 2010.

(13)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-24 ta’ April 2012: Rapport ta’ monitoraġġ dwar it-tħejjijiet għall-adeżjoni tal-Kroazja, p. 12.

(14)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2007: It-tieni rapport dwar l-użu ta’ riżorsi finanzjarji allokati għad-dekommissjonar ta’ stallazzjonijiet nukleari, fjuwil użat u skart radjoattiv (COM(2007) 794 finali), p. 10.

(15)  Rapport Speċjali Nru 16/2011, p. 7.

(16)  Ara r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-13 ta’ Lulju 2011: Dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji matul 2004-2009 mgħotija lil-Litwanja, is-Slovakkja u l-Bulgarija biex isostnu d-dekummissjonar tal-għeluq tal-impjanti tal-enerġija nukleari skont l-Atti ta’ Adeżjoni (COM(2011) 432).

(17)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2011 dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-UE fil-qasam tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri l-ġodda (ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 19).

(18)  SEC(2011) 1387, p. 34, ara l-anness 1.

(19)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011) 615/2).

(20)  Opinjoni mehmuża mar-rapport A7-0270/2012.

(21)  Bħall-adozzjoni ta’ Qafas Strateġiku Komuni; l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati dwar l-istrumenti finanzjarji; ir-responsabilitajiet tal-Istati Membri dwar il-proċedura għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet u l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament; il-kundizzjonijiet tal-awditjar nazzjonali; il-kriterji ta’ akkreditament għall-awtoritajiet ġestjonarji u l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni.

(22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1).

(24)  Ara l-paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 252, 25.9.2010, p. 39).

(25)  Ara l-paragrafu 61 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 250, 27.9.2011, p. 33).

(26)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(27)  ĠU L 185, 6.7.2001, p. 1.

(28)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta’ Frar 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ sostenn finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 5).

(29)  ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 49.

(30)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(31)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2083/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 208, 24.7.1992, p. 15).

(32)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2011 tal-6 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 324, 7.12.2011, p. 9).

(33)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività tal-2011 tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, p. 25.

(34)  ĠU L 73, 15.3.2008, p. 17.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/104


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2011

(2013/538/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011 (COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2005/56/KE tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 34.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/106


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/539/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011 (COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/20/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġa l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/372/KE tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti f’Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 40.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(10)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/108


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/540/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011 (COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/858/KE tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija esekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubbilka — b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2008/544/KE tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika f’L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 46.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(10)  ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/110


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011

(2013/541/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011(COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2008/37/KE tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju Ideat fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 151.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/112


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011

(2013/542/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011(COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2008/46/KE tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l- Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-ġestjoni ta’ ċerti oqsma tal-programmi Komunitarji speċifiċi Nies, Kapaċitajiet u Kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 226.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/114


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2011

(2013/543/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011 (COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

A.

billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba,

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 232.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/116


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III — Il-Kummissjoni

(2013/544/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0224/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2012 intitolata “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2011” (COM(2012) 281),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011 (COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05752/2013 — C7-0038/2013),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 — C7-0039/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-Deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza għall-Kummissjoni tal-2011 (8);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013) 123 (Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/118


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

(2013/545/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7-0227/2012) (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0090/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7-0227/2012) (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0090/2013),

1.

Jilqa’ l-fatt li fl-2011, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (‘il-Qorti tal-Ġustizzja’) kellha approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 335 904 453,30 (EUR 323 784 221,30 fl-2010) u li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għat-Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, baqgħet għolja ħafna fl-2011 (aktar minn 98 % b’kollox u saħansitra ogħla minn 99 % għall-approprjazzjonijiet f’Titolu 2); jenfasizza li r-rata ta’ implimentazzjoni setgħet laħqet 99 % li kieku l-Kunsill ma rrifjutax li jsegwi l-aġġustament għas-salarji propost mill-Kummissjoni (+ 1,7 % ddatat b’lura għall-1 ta’ Lulju 2011);

2.

Jenfasizza li l-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa purament amministrattiv, b’nefqa ta’ 75 % fuq il-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni u ta’ 25 % għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u nfiq operattiv varju;

3.

Jinnota b’sodisfazzjon li fir-rapport annwali tagħha għall-2011, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja;

4.

Jilqa’ l-fatt li abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti globali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għal nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

5.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-ammont ta’ kawżi pendenti fil-Qorti Ġenerali kien għadu għoli ħafna fl-2011 (jiġifieri 1 300 kawża pendenti fl-2010 u 1 308 kawża pendenti fl-2011); jenfasizza l-importanza tal-amministrazzjoni rapida tal-ġustizzja għall-operat mingħajr problemi mhux biss tal-istituzzjonijiet, iżda wkoll tal-ekonomija, peress li żżid iċ-ċertezza legali;

6.

Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina liema tip ta’ tibdil organizzattiv jista’ jwassal għal tnaqqis fin-numru ta’ kawżi pendenti u jemmen ukoll li l-Qorti Ġenerali teħtieġ tisħiħ fir-riżorsi umani; huwa tal-fehma li l-proposta għall-ħolqien ta’ ħatriet addizzjonali għal imħallfin fil-Qorti Ġenerali, li għadha qed tiġi eżaminata fil-Kunsill, tista’ tikkontribwixxi sabiex timmodera dik it-tendenza; jistieden lill-Qorti Ġenerali tivvaluta jekk hemmx proposti addizzjonali mhux relatati mar-riżorsi umani sabiex din it-tendenza titreġġa’ lura;

7.

Jindika li l-istatistika dwar l-attività tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2011 turi, b’mod ġenerali, ħtieġa ta’ titjib fl-effiċjenza f’dak li huwa t-tul tal-proċedimenti: jinnota li fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna d-deċiżjonijiet preliminari, il-perjodu medju li jittieħed sabiex tiġi ttrattata kawża huwa ta’ 16,4 xhur, meta mqabbel maċ-ċifra għall-2010 (16-il xahar); jinnota li l-medja ta’ żmien li jittieħed sabiex jiġu ttrattati azzjonijiet diretti u appelli fl-2011 kien ta’ 20,2 xhur u 15,4 xhur rispettivament (meta mqabbel ma’ 16,7 xhur u 14,3 xhur fl-2010);

8.

Jinnota li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku f’dawn l-aħħar snin irreġistra evoluzzjoni kostanti ta’ kawżi ġodda u konklużi (jiġifieri 139 kawża ġdida fl-2010 meta mqabbel ma’ 159 kawża fl-2011, kif ukoll 129 kawża konklużi fl-2010 u 166 fl-2011);

9.

Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet 550 kawża fl-2011, żieda notevoli meta mqabbla mas-sena preċedenti (522 kawża konklużi fl-2010), u li minn dawk il-kawżi, 370 ġew konklużi b’sentenza u 180 wasslu għal digriet;

10.

Jilqa’ l-applikazzjoni e-Curia, li saret operattiva f’Novembru 2011 u li tippermetti d-depożitu u n-notifika ta’ dokumenti proċedurali b’mod elettroniku; jinnota b’sodisfazzjon li din l-applikazzjoni wasslet, safejn għandha x’taqsam il-Qorti tal-Ġustizzja, għal tnaqqis ta’ 25 % fl-użu tal-karti bejn l-2011 u l-2012 u ffrankar ta’ EUR 150 000;

11.

Jenfasizza li l-applikazzjoni e-Curia għandha tippermetti, maż-żmien, l-eliminazzjoni ta’ proporzjon kbir ta’ skambji ta’ korrispondenza u tal-iskenjar tad-dokumenti li jaslu u li jintbagħtu, u tippermetti l-ottimizzazzjoni tal-flussi tax-xogħol interni; jitlob lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit jagħti deskrizzjoni preċiża tal-ispejjeż relatati mal-ħolqien, iż-żamma u l-aġġornament tal-applikazzjoni e-Curia;

12.

Jitlob li jkun infurmat dwar il-miżuri meħuda sabiex jissolvew ħsarat fl-informatika li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni ta’ e-Curia;

13.

Iqis bħala fatt pożittiv ħafna li sal-aħħar tal-2012, 14-il Stat Membru, żewġ pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u ħames istituzzjonijiet Ewropej (b’mod partikolari l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni) kienu utenti attivi ta’ e-Curia;

14.

Jilqa’ l-iżvilupp u t-titjib tas-sistema ta’ ġestjoni integrata SAP li twaqqfet fl-2008 fuq bażi interistituzzjonali mill-Kunsill, il-Qorti tal-Awdituri u l-Qorti tal-Ġustizzja, u li tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u baġitarji kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja; iqis għaldaqstant li huwa importanti li jkun żgurat it-tħaddim mingħajr problemi tas-SAP;

15.

Jappoġġa l-inizjattiva meħuda mill-Qorti ta’ Ġustizzja għar-riforma tal-Istatut u tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha fid-dawl tal-isfidi li qed taffronta b’rabta maż-żieda fin-numru ta’ kawżi; jinnota li bosta tibdiliet miftiehma mil-leġiżlaturi diġà daħlu fis-seħħ jew qegħdin jiġu implimentati; jittama li fl-2013 jiġu adottati miżuri strutturali urġenti ulterjuri li jippermettu b’mod partikolari l-ħatra ta’ mħallfin addizzjonali fil-Qorti Ġenerali;

16.

Jinnota b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ għodda ta’ tiftix ġdida sabiex tiġi kkonsultata l-ġurisprudenza u d-disponibilità onlajn tal-katalogu tal-librerija tal-Qorti tal-Ġustizzja, bil-ħsieb li ċ-ċittadini jersqu eqreb lejn il-Qorti tal-Ġustizzja bħala istituzzjoni tal-Unjoni;

17.

Jieħu nota tal-modifika fl-istruttura amministrattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-ħolqien ta’ Direttorat tal-Protokoll u l-Informazzjoni; jistenna li r-rapport annwali tal-attività tal-2012 jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-benefiċċji li ġabet magħha din il-bidla fil-prestazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;

18.

Iqis l-impenn tal-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha kollezzjoni ta’ opri tal-arti li jirrappreżentaw il-wirt artistiku tal-Unjoni bħala proġett ambizzjuż li jeħtieġ riżorsi speċjalizzati; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tispjega kif dan il-proġett jabbina mal-attivitajiet tradizzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja; jieħu nota li fl-2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ħallset EUR 7 500 għall-assigurazzjoni ta’ kollezzjoni b’valur ta’ EUR 2 400 000;

19.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ppermettiet lil 5 % tal-interpreti permanenti tagħha jżidu lingwa ta’ ħidma oħra mat-taħlita ta’ lingwi tagħhom fl-2011; jenfasizza li dan kien possibbli permezz ta’ taħriġ intensiv fil-lingwi;

20.

Jinnota li n-numru ta’ seduti u laqgħat oħra bis-servizz ta’ interpretazzjoni kompla jiżdied fl-2011, fatt attribwit l-aktar għat-tkabbir u d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona;

21.

Jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni interistituzzjonali fir-rigward tar-reklutaġġ ta’ interpreti tirrappreżenta ffrankar kunsiderevoli għall-Qorti tal-Ġustizzja;

22.

Jieħu nota tal-attivitajiet il-ġodda fl-2011 tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti aktar informazzjoni lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-proġett ta’ kostruzzjoni għall-ħames estensjoni tal-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja;

23.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ħejjiet rapport annwali tal-attività daqshekk komplut u dettaljat u inkludiet fih informazzjoni dettaljata dwar il-ġestjoni tagħha tar-riżorsi umani, kif mitlub mill-Parlament.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/122


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

(2013/546/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7-0228/2012) (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0092/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7-0228/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0092/2013),

1.

Jinnota li l-eżerċizzju tal-awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti tal-Awdituri jsir minn awditur estern indipendenti - PricewaterhouseCoopers SARL - sabiex jiġu applikati l-istess prinċipji ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ rendikont li tapplika hi stess fil-konfront ta’ dawk li jkunu ġew awditjati; jieħu nota tal-opinjoni tal-awditur li d-dikjarazzjoni finanzjarja tagħti stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti;

2.

Jenfasizza li fl-2011, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-Qorti tal-Awdituri kienu jammontaw għal total ta’ EUR 134 337 000 (EUR 148 600 000 fl-2010) u li s-sena li għaddiet ir-rata ta’ implimentazzjoni għal dawk l-approprjazzjonijiet kienet ta’ 93 %; jinnota li l-baġit tal-Qorti tal-Awdituri huwa purament amministrattiv;

3.

Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tkompli tivvaluta l-kwalità u l-impatt ta’ ħidmitha; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lir-rieżami tal-esperti esterni fir-rigward tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri; jinnota li fl-2011 naqset ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-esperti esterni u jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tispjega għaliex qed jiġri dan;

4.

Jifraħ lill-Qorti tal-Awdituri dwar it-titjib fil-ġestjoni finanzjarja tagħha, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ monitoraġġ sistematiku tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet min-naħa ta’ dawk li jkunu ġew awditjati; iqis ir-rata miksuba bħala riżultat pożittiv ħafna u jixtieq ikun jaf x’inhi l-medja ta’ żmien bejn l-għoti ta’ dawn l-evalwazzjonijiet u l-wasla tat-tweġibiet min-naħa ta’ dawk li jkunu ġew awditjati;

5.

Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-ħtieġa li tikkonforma maż-żmien ippjanat, anke meta ma jkunx hemm skadenza, bħal ma hu l-każ bir-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri; iqis li r-rata ta’ osservanza ta’ rapporti adottati f’waqthom jeħtieġ li titjieb;

6.

Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi skeda ta’ żmien li jkun fiha informazzjoni dwar l-istadji individwali ta’ rapport (mix-xogħol inizjali sal-pubblikazzjoni) f’kull wieħed mir-rapporti speċjali tagħha;

7.

Jaqbel mal-importanza li l-Qorti tal-Awdituri attribwixxiet lid-dikjarazzjoni ta’ sejbiet preliminari; jistieden għal dan il-għan lill-Qorti tal-Awdituri tieħu miżuri effikaċi sabiex iżżid il-persentaġġ ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa fi żmien xahrejn;

8.

Jilqa’ t-tisħiħ ta’ karigi fl-awditjar l-2011, meta mqabbel man-numru ta’ persunal f’servizzi oħra; ifaħħar lill-Qorti tal-Awdituri għall-impenn kontinwu tagħha sabiex tfittex li tikseb effiċjenza fis-servizzi ta’ appoġġ; jiddispjaċih madankollu li n-numru ta’ karigi fl-awditjar fi tmiem l-2011 kien għadu għoli (25 kariga battala), anke jekk kien ħafna inqas minn dak tas-sena preċedenti (44 fl-2010); jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tħaffef ir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid għall-karigi battala fl-awditjar;

9.

Jiġbed l-attenzjoni għall-iżbilanċ ġeografiku konsiderevoli fir-rigward ta’ postijiet ta’ diretturi: erba’ ċittadini mir-Renju Unit u wieħed minn Franza, Spanja, il-Belġju, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda u l-Italja;

10.

Iqis li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell ta’ Diretturi u Kapijiet tal-Unità għadu wisq żbilanċjat (72 % huma irġiel u 28 % nisa); jinnota b’sodisfazzjon li l-proporzjon ta’ nisa fil-livell AD qed jiżdied; jindika madankollu, l-importanza ta’ bilanċ ġeografiku fil-livelli kollha tal-persunal; jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi wkoll tqassim skont in-nazzjonalità;

11.

Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex fil-futur tippreserva l-aħjar ambjent tax-xogħol possibbli għall-persunal u għall-Membri tagħha; iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri teżamina x’lezzjonijiet jistgħu jinsiltu mill-każ żvelat reċentement ta’ fastidju, u jekk il-proċedura applikata tul l-investigazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri kinitx konformi bis-sħiħ mar-Regoli ta’ Proċedura tagħha;

12.

Jitlob li jkun hemm miżuri preventivi ta’ salvagwardja kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, u biex jintbagħtu dettalji dwar il-miżuri kollha li ttieħdu fir-rigward tal-persunal fl-uffiċċji privati tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri;

13.

Jifraħ lill-Qorti tal-Awdituri għall-prestazzjoni verament effiċjenti tad-Direttorat ta’ Traduzzjoni tagħha u għat-tlestija fiż-żmien ippjanat u fi ħdan il-baġit tal-bini K3;

14.

Jitlob informazzjoni dwar ir-raġunijiet għaliex is-sistema l-ġdida tal-IT tal-Qorti, “Assist”, ma ġietx implimentata u xi problemi kien hemm; jitlob biex ikun hemm analiżi tal-komponenti tal-ispejjeż li kien hemm s’issa, u tal-ispejjeż possibbli fil-futur, u informazzjoni dwar meta x’aktarx jiġi introdott il-programm;

15.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri b’kollox wettqet 379 żjara ta’ awditu fl-2011, 343 fi Stati Membri u 36 f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri żżid kemm in-numru kif ukoll l-effettività taż-żjajjar tal-awditjar fuq il-post;

16.

Jinnota li fl-2011, il-Qorti tal-Awdituri b’kollox irrappurtat seba’ każijiet ta’ suspett ta’ frodi lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) b’riżultat tal-ħidma ta’ awditjar tagħha; jinnota li OLAF iddeċieda li jiftaħ inkjesta fil-każ ta’ tnejn minnhom u li dawn l-inkjesti għadhom għaddejjin; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tiċċara jekk in-numru ta’ każijiet riferuti lil OLAF u l-persentaġġ ta’ dawk li qed jiġu investigati jirriflettux il-livell attwali ta’ korruzzjoni b’rabta mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u, jekk dan mhuwiex il-każ, x’tipproponi li jsir biex jiżdiedu dawn iċ-ċifri;

17.

Jinnota, barra minn hekk, li fl-2011 il-Qorti tal-Awdituri rreferiet lill-OLAF 17-il każ ta’ suspett ta’ frodi possibbli li oriġinaw minn ittri ta’ denunzja li rċeviet il-Qorti tal-Awdituri; jappoġġa l-kooperazzjoni mill-qrib li l-Qorti tal-Awdituri kontinwament għandha mal-OLAF, u jħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta jekk din iċ-ċifra tistax tiżdied, u jekk ikun il-każ, kif tista’ tiżdied b’rabta mal-immaġni, l-azzjoni u l-effettività ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri f’dan is-settur;

18.

Jilqa’ l-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit, is-segwitu ċar tar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza mis-sena preċedenti u r-rispons regolari għar-rikjesti tal-Parlament;

19.

Jieħu nota tal-eżerċizzju ta’ segwitu li sar mis-servizz ta’ awditjar intern li identifika l-progress fil-konfront ta’ kontrolli interni eżistenti u l-isforzi li saru min-naħa tas-servizzi li sarilhom awditu sabiex jimplimentaw il-pjanijiet ta’ azzjoni miftiehma; jitlob li jinżamm infurmat dwar il-miżuri implimentati u r-riżultati li nkisbu minn dawk is-servizzi;

20.

Jilqa’ l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali Nru 19/2012 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri;

21.

Jistenna li jirċievi sommarju tal-konklużjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-monitoraġġ tal-verifiki ex-post tas-servizz ta’ awditjar intern u r-riżultati tal-impatt li kellu dan it-tibdil fuq il-kontroll intern tal-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tal-attività tal-2012;

22.

Jirrikonoxxi li r-rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-istrateġija ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2009-2013 ikkonkluda li l-proċessi ewlenin huma mmonitorjati u li l-progress li sar sa issa ġie rrappurtat bir-reqqa;

23.

Jistenna b’interess it-tieni evalwazzjoni bejn il-pari li l-Qorti tal-Awdituri se tniedi fl-2013, li tiffoka b’mod partikolari fuq il-prattika tal-awditjar tal-prestazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri; jitlob informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-ewwel evalwazzjoni bejn il-pari introduttorja fl-2012;

24.

Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tas-servizz ta’ awditjar intern li jinħoloq sett ġdid ta’ indikaturi tal-prestazzjoni sabiex titkejjel l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/126


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2013/547/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0229/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jkunu qed jiġu verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0076/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0229/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jkunu qed jiġu verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0076/2013),

1.

Jilqa’ l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

2.

Jirrimarka li, fir-rapport annwali tal-2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet xi kummenti dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti ma’ persunal temporanju u kuntrattwali, filwaqt li identifikat xi inkonsistenzi fil-linji gwida applikabbli għall-istabbiliment tal-grad u r-reklutaġġ tal-persunal; jitlob lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jiżgura li dawn l-inkonsistenzi ma jerġgħux iseħħu;

3.

Jieħu nota tat-tweġibiet mogħtija għall-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri u l-informazzjoni mogħtija dwar l-aġġornament tal-linji gwida applikabbli għall-istabbiliment tal-grad u r-reklutaġġ tal-persunal;

4.

Jinnota li fl-2011 il-KESE kellu disponibbli approprjazzjonijiet ta’ impenn għal-livell ta’ EUR 128 600 000 (EUR 123 173 749 fl-2010), b’rata ta’ użu ta’ 95,4 %, li kienet aktar baxxa mir-rata ta’ 98 % fl-2010; dan kien prinċipalment dovut għad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jadottax il-proposta tal-Kummissjoni għall-aġġustamenti tas-salarji għall-2011; jenfasizza li l-baġit tal-KESE huwa purament amministrattiv, u li ammont kbir minnu huwa ddedikat għan-nefqa fuq il-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni filwaqt li l-ammont li jifdal jikkonċerna l-bini, l-għamara, it-tagħmir u n-nefqiet varji għall-operat amministrattiv;

5.

Jappoġġa l-isforzi tal-KESE biex jillimita l-baġit għall-2013, billi jżommu fil-livell tal-2012 u b’hekk jiżgura żieda b’rata fissa;

6.

Jieħu nota tal-kummenti ta’ segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2010 mehmuża mar-rapport annwali tal-attività tal-KESE; jitlob li jiġi infurmat dwar il-miżuri meħuda mill-KESE biex iwettaq rieżami dettaljat tan-nefqa u dwar ir-riżultati ta’ dak l-eżerċizzju;

7.

Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu ta’ Mejju 2011 u Mejju 2012 fejn ta l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-KESE, il-Parlament talab lill-Ombudsman Ewropew jinformah dwar każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina li kienu qamu fi ħdan il-KESE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2012 — ilment Nru 2744/2009(MF)JF — rigward “każ serju ħafna ta’ amministrazzjoni ħażina” u jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jgħaddi dik id-deċiżjoni lill-President tal-Parlament sabiex dan jikkunsidra jekk għandhiex tiġi ppreżentata lill-kumitat parlamentari kompetenti; jieħu nota tal-fatt li l-KESE wiegħed, u ħa, miżuri biex jimpedixxi li jseħħu sitwazzjonijiet simili fil-futur;

8.

Jifraħ lill-KESE għar-riforma tar-regoli dwar ir-rimborż finanzjarju fir-rigward tal-membri tiegħu, inkluż ir-rimborż tal-biljetti tat-trasport abbażi tal-ispejjeż reali biss, u jistenna li l-Kunsill japprovahom mingħajr dewmien; ifakkar li s-sistema għandha tkun operattiva għalkollox sal-bidu tal-mandat li jmiss tal-KESE;

9.

Jinnota b’sodisfazzjon li d-deċiżjoni li jiġu ppubblikati d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-KESE ġiet implimentata fl-2012;

10.

Jilqa’ t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-membri tal-KESE u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kwittanza;

11.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni huwa stmat li se joħloq iffrankar/sinerġiji ta’ madwar EUR 40 miljun; iqis li jkun interessanti li jkun hemm valutazzjoni aktar riċenti tal-benefiċċji ta’ dan il-ftehim peress li d-data msemmija hawn fuq ġejja mis-sena 2005 u ma tqisx is-sitwazzjoni fl-UE27;

12.

Jifraħ kemm lill-KESE kif ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni talli rċevew iċ-ċertifikazzjoni EMAS u ISO-14001;

13.

Jiġbed l-attenzjoni għall-obbligu li tiġi ppubblikata data dwar il-konsum tal-enerġija u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli; jitlob li, fir-rapporti annwali tal-attività, jiġi infurmat dwar l-enerġija użata minn sorsi rinnovabbli;

14.

Huwa kuntent bil-kisbiet fil-qasam tat-traduzzjoni wara l-ftehim ta’ kooperazzjoni mġedded bejn il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni; jinnota, madankollu, li fl-2011 kien hemm domanda akbar għal traduzzjoni minn tradutturi esterni meta mqabbel ma’ snin preċedenti; jinkoraġġixxi lill-KESE jagħmel sforzi ulterjuri biex jippjana aħjar il-perjodi fejn id-domanda għat-traduzzjoni tilħaq l-ogħla livelli;

15.

Jappoġġa l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni; iqis li għandu jsir xi titjib sabiex jiġu razzjonalizzati r-riżorsi umani fis-Servizzi Konġunti u fit-traduzzjoni;

16.

Jipproponi li jiġu adottati miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tas-Servizzi Konġunti;

17.

Iħeġġeġ lill-KESE biex fir-rapport annwali tiegħu jipprovdi dettalji dwar iffrankar baġitarju speċifiku li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ ftehim konġunt dwar l-attivitajiet amministrattivi;

18.

Jixtieq li jkun infurmat dwar l-impatt baġitarju tal-użu tal-ispazju mwarrab għall-vidjokonferenzi tal-KESE flimkien mal-Kumitat tar-Reġjuni ladarba dawk il-vidjokonferenzi jibdew;

19.

Jieħu nota tal-passi meħuda mill-KESE biex jiżviluppa awtovalutazzjoni tal-ħidma tiegħu bl-assistenza tal-Istitut Ewropew għall-Amministrazzjoni Pubblika;

20.

Iqis pożittiv it-tnaqqis, minn 12,3 % fl-2010 għal 8,9 % fl-2011, fir-rata ta’ nuqqas ta’ użu tas-servizzi tal-interpretazzjoni mitluba; jilqa’ l-fatt li l-KESE pprovda din l-informazzjoni ferm utli; jinnota madankollu li r-rata ta’ servizzi mhux użati għadha għolja u jistieden lill-KESE jagħmel aktar sforzi biex inaqqas din iċ-ċifra; jitlob lill-KESE jwettaq monitoraġġ tal-bidliet li jagħmel u jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kif qed jindirizza din il-problema;

21.

Jirrakkomanda li għandha tiddaħħal sistema konġunta ta’ akkwist għas-servizzi ta’ traduzzjoni, li tippermetti li dawn is-servizzi jinqasmu bejn l-istituzzjonijiet u tgħin biex tiżgura li jintużaw b’mod sħiħ;

22.

Jistieden lill-KESE jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż tal-komunikazzjoni u dwar il-konklużjonijiet li jinsiltu minnhom;

23.

Jieħu nota tar-rata ta’ eżekuzzjoni għolja ħafna tal-baġit tal-komunikazzjoni li fl-2011 kien ta’ EUR 1 712 535; jilqa’ t-tnaqqis tiegħu għal EUR 1 597 200; għall-perjodu tal-2012 u l-2013, jifraħ lill-KESE għall-inizjattivi u l-avvenimenti kollha li ħoloq biex jippromwovi l-ħidma tiegħu u biex jibni pontijiet bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-KESE, bħall-istituzzjonijiet l-oħra kollha, jista’ jikkomunika b’mod effikaċi b’anqas mezzi;

24.

Jiddispjaċih li fl-2011 kien hemm rabta mhux xierqa bejn is-sit tal-Internet istituzzjonali tal-KESE u l-blogg personali tas-Segretarju Ġenerali tiegħu, liema rabta ntemmet biss wara inċident li fih ġew enfasizzati kummenti fuq il-blogg imsemmi; itenni l-importanza li l-informazzjoni istituzzjonali tinżamm separata mill-fehmiet personali tal-uffiċjali;

25.

Jixtieq li fir-rapport annwali tiġi inkluża informazzjoni dwar il-mod kif l-impjegati tal-KESE jistgħu jużaw il-faċilitajiet preskolastiċi; jieħu nota tat-tmiem mhux mistenni tal-ftehim mal-Kunsill rigward l-użu tal-faċilitajiet tiegħu għall-kura tat-tfal mill-persunal tal-KESE u jistieden lill-KESE jinvestiga soluzzjonijiet possibbli;

26.

Jixtieq li fir-rapport annwali tal-KESE tiġi inkluża informazzjoni aktar dettaljata dwar il-provvista ta’ spazju għal laqgħat organizzati minn organizzazzjonijiet esterni tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fi sħubija mal-KESE; jilqa’ aktar informazzjoni dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż għal dawk l-organizzazzjonijiet u l-mod kif jintgħażlu; jilqa’ l-kriterji preċiżi stabbiliti biex jintgħażlu l-organizzazzjonijiet u l-avvenimenti, li jridu jkunu relatati mal-Unjoni, ma jkollhomx skop kummerċjali jew objettiv politiku u jridu jenfasizzaw ir-rwol tal-KESE;

27.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-eżerċizzju ta’ Awditjar Intern li jinsabu fl-Appendiċi B tar-rapport annwali tal-attività tal-KESE;

28.

Jirrikonoxxi l-proġetti żviluppati biex jiġu modernizzati l-ġestjoni tad-dokumenti u l-infrastruttura tal-IT; jemmen li r-riforma tal-ġestjoni tad-dokumenti qed tiżviluppa sew u se tikkontribwixxi biex titjieb il-prestazzjoni tal-KESE; jittama li r-riforma tal-IT tikseb l-istess riżultati; jitlob li dawn il-proġetti jiġu segwiti fir-rapport annwali tal-attività tal-2012.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/130


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VII — Kumitat tar-Reġjuni

(2013/548/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0230/2012) (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0093/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0230/2012) (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0093/2013),

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-2011, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b’relazzjoni mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għall-Kumitat tar-Reġjuni (“il-Kumitat”);

2.

Jilqa’ l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.

Jinnota li fl-2011 il-Kumitat kellu baġit approvat ta’ EUR 84 100 000, li minnu EUR 82 000 000 kienu approprjazzjonijiet ta’ impenn (EUR 90 800 000 fl-2010), b’rata ta’ użu ta’ 97,5 %, li kienet aktar baxxa mir-rata ta’ 99,4 % fl-2010; jenfasizza li l-baġit tal-Kumitat huwa purament amministrattiv, b’nefqa ta’ 72 % għall-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u 28 % għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u nefqiet varji għall-operat amministrattiv;

4.

Huwa diżappuntat bit-tnaqqis fir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-baġit; jitlob li tittieħed azzjoni biex titjieb tali rata u li jitwettaq monitoraġġ ta’ dawk it-tibdiliet li jsiru;

5.

Jirrikonoxxi li r-rwol il-ġdid tal-Kumitat, kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jirrikjedi aġġustamenti organizzattivi iżda jqis li dawk l-adattamenti setgħu ġew previsti fl-impenji baġitarji tal-Kumitat għall-2011;

6.

Jilqa’ l-proġetti dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kumitat li jfasslu l-objettivi ta’ kooperazzjoni bejn is-servizzi u l-iżvilupp ta’ sinerġiji f’attivitajiet komuni u azzjonijiet konġunti; jitlob li jiġi aġġornat dwar il-proġetti u li jinżamm informat b’mod aktar preċiż dwar il-konsegwenzi baġitarji tal-miżuri meħuda;

7.

Jifraħ kemm lill-Kumitat u kemm lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) talli rċevew iċ-ċertifikazzjoni EMAS u ISO-14001; jiddispjaċih, madankollu, li ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar l-enerġija użata minn sorsi rinnovabbli kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-sena li għaddiet dwar il-kwittanza; jiġbed l-attenzjoni għall-obbligu li tiġi ppubblikata data dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u dwar l-impatt ambjentali;

8.

Jinnota b’sodisfazzjon li r-rakkomnadazzjonijiet u r-rekwiżiti maħruġin mill-Kumitat ghall-Kontroll tal-Bagit tal-Parlament jiġu rreġistrati mill-Kumitat f’bażi tad-data ċentrali u li jitwettaq monitoraġġ regolari tal-progress miksub fl-implimentazzjoni;

9.

Jitlob lill-Kumitat ikompli jwettaq monitoraġġ tal-istruttura tal-persunal sabiex jiżgura li l-organizzazzjoni tal-postijiet tax-xogħol tkun għalkollox effiċjenti u tikkontribwixxi għal infiq aħjar tal-baġit allokat;

10.

Jilqa’ l-introduzzjoni gradwali tal-vidjokonferenzi; jixtieq ikun informat regolarment dwar l-effikaċja tagħhom u l-iffrankar li se jiġġeneraw, inkluż iffrankar fuq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar;

11.

Jirrikonoxxi r-rakkomandazzjonijiet tas-servizz tal-awditjar intern tal-Kumitat kif ukoll l-objettivi stabbiliti minnu; iqis, madankollu, li l-eżekuzzjoni trid titjieb u tiġi razzjonalizzata;

12.

Huwa kuntent bil-kisbiet fil-qasam tat-traduzzjoni wara l-ftehim ta’ kooperazzjoni mġedded bejn il-KESE u l-Kumitat; jinnota, madankollu, li domanda għolja għat-traduzzjoni waqt perjodi b’rata għolja ħafna ta’ xogħol wasslet għal żieda fir-riżorsi tal-esternalizzazzjoni; jistieden lill-Kumitat ifassal skeda aħjar għad-domandi għat-traduzzjoni;

13.

Jistieden lill-Kumitat sabiex, fir-rapport annwali ta’ attività li jmiss, jinkludi r-rata tas-servizzi ta’ interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati matul dik is-sena;

14.

Jappoġġa l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat u l-KESE; jaqbel mal-fehma li għandu jsir xi titjib biex jiġu razzjonalizzati r-riżorsi umani fis-Servizzi Konġunti u fit-traduzzjoni;

15.

Jitlob informazzjoni dettaljata dwar l-għanijiet tal-kooperazzjoni amministrattiva, dwar sa liema punt dawn l-għanijiet qed jintlaħqu u dwar l-impatt li dan qed ikollu f’termini ta’ ffrankar;

16.

Jifraħ lill-Kumitat għall-kwalità kostanti tar-rapport annwali ta’ attività u jifraħlu talli jipprovdi rapport annwali tal-impatt komprensiv, li huwa strument utli biex jiġi vvalutat ix-xogħol tiegħu; jinnota b’sodisfazzjon li r-rapport annwali ta’ attività jipprovdi tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha li jinsabu għad-dispożizzjoni tal-Kumitat; jistieden lill-Kumitat jinkludi f’din it-tabella t-tqassim tal-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali;

17.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu li, fl-interess tat-trasparenza, id-dikjarazzjonijiet u l-aġġornamenti tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet; jilqa’ d-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Kumitat fl-2011 li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri jkunu aċċessibbli onlajn u jistenna li dawn ikunu magħmula disponibbli mill-aktar fis.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/133


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

(2013/549/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0231/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0094/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0231/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0094/2013),

1.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-2011, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għall-Ombudsman Ewropew (“l-Ombudsman”);

2.

Jilqa’ l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.

Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Ombudsman hu wieħed purament amministrattiv u, fl-2011, kien jammonta għal EUR 9 427 395, b’EUR 7 318 795 allokati għat-Titolu 1 (infiq relatat ma’ persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni), EUR 1 469 200 attribwiti għat-Titolu 2 (bini, għamara, tagħmir u nfiq għal operat ieħor) u EUR 639 400 għat-Titolu 3 (infiq riżultat minn funzjonijiet ġenerali mħarrġa mill-istituzzjoni);

4.

Jieħu nota tal-fatt li mill-approprjazzjonijiet totali, ġew impenjati 92,54 % (89,65 % fl-2010) u tħallsu 85,62 % (84,03 % fl-2010) u jilqa’ dan it-titjib tar-rata ta’ utilizzazzjoni; jitlob li jsiru sforzi ulterjuri biex tittejjeb ir-rata ta’ utilizzazzjoni u li jsir monitoraġġ tat-tibdil li jsir;

5.

Jitlob li jiġi onorat l-obbligu biex jittejjeb l-ippjanar finanzjarju mingħajr dewmien biex tiġi żgurata implimentazzjoni baġitarja aktar effiċjenti;

6.

Ifaħħar il-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tal-Ombudsman għall-2011 fejn huma inklużi indikaturi ta’ prestazzjoni fundamentali biex titkejjel il-prestazzjoni tal-uffiċċju fil-ksib tal-objettivi tiegħu;

7.

Jistieden lill-Ombudsman jinkludi r-rata tas-servizzi ta’ interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati matul dik is-sena fir-rapport annwali tal-attività li jmiss;

8.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-awditur intern li l-Ombudsman implimenta tnejn mit-tliet rakkomandazzjonijiet bħala għajnuna għall-uffiċċju tal-Ombudsman biex itejjeb il-proċeduri interni tiegħu għall-ġestjoni u l-kontroll fl-ipproċessar tat-talbiet għal ħlas; jindika li għad hemm bżonn ta’ titjib fir-rigward ta’ tagħrif f’waqtu dwar il-ħlasijiet effettivi; jitlob li t-tielet rakkomandazzjoni, li tkopri tagħrif ulterjuri f’waqtu rigward il-pagamenti nnifishom, tiġi implimentata mingħajr dewmien;

9.

Jitlob li jkun hemm żieda sostanzjali tal-perċentwal tad-deċiżjonijiet dwar l-ammissibilità li jittieħdu fi żmien xahar minn meta jasal ilment, li, fl-2011, laħaq ċifra ta’ 70 %; jemmen li r-ristrutturazzjoni tal-uffiċċju tal-Ombudsman, implimentata fil-bidu tal-2012, flimkien ma’ proċedura aktar semplifikata għar-Reġistru, tista’ tikkontribwixxi biex, fis-snin li ġejjin, l-Unità għall-Ilmenti jkollha rendiment aħjar;

10.

Jinnota bi tħassib li t-tul medju tal-inkjesti kompla jiżdied fl-2011, b’66 % biss tal-każijiet magħluqa fi żmien 12-il xahar u 80 % tal-każijiet magħluqa fi żmien 18-il xahar; jitlob li din ir-rata tittejjeb sostanzjalment; jistieden lill-Ombudsman jiċċara liema perċentwal ta’ każijiet jinvolvi aktar minn ċiklu wieħed ta’ inkjesti u meta jkun hemm bżonn għal tieni ċiklu ta’ inkjesti;

11.

Jistieden lill-Ombudsman jinkludi, bil-ħsieb li jitnaqqas it-tul tal-proċeduri, indikazzjoni tal-perċentwal tar-riżorsi li jaffettwa l-ipproċessar tal-ilmenti mressqa mill-pubbliku, u l-miżuri li jikkunsidra li hemm bżonn sabiex is-servizzi jsiru aktar rapidi u effikaċi, b’mod partikolari permezz tar-riallokazzjoni tar-riżorsi, fir-rapport annwali tiegħu;

12.

Jistieden lill-Ombudsman jistipula l-modi kif jindirizza liċ-ċittadini tal-Unjoni u l-ammont ta’ fondi li jislet mill-baġit għal dan il-għan fir-rapport annwali tiegħu;

13.

Jistieden lill-uffiċċju tal-Ombudsman jinkludi tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Ombudsman, imqassma skont il-kategorija, il-grad, il-ġeneru, il-parteċipazzjoni f’taħriġ professjonali u n-nazzjonalità fir-rapport annwali tal-attività li jmiss u jipprovdi s-sett sħiħ ta’ dokumenti meħtieġ għas-snin preċedenti;

14.

Jindika li r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman fl-2011 ġie adottat mill-plenarja f’Ottubru 2012 u jinsab sodisfatt bil-kummenti li saru fih.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/136


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2013/550/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0232/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0095/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0232/2012) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0095/2013),

1.

Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-pagamenti globali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għal infiq amministrattiv u nfiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“il-Kontrollur”) kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll għal infiq amministrattiv u nfiq ieħor li ġew eżaminati kienu effikaċi;

2.

Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-2011, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għall-Kontrollur;

3.

Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jagħti parir lill-Kontrollur li jitlob lill-impjegati kollha jippreżentaw dokumenti li jikkonfermaw l-istatus ċivili tagħhom fuq bażi regolari, idealment kull sena, u li jimplimenta sistema għall-monitoraġġ f’waqtu ta’ dawn id-dokumenti;

4.

Jilqa’ l-progress innutat mill-Qorti tal-Awdituri rigward it-titjib tal-ġestjoni tal-allowances u l-kostatazzjoni li l-miżuri li ttieħdu kienu effikaċi; jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur bi ħsiebu jkompli jtejjeb is-sistema tiegħu għal monitoraġġ u kontroll f’waqthom;

5.

Jirrikonoxxi li l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri wera li l-miżuri li ttieħdu mill-Kontrollur fl-2010 biex tittejjeb il-ġestjoni tal-allowances kienu effikaċi; jitlob lill-Kontrollur ikompli bil-monitoraġġ u t-titjib tal-livelli ta’ rendiment tiegħu;

6.

Jinnota li, fl-2011, il-Kontrollur kellu total ta’ EUR 7 564 137 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (EUR 7 104 351 fl-2010), u li r-rata ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kienet ta’ 89,31 % (82,73 % fl-2010); iqis li dan hu żvilupp pożittiv, iżda jitlob li jsiru sforzi ulterjuri biex tittejjeb ir-rata ta’ implimentazzjoni u li jsir monitoraġġ tat-tibdil li jsir; jistenna li r-rata taqbeż id-90 % s-sena d-dieħla;

7.

Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kontrollur hu wieħed purament amministrattiv; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tan-nefqa li tirrigwarda l-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni hi ta’ 75,63 % (Titolu 1) u li n-nefqa li tirrigwarda l-bini, l-għamara, t-tagħmir u n-nefqa operattiva varja hi ta’ 73,38 % (Titolu 2); jinnota li, wara li tħallsu kompletament l-ispejjeż fiż-żewġ titoli, ir-rata ta’ implimentazzjoni fl-2011 ġiet stabbilita għal 85,03 %;

8.

Jistieden lill-Kontrollur ifassal il-baġit annwali b’mod li jikkorrispondi aħjar mal-bżonnijiet tal-Kontrollur; jistieden lill-Kontrollur itejjeb l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tiegħu;

9.

Itenni t-talba biex jinżamm informat dwar ir-riżultati tal-organigramma tal-2010 u li jingħata informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda inkluża fir-rapport annwali tal-attività li jmiss b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;

10.

Jilqa’ r-rapport ta’ ispezzjoni tal-Kontrollur dwar 13-il istituzzjoni u korp tal-Unjoni bbażati fi Brussell li jivverifika li l-pubbliku hu informat dwar is-sorveljanza bil-video b’mod effikaċi u komprensiv mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jissuġġerixxi li dik l-informazzjoni u l-aħjar prattiċi jiġu skambjati mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data nazzjonali;

11.

Jistieden lill-Kontrollur jinkludi r-rata tas-servizzi ta’ interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati matul dik is-sena fir-rapport annwali tal-attività li jmiss;

12.

Jittama li s-sistema biex jiġu definiti indikaturi ta’ prestazzjoni fundamentali u l-pjan għas-sistema biex jiġu stabbiliti parametri ta’ referenza, stabbiliti fl-2012, huma diġà kompletament operattivi; jistenna li r-rapport annwali tal-attività tas-sena d-dieħla jivvaluta fid-dettall it-titjib miksub minn dik is-sistema;

13.

Jitlob informazzjoni dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li huma elaborati fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament;

14.

Jistieden lill-Kontrollur jinkludi tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur, imqassma skont il-kategorija, il-grad, il-ġeneru, il-parteċipazzjoni f’taħriġ professjonali u n-nazzjonalità fir-rapport annwali tal-attività li jmiss; jilqa’ l-informazzjoni pprovduta fir-rapport annwali dwar it-taħriġ;

15.

Jistieden b’mod ġenerali lill-Qorti tal-Awdituri tiffoka aktar fuq l-awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Kontrollur, speċifikament l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja li bihom il-Kontrollur ikun uża l-approprjazzjonijiet tiegħu fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu.


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/139


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima X — Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

(2013/551/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0235/2012) (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165, 166 u 167 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0099/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima X — is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0235/2012) (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165, 166 u 167 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0099/2013),

A.

billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ġie stabbilit mill-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u beda jopera fl-1 ta’ Jannar 2011;

B.

billi skont il-premessa 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/EU tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (7), is-SEAE huwa “korp funzjonalment awtonomu tal-Unjoni taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli [tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà]” (ir-“Rappreżentant Għoli”);

C.

billi l-Kummissjoni għandha s-supremazija ġuridika fuq il-ġestjoni tan-nefqa operattiva; billi diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn is-SEAE u s-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija li jifforma parti mill-Kummissjoni ġiet stabbilita;

D.

billi s-SEAE huwa responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa amministrattiva tas-sede ċentrali tiegħu u tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

E.

billi l-baġit tas-SEAE għall-2011 kien jikkonsisti fi trasferimenti baġitarji pro rata mill-Kummissjoni u mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni;

1.

Jirrimarka li abbażi tal-ħidma ta’ awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u ta’ tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

2.

Jinnota li filwaqt li l-2011 kienet l-ewwel sena finanzjarja għas-SEAE, dan madankollu għandu r-responsabbiltà sħiħa għas-sena finanzjarja 2011 u għandu jiżgura konformità stretta mal-leġiżlazzjoni; iħeġġeġ lis-SEAE jeżamina t-tagħlimiet li jistgħu jinsiltu mill-ewwel sena ta’ operat;

3.

Jirrimarka li fir-rapport annwali 2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet kummenti dwar is-SEAE fir-rigward tal-ħlas ta’ konċessjonijiet u benefiċċji soċjali lill-membri tal-persunal, il-konklużjoni ta’ kuntratti ma’ aġenti temporanji, il-ġestjoni ta’ kuntratt għall-provvediment ta’ servizzi ta’ sigurtà u proċeduri ta’ akkwist pubbliku; iħeġġeġ lis-SEAE jieħu l-passi neċessarji sabiex jindirizza dawk il-kummenti;

4.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri kkonstatat li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli wassal għal numru limitat ta’ pagamenti żbaljati lill-membri tal-persunal, inċertezza tad-dritt għall-persunal temporanju u għas-SEAE, nuqqas ta’ osservanza tar-Regolament Finanzjarju u VAT mhux irkuprata u ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kollha huma marbuta li josservaw; jirrimarka li l-SEAE huwa kompletament responsabbli għall-operat tiegħu u jinnota li s-SEAE ddikjara li ħa l-passi neċessarji sabiex jevita li jerġa’ jkun hemm nuqqas ta’ konformità; jitlob li s-SEAE, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza 2012, jinforma lill-Parlament dwar ir-riżultati;

5.

Jieħu nota tat-tweġibiet mogħtija għall-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri u jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tagħha li jeħtieġ li jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l-membri tal-persunal jippreżentaw f’intervalli xierqa dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tagħhom; jieħu nota tal-fatt li s-SEAE flimkien mal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) qed jippjana li jimplimenta sistema għall-monitoraġġ f’waqtu ta’ dawn id-dokumenti; barra minn hekk is-SEAE għandu jtejjeb ulterjorment it-tfassil, il-koordinament u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku permezz ta’ kontrolli xierqa u gwida aqwa;

6.

Jiddispjaċih li skont il-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri, ir-riskju li jsiru pagamenti żbaljati jew mhux dovuti jekk iċ-ċirkustanzi tal-membri tal-persunal ikunu nbidlu baqa’ preżenti fl-2012, għalkemm is-SEAE introduċa mekkaniżmu ta’ aġġornament annwali; jistieden lis-SEAE jinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu l-ġdid fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu tal-2012;

7.

Jinnota li fl-aħħar tal-2011, il-baġit finali għas-sede ċentrali tas-SEAE kien EUR 188 000 000, b’rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 91 % u kien EUR 276 100 000 għad-delegazzjonijiet, b’rata ta’ eżekuzzjoni aktar baxxa ta’ madwar 89 %; jieħu nota tal-fatt li l-baġit tad-delegazzjonijiet kellu jiġi supplimentat mill-Kummissjoni għal total ta’ EUR 252 400 000, b’rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 85 %; jinnota wkoll li fi tmiem l-2012, l-eżekuzzjoni finali tal-baġit tal-2011 kienet turi rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 97 % għas-sede ċentrali u rata ta’ 97 % għad-delegazzjonijiet;

8.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li wara baġit emendatorju u xi trasferimenti mill-Kummissjoni u fi ħdan is-servizzi fl-2011, l-infiq anqas mill-ammont allokat u r-riporti tal-approprjazzjonijiet għadhom għoljin; jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin li jimmonitorjaw l-oqsma l-aktar kritiċi sabiex titjieb l-eżekuzzjoni baġitarja matul is-snin li ġejjin;

9.

Ifakkar li s-SEAE huwa struttura li nħolqot reċentement li rriżultat mill-konsolidament ta’ diversi servizzi differenti u li l-2011 kienet l-ewwel sena li s-SEAE beda jopera b’diversi sfidi tekniċi li kellu jindirizza, b’mod partikolari fir-rigward tal-akkwist pubbliku u tar-reklutaġġ; josserva, barra minn hekk, li huwa probabbli li l-piż amministrattiv eċċessiv li rriżulta mill-istabbiliment tal-arranġamenti mhux se jerġa’ jirrepeti ruħu fis-snin sussegwenti;

10.

Japprezza ħafna r-risposta dettaljata mogħtija għall-fixra wiesgħa ta’ mistoqsijiet bil-miktub u orali magħmula mill-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li kienu jmorru lil hinn min-nefqa amministrattiva tas-SEAE;

11.

Jinnota l-kummenti dwar xi elementi dgħajfa relatati mal-proċedura tal-akkwist u s-sejħiet għall-offerti u jistieden lis-SEAE jikkoreġihom mingħajr dewmien żejjed;

12.

Jinnota l-importanza tal-kwittanza attwali fl-istabbiliment ta’ qafas għal eżerċizzji ta’ kwittanza futuri u jemmen li din se ssaħħaħ l-aspettattivi ta’ żviluppi futuri u t-titjib fl-effikaċja tas-SEAE u l-operazzjonijiet tagħha; jistieden lir-Rappreżentant Għoli tipprovdi rieżami tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE, akkumpanjata, jekk meħtieġ, minn proposti għal reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/427/UE sa nofs l-2013;

13.

Jemmen li l-proċedura ta’ kwittanza ma tistax tintuża sabiex isir tqabbil dettaljat tal-kundizzjonijiet prevalenti li taħthom is-SEAE għandu jopera f’140 post, li jvarjaw minn dawk fejn hemm il-paċi u l-ordni għal dawk li effettivament huma żoni ta’ gwerra; jikkonstata li dawn il-postijiet juru varjetà wiesgħa ta’ ambjenti li fihom jgħixu n-nies;

14.

Jirrikonoxxi li l-isfidi għall-implimentazzjoni tal-baġit f’pajjiżi terzi huma differenti ħafna minn dawk fi ħdan l-Unjoni; jitlob allokazzjoni ċara u koordinament tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u s-SEAE fir-rigward tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit f’pajjiżi terzi;

15.

Jieħu nota tal-perjodu intens ta’ reklutaġġ fl-ewwel sena ta’ funzjonament tas-SEAE sabiex jiġi żgurat li jkun hemm l-anqas dewmien possibbli sabiex dan ikun f’pożizzjoni ta’ kapaċità sħiħa għal dak li jikkonċerna l-persunal; jinnota, barra minn hekk, li hemm xi delegazzjonijiet partikolari fejn huwa aktar diffiċli li l-postijiet jimtlew minħabba l-livell ta’ riskju fis-siti;

16.

Jiddispjaċih li l-proporzjon tal-persunal li ġej mill-Istati l-Membri l-ġodda huwa baxx ħafna meta mqabbel mal-persunal mill-UE-15; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar bilanċ bejn is-sessi, u kemm jista’ jkun, għal aktar bilanċ ġeografiku fir-reklutaġġ u l-ħatra tal-persunal; iħeġġeġ lis-SEAE jiżviluppa mekkaniżmi xierqa u jieħu l-miżuri neċessarji sabiex ikun hemm rappreżentanza aħjar u aktar ibbilanċjata fi żmien fi żmien xieraq; jilqa’ l-fatt li n-numru ta’ karigi battala qiegħed jonqos; iħeġġeġ lis-SEAE juża l-karigi li għadhom ma mtlewx sabiex isaħħaħ il-bilanċ ġeografiku fil-livelli kollha ta’ membri tal-persunal;

17.

Jinnota li hemm direttorati bi 22, 27 u 29 membru tal-persunal u direttorati ta’ ġestjoni b’44 membru tal-persunal; jirrimarka li hemm numru għoli ta’ pożizzjonijiet maniġerjali meta mqabbel ma’ dak ta’ istituzzjonijiet oħra u numru eċċessiv ta’ karigi ta’ grad għoli, li huwa serjament sproporzjonat meta mqabbel ma’ istituzzjonijiet oħra; jistieden lis-SEAE jikkjarifika r-raġuni ghal dan u jħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli tnaqqas l-iżbilanċ li jikkaratterizza din l-amministrazzjoni; huwa tal-fehma li l-ispjegazzjonijiet provduti mis-SEAE s’issa dwar din il-kwistjoni huma parzjalment leġittimi, u jitlob lis-servizzi kompetenti jistabbilixxu, fuq perjodu ta’ żmien medju jew twil, pjan direzzjonali u metodi adegwati bl-għan li jissewwa dan l-iżbilanċ relattiv;

18.

Itenni x-xewqa tiegħu li titwaqqaf mill-aktar fis politika dwar ir-riżorsi umani li tkun tirrifletti l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni u l-ħtiġijiet reali fil-post; ifakkar f’dan ir-rigward li approċċ ippjanat flimkien mal-Kummissjoni huwa indispensabbli biex itejjeb kemm jista’ jkun il-profil tal-persunal fid-delegazzjonijiet (8);

19.

Iħeġġeġ aktar trasparenza fir-rigward tal-kompetenzi tal-istruttura amministrattiva tas-SEAE u t-tnaqqis ta’ kompetenzi doppji; jitlob il-pubblikazzjoni tal-organigramma tal-kompetenzi; iqis li fis-sitwazzjoni attwali hemm ir-riskju li l-ineffiċjenza twassal għal danni kbar għar-reputazzjoni tas-SEAE;

20.

Jinnota b’sodisfazzjon il-prestazzjoni u l-ġestjoni ta’ 8 800 kandidat, 1 300 intervista u 118-il post ta’ impjieg li jridu jimtlew; jiddispjaċih, madankollu, li ma hemmx stampa ġenerali dwar kemm-il darba kandidat ġie mistieden għal intervista u li għaldaqstant il-proċess ma jistax jitqies kompletament trasparenti; jistieden lis-SEAE jikseb stampa ġenerali aħjar dwar l-ispejjeż tal-intervisti;

21.

Iħeġġeġ il-membri tal-persunal SEAE reċentement imqabbda jagħtu dikjarazzjoni fuq l-unur li huma ma kinux jaħdmu mas-servizzi sigrieti fil-passat;

22.

Jikkunsidra li r-reponsabbilitajiet tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni mhuma xejn ċari; jitlob li jirċievi nota distinta dwar kif jintuża l-baġit li huma jirċievu biex jimplimentaw il-mandat tagħhom;

23.

Josserva li 39,5 % tal-ambaxxaturi tal-Unjoni ġejjin mill-Istati Membri; ifakkar fil-ftehim li terz tal-postijiet għandhom jimtlew mill-persunal mill-Istati Membri; iħeġġeġ li r-Rappreżentat Għoli timplimenta l-ftehim u dan ifisser li l-karigi medji u għolja għandhom jidħlu f’dik il-kwota;

24.

Jirrimarka li hemm żbilanċ fid-delegazzjonijiet bejn il-membri tal-persunal tas-SEAE u tal-Kummissjoni; jitlob sabiex aktar persunal tas-SEAE jkun trasferit mis-sede ċentrali għad-delegazzjonijiet fil-limiti tal-baġit;

25.

Jenfasizza l-kundizzjonijiet diffiċli li fihom jinsabu d-delegazzjonijiet li għandhom l-inqas membri tal-persunal minħabba l-kumplessità u r-riġidità tar-regoli tad-delegazzjoni stess dwar l-awtorizzazzjoni tal-pagamenti bejn il-persunal tas-SEAE u dak tal-Kummissjoni; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jqisu kif jistgħu jiffaċilitaw il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-finanzjamenti filwaqt li josservaw ir-regoli tal-kontroll finanzjarju;

26.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-persunal operattiv, il-persunal inkarigat mill-finanzi u l-persunal inkarigat mill-monitoraġġ u mill-awditjar ikollu l-ħiliet neċessarji sabiex jaqdi l-kompiti tiegħu; jitlob li s-SEAE u l-Kummissjoni jiffukaw il-programmi ta’ taħriġ tagħhom fuq it-titjib ta’ dawn il-ħiliet u jirrapportaw lill-Parlament dwar il-progress miksub;

27.

Jiġbed l-attenzjoni għall-proċedura li toħloq spejjeż kbar tal-metodu annwali tal-aġġustament tas-salarju għall-persunal lokali fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jemmen li dik il-metodoloġija tista’ ssir aktar effikaċi u kosteffiċjenti; jitlob lis-SEAE juża metodi ta’ kalkolu abbażi ta’ selezzjoni indipendenti u oġġettiva ta’ organizzazzjonijiet ta’ referenza fl-istess siti jew oħrajn simili; jirrakkomanda li tiżdied bħala komponent fiss aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti li topera minn fuq il-post kif ukoll li jiġu kkonsultati rispettivament żewġ ambaxxaturi mill-Istati Membri u żewġ persuni lokali li jħaddmu, li minnhom rispettivament wieħed għandu jinħatar mill-impjegat u wieħed minn min iħaddem, biex b’hekk tinżamm medja adegwata; jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu sabiex titneħħa r-responsabbiltà tal-ambaxxatur tal-Unjoni għan-negozjati dwar is-salarji mal-persunal lokali u li jintgħażlu organizzazzjonijiet ta’ referenza għal perjodu ta’ ħames snin;

28.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rata għolja ta’ assenzi fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u jissuġġerixxi li s-SEAE jeżamina mill-ġdid ir-raġunijiet ta’ dan l-assenteiżmu; iħeġġeġ lis-SEAE jnaqqas dawn l-iżbilanċi bbażati fuq ir-riżultati tal-eżami u jipprovdi lill-Parlament b’ċifri ta’ assenteiżmu fuq bażi annwali; jissuġġerixxi li jerġgħu jiġu kkunsidrati l-proċeduri f’dan il-kuntest ħalli l-membri tal-persunal tad-delegazzjoni jikkombinaw, sa fejn possibbli, il-perjodu ta’ taħriġ professjonali tagħhom fi Brussell mal-bqija tal-liv tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, waqt ir-reviżjoni tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal (pajjiżi terzi), tallinja d-drittijiet tal-liv tal-membri tal-persunal fid-delegazzjonijiet ma’ dawk ta’ servizzi diplomatiċi oħra hemmhekk;

29.

Jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet amministrattivi fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-Afganistan, il-Ġibuti, il-Gujana, il-Gżejjer Solomon u ż-Żambja; jitlob li jsir rapport dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ dawn in-nuqqasijiet, inklużi l-kuntratti ta’ sigurtà; jistenna wkoll rapport dwar is-sitwazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-Liberja u l-Iraq; jitlob stampa ġenerali tar-rati ta’ konformità tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-Eġittu u l-Malawi u aġġornament dwar il-kuntratti ta’ sigurtà fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fix-Xatt tal-Punent, il-Ħaiti, l-Arabja Sawdija, il-Pakistan, is-Sri Lanka, il-Libja u l-Libanu;

30.

Jitlob kjarifika dwar ir-raġuni għaliex kumpanija tas-sigurtà li għandha kuntratt mad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Afganistan, li hi soġġetta għal investigazzjoni mill-OLAF, reċentement ingħatat kuntratt ġdid ta’ madwar EUR 50 miljun fl-istess delegazzjoni.

31.

Jinnota b’sodisfazzjon li s-sinerġiji mad-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni – EuropeAID u l-korpi diplomatiċi nazzjonali qed jaħdmu sew u jistieden lis-SEAE jżomm il-Parlament infurmat; jirrikonoxxi li għad baqa’ xogħol li jrid isir fir-rigward tas-servizzi konsolari; jitlob li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament jiġi involut f’dan l-eżerċizzju;

32.

Jitlob lis-SEAE jissottometti r-rapport relatat mal-iskrining tal-persunal tiegħu lill-Parlament;

33.

Iħeġġeġ lis-SEAE jimmassimizza l-benefiċċji tal-ekonomiji ta’ skala billi joħloq sinerġiji ġodda fi ħdan is-sede ċentrali tas-SEAE u d-delegazzjonijiet kif ukoll b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-servizzi diplomatiċi nazzjonali, fl-ispirtu ta’ politika esterna u servizzi tal-Unjoni reali; jenfasizza l-bżonn, f’dan ir-rigward, li kemm jista’ jkun wieħed ifittex l-kolokazzjoni ta’ servizzi f’pajjiżi terzi, għall-għan ta’ aktar skambju ta’ informazzjoni u tfaddil;

34.

Fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali li dalwaqt jidħol fis-seħħ, jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni jkollha delegazzjoni fil-Panama, li huwa pajjiż sieħeb importanti u l-uniku pajjiż fir-reġjun mingħajr tali delegazzjoni; jistieden lis-SEAE jieħu azzjoni għal dan l-għan kemm jista’ jkun malajr;

35.

Jinsisti għal kjarifika dwar ir-raġunijiet għar-revoka tal-ambaxxatur tal-Unjoni għal-Libja;

36.

Jitlob li s-SEAE jissottometti l-informazzjoni kollha dwar il-Ftehimiet dwar il-Livell ta’ Servizz stabbiliti mal-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament;

37.

Jilqa’ l-fatt li r-Regolament Finanzjarju rivedut jobbliga lis-SEAE jipprovdi dokument ta’ ħidma dwar il-politika ta’ bini tiegħu lill-Parlament sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena; jenfasizza li r-Regolament Finanzjarju rivedut jippermetti lis-SEAE jissellef għall-akkwist tal-uffiċċji u r-residenzi tiegħu; iħeġġeġ lis-SEAE jżomm l-operat kosteffikaċi u jsib soluzzjonijiet ta’ finanzjament adegwati filwaqt li jikkonsulta d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

38.

Jinsab imħasseb dwar l-ispejjeż tal-kera dejjem jiżdiedu tal-uffiċċji u r-residenzi tas-SEAE (jiġifieri żieda ta’ aktar minn 50 % tal-uffiċċji f’Moska tad-delegazzjoni tal-Unjoni fir-Russja mill-2010 għall-2011); iħeġġeġ lis-SEAE jżomm l-operat kosteffikaċi u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha lill-awtorità ta’ kwittanza;

39.

Jemmen li r-reviżjoni tas-SEAE li ġejja hi l-forum fejn tista’ ssir analiżi dettaljata tal-kompatibbiltà bejn ir-riżorsi disponibbli u l-funzjonijiet li s-SEAE jeħtieġ iwettaq u ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa biex jiġi żgurat livell għoli ta’ effiċjenza fl-operazzjonijiet tiegħu; jemmen li evalwazzjoni tal-proprjetà li qed tintuża mis-SEAE għandha tinvolvi paraguni ma’ missjonijiet diplomatiċi oħra fl-istess lokalità iktar milli bejn il-faċilitajiet tas-SEAE f’ pajjiżi differenti ħafna; jemmen li, waqt li ssir l-evalwazzjoni tal-proprjetà, għandu jsir monitoraġġ attiv tal-kuntratti fir-rigward tal-benefiċċju għall-Unjoni u li għandu jsir tibdil meta dan ikun meħtieġ; iqis li din l-evalwazzjoni għandha tindika b’mod ċar jekk il-proprjetà hijiex qed tintuża għal skopijiet oħra barra l-akkomodazzjoni u tistabbilixxi liema parti mill-proprjetà qed tintuża u għal kemm żmien u kif qed tintuża; jemmen ukoll li m’għandu jkun hemm l-ebda differenza bejn l-akkomodazzjonijiet, li għandhom ikunu simili u mingħajr okkorrenzi ta’ abbużi, sabiex il-kwalità tal-ħajja fir-rigward tal-akkomodazzjoni tkun simili minn reġjun għall-ieħor, skont id-disponibbiltà u l-prezz tal-proprjetajiet; jitlob it-tressiq ta’ pjan pluriennali għall-binjiet tal-Unjoni u għas-sigurtà tal-membri tal-persunal u l-binjiet fil-pajjiżi terzi kollha fejn hemm delegazzjonijiet tal-Unjoni;

40.

Jistieden lis-SEAE jidentifika u jqis l-għażliet kollha possibbli għal tfaddil sostanzjali fit-tul, filwaqt li josserva l-obbligi politiċi u kuntrattwali, sabiex jiżgura li l-varjazzjoni tal-baġit annwali tiegħu li, għal raġunijiet leġittimi, huwa proporzjonalment akbar minn dak ta’ istituzzjonijiet oħrajn, ikun jista’ jkollha effett multiplikatur;

41.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jiġi ggarantit kontroll komprensiv tas-sigurtà għall-aġenti lokali fid-delegazzjonijiet.

42.

Jappoġġa bis-sħiħ l-inizjattiva “ffrankar intelliġenti” tas-SEAE; jitlob lis-SEAE jipprovdi rapport ta’ implimentazzjoni li juri r-riżultati finanzjarji u kif intużaw mill-ġdid il-flus imfaddla; jitlob lill-Kummissjoni tadotta wkoll din l-inizjattiva;

43.

Jieħu nota tal-frekwenza għolja ta’ vjaġġar fost il-persunal tad-delegazzjoni tal-Unjoni lejn is-sede ċentrali għal diversi skopijiet; jiddispjaċih li mhuwiex possibli li jkun hemm awtorità indipendenti ta’ ispezzjoni sabiex tevalwa l-ħtieġa ta’ dawn il-missjonijiet uffiċjali; jitlob lir-Rappreżentant Għoli tieħu dan inkunsiderazzjoni u tirrapporta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar din il-kwistjoni; jitlob li jitfassal studju dwar is-suġġett tal-ivvjaġġar frekwenti mill-persunal tad-delegazzjoni tal-Unjoni li jevalwa l-fattibbiltà tal-introduzzjoni tal-vidjokonferenzi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ vjaġġar u l-ammont ta’ żmien li l-persunal juża biex jivvjaġġa;

44.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iffrankar li sar diġà permezz tal-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi bħall-vidjokonferenzi għall-intervisti tar-reklutaġġ; jistieden lis-SEAE jħejji, kemm jista’ jkun, proposti simili anki għat-taħrig tal-persunal;

45.

Iħeġġeġ bil-qawwa lis-SEAE, fir-rigward tal-arranġamenti tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet tiegħu, jadotta prattiki simili għal dawk applikati mill-Istati Membri f’ċirkostanzi analogi; jinsisti li fir-rigward tat-titjiriet, is-SEAE jadatta għall-prattiki tal-Istati Membri;

46.

Jilqa’ l-istabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma li jeżamina l-modi ta’ kif jitjiebu l-metodi ta’ ħidma fis-sede ċentrali tiegħu u l-fatt li konklużjonijiet diġà ġew implimentati; jitlob li jiġi informat b’dawk il-konklużjonijiet u bit-titjib fil-prestazzjoni miksub;

47.

Huwa tal-fehma li wħud mill-indikaturi analizzati fl-awtovalutazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern jeħtieġu jiġu riveduti jew aġġornati;

48.

Iqis li l-istatistiċi fir-rapport annwali ta’ attività, speċjalment fir-rigward ta’ data dwar id-delegazzjonijiet, mhumiex suffiċjentement preċiżi; jitlob lis-SEAE jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu billi jistabbilixxi indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin li jagħtu ċerta kontinwità lill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet; jistieden lir-Rappreżentant Għoli tagħti rendikont dwar dan lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

49.

Jilqa’ l-fatt li s-SEAE impenja ruħu li jikkoopera bis-sħiħ mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u qed jiffinalizza Memorandum ta’ Qbil speċifiku mal-OLAF sabiex jogħla l-livell ta’ kooperazzjoni bejniethom;

50.

Huwa tal-opinjoni li jeħtieġ li jsir titjib fil-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u f’ċerti diviżjonijiet tas-sede ċentrali li ma ġewx identifikati fir-rapport annwali ta’ attività; jistenna li r-rapport tas-sena li jmiss se jidentifika dawk id-diviżjonijiet u jirrapporta fuq il-progress li sar;

51.

Jistieden lis-SEAE jissottometti dettalji komprensivi dwar kif jaħdem il-mekkaniżmu intern tiegħu għall-kontroll u s-superviżjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi u n-nefqa; jistieden lis-SEAE jispjega l-politika tiegħu dwar l-aċċess tal-Parlament għar-rapporti interni ta’ spezzjoni;

52.

Jindika li numru ta’ delegazzjonijiet tas-SEAE joperaw f’ambjent b’riskju għoli fir-rigward ta’ korruzzjoni u frodi; jemmen li għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa kruċjali li l-persunal tas-SEAE jirċievi taħriġ u sensibilizzazzjoni adegwati sabiex tiġi identifikata kull kondotta ħażina; jemmen li politika komprensiva għall-iżvelatur hija essenzjali sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

53.

Iqis li s-sistemi ta’ appoġġ tal-baġit għall-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal awditjar adegwat u jitlob li jkun hemm skrutinju aqwa tal-operazzjonijiet finanzjarji fi stadju aktar bikri; jinsisti li korp nazzjonali ta’ awditjar indipendenti għandu jkun il-kundizzjoni aħħarija għall-għoti ta’ appoġġ baġitarju;

54.

Ifakkar lis-SEAE fir-responsabbiltà li jikseb riżultati konkreti u jisħaq fuq ir-reċiproċità bejn ir-riżultati tanġibbli u l-baġit ġenerali;


(1)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.

(4)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(8)  Ara wkoll ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 18/2012, “L-Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt”.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/146


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011

(2013/552/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dan ir-rapport (SWD(2012) 330 u SWD(2012) 340),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 435 — C7-0223/2012),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2012 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-2011,

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2012) 386),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa’ u mill-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2013 rigward il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011 (05190/2012 — C7-0083/2013, 05191/2012 — C7-0084/2013, 05192/2012 — C7-0085/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u revedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (5), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja fil-qafas tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità fil-qafas tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-raba’ parti tat-Trattat KE (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2010 dwar “It-Taxxa u l-Iżvilupp – Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa” u tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar “L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għall-Pajjiżi Terzi”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76, l-Artikolu 77(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0062/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 243.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(5)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.

(7)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(8)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dan ir-rapport (SWD(2012) 330 u SWD(2012) 340),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 435 — C7-0223/2012),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2012 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-2011,

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2012) 386),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa’ u mill-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2013 rigward il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011 (05190/2012 — C7-0083/2013, 05191/2012 — C7-0084/2013, 05192/2012 — C7-0085/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u revedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (5), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja fil-qafas tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000, bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità fil-qafas tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-raba’ parti tat-Trattat KE (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Settembru 2006 dwar kooperazzjoni aktar u aħjar: il-pakkett għall-2006 dwar għajnuna effettiva tal-UE (9),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2010 dwar “It-Taxxa u l-Iżvilupp – Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa” u tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar “L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għall-Pajjiżi Terzi”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2005 dwar l-Effettività tal-Għajnuna (10),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (DAC) tal-OECD dwar l-effikaċja tal-għajnuna, rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ta’ Ġunju tal-2009,

wara li kkunsidra l-“Kunsens ta’ Tuneż: l-Immirar ta’ Żvilupp Effikaċi” tal-4 u l-5 ta’ Novembru 2010, aġenda Afrikana għall-effikaċja tal-iżvilupp,

wara li kkunsidra d-dokument li rriżulta dwar il-laqgħa ta’ livell għoli tal-OECD dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f’Busan f’Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76, l-Artikolu 77(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0062/2013),

A.

billi l-għan ewlieni tal-ftehim ta’ Cotonou bħala l-qafas tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs) huwa li jnaqqas u eventwalment jeqred il-faqar, b’konformità mal-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi AKP u tal-OCTs fl-ekonomija dinjija u billi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa l-istrument tal-finanzjament tal-kooperazzjoni l-aktar importanti tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi AKP;

B.

billi l-Kummissjoni, bħala l-korp ta’ implimentazzjoni, hija responsabbli għall-kwittanza tal-FEŻ;

C.

billi t-trasparenza u l-kontabilità huma prerekwiżiti għall-kontroll demokratiku, kif ukoll għajnuna effettiva għall-iżvilupp;

D.

billi l-pajsaġġ tal-għajnuna għall-iżvilupp qed jevolvi b’mod kostanti; billi l-għajnuna għall-iżvilupp hija parti minn kuntest ikbar, fejn il-kummerċ, ir-rimessi u sorsi oħra ta’ dħul illum huma iżjed importanti mill-ħlasijiet tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għall-parti l-kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

E.

billi l-flussi finanzjarji illeċiti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jimminaw serjament l-opportunità tagħhom għat-tkabbir u t-taffija tal-faqar;

F.

billi l-għajnuna għall-iżvilupp f’ħafna każijiet tingħata f’kuntest ta’ istituzzjonijiet tal-Istat dgħajfa, okkorrenza għolja ta’ korruzzjoni u livell insuffiċjenti ta’ sistemi ta’ kontroll fl-Istat riċevitur u fejn l-awditjar tal-Unjoni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha huwa ta’ importanza parikolari;

G.

billi appoġġ mill-baġit, filwaqt li jservi ta’ għodda utli għall-iżvilupp, iġorr miegħu riskju fiduċjarju konsiderevoli u għandu jingħata biss jekk jipprovdi biżżejjed kontabilità u trasparenza;

H.

billi t-trasparenza u l-kontabilità fit-tassazzjoni ġew enfasizzati mill-ġdid fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “It-Taxxa u l-Iżvilupp — Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa” imsemmija hawn fuq; billi l-appoġġ baġitarju iġorr riskju fiduċjarju konsiderevoli, huwa għandu jingħata biss jekk jipprovdi trasparenza, kontabilità u effettività suffiċjenti;

I.

billi t-tħeġġiġ tat-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi huma ta’ importanza ewlenija għas-suċċess tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju tal-Unjoni kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għall-Pajjiżi Terzi” imsemmija hawn fuq;

J.

billi s-sostennibilità hija kruċjali għall-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp;

K.

billi l-impenji globali, l-impenji individwali u l-pagamenti laħqu EUR 3,279 biljun, EUR 2,786 biljun u EUR 2,941 biljun rispettivament għas-sena finanzjarja 2011 (14);

L.

billi l-Parlament għamel talbiet ripetuti għall-inklużjoni tal-FEŻ fil-baġit ġenerali;

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Affidabbiltà tal-kontijiet

1.

Jilqa’ l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali finali tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar FEŻ jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ mill-31 ta’ Diċembru 2011;

2.

Ifakkar fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li għad hemm frekwenza għolja ta’ żbalji ta’ kodifikazzjoni li jibqgħu sors ta’ tħassib peress li jistgħu jolqtu l-preċiżjoni tad-data użata għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju annwali ta’ qtugħ il-linja fi tmiem is-sena; huwa mħasseb li din is-sitwazzjoni għadha ma ġietx irrimedjata mill-Kummissjoni, minkejja l-kritika ripetuta tal-Qorti tal-Awdituri u t-talbiet tal-Parlament għal titjib;

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.

Jinnota b’sodisfazzjon li, skont il-Qorti tal-Awdituri, id-dħul u l-impenji huma eżenti minn żbalji sinifikanti;

4.

Huwa mħasseb dwar l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet u li juru li l-pagamenti kienu affettwati materjalment mill-iżbalji; huwa mħasseb li nstab żball materjali fil-pagamenti tal-FEŻ għat-tieni sena konsekuttiva u dan fi grad tassew ogħla meta mqabbel mal-2010 (b’rata ta’ żball stmata ta’ 5,1 % fl-2011, jiġifieri żieda sinifikanti fuq l-2010, meta kienet 3,4 %);

5.

Jiddispjaċih li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli għadha għolja; jiddispjaċih, b’mod partikulari, li kemm ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli u l-frekwenza tal-iżbalji żdiedu fl-2011; jirrikonoxxi li jista’ jkun hemm varjazzjonijiet statistiċi minn sena għal oħra u jikkunsidra li huwa kruċjali li t-tendenza ma tkomplix; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tlesti l-analiżi komparattiva tal-iżbalji skoperti mill-Qorti tal-Awdituri fl-2010 u 2011 u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament;

6.

Jinnota li r-rata tal-iżball imsemmija hawn fuq tirrifletti biss l-iżbalji kwantifikabbli, filwaqt illi l-iżbalji li setgħu seħħu b’konnessjoni mal-EUR 737 miljun li ntefqu fuq l-appoġġ baġitarju mhumiex inklużi;

7.

Jinnota bi tħassib li mid-29 tranżazzjoni affetwati mill-iżball kwantifikabbli, 11 kienu pagamenti finali diġà soġġetti għall-kontrolli tal-Kummissjoni;

8.

Huwa mħasseb dwar il-fatt li ħafna minn dawk l-iżbalji la kienu ġew innutati minn awditjar estern u lanqas mill-kontrolli tal-Kummissjoni stess, li jindika dgħufija fis-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll tad-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni tal-Kummissjoni — EuropeAid; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-kawżi ta’ dawk l-iżbalji u twettaq azzjonijiet ta’ rimedju biex teliminahom;

9.

Jilqa’ r-rapport annwali mill-Qorti tal-Awdituri; jilqa’ b’mod speċifiku l-fatt li jidentifika b’mod ċar l-oqsma problematiċi, bħaż-żieda fir-rata tal-iżball u l-appoġġ baġitarju; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma tikkondividix mingħajr riżervi l-ottimiżmu tal-Kummissjoni li l-ġestjoni tal-baġit qed titjieb b’mod stabbli;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża sistema ta’ “traffic light” fir-rapport annwali tagħha tal-FEŻ biex turi dak li tjieb jew dak li ħżien minn sena għall-oħra;

Effikaċja tas-sistemi

11.

Huwa inkwetat ħafna bis-sejba mill-Qorti tal-Awdituri li s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll huma biss parzjalment effettivi;

12.

Jilqa’ l-evalwazzjoni pożittiva tal-Qorti tal-Awdituri tal-istrateġija ta’ kontroll ta’ EuropeAid biex jiġu prevenuti jew skoperti u kkoreġuti żbalji u tal-implimentazzjoni tal-istandards interni tal-kontroll tal-Kummissjoni;

13.

Jinnota li d-dewmien fil-kuntrattar ta’ programmi ta’ infrastruttura importanti u pagamenti ta’ appoġġ baġitarju li baqgħu ma tħallsux wasslu sabiex l-impenji u l-pagamenti individwali jkunu 13 % u 16 % rispettivament inqas mill-mira fl-2011; itenni t-tħassib partikolari tiegħu rigward ir-rata baxxa ta’ impenn tal-pakkett reġjonali tal-10 FEŻ (31 %), sentejn biss wara t-tmiem tal-perjodu ta’ programmazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistinka għall-implimentazzjoni finanzjarja mingħajr xkiel ta’ dan il-pakkett u biex id-dewmien preżenti jservi ta’ tagħlima għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

14.

Huwa mħasseb li l-politika dwar ir-riżorsi umani kompliet tkun ta’ tħassib persistenti minħabba r-rata għolja ta’ tibdil tal-persunal u r-riorganizzazzjoni li seħħet f’nofs l-2011 u li l-membri tal-persunal tal-EuropeAid kienu qed jiġu użati għal kompiti oħra għajr il-ġestjoni tal-għajnuna, minbarra l-limiti ta’ flessibilità miftiehma mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); jistenna li dik is-sitwazzjoni tkun tjiebet fl-2012 u jitlob li l-Parlament ikun mgħarraf dwar is-sitwazzjoni;

15.

Jinnota b’dispjaċir li l-Qorti tal-Awdituri evalwat kontrolli ex-ante minn uffiċjali awtorizzanti fil-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid u fid-delegazzjonijiet bħala parzjalment effettivi biss; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha sabiex ittejjeb is-sistemi attwali tagħha u tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati sal-aħħar ta’ Novembru 2013;

16.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-parti l-kbira tal-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali (NAOs) fil-pajjiżi benefiċjarji tal-FEŻ għandhom prestazzjoni iktar baxxa mill-istandards meħtieġa ta’ ġestjoni finanzjarja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-assistenza teknika u l-isforzi ta’ taħriġ tagħha biex ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ superviżjoni tal-NAOs;

17.

Jilqa’ l-introduzzjoni tal-Manwal għall-Ġestjoni Finanzjarja biex jittejjeb l-għarfien tal-kuntratturi u tal-benefiċjarji dwar ir-regoli tal-ġestjoni finanzjarja u tal-eliġibbiltà tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-ġestjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti billi tiċċara l-kriterji tal-għażla u tiddokumenta aħjar il-proċess ta’ valutazzjoni, u ssaħħaħ il-kwalità tas-superviżjoni tal-għoti ta’ kuntratti, bil-ħsieb li jitnaqqas in-numru għoli ta’ żbalji li jinstabu fil-pagamenti tal-proġetti;

18.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi lista sewda (blacklist) ta’ fornituri tas-servizz esterni li ma jissodisfawx l-istandards meħtieġa, inkluż grupp ta’ kriterji vinkolanti, u sabiex tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-konklużjonijiet tagħha qabel il-bidu tal-proċedura ta’ kwittanza li jmiss;

19.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-monitoraġġ u s-superviżjoni huma effettivi fil-kwartieri tal-EuropeAid; jilqa’ l-verżjoni l-ġdida tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna kull sitt xhur; jiddispjaċih, madankollu, li l-affidabilità tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati ma’ kontrolli finanzjarji li fuqha huma bbażati hija affettwata minn data mhux preċiża fis-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Relex (CRIS);

20.

Huwa mħasseb dwar in-nuqqasijiet eżistenti fil-CRIS fir-rigward ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-kontrolli ex-ante kollha minħabba li l-Verifika CRIS ma tipprovdix informazzjoni dwar l-ammonti kkunsidrati ineliġibbli mill-EuropeAid, CRIS ma tipprovdix informazzjoni sħiħa dwar l-ammonti li nstabu li huma ineliġibbli u ġew ikkoreġuti mill-kontrolli ex-ante tal-Kummissjoni nnifisha u l-eżattezza tad-data ta’ CRIS tibqa’ problematika; jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-kwalità tad-data CRIS fl-2012;

21.

Huwa mħasseb serjament dwar is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li l-monitoraġġ u s-superviżjoni kienu biss parzjalment effettivi għad-delegazzjonijiet; jinnota li r-restrizzjonijiet tal-persunal u r-riżorsi umani inadegwati, li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-kontrolli finanzjarji, ġew irrappurtati fl-aħħar erba’ rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-FEŻ; huwa mħasseb ferm dwar din il-problema rikorrenti;

22.

Jieħu nota tan-numru baxx ta’ każijiet irrappurtati ta’ whistleblowing, minkejja r-rata għolja tal-iżball; jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa’ tikkunsidra l-politika tagħha dwar il-whistleblowing, inkluża l-implimentazzjoni ta’ dik il-politika fid-delegazzjonijiet; jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar il-politiki u l-azzjonijiet attwali tagħha sabiex tirċievi u tipproteġi lill-whistleblowers interni kif ukoll esterni u dwar kwalunkwe bidla tagħhom;

23.

Jinsab sodisfatt bl-evalwazzjoni tal-funzjoni ta’ awditjar estern tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-kwartieri ġenerali ta’ EuropeAid bħala effettivi; huwa mħasseb li l-istess konklużjoni ma tistax titfassal fir-rigward tal-delegazzjonijiet minħabba li hemm defiċjenzi f’awditjar ibbażat fuq ir-riskju u dewmien fil-proċess tal-approvazzjoni tal-awditjar li jistgħu jwasslu għal infiq ineliġibbli li ma jkunx jista’ jiġi rkuprat; jitlob lill-Kummissjoni u s-SEAE sabiex isolvu dik il-problema mingħajr dewmien;

24.

Jinsab inkwetat li l-Qorti tal-Awdituri evalwat awditjar intern bħala parzjalment effettiv; jirrikonoxxi li hija r-riorganizzazzjoni tal-Kummissjoni fl-2011 li kellha impatt kbir fuq l-attività ta’ Kapaċità tal-Awditjar Intern; jistenna li s-sitwazzjoni tkun tjiebet fl-2012;

25.

Jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta’ konformità bejn il-kalkolu tal-Qorti tal-Awdituri tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli skont l-approċċ annwali tal-Qorti tal-Awdituri u l-metodoloġija attwali u l-prattika tal-Kummissjoni li tirreferi għar-rata netta tal-iżball residwu li tkopri aktar minn sena; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi studju dwar ir-rata tal-iżball residwu tal-EuropeAid u jistenna li jiġi finalizzat fi ħdan il-perjodu ta’ żmien stipulat jiġifieri fl-ewwel kwart tal-2013; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta r-riżultati ta’ dan l-istudju lill-Parlament hekk kif isiru disponibbli;

26.

Huwa sodisfatt li fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, EuropeAid għamlet progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex timplimenta b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jinsabu fir-Rapport Annwali tal-2011;

27.

Jieħu nota tal-assigurazzjoni tal-Kummissjoni li ma hemm l-ebda kont bankarju f’isimha jew ġestit minnha barra mill-baġit fis-sens li l-fondi qegħdin jintużaw għall-ħlas ta’ azzjonijiet li mhumiex awtorizzati mill-Awtorità tal-Baġit;

Ħruġ ta’ kapital illeċitu

28.

Jirrikonoxxi li waħda mill-akbar sfidi li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jaffaċċjaw hija l-ħruġ konsiderevoli ta’ kapital illeċitu; jirrikonoxxi li ċ-ċentri lil hinn mix-xtut u r-rifuġji fiskali jiffaċilitaw ħruġ ta’ kapital illegali annwali ta’ USD 1 triljun; josserva li dan il-ħruġ monetarju illegali jikkostitwixxi madwar għaxar darbiet l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li tingħata lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għat-taffija tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku;

29.

Jirreferi b’mod speċifiku għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (15);

30.

Jenfasizza li l-fluss transkonfinali ta’ flus illeċitu, il-qligħ minn evażjoni tat-taxxa kummerċjali, prinċipalment permezz tal-ipprezzar kummerċjali ħażin, jirrapreżentaw l-ikbar komponent;

31.

Josserva li s-sistemi tat-taxxa jistgħu jiġu evażi permezz ta’ rifuġji fiskali, is-segretezza ta’ ġurisdizzjonijiet, il-korporazzjonijiet moħbija, il-kontijiet fiduċjarji anonimi, il-fondazzjonijiet foloz, l-ipprezzar kummerċjali ħażin, u t-tekniki ta’ ħasil tal-flus; jenfasizza li jeħtieġ li l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali jiġu ttrattati b’mod urġenti fil-livelli kollha (nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali); jitlob lill-Kummissjoni tidentifika oqsma għat-titjib kemm fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll fil-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltajiet li tinvolvi lill-pajjiżi riċevituri fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa permezz ta’ programm ibbażat fuq inċentivi, u tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza bis-sejbiet tagħha qabel l-aħħar tas-sena 2013;

32.

Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa; jemmen li definizzjoni komuni u lista sewda (blacklist) ta’ rifuġji fiskali kif ukoll it-trasparenza korporattiva mtejba, inkluża l-introduzzjoni ta’ ‘sjieda benefiċjarja’ f’reġistrazzjonijiet ta’ kumpaniji, huma passi importanti biex jitrażżnu l-flussi ta’ kapital illeċitu;

33.

Jaqbel mal-Kummissjoni li “l-integrazzjoni li qed tiżdied ta’ swieq internazzjonali u l-globalizzazzjoni ekonomika taffettwa wkoll l-effikaċja tas-sistemi fiskali nazzjonali” (16) u li “l-indirizzar ta’ din il-problema jeħtieġ sforzi konġunti kemm mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll dawk żviluppati biex jiġu implimentati l-prinċipji ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, u b’hekk itejbu wkoll il-prospetti tat-tkabbir u t-tnaqqis tal-faqar f’pajjiżi li qed jiżviluppaw filwaqt li jissaħħu s-sistemi tat-taxxa fuq livell globali” (17);

34.

Jenfasizza li partijiet tal-flussi finanzjarji illeċiti jsiru permezz ta’ tranżazzjonijiet tal-ipprezzar kummerċjali ħażin li jikkonsistu f’importazzjonijiet bi prezz għoli u esportazzjonijiet bi prezz baxx fuq dokumenti doganali; jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet doganali fl-iskoperta ta’ tranżazzjonijiet frawdolenti minħabba li huma dawk li jkunu preżenti fil-punti tad-dħul u l-ħruġ ta’ prodotti; jindika li l-prattiki illeċiti huma possibbli fin-nuqqas ta’ sorveljanza doganali nazzjonali effiċjenti;

35.

Josserva li l-awtoritajiet doganali f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw mhumiex jaħdmu b’mod effikaċi, prinċipalment minħabba fin-nuqqas ta’ sistemi effiċjenti ta’ ġestjoni tar-riskju; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti attenzjoni partikolari lil dan l-aspett ta’ żvilupp u sabiex tikkonċentra r-riżorsi tagħha għar-rimedju ta’ din is-sitwazzjoni, speċjalment billi tinkludi riformi sostenibbli tas-sistemi doganali fil-kriterji għall-ġestjoni finanzjarja pubblika għall-għoti ta’ appoġġ baġitarju;

36.

Jenfasizza l-fatt li kontroll doganali ineffiċjenti mhuwiex esklussiv għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jiddeplora l-fatt li l-kontroll doganali fl-Istati Membri mhux qed jaħdem sew (18), b’hekk qed tiġi permessal-imġiba frawdolenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha man-netwerks internazzjonali bħan-Netwerk tal-Aġenzija tal-Kriminalità Ekonomika u l-awtoritajiet doganali nazzjonali sabiex tinġabar evidenza mill-manifatturi, il-linji tat-tbaħħir, il-kumpaniji tal-loġistika u l-awtoritajiet tal-portijiet mad-dinja kollha;

Koordinazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp, prijoritajiet ta’ żvilupp, u l-ksib ta’ riżultati mill-għajnuna tal-Unjoni

37.

Jinnota li l-għajnuna tal-Unjoni għadha maqsuma bejn l-istrumenti tal-Unjoni rigward il-livelli ta’ azzjoni fl-Unjoni kif ukoll il-programmi bilaterali tal-Istati Membri u l-interventi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); din is-sitwazzjoni tikkontribwixxi għal dgħufijiet fil-programmazzjoni tal-għajnuna f’sitwazzjonijiet fraġli u ta’ kriżi; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-istrumenti differenti ta’ għajnuna fl-Unjoni kollha;

38.

Jiddispjaċih li erba’ pajjiżi biss – l-Isvezja, il-Lussemburgu, id-Danimarka u l-Pajjiżi l-Baxxi – qabżu l-miri tal-Unjoni fl-assistenza għall-iżvilupp internazzjonali fl-2012, minkejja l-fatt li kollha kemm huma kkommettew ruħhom li jikkontribwixxu 0,70 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tagħhom f’għajnuna għall-iżvilupp;

39.

Itenni li l-governanza tajba, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tnaqqis tal-faqar iridu jkunu għanijiet integrati tal-organizzazzjonijiet implimentattivi fil-pajjiżi fejn qed jingħata l-appoġġ tal-FEŻ; jistieden lill-Kummissjoni sabiex aktar ta’ spiss tuża d-djalogu politiku skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Cotonou meta jkun hemm vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u jekk ikun meħtieġ tissospendi l-għajnuna;

40.

Jinnota li l-Unjoni teħtieġ firxa wiesgħa ta’ għodod għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp adatta għal kuntesti differenti; jenfasizza b’mod speċjali l-ħtieġa għal għodod u metodi ta’ ħidma effikaċi meta jkunu qegħdin jiġu ttrattati l-Istati falluti jew l-Istati b’nuqqas serju ta’ demokrazija;

41.

Jenfasizza li l-għanijiet speċifiċi tal-politika għall-iżvilupp iridu jiġu ssalvagwardjati taħt is-SEAE; jenfasizza li kunsiderazzjonijiet oħra bħall-politika kummerċjali u kunsiderazzjonijiet tal-politika barranija u ta’ sigurtà ma għandhomx ikunu relevanti għall-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp;

42.

Josserva li l-impatt globali tal-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni jiġi ddeterminat mill-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura, is-sajd, l-enerġija u l-kummerċ; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, skont l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li dik il-politika għandha tħaddan u tħares il-prinċipju “tagħmilx ħsara”;

43.

Jenfasizza li għandha ssir aktar enfasi fuq is-sostenibbiltà tal-għajnuna; huwa mħasseb dwar id-dgħufijiet persistenti f’termini tal-effiċjenza (fejn 40,3 % tal-interventi eżaminati jiffaċċjaw problemi), tal-effikaċja (43 %) u tas-sostenibbiltà (46 %) tal-proġetti u l-programmi li għaddejjin fl-Afrika Sub-Saħarjana (19) żvelati minn valutazzjonijiet fil-post minn esperti indipendenti; jinnota li preokkupazzjonijiet simili dwar il-prestazzjoni affettwaw l-implimentazzjoni fil-Karibew, fejn il-perċentwal globali tal-proġetti li għandhom prestazzjoni tajba jew tajba ħafna naqas minn 74,6 % fl-2009 għal 72,9 % fl-2010 u 61,5 % fl-2011 (20), kif ukoll fir-reġjun tal-Paċifiku, fejn proporzjon sinifikanti tal-programmi kellhom diffikultajiet fl-implimentazzjoni (21);

44.

Huwa preokkupat ħafna dwar is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li jinstabu fir-Rapporti Speċjali Nri 1/2012 u 13/2012 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel fl-Afrika sub-Saħarjana u dwar l-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea għall-Provvista tal-Ilma tax-Xorb u s-Sanità Bażika fil-Pajjiżi sub-Saħarjani rispettivament, li wrew li l-prospetti għas-sostenibbiltà huma tajbin għal nofs l-interventi iżda hemm anqas garanziji ta’ riżultati kontinwi għan-nofs l-ieħor; jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jinsabu f’dawk ir-rapporti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidrahom sabiex timmassimizza l-benefiċċji min-nefqa għall-iżvilupp tal-Unjoni;

45.

Huwa tal-opinjoni li l-edukazzjoni għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp, minħabba li tagħti prospetti għas-sotenibbiltà tal-isforzi tal-għajnuna u mingħajrha, anke l-politiki tekniċi meqjusal-aħjar ifallu; jirrikonoxxi l-isfidi f’dan il-qasam, speċjalment id-diffikultajiet sabiex jintlaħqu miri globali f’termini ta’ parità bejn is-sessi għar-reġistrazzjoni fl-iskejjel;

46.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun tista’ turi lill-kontribwenti dak li nkiseb bl-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni f’dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tifformola għanijiet ċari li mbagħad jagħmluha possibbli li jsiru verifiki attwali ta’ prestazzjoni;

47.

Jilqa’ l-fatt li s-servizzi tal-Kummissjoni qed jaħdmu fuq qafas komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tar-riżultati ta’ politika għall-iżvilupp, inkluż għat-tkabbir inklużiv u sostenibbli, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-“Aġenda għall-Bidla”; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika r-riżultat ta’ dawk l-isforzi lill-Parlament sal-aħħar ta’ Novembru 2013;

48.

Jenfasizza l-valur tal-verifiki ta’ prestazzjoni mwettqa fil-qasam tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Qorti tal-Awdituri; jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Awdituri biex tikkonċentra aktar mir-riżorsi tagħha fuq xogħol ta’ awditjar li jindirizza r-riskji għall-effiċjenza, l-effikaċja u l-ekonomija;

49.

Jenfasizza li żvilupp soċjali u ekonomiku fit-tul jeħtieġ sorsi sostenibbli ta’ dħul minbarra l-għajnuna; jikkunsidra li relazzjonijiet kummerċjali tajba u li jiffunzjonaw tajjeb f’konformità mal-prinċipji tal-WTO jikkostitwixxu kwistjoni ewlenija f’dan ir-rigward għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi AKP jsibu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika u l-kummerċ ħieles bejn l-Unjoni u r-reġjun tal-AKP;

L-appoġġ baġitarju

50.

Jinnota li fl-2011 EUR 207 miljun ġew impenjati għall-appoġġ baġitarju li jirrappreżenta 6,3 % tal-ammont kumplessiv tal-impenji totali;

51.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri sabet fir-Rapport Annwali tagħha dwar l-FEŻ fir-rigward tas-sena finanzjarja 2011 li 23 % tal-pagamenti għall-appoġġ baġitarju ġew affettwati minn żbalji mhux kwantifikabbli; josserva titjib fir-rigward tas-sejbiet fir-rapporti preċedenti; huwa tal-opinjoni, madankollu, li r-riżultat għall-2011 xorta mhuwiex sodisfaċenti;

52.

Huwa inkwetat ferm bil-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li żbalji mhux kwantifikabbli li rriżultaw min-nuqqas ta’ wirja strutturata ta’ konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà minħabba li l-kisbiet tal-ġestjoni finanzjarja pubblika ma ġewx ikkomparati mal-għanijiet stabbiliti għall-perjodu taħt reviżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kontroll rigoruż tal-pajjiżi riċevituri kemm qabel kif ukoll wara d-deċiżjoni biex jingħata appoġġ baġitarju, b’mod partikolari fil-pajjiżi li jirċievu biżżejjed għajnuna finanzjarja mill-fondi għall-iżvilupp tal-Unjoni fejn il-korruzzjoni qed tiżdied ferm; jitlob għalhekk għal sistemi ta’ kontroll aħjar mill-Kummissjoni, sabiex tiżgura li l-flus tal-kontribwenti Ewropej ma jintużawx ħażin għall-finanzjament tat-terroriżmu jew korruzzjoni;

53.

Jirrikonoxxi l-vantaġġi potenzjali ta’ appoġġ baġitarju; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għar-riskji li tinvolvi din il-modalità ta’ għajnuna fis-sens li hija aktar vulnerabbli għall-frodi u l-korruzzjoni minn forom oħra ta’ għajnuna, minħabba l-funġibilità tagħha; ifakkar li l-kontroll mill-Qorti tal-Awdituri fuq il-fondi mħallsa bħala appoġġ baġitarju jintemm fil-mument li l-għajnuna tal-Unjoni titħallas lit-teżor tal-pajjiż imsieħeb;

54.

Jenfasizza li dawk ir-riskji huma allarmanti b’mod speċjali fil-kuntest tal-ħruġ konsiderevoli ta’ kapital illeċitu minn pajjiżi li qed jiżviluppaw imsemmija fil-paragrafu 25; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra r-rappurtar eżistenti dwar il-ħruġ ta’ kapital illeċitu qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-għoti ta’ appoġġ baġitarju;

55.

Jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni għandha tirċievi iżjed prominenza fl-appoġġ baġitarju, b’mod partikolari meta jkunu qiegħed jiġi vvalutat l-kriterju ta’ eliġibbiltà tal-Ġestjoni Finanzjarja Pubblika f’termini ta’ appoġġ baġitarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex għalhekk tikkunsidra r-rappurtar eżistenti dwar il-livelli tal-korruzzjoni u tal-frodi qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-għoti ta’ appoġġ baġitarju; jinsisti li korp nazzjonali indipendenti ta’ awditjar għandu jkun kundizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ baġitarju;

56.

Jinnota li l-programmi relatati mal-governanza tajba huma ffinanzjati sabiex jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ġestjoni finanzjarja ħażina; waqt li jżomm quddiem għajnejh li sistema ġudizzjarja mingħajr korruzzjoni hija kundizzjoni sine qua non sabiex jiġu żgurati l-governanza tajba u l-istat tad-dritt, jistieden lill-Kummissjoni tagħmel enfażi qawwija fuq il-programmi ta’ riforma ġudizzjarja; barra minn dan jirrikonoxxi li l-Kummissjoni fl-2011 lestiet evalwazzjoni tematika dwar ir-riforma tas-sistema tal-ġustizzja u tas-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjoni disponibbli għall-pubbliku;

57.

Jirrikonoxxi li r-rata ta’ żborż relattivament baxxa għall-pagamenti ta’ appoġġ baġitarju tal-FEŻ fl-2011 hija konsegwenza diretta ta’ valutazzjoni aktar bir-reqqa tal-konformità tal-gvernijiet sħab mal-kriterji ta’ eliġibbiltà u/jew l-indikaturi tal-prestazzjoni, li wasslet sabiex il-Kummissjoni żżomm l-iżborżi li jammontaw għal EUR 200 miljun f’16-il pajjiż tal-AKP fejn ma ntweriex biżżejjed progress fir-rigward tal-objettivi stabbiliti minn qabel; jilqa’ l-approċċ il-ġdid għall-appoġġ baġitarju tal-Unjoni (22) introdott f’Ottubru 2011, li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà domestika fil-pajjiżi tal-AKP; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament l-ewwel riżultati f’termini tal-effikaċja ta’ dan l-approċċ il-ġdid meta l-linji gwida l-ġodda jkunu ġew applikat b’mod sħiħ;

58.

Jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex joħolqu reġistru pubbliku li fih jiġu elenkati b’mod trasparenti ftehimiet, proċeduri u indikaturi għall-iżvilupp dwar l-appoġġ baġitarju (23);

59.

Jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi rapporti regolari dwar it-twettiq tal-għanijiet stabbiliti għall-appoġġ baġitarju tal-Unjoni u dwar problemi speċifiċi li ltaqgħet magħhom f’ċerti pajjiżi riċevituri; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-appoġġ baġitarju jitnaqqas jew jiġi kkanċellat meta ma jintlaħqux għanijiet ċari;

L-għajnuna mill-Unjoni lil Ħaiti

60.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippubblika l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-appoġġ baġitarju lir-Repubblika ta’ Ħaiti, u l-evalwazzjonijiet rispettivi dwar il-prestazzjoni tal-Gvern ta’ Ħaiti sabiex jikkwalifika għall-appoġġ baġitarju, li jiffukaw fuq il-kriterji li ġejjin: a) qafas stabbli makroekonomiku; b) politiki nazzjonali jew settorjali u riformi li jiffukaw fuq it-tkabbir sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar; c) ġestjoni finanzjarja pubblika, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; d) trasparenza u sorveljanza tal-baġit, anke għall-pubbliku;

61.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tapplika b’mod trasparenti mill-2013 ‘il quddiem, il-kriterji l-ġodda għall-appoġġ baġitarju kif deskritt fil-politika tal-Kummissjoni “L-approċċ futur għall-appoġġ baġitarju tal-UE għal pajjiżi terzi” għall-appoġġ baġitarju għall-Gvern ta’ Ħaiti;

62.

Jiddeplora n-nuqqas ta’ sostenibbiltà ta’ ċerti proġetti u jenfasizza li l-mira ewlenija tal-proġetti għandha tkun il-ħolqien ta’ imjiegi u t-tkabbir sostenibbli li jkunu jistgħu jippermettu lill-Istat ta’ Ħaiti jżid id-dħul propju tiegħu sabiex jiddependi inqas fuq l-għajnuna barranija;

63.

jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni f’Ħaiti bbażata fuq perspettiva ta’ ħames snin u tirrapporta lura lill-awtoritajiet ta’ kwittanza fuq bażi annwali;

64.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha lejn it-tisħiħ tal-gvern u l-amministrazzjoni ta’ Ħaiti; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar is-sitwazzjoni u dwar l-azzjonijiet meħuda;

65.

Jiddispjaċih minħabba l-koordinazzjoni insuffiċjenti bejn id-delegazzjoni tal-Unjoni u r-rappreżentanza tad-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili; jappoġġja koordinazzjoni msaħħa bejn l-atturi kollha tal-Unjoni fil-pajjiż; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura koerenza u kumplimentarjetà aħjar bejn l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp kemm fil-livell ta’ politika kif ukoll fil-prattika;

66.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-ewwel evalwazzjoni ta’ impatt globali posposta li qatt saret tal-programm ta’ għajnuna tal-Unjoni għal Ħaiti ssir fl-2013;

67.

Jinsisti li, fid-dawl tal-fatt li attwalment huwa impossibbli kemm għall-Parlament kif ukoll għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jaċċessaw l-informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-Ħaiti, il-Kummissjoni ttejjeb b’mod sostanzjali l-politika tagħha dwar l-aċċessibilità pubblika tal-monitoraġġ tal-programmi u l-proġetti qabel l-aħħar tal-2013;

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

68.

Jinsab preokkupat ħafna bis-sejbiet mill-Qorti tal-Awdituri li l-maġġoranza tal-iżbalji għall-pagamenti nstabu f’għotjiet u ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn 58 % tat-tranżazzjonijiet verifikati ġew affettwati minn żball; għalhekk isib, li s-salvagwardji għall-implimentazzjoni ta’ kontroll u s-segwitu tal-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni konġunta mhumiex sodisfaċenti u jitlob lill-partijiet kollha involuti sabiex isibu rimedju għal din is-sitwazzjoni;

69.

Jiddispjaċih li l-intrapriża tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) ħadet daqshekk fit-tul biex taqsam ir-rapporti tal-awditjar intern tagħha mas-Servizzi tal-Kummissjoni; jiddispjaċih li s’issa m’hemmx soluzzjonijiet sotenibbli u proċeduri għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja neċessarja mill-WBG għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’kull każ; jistieden lill-WBG u lill-Kummissjoni sabiex minnufih jaslu għal riżultat sodisfaċenti tad-diskussjonijiet f’dak il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress ta’ dawk id-diskussjonijiet;

70.

Jaqbel mal-Kummissjoni li fl-eventwalità li ma tinstab l-ebda soluzzjoni sostenibbli għall-għoti tal-informazzjoni finazjarja meħtieġa mill-Grupp tal-Bank Dinji lill-istituzzjoni rilevanti tal-Unjoni jkun hemm konsegwenzi għall-kooperazzjoni futura mal-Grupp tal-Bank Dinji; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf l-għotjiet u l-ftehimiet ta’ kontribuzzjonijiet tagħha mal-Grupp tal-Bank Dinji jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni;

Il-faċilità ta’ investiment

71.

Ifakkar li l-fondi allokati għall-Faċilità ta’ Investiment mid-disa’ u mill-għaxar FEŻ ammontaw għal EUR 3 185,5 miljun għall-pajjiżi AKP u l-OCTs;

72.

Itenni d-dispjaċir tiegħu li l-faċilità ta’ investiment mhijiex koperta mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri jew mill-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament, għalkemm l-operazzjonijiet jitwettqu mill-BEI f’isem u għar-riskju tal-Unjoni, bl-użu tar-riżorsi tal-FEŻ;

73.

Jilqa’ l-kooperazzjoni tajba tal-ġestjoni tal-BEI mal-Parlament fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ kwittanza għall-FEŻ fil-forma ta’ skambju ta’ opinjonijiet matul il-laqgħat tal-Kumitat;

74.

Jilqa’ l-introduzzjoni tal-Qafas ta’ Kejl ta’ Riżulati (REM) l-ġdid mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-operazzjonijiet kollha tiegħu barra mill-Unjoni li se jipprovdu għal evalwazzjoni ex-ante tal-kontribuzzjoni mistennija lejn l-Unjoni u l-objettivi għall-iżvilupp tal-pajjiż (pilastru 1), il-kwalità u r-riżultati mistennija ta’ operazzjonijiet, inkluż riżultati ekonomiċi, soċjali, ambjentali u istituzzjonali tal-proġett (pilastru 2), u l-addizzjonalità mistennija tal-BEI relattiva għal alternattivi ta’ suq (pilastru 3), kif ukoll għall-monitoraġġ ta’ indikaturi sakemm il-proġett jiġi implimentat għalkollox u jibda jaħdem u l-ewwel riżultati ta’ żvilupp ikunu jistgħu jitkejlu; jistenna li BEI jipprovdi għall-ewwel evalwazzjoni tal-funzjonament tar-REM fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena 2012;

75.

Itenni t-talba tiegħu lill-BEI biex jgħaqqad b’mod aktar dirett il-finanzjament tal-proġetti tiegħu mat-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-MDG, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-governanza tajba, ir-responsabbilità soċjali korporattiva, ix-xogħol deċenti u l-prinċipji ambjentali;

76.

Jilqa’ l-għan iddikjarat tal-BEI fir-rigward tal-iżgurar ta’ politika ta’ self restrittiva lejn il-finanzjar tal-impjanti tal-enerġija l-ġodda li jaħdmu bil-faħam u l-linjite; iħeġġeġ lill-BEI biex jimplimenta din il-potika;

77.

Jilqa’ l-passi meħuda mill-BEI b’reazzjoni għat-talba tal-Parlament għal aktar trasparenza fil-forma tal-publikazzjoni ta’ kull self ġdid fuq il-websajt tal-BEI qabel l-approvazzjoni mill-Bord, billi jiġi elenkat kull intermedjarju finanzjarju li jibbenefika minn BEI fuq il-websajt tal-BEI (inkluża l-informazzjoni ta’ kuntatt), u jiġi mitlub lill-intermedjarji ta’ self tal-BEI lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) biex jimplimentaw paġna dedikata għall-prodott fuq il-websajt tagħhom għall-komunità tal-SME;

78.

Itenni li l-Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-Qorti tal-Awdituri jiddefinixxi r-rwol tal-Qorti tal-Awdituri fil-kontroll tal-FEŻ ġestiti mill-BEI; jirrepeti t-talba tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri sabiex tipproduċi Rapport Speċjali dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-FEŻ ġestiti mill-BEI mill-perspettiva tat-tnaqqis tal-faqar;

79.

Barra minn dan jinnota li l-Bord tad-Diretturi attwali tal-BEI jikkonsisti minn tmien nisa u għoxrin raġel; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw in-nomina ta’ kandidati taż-żewġ sessi sabiex jilħqu rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fuq il-Bord tad-Diretturi tal-BEI;

Il-baġitizzazzjoni tal-FEŻ

80.

Jenfasizza l-ħtieġa għat-tbassir tal-għajnuna u l-iskrutinju demokratiku li jistgħu jintlaħqu biss meta l-FEŻ ikun parti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni; jenfasizza l-fatt li l-baġitizzazzjoni tista’ tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u tista’ tissemplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar u kontabilità billi jkun hemm grupp wieħed biss ta’ regoli amministrattivi u strutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet minflok tnejn; jenfasizza li l-baġitizzazzjoni tal-FEŻ ma timplikax li l-infiq totali tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp jista’ jitnaqqas;

81.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni (24) li tipproponi baġitizzazzjoni tal-FEŻ għall-2020, meta jiskadi l-Ftehim ta’ Cotonou; jistenna li l-Kummissjoni tonora dan l-impenn u tieħu miżuri adegwati biex tiffaċilita l-inkorporazzjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-Unjoni sa mill-QFP ta’ wara l-2020; huwa tal-fehma li fid-dawl tal-kriżi baġitarja u ekonomika attwali, ir-riskju li l-baġitizzazzjoni tal-FEŻ twassal għal tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni mas-sħab tal-AKP attwalment huwa għoli wisq; għalhekk jinsisti li, jekk għandha tiġi kkunsidrata l-baġitizzazzjoni għall-QFP 2014-2020, din għandha timplika t-trasferiment tal-pakkett finanzjarju kollu tal-FEŻ kif propost mill-Kummissjoni (EUR 30,3 biljun fil-prezzijiet tal-2011) (25) għall-intestatura 4 dwar Ewropa Globali u taħt l-ebda ċirkostanza m’għandha tintuża bħala pretest biex jitnaqqsu l-limiti massimi globali tal-infiq għall-azzjoni esterna tal-Unjoni inġenerali, u l-għajnuna għall-iżvilupp b’mod partikolari;

82.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tallinja d-drittijiet ta’ skrutinju tal-Parlament fuq il-FEŻ ma’ dawk li għandu fuq il-baġit ġenerali tal-UE, b’mod partikolari l-Istrument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq mingħajr dewmien proposti konkreti għal dan l-għan u tibda djalogu biex tistabbilixxi l-modalitajiet preċiżi għall-iskrutinju futur tal-Parlament fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiku rigward il-FEŻ.


(1)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 243.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(5)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.

(7)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(8)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(9)  ĠU C 306E, 15.12.2006, p. 373.

(10)  ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 100.

(11)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(12)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(13)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(14)  Ir-Rapport Annwali msemmi hawn fuq dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-2011.

(15)  ĠU C 199E, 7.7.2012, p. 37.

(16)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2010 bit-titolu “It-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali”.

(17)  Ibidem.

(18)  Ir-Rapporti Speċjali Nri 1/2010 u 13/2011 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(19)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Rapport Annwali 2012 dwar il-politika tal-iżvilupp u tal-għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2011”, p. 67.

(20)  Idem, p. 90.

(21)  Idem, p. 113.

(22)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011 bit-titolu “L-approċċ futur għall-appoġġ baġitarju tal-UE għal pajjiżi terzi”.

(23)  Kif mitlub fil-paragrafu 52 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi li qed jiżviluppaw (Testi adottati, P7_TA(2011) 317), u fil-paragrafu 42 tar-rapport ta’ kwittanza għall-2010.

(24)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 bit-titolu “Baġit għall-Ewropa 2020”.

(25)  Ibid.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/159


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011

(2013/553/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dan ir-rapport (SWD(2012) 330 u SWD(2012) 340),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 435 — C7-0223/2012),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2012 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-2011,

wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2012) 386),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa’ u mill-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal- 4 ta’ Frar 2013 rigward il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011 (05190/2012 — C7-0083/2013, 05191/2012 — C7-0084/2013, 05192/2012 — C7-0085/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u revedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (5), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja fil-qafas tat-Tieni Protokoll Finanzjarju tar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità fil-qafas tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-raba’ parti tat-Trattat KE (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2010 dwar “It-Taxxa u l-Iżvilupp – Kooperazzjoni ma’ Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa” u tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar “L-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE għall-Pajjiżi Terzi”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 76, l-Artikolu 77(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0062/2013),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp huma kif annessi fit-Tabella 2 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa’ u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2011;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 344, 12.11.2012, p. 243.

(2)  ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(5)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.

(7)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(8)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(10)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/161


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/554/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011 (1), flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0068/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011 (1), flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0068/2013),

A.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi l-Aġenzija rrilokat minn Brussell għas-sede tagħha f’Ljubljana, is-Slovenja, fl-1 ta’ Frar 2011, bdiet uffiċjalment l-attivitajiet tagħha fit-3 ta’ Marzu 2011 u kisbet awtonomija finanzjarja fit-8 ta’ Marzu 2011,

C.

billi l-baġit globali tal-Aġenzija għall-2011 kien ta’ EUR 4 792 345; billi l-kontribut tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2011 ammonta għal EUR 4 362 607,98 (6),

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-kontribut inizjali tal-Unjoni kien ta’ EUR 4 362 607,98 fl-2011; jinnota li din kienet l-ewwel sena li fiha l-Aġenzija kienet finanzjarjament awtonoma;

2.

Josserva mill-kontijiet annwali li l-baġit inizjali tal-Aġenzija għall-2011 ammonta għal EUR 5 119 000 (inklużi EUR 119 000 mill-kontribut tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles);

3.

Jistabbilixxi mill-kontijiet annwali li ġew impenjati approprjazzjonijiet f’rata ta’ 67 %, filwaqt li l-pagamenti laħqu livell ta’ 74 % tal-approprjazzjonijiet totali ġestiti;

Approprjazzjonijiet riportati

4.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet mhux użati u ta’ riporti, kif ukoll il-livell baxx ta’ pagamenti, jindikaw nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u ma jikkonformawx mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

5.

Jaċċetta l-ispjegazzjoni tal-Aġenzija li matul l-ewwel sena operattiva tagħha, kellha tirrekluta l-parti l-kbira tal-persunal tagħha, ħaġa li wasslet sabiex il-pożizzjonijiet miftuħa jdumu aktar milli suppost biex jibdew, u li b’hekk kellhom impatt sinifikanti fuq ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija, kif ukoll fuq l-estimi tal-ħtiġijiet tal-akkwist, li wassal għal konċentrazzjoni ta’ proċeduri ta’ appalti lejn l-aħħar tas-sena; jifhem li dan, min-naħa tiegħu wassal għal livell għoli ta’ riporti biex jiġu onorati l-impenji legali u baġitarji ffirmati;

6.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li issa tinsab f’pożizzjoni ħafna aħjar li timplimenta l-kompiti assenjati lilha u l-baġit korrispondenti, u jitlobha ssegwi din il-kwistjoni u tirrapporta dwarha lill-awtorita’ ta’ kwittanza;

Pagamenti irregolari

7.

Jinnota bi tħassib li fl-2011, l-aġenzija ħallset allowances ta’ sussistenza li jammontaw għal EUR 10 839 lil esperti ssekondati li kienu ċittadini tal-Istat li jospita l-Aġenzija, u li dawk il-pagamenti jmorru kontra r-Regoli dwar l-Issekondar ta’ Esperti Nazzjonali adottati mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, liema regoli jipprevedu li dawn l-allowances jingħataw biss lil aġenti temporanji li mhumiex ċittadini tal-Istat Membru fejn huma impjegati;

8.

Jinnota li l-Aġenzija diġà waqqfet il-pagament ta’ allowances f’każijiet bħal dawn; madankollu, meta titqies in-natura irregolari ta’ dawk il-pagamenti, jitlob lill-Aġenzija tagħti segwitu lill-kwistjoni, tesplora l-possibilitajiet li tirkupra l-allowances ta’ sussistenza li tħallsu għalkemm ma kinux dovuti u tirrapporta dwar din il-kwistjoni lill-awtorità ta’ kwittanza;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

9.

Jinnota l-kumment tal-Qorti tal-Awdituri li hemm lok biex tittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jitlob li l-Aġenzija ssegwi din il-kwistjoni u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li jittieħdu; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

10.

Jirrimarka li għalkemm ir-reklutaġġ tal-persunal permanenti issa ġie konkluż, l-Aġenzija m’għandhiex biżżejjed kapaċità f’termini ta’ esperti nazzjonali ssekondati, u li għad hemm dubji dwar il-kompetenza teknika ta’ xi membri tal-persunal, ħaġa li potenzjalment tiġġenera inċertezza rigward il-ħidma tal-Aġenzija; jitlob li l-Aġenzija ssegwi din il-kwistjoni u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li jittieħdu;

11.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mar-regolaturi nazzjonali, b’mod partikolari biex tiżgura li l-ħidma tagħha tkun organizzata skont prinċipji effiċjenti, u tistabbilixxi kwartieri ġenerali permanenti, biex b’hekk kemm l-Aġenzija kif ukoll ir-regolaturi nazzjonali jkunu jistgħu jagħmlu ffrankar sostanzjali u jsolvu l-problemi tat-trasport u tar-riżorsi limitati li ilhom hemm mill-bidu;

12.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Rapport Annwali tal-Attività tal-ACERgħall-2011, p. 85-91.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/164


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/555/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011 (1), flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0068/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/165


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/556/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Korp (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0066/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Maniġer Amministrattiv tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Maniġer Amministrattiv tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Korp (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0066/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“il-Korp”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi skont id-Deċiżjoni Nru 2010/349/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fil-31 ta’ Mejju 2010 dwar il-post tas-sede tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) (6), l-Uffiċċju tal-BEREC (“l-Uffiċċju”) jinsab f’Riga, fil-Latvja; billi l-Uffiċċju ffirma l-ftehim dwar is-sede tiegħu fl-24 ta’ Frar 2011, sar kompletament funzjonali matul l-2011 u ġie mogħti l-awtonomija finanzjarja fit-12 ta’ Settembru 2011,

C.

billi l-baġit totali tal-Korp għas-sena finanzjarja 2011 ta’ EUR 1 178 785,60, ġie kompletament iffinanzjat minn kontribuzzjoni tal-Unjoni (7),

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-kontribut inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Uffiċċju għall-2011 kien jammonta għal EUR 1 178 785,60; jinnota li din kienet l-ewwel sena li l-Uffiċċju kien finanzjarjament awtonomu;

2.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-baġit tal-Uffiċċju għall-2011, adottat mill-Kumitat ta’ Ġestjoni, żvela approprjazzjonijiet biss skont it-Titoli u l-Kapitoli u ma kienx maqsum f’artikoli u f’punti, u li dik is-sitwazzjoni għaldaqstant tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni; jinnota t-tweġiba tal-Uffiċċju li l-baġit tiegħu għall-2012 diġà huwa maqsum f’artikoli u punti;

3.

Josserva mill-kontijiet annwali tal-Uffiċċju li l-approprjazzjonijiet kienu impenjati b’rata ta’ 63,4 %, filwaqt li l-pagamenti laħqu l-livell ta’ 70,1 % tal-approprjazzjonijiet totali mmaniġġjati (jew 44,5 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli);

L-approprjazzjonijiet riportati

4.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri identifikat 21 każ, b’valur totali ta’ EUR 94 120, fejn l-approprjazzjonijiet riportati għall-2012 ma kinux jikkorrispondu mal-impenji legali u li għalhekk dawk ir-riporti kienu irregolari;

5.

Jaċċetta l-ispjegazzjoni tal-Uffiċċju li l-fażi tal-bidu għamlitha diffiċli biex ir-riporti jitbassru b’mod korrett u li bħalissa qed isir segwitu b’monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota l-kumment tal-Uffiċċju li l-istruzzjonijiet kellhom jingħataw fl-aħħar tal-2012 u li l-informazzjoni rilevanti kellha tinġabar mill-unitajiet sabiex jiġu diżimpenjati l-impenji mhux użati; jistieden lill-Uffiċċju biex jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar jekk dan kienx il-każ;

L-istandards ta’ kontroll intern

6.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Uffiċċju għall-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Uffiċċju ma kienx adotta u implimenta l-istandards ta’ kontroll intern (ICS), u b’mod notevoli, ma ġie introdott l-ebda reġistru ċentrali tal-fatturi u l-ebda reġistru tal-eċċezzjonijiet;

7.

Jieħu nota tal-istqarrija tal-Uffiċċju li l-pjan attwali ta’ implimentazzjoni għall-ICS jinvolvi d-definizzjoni tad-dati ta’ skadenza b’rabta mal-implimentazzjoni għall-istandards differenti minn Novembru 2011 sa Jannar 2013; jinnota li r-reġistrazzjoni tal-fatturi u r-reġistrazzjoni tal-eċċezzjonijiet ġew implimentati mit-18 ta’ Ġunju 2012 b’impatt fuq ir-reġistrazzjonijiet ulterjuri fl-2012 u li bħalissa qed issir it-tħejjija tal-istruzzjonijiet amministrattivi rilevanti; jistieden lill-Uffiċċju biex jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar fuq dawn il-kwistjonijiet;

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ

8.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li hemm il-ħtieġa li titjieb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jinnota t-tweġiba tal-Uffiċċju li f’Ġunju 2012, aġġorna l-Linji Gwida tiegħu għall-proċeduri ta’ reklutaġġ sabiex jindirizza s-sejbiet tal-Qorti; jistieden lill-Uffiċċju sabiex isegwi din il-kwistjoni u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv kunsiderevoli; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

9.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 156, 23.6.2010, p. 12.

(7)  Kontijiet annwali finali għall-2011 tal-Uffiċċju tal-BEREC, p. 29.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/168


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/557/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Korp (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0066/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Maniġer Amministrattiv tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/169


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

(2013/558/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0069/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 12.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0069/2013),

A.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

talab liċ-Ċentru jiżgura konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju tiegħu billi jistabbilixxi deċiżjonijiet ta’ finanzjament għan-nefqa operattiva; talab liċ-Ċentru, b’mod partikolari, jistabbilixxi kontrolli aktar b’saħħithom fil-proċess ta’ ppjanar ta’ akkwist,

talab liċ-Ċentru janalizza l-fluss tad-data u l-għodod użati għall-ippjanar tal-baġit u jistabbilixxi kontrolli; innota, f’dan ir-rigward, li l-ippjanar tal-baġit taċ-Ċentru hu bbażat fuq għodda Excel u manwali jew kontrolli awtomatiċi ta’ data li jistgħu jirriżultaw fi żbalji ta’ kalkolu u ppjanar tan-nefqa żbaljat u fl-aħħar mill-aħħar dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq it-tfassil tal-prezzijiet taċ-Ċentru,

innota li barra mit-12-il rakkomandazzjoni “importanti ħafna” mis-Servizz ta’ Awditu Intern (IAS), iċ-Ċentru ċaħad ir-rakkomandazzjoni dwar rappurtar finanzjarju; talab liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni,

C.

billi l-baġit finali taċ-Ċentru għall-2011 kien ta’ EUR 51 299 000, meta mqabbel ma’ EUR 55 928 077 fl-2010, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 8,27 %

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-baġit taċ-Ċentru jinkludi dħul li jinvolvi pagamenti li saru mill-korpi li għalihom iċ-Ċentru jaħdem u minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni li magħhom ġiet miftehma kollaborazzjoni bħala skambju għax-xogħol imwettaq, inklużi attivitajiet interistituzzjonali, u kwalunkwe dħul ieħor;

2.

Ifakkar li l-baġit taċ-Ċentru għall-2011 ammonta għal EUR 51 299 000 u li l-eżitu tal-baġit 2011 naqas għal EUR 1 201 339,13 fl-2011, meta mqabbel ma’ EUR 8 319 397,02 fl-2010, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 85,56 %; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li t-tnaqqis irriżulta primarjament minn tnaqqis ta’ 15 % fid-dħul, li jirrifletti l-politika ġdida għat-tfassil tal-prezzijiet taċ-Ċentru, li timmira li tallinja l-prezzijiet tal-prodotti mal-ispejjeż tagħhom;

3.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri li l-bilanċ pożittiv tal-baġit akkumulat naqas minn EUR 9 231 709,81 fl-2010 għal EUR 2 973 348,94 fl-2011 u li dan it-tnaqqis huwa l-effett nett tal-bilanċ pożittiv tal-baġit 2011 u l-allokazzjonijiet għar-riżervi għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal investimenti eċċezzjonali;

4.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività taċ-Ċentru (AAR) li fil-baġit oriġinali tiegħu għall-2011, EUR 46 956 800 kienu s-suġġett ta’ baġit emendatorju, adottat mill-Bord ta’ Tmexxija fit-13 ta’ Ottubru 2011; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li l-għan tal-baġit emendatorji kien doppju:

li jiġi inkluż il-bilanċ pożittiv baġitarju minn snin preċedenti, jiġifieri EUR 9 231 709,81, u biex dak il-bilanċ pożittiv jintuża biex jinħolqu żewġ riżervi eċċezzjonali, waħda għall-iżvilupp ta’ għodda għall-ġestjoni tad-domanda tat-traduzzjoni aktar effettiva (programm E-CdT) (EUR 4 325 709,81) u r-riżerva l-oħra biex iċ-Ċentru jkun jista’ jżomm il-prezzijiet stabbli fl-2012 u l-2013 (EUR 4 906 000);

biex il-baġit jiġi bbilanċjat mill-ġdid wara tnaqqis sinifikanti fil-previżjonijiet tal-klijenti;

5.

Jinnota, barra minn hekk, li l-ammont tar-riżerva għall-istabbiltà tal-prezzijiet kien aktar baxx minn dak propost minħabba li EUR 1,8 miljun mill-eċċess kellu jintuża biex jikkumpensa t-tnaqqis fid-dħul mill-klijenti anke fl-2011, u għalhekk l-ammont finali tar-riżerva kien biss ta’ EUR 7,4 miljun;

Impenji

6.

Jistabbilixxi mill-AAR li l-impenji totali taħt it-Titolu I laħqu 95,12 % għall-2011, li jirrappreżenta titjib sinifikanti meta mqabbel mal-2010, meta 91,5 % tal-baġit biss ġie kkonsmat (85 % fl-2009); jinnota, madanakollu, li l-ammonti li ġew riportati huma limitati u jirrappreżentaw biss 1,32 % tal-impenji;

7.

Jirrikonoxxi mill-AAR li l-impenji totali taħt it-Titolu II laħqu 94,44 % għall-2011, li jirrappreżenta titjib sinifikanti meta mqabbel mal-2010, meta 86,30 % tal-baġit biss ġie impenjat (88 % fl-2009);

8.

Jieħu nota mill-AAR li għat-Titolu III, 99,4 % tal-baġit ġie impenjat sa tmiem is-sena 2011, meta mqabbel ma’ 80,5 % fl-2010, u li dak il-livell għoli ta’ eżekuzzjoni tal-baġit huwa r-riżultat ta’ tnaqqis li sar fil-baġit emendatorju;

Riżorsi umani

9.

Jirrikonoxxi mill-AAR li sa tmiem l-2011, 205 karigi tal-pjan ta’ stabbiliment kienu mtlew, li jirrappreżenta 91,1 % tan-numru totali previst; jinnota, barra minn hekk, li bi qbil mal-isforzi kontinwi taċ-Ċentru biex jiġu ottimizzati l-metodi ta’ ħidma u jitnaqqsu l-ispejjeż, skrining ġdid tal-postijiet tax-xogħol kollha taċ-ċentru sar fl-2011 li wassal għal tnaqqis ta’ ħames impjiegi mill-2012 (jekk dan it-tnaqqis jiġi kkunsidrat, il-pjan ta’ stabbiliment ikun imtela sa 93,18 %);

10.

Josserva li matul is-sena, erba’ membri tal-persunal użaw l-opportunità tal-mobilità interna tal-persunal u biddlu l-impjieg tagħhom fiċ-Ċentru;

Protezzjoni tad-data

11.

Jinnota li fl-2011, sabiex tiżdied l-indipendenza tal-funzjoni, iċ-Ċentru ħatar Uffiċjal ġdid għall-Protezzjoni tad-Data; jinnota li l-għadd ta’ notifiki ta’ kontroll preċedenti li saru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) fl-2011 kien erbgħa, jiġifieri sorveljanza bil-vidjo, il-proċedura dixxiplinarja, il-politika kontra l-fastidju u l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward ta’ sorveljanza bil-vidjo, il-każ ingħalaq b’opinjoni favorevoli, rigward il-proċeduri dixxiplinarji u kontra l-fastidju, l-informazzjoni kumplimentari ntbagħtet lill-KEPD fuq talba tiegħu, u rigward iċ-ċertifikazzjoni, feedback mill-KEPD għadu pendenti; jistieden liċ-Ċentru jżomm l-awtorità ta’ kwittanza infurmata dwar l-istat attwali tan-notifiki;

Proceduri ta’ akkwist

12.

Jinnota li skont l-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju tiegħu, fl-2010 ċ-Ċentru stabbilixxa l-Pjan ta’ Akkwist 2011 li jservi bħala Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru; jinnota, barra minn hekk, li l-pjan huwa parti integrali mill-Programm ta’ Ħidma taċ-Ċentru għall-2011, li ġie approvat mill-Bord ta’ Tmexxija fis-27 ta’ Ottubru 2010;

Sistema kontabilistika

13.

Jirrikonoxxi li f’Mejju 2012, il-kontabilità bbażata fuq id-dovuti, is-sistema kontabilistika użata mill-Kummissjoni għall-kontabilità baġitarja, ġiet implimentata fiċ-Ċentru u li l-Kontabilist se jiffinalizza l-validazzjoni tas-sistema kontabilistika fl-ewwel kwart tal-2013; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bis-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-validazzjoni tas-sistema kontabilistika;

14.

Jirreferi, għall-kummenti l-oħra ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 12.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 141.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013) 134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/173


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

(2013/559/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0069/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 12.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/174


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011

(2013/560/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0073/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 17.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0073/2013),

A.

billi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (“iċ-Ċentru”), li jinsab f’Tessaloniki, kien stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

C.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, inter alia:

innota l-impenn taċ-Ċentru li juża kompletament il-kontribuzzjonijiet tas-snin preċedenti tan-Norveġja u l-Islanda fl-2012; talab liċ-Ċentru jżomm l-awtorità tal-kwittanza informata dwar l-użu ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet,

laqa’ l-impenn taċ-Ċentru biex ikompli jnaqqas ir-riporti tiegħu billi jissorvelja mudelli standardizzati tal-eżekuzzjoni tal-baġit (impenji, pagamenti) u l-progress tal-akkwist,

talab liċ-Ċentru biex iwettaq sforzi ulterjuri biex inaqqas l-approprjazzjonijiet riportati sabiex jirrispetta l-prinċipju tal-annwalità b’mod aktar sħiħ; fakkar liċ-Ċentru li dan jista’ jsir permezz ta’ rfinar tas-sistema ta’ programmar u ta’ sorveljanza tiegħu u billi jniedi l-kuntratti aktar kmieni fis-sena kalendarja,

talab liċ-Ċentru biex kemm jista’ jkun inaqqas it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn magħmula miċ-Ċentru bejn linji baġitarji, sabiex japplika l-prinċipju ta’ speċifikazzjoni,

jinnota li s-sistema ta’ kejl ta’ prestazzjoni taċ-Ċentru (PMS) ġiet implimentata b’mod sħiħ u inkoraġġixxa liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa valutazzjonijiet kwalitattivi biex jissuplimenta l-indikaturi aktar kwantitattivi tal-PMS,

talab liċ-Ċentru jinforma l-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti li rċieva mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS),

D.

billi l-baġit definittiv taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 18 870 845, meta mqabbel ma’ EUR 18 250 000 fl-2010, li tfisser żieda ta’ 3,21 %,

E.

billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja tal-2011 kienet ta’ EUR 16 987 000, meta mqabbel mal-EUR 16 920 000 fl-2010, li tfisser żieda ta’ 0,39 %,

F.

billi r-riżultat ekonomiku tas-sena kien wieħed negattiv ta’ EUR – 483 296,74;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota mill-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011, li ċ-Ċentru ngħata baġit ta’ emenda ta’ EUR 1 106 655, li wassal għal baġit totali ta’ EUR 18 870 845 wara l-emendi;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija fl-opinjoni tiegħu dwar il-Kont Annwali taċ-Ċentru għall-2011 li l-baġit tal-2011 iffinanzjat mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni ġie implimentat bis-sħiħ;

3.

Josserva li ċ-Ċentru jirċievi kontribuzzjonijiet annwali minn żewġ pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn xogħolu; jinnota li l-kontribuzzjoni tan-Norveġja u l-Islanda għall-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011 kienet tammonta għal EUR 407 066,59; ifakkar li dawk il-fondi huma ġestiti bħala dħul assenjat, u għaldaqstant jeħtieġu li jiġu allokati għal proġetti speċifiċi; jilqa’ l-fatt li fl-2011, il-mira ntlaħqet u 100 % tal-baġit previst ġie eżegwit; jitlob liċ-Ċentru jżomm l-awtorità tal-kwittanza informata dwar l-użu ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet;

4.

Jilqa’ l-iżvilupp ta’ ġabra komprensiva ta’ proċessi għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u dwar l-użu tar-riżorsi; jinnota madankollu, li hemm bżonn ta’ titjib ulterjuri peress li 67 minn total ta’ 77 trasferiment baġitarju seħħew fl-aħħar tal-2011, li juri dgħufija fl-ippjanar tal-baġit u fl-ippjanar tal-programmi; jitlob li jittieħdu miżuri strutturali biex titranġa s-sitwazzjoni;

5.

Jilqa’ l-fatt li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ikkanċellati naqsu minn 14 % fl-2010 għal 5,2 % fl-2011;

Riporti ta’ approprjazzjonijiet

6.

Jirrikonoxxi li EUR 0,9 miljun (5 %) mill-kontijiet annwali, kienu riportati għall-2012; jinnota, barra minn hekk, li r-riporti jinkludu EUR 0,6 miljun f’approprjazzjonijiet għat-Titolu II “Nefqa Amministrattiva” (37 % tal-approprjazzjonijiet totali tat-Titolu II); jitlob liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet meħuda biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas minħabba li l-livell eċċessiv ta’ riporti għat-Titolu II imur kontra l-prinċipju tal-annwalità tal-baġit;

7.

Jinnota li ċ-Ċentru kellu approprjazzjonijiet differenzjati għat-Titolu III sa mill-2004, li jispjega għaliex ma jidhru l-ebda riporti ta’ approprjazzjonijiet għall-attivitajiet operazzjonali fil-kalkolu tal-eżitu tal-baġit, ħlief għar-riport mhux awtomatiku approvat mill-Bord ta’ Tmexxija;

Trasferimenti

8.

Jinnota li ċ-Ċentru ttrasferixxa EUR 699 920 mit-Titolu I għat-Titoli II u III (EUR 204 620 u EUR 495 300 rispettivament), skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, peress li s-sitwazzjoni tindika dgħufija fl-ippjanar u pprogrammar tal-baġit u tmur kontra l-prinċipju ta’ speċifikazzjoni;

Sovvenzjonijiet

9.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri li kull sena, il-finanzjament ta’ sovvenzjonijiet miċ-Ċentru għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali jammonta għal madwar EUR 1 miljun; jinnota, barra minn hekk, li kien hemm dewmien sinifikanti fl-għeluq tas-sovvenzjonijiet għas-sena 2010, minħabba li benefiċjarji ssottomettew ir-rapporti finali dwar l-attivitajiet tagħhom tard u ċ-Ċentru nnifsu ttardja l-verifika ta’ dawk ir-rapporti u l-ipproċessar tal-pagamenti finali; jistieden liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li jkun ħa biex jindirizza dan in-nuqqas;

10.

Jirrikonoxxi li, skont iċ-Ċentru, id-dewmien fil-pagament tal-bilanċ finali tas-sovvenzjonijiet għall-2010 li seħħ fl-2011 kien dovut għall-programm ta’ ħidma partikolarment impenjattiv matul l-2010, flimkien ma’ nuqqas ta’ persunal temporanju fit-tim li jikkoordina n-netwerk, minħabba assenza imprevista fit-tul;

Riżorsi umani

11.

Jirrikonoxxi li sal-31 ta’ Diċembru 2011, 97 mill-101 impjieg fl-organigramma kienu mtlew;

12.

Jilqa’ l-fatt li fl-2010, iċ-Ċentru ffinalizza għodda għar-reklutaġġ onlajn, bl-isem ta’ RECON - Recruitment Online li se tgħin liċ-Ċentru jżid il-veloċità u l-effikaċja tar-reklutaġġ tiegħu;

13.

Jiddeplora li ġie ddikjarat li l-proċedura ta’ reklutaġġ għad-direttur il-ġdid ma rnexxietx fl-2011 u li din il-kariga, vakanti sa mill-15 ta’ Ottubru 2010, ma mtlietx matul l-2012.

Prestazzjoni

14.

Jinnota b’sodisfazzjon li ċ-Ċentru għamel disponibbli ċ-ċarts ta’ Gantt għall-attivitajiet operazzjonali ewlenin kollha tal-2011, kif mitlub mill-awtorità tal-kwittanza;

15.

Jinnota mill-kontijiet annwali, li l-PMS kien implimentat bis-sħiħ u jħeġġeġ liċ-Ċentru biex ikompli jiżviluppa l-valutazzjonijiet kwalitattivi biex jissupplimenta l-indikaturi aktar kwantitattivi tal-PMS;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, sabiex tesplora aktar is-sinerġiji li jeżistu bejn dawk l-aġenziji u biex tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-possibilità ta’ integrazzjoni aktar profonda ta’ dawn l-erba’ aġenziji; jistieden lil dawk l-aġenziji u lill-Kummissjoni biex jevalwaw jekk kooperazzjoni aktar mill-qrib tistax twassal għal ekonomiji ta’ skala u għall-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom;

Kooperazzjoni mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

17.

Jinnota li, f’Novembru 2009, il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn iċ-Ċentru u l-ETF iġġedded għall-perjodu 2010-2013; jirrikonoxxi li kull sena, fil-kuntest tal-qafas ta’ kooperazzjoni, iċ-Ċentru u l-ETF jabbozzaw programm ta’ ħidma konġunta li jiġi anness mal-programmi ta’ ħidma ta’ kull Aġenzija;

18.

Jistabbilixxi li fl-2011, iċ-Ċentru u l-ETF issistematizzaw ulterjorment il-kooperazzjoni tagħhom biex jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-mandati rispettivi tagħhom, li wasslet għall-organizzazzjoni ta’ seminars ta’ qsim ta’ għarfien, kollaborazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp tal-kwalifiki u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti komuni tal-Unjoni, f’kooperazzjoni fit-tħejjija tal-progress fir-rappurtaġġ għall-2012 tal-pajjiżi kandidati, bħala parti mis-segwitu tal-Communiqué ta’ Bruges dwar Kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali;

Awditu intern

19.

Jilqa’ l-informazzjoni provduta miċ-Ċentru permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Frar 2012, li wasslet biex is-seba’ rakkomandazzjonijet tal-IAS mill-2009 ġew implimentati kollha sal-aħħar ta’ Diċembru 2011; jitlob liċ-Ċentru jinforma l-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010;

20.

Jilqa’ l-informazzjoni riċevuta permezz tal-ittra tat-23 ta’ Frar 2012 dwar il-fatt li ntlaqgħu r-rekwiżiti bażiċi kollha għall-Istandards ta’ Kontroll Intern (ICS) 8 sal-aħħar tal-2011; jinnota l-impenn taċ-Ċentru li jissodisfa r-rekwiżiti bażiċi tal-ICS 10 fl-ewwel semestru tal-2012;

Kapaċità tal-awditjar intern (IAC)

21.

Jirrikonoxxi, minkejja dan, l-osservazzjonijiet taċ-Ċentru li l-funzjonijiet tal-IAC illum huma koperti minn kuntratturi esterni (pereżempju l-kuntratt għall-awditu tas-softwer finanzjarju taċ-Ċentru ġie esternalizzat u konkluż fl-2011) jew minn gruppi interni ta’ proġetti, skont il-ħtieġa; jinnota, barra minn hekk, li ċ-Ċentru lesta d-dokumentazzjoni tal-proċeduri prinċipali kollha (ġie kuntrattat awditur estern biex jidderieġi dan il-proċess) u ġie organizzat taħriġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-programm annwali ta’ ħidma u kontrolli effettivi;

22.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza tiegħu, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 17.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 148.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/179


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2011

(2013/561/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0073/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 17.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/180


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/562/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li jħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tagħti approvazzjoni għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar ir-Rimborż ta’ Infiq Privat (10/0257/KA),

wara li kkunsidra l-awditu estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt: CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-evalwazzjoni esterna ta’ ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt:CEPOL/CT/2010/002),

wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Attività Annwali 2009 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra r-raba’ rapport ta’ progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Pluriennali (MAP) għall-2010-2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-2010-2014,

wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta’ Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) dwar it-tielet rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal tal-Akkwist tiegħu għall-perjodu bejn 1 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77, u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tieghu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0064/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 23.

(2)  GU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (ir-“Regolament Finanzjarju”)], u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li jħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tagħti approvazzjoni għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar ir-Rimborż ta’ Infiq Privat (10/0257/KA),

wara li kkunsidra l-awditu estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt: CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-evalwazzjoni esterna ta’ ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt: CEPOL/CT/2010/002),

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività Annwali 2009 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra r-raba’ rapport ta’ progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Pluriennali (MAP) għall-2010-2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-2010-2014,

wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta’ Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) fuq it-tielet rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal tal-Akkwist tiegħu għall-perjodu bejn 1 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77, u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tieghu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0064/2013),

A.

billi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (il-“Kulleġġ”), li jinsab fi Bramshill, ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/820/JHA, li ġiet imħassra fl-2005 u sostitwita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI,

B.

billi l-Kulleġġ twaqqaf fl-2001 u, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006, ġie ttrasformat f’korp Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, biex b’hekk ġie jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju Qafas għall-aġenziji,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri fir-rapporti tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-snin finanzjarji 2006, 2007 u 2009, ikkwalifikat l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għar-raġuni li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku ma kinux konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju,

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2008, enfasizzat l-opinjoni tagħha dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, mingħajr ma kkwalifikata espressament, u kkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti,

E.

billi fid-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 l-Parlament irrifjuta jagħti lid-Direttur tal-Kulleġġ, kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2008 (6),

F.

billi fid-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011, il-Parlament iddeċieda jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta’ kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għall-2009 (7), iżda imbagħad ta kwittanza fid-deċiżjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 (8),

G.

billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapporti tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2010, qalet għall-ewwel darba sa minn meta l-Kulleġġ sar aġenzija, li hi kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

H.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-transazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

I.

billi fil-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2010 (9), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

ħeġġeġ lill-Kulleġġ jintroduċi distinzjoni ċara bejn l-elementi differenti tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Kulleġġ fil-kontijiet annwali definittivi tiegħu;

stieden lill-Kulleġġ jieħu azzjoni sabiex jiġu evitati l-istess nuqqasijiet li seħħew waqt il-preparazzjoni tal-baġits individwali;

fakkar li n-nuqqas tar-rispett tal-iskadenzi jikkostitwixxi wieħed mill-fatturi ewlenin li qed jostakolaw ġestjoni finanzjarja soda u talab lill-Kulleġġ iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 34/2010/GB;

talab lill-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni effikaċi tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) bħala rakkomandazzjoni “importanti ħafna” dwar it-tlestija tar-reġistri interni tal-ispejjeż tal-missjonijiet;

talab lill-Kulleġġ jaġġorna lill-Parlament dwar il-livell ta’ implimentazzjoni tas-16-il Standard tal-Kontroll Intern (ICS) il-ġdid tal-Kummissjoni li ġew adottati mill-Bord ta’ Tmexxija (GB) tal-Kulleġġ u ħadu post l-ICS preċedenti,

J.

billi permezz tad-Deċiżjoni C(2011)4680 tat-30 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni tat deroga lill-Kulleġġ mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 74b tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

K.

billi l-baġit tal-Kulleġġ għall-2011 kien ta’ EUR 8 341 000 meta mqabbel ma’ EUR 7 800 000 fl-2010, li jfisser żieda ta’ 6,93 %;

L.

billi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2011 kienet ta’ EUR 8 341 000,

M.

billi l-bilanċ tal-kont ta’ eżitu għaċ-Ċentru fl-2011 kien pożittiv, li ammonta għal EUR 1 358 764,32,

1.

Jemmen li l-elementi komuni bejn l-Kulleġġ u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandhom jiġu esplorati aktar, filwaqt li jitqiesu r-riżultati mal-istudju maħruġ mill-Kulleġġ fl-2011 (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt: CEPOL/CT/2010/002); jieħu nota tal-fatt li l-Kulleġġ se joħroġ mill-bini attwali fi Bramshill (ir-Renju Unit) f’Marzu 2014; jitlob li l-Kummissjoni tfassal proposta għar-rilokazzjoni tal-Kulleġġ fl-Aja, fejn jinsab l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, sabiex jikkondividu l-faċilitajiet u s-servizzi u jibbenefikaw minn sinerġiji, mingħajr ma jiġu effettwati l-funzjonijiet fundamentali u l-awtonomija taż-żewġ aġenziji, u tippreżenta dawk il-proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; jenfasizza li deċiżjoni rapida fuq ir-rilokazzjoni tal-Kulleġġ tnaqqas l-inċertezza li jista’ jkollha effett avvers fuq il-persunal u l-proċeduri ta’ reklutaġġ;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jirrimarka li l-Kulleġġ irċieva l-baġit totali tiegħu ta’ EUR 8 341 000 għall-2011 mid-Direttorat Ġenerali “Affarijiet Interni”;

3.

Jirrikonoxxi l-fatt mid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Finali tal-Kulleġġ li ineffiċjenzi fil-ġestjoni finanzjarja, bħall-użu ta’ pagamenti f’linji baġitarji żbaljati f’kapitoli jew titoli seħħew fl-2011; jistieden lill-Kulleġġ jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza, kemm jista’ jkun malajr, b’aktar dettalji dwar din il-kwistjoni, inklużi l-ammonti u l-linji baġitarji involuti u l-miżuri implimentati biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata;

Approprjazzjonijiet riportati

4.

Jinnota mir-rapport ta’ attività annwali (AAR) tal-2011 tal-Kulleġġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienu impenjati f’livell ta’ kważi 100 % għat-Titolu I “personal”, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas kienu ntefqu għal-livell ta’ 93,98 %;

5.

Jistabbilixxi mill-AAR li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn ġew impenjati f’livell ta’ 99,93 % għat-Titolu II “nefqa amministrattiva”, filwaqt li approprjazzjonijiet ta’ ħlas kienu ntefqu għal-livell ta’ 88,86 %;

6.

Jinnota mill-AAR li għat-Titolu III “nefqa operattiva”, minn baġit totali ta’ EUR 4 063 000, 93,31 % tal-approprjazzjonijiet ġew impenjati meta mqabbla ma’ 99,56 % fl-2010 u li 55,98 % tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas intefqu meta mqabbla ma’ 45,20 % fl-2010;

7.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 1 772 523 (22 %) ġew riportati għall-2012 li minnhom EUR 208 813 jikkonċerna t-Titolu I, EUR 47 275 jikkonċerna t-Titolu II u EUR 1 516 435 jikkonċerna t-Titolu III; jistieden lill-Kulleġġ jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, peress li l-livell għoli ta’ riporti jindika nuqqasijiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit u dan mhuwiex konformi mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità;

8.

Jistabbilixxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li mill-approprjazzjonijiet riportati mill-2010 li jammontaw għal EUR 2,5 miljun, EUR 0,7 miljun (27,5 %) ġie mħassar fl-2011; jistieden lill-Kulleġġ jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, peress li l-livell għoli ta’ tħassir jindika nuqqasijiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit u dan mhuwiex konformi mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità;

9.

Jinnota mill-AAR li 96,74 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ġew impenjati; jinnota, barra minn hekk, li 75,21 % tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas intefqu (EUR 6 273 389);

Trasferimenti

10.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li fl-2011, il-Kulleġġ għamel 38 trasferiment baġitarju li ammontaw għal EUR 1,8 miljun; huwa tal-opinjoni li l-ippjanar tal-baġit u l-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jissaħħu aktar u jistieden lill-Kulleġġ jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dak in-nuqqas, peress li dan jindika nuqqasijiet fl-ippjanar tal-baġit u mhuwiex konformi mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità;

Proceduri ta’ akkwist

11.

Jikkonstata mill-AAR li fl-2011 li l-isforzi favur it-titjib tal-akkwist pubbliku tal-Kulleġġ tkomplew u li b’mod ġenerali 40 proċedura ta’ akkwist pubbliku tlestew fl-2011 u proċedura ta’ akwwist pubbliku waħda kienet għadha għaddejja fil-31 Diċembru 2011;

L-awditu intern

12.

Jikkonstata mill-AAR (10) li l-Kulleġġ ħa miżuri biex jiġi standardizzat il-kontroll intern tiegħu billi adotta 16-il standard ta’ kontroll intern u billi qabbad uffiċjal responsabbli mill-kontroll intern f’Awwissu 2011; jilqa’ r-reviżjoni tal-evalwazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-grad ta’ implimentazzjoni tas-16-il standard ta’ kontroll intern, li seħħet fir-raba’ perjodu ta’ tliet xhur tal-2011 u li wriet li, b’mod ġenerali, il-Kulleġġ kien konformi mar-rekwiżiti tal-istandards ta’ kontroll intern;

13.

Jirrikonoxxi mill-AAR li l-Panel tal-Awditjar Intern beda jopera fl-2011; jilqa’ t-tliet awditi prinċipali li seħħew mill-Kulleġġ matul l-2011: żewġ awditi esterni mwettqa mill-Qorti tal-Awdituri u awditu intern imwettaq mill-IAS tal-Kummissjoni;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

14.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kulleġġ jeħtieġ li jtejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; iħeġġeġ lill-Kulleġġ jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet meħuda mill-Kulleġġ sabiex jiġi indirizzat dak in-nuqqas; jirrikonoxxi li l-istandards u t-templates tad-dokumentazzjoni għal kull stadju tal-proċeduri ta’ reklutaġġ kienu riveduti f’Ġunju 2012 għall-iskop tal-iżgurar ta’ trasparenza u ċarezza aqwa fid-dokumentazzjoni; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv kunsiderevoli; jinkoraġġixxi għalhekk lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

15.

Jirrimarka li 10 reklutaġġi tlestew fl-2011 u li fl-aħħar ta’ dik is-sena, il-Kulleġġ impjega 23 mis-26 agent temporanju previst mill-pjan ta’ stabbiliment insegwitu tat-tluq ta’ wieħed mill-membru tal-personal fil-15 ta’ Diċembru 2011, peress li qabel kien hemm biss zewġ postijiet vakanti; jirrimarka barra minn hekk li n-numru totali tal-personal tal-Kulleġġ huwa ta’ 38 ikkompletat b’ħames esperti nazzjonali sekondati;

Prestazzjoni

16.

Ifaħħar l-isforzi tal-Kulleġġ biex itejjeb il-prestazzjoni tiegħu mingħajr żieda fil-baġit, u r-riżultati miksuba; jifraħlu, barra minn hekk, talli ħa azzjoni b’mod komprensiv fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Parlament u l-isfidi baġitarji attwali billi naqqas radikalment l-ispejjeż għall-governanza tiegħu;

17.

Ifaħħar l-isforzi tal-Kulleġġ biex jirrazzjonalizza u jtejjeb l-effiċjenza tal-Governanza tiegħu, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġu xolti kumitati kif ukoll biex jitnaqqas l-għadd ta’ laqgħat tal-Bordijiet Governattivi kull sena, li issa għandhom jiffokaw essenzjalment fuq il-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet f’livell strateġiku u fit-tul;

18.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċizjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzjontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (11) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 23.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 320, 7.12.2010, p. 12.

(7)  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 260.

(8)  ĠU L 313, 26.11.2011, p. 17.

(9)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 156.

(10)  Ir-Rapport ta’ Attività Annwali għall-2011, p. 14.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/187


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/563/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tagħti approvazzjoni għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar ir-Rimborż ta’ Infiq Privat (10/0257/KA),

wara li kkunsidra l-awditu estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt N CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-evalwazzjoni esterna ta’ ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt CEPOL/CT/2010/002),

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività Annwali 2009 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra r-raba’ rapport ta’ progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Pluriennali (MAP) għall-2010-2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-2010-2014,

wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta’ Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) fuq it-tielet rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal tal-Akkwist tiegħu għall-perjodu bejn 1 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77, u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tieghu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0064/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 23.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/189


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/564/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0075/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 53.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0075/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari;

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

stieden lill-Aġenzija tieħu miżuri adegwati sabiex tevita nuqqasijiet li jqiegħdu f’riskju t-trasparenza tal-proċess ta’ akkwist kif ukoll il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba,

stieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Aġenzija tapplika r-regoli tal-Unjoni b’mod korrett; enfasizza l-importanza tat-trasparenza fil-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għażla tal-persunal,

stieden lill-Aġenzija tqis b’mod adegwat l-isfond professjonali tal-membri tal-persunal tagħha sabiex tevita kwalunkwe kunflitt ta’ interess; kien tal-opinjoni li l-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitt ta’ interess għandha tistabbilixxi sa liema punt impjegat tal-Aġenzija jista’ jkun involut fiċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li kien ħadem fuqu qabel ma ngħaqad mal-Aġenzija, kif ukoll taħt liema kundizzjonijiet,

stieden lill-Aġenzija tadotta proċessi effikaċi li jindirizzaw kif xieraq każijiet potenzjali ta’ allegazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess fi ħdan l-Aġenzija; stieden lill-Aġenzija barra minn hekk, tippubblika fuq il-websajt tagħha d-dikjarazzjonijiet ta’ interess u l-isfond professjonali tal-esperti tagħha, il-persunal amministrattiv, il-membri tal-Bord Amministrattiv u kwalunkwe persuna oħra li l-attivitajiet tagħha huma relatati mal-proċess ta’ ċertifikazzjoni; indika li l-Aġenzija għandha ssegwi l-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) fil-qasam tal-kunflitt ta’ interess;

stieden lill-Aġenzija timplimenta ulterjorment l-istruttura eżistenti bbażata fuq l-attività għall-baġit operattiv sabiex tistabbilixxi rabta ċara bejn il-programm ta’ ħidma u l-previżjonijiet finanzjarji u ttejjeb aktar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-prestazzjoni,

stieden lill-Aġenzija ttejjeb ulterjorment id-dokumentazzjoni tal-ippjanar ta’ spezzjoni u l-programmazzjoni tal-ispezzjoni; fakkar lill-Aġenzija dwar l-importanza li jiġu dokumentati l-valutazzjoni tar-riskju u l-kriterji li jintużaw fl-istabbiliment tal-ippjanar ta’ spezzjoni tagħha bil-għan li jiġi ġġustifikat il-proċess intern tagħha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ każijiet li jippreżentaw nuqqasijiet sinifikanti li jaffettwaw s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni,

stieden ukoll lill-Aġenzija ttejjeb aktar l-effikaċja tagħha fil-ġestjoni ta’ kwistjonijiet ewlenin ta’ sikurezza billi:

timmonitorja l-informazzjoni,

tnaqqas it-tul ta’ żmien għar-rappurtar u l-implimentazzjoni,

jiġi dokumentat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni,

ittaffi adegwatament ir-riskju ta’ kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess,

C.

billi l-Aġenzija hija ffinanzjata minn miżati, ħlasijiet u dħul ieħor b’total ta’ madwar 75 % filwaqt li l-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE jammontaw għal madwar 25 % tal-finanzjament tagħha,

D.

billi, skont il-Qorti tal-Awdituri, il-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 138 700 000 meta mqabbel ma’ EUR 137 200 000 fl-2010, li jfisser żieda ta’ 1,09 %;

E.

billi, skont il-Qorti tal-Awdituri, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kienet ta’ EUR 34 400 000, meta mqabbla ma’ EUR 34 197 000 fl-2010, li tfisser żieda ta’ 0,59 %;

1.

Jenfasizza l-kontribut importanti tal-Aġenzija sabiex iżżomm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jieħu nota tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Aġenzija għall-2011 kienet tammonta għal EUR 34,4 miljun meta mqabbla ma’ EUR 34,2 miljun fl-2010;

3.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-baġit totali ta’ EUR 138 700 000 kien jinkludi:

EUR 34,4 miljun, li jirrappreżenta s-sussidju tal-Unjoni (24,8 %),

EUR 75,2 miljun, li jirrappreżenta d-dħul proprju tal-Aġenzija (54,2 %),

EUR 1,7 miljun, li jirrappreżenta kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi (1,2 %),

EUR 24,7 miljun, li jirrappreżenta dħul assenjat minn miżati u ħlasijiet (17,8 %),

EUR 1,4 miljun, li jirrappreżenta dħul ieħor tal-Aġenzija (1 %),

EUR 1,2 miljun, li jirrappreżenta sussidji oħrajn (1 %),

4.

Jirrikonoxxi li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja kkontribwixxew lejn ir-rata għolja ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,80 %;

Impenji u riporti

5.

Jistabbilixxi, mir-Rapport Annwali tal-Aġenzija tal-2011, li l-Aġenzija fl-2011 użat biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati;

6.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li t-tnaqqis fil-koeffiċjent tal-pajjiż għall-Ġermanja f’Ġunju 2010 wassal għal eċċess sinifikanti fl-approprjazzjonijiet ta’ Titolu I “Nefqa fuq il-Persunal” tal-Aġenzija għall-2011 u li madwar EUR 3 miljun (7 % tal-approprjazzjonijiet) ġew trasferiti minn Titolu I għal linji baġitarji diversi f’Titolu III “Nefqa Operattiva”, minkejja r-rata ta’ implimentazzjoni baxxa tagħhom fir-rigward ta’ pagamenti; jinnota barra minn hekk, li dan it-trasferiment minn titolu għal titolu, li biddel kunsiderevolment l-istruttura tal-baġit, ma tpoġġiex quddiem il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-approvazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda billi din is-sitwazzjoni ma tikkonformax mal-prinċipju baġitarju tal-ispeċifikazzjoni;

7.

Jinnota li t-trasferiment żied l-approprjazzjonijiet ta’ Titolu III għal EUR 13,7 miljun u li fl-aħħar tal-2011, ġew riportati EUR 7,8 miljun għall-2012, u li l-ammont riportat jikkostitwixxi 56,9 % tal-ammont miżjud; jesiġi li l-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jitnaqqas il-livell għoli ta’ riporti billi dan mhuwiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

8.

Josserva mill-AAR li l-konsum totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn laħaq EUR 148 450 344,53, li EUR 121 966 394,59 minnhom ġew impenjati u EUR 26 483 949,94 f’approprjazzjonijiet ta’ kreditu minn dħul assenjat ġew riportati awtomatikament skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija; josserva li dan ir-riport jikkostitwixxi 17,8 % tat-total; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex jitnaqqas il-livell għoli ta’ riporti billi dan mhuwiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jitlob lill-Kummissjoni tressaq kemm jista’ jkun malajr proposta sabiex tissolva l-kontradizzjoni bejn il-prinċipju tal-annwalità u l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati proġetti ta’ ċertifikazzjoni pluriennali;

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

9.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija jeħtieġ li ttejjeb il-ġestjoni tal-assi fissi; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bħala kwistjoni ta’ urġenza bl-azzjonijiet li ttieħdu sabiex tittejjeb is-sistema ta’ inventarju u l-ġestjoni finanzjarja tal-kostijiet ta’ proġetti interni tal-IT;

10.

Jinnota bi tħassib li fl-aħħar tal-2011, l-Aġenzija kellha bilanċi bankarji ta’ EUR 55 miljun (2010: EUR 49 miljun) f’bank wieħed biss; jinnota l-intenzjoni tal-Aġenzija li tiftaħ kontijiet bankarji minn tal-anqas f’żewġ banek, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota għal dan il-għan, il-pjan tagħha li tniedi sejħa għal offerti nnegozjata fil-bidu tal-2013; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-konklużjoni tal-azzjonijiet meħuda sabiex jitnaqqas ir-riskju finanzjarju tagħha;

Kunflitt ta’ interess u Trasparenza

11.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri wettqet awditu li kellu l-għan jevalwa l-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess għal erba’ Aġenziji Ewropej, inkluża l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u ppreżentat r-riżultati tal-awditu fir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15/2012;

12.

Jiddispjaċih li skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, fil-ħin tat-tlestija tal-ħidma fuq il-post (Ottubru 2011), il-ġestjoni min-naħa tal-Aġenzija tas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess ma kinitx adegwata; jiddispjaċih barra minn hekk, li l-Aġenzija ma kellha l-ebda politika stabbilita għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

13.

Itenni li l-Aġenzija għandha tevita milli tassenja membru tal-persunal, ingaġġat minn manifattur tal-inġenji tal-ajru, sabiex jaħdem fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru li kien jaħdem fuqu waqt li kien impjegat mill-manifattur, billi dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess; jinnota li sitwazzjoni bħal din ġrat tal-anqas f’każ wieħed ta’ ċertifikazzjoni; jindika li l-prinċipju uniku ta’ kolleġjalità għall-valutazzjonijiet tekniċi u l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minnu nnifsu mhuwiex qed jevita riskji ta’ kunflitt ta’ interess;

14.

Jinnota li l-Aġenzija ħadet għadd ta’ passi b’segwitu għall-awditu tal-Qorti tal-Awdituri u l-publikazzjoni tar-Rapport Speċjali Nru 15/2012, u b’mod partikolari:

fl-1 ta’ Awwissu 2012, l-Aġenzija adottat Kodiċi ta’ Kondotta rivedut għall-persunal tal-EASA, inkluża politika dwar ir-rigali u l-ospitalità flimkien ma’ politika dwar il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess, li jkopru r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u huma konformi mal-linji gwida tal-OECD; jinnota li l-politika għall-Kunflitt ta’ Interess tesiġi li l-maniġers kollha, il-membri tal-Kumitat Eżekuttiv u l-membri tal-persunal li jokkupaw karigi sensittivi u l-esperti esterni involuti fl-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija jimlew Dikjarazzjoni ta’ Interess; jitlob li barra id-Dikjarazzjonijiet ta’ Interess tal-membri tal-persunal, jiġu magħmula pubbliċi wkoll dawk tal-maniġers u tal-esperti esterni fuq il-websajt tas-SEAE;

fl-1 ta’ Awwissu 2012, l-Aġenzija ħolqot Kumitat tal-Etika sabiex tiġi żgurata valutazzjoni indipendenti, imparzjali u oġġettiva tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-persunal tal-Aġenzija, jiġi pprovdut appoġġ lill-maniġers fil-valutazzjoni tal-formola mimlija tad-dikjarazzjoni ta’ interess u tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni relatata li titressaq quddiem il-Kumitat tal-Etika; il-Kumitat tal-Etika issa huwa kompletament operattiv ladarba adotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inklużi kriterji dettaljati għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet ta’ Interess tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota li l-membri tal-Bord Amministrattiv mhumiex lesti jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ interess; jitlob li tittieħed azzjoni dwar din il-kwistjoni u jħeġġeġ lill-President tal-Bord Amministrattiv jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar din is-sitwazzjoni;

fil-preżent (Jannar 2013), l-Aġenzija qed timplimenta l-politika għall-Kunflitti ta’ Interess, inkluż taħriġ obbligatorju pprovdut minn konsulent estern għall-membri kollha tal-persunal tal-Aġenzija kif ukoll taħriġ introduttorju fuq bażi regolari għall-membri tal-persunal ġodda tal-Aġenzija,

fl-1 ta’ Awwissu 2012, inħareġ kodiċi ta’ kondotta simili għall-Bord tal-Appell u qabel l-aħħar ta’ Frar 2013 se jiġi pprovdut taħriġ minn konsulent estern lill-Membri tal-Bord tal-Appell,

f’Ġunju 2012, l-Aġenzija ħarġet proposta għal kodiċi ta’ kondotta għall-Bord Amministrattiv tagħha; sussegwentement il-Kummissjoni ħadet it-tmexxija, bl-appoġġ tal-Aġenzija, sabiex il-kodiċi ta’ kondotta jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv;

Jesiġi li l-Aġenzija tkompli taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess fid-diversi strutturi governattivi u operazzjonali tagħha u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-proċeduri msemmija hawn fuq, kif ukoll dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

15.

Jistieden lill-Aġenzija tintroduċi fir-rapporti ta’ attività annwali tagħha taqsima speċjali li tiddeskrivi l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitt ta’ interess, li għandha tinkludi fost l-oħrajn:

in-numru ta’ każijiet ta’ kunflitt ta’ interess ivverifikati,

in-numru ta’ każijiet “revolving door”,

il-miżuri li ttieħdu f’kull kategorija ta’ każijiet,

in-numru ta’ proċeduri ta’ ksur ta’ fiduċja mnedija u l-eżiti tagħhom,

is-sanzjonijiet applikati;

16.

Jirrikonoxxi li l-kurrikulu tal-karriera tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u erba’ Diretturi oħra issa jinsabu disponibbli fuq il-websajt tagħha flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ interess rispettivi tagħhom; jieħu nota tal-isforzi tal-Aġenzija għal aktar trasparenza, iżda jibqa’ tal-fehma li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe espert/membru tal-persunal involut fil-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, kif espress matul il-proċedura ta’ kwittanza 2010; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza kemm jista’ jkun malajr dwar il-progress li sar b’rabta ma’ din il-kwistjoni;

17.

Jiddispjaċih li la l-kurrikulu tal-karriera (inkluż tal-anqas l-isfond professjonali), u lanqas id-dikjarazzjoni tal-interessi tal-Membri u l-Osservaturi tal-Bord Amministrattiv ma huma disponibbli pubblikament fuq il-websajt tal-Aġenzija kif mitlub matul l-aħħar proċedura ta’ kwittanza; iħeġġeġ lill-Aġenzija u lill-Bord Amministrattiv tagħha jieħdu miżuri immedjati sabiex din is-sitwazzjoni tissolva;

L-awditu intern

18.

Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali dwar l-Awditu Intern għall-2011, li fl-2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq valutazzjoni tal-progress li sar mill-Aġenzija fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru b’riżultat tal-awditu tal-2006 dwar l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, is-segwitu sussegwenti fl-2007, l-awditu tal-2008 tal-Introjtu u l-Ispejjeż Diretti u l-awditu tal-2009 tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani; jinnota, madankollu, li s-Servizz tal-Awditjar Intern ikkonferma li 16 mit-18-il rakkomandazzjoni ġew implimentati b’mod adegwat u effikaċi; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità tal-kwittanza infurmata dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi kkompletati ż-żewġ rakkomandazzjonijiet li fadal;

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ

19.

Jinnota mill-AAR li fl-2011, l-Aġenzija kkonkludiet 85 kuntratt ġdid ta’ impjieg u li sal-aħħar tas-sena impjegat total ta’ 642 membru tal-persunal;

20.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, il-ħtieġa dejjem tikber li l-Aġenzija ttejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ għażla tal-persunal; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jittejbu l-proċeduri ta’ reklutaġġ;

21.

Ifakkar lill-Aġenzija dwar l-importanza li jiġu żgurati kriterji adegwati għat-taħriġ u l-kwalifiki għall-gruppi ta’ spezzjoni u l-mexxejja tal-gruppi; jistieden lill-Aġenzija tkompli tagħmel sforz f’dan ir-rigward;

22.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 53.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 175.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013) 134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/195


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/565/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0075/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 53.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/196


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

(2013/566/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0113/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0113/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi l-Awtorità, Aġenzija li għadha kemm inħolqot u li tinsab f’Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u uffiċjalment bdiet topera fl-1 ta’ Jannar 2011 bħala awtorità indipendenti,

C.

billi l-Awtorità għandha titqies fil-kuntest tat-tranżizzjoni legali tagħha mill-predeċessur tagħħa, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), u bħala riżultat, minbarra l-mandat il-ġdid tagħha, ħadet f’idejha l-kompiti u r-responsabbiltajiet kollha eżistenti u li kienu għaddejjin mill-KSBE,

D.

billi l-Awtorità hija parti integrali mis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet assoċjati magħha, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, fi ħdan Kumitat Konġunt, u mal-Bord Ewropew tar-Riskji Sistemiċi,

E.

billi l-baġit globali tal-Awtorità għall-2011 kien ta’ EUR 12 685 000,

F.

billi, f’konformità mar-Regolament Fundatur tagħha (6), 60 % tal-baġit tal-2011 ġie ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea għal Kummerċ Ħieles (EFTA), u 40 % ġie ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni,

G.

billi, fl-aħħar tal-2011, l-Awtorità rreġistrat eżitu baġitarju pożittiv ta’ EUR 3 579 861 (7) li mbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala obbligazzjoni fir-rigward tal-Kummissjoni,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali (8) li l-kontribuzzjoni inizjali mill-Unjoni għall-baġit tal-Awtorità għall-2011 kienet ta’ EUR 5 073 000; jinnota li din kienet l-ewwel sena ta’ attività għall-Aġenzija;

2.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li l-baġit globali tal-Awtorità għall-2011 ammonta għal EUR 12 865 000 (li jinkludu EUR 7 413 000 bħala kontribuzzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u EUR 199 000 bħala kontribuzzjoni mill-osservaturi);

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li toħroġ bi proposta li tiżgura li l-baġits tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ikunu kompletament iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

4.

Jinnota bi tħassib li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju mhumiex kompletament adattati għall-iskema ta’ finanzjament tal-Awtorità, peress li 60 % tal-baġit huwa ffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi EFTA; jemmen li l-kwistjoni għandha tiġi indirizzata, l-aktar tard, matul ir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-aġenziji, u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta din is-sitwazzjoni u tirrapporta dwar din il-kwistjoni lill-awtorità ta’ kwittanza;

5.

Jinnota mill-kontijiet annwali li, fl-2011, il-biċċa l-kbira tal-attenzjoni tal-Awtorità kienet dedikata lill-istabbiliment u l-estensjoni ulterjuri tagħha;

6.

Jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm korrispondenza adegwata bejn il-baġit allokat u l-impjiegi disponibbli minn naħa u l-kompiti fdati lill-awtorità min-naħa l-oħra, peress li korrispondenza ħażina tista’ tirriżulta fi żbilanċ fil-livell ta’ persunal fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal tal-Awtorità minn banda u l-involviment ta’ esperti nazzjonali mill-banda l-oħra; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Kummissjoni bidlet l-organigramma, kif ġiet proposta mill-Awtorità, mingħajr ma indikat din il-bidla b’mod ċar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun trasparenti għal kollox dwar din il-kwistjoni u kwistjonijiet oħra;

7.

Jinnota t-tħassib li tqajjem fil-konklużjonijiet preliminari tal-valutazzjoni tal-IMF tas-settur finanzjarju ta’ Diċembru 2012 dwar l-Unjoni li fiha ġie rakkomandat li għandhom jiżdiedu r-riżorsi u s-setgħat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej biex ikunu jistgħu jissodisfaw b’suċċess il-mandati tagħhom, filwaqt li tissaħħaħ ukoll l-indipendenza operattiva tagħhom;

8.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li fil-laqgħa ta’ inawgurazzjoni tagħha fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Bord Maniġerjali tal-Awtorità adotta u approva r-regoli finanzjarji prinċipali u r-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità sabiex tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha bħala awtorità Ewropea;

9.

Jinnota li ż-żewġ uffiċċji mikrijin, li jkopru erja totali ta’ 1 089 m2, wasslu biex intefqu EUR 1 016 512,64 u jistieden lill-Awtorità tiżgura li l-kirjiet tal-uffiċċji u n-nefqa relatata ma jaqbżux il-prezzijiet normali tas-suq lokali u anke tipprova tnaqqas l-ispejjeż fuq perjodi korrispondenti bejn sena u oħra hekk kif il-kundizzjonijiet tas-suq jitjiebu;

Sistema kontabilistika

10.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali (9) li kien hemm bżonn li l-istruttura ta’ baġit standard u ġenerali adottata mill-Awtorità fil-bidu tal-2011 tiġi adattata skont il-bżonnijiet tagħha (peress li l-baġit tħejja qabel l-ewwel sena ta’ attività, ma kien hemm ebda esperjenza preċedenti disponibbli);

11.

Josserva mill-kontijiet annwali li, fl-10 ta’ Ġunju 2011, l-Awtorità introduċiet kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC), is-sistema kontabilistika użata mill-Kummissjoni għall-kontabilità baġitarja; jinnota, barra minn hekk, li matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ Ġunju 2011, l-Awtorità użat għodda bbażata fuq il-programm Excel għall-kontabilità baġitarja tagħha u li, fil-mument ta’ tranżizzjoni, tfassal rapport b’impenji u pagamenti fl-ABAC;

12.

Jieħu nota tal-fatt li l-pagamenti li saru qabel l-implimentazzjoni tal-ABAC ġew riflessi biss fis-sistema ta’ tranżizzjoni u mhux fl-ABAC; jinnota li kull darba li rapport dwar il-konsum u l-eżekuzzjoni tal-baġit jiġi estratt mill-ABAC, issir aggregazzjoni manwali fi spreadsheet Excel li tirrifletti bis-sħiħ il-baġit inizjali u l-konsum tal-impenji u l-pagamenti għas-sena finanzjarja kollha;

13.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li, mill-2012 ‘il quddiem, it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha huma kompletament rappreżentati fl-ABAC;

14.

Josserva mill-kontijiet annwali li, fir-rigward tal-kontabilità ġenerali, l-Awtorità implimentat is-sistema SAP fl-10 ta’ Ġunju 2011, li hi marbuta direttament mal-ABAC, li hija s-sistema użata mill-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li sa din id-data, l-Awtorità użat is-sistema SAGE (10), stabbilita mill-KSBE għall-kontabilità finanzjarja, u li, mill-10 ta’ Ġunju 2011, ġie stabbilit bilanċ tranżitorju;

15.

Jinnota li, fit-28 ta’ Awwissu 2011, l-Awtorità stabbilixxiet is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-assi tal-Kummissjoni (ABAC Assets) sabiex tkun tista’ tittraċċa fiżikament l-elementi individwali tal-assi fissi (ABAC Assets hija integrata fis-sistema kontabilistika tal-Awtorità); jinnota, madanakollu, li l-ebda sistema ma kienet teżisti għal dak l-iskop fil-KSBE;

16.

Josserva mill-kontijiet annwali (11) li matul ix-xhur ta’ Awwissu u Settembru 2011, l-Awtorità pproċediet b’inventarju fiżiku tal-assi fissi li rċeviet mill-KSBE u kkonkludiet li ma nstabet l-ebda varjazzjoni sinifikanti;

17.

Jilqa’ l-validazzjoni tas-sistema kontabilistika tal-Awtorità li saret mill-awditur estern, Deloitte Consulting (12); jinnota li l-eżami tas-sistema kontabilistika tal-Awtorità sar f’Novembru 2012;

18.

Josserva mir-rapport Deloitte li “abbażi tal-proċeduri għall-validazzjoni tal-konformità li saru, il-konklużjoni ġenerali ta’ Deloitte hi li s-sistema kontabilistika tal-ABE hija konformi mal-kriterji speċifikati mill-Kummissjoni Ewropea (DĠ Baġit). Numru ta’ kontrolli interni diġà huma fis-seħħ u qed jiġu eżegwiti adegwatament mill-ABE responsabbli għall-proċess kontabilistiku, u għall-għoti ta’ aċċess għall-elementi infrastrutturali ewlenin involuti fil-qasam tal-informatika, f’konformità ma’ prassi tajba”;

Impenji

19.

Josserva mill-kontijiet annwali li l-Awtorità rreġistrat proporzjon ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 71 % għall-impenji u ta’ 59 % għall-pagamenti fl-aħħar tal-2011;

20.

Jinnota li din ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-impenji għat-Titolu I (Nefqa għall-Persunal) hija 91 % u hija konformi mal-għadd ta’ karigi vakanti li mtlew fil-31 ta’ Diċembru 2011 (41 minn 46 previsti fl-organigramma); jinnota wkoll li r-rata aktar baxxa f’termini ta’ pagamenti (83 %) hija prinċipalment dovuta għal fatturazzjoni tard tal-persunal sekondat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li tkun ħadet biex tindirizza dan in-nuqqas;

21.

Josserva mill-kontijiet annwali li l-livell aktar baxx ta’ implimentazzjoni fit-Titolu III (Nefqa operattiva) huwa prinċipalment relatat mal-qasam tat-teknoloġija informatika, relazzjoni li tista’ tiġi spjegata permezz ta’ reklutaġġ itwal milli mistenni tal-persunal informatiku neċessarju u t-tul fil-proċedura ta’ akkwist itwal milli mistennija; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li tkun ħadet biex ittejjeb il-livell ta’ implimentazzjoni fit-Titolu III;

22.

Josserva mir-Rapport Annwali tal-Awtorità (13) li, fl-2011, użat biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati; jinnota wkoll li l-impenji ammontaw għal EUR 9 054 030 jew 71 % tal-baġit tal-2011, li minnhom EUR 7 436 217 tħallsu u EUR 1 617 813 ġew riportati awtomatikament, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità;

23.

Jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li r-rati ta’ impenji kienu baxxi, speċjalment għat-Titolu II (Nefqa amministrattiva) (57 %) u t-Titolu III (Nefqa operattiva) (46 %), u li dan kellu impatt fuq l-objettivi informatiċi tal-Awtorità, li ma ntlaħqux bis-sħiħ; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri li tkun ħadet biex ittejjeb dawn ir-rati, peress li r-rata ta’ implimentazzjoni baxxa tindika diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni baġitarji;

24.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri indikat li hemm dgħufijiet fir-rigward ta’ tliet impenji legali li saru b’mod antiċipat għall-impenji baġitarji (EUR 742 000); jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li tkun ħadet biex tindirizza dan in-nuqqas;

Proceduri ta’ akkwist

25.

Jinnota li, skont ir-Rapport Annwali tal-Awtorità (14), fl-2011, inbdew għadd ta’ proċeduri ta’ akkwist għal oġġetti u servizzi; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità għamlet użu mill-kuntratti qafas eżistenti tal-Kummissjoni, speċjalment fil-qasam tal-informatika fejn użat numru ta’ sistemi informatiċi interni, bħall-e-Mail u l-intranet, kif ukoll pjattaforma informatika għall-ġbir u l-analiżi ta’ data mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;

26.

Jirrikonoxxi li l-Awtorità għamlet progress sinifikanti fl-aġġornament tal-proċeduri ta’ akkwist tagħha sabiex tiġi konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist; jinnota li l-proċeduri ta’ akkwist pendenti akkumulati tnaqqsu sostanzjalment u li, skont l-Awtorità, il-proċeduri ta’ akkwist pendenti/l-oqsma ta’ nonkonformità li fadal se jiġu koretti fl-2013; jistieden lill-Awtorità tagħti segwitu għal din il-kwistjoni u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

27.

Jirrikonoxxi li ngħataw xi eċċezzjonijiet għar-regoli dwar l-akkwist; jinnota, madankollu, li dan in-numru kien ħafna inqas fl-2012 milli fl-2011 u li l-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ nonkonformità sinifikanti ġew korretti; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe azzjoni ulterjuri li tkun ħadet biex tindirizza dan in-nuqqas;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

28.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Awtorità teħtieġ ittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha; iħeġġeġ lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li tkun ħadet biex tindirizza dan in-nuqqas; jikkunsidra li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ semplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

29.

Josserva mir-Rapport Annwali tal-Awtorità (15) li l-2011 kienet sena kruċjali għall-Awtorità biex twaqqaf u testendi t-tim tar-riżorsi umani sabiex jinstabu r-riżorsi xierqa għall-funzjonijiet u l-kompiti ġodda tagħha; jinnota wkoll li b’kollox, twettqu 33 proċedura ta’ reklutaġġ u li l-persunal tal-Awtorità żdied minn 31 għal 52 persuna bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 u jinkludi 19-il nazzjonalità differenti;

30.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  GU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, Artikolu 62(1).

(7)  Kontijiet annwali 2011, p. 19.

(8)  Kontijiet annwali 2011, p. 18.

(9)  Kontijiet annwali 2011, p. 31.

(10)  SAGE hija sistema kontabilistika magħmula tapposta għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll għal kumpaniji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet.

(11)  Kontijiet annwali 2011, p. 26.

(12)  Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), Validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi, 7.12.2012, Deloitte.

(13)  Rapport annwali 2011, p. 41.

(14)  Rapport annwali 2011, p. 36.

(15)  Rapport annwali 2011, p. 36.

(16)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/202


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

(2013/567/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0113/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/203


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011

(2013/568/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0082/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 66.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (ir-“Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0082/2013),

A.

billi ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (“iċ-Ċentru”), li jinsab fi Stokkolma, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja l-kwittanza, fost affarijiet oħra:

ħeġġeġ liċ-Ċentru jistabbilixxi miżuri suffiċjenti sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tiegħu,

kien imħasseb dwar il-fatt li l-livell għoli ta’ riporti, flimkien ma’ livell baxx ta’ nfiq dovut, kien eċċessiv u mhux konformi mal-prinċipju tal-annwalità,

iqis liċ-Ċentru bħala korp importanti tal-Unjoni sabiex tissaħħaħ u tiġi żviluppata s-sorveljanza tal-mard fil-livell Ewropew, jiġu vvalutat u kkomunikat it-theddid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem li jippreżenta l-mard infettiv u sabiex jinġabar l-għarfien Ewropew dwar is-saħħa,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011 ikkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar l-irregolaritajiet fil-ġestjoni ta’ kuntratt qafas konkluż fl-2009 minħabba l-fatt li ċ-Ċentru sussegwentement emenda l-kuntratt, li wassal għal pagamenti ‘l fuq mil-limitu massimu stabbilit li ġew ikkunsidrati rregolari, u l-ammont tagħhom sebaq il-livell limitu ta’ materjalità,

D.

billi l-baġit taċ-Ċentru għas-sena 2011 kien ta’ EUR 56 656 000, meta mqabbel ma’ EUR 57 800 000 fl-2010, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 2 %,

E.

billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2011 kienet ta’ EUR 55 400 000,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-2011 kienet l-ewwel sena li ċ-Ċentru rċieva opinjoni kwalifikata mill-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jinnota bi tħassib il-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari li “ċ-Ċentru kkonkluda kuntratt qafas fl-2009 għal ammont massimu ta’ EUR 9 miljun, u b’hekk huwa seta’ jiffirma kuntratti speċifiċi ma’ fornituri magħżula sa dan l-ammont. [..] Emendi sussegwenti żiedu l-valuri ta’ dawn il-kuntratti għal EUR 14,9 miljun. Sa tmiem l-2011 il-pagamenti magħmula ammontaw għal EUR 12,2 miljun, li minnhom EUR 3,2 miljun fl-2011. Impenji u pagamenti ‘l fuq mil-limitu massimu ta’ EUR 9 miljun stabbiliti fil-kuntratt qafas huma irregolari”;

3.

Jikkunsidra, li skont iċ-Ċentru:

in-notifika ppublikata tal-kuntratt qafas iddikjarat minimu ta’ EUR 3 000 000 fis-sena, filwaqt li l-kuntratti qafas iffirmati ma kinux jiddikjaraw il-valur tal-kuntratti li jridu jiġu mogħtija, u l-Artikolu I.1, Suġġett f’kull kuntratt iffirmat, kien jispeċifika li l-iffirmar tal-kuntratt ma jimponi l-ebda obbligu ta’ akkwist għaċ-Ċentru;

il-forniment tas-servizzi kuntrattati ġie verifikat u l-kontijiet tħallsu skont il-proċeduri stipulati fir-Regolament Finanzjarju, il-pagamenti kollha għas-servizzi pprovduti saru b’mod legali u ma ntilfu l-ebda fondi;

Il-kuntratti qafas ġew aġġudikati wara proċedura ta’ akkwist pubbliku konformi ma’ proċedura ta’ sejħa miftuħa definita fir-Regolament Finanzjarju u f’konformità mal-proċedura interna taċ-Ċentru sabiex jiġu żgurati l-aqwa valur għall-flus, kompetizzjoni ġenwina u t-trasparenza; iqis ukoll li l-ebda parti li setgħet kienet żvantaġġata mill-proċedura ta’ akkwist jew minn kuntratti sussegwenti ma tista’ tiġi identifikata;

4.

Jinnota li ċ-Ċentru kkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri dwar azzjoni ulterjuri ladarba skopra l-irregolarità, u ħa passi sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni billi ċċentralizza s-servizzi kollha tal-ICT, kif ukoll ħa miżuri oħra sabiex jipprevjeni irregolaritajiet possibbli fil-futur;

5.

Ifakkar li l-baġit ġenerali taċ-Ċentru għall-2011 kien ta’ EUR 56 656 000, li EUR 1 256 000 minnhom jirrappreżentaw kontribuzzjoni mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

6.

Jirrikonoxxi, mill-kontijiet annwali tal-2011, li kien hemm żieda marġinali fl-eżekuzzjoni tal-baġit fi tmiem l-2011 u laħqet 96 % meta mqabbla ma’ 95 % fl-2010 fir-rigward ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn, ekwivalenti għal EUR 54,5 miljun;

Prestazzjoni

7.

Jieħu nota tal-fatt li l-eżekuzzjoni tal-baġit, fir-rigward ta’ pagamenti, żdiedet bi 8 % meta mqabbla mal-2010 u laħqet 76 % tal-baġit totali meta mqabbla ma’ 68 % fl-2010; jirrikonoxxi madankollu, li dan diġà jikkostitwixxi titjib meta mqabbel ma’ 68 % fl-2010, iżda jqis li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi min-naħa taċ-Ċentru f’dan ir-rigward;

Sistema ta’ kontabilità

8.

Jinnota mill-kontijiet annwali li l-2010 kienet l-ewwel sena sħiħa li ċ-Ċentru implimenta l-baġit tiegħu għas-sena kollha permezz ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti WF (is-sistema integrata baġitarja u tal-kontabilità tal-Kummissjoni);

Approprjazzjonijiet riportati

9.

Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri wera li, bħalma ġara fis-sena preċedenti, kien hemm livell għoli ta’ riporti għall-2011; jinnota li mill-baġit totali għall-2011, ġew riportati EUR 11 miljun (20 %) għall-2012, inklużi 38 % tal-approprjazzjonijiet ta’ Titolu III “nefqa operattiva”; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, billi dan il-livell għoli ta’ riporti, flimkien ma’ livell baxx ta’ nfiq dovut (EUR 5,4 miljun), mhuwiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

Għotjiet

10.

Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li fl-2011 ġie ffirmat ftehim għall-ammont ta’ EUR 0,2 miljun, aktar minn erba’ xhur wara l-bidu tal-attivitajiet; jilqa’ l-proċeduri mtejba ta’ ġestjoni tal-kuntratti taċ-Ċentru;

Akkwist

11.

Josserva mill-kontijiet annwali li fl-2011, l-uffiċċju tal-akkwist appoġġa 60 proċedura miftuħa, 59 sejħa għal offerti u sejħa għal proposti waħda, kif ukoll 46 proċedura li nftetħu mill-ġdid (Kuntratti Qafas tal-IT); josserva, barra minn hekk, li ġew konklużi 14-il proċedura nnegozjata b’valur ‘il fuq minn EUR 25 000, u li waħda minnhom kienet ta’ aktar minn EUR 60 000;

12.

Jirrikonoxxi mir-rapport tad-Direttur lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-awtorità ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010, li mill-proċeduri ta’ akkwist miftuħa, kollha barra għaxra ġew konklużi b’suċċess b’għoti ta’ kuntratt wieħed jew aktar u li mill-proċeduri nnegozjati, kollha minbarra ħamsa waslu għall-għoti ta’ kuntratti b’suċċess; jistieden liċ-Ċentru jipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza b’riżultati ulterjuri dwar il-proċeduri ta’ akkwist;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

13.

Jinnota mill-kontijiet annwali li n-numru totali ta’ aġenti temporanji fiċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2011 kien ta’ 177, minn 200 kariga prevista fl-Organigramma tal-2011; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv kunsiderevoli; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

14.

Jilqa’ l-introduzzjoni min-naħa taċ-Ċentru tal-proċedura interna riveduta għar-reklutaġġ f’Jannar 2012;

15.

Jikkunsidra importanti li -Ċentru irreveda l-proċeduri interni tiegħu dwar ir-reklutaġġ u l-proċeduri tal-għażla tal-persunal li ġew identifikati mill-Qorti tal-Awdituri bħala proċeduri li jistgħu jitjiebu; jinkuraġġixxi l-applikazzjoni stretta tal-ġabra ta’ regoli ġodda u se jkompli jissorvelja l-implimentazzjoni;

16.

Jitlob liċ-Ċentru informazzjoni ulterjuri rigward ir-rata ta’ karigi battala;

Awditu intern

17.

Josserva li twettaq rieżami tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Kontroll Intern bħala parti mill-ħidma għar-Rapport Annwali tal-2011; jirrikonoxxi b’mod partikolari, li wieħed mill-istandards b’rabta mal-evalwazzjoni tal-attivitajiet għadu ma ġiex implimentat, u li tlieta oħra ġew implimentati biss parzjalment, filwaqt li l-bqija huma ġeneralment jew kompletament implimentati; jistieden liċ-Ċentru jieħu azzjoni fil-pront f’dan ir-rigward u jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar;

18.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 66.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 184.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/208


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011

(2013/569/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0082/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 66.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/209


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/570/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, u b’mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0097/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 73.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, u b’mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0097/2013),

A.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

enfasizza li l-Aġenzija taħdem b’approprjazzjonijiet li mhumiex disassoċjati bejniethom fit-Titoli kollha tagħha, u għalhekk mhuwiex realistiku li wieħed jistenna li l-operazzjonijiet kollha bbaġitjati għal sena kalendarja waħda jkunu kemm impenjati u kemm imħallsa fl-istess sena baġitarja, speċjalment għan-nefqa operazzjonali bħal dik fuq il-proġetti (eż. l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT);

stieden lill-Aġenzija ttejjeb l-ippjanar tal-attivitajiet u l-proġetti tar-riżorsi umani tagħha meta tkun se tistabbilixxi l-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha,

laqa’ l-istabbiliment mill-Aġenzija ta’ unità separata għar-reġistrazzjoni u għat-tressiq, kif ukoll ta’ task force ta’ kontinġenza,

stieden lill-Aġenzija tirrispetta metodoloġija stretta minn fuq ‘l isfel/minn isfel għal fuq għal rappurtar u prinċipji ċari ta’ gwida sabiex jiġu definiti indikaturi u għodda relevanti li għandhom jintużaw,

C.

billi skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, il-baġit globali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 93 200 000 meta mqabbel ma’ EUR 75 500 000 fl-2010, li jfisser żieda ta’ 23,44 %;

D.

billi matul is-sena finanzjarja 2011, l-Aġenzija operat bħala aġenzija awtoffinanzjata u ma rċevietx sussidju rimborsabbli mill-Kummissjoni;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jirrikonoxxi mir-rapport annwali tal-attività (AAR) tal-Aġenzija għall-2011, li f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija hija finanzjata permezz ta’ miżati mħallsa mill-industrija għal reġistrazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi, u possibbilment minn sussidju tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju;

2.

Jieħu nota li fl-2011, l-Aġenzija ġiet effettivament iffinanzjata għalkollox permezz ta’ dħul minn miżati u ma rċeviet l-ebda sussidju mill-Unjoni; jinnota, madanakollu, li l-Aġenzija ġiet sostenuta mill-Unjoni b’ammont ta’ EUR 500 000 biss mill-Kummissjoni (Direttorat Ġenerali tal-Ambjent) bħala kumpens kuntrattwali għat-twettiq ta’ ċerti attivitajiet preparatorji għar-Regolament li jmiss (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) dwar prodotti bijoċidali;

3.

Jinnota li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament baġitarji inizjali għall-2011, kif ġew konklużi mill-Bord Amministrattiv f’Diċembru 2010, ammontaw għal EUR 99 800 000;

4.

Jinnota mill-AAR li fl-2010, l-Aġenzija rċeviet sussidju ta’ bilanċjar ta’ EUR 36 000 000 reġistrat bħala passiv ta’ qabel il-finanzjament mill-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-ammont ġie rimborsat bis-sħiħ lill-Kummissjoni fl-2011 peress li ntlaħaq il-livell għoli previst ta’ dħul proprju tal-Aġenzija ġġenerat mill-miżati;

5.

Jirrikonoxxi li fl-2011, il-Bord Amministrattiv adotta żewġ baġits emendatorji, kif ġej:

l-ewwel baġit emendatorju żied id-dħul bl-ammont żejjed li rriżulta mill-2010 b’EUR 280 565 807,25; jinnota li daħħal ukoll l-ammont ta’ EUR 500 000 fuq dħul assenjat għall-kuntratt ta’ servizz stabbilit bejn l-Aġenzija u d-DĠ Ambjent għall-ħidma preparatorja għar-Regolament (UE) Nru 528/2012;

it-tieni baġit emendatorju naqqas l-infiq tal-baġit b’EUR 7 142 500 (7 %);

6.

Josserva mill-AAR li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit għall-2011 kienet 96 %;

Impenji u pagamenti

7.

Jirrikonoxxi mill-AAR li l-ammont totali ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kien ta’ EUR 14 421 314,76, li jirrappreżenta 16,2 % tal-impenji stabbiliti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet li ttieħdu sabiex dak in-nuqqas jiġi indirizzat peress li l-livell ta’ riporti huwa eċċessiv u jistona mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

8.

Jieħu nota mill-AAR li l-baġit adottat għat-Titolu I fl-2011 (EUR 54 508 000) ġie miżjud permezz ta’ trasferimenti mit-Titolu III b’4,25 % (EUR 2 316 781,90), li minnhom l-ammont ta’ EUR 2 005 138,33 kien relatat mal-infiq għall-persunal; jinnota, barra minn hekk, li bħala riżultat, ir-rata ta’ eżekuzzjoni għat-Titolu I laħqet 99,16 %;

9.

Jinnota li l-ammont totali ta’ EUR 1 758 060,98 ġie kanċellat mill-ammont totali ta’ EUR 12 254 740,59 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li ġew riportati mill-baġit 2010;

10.

Jilqa’ l-isforzi tal-Aġenzija biex ittejjeb l-ippjanar u l-monitoraġġ tar-riżorsi u l-fatt li introduċiet linji gwida għall-Aġenżija kollha biex jitrawwen il-prinċipju ta’ annwalità; jirrikonoxxi, b’mod partikolari, li l-Aġenzija rnexxielha tnaqqas r-rata ta’ riporti minn 29 % fl-2009 għal 17 % fl-2010 u għal 16,2 % fl-2011;

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

11.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li r-riżultati tal-aħħar inventarju fiżiku li sar fl-2011 juru diversi nuqqasijiet, b’mod notevoli fir-rigward tal-proporzjon baxx ta’ assi tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT) li ġew iċċekkjati f’termini ta’ valur; jinnota, madanakollu, li mhu qed titħaddem l-ebda politika formali dwar l-inventarju ta’ assi fissi; jistieden lill-Aġenzija tinforma l-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet li saru għall-implimentazzjoni ta’ politika formali dwar l-inventarju ta’ assi fissi;

12.

Jinnota li l-Aġenzija rreġistrat spejjeż relatati ma’ proġetti ICT li diġà qegħdin jintużaw bħala infiq minflok ma rrikonoxxiethom bħala assi fissi; jinnota wkoll li l-politika mistennija li tiġi formalizzata u approvata formalment fl-ewwel kwart tal-2013; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-istatus ta’ dik il-politika;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

13.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri identifikat nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ; għalhekk, jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li ttieħdu s’issa sabiex dak in-nuqqas jiġi indirizzat; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

14.

Jinnota mill-AAR li l-Aġenzija baqgħet tattira persunal bi kwalifiki għoljin, fejn 88 membru ġdid tal-persunal inħatru fl-2011, li rriżulta fl-ikkompletar ta’ 98 % tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija;

15.

Jirrikonoxxi li mill-31 ta’ Diċembru 2011, in-numru totali ta’ pożizzjonijiet okkupati minn aġenti temporanji kien ta’ 441 minn 456 pożizzjoni disponibbli u 101 aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati ġew impjegati sa tmiem l-2011; jinnota li n-numru totali ta’ pożizzjonijiet okkupati minn aġenti kuntrattwali kien ta’ 62 u n-numru totali ta’ impjegati oħra kien ta’ 46 (esperti nazzjonali ssekondati, interims, apprendisti);

16.

Se jimmonitorja mill-qrib il-proċeduri mtejba ta’ reklutaġġ u l-proċeduri ta’ selezzjoni li daħħlu fis-seħħ fl-aħħar sena; iqis li l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli u l-proċeduri hija neċessità biex tiġi żgurata l-aħjar reputazzjoni tal-Aġenzija;

Kunflitt ta’ interessi

17.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri wettqet awditu, li kellu l-għan li jevalwa l-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess, għal erba’ Aġenziji Ewropej, inkluża l-Aġenzija, u ppreżentat ir-riżultati tal-awditu fir-rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15/2012;

18.

Jiddispjaċih li skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, fil-ħin li tlestiet il-ħidma fuq il-post (Ottubru 2011), il-ġestjoni min-naħa tal-Aġenzija tas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess ma kinitx adegwata; barra minn hekk, il-politiki tal-Aġenzija għall-immaniġġjar tal-kunflitt ta’ interess ma kinux kompluti, id-dikjarazzjonijiet ta’ interess la ġew skrinjati u lanqas ippubblikati iżda ġew issiġillati u t-taħriġ dwar il-kunflitt ta’ interess kien nieqes;

19.

Jinnota li l-Aġenzija ħadet numru ta’ passi wara l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari:

politika tal-Aġenzija għall-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali, adottata f’Settembru 2011,

mudell ġdid u aktar dettaljat għal dikjarazzjonijiet ta’ interess,

gwida ġdida għall-ikkompletar ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interessi, adottatata f’Novembru 2011,

pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-maniġers tal-Aġenzija fuq il-websajt tagħha minn Jannar 2012,

kumitat konsultattiv dwar kunflitti ta’ interess stabbilit f’Ġunju 2012, b’laqgħa kostitwenti f’Awwissu 2012,

kodiċi ta’ kondotta għall-membri tal-Bord Amministrattiv, adottat f’Marzu 2012,

kriterji ta’ eliġibbiltà provviżorja għall-korpi tal-Aġenzija, adottati f’Settembru 2012,

regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u dwar l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar kunflitti potenzjali ta’ interess tal-persunal tal-Aġenzija, adottati f’Ġunju 2012 u Ottubru 2012 rispettivament,

gwida għall-maniġers dwar il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, inklużi kriterji konkreti ta’ valutazzjoni, adottati f’Novembru 2012,

linji gwida riveduti dwar rigali u ospitalità għall-persunal, adottati f’Diċembru 2012;

iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri sabiex tipprevjeni kunflitt ta’ interessi fost l-istrutturi governattivi u operazzjonali varji tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-proċeduri msemmija hawn fuq, kif ukoll dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

20.

Jistieden lill-Aġenzija tintroduċi fir-rapporti annwali tal-attività tagħha taqsima speċjali li tiddeskrivi l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitt ta’ interessi, li għandha tinkludi, inter alia:

in-numru ta’ każijiet ta’ kunflitt ta’ interessi vverifikati,

in-numru ta’ każijiet ta’ “revolving door”,

il-miżuri li ttieħdu f’kull kategorija ta’ każijiet,

in-numru ta’ proċeduri ta’ ksur ta’ fiduċja mnedija u l-eżiti tagħhom,

is-sanzjonijiet applikati;

21.

Jirrimarka li d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri kollha tal-Bord Amministrattiv huma disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenżija għall-kuntrarju ta’ xi curriculum vitae tal-membri tal-Bord Amministrattiv; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, kemm jista’ jkun malajr;

22.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 73.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 192.

(7)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/215


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/571/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, u b’mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0097/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 73.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/216


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011

(2013/572/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0070/2013),

1.

Jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 80.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0070/2013),

A.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi l-baġit ġenerali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 62,2 miljun,

C.

billi l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ investigazzjoni interna rigward l-Aġenzija;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota mill-kontijiet annwali finali li s-sussidju tal-Kummissjoni lill-Aġenzija għall-2011 kien jammonta għal EUR 35 445 155,69, meta mqabbel ma’ EUR 34 674 450,58 għall-2010, u li d-dħul totali kien ta’ EUR 44 447 489,45 (EUR 45 550 051,50 fl-2010); huwa sodisfatt li 132 mill-134 kariga disponibbli kienu ġew okkupati u jinnota li sal-aħħar tal-2011 in-numru ta’ aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati li kienu impjegati kien ta’ 82;

2.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija għamlet ħlas lil organizzazzjoni ambjentali internazzjonali li jammonta għal EUR 6 061 b’rabta mal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Aġenzija fi spedizzjonijiet organizzati minn dik l-organizzazzjoni fi Frar u f’Mejju 2011; jinnota li ma seħħitx proċedura ta’ akkwist u li ma kien seħħ l-ebda kuntratt għal dawk l-ispedizzjonijiet; jinnota li l-Aġenzija ħallset l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, li kienu jammontaw għal EUR 11 625; jinnota s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija kien membru tal-kunsill ta’ direzzjoni tal-organizzazzjoni ambjentali internazzjonali sa April 2011 u li dan setgħa jikkostitwixxi kunflitt ta’ interess;

3.

Jirrikonoxxi li d-Direttur Eżekuttiv irriżenja mill-kunsill ta’ direzzjoni tal-organizzazzjoni l-oħra meta, f’April 2011, ġie infurmat dwar possibilità ta’ identifikazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess mill-Qorti tal-Awdituri;

Akkwist pubbliku

4.

Irċieva kjarifka ulterjori dwar ir-relazzjoni kuntrattwali tal-Aġenzija ma’ Ace&Ace, kumpanija ta’ produzzjoni tal-vidjo Daniża li tinsab f’Kopenħagen; jinnota li fl-2011, l-Aġenzija tat lil Ace&Ace kuntratt ta’ produzzjoni tal-vidjo (EEA/COM/10/001 – lott 5) b’limitu baġitarju ta’ EUR 1 000 000 b’segwitu għal proċedura miftuħa ta’ offerti; jenfasizza li l-kriterji ta’ għoti kienu ferm differenti minn dawk użati għas-sejħa għall-offerti preċedenti għall-produzzjoni tal-vidjo (EEA/CCA/07/001 – lott 1) u inkludew kriterji iktar stretti, bħall-“aċċess għal servizzi ta’ editjar fil-viċinanza tal-EEA”; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv (6) li 16-il kumpanija li kienu jinsabu fil-viċinanzi tal-Aġenzija applikaw għal din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u li 15 minnhom kienu jissodisfaw il-kriterji kollha; irċieva mill-Aġenzija lista li tinkludi l-ismijiet u l-indirizzi tal-applikanti kollha għas-sejħa għall-offerti EEA/COM/10/001;

5.

Jinnota li wara sejħa miftuħa għall-offerti, ingħata kuntratt qafas fl-2007 lil N1 Creative, kumpanija bbażata f’Londra; li sottokuntrattat ċerti servizzi lil Ace&Ace; jirrimarka li, bejn l-2007 u l-2008, diġà kienu ġew konklużi żewġ kuntratti bejn l-Aġenzija u Ace&Ace, għal valur totali ta’ EUR 101 000, mingħajr ma kienet saret proċedura ta’ akkwist pubbliku; iżda konformement mar-regoli ta’ implimetnazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (drittijiet esklużivi); josserva d-dettalji dwar in-numru u t-tip ta’ proġetti li seħħew taħt dan il-kuntratt minn N1 Creative, min-naħa waħda, u minn Ace&Ace min-naħa l-oħra kif waslu mill-awtorità ta’ kwittanza;

6.

Ġie infurmat mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija (7) li l-OLAF bħalissa qed jinvestiga dwar dawn il-kuntratti għall-produzzjoni tal-vidjo;

Trasparenza

7.

Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija tejbet it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tul is-snin; jinnota madankollu li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri xorta waħda sab konfużjoni bejn il-kriterji ta’ eliġibilità u l-kriterji ta’ għażla fir-rigward tas-snin rilevanti ta’ esperjenza professjonali meħtieġa; jinnota, barraminnhekk, li ma kienx hemm provi li l-kontenut tat-testijiet bil-miktub u l-punteġġi minimi tagħhom, kienu determinati qabel ġew eżaminati l-applikazzjonijiet;

8.

Jinnota li l-Aġenzija bdiet proċess ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

Prestazzjoni

9.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha teżerċita r-rwol superviżorju tagħha billi tipparteċipa fil-Bord tat-Tmexxija u l-Bureau tal-Aġenzija, fil-limiti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 401/2009 u bir-rispett dovut għall-awtonomija legali tal-Aġenzija; jenfasizza li l-Parlament irid jinżamm infurmat regolarment;

10.

Jilqa’ l-fatt li l-attivitajiet tal-persunal u tal-amministrazzjoni tal-Aġenzija, il-proċessi ta’ kontroll tal-kwalità, il-prodotti u s-servizzi, u s-servizzi amministrattivi u tal-bini huma miġbura flimkien fil-qasam strateġiku “L-Istrateġija tal-EEA għall-2009-2013”;

Kunflitt ta’ interess

11.

Jirrikonoxxi li l-Bord Amministrattiv u l-amministrazzjoni tal-Aġenzija saħħew il-politika dwar il-kunflitt ta’ interess tal-Aġenzija sabiex jiġu evitati problemi fil-ġejjieni; jinnota l-introduzzjoni ta’ approvazzjoni ex ante mill-Bord Amministrattiv biex id-Direttur Eżekuttiv jaċċetta sħubija fuq bordijiet esterni u korpi konsultattivi;

12.

Jinnota l-introduzzjoni ta’ formola li għandha tiġi ffirmata mill-konsulenti u l-kuntratturi dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, fejn jirrikonoxxu li se jevitaw kwalunkwe mġiba jew azzjoni li tista’ tipperikola l-indipendenza tagħhom jew tirrifletti b’mod negattiv fuq il-pożizzjoni u x-xogħol tagħhom jew l-immaġini tal-Unjoni;

13.

Jilqa’ l-proċeduri ġodda, kif approvati mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fil-65 laqgħa tiegħu fit-12 ta’ Diċembru 2012, b’mod partikolari:

taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess fil-programm introduttorju għall-persunal il-ġdid;

rekwiżit ta’ firma tal-formola A1 “Obbligi tal-uffiċjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u impjegati oħra taħt ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg”, u r-rikonoxximent tal-kisba ta’ kopja tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea,

taħriġ dwar l-etika u l-integrità fir-rigward tal-obbligi u d-dmirijiet tal-persunal u proċedura għar-rappurtaġġ tal-inadegwatezzi (mekkaniżmu ta’ “whistleblowers”),

l-għoti lill-membri tal-persunal ta’ kopja tal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba u kopja tad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Amministraturi tat-22 ta’ Ġunju 2004 għall-implimentazzjoni ta’ dak il-Kodiċi fl-Aġenzija;

Jieħu nota tal-informazzjoni mibgħuta mill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija hawn fuq, kif ukoll dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

14.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 80.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Ara t-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fis-smigħ dwar il-kwittanza għall-2011 tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE, organizzat mill-Kumitat tal-għall-Kontroll tal-Baġit fl-24 ta’ Jannar 2013.

(7)  Ibid.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/220


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011

(2013/573/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0070/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 80.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/221


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011

(2013/574/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0109/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (preċedentement imsemmija bħala l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 86.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0109/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli tal-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 kif ukoll tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

ħeġġeġ lill-Aġenzija ttejjeb il-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha billi tinkludi objettivi speċifiċi li jistgħu jitkejlu kemm f’livell ta’ qasam politiku kif ukoll f’dak operattiv, billi jiġu stabbiliti indikaturi SMART,

ħeġġeġ lid-Direttur Eżekuttiv jissodisfa bis-sħiħ l-obbligi tiegħu li jinkludi fir-rapport tiegħu lill-awtorità tal-kwittanza li jiġbor fil-qasir ir-rapport tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS), ir-rakkomandazzjonijiet kollha li saru u l-azzjonijiet kollha meħuda abbażi ta’ tali rakkomandazzjonijiet,

stieden lill-Aġenzja tirrevedi s-Sistema ta’ Kontroll Intern (ICS) tagħha, tirfed id-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv tagħha u tirrevedi l-proċeduri amministrattivi u operattivi kollha tagħha, b’dokumentazzjoni sussegwenti tal-fluss tax-xogħol u l-kontroll fundamentali,

C.

billi l-baġit kumplessiv tal-Aġenzija għall-2011 kien jammonta għal EUR 12 850 000, meta mqabbel ma’ EUR 11 013 000 fl-2010, ammont li jirrappreżenta żieda ta’ 16,7 %,

D.

billi l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kienet ta’ EUR 11 850 000 (7), li tirrappreżenta żieda ta’ 40,90 % meta mqabbla mal-kontribuzzjoni inizjali tagħha tal-2010 (EUR 8 410 000),

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kienet ta’ EUR 12 850 000;

2.

Jinnota mill-kontijiet annwali tagħha għall-2011 li l-Aġenzija impenjat 99 % tal-kontribuzzjonijiet mogħtija u ħallset 89 % tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet disponibbli (eskluża n-nefqa minn sorsi oħra ta’ dħul); jilqa’ l-fatt li fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha għall-2011 (RAA) (8), l-Aġenzija ppreżentat lill-awtorità tal-kwittanza data li turi r-rata ġenerali tal-eżekuzzjoni tal-baġit f’termini ta’ impenji u pagamenti; ifakkar li fl-2010, l-Aġenzija impenjat 98,3 % tas-sussidju mogħti u ħallset 85,6 % tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet disponibbli;

L-approprjazzjonijiet riportati

3.

Jinnota mill-kontijiet annwali li EUR 1 160 170 tal-approprjazzjonijiet għall-impenji kkuntrattati sal-aħħar tal-2011 iżda li kienu għadhom ma tħallsux ġew riportati għall-2012; jinnota, barra minn hekk, li l-kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mhux użati riportati (9) mis-sena preċedenti jammontaw għal EUR 151 710;

4.

Jirrikonoxxi mill-RAA li għas-sena finanzjarja 2011, ir-riporti awtomatiċi tal-Aġenzija għall-2012 ammontaw għal EUR 2 161 172; jinnota, barra minn hekk, li f’termini tas-sehem ta’ ħlasijiet f’konformità mal-limiti taż-żmien tar-Regolament Finanzjarju, 87 % tal-ħlasijiet kollha saru fi ħdan il-miri legali. Għall-fatturi kummerċjali, 79 % tħallsu fi żmien 30 ġurnata legali u madwar 91 % tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż (rimborżi lill-persunal u l-esperti) tħallsu fi żmien il-45 ġurnata legali; jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Awdituri tindika l-informazzjoni dwar ir-riporti fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012;

Sistema kontabilistika

5.

Josserva li fil-kontijiet annwali tal-Aġenzija (10) għas-sena finanzjarja 2011, il-kontijiet huma ġestiti mis-sistema tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC) u l-kontijiet ġenerali huma amministrati mis-sistema SAP, li għandha interface diretta mas-Sistema ta’ Kontabilità Ġenerali tal-Kummissjoni;

Proceduri ta’ akkwist

6.

Jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri ta’ akkwist; josserva li l-Qorti tal-Awdituri nnotat punti ta’ dgħufija f’dan ir-rigward (jiġifieri l-Aġenzija ma ddokumentatx b’mod adegwat l-istima tal-valuri tal-kuntratt fil-fajls tal-akkwist);

7.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija għandha ttejjeb it-trasparenza tal-proċeduri billi timplimenta kriterji tal-għażla għall-offerenti aktar speċifiċi;

8.

Jinnota bi tħassib mill-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija għad m’għandhiex proċeduri adegwati fis-seħħ għar-reġistrazzjoni u l-kontabilità tal-ispejjeż relatati mal-ġenerazzjoni ta’ assi intanġibbli interni;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

9.

Jinnota mill-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija għandha ttejjeb ulterjorment il-proċeduri tal-għażla tal-persunal (jiġifieri l-avviżi ta’ post battal ma pprovdewx informazzjoni dwar ilmenti għall-proċeduri ta’ appell; ma kienx hemm biżżejjed dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tal-Bord tal-Għażla u f’każ wieħed ta’ reklutaġġ l-Awtorità tal-Ħatra naqset milli ssegwi l-lista tal-Bord tal-Għażla mingħajr ma tat raġuni); iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

10.

Jinnota mir-RAA (11) li erba’ Aġenti Temporanji (AT) u Aġent Kuntrattwali (AK) wieħed ġew reklutati, waqt li erba’ AT u AK wieħed telqu l-Aġenzija, dan wassal għal rata ta’ impjieg ta’ 97 % tal-postijiet previsti mit-tabella tal-persunal tal-2011;

11.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat legali u regolari, taħt l-aspetti rilevanti kollha, it-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

12.

Jirrikonoxxi mir-rapport ta’ segwitu tal-Aġenzija li d-dokumentazzjoni rigward il-proċeduri ta’ reklutaġġ ġiet riveduta fl-2012, sabiex iqis il-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri;

Tmexxija

13.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri li matul il-proċedura ta’ ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, membru tal-Bord Amministrattiv kiser ir-regolamenti li jirregolaw il-ħatriet għal karigi ewlenin meta ħabbar il-kandidat li l-Kummissjoni kienet beħsiebha tivvota għalih; jirrikonoxxi li l-azzjonijiet tal-Membri tal-Bord Amministrattiv mhumiex fil-kontroll tal-Aġenzija u li għalhekk, id-Direttur Eżekuttiv mhuwiex responsabbli għall-proċedimenti;

Rendiment

14.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija li tkompli tipprepara l-Programmi ta’ Ħidma Pluriennali u Annwali tagħha; jenfasizza l-importanza ta’ tali dokument sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tagħmel arranġamenti organizzattivi effettivi biex timplimenta l-istrateġija tagħha u tilħaq l-objettivi tagħha; jinnota li l-Aġenzija ssegwi perspettiva pluriennali għall-programm ta’ ħidma u l-ippjanar ta’ riżorsi tagħha billi tfassal Programm ta’ Ħidma Pluriennali, Pjan ta’ Politika Pluriennali għall-Persunal u pjan strateġiku pluriennali għall-IT; jinnota, barra minn hekk, li mill-2010 l-Aġenzija għandha pjan strateġiku għall-IT fis-seħħ, li jiġi rivedut u aġġornat kull sena;

15.

Jissottolinja l-importanza tal-kompiti tal-Aġenzija u jilqa’ l-prestazzjoni effiċjenti u effettiva tagħha, li l-Kumitat għas-Sajd seta’ josserva waqt iż-żjara tiegħu lill-Aġenzija f’Ġunju 2010 u waqt iż-żjara tiegħu fid-29-30 ta’ Ottubru 2012; jinnota li waqt iż-żjara tiegħu tad-29-30 ta’ Ottubru 2012, ġew diskussi kwistjonijiet importanti bħall-ħolqien ta’ “Żoni Reġjonali ta’ Kontroll” sabiex jinħoloq valur miżjud Ewropew;

Awditjar intern

16.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija li fl-2008 waqqfet funzjoni ta’ awditjar intern sabiex tagħti sostenn u konsulenza lid-Direttur Eżekuttiv u lill-maniġment tal-kontroll intern, il-valutazzjoni tar-riskju u l-awditjar intern; jinnota li l-Aġenzija ma tagħmilx użu minn Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) iżda tikkondividi dan is-servizz mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) ta’ Lisbona; jirrikonoxxi, għal dan l-għan, li ftehim dwar il-livell ta’ servizz bejn l-Aġenzija u l-EMSA ġie ffirmat fis-17 ta’ Ġunju 2008;

17.

Jinnota mill-IAS tal-Aġenzija li l-Aġenzija rrivediet kemm l-implimentazzjoni ta’ standards għall-kontroll intern (2008) kif ukoll l-ewwel segwitu tagħha (2009); jirrikonoxxi li l-Aġenzija tqis li r-riżultati ġew implimentati b’mod adegwat u effettiv;

18.

Jirrikonoxxi li fl-2011, fuq talba speċjali tad-Direttur Eżekuttiv, l-IAC għamlet awditjar limitat fuq il-ħlasijiet tas-salarji sabiex tivvaluta l-kontrolli interni fuq iċ-ċiklu tal-ħlas tas-salarju b’enfasi speċjali fuq id-dokumentazzjoni tal-fajls tal-ħlasijiet; jinnota mill-IAS (12) li l-IAC wettqet ukoll awditjar immirat fuq il-ġestjoni tal-inventarju fl-Aġenzija, sabiex tagħti lid-Direttur Eżekuttiv assigurazzjoni indipendenti dwar l-adegwatezza u l-applikazzjoni effettiva tal-ICS rigward ir-reġistrazzjoni tal-assi;

19.

Jinnota mir-RAA li l-IAS, b’konformità mal-pjan strateġiku 2010-2012, wettaq awditjar tal-proċess ta’ eżekuzzjoni tal-baġit kif ukoll eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-IT, fl-2010;

20.

Jirrikonoxxi li fl-2011, l-IAS wettaq awditjar dwar “Bini ta’ Kapaċità - Taħriġ u Żvilupp” sabiex issir valutazzjoni u d-Direttur Eżekuttiv u l-Bord Amministrattiv jingħataw assigurazzjoni indipendenti rigward l-adegwatezza u l-applikazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kontroll intern dwar “Bini ta’ Kapaċità — Taħriġ u Żvilupp”;

21.

Josserva mill-IAS li fl-2011, l-IAC wettqet ukoll reviżjoni sħiħa tal-implimentazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern fi ħdan l-Aġenzija;

22.

Jinnota li l-IAS kien mistieden jippreżenta l-istat ta’ ħidma u l-pjan strateġiku IAS 2013-2015 lill-Bord tal-Aġenzija, f’Ottubru 2011;

23.

Jirrikonoxxi mill-IAS li l-Aġenzija ħatret il-Koordinatur għall-Kontroll Intern fl-2011 u stabbilixxiet linji gwida interni għall-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-proċedura għar-reviżjoni regolari tal-ICS u l-aġġornar regolari tar-reġistru tar-riskju tal-Aġenzija; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet ulterjuri meħuda u r-riżultati miksuba;

24.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħadet il-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:

id-drittijiet ta’ aċċess ABAC għall-Uffiċjali Awtorizzanti b’Delega (AODs);

id-dewmien fil-pagamenti;

politika għall-ġestjoni ta’ eċċezzjonijiet u t-twaqqif ta’ Reġistru ċentrali għall Eċċezzjonijiet;

jinnota li ż-żewġ rakkomandazzjonijiet ferm importanti tal-IAS, jiġifieri l-adattament tad-drittijiet ta’ aċċess għas-sistema ABAC għall-AODs u t-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ politika għall-ġestjoni tal-eċċezzjonijiet u Reġistru tal-Eċċezzjonijiet ċentrali issa huma kkunsidrati konklużi mill-IAS;

25.

Jinnota mir-rapport ta’ segwitu (13) tal-Aġenzija li fir-rigward tar-rappurtar tal-eċċezzjonijiet, il-flussi tax-xogħol kollha ġew dokumentati u diġà hemm listi ta’ kontroll disponibbli għall-maġġoranza tal-proċessi, ir-rwol u l-obbligi ta’ kull attur involut f’tranżazzjoni huma definiti b’mod ċar u dan, flimkien mar-rappurtar fil-ħin tal-eċċezzjonijiet, jiżgura segwitu adegwat għall-irregolaritajiet potenzjali;

26.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 86.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 169.

(7)  Kontijiet annwali definittivi 2011, Ġunju 2012, p. 26.

(8)  Rapport ta’ Attività Annwali 2011, p. 125.

(9)  Kontijiet annwali definittivi 2011, Ġunju 2012, p. 27.

(10)  Kontijiet annwali definittivi 2011, Ġunju 2012, p. 18.

(11)  Rapport ta’ Attività Annwali 2011, p. 122.

(12)  Rapport Annwali dwar l-attività interna 2011, p. 4.

(13)  Rapport dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew fid-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012, p. 5.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/227


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011

(2013/575/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

— wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0109/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (preċedentement imsemmija bħala l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 86.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/228


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011

(2013/576/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0074/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 92.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (“Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0074/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi l-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 77 309 800, meta mqabbel mal-EUR 74 700 000 fl-2010, li jirrappreżenta żieda ta’ 3,49 %, u billi l-Awtorità hija ffinanzjata bis-sħiħ permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Unjoni,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jirrikonoxxi li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja jibqgħu jikkontribwixxu għar-rata konsistentement għolja ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 98,47 % (98,8 % fl-2010);

2.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 82,05 %, li tirrappreżenta tnaqqis minimu meta mqabbel mas-sena preċedenti (83,51 %);

3.

Jinnota li fl-2011 kien sar disponibbli ammont ta’ EUR 78 800 000 mill-baġit tal-Unjoni lill-Awtorità; jieħu nota li mtlew 334 kariga minn 355 sal-aħħar tal-2011 u li kienu impjegati 109 aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati mill-Awtorità; jitlob lill-Awtorità ttejjeb ir-rata ta’ karigi okkupati iżda hu totalment konxju li l-Awtorità qed tiffaċċja ċerti nuqqasijiet rigward it-trasport minħabba fejn tinsab;

4.

Ifakkar lill-Awtorità tirrispetta b’mod imtejjeb il-prinċipju tal-annwalità; iqis is-sena 2011 speċjali minħabba t-trasferiment għall-kwartier ġenerali ġdid u d-dewmien fis-saldu tal-pagamenti f’dan ir-rigward;

Il-politika tal-bini

5.

Jinnota li l-Awtorità xtrat bini ġdid bħala sede’Diċembru tal-2011 għall-ammont ta’ EUR 36,8 miljun li se jitħallas permezz ta’ pagamenti kull tliet xhur għal 25 sena, u li dan jirriżulta f’pagamenti ta’ mgħax li jammontaw għal EUR 18,5 miljun; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Awdituri staqsiet jekk l-awtorità baġitarja setgħetx tfittex alternattiva aktar ekonomika f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għar-Regolament Finanzjarju;

6.

Jirrikonoxxi mill-Awtorità li ressqet il-proġett tal-bini lill-awtorità baġitarja fl-2005 bi ftehim ta’ ħlas differit tal-prezz tax-xiri fuq 25 sena, u li l-awtorità baġitarja approvat il-proġett tal-bini; jinnota li fuq is-suġġeriment tal-Qorti tal-Awdituri, saret talba lill-Kummissjoni biex jinkisbu krediti addizzjonali ta’ pagament biex ikun kopert il-prezz totali għax-xiri tal-bini permezz ta’ pagament uniku; jinnota, madanakollu, li fl-ambjent attwali ta’ nfiq ristrett ma kienx possibbli li l-approprjazzjonijiet lejn l-Awtorità jiżdiedu biex ikopru pagament uniku; jinnota li l-modalitajiet adottati għal dak ix-xiri wasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-bini tal-Awtorità meta mqabbel mas-soluzzjoni preċedentament użata li tinvolvi kiri;

It-trasferimenti

7.

Jinnota, mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri u mir-rapport annwali tal-attività tal-Awtorità (AAR) li fl-2011, saru 13-il trasferiment baġitarju; jinnota li, b’mod partikolari, EUR 2,46 miljun ġew trasferiti mit-Titolu I għal-linji baġitarji tal-IT u tal-infrastruttura tat-Titolu II, bil-għan li jipprovdu r-riżorsi għall-adattament tas-sistemi tal-IT u tas-sistemi finanzjarji relatati mar-riorganizzazzjoni u l-migrazzjoni tas-sistemi finanzjarji ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti, u biex jissaħħu r-riżorsi disponibbli għaċ-ċaqliq lejn is-sede finali u t-tagħmir għas-sede finali; jinnota, barra minn hekk, li t-trasferimenti saru fi ħdan it-Titoli II u III; jinnota bi tħassib il-kumment tal-Qorti tal-Awdituri li s-sitwazzjoni tindika dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u ma taqbilx mal-prinċipju ta’ speċifikazzjoni;

Kunflitti ta’ interess u trasparenza

8.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri wettqet awditu mmirat lejn il-valutazzjoni tal-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess għal erba’ aġenziji Ewropej, inkluża l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel, u ppreżentat ir-riżultati tal-awditu fir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15/2012;

9.

Jinnota bi tħassib li skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, fil-ħin tat-tlestija tal-ħidma fuq il-post (Ottubru 2011), l-Awtorità ma rnexxilhiex tiġġestixxi b’mod adegwat sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess; jinnota, madanakollu, li sadanittant l-Awtorità kienet diġà żviluppat politiki avvanzati għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; madanakollu, jinsab imħasseb li dawn il-politiki għadhom ma wasslux għar-riżultati mixtieqa;

10.

Jilqa’ l-organizzazzjoni ta’ sessjoni obbligatorja dwar l-etika u l-integrità għall-membri kollha tal-Bord Amministrattiv f’Ottubru 2012; jistieden lill-Bord Amministrattiv biex jinforza b’mod effettiv il-Kodiċi ta’ Kondotta tiegħu u jadotta dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ każijiet ta’ ex impjegati li jmorru jaħdmu mas-settur privat fl-istess qasam (“revolving door”) biex fil-futur jiġu evitati każijiet simili għal dak tal-President preċedenti tiegħu;

11.

Jinnota li l-Awtorità skedat evalwazzjoni tal-politika ta’ indipendenza tagħha sa tmiem l-2013 u impenjat ruħha li tqis, inter alia, il-possibbiltà li tippubblika r-riżultati tal-proċeduri rigward ksur ta’ fiduċja, inklużi r-riżultati tal-proċedura għall-verifika tal-integrità tar-rieżami xjentifiku u li twessa’ u ssaħħaħ il-mandat tal-Kumitat tagħha għall-Kunflitti ta’ Interess, pereżempju permezz ta’ mandat simili għal dak li ngħata lill-Kumitat għall-Istandards Etiċi u l-Prevenzjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess tal-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, l-Ambjent u s-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali (ANSES); jistenna li l-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar din il-kwistjoni, possibbilment qabel Ottubru tal-2013;

12.

Jistieden lill-Awtorità tibda djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet relatati mal-kunflitti ta’ interess u tistieden lil dawk l-organizzazzjonijiet ikkonċernati biex jiddiskutu b’mod miftuħ dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni abbażi ta’ aġenda miftiehma u biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu ta’ dawn id-deliberazzjonijiet mill-anqas darbtejn fis-sena; jinnota li l-Awtorità intensifikat dan id-djalogu mal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili; iqis li jeħtieġ li dawn id-djalogi jiġu istituzzjonalizzati u jiġu kkunsidrati mill-Bord Ammistrattiv tal-Awtorità;

13.

Jinsab imħasseb li l-Awtorità ġiet ikkritikata għal nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet annwali ta’ interess u għan-nuqqas ta’ taħriġ dwar il-kunflitti ta’ interess; jeżiġi li tittieħed azzjoni rigward dawn il-kwistjonijiet u jħeġġeġ lill-Awtorità tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-attivitajiet li saru; jilqa’ l-fatt li issa d-dikjarazzjonijiet annwali kollha tal-interessi tal-esperti tal-Awtorità ġew ippubblikati u huma aċċessibbli fuq il-websajt tal-Awtorità;

14.

Iħeġġeġ lill-Awtorità żżomm il-kunflitti ta’ interess fuq quddiem nett fil-lista ta’ prijoritajiet sabiex tipproteġi l-kredibbiltà tagħha u tissalvagwardja l-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza tal-ikel, u tindika, b’mod dettaljat u preċiż kemm jista’ jkun, kif se timplimenta r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri u tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew; iħeġġeġ lill-Awtorità tikkunsidra l-kunflitti ta’ interess bl-akbar kawtela, fid-dawl tal-bidu tar-reviżjoni tar-regolament fundatur tagħha li tipprovdi opportunità biex jintlaħqu l-ogħla standards ta’ governanza kif deskritti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), u li, kieku, tinfluwenza b’mod pożittiv l-istruttura ta’ governanza, l-indipendenza u l-kwalità xjentifika tal-Awtorità; iqis li r-reviżjoni tar-regolament fundatur hija opportunità kbira biex titnieda bidla radikali fl-Awtorità li hija responsabbli għal konsulenza xjentifika oġġettiva dwar is-sikurezza fl-ikel u s-sikurezza ambjentali fil-livell tal-Unjoni;

15.

Jissuġġerixxi bil-qawwi li, sabiex il-persunal tal-Awtorità ma jitħalliex jiċċaqlaq direttament mill-pożizzjoni tagħhom biex jaħdmu f’kariga simili fl-industrija jew f’aġenzija ta’ lobbying relatata, jew viċi versa, għandu jiġi stabbilit u rispettat perjodu minimu ta’ inkompatibilità adegwat għal oqsma ta’ ħidma speċifiċi, sabiex ikunu evitati l-kunflitti ta’ interess;

16.

Jinnota li l-Awtorità ħadet għadd ta’ passi wara l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri u l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali Nru 15/2012, inter alia:

fl-2007, l-Awtorità introduċiet qafas komprensiv biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali, u minn dakinhar, irrivedietu u aġġornatu regolarment,

sa mill-2011, l-Awtorità saħħet dak il-qafas bl-adozzjoni tal-Politika riveduta tagħha dwar l-indipendenza u l-proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet xjentifiċi; madankollu, jinsab imħasseb dwar l-adegwatezza tal-Politika riveduta, u jirreferi għal bosta każijiet ta’ kunflitti ta’ interess żvelati fl-2012 minn żewġ NGOs ta’ viġilanza — Corporate Europe Observatory (CEO) u Earth Open Source (EOS); jeżiġi li jkun hemm aktar titjib, inkluża l-projbizzjoni ta’ rabtiet ma’ korpi relatati mal-industrija, fil-politika ta’ indipendenza tal-Awtorità;

fl-aħħar tal-2013, hemm skedat rieżami tal-politika u r-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Awtorità dwar l-indipendenza,

f’Lulju 2012, l-Awtorità applikat il-qafas provdut mill-Kummissjoni dwar l-etika u l-integrità u adottat politika speċifika għall-għoti tar-rigali,

fl-2012 inħatar konsulent dwar l-etika;

iħeġġeġ lill-Awtorità tkompli taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess fid-diversi strutturi governattivi u operazzjonali tagħha u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-proċeduri msemmija hawn fuq, kif ukoll dwar kwalunkwe żvilupp ulterjuri fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess qabel Ottubru 2013;

17.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Awtorità biex ittejjeb il-prevenzjoni u l-ġestjoni tagħħa tal-kunflitti ta’ interess; jinnota madanakollu li l-indipendenza u l-kompetenza tal-esperti esterni tagħha jibqgħu ddubitati minn NGOs ta’ viġilanza jew saħansitra minn esperti oħrajn fis-sikurezza fl-ikel bħal fil-każ tal-grupp ta’ ħidma tal-esperti dwar l-interferenti endokrinali; jenfasizza l-fatt li b’konsegwenza, il-ħidma tal-Aworità hija kkontestata bħal pereżempju matul il-Workshop Konġunt bejn il-JRC u l-NIEHS dwar l-Effetti ta’ Dożi Baxxi ta’ Kimika Attiva Endokrinali, f’Berlin f’Diċembru 2012;

18.

Jinnota li l-Bord Amminstrattiv ħatar il-President tiegħu f’laqgħa li saret fil-pubbliku; ifakkar madankollu li fil-proċedura ta’ kwittanza 2010, il-Parlament għamel sejħa għal votazzjoni miftuħa għall-elezzjoni tal-President tal-Bord Amministrattiv u jistenna li t-talba tiegħu tiġi implimentata;

19.

Jinnota li l-linji gwida tal-OECD, li fuqhom il-Qorti tal-Awdituri bbażat il-ħidma tagħha fuq ir-Rapport Speċjali Nru 15/2012, filwaqt li joffru paramentru ta’ referenza internazzjonali dwar il-kwistjoni, ma tfasslux għal aġenzija, u ma jissodisfawx il-bżonnijiet speċifiċi tal-aġenziji deċentralizzati; ifaħħar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfassal linji gwida dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, kif previst fil-“Pjan Direzzjonali tagħha dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni għall-aġenziji diċentralizzati tal-UE”;

20.

Jenfasizza l-impenn tal-Awtorità li tniedi, f’Ottubru tal-2012, l-ewwel evalwazzjoni tagħha ta’ kampjun każwali ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interess biex tivverifika l-koerenza tagħhom mal-politika ta’ indipendenza u r-regoli ta’ implimentazzjoni li kienet għadha kif adottat; jinnota madanakollu li l-protokolli kienu għadhom ma tlestewx, u dan wassal għall-posponiment tal-evalwazzjoni; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u dwar il-kalendarju previst għall-organizzazzjoni tal-evalwazzjoni;

21.

Jilqa’ l-pjanijiet tal-Awtorità biex tibda proġett pilota fl-2013 għall-internalizzazzjoni ta’ parti mill-ħidma xjentifika li attwalment qiegħda ssir minn esperti esterni fi ħdan il-Gruppi ta’ Ħidma fil-qasam tal-prodotti regolati; jinnota li din l-inizjattiva se tibda fl-oqsma tal-ingredjenti tal-ikel u tal-OĠM; jitlob lill-Awtorità tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza b’aktar informazzjoni dwar il-progress li jkun sar;

22.

Jinnota b’sodifazzjon li sa mill-2011, l-Awtorità introduċiet fl-AAR tagħha taqsima speċjali li tiddeskrivi l-azzjonijiet li ttieħdu għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ indipendenza tagħha, u b’hekk twieġeb parzjalment għar-rakkomandazzjoni formulata fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kwittanza lill-Awtorità għas-sena finanzjarja 2010 (6);

23.

Jilqa’ l-fatt li l-curriculum vitae tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità, tad-diriġenti fi grad għoli u tal-esperti tal-bord issa jinsabu disponibbli fuq il-websajt tagħha flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ interess rispettivi tagħhom; jinnota l-isforzi tal-Awtorità għal aktar trasparenza, iżda jibqa’ tal-fehma li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe espert intern, kif esprima matul il-proċedura ta’ kwittanza 2010; jifhem li l-ħidma fuq din il-kwistjoni għadha għaddejja; jistieden lill-Awtorità tinforma kemm jista’ jkun malajr lill-awtorità tal-kwittanza bil-progress li jkun sar fir-rigward ta’ din il-kwistjoni;

Awditu intern

24.

Jinnota mill-Awtorità li fl-2011 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu ta’ assigurazzjoni tal-ippjanar u l-ibbaġitjar operazzjonali, filwaqt li l-unità tal-Awditjar Intern (IA) wettqet tliet awditi ta’ assigurazzjoni, b’mod partikolari dwar il-proċess tal-għażla tal-membri tal-bord, rieżami speċjali tal-kontribuzzjonijiet tal-esperti lill-opinjonijiet xjentifiċi (wara l-kunflitt ta’ interess), kif ukoll rieżami interim tal-kost iddikjarat fir-rigward tas-sede finali tal-Awtorità;

25.

Jinnota b’sodisfazzjon li minn 11-il rakkomandazzjoni (l-edba minnhom “kritika”, tnejn minnhom “importanti ħafna” sebgħa minnhom “importanti” u tnejn minnhom “mixtieqa”) li saru mill-awditu tal-IAS, kollha kemm huma ġew aċċettati mid-diriġenza u ħamsa mis-sitt rakkomandazzjonijiet pendenti “importanti ħafna” ġew implimentati u qegħdin jistennew segwitu min-naħa tal-IAS, u r-rakkomandazzjoni li fadal qiegħda fil-proċess li tiġi implimentata; jinnota wkoll li l-IA għamlet rakkomandazzjoni “importanti ħafna” u tnejn “importanti”, u minn fost il-11-il rakkomandazzjoni pendenti “importanti ħafna” li għamlet, ħamsa minnhom ġew implimentati u sitta minnhom qegħdin fil-proċess li jiġu implimentati; jinnota li l-ebda rakkomandazzjoni “kritika” ma baqgħet miftuħa;

26.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 92.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 77.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/234


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011

(2013/577/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0074/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 92.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/235


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/578/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0081/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 98.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li huma parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew talgħall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0081/2013),

A.

billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (“l-Istitut”) kien stabbilit fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006 u kiseb l-indipendenza tiegħu fil-15 ta’ Ġunju 2010,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

C.

billi l-2011 kienet l-ewwel sena operattiva kompluta għall-Istitut minn mindu kiseb l-indipendenza finanzjarja u amministrattiva tiegħu f’Ġunju 2010,

D.

billi l-istruttura tal-Istitut hija bbażata fuq mandat u kompiti definiti fir-regolament bażiku li jistabbilixxi l-Aġenzija u fuq l-objettivi approvati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Istitut fil-Programm ta’ Ħidma ta’ Nofs it-Term tal-2010-2012 u fil-Programm ta’ Ħidma Annwali,

E.

billi l-baġit globali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 7 530 000, meta mqabbel ma’ baġit globali ta’ EUR 5 678 123,09 għas-sena finanzjarja 2010, li juri żieda ta’ 32,6 %; billi l-baġit tal-Istitut hu ffinanzjat għal kollox mill-kontribut tal-Unjoni,

F.

billi fl-aħħar tal-2011, l-Istitut irreġistra riżultat pożittiv ta’ EUR 1 156 400,29 (6) fil-baġit, wara li jitnaqqsu d-differenzi fir-rati tal-kambju ekwivalenti għal EUR 2 650,64, li mbagħad ġew irreġistrati fil-kontijiet bħala passiv lejn il-Kummissjoni,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-Istitut ingħata awtonomija amministrattiva u finanzjarja fil-15 ta’ Ġunju 2010; jinnota li bħala riżultat ta’ dan, il-proċeduri tal-akkwisti kollha tal-2010 tnedew prinċipalment fl-aħħar kwart tal-2010;

2.

Jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit hija ppreparata fuq il-bażi ta’ kontabilità immodifikata fuq il-ħlasijiet, li jfisser li approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati huma rreġistrati flimkien mal-pagamenti magħmula u mad-dħul;

3.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li l-eżekuzzjoni tal-pagamenti matul l-2011 kienet aktar effettiva milli fl-2010, u dan juri titjib konsiderevoli taħt it-Titoli kollha; jistabbilixxi mill-kontijiet annwali li l-Istitut irreġistra proporzjon ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 44,19 % għall-pagamenti u ta’ 88,54 % għall-impenji fl-aħħar tal-2011;

4.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali (7) li l-proporzjon tal-pagament taħt it-Titolu I “Nefqa għal Persunal” żdied għal 88,49 % fl-2011, meta mqabbel ma’ 49,19 % fl-2010; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar aktar azzjonijiet meħuda biex itejbu l-proporzjon;

5.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li l-pagamenti li saru taħt it-Titolu II “Nefqa Amministrattiva” żdiedu għal 34,71 % fl-2011, meta mqabbla ma’ 28,99 % fl-2010; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex itejbu l-proporzjonijiet peress li l-proporzjonijiet baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

6.

Josserva mill-kontijiet annwali l-proporzjon baxx ħafna ta’ eżekuzzjoni ta’ 18,36 %, għall-pagamenti taħt it-Titolu III “Nefqa Operazzjonali”; jinnota li dan huwa riżultat ta’ numru sinifikanti ta’ akkwisti mnedija lejn tmiem l-2010 wara li l-Istitut kien sar amministrattivament awtonomu minn Ġunju ta’ dik is-sena; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda minn dakinhar ‘l hawn biex itejbu l-proporzjonijiet peress li l-proporzjonijiet baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

7.

Jinnota mill-kontijiet annwali li EUR 3 339 551,93 tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn kkuntrattati sa tmiem l-2011 iżda li kienu għadhom ma tħallsux ġew riportati għall-2012, u dan jirrappreżenta 50 % tal-impenji kollha; jinnota, barra minn hekk, li l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet li ġew riportati u li kienu mħassra (jiġifieri ġew riportati mill-2010 u ma tħallsux fl-2011) jirrappreżenta EUR 295 741,61 peress li din kienet l-ewwel sena sħiħa ta’ operat li fiha għall-ewwel darba l-persunal wettaq tipi differenti ta’ proċeduri ta’ akkwist, beda miżuri inkluża talba tardiva għal avveniment tal-Presidenza, u azzjonijiet oħra, fit-tieni parti tas-sena; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda li fil-futur jiżguraw rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit sodisfaċenti;

8.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li fl-aħħar tal-2010, l-Istitut ma pproċediex bl-eżerċizzju ta’ diżimpenn neċessarju u li saru r-riporti awtomatiċi kollha;

Kontabilità

9.

Jistabbilixxi li fl-2010 l-Istitut iddefinixxa r-responsabilitajiet tal-atturi finanzjarji rigward il-membri tal-persunal u żviluppa ċirkwiti finanzjarji għall-impenji; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut innomina l-atturi finanzjarji kollha u ddefinixxa r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom sa tmiem l-2010;

10.

Jirrikonoxxi li l-Istitut irċieva tliet trasferimenti finanzjari mill-Kummissjoni għal ammont totali ta’ EUR 7 530 000 (EUR 3 390 000 fl-ewwel trasferiment, EUR 2 070 000 fit-tieni trasferiment u EUR 2 070 000 fit-tielet trasferiment);

Akkwist pubbliku

11.

Jieħu nota mir-Rapport Annwali li fl-2011, l-Istitut irreġistra sitt eċċezzjonijiet għat-transazzjonijiet finanzjarji li kienu diskussi mal-maniġment, mal-kapijiet tat-timijiet u mal-persunal relevanti biex fil-futur jiġu evitati l-iżbalji; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzaw din id-defiċjenza;

12.

Josserva li fl-2011, 123 proċedura ta’ akkwisti fl-Operazzjoni u l-Amministrazzjoni kienu finalizzati u li l-akkwist globali rrappreżenta madwar 50 % tal-baġit globali tal-Istitut; josserva wkoll li l-attivitajiet ta’ akkwist tal-2011 ġew riportati skont il-Programm ta’ Ħidma tal-2011;

Riżorsi umani

13.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li fl-2011, l-Istitut ikkonkluda r-reklutaġġ ta’ tliet aġenti temporanji u ta’ tliet aġenti b’kuntratt (filwaqt li fl-2010, l-Istitut irrekluta 23 aġent temporanju) u laħaq 94 % tal-okkupanza tat-tabella tal-persunal tiegħu, meta mqabbel ma’ 92,3 % fl-2010; jilqa’ t-titjib fir-rata ta’ okkupazzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Istitut, li se jikkontribwixxi għall-funzjonament effikaċi tiegħu;

14.

Jirrikonoxxi mill-IAS li sensiela ta’ politiki, strateġiji, proċeduri u linji gwida jappoġġjaw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Persunal fl-Istitut; jinnota li ċerti punti għadhom qegħdin jiġu żviluppati u għandhom ikunu lesti fi stadju aktar tard, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ għodod tal-IT għall-ġestjoni tar-riżorsi umani (speċjalment għal kwistjonijiet bħall-preparazzjoni ta’ deskrizzjonijiet tax-xogħol, il-ħolqien ta’ objettivi personali u l-formolazzjoni ta’ pjanijiet individwali ta’ taħriġ); jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzaw il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq;

Prestazzjoni

15.

Jilqa’ t-tieni rapport ta’ valuzzjoni ex-ante tal-Istitut tat-8 ta’ Settembru 2011, li ffoka fuq l-objettivi u l-operazzjonijiet speċifiċi tal-Istitut u li għandu l-objettiv li jagħti gwida lill-ġestjoni tal-Istitut fil-finalizzazzjoni tal-objettivi u l-attivitajiet; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fi żmien ta’ kriżi ekonomika u ta’ awsterità, huwa vitali li l-Istitut joffri l-aqwa valur għall-flus mingħajr ma jipperikola t-twettiq b’suċċess tal-mandat importanti tiegħu;

16.

Jilqa’ t-twaqqif taċ-Ċentru tar-Riżorsi u d-Dokumentazzjoni tal-Istitut bħala sors uniku Ewropew ta’ tagħrif istituzzjonali u metodoloġiku dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

17.

Jenfasizza li l-objettivi u l-kompiti tal-Istitut jirrikjedu li jkun hemm entità separata u ddedikata, fil-qafas istituzzjonali;

Is-sit

18.

Jinnota mir-Rapport Annwali li fl-1 ta’ Marzu 2010, il-persunal tal-Istitut kien rilokat mill-post temporanju tiegħu fi Brussell għall-post permanenti tiegħu f’Vilnjus, il-Litwanja;

19.

Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali li l-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja ggarantixxa l-ħlas tal-kera tal-uffiċju tal-Istitut għal perijodu ta’ sentejn sal-15 ta’ Diċembru 2011;

20.

Jilqa’ l-inizjattiva unika, b’koordinament mar-rappreżentanzi l-oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’Vilnjus (ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni u l-Uffiċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew), għall-identifikazzjoni u l-għażla ta’ bini komuni; jinnota li “Dar l-UE” istitwita dan l-aħħar irriżultat meħtieġa u għandha twassal għal sinerġiji u żżid il-viżibilità tal-Unjoni, l-iffrankar tal-ispejjeż u l-kondiviżjoni;

L-awditu intern

21.

Jilqa’ l-ewwel attivitjiet ta’ awditjar li saru fl-2011 fl-Istitut mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS); jinnota mir-rapport tal-IAS (8) li mir-rapporti tiegħu tal-31 ta’ Diċembru 2011 la joħorġu rakkomandazzjonijiet attwali “kritiċi” u lanqas “importanti ħafna”;

22.

Jinnota li l-IAS għamel reviżjoni limitata tal-implimentazzjoni tal-Istandards Interni ta’ Kontroll fl-Istitut f’Diċembru 2011; jinnota li l-Istitut aċċetta r-rakkomandazzjoni li jiffinalizza l-proċedura għall-implimentazzjoni tal-Istandards Interni ta’ Kontroll u l-maniġment adotatta pjan ta’ azzjoni biex ikun implimentat fl-2012; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet;

23.

Jirrikonoxxi li l-Analiżi tar-Riskju tal-IAS identifikat ċerti proċessi (9) li ma setgħux jiġu kkunsidrati fil-pjan tal-awditjar tal-IAS, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti;

24.

Jinnota, mill-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, li l-Istitut jeħtieġ li jtejjeb id-dokumentazzjoni tat-teħid ta’ inventarju fiżiku għal attivi fissi u tal-istima ta’ spejjeż dovuti;

25.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċizjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (10) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 98.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Kontijiet Annwali 2011, p. 22.

(7)  Kontijiet Annwali 2011, p. 34.

(8)  Rapport Annwali tal-Verifika għall-2011, p. 6.

(9)  Rapport Annwali tal-Verifika għall-2011, p. 4.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/240


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/579/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0081/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 98.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/241


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

(2013/580/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77, u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0114/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 104.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77, u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0114/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“l-Awtorità”)għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi l-Awtorità, Aġenzija li għadha kif inħolqot u li tinsab fi Frankfurt am Main, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u uffiċjalment bdiet topera fl-1 ta’ Jannar 2011 bħala awtorità indipendenti;

C.

billi l-Awtorità għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tat-tranżizzjoni legali tagħha mill-predeċessur tagħha, il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS), u bħala riżultat, minbarra l-mandat ġdid tagħha, ħadet f’idejha l-kompiti u r-responsabilitajiet kollha eżistenti u li kienu għaddejjin tas-CEIOPS (l-assi, l-obbligazzjonijiet l-operazzjoni pendenti kollha tas-CEIOPS ġew trasferiti awtomatikament lill-Awtorità li kienet għadha kif inħolqot).

D.

billi l-Awtorità hija parti integrali mis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet assoċjati magħha, l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, fi ħdan il-Kumitat Konġunt, u mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku,

E.

billi l-baġit ġenerali tal-Awtorità allokat għas-sena 2011 kien ta’ EUR 10 667 000,

F.

billi f’konformità mar-Regolament ta’ Fondazzjoni tagħha (6), 55 % tal-baġit tal-2011 ġie ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) u 45 % ġie ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni,

G.

billi, fi tmiem l-2011, l-Awtorità rreġistrat eżitu tal-baġit pożittiv ta’ EUR 2 804 969,81 (7), wara tnaqqis tad-differenzi fir-rata tal-kambju ekwivalenti għal EUR 2 437,59, li mbagħad ġie rrekordjat fil-kontijiet bħala obbligazzjoni fir-rigward tal-Kummissjoni,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jieħu nota mir-Rapport tal-baġit (8) li l-kontribuzzjoni inizjali mill-Unjoni kienet ta’ EUR 4 267 000 għall-2011; jinnota li din kienet l-ewwel sena li fiha l-Awtorità bdiet l-attivitajiet tagħha;

2.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li l-baġit ġenerali tal-Awtorità allokat għall-2011 ammonta għal EUR 10 667 000; jinnota wkoll li d-dħul baġitarju totali huwa ekwivalenti għal EUR 9 387 070,78 (li jinkludu EUR 5 120 035,36 li jirrapreżentaw 80 % tal-baġit tal-Istati Membri li ssarraf fl-2011);

3.

Ifakkar, mill-kontijiet annwali, li l-kontribuzzjoni allokata mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kienet ta’ EUR 6 400 200, filwaqt li l-kontribuzzjoni li ssarfet effettivament kienet ta’ EUR 5 120 035,36; jistieden lill-Istati Membri jinformaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-raġunijiet għalfejn il-kontribuzzjonijiet kienu limitati għal 80 % ta’ dak inizjalment previst; jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu s-sehem sħiħ tagħhom fil-futur, meta l-Awtorità tkun kompletament stabbilita, peress li, jekk jonqsu milli jagħmlu dan, tista’ tiġi pperikolata l-kapaċità tagħha li twettaq b’mod xieraq il-kompiti assenjati lilha;

4.

Jinnota bi tħassib li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju mhumiex kompletament adattati għall-iskema ta’ finanzjament tal-Awtorità, peress li 55 % tal-baġit hu ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Memrbi u l-pajjiżi tal-EFTA; jemmen li din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata, l-aktar tard, matul ir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-aġenziji, u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta din is-sitwazzjoni u tirrapporta dwarha lill-awtorità ta’ kwittanza;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-għażliet kollha għal finanzjament ġdid sostenibbli għal żmien fit-tul tal-Awtorità li jissalvagwardja l-indipendenza tagħha fil-kuntest tar-rieżami li jmiss tax-xogħol u l-arranġamenti finanzjarji tal-aġenziji mill-Kummissjoni, li għandu jitressaq mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2014;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibiltà li tressaq proposta li tiżgura li l-baġits tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEs) ikunu ffinanzjati bis-sħiħ mill-baġit tal-Unjoni;

7.

Jinnota mill-kontijiet annwali li fl-2011 il-fokus ewlieni tal-awtorità kien it-twaqqif u t-tkomplija tal-estensjoni tagħha;

8.

Jenfasizza l-importanza li jitqabblu b’mod adegwat il-baġit allokat mal-impjiegi disponibbli fuq naħa, u l-kompiti fdati lill-Awtorità min-naħa l-oħra, peress li nuqqas ta’ tqabbil jista’ jirriżulta fi żbilanċ fil-persunal fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal tal-Awtorità minn banda u l-involviment ta’ esperti nazzjonali mill-banda l-oħra; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni bidlet l-organigramma kif ġiet proposta mill-Awtorità, mingħajr ma indikat din il-bidla b’mod ċar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun totalment trasparenti f’din il-kwistjoni u kwistjonijiet oħra;

9.

Jinnota li t-tħassib li tqajjem fil-konklużjonijiet preliminari tal-valutazzjoni tal-IMF tas-settur finanzjarju ta’ Diċembru 2012 dwar l-Unjoni li fih ġie rakkomandat li jiżdiedu r-riżorsi u s-setgħat tal-ASEs biex ikunu jistgħu jissodisfaw b’suċċess il-mandati tagħhom, filwaqt li jsaħħu wkoll l-indipendenza operazzjonali tagħhom;

10.

Jagħraf mill-kontijiet annwali li fil-laqgħa ta’ inawgurazzjoni tal-Awtorità, fl-10 ta’ Jannar 2011, il-Bord Maniġerjali adotta u approva r-regoli finanzjarji prinċipali u r-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità sabiex tkun tista’ teżerċita l-poteri tagħha bħala awtorità Ewropea;

Sistema kontabilistika

11.

Jinnota mill-kontijiet annwali (9) li l-istruttura standard u ġenerali adottata mill-Awtorità fil-bidu tal-2011 kellha tiġi adattata skont il-bżonnijiet reali tagħha;

12.

Jinnota mill-kontijiet annwali li fid-19 ta’ April 2011, l-Awtorità introduċiet kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC), is-sistema kontabilistika użata mill-Kummissjoni għall-kontabilità baġitarja; jinnota wkoll li matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, mill-1 ta’ Jannar sad-19 ta’ April 2011, l-Awtorità użat għodda bbażata fuq il-programm Excel għall-kontabilità baġitarja tagħha u li, fil-mument ta’ tranżizzjoni, tfassal rapport b’impenji u pagamenti mniżżla fl-ABAC;

13.

Jieħu nota tal-fatt li l-pagamenti li saru qabel l-implimentazzjoni tal-ABAC huma riflessi biss fis-sistema ta’ tranżizzjoni u mhux fl-ABAC; jinnota li kull darba li rapport dwar il-konsum u l-eżekuzzjoni tal-baġit jiġi estratt mill-ABAC, issir aggregazzjoni manwali fi spreadsheet Excel sabiex tirrifletti bis-sħiħ il-baġit inizjali u l-konsum tal-impenji u l-pagamenti għas-sena finanzjarja kollha.

14.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li, mill-2012 ‘il quddiem, it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha huma rappreżentati b’mod sħiħ fl-ABAC;

15.

Josserva mill-kontijiet annwali li, fir-rigward ta’ kontabilità ġenerali, l-Awtorità implimentat is-SAP fid-19 ta’ April 2011, sistema konnessa direttament mal-ABAC, li hija s-sistema użata mill-Kummissjoni; jinnota wkoll li, sa din id-data, l-Awtorità użat is-SAGE (10), is-sistema stabbilita mis-CEIOPS għall-kontabilità finanzjarja, u li, mid-19 ta’ April 2011, ġie stabbilit bilanċ ta’ tranżitu.

16.

Jinnota li, f’Settembru 2011, l-Awtorità stabbiliet is-sistema għar-reġistrazzjoni tal-assi tal-Kummissjoni (ABAC Assets) sabiex tkun tista’ tittraċċa fiżikament punti individwali tal-assi fissi (ABAC Assets hija integrata fis-sistema kontabilistika tal-Awtorità);

17.

Jilqa’ l-validazzjoni tas-sistema kontabilistika tal-Awtorità li saret mill-awditur estern Deloitte Consulting (11); jinnota li r-rieżami tas-sistema kontabilistika tal-Awtorità sar f’Ottubru 2012;

18.

Jirrikonoxxi mir-rapport ta’ Deloitte li abbażi tal-proċeduri għall-validazzjoni tal-konformità li saru, is-sistema kontabilistika tal-Awtorità hija, b’mod ġenerali, konformi mal-kriterji speċifikati mill-Kummissjoni (DĠ Baġit);

19.

Jinnota, mir-rapport ta’ Deloitte li ġew identifikati għadd ta’ oqsma ta’ titjib (relatati mal-fatt li d-drittijiet għall-aċċess bħala utent tal-ABAC mhumiex konformi mar-responsabbiltajiet attwali, mal-proċess ta’ ġestjoni għal aċċess bħala utent, u ma’ aspetti relatati ma’ taħriġ dwar l-ABAC), u se jiġu indirizzati mill-Awtorità fl-2013; jinnota, barra minn hekk, li dawk l-elementi ta’ titjib ma għandhomx impatt sinifikanti fuq il-konformità ġenerali nnotata;

Eżekuzzjoni tal-baġit

20.

Jistabbilixxi mill-Kontijiet Annwali li l-Awtorità rreġistrat proporzjon tal-eżekuzzjoni tal-baġit ta’ 61.68 % għal impenji u ta’ 58.84 % għal pagamenti fi tmien l-2011;

21.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-impenji għat-Titolu I (“Nefqa għall-Persunal”) kienet 92,79 % u tirrappreżenta l-mutur ewlieni tal-proporzjon ta’ eżekuzzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-persentaġġ għoli tal-eżekuzzjoni tal-baġit fit-Titolu I, b’mod partikolari fl-ewwel sena ta’ attivitajiet tal-Awtorità, jirrifletti r-rabta bejn it-talbiet tagħha għal persunal u l-objettivi tagħha, u jsaħħaħ il-każ għal talbiet għal persunal fl-2012 u fl-2013;

22.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li l-fattur ewlieni tal-proporzjon għoli tal-eżekuzzjoni tal-baġit kien l-implimentazzjoni sħiħa tal-organigramma fl-2011;

23.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali l-proporzjon baxx tal-eżekuzzjoni tal-impenji ta’ 60,41 % għat-Titolu II (“Nefqa amministrattiva”); jinnota li l-2011 kienet sena ta’ tranżizzjoni minn CEIOPS għall-Awtorità u sena ta’ tħejjija għal proċeduri u talbiet ġodda; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet sabiex dan in-nuqqas jiġi indirizzat; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex ittejjeb il-proporzjonijiet, peress li l-proporzjon baxx ta’ eżekuzzjoni jindika diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

24.

Jinnota li skont l-Awtorità, huwa mistenni li jiġi pproċessat volum kbir ta’ traduzzjonijiet, regolamenti u proċeduri fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni mill-2012 ‘il quddiem; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità naqqset, fejn possibbli, l-ispiża għall-organizzazzjoni tal-laqgħat, b’mod partikolari dawk tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali, u li dan kien ukoll l-approċċ segwit fir-rigward tal-ispejjeż ta’ informazzjoni u ta’ pubblikazzjoni (ir-Rapport Annwali ta’ CEIOPS għall-2010 ġie ppubblikat biss fuq il-websajt tiegħu, sabiex jitnaqqsu spejjeż ulterjuri);

25.

Jinnota li skont l-Awtorità, il-proporzjon tal-eżekuzzjoni tal-impenji għat-Titolu II kien medju minħabba li l-idea tal-Awtorità kienet li jinstabu oqsma fejn l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu u din l-idea għelbet il-fatt li kien hemm riżorsi disponibbli;

26.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali l-proporzjon baxx ħafna tal-eżekuzzjoni tal-impenji ta’ 11.73 % għat-Titolu III (“Nefqa operazzjonali”); jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex ittejjeb dan il-proporzjon, peress li l-proporzjon baxx ta’ eżekuzzjoni jindika diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

27.

Jinnota li, skont l-Awtorità, il-proporzjon tal-eżekuzzjoni tal-impenji għat-Titolu III, kien baxx ħafna, minħabba d-deċiżjoni li r-riżorsi allokati għall-proġetti tal-IT f’tali oqsma ewlenin ma jibdewx jintefqu, u lanqas ma jiġu trasferiti għas-sena sussegwenti, mingħajr deċiżjoni strateġika ċara mill-Bord tas-Superviżuri; jinnota, barra minn hekk, li f’Ottubru 2011, il-Bord tas-Superviżuri adotta r-Rapport tal-Awtorità dwar l-Ispeċifikazzjonijiet tad-Data, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni individwali għall-ħtiġijiet identifikati, u ta mandat lill-Kumitat għat-Teknoloġija tal-Informatika u d-Data (ITDC) biex jiżviluppa aktar ir-Rapport dwar l-Ispeċifikazzjonijiet tad-Data;

28.

Jirrikonoxxi, mill-kontijiet annwali, li l-ITDC għandu jibda jakkwista u jimplimenta s-sistemi tal-IT fi Frar 2012;

29.

Jinnota li, fl-2011, skont ir-Rapport Annwali tal-Awtorità (12), l-impenji ammontaw għal EUR 6 579 663 jew 62 % tal-baġit tal-2011, li minnhom EUR 6 276 158,59 tħallsu u EUR 303 504,79 ġew trasferiti awtomatikament għall-2012;

Proceduri ta’ akkwist

30.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri li l-proċeduri ta’ akkwist awditjati ma kinux kompletament konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Awtorità tiżgura li l-kuntratti kollha ġodda jingħataw f’konformità sħiħa mar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni;

31.

Jinnota li l-Awtorità rreklutat Uffiċjal għall-Akkwisti mill-1 ta’ Ġunju 2012 u li ġew stabbiliti flussi tax-xogħol għall-akkwist, il-membri tal-persunal irċevew sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ relatati mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist, ġew żviluppati mudelli relatati mal-akkwist u l-proċeduri kollha għal offerti tniedu skont ir-regoli ta’ akkwist relevanti tal-Unjoni;

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ

32.

Jieħu nota li l-Awtorità ġabet il-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet ulterjuri li biħsiebha tieħu biex ittejjeb il-proċeduri ta’ reklutaġġ; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv kunsiderevoli; għalhekk jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

33.

Jinnota mill-kontijiet annwali (13) li s-sena 2011 kienet sena kruċjali għall-Awtorità biex twaqqaf u testendi t-tim tar-riżorsi umani bil-għan li tirrekluta b’mod adegwat persunal li jista’ jwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti ġodda tagħha; jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-persunal tal-Awtorità kien jinkludi 46 aġent temporanju, sitt aġenti kuntrattwali u erba’ esperti nazzjonali ssekondati, li b’kollox jammontaw għal 56 aġent;

34.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċizjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzjontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 104.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, Artikolu 62(1).

(7)  Kontijiet annwali 2011, p. 36.

(8)  Rapport tal-baġit 2011, p. 2.

(9)  Kontijiet annwali 2011, p. 31.

(10)  SAGE hija sistema ta’ kontabilità mfassla skont il-ħtiġijiet tal-klijenti għal impriżi żgħar u ta’daqs medju, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet.

(11)  Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), Validazzjoni ta’ sistemi kontabilistiċi, 19.11.2012, Deloitte.

(12)  Rapport annwali 2011, p. 38.

(13)  Kontijiet annwali 2011, p. 47-48.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/247


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

(2013/581/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77, u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0114/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 104.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/248


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/582/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0108/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 110.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0108/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet garanziji raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi, l-Istitut, li jinsab f’Budapest, ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 294/2008,

C.

billi l-Kummissjoni tat awtonomija finanzjarja lill-Istitut fit-8 ta’ Ġunju 2011,

D.

billi l-2011 kienet l-ewwel sena tal-Istitut meta l-Qorti tal-Awdituri ppubblikat rapport dwar il-kontijiet annwali tagħha; billi l-perjodu ta’ awditu huwa bejn it-8 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru 2011,

E.

billi l-baġit ġenerali tal-Istitut għall-2011 kien ta’ EUR 64 294 640,

F.

billi l-għotjiet jirrapreżentaw madwar 90 % tal-baġit tal-Istitut u l-impatt tagħhom fuq l-eżekuzzjoni tal-baġit huwa, għaldaqstant, sinifikanti; billi l-għotjiet tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (l-għotjiet KKI) kienu ta’ EUR 56 847 080,

G.

billi skont ir-Regolament Bażi tagħha, il-baġit tal-2011 tal-Istitut ġie ffinanzjat minn sussidju mogħti mill-Unjoni, kontribuzzjoni mogħtija mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u kontribuzzjoni mogħtija mill-Istat Membru ospitanti,

H.

billi l-Istitut iffirma ftehim ospitanti mal-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija fit-23 ta’ Marzu 2010,

I.

billi fi tmiem l-2011, l-Istitut irreġistra eżitu baġitarju negattiv ta’ EUR 1 824 955,81 (6); billi l-Istitut jagħraf l-eżitu bħala assi kontinġenti; billi skont il-linji gwida maħruġa mis-servizzi tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, l-eżitu baġitarju negattiv m’għandux jiddaħħal bħala riċevibbli mill-Kummissjoni minħabba li l-ammonti riportati normalment jiġu kkanċellati b’mod parzjali,

J.

billi fl-2010 u l-2011, l-Istitut u d-DĠ msieħeb miegħu, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC), ħadmu flimkien biex iwaqqfu strutturi interni xierqa u proċeduri li jippermettu lill-Istitut jiġġestixxi l-fondi tal-Unjoni skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi għall-awtonomija finanzjarja tagħha; billi dawk il-kundizzjonijiet (7) ġew definiti li jistabbilixxu:

segregazzjoni effettiva tal-obbligi tal-uffiċjal awtorizzanti u l-uffiċjal tal-kontabbiltà,

sistema operattiva tal-kontabbiltà li tippermetti li l-użu tal-fondi jiġi verifikat u rifless fil-kontijiet tal-Unjoni,

proċedura adegwata għall-pagamenti li jiżguraw ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni,

1.

Jilqa’ r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut, għas-sena finanzjarja 2011;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Ifakkar mill-kontijiet annwali li l-baġit ġenerali tal-Istitut għall-2011 ammonta għal EUR 64 294 640;

3.

Jagħraf mill-kontijiet annwali li fl-2011 il-baġit tal-Istitut għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja (Ġunju-Diċembru), kien ta’ EUR 9 794 873,70;

4.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni kienet ta’ EUR 8 234 873,70 għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjoni tinkludi EUR 191 433,87 mogħtija mill-pajjiżi tal-EFTA, kontribuzzjoni li tinġabar mill-Kummissjoni li tittrasferiha lill-Istitut, flimkien mas-sussidju tal-Unjoni;

5.

Ifakkar li l-Istitut iffirma ftehim ospitanti mal-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija fit-23 ta’ Marzu 2010; ifakkar li skont il-ftehim, l-Istat Membru ospitanti jieħu l-impenn li jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-persunal tal-Istitut biex ikopri l-ispejjeż tal-pagi ta’ 20 ħaddiem għall-ħames snin; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjoni mill-2011 hija ta’ ħames rati annwali ta’ EUR 1 560 000;

Sistema kontabilistika

6.

Jagħraf mill-kontijiet annwali li fit-8 ta’ Ġunju 2011, l-Istitut introduċa l-fluss tax-xogħol ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC), is-sistema tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għall-kontabbiltà baġitarja; jinnota, barra minn hekk, li fit-8 ta’ Ġunju 2011, is-sistema tal-ġestjoni tal-kuntratt ġiet ipprovduta mill-kuntratt ABAC;

7.

Jinnota mill-kontijiet annwali li għall-kontabbiltà ġenerali, l-Istitut implimenta l-SAP fit-8 ta’ Ġunju 2011, li hija s-sistema użata mill-Kummissjoni, sistema llinkjata direttament mal-ABAC; jinnota, barra minn hekk, li bejn l-1 ta’ Jannar u s-7 ta’ Ġunju 2011, l-Istitut uża s-sistema tal-kontabbiltà tad-DĠ msieħeb miegħu;

8.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li mid-19 ta’ Diċembru 2011, is-sistema tal-ġestjoni tal-assi ġiet ipprovduta mill-assi ABAC;

L-impenji

9.

Josserva mill-kontijiet annwali (8) li r-rata ta’ eżekuzzjoni għas-sena kollha hija ta’ 97,21 % għall-approprjazzjonijiet għal impenji, 83,83 % għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti u 67,33 % għall-pagamenti kontra impenji;

10.

Jieħu nota li r-rata ta’ eżekuzzjoni għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 92,81 % għall-approprjazzjonijiet għal impenji, 24,70 % għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti kontra impenji u 11,48 % għall-pagamenti kontra impenji; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

11.

Jagħraf li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu I (“Infiq għall-Persunal”) għas-sena kollha hija ta’ 73,28 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 92,79 %;

12.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu I (“Infiq għall-Persunal”) għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 63,36 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 88,56 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

13.

Jagħraf mill-kontijiet annwali li r-rata tal-eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu II (“Infiq għall-Operat”) kienet ta’ 72,41 % fl-aħħar tal-2011 u li għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti ir-rata ta’ eżekuzzjoni kienet ta’ 47,77 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

14.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu II (“Infiq għall-Operat”) għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 70,32 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 42,13 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

15.

Jieħu nota li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu III (“Infiq Operattiv”) għas-sena kollha hija ta’ 99,32 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 66,39 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji kemm għall-għotjiet KKI kif ukoll għall-Fondazzjoni tal-Istitut hija ta’ 100 % u li l-proporzjon ta’ 66,39 % għall-pagamenti kontra impenji għall-infiq operattiv huwa riżultat tal-fatt li ma sar l-ebda pagament ta’ prefinanzjament għall-għotjiet addizzjonali li ġejjin mit-tieni trasferiment ta’ Awwissu;

16.

Jagħraf li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu III (“Infiq Operattiv”) għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 98,09 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija baxxa ħafna bi 3,46 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

17.

Jieħu nota mill-Qorti tal-Awdituri li l-ftehimiet ta’ għotjiet li wasslu għal pagamenti fl-2011 ġew iffirmati b’mod sistematiku mill-Kummissjoni (DĠ EAC) u l-Istitut wara li l-maġġoranza tal-attivitajiet kienet diġà ġiet implimentata; jinnota, barra minn hekk, li bejn Settembru u Diċembru 2011, l-Istitut għamel pagamenti finali li ammontaw għal EUR 4 200 000, relatati ma’ tliet ftehimiet ta’ għotjiet li ġew iffirmati ferm wara li nbdew l-attivitajiet; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif dan jirrapreżenta kwistjoni f’termini tal-ġestjoni finanzjarja soda;

Riporti

18.

Jagħraf li l-ammont ta’ EUR 4 500 000 tal-approprjazzjonijiet għal pagament ġie riportat fuq l-intestatura tal-baġit 3 100 (l-għotjiet KKI) mill-2010 għall-2011; jinnota, barra minn hekk, li tħallsu EUR 3 780 634,25 li fi tmiem l-2011 ammontaw għal rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra l-approprjazzjonijiet impenjati ta’ 84,01 %;

19.

Jieħu nota tal-fatt li EUR 21 903 441,85 tal-approprjazzjonijiet ġew riportati awtomatikament mill-2011 għall-2012 kif ġej: 0,97 % tal-infiq għall-persunal, 2,25 % tal-infiq amministrattiv u l-maġġoranza tiegħu, 96,79 % tal-infiq operattiv; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif il-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

20.

Josserva li EUR 3 778 942,31 tal-approprjazzjonijiet għal pagamenti ġew riportati mhux awtomatikament mill-2011 għall-2012, fit-tmiem tal-2011, l-Istitut kellu bosta impenji li jikkorrispondu għall-obbligi kkuntrattati li għalihom sar pagament parzjali jew ma sar l-ebda pagament fl-2011; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

21.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività li sal-aħħar tal-2011, imtlew 40 post (23 aġent temporanju u 17-il aġent kuntrattwali), li juru żieda ta’ 66 %, meta mqabbla mal-24 post li mtela sal-aħħar tal-2010;

22.

Jagħraf li minbarra ż-żieda fil-persunal, f’Settembru 2011 twaqqfet struttura organizzazzjonali ġdida biex talloka numru suffiċjenti ta’ effettivi biex issaħħaħ, b’mod partikolari, il-kompiti amministrattivi u orizzontali, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, u l-kompiti ta’ kontabbiltà u awditjar intern, biex b’hekk tinħoloq bażi soda ta’ servizz ta’ appoġġ għall-Istitut;

23.

Jagħraf mir-Rapport Annwali tal-Attività li d-Direttur il-ġdid beda jaħdem mal-Istitut fl-1 ta’ Lulju 2011;

24.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (9) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 110.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Kontijiet annwali 2011, p. 23.

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10145 tas-17 ta’ Diċembru 2009.

(8)  Kontijiet annwali 2011, p. 34.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/253


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/583/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0108/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 110.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/254


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011

(2013/584/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0098/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 116.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0098/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri affermat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari;

B.

billi fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

stieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-perjodu ta’ żmien u r-riżultati għas-46 % tal-proċess ta’ eżami analitiku li fadal dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ interessi tal-esperti u tal-membri tal-kumitat tagħha li kienu involuti b’mod attiv fl-attivitajiet tal-Aġenzija bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Mejju 2012 skont il-curriculum vitae tagħhom sal-bidu tal-proċedura ta’ kwittanza li jmiss,

talab lill-Aġenzija biex tagħti lill-awtorità tal-kwittanza skeda ta’ żmien preċiża għall-implimentazzjoni ta’ sistema ex ante u ex post ġdida għad-dikjarazzjonijiet ta’ interessi, partikolarment permezz ta’ tqabbil aleatorju ma’ curriculum vitae u informazzjoni fornuta minn esperti fil-livell nazzjonali,

stieden lill-Aġenzija biex tintroduċi sezzjoni speċjali li tiddeskrivi l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitt ta’ interessi f’kull rapport annwali tal-attività tagħha fil-ġejjieni, li għandha tinkludi, inter alia:

l-għadd ta’ kunflitti ta’ interessi allegati li ġew verifikati,

l-għadd ta’ każijiet ta’ ex impjegati li jmorru jaħdmu mas-settur privat fl-istess qasam (“revolving door”),

il-miżuri meħuda f’kull kategorija tal-każijiet,

l-għadd ta’ proċeduri li ġew varati għal ksur ta’ fiduċja, flimkien mal-eżitu tagħhom,

is-sanzjonijiet li ġew applikati,

talab lill-Aġenzija biex tagħti lill-awtorità tal-kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri meħuda,

C.

billi l-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kien EUR 208 863 000, li jirrappreżenta żieda nominali ta’ 0,22 % meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2010,

D.

billi l-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kienet EUR 39 765 191,39, meta mqabbla mal-EUR 36 755 652,07 fl-2010;

Segwitu għall-kwittanza għall-2010

1.

Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, f’dak li jirrigwarda verifika ex post tad-dikjarazzjonijiet ta’ interessi tal-esperi u l-membri tal-kumitat tagħha, kampjun rappreżentattiv tas-46 % tal-esperti li għad fadal se jiġi inkluż fil-verifika ex post li qed issir bħalissa; jinnota li verifika ġdida u aktar eżawrjenti qed tiġi żviluppata bħala riżultat tat-tagħlimiet misluta mill-verifika ex post li saret fil-kuntest tal-kwittanza għall-2010; jieħu nota tal-iskeda ta’ żmien kif komunikata mill-Aġenzija u jistenna li jiġi informat debitament dwar l-eżitu tal-verifika;

2.

Jinnota b’sodisfazzjon li taqsima speċjali li tiddeskrivi l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi għandha tiddaħħal f’kull RAA tal-Aġenzija, b’bidu mir-RAA tal-2012;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.

Ifakkar li l-kontribuzzjonijiet totali tal-Unjoni ammontaw għal EUR 39 765 191,39 għall-2011, somma li tirrappreżenta żieda ta’ 8,65 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel;

4.

Jagħraf li l-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat sew mill-baġit tal-Unjoni kif ukoll minn imposti mħallsa mill-industrija farmaċewtika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni, u għall-ksib jew iż-żamma ta’ dawn; jirriżultalhu mill-kontijiet annwali li fl-2011, 77,7 % tad-dħul tal-Aġenzija kien stmat li kien ġej minn dħul ta’ imposti, li minn sena għal sena baqa’ jiżdied, bil-perċentwal relattiv mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni jlaħħaq 18,3 % fl-2011 (18,8 % fl-2010, jew 14 % jekk l-irkupru tal-eċċess ikun tnaqqas mill-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni);

5.

Josserva li f’termini ta’ approprjazzjonijiet impenjati u mħallsa, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-Aġenzija hija rispettivament ta’ 95,21 % u 81,97 %, meta mqabbla ma’ 95,65 % u 79,10 % fl-2010; jitlob lill-Aġenzija biex tibqa’ taħdem ħalli ttejjeb ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti;

6.

Jinnota bi tħassib li, bħal fir-rapporti preċedenti tagħha, il-Qorti tal-Awdituri nnutat il-ħtieġa li tiġi introdotta sistema ta’ remunerazzjoni għas-servizzi mogħtija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, abbażi tal-kostijiet reali tagħhom; jiddispjaċih li ma sar ebda progress dwar din il-kwistjoni mill-2009, meta proposta għal sistema ta’ pagament ġdida ġiet ippreżentata lill-Bord Amministrattiv iżda ma ntlaħaq l-ebda qbil; jinnota li l-Aġenzija f’Marzu 2013 se tippreżenta lill-Bord Amministrattiv proposta ġdida għal sistema ta’ pagament ġdida; jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-eżekuttivi tal-Aġenzija biex iħeġġu deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv għal reviżjoni tas-sistema ta’ remunerazzjoni tas-servizzi tal-Istati Membri abbbażi ta’ kostijiet reali; huwa konxju bis-sħiħ li l-progress batut li sar kien minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv; jilqa’, għalhekk l-approċċ meħud mill-amministrazzjoni tal-Aġenzija li titlob lill-Kummissjoni Ewropea għal aktar assistenza dwar din il-kwistjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi rigward din il-kwistjoni, inter alia dwar l-istat attwali fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni ġdid u l-pożizzjoni tal-Bord Amministrattiv dwar dan;

L-approprjazzjonijiet riportati

7.

Huwa mħasseb li, għal darb’ oħra, il-Qorti tal-Awdituri rrappurtat li approprjazzjonijiet ta’ pagament għat-Titolu II (“Nefqa amministrattiva”) li jammontaw għal EUR 9 600 000 ġew riportati għall-2012, ammont li jirrappreżenta 29 % tal-baġit tat-Titolu II, kif ukoll approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 10 300 000 għat-Titolu III (“Nefqa operattiva”), ammont li jirrappreżenta 34 % tal-baġit tat-Titolu III; jemmen li l-livell ta’ ammonti riportati huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju tal-annwalità;

8.

Jinnota bi tħassib id-differenza bejn il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri u t-tweġiba tal-Aġenzija rigward il-kuntratt qafas għas-servizzi tat-teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) konkluż fl-2009, li għalihom il-Qorti kienet ikkwalifikat l-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-2009; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li ż-żieda tal-limitu massimu tal-kuntratt oriġinali hija irregolari, filwaqt li l-Aġenzija tqis li l-kuntratt tal-qafas tal-IT ma kienx irregolari, u għalhekk lanqas ma tqis l-estensjoni tiegħu bħala irregolari; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kwistjoni u biex tieħu passi bil-għan li din il-kontradizzjoni tiġi solvuta;

Proceduri ta’ akkwist

9.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituru li hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-volumi stmati tal-kuntratt u d-definizzjoni, il-pubblikazzjoni u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri u aġġornat il-proċeduri tagħha għal finijiet ta’ trasparenza u dokumentazzjoni;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

10.

Jinnota li fl-2011, l-Aġenzija ħabbret 15-il post vakanti għal aġenti temporanji u li, fi tmiem is-sena, l-għadd totali tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija kien kiber minn 656 għal 689;

11.

Jirrikonoxxi mill-Qorti tal-Awdituri l-ħtieġa li titjieb it-trasparenza tal-proċeduri tal-għażla tal-persunal; jinnota bi tħassib li l-membri tal-Bord ta’ Għażla mhux dejjem ikkompletaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta’ kunflitt ta’ interessi, jew inkella ma għamlux dan f’waqtu, u ma kien hemm l-ebda evidenza li ttieħdet xi azzjoni biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma minn dawk id-dikjarazzjonijiet; jiddispjaċih li d-dokumentazzjoni tal-proċedimenti tal-Bord ta’ Għażla mhux dejjem kienet adegwata u li ma hemm l-ebda evidenza ta’ kif ġie stabbilit il-metodu kif il-kandidati għandhom jiddaħħlu fil-lista ristretta u li l-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub jew l-intervisti ġew stabbiliti qabel l-eżamijiet;

12.

Jinnota mill-Aġenzija li din ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri u aġġornat il-proċeduri tagħha għal trasparenza u dokumentazzjoni f’waqtha; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv kunsiderevoli; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

Kunflitt ta’ interessi

13.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri wettqet verifika biex tevalwa l-politiki u l-proċeduri għall-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess għal erba’ aġenziji Ewropej, inkluża l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u ppreżentat ir-riżultati tagħha fir-Rapport Speċjali 15/2012;

14.

Jinnota li, skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, fil-ħin tat-tlestija tal-ħidma fil-post (Ottubru 2011), l-Aġenzija ma kellhiex ġestjoni adegwata tas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interessi, iżda żviluppat waħda mill-aktar politiki u proċeduri avvanzati għad-dikjarazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi;

15.

Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija ħadet għadd ta’ passi wara r-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza għall-2010, il-verifika tal-Qorti tal-Awdituri u l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali 15/2012, b’mod partikolari:

il-politika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi tal-membri u l-esperti tal-kumitati xjentifiċi, sistema diġà riveduta li daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2011, li reġgħet ġiet riveduta fl-2012 (l-aktar biex tingħata gwida aktar ċara) u daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ April 2012,

eżami obbligatorju tal-kunflitti ta’ interessi dikjarati tal-kumitati xjentifiċi ġie introdott fid-29 ta’ Settembru 2011; il-possibbiltà, barra minn hekk, ta’ eżami bil-quddiem ta’ kwalunkwe espert, qabel ma ssirlu l-evalwazzjoni formali tal-Aġenzija għall-involviment fl-attivitajiet tagħha, ikun offrut lill-awtoritajiet tan-nomina kollha,

politika riveduta dwar it-trattament tal-kunflitti ta’ interessi tal-Bord Amministrattiv (f’konformità mal-politika għall-membri/esperti tal-kumitati xjentifiċi) daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ April 2012,

proċeduri ta’ ksur tal-fiduċja ġew żviluppati kemm għall-membri/esperti tal-kumitati xjentifiċi (il-proċeduri daħlu fis-seħħ fit-3 ta’ April 2012) kif ukoll għall-membri tal-Bord Amministrattiv (il-proċeduri daħlu fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2012),

rigward it-trasparenza, ir-reġistrazzjoni tal-interessi ddikjarati ġiet raffinata iktar b’tali mod li kull involviment restritt stabbilit fir-rigward tal-punti tal-aġenda ta’ laqgħa issa jiġi rreġistrat (implimentata qabel Diċembru 2012);

16.

Iħeġġeġ lill-Awtorità biex tkompli timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri ħalli tevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi fid-diversi strutturi ta’ governanza u operat tagħha, u biex kull sitt xhur tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-proċeduri msemmija hawn fuq, kif ukoll dwar kwalunkwe żvilupp ieħor fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interessi;

17.

Jitlob li l-Aġenzija tibda djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet relatati mal-kunflitt ta’ interessi, tistieden lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati biex mill-anqas darbtejn fis-sena jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni abbażi ta’ aġenda maqbula u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu ta’ dawk id-deliberazzjonijiet;

18.

Jilqa’ l-impenn min-naħa tal-Aġenzija li fl-ewwel nofs tal-2013 twettaq rieżami tal-implimentazzjoni tal-politika riveduta tagħha dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi u li bħalissa qed jiġi żviluppat kontroll ex ante u ex post dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi li għandu jiġi implimentat fit-tieni trimestru tal-2013; jitlob li l-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’kwittanza informata dwar l-eżiti rispettivi tagħhom;

19.

Jilqa’ l-fatt li, wara li f’Ġunju 2012 dak li qabel kien il-Kap tas-Servizz Legali telaq mill-Aġenzija biex jaħdem, bħala avukat ta’ livell għoli, f’uffiċċju legali li huwa bbażat fl-Istati Uniti u li l-klijenti tiegħu jinkludu għadd ta’ kumpaniji farmaċewtiċi, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija nieda rieżami ta’ xogħlu bħala Kap tas-Servizz Legali, President tal-Kumitat Konġunt, President tal-Kumitat tad-Dixxiplina u membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist u l-Kuntratti; jirrikonoxxi li ma setgħet tiġi identifikata l-ebda evidenza ta’ kunflitt ta’ interessi jew ksur tal-obbligi previsti fl-Artikoli 11 u 11a tar-Regolamenti tal-Persunal; jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, id-Direttur Eżekuttiv impona xi restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta’ dak li qabel kien il-Kap tas-Servizz Legali għal perjodu ta’ sentejn wara t-tluq tiegħu mill-Aġenzija; jitlob lill-Aġenzija biex tagħti lill-awtorità tal-kwittanza informazzjoni dettaljata dwar dawk ir-restrizzjonijiet;

Awditu intern

20.

Jieħu nota li saret valutazzjoni approfondita tar-riskju sabiex tiddetermina l-prijoritajiet tal-verifika u, b’riżultat, is-suġġett miftiehem tal-verifika għall-2012 kien ‘L-Ippjanar u l-Ibbaġitjar’, u s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq verifika intitolata “Kontinwità tan-Negozju Operattiv fl-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini”;

21.

Jinnota li, abbażi tar-riżultati ta’ dik il-verifika, l-IAS għamel 13-il rakkomandazzjoni, li sebgħa minnhom kienu kklassifikati bħala “importanti ħafna”, ħamsa bħala “importanti” u waħda bħala “mixtieqa”; jinnota b’sodisfazzjon li l-Bord Amministrattiv aċċetta r-rakkomandazzjonijiet kollha u li l-IAS qies li l-pjan ta’ azzjoni ppreparat mill-Aġenzija biex tirrettifika dawk ir-rakkomandazzjonijiet kien adegwat;

22.

Jinnota li l-IAS wettaq ukoll eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) fil-forma ta’ awtovalutazzjoni tar-riskju, li tipprovdi stampa ġenerali tal-esponiment għar-riskju tal-IT;

23.

Jirrikonoxxi li fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-IAS u l-implimentazzjoni tagħhom mill-Aġenzija sal-31 ta’ Diċembru 2011, hemm disgħa rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” miftuħa minn verifiki preċedenti, li tmienja minnhom ġew implimentati mill-Aġenzija u li qed jiġu eżaminati mill-IAS, u li l-ebda rakkomandazzjoni kritika ma baqgħet miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2011;

24.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċizjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzjontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 116.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 82.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/260


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011

(2013/585/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0098/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 116.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/261


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011

(2013/586/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0071/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 123.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0071/2013),

A.

billi ċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (“iċ-Ċentru”), li jinsab f’Lisbona, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 (6),

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

C.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2010 (7), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

talab liċ-Ċentru jieħu azzjoni immedjata biex iżid ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-futur u biex iżomm lill-awtorità tal-kwittanza informata dwar il-progress miksub,

talab liċ-Ċentru jikkonsolida l-ġestjoni finanzjarja tiegħu; jirrikonoxxi li kwistjonijiet relatati mad-droga għandhom ikunu rappreżentati b’mod adegwat fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid (2014-2020);

ħeġġeġ liċ-Ċentru jimplimenta, mingħajr dewmien, ħames rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) u jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-progress miksub,

D.

billi l-baġit kumplessiv għaċ-Ċentru għas-sena 2011 kien jammonta għal EUR 16 274 205,07, meta mqabbel ma’ EUR 15 900 323 fl-2010, somma li tikkostitwixxi żieda ta’ 2,35 %,

E.

billi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2011 kienet ta’ EUR 15 400 000,

F.

billi l-kont tal-eżitu ekonomiku fl-2011 kellu riżultat negattiv ta’ EUR – 203 404,85,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jirrikonoxxi mir-Rapport Annwali tal-Attività (AAR) li l-ġestjoni baġitarja u finanzjarja murija miċ-Ċentru wasslet għall-eżekuzzjoni tal-baġit ta’ kważi 100 % fl-impenji u fil-pagamenti kif ġej:

Titolu 1: 99,92 % fl-impenji u 99,40 % fil-pagamenti;

Titolu 2: 99,49 % fl-impenji u 90,08 % fil-pagamenti; u

Titolu 3: 97,18 % fl-impenji u 99,86 % fil-pagamenti;

2.

Josserva mill-kontijiet annwali definittivi li ċ-Ċentru jiddependi mid-dħul li ġej għall-baġit tiegħu:

EUR 15 400 000 li jridu jingħataw mis-sussidju tal-Kummissjoni liċ-Ċentru;

EUR 379 934,67 li jridu jingħataw min-Norveġja għall-parteċipazzjoni tagħha fiċ-Ċentru;

EUR 400 000 bħala dħul assenjat mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni 3;

3.

Jistabbilixxi mill-AAR li fl-2011 twettqet valutazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist u tal-kuntratti; jinnota d-dikjarazzjoni taċ-Ċentru li ssostni li dan żviluppa azzjonijiet ibbażati fuq ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, jiġifieri fuq (i) ir-razzjonalizzazzjoni tal-proċeduri tal-offerti u t-tnaqqis ta’ proċeduri negozjati, (ii) l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni xierqa tal-kuntratti u (iii) l-iżvolġiment tal-proċeduri tal-offerti qabel l-2010;

4.

Jinnota l-kummenti magħmula mill-Qorti tal-Awdituri rigward l-ispejjeż ta’ madwar EUR 275 000 għal spazju ta’ uffiċċji mhux okkupat li tħallsu miċ-Ċentru; jinnota t-tweġiba taċ-Ċentru li qed “ikompli u jżid l-isforzi tiegħu f’dan il-qasam”; jitlob li jiġi aġġornat b’mod komprensiv dwar iktar żviluppi dwar din il-kwistjoni; jesiġi li tinstab soluzzjoni b’urġenza għal din il-kwistjoni;

Il-prestazzjoni

5.

Jirrikonoxxi mill-AAR li fl-2011, bħala parti mill-iżvilupp tiegħu ta’ sistema integrata għal ġestjoni u bbaġitjar ibbażzati fuq l-attività, iċ-Ċentru beda jimplimenta sistema kontabilistika analitika; jinnota wkoll li ċ-Ċentru żied il-kapaċità tiegħu li jkompli jtejjeb is-sistema ta’ ppjanar u monitoraġġ tiegħu, b’enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni, li se jkompli jiġu żviluppati fil-perjodu ta’ programmar 2013-2015;

6.

Jirrikonoxxi li t-tielet valutazzjoni esterna taċ-Ċentru tnediet mill-Kummissjoni fl-2011 f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 u kienet mistennija titlesta sal-2012; jitlob liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri implimentati fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-valutazzjoni esterna msemmija hawn fuq;

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet

7.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri identifikat 51 każ b’valur totali ta’ EUR 90 053 li fihom approprjazzjonijiet riportati għall-2012 ma kinux relatati ma’ impenji legali eżistenti u għalhekk kien imisshom ġew diżimpenjati u mħallsa lura lill-Kummissjoni sa tmiem l-2011; jinnota li ċ-Ċentru beda l-proċess tard wisq u konsegwentement, minħabba restrizzjonijiet imposti mis-sistema tal-IT, il-fondi se jiġu bblokkjati għal sena u se jiġu diżimpenjati u mħallsa lura fi tmiem l-2012 biss; jitlob liċ-Ċentru jtejjeb l-ippjanar tiegħu sabiex jiġu evitati tali sitwazzjonijiet fil-futur;

Is-sit

8.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li bħalissa ċ-Ċentru għandu l-ispiża annwali ta’ madwar EUR 275 000 għal spazju ta’ uffiċċji mhux okkupat fil-bini preċedenti tiegħu u fil-Kwartieri Ġenerali l-ġodda; jitlob liċ-Ċentru biex, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Awtoritajiet Nazzjonali, ifittex soluzzjonijiet adegwati għall-ispazju ta’ uffiċċji mhux okkupat u jżomm lill-awtorità tal-kwittanza informata;

Il-politika tat-teżor

9.

Jinsab imħasseb dwar is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li ċ-Ċentru għadu ma adottax u ma implimentax politika tat-teżor biex inaqqas u jifrex ir-riskju finanzjarju filwaqt li jimmira lejn redditi adegwati; jinnota t-tweġibiet taċ-Ċentru li jħabbru t-teħid ta’ azzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet kollha; jitlob liċ-Ċentru jieħu mingħajr dewmien il-miżuri kollha ta’ rimedju mħabbrin u jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas;

10.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li ċ-Ċentru għadu ma adottax politika komprensiva dwar eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet mill-proċessi u l-proċeduri stabbiliti; jinnota t-tweġibiet taċ-Ċentru li jħabbru t-teħid ta’ azzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet kollha; jitlob liċ-Ċentru jimplimenta mingħajr dewmien ir-rimedji kollha mħabbrin u jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas;

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ

11.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li ċ-Ċentru jista’ jtejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jitlob liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jittejbu l-proċeduri ta’ reklutaġġ; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ semplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

Is-sistema kontabilistika

12.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali definittivi li ċ-Ċentru implimenta struttura ġdida għad-dħul maħluqa skont kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC) bl-għan li jissemplifika u jtejjeb il-ġestjoni tal-ordnijiet ta’ rkupru;

13.

Jinnota wkoll li ċ-Ċentru rreveda s-sistema ta’ ġestjoni tiegħu bbażata fuq l-attività u ddefinixxa s-sistema kontabilistika tiegħu bbażata fuq il-kost; jirrikonoxxi b’mod partikolari li l-applikazzjonijiet ABAC u SAP CO rilevanti ġew ikkonfigurati b’mod xieraq;

L-awditu intern

14.

Jirrikonoxxi li fl-2011, l-IAS wettaq awditu ta’ konformità tar-“Rapport annwali ta’ attività u l-elementi importanti tal-assigurazzjoni”; jinnota li abbażi tar-riżultati tal-awditu msemmi hawn fuq, l-IAS għamel tmien rakkomandazzjonijiet, tnejn li kklassifika bħala “importanti ħafna” u sitta bħala “importanti”; jitlob liċ-Ċentru jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS għall-2011 flimkien ma’ dawk minn awditi preċedenti tal-IAS li għadhom pendenti u jżomm lill-awtorità tal-kwittanza informata;

15.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 123.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 206.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/266


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/587/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0071/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 123.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/267


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011

(2013/588/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0078/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 129.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0078/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-baġit tal-Aġenzija fl-2011 kien jammonta għal EUR 56,4 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 54,4 miljun fis-sena ta’ qabel;

2.

Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li l-impenji tal-baġit li ammontaw għal EUR 0,9 miljun ma kinux relatati ma’ impenji legali eżistenti u li l-Aġenzija missha diżimpenjat u ħallset l-ammont lura lill-Kummissjoni fil-bidu tal-2012; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija bdiet il-proċess tard wisq u, konsegwentement, minħabba restrizzjonijiet imposti mis-sistema tal-IT, il-fondi se jiġu mblukkati għal sena u se jiġu diżimpenjati u mħallsa lura fi tmiem l-2012 biss;

3.

Jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħadet passi sabiex tiżgura li l-bilanċi pendenti fuq l-impenji li mhumiex marbuta ma’ obbligi legali eżistenti jiġu diżimpenjati qabel l-għeluq tas-sena, u li kienet tat istruzzjonijiet lill-Uffiċjali Awtorizzanti tagħha biex jibdew il-proċedura ta’ diżimpenn hekk kif ikun hemm ċertezza li miżura mhijiex jew mhux se tiġi implimentata bis-sħiħ; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza jekk il-miżuri kinux biżżejjed biex jiġi evitat li sitwazzjoni simili sseħħ mill-ġdid;

4.

Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri identifikat il-ħtieġa li tittejjeb il-ġestjoni tal-attivi tal-Aġenzíja; b’mod partikolari, sabet differenzi mhux spjegati bejn id-deprezzament annwali u dak akkumulat irreġistrati u li għall-attivi intanġibbli żviluppati internament, il-proċeduri tal-kontabilità u l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ma kinux affidabbli; jinnota n-nuqqas ta’ evidenza ta’ inventarju fiżiku tat-tagħmir amministrattiv fil-perjodu meħtieġ;

5.

Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li indirizzat il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ġestjoni tal-attivi tagħha, b’mod partikolari, matul l-2012, billi żviluppat u implimentat regoli u proċeduri dettaljati rigward il-ġestjoni tal-attivi, ivverifikat il-korrettezza tal-inventarju u, kif antiċipat, ikkompletat inventarju sħiħ tal-attivi fiżiċi matul it-tieni sitt xhur tal-2012; jinnota li r-reġistru tal-attivi li jappoġġa s-sistema kontabilistika għall-attivi bbażata fuq id-dovuti, li huwa l-istrument li tuża l-Aġenzija biex iżżomm rekord tal-attivi tagħha kollha, fl-aħħar ġie aġġornat għalkollox;

6.

Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija biegħet żewġ settijiet ta’ sistemi sweeping arms għas-servizzi tal-irkupru taż-żejt fil-baħar f’Diċembru 2011, bl-għan li tikseb mill-inqas il-valur nett skont il-kotba għat-tagħmir li jammonta għal EUR 319 050; jinnota li peress li l-prezz minimu kien iffissat ħażin f’valur inqas mill-valur nett skont il-kotba, it-tagħmir inbiegħ b’telf ta’ EUR 93 950; jemmen li peress li l-prezz miksub kien ir-riżultat ta’ proċedura tal-offerti, għandu jiġi indikat li r-rati ta’ deprezzament użati għandu mnejn ikollhom bżonn jiġu eżaminati;

7.

Jiirikonoxxi mill-Aġenzija li stabbilixxiet għadd ta’ linji gwida u proċeduri fir-rigward tal-ġestjoni tal-mezzi ta’ intervent kontra t-tniġġis tal-baħar, jirrikonoxxi li dawn ġew konsolidati b’mod konsistenti f’ġabra u li din il-ġabra tinkludi kapitolu dwar il-proċedura tal-bejgħ pubbliku u proċedura dettaljata għall-iffissar tal-valur deprezzat skont il-kotba rilevanti;

Ir-reklutaġġ

8.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li kien hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ, b’mod partikolari, il-limiti minimi li l-kandidati kellhom jiksbu sabiex jiġu mistiedna għal intervista, il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti u l-ippeżar korrispondenti għall-evalwazzjoni tal-kandidati ma ġewx stabbiliti qabel ma ġew eżaminati l-applikazzjonijiet; jirrikonoxxi li l-Aġenzija aġġornat il-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha kif xieraq;

Kunflitti ta’ interess

9.

Jitlob lill-Aġenzija tiskrutinizza u tipprojbixxi kunflitti ta’ interess possibbli meta tħaddem esperti u persunal mis-settur li tissorvelja;

L-awditu intern

10.

Jinnota li fl-2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu ta’ spezzjoni fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u, skont dan l-awditu, l-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni dettaljat li, skont l-IAS, indirizza b’mod adegwat ir-riskji importanti ħafna; jinnota li l-IAS ivverifika wkoll l-istatus tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” pendenti tal-awditi preċedenti u sab li l-Aġenzija implimentat dawn ir-rakkomandazzjonijiet kollha; jinnota li sa tmiem l-2011, l-Aġenzija qieset kważi 26 minn total ta’ 30 rakkomandazzjoni, li sarulha kemm mill-IAS kif ukoll mill-awditur intern tal-Aġenzija (Kapaċità tal-Awditjar Intern);

11.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 129.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/271


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011

(2013/589/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011 (1), flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0078/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 129.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/272


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/590/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013.(05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0100/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 135.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0100/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-transazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (“l-Aġenzija”) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja l-kwittanza, fost affarijiet oħra:

esprima t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat approprjazzjonijiet riportati għas-sena ta’ wara li ammontaw għal 19 % tal-baġit totali tal-Aġenzija,

ħeġġeġ lill-Aġenzija biex:

tpoġġi lista fiżika eżawrjenti tal-inventarju fil-post u tiżgura l-korrettezza tan-notamenti tal-kontabilità,

ittejjeb it-trasparenza tal-estimi u tiċċara min għandu responsabbiltà,

issaħħaħ l-awtorizzazzjoni tal-akkwist tagħha f’deċiżjoni ta’ finanzjament u f’livell ta’ programm ta’ ħidma,

tiżgura li l-iżvelar tal-eċċezzjonijiet fir-Rapport tagħha dwar l-Attività Annwali jsir b’mod komprensiv;

tiżgura segwitu xieraq ta’ irregolaritajiet potenzjali,

tiżviluppa u tirrapporta dwar il-kontrolli ex post,

C.

billi l-baġit globali tal-Aġenzija għas-sena 2011 kien EUR 8 102 921, li huwa 0,003 % inqas mill-baġit tagħha għall-2010 (EUR 8 133 188); billi għall-2011, il-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija ammontat għal EUR 7 931 858 (7), meta mqabbla ma’ EUR 7 928 200 fl-2010,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni kienet EUR 7 921 858 għall-2011; jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit tjiebet meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li l-baġit inizjali tal-Aġenzija għall-2011 ammonta għal EUR 7 931 858; jinnota, madankollu, li l-Bord tat-Tmexxija emenda l-baġit sabiex jirrifletti kontribuzzjoni ta’ EUR 171 063 minn pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

3.

Jistabbilixxi mill-kontijiet annwali li l-approprjazzjonijiet ġew impenjati b’rata ta’ 100 % meta mqabbla ma’ 99,95 % fl-2010, filwaqt li l-pagamenti laħqu l-livell ta’ 85,82 % tal-approprjazzjonijiet totali mmaniġġjati, meta mqabbla ma’ 75,46 % fl-2010;

L-approprjazzjonijiet riportati

4.

Jinnota mill-kontijiet annwali li EUR 1 166 895 tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ikkuntrattati sal-aħħar tal-2011 iżda li kienu għadhom ma tħallsux ġew riportati għall-2012; jinnota, barra minn hekk, li t-total ta’ approprjazzjonijiet riportati kkanċellati (jiġifieri riportati mill-2010 u mhux imħallsa fl-2011) fl-2011 jirrappreżenta EUR 130 133;

5.

Huwa mħasseb li, għal darba oħra, il-Qorti tal-Awdituri rrappurtat 33 % ta’ riporti mill-baġit operattiv tal-Aġenzija (Titolu III); jesprimi tħassib li din is-sitwazzjoni tindika dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija li huma ffinanzjati mit-Titolu III u mhijiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità; għal darba oħra, iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas; jinnota, barra minn hekk, li s-sitwazzjoni tjiebet, meta mqabbla mas-sena preċedenti (52 %);

6.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat 34 % ta’ riporti mill-baġit amministrattiv tal-Aġenzija (Titolu II); jinnota li din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità. għal darba oħra, iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas;

Proċeduri ta’ akkwist

7.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija għandha bżonn ittejjeb id-dokumentazzjoni tal-assi fissi peress li l-akkwisti tal-assi fissi huma rreġistrati f’livell ta’ fattura u mhux f’livell ta’ partita; iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

8.

Jinnota li l-ebda miżura xierqa ma ttieħdet biex tindirizza n-nuqqas ta’ trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ irrappurtati mill-Qorti tal-Awdituri fl-2010 u li l-Qorti, għal darba oħra, irrappurtat li l-Aġenzija għandha bżonn ittejjeb it-trasparenza ta’ dawk il-proċeduri; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas; iqis li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jippreżentaw piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu grad ta’ semplifikazzjoni taħt l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

9.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 135.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 221.

(7)  Kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011, p. 20.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/276


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/591/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013.(05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0100/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 135.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/277


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2011

(2013/592/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0103/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 145.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0103/2013),

A.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropa (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

iddispjaċih li l-iżbalji fil-previżjonijiet baġitarji rriżultaw fil-kanċellazzjoni jew fid-dewmien ta’ ċerti investimenti; ħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma immedjatament lill-awtorità ta’ kwittanza bil-miżuri implimentati sabiex ikun jista’ jsir tbassir aħjar tal-infiq,

fakkar li l-Aġenzija, fis-snin finanzjarji 2008 u 2009, ukoll kienet riportat approprjazzjonijiet f’ammonti konsiderevoli għal fuq is-sena finanzjarja 2010; kien tal-fehma li dak il-ksur serju tal-prinċipju baġitarju tal-annwalità ma jistax jiġi aċċettat aktar fil-futur u li l-kwittanza f’okkażjoni oħra għandha tiġi rrifjutata, f’każ ta’ ksur ieħor ta’ dak il-prinċipju baġitarju; talab lill-Aġenzija tieħu mingħajr dewmien il-miżuri meħtieġa għat-titjib tas-sitwazzjoni,

kien tal-opinjoni li l-Aġenzija ma indirizzatx b’mod adegwat il-problema tal-approprjazzjonijiet li ġew riportati minn sena għall-oħra; fakkar fl-importanza tal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità; stieden lill-Aġenzija tinforma l-awtorità tal-kwittanza dwar azzjonijiet li ttieħdu biex titjieb l-implimentazzjoni tal-baġit annwali u jitnaqqsu r-riporti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit,

ħeġġeġ lill-Aġenzija toħloq pjan pluriennali li jittraduċi objettivi fit-tul f’kompiti multiannwali u indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni assoċjati; enfasizza li dan se jżomm il-partijiet interessati informati aħjar dwar l-objettivi jew l-attivitajiet, il-prijoritajiet strateġiċi u l-allokazzjoni tar-riżorsi,

stieden lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) relatati mal-verifika dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani li saret mill-IAS fl-2009,

C.

billi, skont ir-rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-2011 (7), il-baġit tal-Aġenzija għas-sena 2011 kien jammonta għal EUR 25 988 665, meta mqabblel ma’ EUR 24 147 240 fl-2010, li jirrappreżenta żieda ta’ 7,62 % meta mqabbel mas-sena preċedenti,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Josserva li fir-Rapport Annwali ta’ Attività tal-Aġenzija ġie impenjat 95 % tal-approprjazzjonijiet u li 81 % ntuża għall-pagamenti; jikkonstata partikolarment li:

fit-Titolu I “Nefqa għall-persunal”, l-approprjazzjonijiet totali impenjati ammontaw għal EUR 15 930 664 (100 %), 99 % minnhom intuża għall-eżekuzzjoni ta’ pagamenti (EUR 15 710 948) filwaqt li 1 % tal-approprjazzjonijiet ġie riportat għall-2012 (EUR 219 716);

fit-Titolu II “Nefqa amministrattiva”, l-approprjazzjonijiet totali impenjati ammontaw għal EUR 2 212 548 (kważi 100 %), 75 % minnhom intuża għall-eżekuzzjoni ta’ pagamenti (EUR 1 649 635) filwaqt li 25 % tal-approprjazzjonijiet ġie riportat għall-2012 (EUR 562 913);

fit-Titolu III “Nefqa għall-operat”, l-approprjazzjonijiet totali impenjati ammontaw għal EUR 6 495 020 (83 %), 47 % minnhom intuża għall-eżekuzzjoni ta’ pagamenti (EUR 3 659 761) filwaqt li 36 % tal-approprjazzjonijiet ġie riportat għall-2012 (EUR 2 835 259);

2.

Jirrikonoxxi li l-livell tal-pagamenti quddiem l-approprjazzjonijiet baġitarji tjieb għat-titoli kollha, iżda jibqa’ baxx għat-Titolu III li jilħaq 47 % (39 % fl-2010); jesiġi li l-Aġenzija tadotta miżuri ulterjuri biex tittratta dan in-nuqqas, inkwantu din is-sitwazzjoni tikser il-prinċipju tal-annwalità tal-baġit u tirrapporta lura lill-awtorità baġitarja minnufih;

Persunal

3.

Josserva mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija se jkollha tissostitwixxi nofs il-persunal operattiv fil-perjodu 2013-2015; jistieden lill-Aġenzija tgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet meħuda biex issib tarf din is-sitwazzjoni diffiċli li taf tħarbat b’mod gravi l-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija;

Żewġ postijiet

4.

Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija tirrikonoxxi li l-użu ta’ żewġ postijiet iwassal għal ineffiċjenzi u spejjeż addizzjonali; josserva, barra minn hekk, li l-Aġenzija qiegħda tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas l-impatt negattiv tad-deċiżjoni dwar is-sede tal-Aġenzija;

5.

Jikkonstata mir-Rapport Annwali ta’ Attività li l-fażi preparatorja tal-proġett intiż li jżid il-kapaċità tas-sede ta’ Valenciennes tlestiet; josserva wkoll li t-titjib li għandu jsir lill-uffiċini ta’ Lille ġie pospost minħabba nuqqas ta’ riżorsi;

Sistema kontabilistika

6.

Josserva, mir-Rapport Annwali ta’ Attività, li l-Aġenzija aġġornat il-Manwal għall-Proċeduri Finanzjarji tagħha skont il-moduli tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti, ABAC Workflow u ABAC Assets; jikkonstata, barra minn hekk, li l-modulu ABAC Assets ġie implimentat fl-2011;

7.

Japprezza l-implimentazzjoni, mill-1 ta’ Settembru 2010, min-naħa tal-Aġenzija ta’ sistema ċentralizzata għar-reġistrazzjoni tal-fatturi li jidħlu; jenfasizza l-bżonn ta’ tali miżura biex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni fil-ħin tal-fatturi kollha u tikkontribwixxi biex tevita ttardjar fl-eżekuzzjoni tal-pagamenti;

Riporti

8.

Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-approprjazzjonijiet riportati għall-2012 kienu jammontaw għal EUR 3 617 887; jistieden lill-Aġenzija tadotta miżuri ulterjuri biex tittratta dan in-nuqqas, inkwantu din is-sitwazzjoni tikser il-prinċipju tal-annwalità tal-baġit;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

9.

Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija tista’ ttejjeb il-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha biex tiggarantixxi bis-sħiħ it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jittejbu l-proċeduri ta’ reklutaġġ; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

10.

Jieħu nota mir-Rapport Annwali ta’ Attività tal-Aġenzija tal-fatt li ġie reklutat persunal skont il-previżjonijiet u li r-rata ta’ impjiegi vakanti hija 2,78 % fi tmiem is-sena; josserva wkoll li n-numru totali tal-persunal fi tmiem l-2011 kien ugwali għal 140 aġent temporanju u 14-il aġent ieħor (aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati);

Kunflitti ta’ interess

11.

Jitlob lill-Aġenzija tistudja u tipprojbixxi kunflitti tal-interess potenzjali meta tkun qiegħda tirrekluta esperti u persunal mis-settur li twettaq is-superviżjoni tiegħu;

Awditjar intern

12.

Jikkonstata minn kif indikat l-Aġenzija li fl-2011 is-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq eżerċizzju ta’ awditjar bit-titolu “Ġestjoni tal-interoperabilità min-naħa ta’ esperti” biex jagħti assigurazzjoni raġonevoli tal-adegwatezza u tal-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern għal dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tal-interoperabilità min-naħa ta’ esperti fi ħdan l-Aġenzija; josserva li, fuq il-bażi tar-riżultati, is-Servizz tal-Awditjar Intern ifformula sitt rakkomandazzjonijiet, tnejn minnhom huma kklassifikati bħala “importanti ħafna”, tlieta bħala “importanti” u waħda “awspikabbli”; jitlob lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata dwar l-azzjonijiet meħuda;

13.

Jilqa’ pożittivament l-inizjattiva tal-Aġenzija biex tinħoloq, fi tmiem l-2007, Kapaċità ta’ Awditjar Intern inkarigata li toffri sostenn u konsulenza lid-Direttur Eżekuttiv u lir-responsabbli maniġerjali dwar il-kontrolli interni, il-valutazzjoni tar-riskji u l-awditjar intern; josserva wkoll li matul l-2011 l-attività tal-Kapaċità ta’ Awditjar Intern kienet immirata li tassisti lil-livell maniġerjali fil-valutazzjoni annwali tas-16-il Standard ta’ Kontroll Intern, fir-reviżjoni tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskji, fil-koordinament tal-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji għall-2011 u fl-iżvilupp ta’ politika speċifika fil-qasam tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fi ħdan l-Aġenzija;

14.

Jirreferi, għall-kummenti l-oħra ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 145.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 229.

(7)  Rapport dwar il-kontijiet annwali 2011, p. 6.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/281


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2011

(2013/593/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0103/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 145.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/282


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011

(2013/594/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0115/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 157.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0115/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“l-Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.

billi l-Awtorità, Aġenzija li għadha kemm inħolqot u li tinsab f’Pariġi, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u bdiet topera uffiċjalment fl-1 ta’ Jannar 2011 bħala awtorità indipendenti,

C.

billi l-Awtorità għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tat-tranżizzjoni legali tagħha mill-predeċessur tagħha, il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET), u bħala riżultat, minbarra l-mandat ġdid tagħha, ħadet f’idejha l-kompiti u r-responsabbiltajiet kollha eżistenti u li kienu għaddejjin mill-KRET (l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-operazzjonijiet pendenti kollha tal-KRET kienu trasferiti awtomatikament lill-Awtorità li kienet għadha kemm inħolqot),

D.

billi l-Awtorità hija parti integrali mis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet assoċjati magħha, l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, fi ħdan Kumitat Konġunt, u mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku,

E.

billi l-baġit globali allokat tal-Awtorità għall-2011 kien EUR 16 964 913,92,

F.

billi f’konformità mar-Regolament ta’ Fondazzjoni tagħha (6), 60 % tal-baġit tal-2011 ġie ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), u 40 % ġie ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni,

G.

billi, fi tmiem l-2011, l-Awtorità rreġistrat eżitu tal-baġit pożittiv ta’ EUR 4 457 244,82 (7), wara tnaqqis ta’ differenzi fir-rata tal-kambju ekwivalenti għal EUR 4 645,56, li mbagħad ġie mdaħħal fil-kontijiet bħala obbligazzjoni fir-rigward tal-Kummissjoni,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li l-kontribuzzjoni inizjali mill-Unjoni għall-baġit tal-Awtorità għall-2011 kienet ta’ EUR 6 784 000; jinnota li din kienet l-ewwel sena li fiha l-Aġenzija bdiet l-attivitajiet tagħha;

2.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li l-baġit ġenerali tal-Awtorità għall-2011 ammonta għal EUR 16 964 913,92 (inklużi EUR 9 857 457,23 mill-Istati Membri, EUR 257 288,76 bħala kontribuzzjoni minn osservaturi u EUR 66 167,93 li jirrappreżentaw “Dħul ieħor”);

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilitajiet kollha għal finanzjament ġdid, sostenibbli u fit-tul tal-Awtorità li jissalvagwardja l-indipendenza tagħha fil-kuntest tar-rieżami li jmiss tal-ħidma u l-arranġamenti finanzjarji tal-aġenziji mill-Kummissjoni, li se jitressaq mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2014;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibilità li toħroġ bi proposta li tiżgura li l-baġits tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) ikunu ffinanzjati bis-sħiħ mill-baġit tal-Unjoni;

5.

Jinnota bi tħassib li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju mhumiex kompletament adattati għall-iskema ta’ finanzjament tal-Awtorità peress li 60 % tal-baġit huwa ffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi EFTA; jemmen li dik il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata, l-aktar tard, matul ir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-aġenziji, u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta din is-sitwazzjoni u tirrapporta dwarha lill-awtorità tal-kwittanza;

6.

Jinnota mill-kontijiet annwali li l-biċċa l-kbira tal-attenzjoni tal-Awtorità fl-2011 kienet dedikata lill-istabbiliment u l-estensjoni ulterjuri tagħha;

7.

Jenfasizza l-importanza li jitqabblu b’mod adegwat il-baġit allokat mal-impjiegi disponibbli minn naħa u l-kompiti fdati lill-Awtorità min-naħa l-oħra, peress li żball fit-tqabbil jista’ jirriżulta fi żbilanċ fil-persunal fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal tal-Awtorità minn banda u l-involviment ta’ esperti nazzjonali mill-banda l-oħra; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Kummissjoni bidlet it-tabella tal-persunal kif ġiet proposta mill-Awtorità mingħajr ma indikat din il-bidla b’mod ċar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun trasparenti għalkollox dwar din il-kwistjoni u kwistjonijiet oħra;

8.

Jinnota t-tħassib li tqajjem fil-konklużjonijiet preliminari tal-valutazzjoni tal-FMI tas-settur finanzjarju ta’ Diċembru 2012 dwar l-Unjoni, li fih ġie rakkomandat li għandhom jiżdiedu r-riżorsi u s-setgħat tal-ASE biex ikunu jistgħu jissodisfaw b’suċċess il-mandati tagħhom, filwaqt li tissaħħaħ l-indipendenza operazzjonali tagħhom;

9.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li fil-laqgħa tal-inawgurazzjoni tal-Awtorità fil-11 ta’ Jannar 2011, il-Bord Maniġerjali adotta u approva r-regoli finanzjarji prinċipali u r-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità sabiex tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha bħala awtorità Ewropea;

Tranżizzjoni mill-KRET

10.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li d-deċiżjoni politika li tittrasforma l-KRET fl-Awtorità f’Jannar 2011 ittieħdet f’Settembru 2010, li ħalla perjodu ta’ erba’ xhur biex titwaqqaf l-Awtorità, u billi l-perjodu ta’ żmien li s-soltu jingħata għal kompiti bħal dawn huwa stmat li hu sentejn;

11.

Jinnota li l-ewwel kwart tal-2011 kien iddedikat għat-trasferiment ta’ assi mill-KRET lill-Awtorità u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni f’termini ta’ ċirkwiti finanzjarji, reklutaġġ u akkwisti, kif ukoll taħriġ dwarhom; jinnota, barra minn hekk, li t-tieni kwart kien ikkaratterizzat miċ-ċaqliq tal-Awtorità fil-bini tagħha, wara li ġie ffirmat kuntratt ġdid ta’ kiri f’Diċembru 2010; jinnota li kienu qegħdin isiru xi xogħlijiet fil-bini minn Marzu sa Ġunju 2011;

12.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li, fit-tielet u r-raba’ kwarti, meta l-organigramma u r-reklutaġġ tal-Awtorità ġew riveduti, ġew reklutati maniġers ġodda (President ġdid f’April 2011 u Direttur Eżekuttiv ġdid f’Ġunju 2011) u l-operazzjonijiet tagħha bdew jikbru;

13.

Jinnota li, skont l-Awtorità, il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq u l-ħin limitat għal tħejjija biex jitwaqqfu l-operazzjonijiet tagħha jispjegaw in-nefqa fl-2011 li hija anqas mill-estimi baġitarji;

Sistema kontabilistika

14.

Jinnota mill-kontijiet annwali li l-istruttura tal-baġit standard u ġenerali adottata mill-Awtorità fil-bidu tal-2011 kellha tiġi adattata skont il-bżonnijiet reali tagħha;

15.

Jinnota mill-kontijiet annwali li f’April 2011, l-Awtorità introduċiet kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC), is-sistema kontabilistika użata mill-Kummissjoni għall-kontabilità baġitarja; jinnota, barra minn hekk, li matul il-perjodu tranżitorju, minn Jannar sa April 2011, l-Awtorità użat sistema bbażata fuq spreadsheets u f’April ikkonvertiet għas-sistema finali ABAC/SAP użata mill-Kummissjoni;

16.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li l-kontijiet tal-baġit huma ġestiti mis-sistema ABAC u l-kontijiet ġenerali jinżammu mis-sistema SAP, li għandha interface dirett mas-Sistema Kontabilistika Ġenerali tal-Kummissjoni; jinnota wkoll li d-diversi rapporti baġitarji u finanzjarji huma prodotti bl-użu tal-għodda għar-rappurtar Business Objects;

17.

Jieħu nota li, skont l-Awtorità, hija implimentat il-validazzjoni tas-sistema kontabilistika tagħha permezz ta’ approċċ ta’ kontroll sħiħ fl-2011, u jħeġġeġ lill-Awtorità tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza bir-rapport ta’ segwitu għall-2012 dwar “Il-validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi” konformi mal-kriterji speċifikati mill-Kummissjoni (DĠ Baġit);

Implimentazzjoni tal-baġit

18.

Jistabbilixxi mill-kontijiet annwali li l-Awtorità rreġistrat proporzjon ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 75,7 % għall-impenji u ta’ 62,5 % għall-pagamenti fl-aħħar tal-2011;

19.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali (8) li EUR 1 901 218,61 tal-impenji ġew trasferiti mill-2011 għall-2012, li minnhom madwar EUR 250 000 jistgħu jeħtieġu li jiġu diżimpenjati aktar tard;

20.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-impenji għat-Titolu I (“Nefqa għall-Persunal”) kienet 84,95 % u 82,46 % għat-Titolu II (“Nefqa amministrattiva”); jinnota li l-2011 kienet sena tranżitorja mill-KRET għal awtorità Ewropea u sena ta’ tħejjija għal proċeduri u talbiet ġodda; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex ittejjeb il-proporzjonijiet, peress li l-proporzjon baxx ta’ eżekuzzjoni jindika diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

21.

Jieħu nota li l-Awtorità tinsab fil-perjodu ta’ tkabbir inizjali tagħha; jinnota li l-baġit għas-salarji kien, għalhekk, ogħla milli meħtieġ peress li mhux il-persunal kollu seta’ jiġi reklutat fil-bidu tas-sena; jinnota, barra minn hekk, li ammont iċken ta’ persunal milli oriġinarjament ibbaġitjat kellu effett korrispondenti fuq l-implimentazzjoni tat-Titolu II;

22.

Jirrikonoxxi li t-trasferimenti kollha tal-baġit saru fi ħdan l-istess titolu, minbarra trasferiment nett ta’ EUR 250 000 li ġie trasferit mit-Titolu I għat-Titolu II biex jgħin ikopri l-ispejjeż tar-rinnovazzjoni tal-bini l-ġdid;

23.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali tal-proporzjon baxx ħafna tal-implimentazzjoni tal-impenji ta’ 46,92 % għat-Titolu III (“Nefqa operazzjonali”); jinnota li madwar EUR 1 000 000 ta’ impenji għat-Titolu III ġew trasferiti biex ikopru proġetti tat-teknoloġija tal-informatika (IT) li kienu parti mill-programm ta’ ħidma 2011 iżda minħabba dewmien fil-proċess leġiżlattiv, id-dati oriġinali biex jinbdew dawn il-proġetti ġew posposti; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex ittejjeb dan il-proporzjon, peress li l-proporzjon baxx ta’ eżekuzzjoni jindika diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

24.

Jinnota li l-impenji li fihom kien diffiċli li wieħed jikkalkula n-nefqa kienu relatati ma’ taxxi dovuti lill-awtoritajiet Franċiżi, miżati tal-aġenti tal-ivvjaġġjar u taħriġ għas-superviżuri li ma ngħatax direttament mill-Awtorità;

25.

Jirrikonoxxi li l-Awtorità kkunsidrat biss it-tendenza fin-nefqa għall-2011 u l-fatt li l-baġit 2012 sarlu profil mill-ġdid u li fir-rigward tal-baġit 2013, kemm għat-Titolu I kif ukoll għat-Titolu II, l-Awtorità kkunsidrat il-fatt li matul perjodu ta’ tkabbir, mhux il-postijiet tax-xogħol vakanti kollha fl-organigramma se jimtlew fil-bidu tas-sena;

26.

Jinnota li skont l-Awtorità, minħabba diffikultajiet tekniċi u l-implimentazzjoni tard tal-ABAC, l-impenji tal-baġit korrispondenti ġew irreġistrati biss fil-kontijiet tard fl-2011;

27.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri identifikat għadd ta’ każijiet, b’valur totali ta’ EUR 207 442, fejn approprjazzjonijiet ta’ pagament li ġew trasferiti għall-2012 ma kinux jikkorrispondu għal impenji legali li saru; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li ttieħdu biex tevalwa dan in-nuqqas, peress li dawn ir-riporti kienu irregolari u għandhom jiġu kkanċellati;

28.

Jirrikonoxxi li l-ġestjoni tal-Awtorità ta’ assi fissi ttejbet; jinnota, barra minn hekk, li safejn għandhom x’jaqsmu l-assi intanġibbli, l-Awtorità implimentat skedi għall-persunal intern li qiegħed jaħdem fuq proġetti tal-IT mill-1 ta’ Jannar 2012 u li hija fil-proċess li ttejjeb il-proċeduri rilevanti;

Sistemi ta’ kontroll

29.

Jirrikonoxxi li l-istandards ta’ kontroll intern tal-Awtorità ġew adottati fl-2012 u li, fl-2012 ukoll, inħatar Koordinatur ta’ Kontroll Intern;

30.

Jilqa’ d-Deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali, adottata fil-11 ta’ Jannar 2011, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u attività illegali oħra ta’ detriment għall-interessi tal-Unjoni; jenfasizza li din id-Deċiżjoni ssegwi mill-qrib it-test tad-deċiżjoni mudell annessa mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999, u tirrappreżenta l-adeżjoni tal-Awtorità għal dak il-ftehim;

31.

Jirrikonoxxi li l-maġġoranza tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Awtorità għar-Regolament tal-Persunal ġew adottati, imma xi wħud minnhom għad iridu jiġu kkonfermati jew finalizzati;

32.

Jieħu nota tas-sitwazzjoni attwali, li hija identika għat-tliet ASE kollha:

14-il regola ta’ implimentazzjoni ġew adottati fl-2011,

ħames regoli ta’ implimentazzjoni ġew adottati fl-2012,

seba’ regoli ta’ implimentazzjoni qegħdin fil-proċess li jiġu approvati mill-kulleġġ tal-Kummissjoni jew id-DĠ HR;

erba’ regoli ta’ implimentazzjoni li finalment irrikjedew li t-tliet ASE jirrevedu r-regoli abbażi ta’ mudelli ġodda f’konformità mar-Regolament tal-Persunal il-ġdid għadhom ma ġewx approvati mill-Kummissjoni;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

33.

Jieħu nota li l-Awtorità ġabet il-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet ulterjuri li ħadet biex ittejjeb il-proċeduri ta’ reklutaġġ; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ semplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

34.

Jinnota mill-kontijiet annwali (9) li s-sena 2011 kienet sena kruċjali għall-Awtorità biex twaqqaf u testendi t-tim tar-riżorsi umani sabiex jinstab persunal adegwat għall-funzjonijiet u l-kompiti ġodda tagħha; jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-persunal tal-Awtorità kien rappreżentat minn 50 aġent temporanju, tliet membri tal-persunal impjegati taħt kuntratti Franċiżi li ġew trasferiti mill-organizzazzjoni preċedenti, ħames aġenti kuntrattwali, żewġ esperti nazzjonali ssekondati u żewġ apprendisti;

35.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (10) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 157.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, Artikolu 62(1).

(7)  Kontijiet annwali 2011, p. 27.

(8)  Kontijiet annwali 2011, p. 42.

(9)  Kontijiet annwali 2011, p. 46.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/288


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011

(2013/595/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0115/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 157.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/289


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011

(2013/596/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0080/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 165.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0080/2013),

A.

billi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (“il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (6),

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

C.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2010 (7), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost l-oħrajn:

stieden lill-Fondazzjoni u lill-Kummissjoni jinfurmaw lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-kontribuzzjoni reali mogħtija lill-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2010,

ħeġġeġ lill-Fondazzjoni tiffoka fuq ir-rappurtar kosteffikaċi rilevanti għall-Bord ta’ Governanza tal-Fondazzjoni u għall-persuni interessati ewlenin, b’tali mod li jkunu jistgħu jeżaminaw il-prestazzjoni tal-Fondazzjoni;

stieden lill-Fondazzjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) li fadal mill-awditjar preċedenti,

stieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-reviżjoni tal-baġit oriġinali tagħha għall-2010,

D.

billi l-approprjazzjonijiet ta’ impenn (8) fil-baġit tal-2011 kienu ta’ EUR 20 350 000 u ta’ EUR 19 850 000 għal pagamenti,

E.

billi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit tal-Fondazzjoni għall-2011 kienet ta’ EUR 19 850 000, meta mqabbla ma’ EUR 19 297 822 fl-2010, li tfisser żieda ta’ 2,86 %,

F.

billi, fl-aħħar tal-2011, il-Fondazzjoni rreġistrat eżitu baġitarju pożittiv ta’ EUR 117 686,58.

Il-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja

1.

Ifakkar li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni lill-Fondazzjoni għall-2011 ammontat għal EUR 19 850 000;

2.

Jistieden lill-Fondazzjoni u lill-Kummissjoni jinfurmaw lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-kontribuzzjoni reali mogħtija lill-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, hekk kif dan ma joħroġx ċar ħafna mill-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni;

3.

Ifakkar li l-Fondazzjoni għandha tagħti lura total ta’ EUR 117 686,58 lill-Kummissjoni, li jirrappreżenta l-eżitu baġitarju għall-2011;

4.

Josserva mir-rapport annwali tal-attività (RAA) tal-Fondazzjoni li din laħqet rata ta’ impenn ta’ 99,69 %, simili għar-rata ta’ eżekuzzjoni tal-2010, iżda ogħla f’termini nominali;

5.

Jirrikonoxxi mir-RAA li fl-2011, il-Fondazzjoni emendat darba l-baġit tagħha biex tintegra d-dħul assenjat (EUR 286 284,28 disponibbli mis-snin preċedenti u EUR 4 522,81 f’interessi akkumulati), li normalment ma jkunx definit meta jiġi adottat il-baġit (Novembru 2010 għall-baġit tal-2011);

6.

Jieħu nota li skont il-Fondazzjoni, il-ġestjoni tat-teżorerija tagħha hija rregolata b’Memorandum ta’ Qbil mad-Direttorat Ġenerali prinċipali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC), li jiddefinixxi kriterji ċari għall-iżborżament tas-sovvenzjoni abbażi ta’ rekwiżiti stretti għall-fluss tal-flus; jinnota, barra minn hekk, li wara ż-żjara tal-Qorti tal-Awdituri f’Novembru 2012, il-Fondazzjoni qed tippjana li tabbozza u tadotta politika formali għat-teżorerija fl-2013; jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li ttieħdu sabiex tiġi adottata politika formali għat-teżorerija sabiex timminimizza u tifrex ir-riskju finanzjarju filwaqt li timmira għal redditu adegwat;

It-trasferimenti u r-riporti

7.

Jistabbilixxi mir-RAA li inkluż mal-pagamenti tal-impenji operazzjonali riportati mill-2010, il-Fondazzjoni kisbet rata ta’ eżekuzzjoni ta’ pagamenti ta’ 99,8 % mill-EUR 19 850 000 ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2011, meta mqabbla ma’ 96,5 % fl-2010 u 90 % fl-2009;

8.

Jirrikonoxxi mir-RAA li l-Fondazzjoni naqqset in-numru ta’ trasferimenti baġitarji għal 12 fl-2011, meta mqabbla ma’ 15 fl-2010 u 33 fl-2009; jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni rriportat 13,1 % tal-ammont impenjat għall-2011, meta mqabbel ma’ 12,8 % fl-2010 u 17 % fl-2009;

9.

Jieħu nota li r-rata għar-riporti tal-attivitajiet operazzjonali – approprjazzjonijiet differenzjati (reste à liquider) hija ta’ 33 %, filwaqt li r-riporti amministrattivi għall-approprjazzjonijiet mhux differenzjati huma ta’ 3,9 %;

10.

Josserva li b’segwitu għar-reviżjoni tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tal-baġit, il-Fondazzjoni pproponiet riallokazzjoni baġitarja biex issaħħaħ l-attivitajiet operazzjonali, u dan wassal għal trasferiment tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mit-Titolu I għat-Titoli II u III ta’ EUR 147 340;

L-akkwist pubbliku

11.

Jistabbilixxi li fil-qasam tal-akkwist, tħassru disa’ proċeduri ta’ offerti, ġew iffirmati 38 kuntratt u fil-31 ta’ Diċembru 2011 kien hemm 104 kuntratti attivi;

Il-bini

12.

Jirrikonoxxi, mill-Qorti tal-Awdituri, li l-qagħda fir-rigward tal-bini tal-Fondazzjoni mhijiex sodisfaċenti u tqiegħed l-attivitajiet tagħha f’riskju ta’ interruzzjoni; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas; jinnota li l-Fondazzjoni fil-preżent qiegħda fil-proċess li tiffirma l-kuntratt il-ġdid ta’ servizzi mar-reġjun, li huwa ppjanat — b’segwitu għall-ftehim mal-partijiet - għall-aħħar ta’ Frar 2013;

Ir-riżorsi umani

13.

Jinnota mir-RAA li fl-aħħar tal-2011, il-Fondazzjoni kellha sitt karigi battala fil-pjan ta’ stabbiliment tagħha, meta mqabbla mal-erbgħa li kellha fl-aħħar tal-2010;

14.

Josserva li n-numru tal-persunal fil-Fondazzjoni issa laħaq il-125, b’seba’ membri tal-persunal li ngħaqdu mal-Fondazzjoni fl-2011 u 10 li telqu fl-istess sena;

15.

Jieħu nota mir-RAA li l-għadd ta’ karigi disponibbli għall-implimentazzjoni tal-mandat tal-Fondazzjoni huwa kif ġej:

90 kariga temporanja;

32 aġent kuntrattwali u lokali,

ewġ aġenti lokali, u

espert nazzjonali sekondat,

Il-prestazzjoni

16.

Josserva mir-RAA li l-Fondazzjoni żviluppat lista riveduta ta’ indikaturi tal-prestazzjoni tal-kumpanija bil-għan li l-objettivi tagħha jsiru aktar rilevanti u jkunu jistgħu jitkejlu aħjar, kif ukoll biex jipprovdu data dwar il-prestazzjoni tal-Fondazzjoni fil-livell aggregat f’relazzjoni man-negozju ewlieni u l-funzjonament tagħha;

17.

Jinnota, barra minn hekk, li l-Fondazzjoni żviluppat il-proġett li għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm data ewlenija attwalizzata għall-monitoraġġ ta’ kuljum tal-attivitajiet tagħha u, b’mod partikolari, għall-ġestjoni u r-rappurtar;

18.

Jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni kompliet b’suċċess it-tieni sena tal-Proċess ta’ Turin, li jipprovdi analiżi konċiża, dokumentata u komprensiva tar-riforma fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f’kull pajjiż, inkluż l-identifikazzjoni tax-xejriet ewlenin tal-politika, l-isfidi, ir-restrizzjonijiet, il-prattika tajba u l-opportunitajiet, bil-konferenza li tikkonsolida s-sejbiet tal-analiżi mill-2010 u l-ftehim dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Turin, kif ukoll l-inizjattiva Torinet dwar il-bini ta’ kapaċità fit-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza;

Il-kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

19.

Jinnota li f’Novembru 2009, il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Fondazzjoni u s-Cedefop ġie mġedded għall-perjodu 2010-2013; jirrikonoxxi li kull sena l-Fondazzjoni u s-Cedefop jabbozzaw programm ta’ ħidma konġunta fil-kuntest tal-qafas ta’ kooperazzjoni, li jiġi anness mal-programmi ta’ ħidma ta’ kull Aġenzija; jilqa’ l-intenzjoni tal-Fondazzjoni li tiddedika aktar spazju għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm ta’ ħidma konġunta fir-RAA tal-ġejjieni;

20.

Jistabbilixxi li fl-2011, il-Fondazzjoni u s-Cedefop għamlu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom iżjed sistematizzata sabiex jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-mandati rispettivi tagħhom, li wasslet għall-organizzazzjoni ta’ seminars għall-kondiviżjoni tal-għarfien, kollaborazzjonijiet fil-qasam tal-iżvilupp tal-kwalifiki, l-implimentazzjoni ta’ strumenti komuni tal-Unjoni u l-kooperazzjoni fit-tħejjija tar-rappurtar dwar il-progress għall-2012 tal-Pajjiżi Kandidati bħala parti mis-segwitu għall-Communiqué ta’ Bruges dwar it-tisħiħ tal-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Fondazzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tesplora ulterjorment is-sinerġiji li hemm bejn dawn l-aġenziji u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-integrazzjoni possibilment aktar profonda ta’ dawn l-erba’ aġenziji; jistieden lil dawn l-aġenziji u lill-Kummissjoni jevalwaw jekk kooperazzjoni aktar mill-qrib tistax twassal għal ekonomiji ta’ skala u ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom;

L-awditu intern

22.

Jirrikonoxxi li fl-2011 l-IAS wettqet awditjar operazzjonali u ta’ konformità dwar il-komunikazzjoni esterna u interna tal-Fondazzjoni; jinnota, b’mod partikolari, li l-IAS ħarġet b’14-il rakkomandazzjoni, li l-ebda waħda minnhom ma ġiet ikklassifikata bħala “kritika” jew “importanti ħafna”; jinnota, barra minn hekk, li 12-il rakkomandazzjoni ġew ikklassifikati bħala “importanti” u rakkomandazzjoni waħda bħala “mixtieqa”;

23.

Jistieden lill-Fondazzjoni f’dan il-kuntest, timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

24.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (9) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 165.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(7)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 238.

(8)  Kontijiet Annwali għall-2011, p. 13.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/294


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011

(2013/597/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0080/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 165.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/295


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

(2013/598/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0085/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 219.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0085/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

Amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jistabbilixxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-baġit tal-Aġenzija fl-2011 kien jammonta għal EUR 16,4 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 15,5 miljun fl-2010, somma li tirrappreżenta żieda ta’ 5,8 %;

2.

Jiddispjaċih li fl-istess ħin, ir-rata ta’ kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet irduppjat, minn 4 % fl-2010 għal 8 % (EUR 1,3 miljun) tal-baġit totali għall-2011, fattur li jindika diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fil-programm ta’ ħidma annwali u fil-konformità mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jappella sabiex fil-futur jiġi ppreżentat programm aktar realistiku u fattibbli;

3.

Il-livelli tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 kienu ġeneralment aħjar mis-sena preċedenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet ta’ C8 u tnaqqis ta’ ammonti riportati ta’ approprjazzjonijiet ta’ C1 għat-Titolu III — “Attivitajiet operattivi”; jinnota li r-rata ta’ kanċellazzjoni ogħla għall-approprjazzjonijiet tal-2011 hija parzjalment ikkawżata minn xi pożizzjonijiet vakanti u l-ħtieġa biex ma jkunx hemm impenn f’attività kbira (il-proġett OSHwiki: enċiklopedija onlajn dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol) sakemm ġiet żgurata l-kooperazzjoni internazzjonali; jitlob lill-Aġenzija tindirizza s-sitwazzjoni u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda;

4.

Jinnota bi tħassib li filwaqt li r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni jipprovdu inventarju fiżiku tal-anqas darba kull tliet snin, fil-waqt tal-awditu tal-Qorti tal-Awdituri l-aħħar inventarju fiżiku kien twettaq fl-2006;

5.

Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-inventarju fiżiku twettaq fl-2012;

Ftehim dwar is-sede

6.

Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija ma kkonkludietx ftehim dwar is-sede;

7.

Jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li n-negozjati rigward il-ftehim dwar is-sede tal-Aġenzija għadhom għaddejjin u li l-abbozz ta’ ftehim li ġie nnegozjat qabel reġa’ kien soġġett għal konsultazzjonijiet li jinvolvu ministeri differenti; jitlob lill-Aġenzija tinforma kif xieraq lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress miksub fin-negozjati u jistieden lill-Istat Membru li jospita lill-Aġenzija jieħu passi biex iħaffef il-pass tan-negozjati u jikkonkludi l-ftehim dwar is-sede fil-futur qarib;

Il-prestazzjoni

8.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, flimkien mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, tkompli tesplora s-sinerġiji li jeżistu bejn dawn l-aġenziji u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza, qabel ma tiġi kkunsidrata kwalunkwe deċiżjoni dwar tibdil possibbli fir-responsabbiltajiet u/jew il-metodi ta’ ħidma rispettivi ta’ dawn l-aġenziji, fir-rigward tal-possibbiltà ta’ integrazzjoni aktar profonda ta’ dawn l-erba’ aġenziji; jistieden lil dawn l-aġenziji u lill-Kummissjoni jevalwaw jekk kooperazzjoni aktar mill-qrib tistax twassal għal ekonomiji ta’ skala u għall-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom;

L-awditu intern

9.

Jinnota li fl-2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Aġenzija ħareġ rapport ta’ awditjar intitolat “Website and external communications in the EU-OSHA” li ma kien jinkludi l-ebda rakkomandazzjoni kritika, filwaqt li kien fih żewġ rakkomandazzjonijiet “importanti ħafna” u ħames rakkomandazzjonijiet “importanti”; jinnota li s-seba’ rakkomandazzjonijiet kollha kemm huma ġew aċċettati mill-bord amministrattiv u diġà ġew implimentati (sitta minn sebgħa fl-2011 u l-aħħar waħda fl-2012); jinnota li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tal-kompiti relatati mal-IT fi ħdanha u ħarġet rapport dwar dan is-suġġett, kif ukoll wettqet rieżami tal-istatus tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditi preċedenti;

10.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 219.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/298


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

(2013/599/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0085/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 219.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/299


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011

(2013/600/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0104/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 171.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0104/2013),

A.

billi l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (“l-Aġenzija”) ġiet stabbilita fil-Lussemburgu fl-1958; billi d-Deċiżjoni 2008/114/KE stabbiliet statuti ġodda għall-Aġenzija u għaldaqstant saret aġenzija Ewropea,

B.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

1.

Jinnota li fl-2011, l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju biex tkopri l-operazzjonijiet tagħha u li l-Kummissjoni għamlet tajjeb għall-ispejjeż kollha mġarrba mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għall-2011; jinnota li din is-sitwazzjoni ilha għaddejja sa mill-ħolqien tal-Aġenzija fl-2008;

2.

Jinnota li fin-nuqqas ta’ baġit awtonomu, l-Aġenzija ġiet integrata de facto fil-Kummissjoni fl-2011 u li din is-sitwazzjoni ma tikkonformax mal-Istatuti tagħha;

3.

Jinnota madankollu li fl-2011, il-Kummissjoni adottat il-proposta li tistabbilixxi mill-ġdid linja baġitarja speċifika (jiġifieri l-linja baġitarja 32 01 06) għall-Aġenzija u b’riżultat ta’ dan, ingħatat sussidju ta’ EUR 98 000 mill-Kummissjoni fl-2012, b’baġit totali ta’ EUR 104 000 (inkluż dħul finanzjarju) fl-2012; iqis li dan kollu huwa kisba kbira fl-indirizzar tat-tħassib attwali;

4.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 171.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/302


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011

(2013/601/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0104/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 171.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/303


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

(2013/602/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0067/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 174.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0067/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (“il-Fondazzjoni”) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

ħeġġeġ lill-Fondazzjoni tirreġistra d-deċiżjonijiet kollha tal-Bord ta’ Tmexxija dwar l-istħarriġ peress li l-effiċjenza u l-effikaċja fl-ikkomunikar ta’ dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu affettwati fin-nuqqas ta’ standards xierqa għad-dokumentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu;

stieden lill-Fondazzjoni tistabbilixxi proċeduri bil-miktub dwar l-attivitajiet ewlenin tagħha, li jistgħu jassistu lill-Fondazzjoni sabiex tuża r-riżorsi tagħha b’mod effikaċi u tidentifika dgħufijiet potenzjali;

ħeġġeġ lill-Fondazzjoni tindirizza b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri meħuda f’dan ir-rigward;

C.

billi l-baġit ġenerali tal-Fondazzjoni għas-sena 2011 kien ta’ EUR 20 600 000, ammont li jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2010 (EUR 20 900 000); billi għall-2011, il-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Fondazzjoni kienet tammonta għal EUR 20 210 000, meta mqabbla ma’ EUR 19 067 159 fl-2010,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota mill-kontijiet annwali li EUR 1 166 895 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn ikkuntrattati sal-aħħar tal-2011 iżda li kienu għadhom ma tħallsux ġew riportati għall-2012; jinnota, barra minn hekk, li t-total ta’ approprjazzjonijiet riportati kkanċellati (jiġifieri, riportati mill-2010 u li ma tħallsux fl-2011) fl-2011 huwa ta’ EUR 130 133;

2.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat li 47 % tal-approprjazzjonijiet ta’ Titolu III (nefqa operattiva) li jammontaw għal EUR 3 400 000, ġew riportati mill-Fondazzjoni, u li EUR 1 600 000 minnhom ma kinux ippjanati (22 % ta’ Titolu III); jesprimi tħassib li din is-sitwazzjoni tindika dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni li huma ffinanzjati mit-Titolu III u mhijiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

3.

Jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas u l-azzjonijiet li se tieħu sabiex tiġi evitata sitwazzjoni bħal din fil-futur; jinnota barra minn hekk, li s-sitwazzjoni marret għall-agħar meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza għall-2010

4.

Jilqa’ r-rapport tal-Fondazzjoni dwar il-miżuri meħuda fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza tal-2010; b’mod partikolari, jinnota li skont il-Fondazzjoni:

jinsab disponibbli reġistru tad-deċiżjonijiet kollha tal-Bord u tal-Bureau fuq il-websajt tal-Fondazzjoni u li l-firem u d-dati neqsin kienu żbalji okkażjonali li ġew rimedjati;

il-manwal komprensiv għall-proċess ta’ ġestjoni tal-istħarriġ kif rakkomandat mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) bħala parti mill-awditu tiegħu dwar il-ġestjoni tal-istħarriġ, ġie stabbilit u issa qed jiġi segwit mill-organizzazzjoni;

ir-rakkomandazzjonijiet miftuħin kollha tal-IAS fi tmiem l-2010 ngħalqu u d-dettalji jinsabu fir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet ta’ Awditjar Intern tal-2011 (rapport skont l-Artikolu 72.5 tar-Regolament Finanzjarju);

Prestazzjoni

5.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, flimkien mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, tkompli tesplora s-sinerġiji li jeżistu bejn dawn l-aġenziji u tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-possibbiltà ta’ integrazzjoni aktar profonda ta’ dawn l-erba’ aġenziji, qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar tibdil possibbli fir-responsabbiltajiet rispettivi u/jew jiġu kkunsidrati l-metodi ta’ ħidma ta’ dawn l-aġenziji; jistieden lil dawn l-aġenziji u lill-Kummissjoni jevalwaw jekk kooperazzjoni aktar mill-qrib tistax twassal għal ekonomiji ta’ skala u għall-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom;

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ

6.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri identifikat il-ħtieġa li tittejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jinnota li l-laqgħat tal-bord tal-għażla mhux dejjem ġew dokumentati biżżejjed u li m’hemm l-ebda evidenza li l-mistoqsijiet għall-intervisti jew it-testijiet bil-miktub ġew stabbiliti qabel l-intervisti jew l-eżamijiet;

7.

Jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

8.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 174.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 258.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara l-paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/307


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011

(2013/603/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0067/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 174.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/308


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011

(2013/604/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0072/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 180.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0072/2013),

A.

billi l-Eurojust, li tinsab fl-Aja, ġiet imwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

C.

billi fl-10 Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2010 (6), u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, fost affarijiet oħra:

talab lill-Eurojust tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-passi meħuda biex jiġi evitat ir-riport tal-approprjazzjonijiet;

esprima tħassib dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri kienet għal darba oħra nnutat nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; innota b’mod partikolari li l-livell ta’ pożizzjonijiet vakanti (13 %) kien għadu għoli wisq, għalkemm inqas milli kien fl-2009 (24 %) u fl-2008 (28 %);

talab lill-Eurojust tistabbilixxi pjan strateġiku multiannwali għall-IT kemm għall-attivitajiet operattivi kif ukoll għal dawk ta’ appoġġ;

ħeġġeġ lill-Eurojust tindirizza b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri meħuda f’dan ir-rigward;

D.

billi l-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 31 357 900,47 meta mqabbel ma’ EUR 32 241 523,92 fl-2010, somma li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 2,91 %;

E.

billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Eurojust għall-2011 kienet tammonta għal EUR 31 333 740, meta mqabbla ma’ EUR 30 163 220 fl-2010, somma li tirrappreżenta żieda ta’ 5,20 %,

F.

billi l-bilanċ tal-kont tal-eżitu għall-Eurojust fl-2011 kien pożittiv, b’ammont totali ta’ EUR 2 496 985,21,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali tal-2011 li l-Eurojust irċeviet baġit ta’ EUR 31 733 740 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li minnu ġew inkassati EUR 31 333 740; jinnota wkoll li l-baġit kien magħmul minn approprjazzjonijiet mhux differenzjati;

2.

Jinnota li fl-2011, il-Eurojust impenjat 93 %, 99 % u 96 % tal-approprjazzjonijiet riċevuti fil-qafas tat-Titolu I (nefqa relatata mal-persunal), it-Titolu II (nefqa amministrattiva) u t-Titolu III (nefqa operazzjonali) rispettivament; josserva li f’termini ta’ approprjazzjonijiet imħallsa, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-Eurojust hija ta’ 90 % fil-qafas tat-Titolu I, 78 % fil-qafas tat-Titolu II u 58 % fil-qafas tat-Titolu III u għalhekk jitlob lill-Eurojust timplimenta miżuri speċifiċi biex ittejjeb il-proċedura baġitarja tagħha u r-rata tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti tagħha; jinnota wkoll li ġie pproċessat ammont totali ta’ 7 300 tranżazzjoni (impenji u pagamenti);

3.

Jistabbilixxi mill-kontijiet annwali li fl-2010 l-Eurojust ingħatat EUR 2 159 000 mill-Kummissjoni għall-parteċipazzjoni tagħha fi programmi ta’ ġustizzja kriminali (skwadri ta’ investigazzjoni konġunti); jistabbilixxi wkoll li fl-2011 ma rċeviet l-ebda għotja;

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza għall-2010

4.

Jiddispjaċih li l-Eurojust ma tatx lill-awtorità tal-kwittanza rapport bil-miżuri adottati u implimentati b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza għall-2010, kif jirrikjedi l-Artikolu 96(2) tar-Regolament Finanzjarju Qafas; iħeġġeġ lill-Eurojust tibgħat rapport mill-aktar fis sabiex tippermetti lill-awtorità tal-kwittanza tevalwa jekk sarx progress;

5.

Jitlob lill-Eurojust tipprovdi r-rapport mitlub mill-Artikolu 96(2) tar-Regolament Finanzjarju Qafas b’rabta mal-proċedura tal-kwittanza għall-2011 fi żmien debitu għall-proċedura tal-kwittanza;

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet

6.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-approprjazzjonijet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 6 448 762 kienu ġew riportati mill-2010 għall-2011; jinnota wkoll li mill-ammont li ġie riportat, EUR 1,3 miljun kellhom jiġu kkanċellati fl-2011; ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri enfasizzat fir-rapport tagħha għas-sena finanzjarja 2010 li livell hekk għoli ta’ riport huwa eċċessiv;

7.

Jistabbilixxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 5 187 289 (16 % tal-approprjazzjonijiet totali ta’ pagament) ġew riportati għall-2012 u li minn dan l-ammont, EUR 3,1 miljun huma relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali) u jirrappreżentaw 39 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tat-Titolu III; jitlob lill-Eurojust tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex tindirizza dan in-nuqqas peress li dan il-livell huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità;

8.

Jinnota li l-baġit għalt-Titolu I żdied b’7 % mill-2010 ‘l hawn, u dan jirrifletti ż-żieda fl-ispejjeż tal-persunal u spejjeż relatati;

9.

Jinnota li kważi 99 % tal-fondi ġew impenjati fil-qafas tat-Titolu II (nefqa amministrattiva) fl-2011; jinnota wkoll li r-rata tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti kienet ta’ 78 %, meta mqabbla ma’ 72 % fl-2010;

10.

Jirrikonoxxi li kważi 96 % tal-fondi ġew impenjati fil-qafas tat-Titolu III fl-2011, filwaqt li r-rata tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti kienet ta’ 58 % fl-2011, meta mqabbla ma’ 59 % fl-2010; jitlob lill-Eurojust tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex tindirizza dan in-nuqqas peress li dan il-livell baxx ta’ eżekuzzjoni jindika diffikultajiet fl-ippjanar jew l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust;

Is-sistema kontabilistika

11.

Jinnota mill-kontijiet annwali li fl-2011, il-Eurojust użat is-sistema finanzjarja ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti, is-sistema kontabilistika użata mill-Kummissjoni għall-kontabilità baġitarja; jinnota wkoll li l-informazzjoni baġitarja hija integrata f’sistema waħda li għandha l-SAP bħala back-end għall-parti kontabilistika;

It-trasferimenti

12.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li b’kollox kien hemm 12-il trasferiment baġitarju matul l-2011;

Il-bini

13.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività (AAR) tal-Eurojust tal-2011 li ntlaħaq ftehim mal-Pajjiżi l-Baxxi, bħala l-Istat Membru ospitanti, għall-bini l-ġdid għall-Eurojust fl-2015 permezz ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni bid-data tat-30 ta’ Ġunju 2011 u mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni rigward l-implikazzjonijiet baġitarji;

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ

14.

Jinnota l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri għal darba oħra osservat nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; għaldaqstant, jitlob lill-Eurojust tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni komprensiv għar-reklutaġġ li jirrispetta l-opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha, tnaqqas b’mod sinifikanti r-rata ta’ pożizzjonijiet vakanti u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

15.

Jirrikonoxxi mill-AAR li n-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fil-Eurojust fl-2011 kien ta’ 269, kif ġej:

42 kienu prosekuturi, imħallfin jew uffiċjali tal-pulizija ta’ kompetenza ekwivalenti ssekondati mill-Istati Membri, megħjuna minn 15-il espert nazzjonali sekondat (SNE) fl-uffiċċji nazzjonali;

210 persuna kienu impjegati skont ir-Regolamenti tal-Persunal, megħjuna minn żewġ SNEs fl-amministrazzjoni;

Il-prestazzjoni

16.

Jinnota li n-numru ta’ każijiet fejn l-Istati Membri talbu l-għajnuna tal-Eurojust fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja żdied minn 1 421 fl-2010 għal 1 441 fl-2011; jirrikonoxxi b’mod partikolari li ġew reġistrati 218-il każ ta’ frodi fl-2011 u li n-numru ta’ laqgħat ta’ koordinament dwar frodi żdied minn 17 fl-2010 għal 58 fl-2011; jilqa’ l-fatt li fl-istess sena, il-Eurojust, flimkien mat-Tim tar-Reati Ekonomiċi, iffinalizzat proġett strateġiku dwar it-tisħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għajnuna legali reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri fil-qasam tal-frodi tal-VAT;

17.

Jinnota li ġew reġistrati 26 każ ta’ korruzzjoni fl-2011 kontra 31 fl-2010; jenfasizza li n-numru ta’ laqgħat ta’ koordinament żdied minn 11 fl-2010 għal 19 fl-2011; jilqa’ l-fatt li fl-istess sena, skwadra ta’ investigazzjoni konġunta dwar il-korruzzjoni kiseb riżultati pożittivi meta impriża ta’ Stat Membru għamlet ħlas ta’ madwar EUR 3 000 000 wara każ ta’ korruzzjoni transkonfinali ta’ natura globali;

18.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri reġgħet irrimarkat dwar il-ħtieġa li d-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur u l-Kulleġġ tal-Eurojust terġa’ tiġi kkunsidrata; iħabbar l-intenzjoni tiegħu li jikkunsidra din il-kwistjoni fir-reviżjoni li jmiss tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI li tirregola lill-Eurojust;

19.

Jirrikonoxxi li ġie ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Istat Ospitanti fir-rigward tal-bini l-ġdid tal-Eurojust mill-2015 ‘il quddiem;

20.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 180.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 267.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/312


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011

(2013/605/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0072/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 180.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/313


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/606/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0083/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 187.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0083/2013),

A.

billi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem l-“Uffiċċju”), li jinsab fl-Aja, ġie stabbilit permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (Deċiżjoni 2009/371/ĠAI).

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-transazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

C.

billi l-2011 kienet it-tieni sena li l-Uffiċċju opera finanzjarjament bħala Aġenzija tal-Unjoni,

D.

billi l-baġit totali għall-Uffiċċju għas-sena 2011 kien jammonta għal EUR 84 771 084,01, meta mqabbel ma’ EUR 91 830 691,75 fl-2010, somma li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 7,69 %,

E.

billi fil-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

stieden lill-Uffiċċju jadotta r-Regoli ta’ Implementazzjoni għar-Regolamenti tal-Persunal (u strumenti interni relatati) u jħejji qafas ta’ tagħlim u żvilupp,

stieden lill-Uffiċċju jinkludi fil-programm ta’ ħidma annwali tiegħu sinteżi dwar l-attivitajiet ta’ akkwist pubbliku ppjanati ħalli sservi ta’ “deċiżjoni ta’ finanzjament”, kif rikjest mid-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju Qafas,

stieden lill-Uffiċċju jiffinalizza t-tibdil tal-istqarrija tal-missjonijiet globali tiegħu f’deskrizzjonijiet konċiżi tar-rwoli u l-objettivi għad-dipartimenti u l-unitajiet;

F.

billi l-Uffiċċju ffirma ftehim ta’ sistemazzjoni mal-Istat Membru ospitanti f’Marzu 2011 u mar fil-kwartieri ġenerali l-ġodda f’Ġunju 2011,

G.

billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Uffiċċju għall-2011 kienet ta’ EUR 83 469 000,

H.

billi l-bilanċ tal-kont tar-riżultat għall-Uffiċċju fl-2011 kien pożittiv, li ammonta għal EUR 6 938 170,36 (wara tnaqqis tad-differenzi tar-rata ta’ skambju ta’ EUR 10 632,56),

1.

Jemmen li l-elementi komuni bejn l-Uffiċċju u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għandhom jiġu esplorati aktar; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tħejji valutazzjoni komprensiva tal-impatt ta’ fużjoni potenzjali ta’ dawn iż-żewġ Aġenziji li tistabbilixxi l-kost u l-benefiċċji, fid-dawl tal-komplementarjetajiet bejn l-Uffiċċju u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija u s-sinerġiji potenzjali, u biex tevalwa jekk il-fużjoni tistax twassal għal ekonomiji ta’ skala u ottimizzazzjoni tar-rendiment f’kooperazzjoni transkonfinali fil-ġlieda kontra l-kriminalità;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Jinnota li fl-2011, l-Uffiċċju impenja 99,1 %, 75 % u 95,1 % tal-approprjazzjonijiet milqugħa fl-ambitu tat-Titolu I (Nefqa għall-Persunal), tat-Titolu II (Nefqa Amministrattiva) u tat-Titolu III (Nefqa Operattiva) rispettivament; josserva li f’termini ta’ approprjazzjonijiet imħallsa, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-Uffiċċju hija 96,8 % fl-ambitu tat-Titolu I, 33,8 % fl-ambitu tat-Titolu II u 47,1 % fl-ambitu tat-Titolu III; jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Uffiċċju li l-ispejjeż relatati mal-kwartieri ġenerali l-ġodda kellhom impatt sostanzjali fuq ir-rati ta’ eżekuzzjoni għat-Titoli II u III li kienu jilħqu rispettivament 53 % u 58 % mingħajr dan il-fattur; jistieden, madankollu, lill-Uffiċċju jimplimenta miżuri speċifiċi sabiex itejjeb il-proċess baġitarju tiegħu u r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ pagamenti fil-każ tan-nefqa amministrattiva u operattiva;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Uffiċċju li ffranka EUR 2,6 miljun fuq il-baġit tal-2011 allokat tiegħu billi naqqas in-numru tal-laqgħat tal-bord ta’ ġestjoni u l-ispejjeż ta’ traduzzjoni filwaqt li mmodernizza l-kapaċitajiet interni tiegħu sabiex jissodisfa ż-żieda fit-talba tas-servizzi tal-Uffiċċju;

4.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li fl-2010, aktar minn EUR 1,6 miljun kellu jitħassar u fl-2011, EUR 1,9 miljun (9 % tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2010) tħassar; jinnota, madankollu, li fl-2011 il-livell tar-riporti ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn kien ukoll għoli, b’EUR 4,2 miljun (41 %) għat-Titolu II (Nefqa Amministrattiva) u EUR 10,6 miljun (46 %) għat-Titolu III (Nefqa Operattiva); jitlob lill-Uffiċċju jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet meħuda sabiex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet, peress li r-rati għoljin ta’ riporti u ta’ tħassir juru diffikultajiet fl-ippjanar u/jew fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Uffiċċju;

5.

Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-fatt li l-livell ta’ pagamenti meta mqabbel mal-impenji kien baxx, b’34 % għat-Titolu II u 45 % għat-Titolu III; jistieden lill-Uffiċċju jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bil-miżuri li huwa ħa sabiex jiġi indirizzat dak in-nuqqas, peress li l-livell baxx ta’ pagamenti mhuwiex konformi mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità;

6.

Jieħu nota tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-fond tal-pensjonijiet tal-Uffiċċju (7) għas-sena finanzjarja 2011 kif ukoll tat-tweġibiet tal-fond; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-Parlament dwar kull deċiżjoni marbuta mal-futur tal-fond tal-pensjoni;

Assi

7.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li ġew ikkonstatati dgħjufijiet fil-verifika fiżika u fir-reġistrazzjoni tal-assi qabel u wara t-traslok għall-kwartieri ġenerali l-ġodda; barra minn hekk, huwa mħasseb dwar il-fatt li l-kuntratti ta’ assigurazzjoni ma jirriflettux il-valur tal-assi tal-Uffiċċju: qabel it-traslok, l-assi nett kienu assigurati ż-żejjed b’madwar EUR 17 miljun u fil-mument tal-awditu dawn ma kinux assigurati biżżejjed b’madwar EUR 21 miljun;

Sistema ta’ validazzjoni

8.

Jistabbilixxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li s-sistema ta’ kontabbiltà għadha ma ġietx validata kompletament mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà, li madankollu ma taffettwax il-korrettezza u l-legalità tal-kontijiet; jilqa’ l-eżerċizzju ta’ awditjar tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni mwettaq fl-2011 dwar il-proċess ta’ ppjanar u ta’ baġitjar, li kkonferma żviluppi pożittivi f’dan ir-rigward;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

9.

Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Uffiċċju jista’ jtejjeb it-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jistieden lill-Uffiċju jikkjarifika n-nuqqasijiet possibbli fir-rigward il-proċedura ta’ reklutaġġ tiegħu; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli;

Regolament finanzjarju

10.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju jirreferi għar-regoli u proċeduri dettaljati stabbiliti fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Uffiċċju għalkemm dawn ir-regoli għadhom ma ġewx adottati s’issa; jistieden lill-Uffiċċju jinforma l-awtorità ta’ kwittanza bis-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu;

11.

Jilqa’ r-Rapport ta’ Awditjar tal-IAS dwar l-Ippjanar u l-Ibbaġitjar fl-Uffiċċju li kien stabbilit fl-2011; jieħu nota tar-rakkomandazzjoni li tiddikjara li l-Uffiċċju għandu jiċċara l-preċedenza tal-iskadenzi; jilqa’ l-fatt li l-Uffiċċju ħa passi sabiex jindirizza dik ir-rakkomandazzjoni;

Awditjar intern

12.

Ifakkar li l-IAS wettaq eżerċizzju wieħed ta’ awditjar fl-2011 bil-ħsieb li jiġu valutati l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema interna għall-proċessi ta’ ppjanar u ta’ baġitjar tal-Uffiċċju; josserva, barra minn hekk, li l-ippjanar tal-akkwist pubbliku ma kienx inkluż fl-ambitu ta’ dak l-awditjar;

13.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-IAS li s-sistema interna ta’ kontroll fis-seħħ tipprovdi assigurazzjonijiet raġjonevoli fir-rigward tal-ksib tal-objettivi tal-attivitajiet stabbiliti għall-proċessi ta’ ppjanar u ta’ baġitjar;

14.

Jinnota li l-oqsma li ġejjin kienu meqjusa li għandhom riskju għoli mill-IAS:

il-ġestjoni tal-kontinwità tal-attivitajiet;

il-ġestjoni ta’ rekwiżit ta’ applikazzjoni, qafas ta’ ġestjoni ta’ proġett u impenn mill-parti interessata;

kompetenzi tal-persunal;

dipendenza fuq individwi u trasferiment ta’ għarfien;

jistieden lill-Uffiċċju jimplimenta r-rakkommandazzjonijiet kollha tal-IAS sabiex ikun hemm titjib f’dawn l-oqsma u jinforma lill-awtorità ta’ kwittanza bl-azzjonijiet meħuda;

15.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta’ kwittanza tiegħu, li huma ta’ natura orizzontali, għar-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 187.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 276.

(7)  L-objettiv tal-Fond tal-Pensjonijiet tal-Europol huwa li jiffinanzja u jħallas il-pensjonijiet tal-persunal diġà impjegat mal-Europol qabel ma saret aġenzija tal-UE fl-1 ta’ Jannar 2010.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/318


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/607/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0083/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 187.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/319


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011

(2013/608/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0102/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 196.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0102/2013),

A.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi l-baġit ġenerali tal-Aġenzija għas-sena 2011 kien ta’ EUR 20 180 000, filwaqt li l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kienet ta’ EUR 19 978 200,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jilqa’ l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta’ flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u tar-regoli ta’ kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.

Jilqa’ l-fatt li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.

Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet l-ebda rimarka kritika fir-rapport tagħha;

4.

Jirrikonoxxi li fl-2011, l-Aġenzija impenjat 100 % tal-approprjazzjonijiet riċevuti; josserva, madankollu, li f’termini ta’ approprjazzjonijiet imħallsa, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-Aġenzija hija ta’ 75 % taħt it-Titolu II (Nefqa amministrattiva) u ta’ 27 % biss taħt it-Titolu III (Nefqa operazzjonali); jistieden lill-Aġenzija timplimenta miżuri speċifiċi sabiex ittejjeb il-proċess baġitarju tagħha u r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ pagamenti fil-każ tan-nefqa amministrattiva u operazzjonali;

Riżorsi umani

5.

Jinnota li fl-2012, kien hemm tliet kawżi ttrattati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward allegazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku, iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal kariga u n-nuqqas ta’ estensjoni ta’ kuntratt ta’ aġent; jinnota li fis-6 ta’ Lulju 2011, l-Ombudsman fetaħ il-Każ 0917/2011/(PMC) EIS, li hu bbażat fuq allegazzjonijiet rigward in-nuqqas ta’ investigazzjoni xierqa tal-allegazzjonijiet tal-ilmentatur dwar fastidju psikoloġiku u ħżin inkorett ta’ dokumenti;

6.

Jinnota li f’wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 5, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea ddeċieda favur l-applikant (Kawża F-58/10, is-sentenza tat-18 ta’ Settembru 2012) u ħassar id-deċiżjoni tal-Aġenzija tas-16 ta’ Ottubru 2009 li ma tressaqx azzjoni dixxiplinari kontra żewġ membri tal-persunal dwar allegat fastidju psikoloġiku minħabba nuqqas ta’ imparzjalità min-naħa tal-investigatur u minħabba l-fatt li rrifjuta li jiggarantixxi l-anonimità tax-xhieda u ordnalha tħallas id-danni u l-ispejjeż lill-applikant; jinnota li fil-Kawża F-112/10, it-Tribunal iddeċieda favur l-Aġenzija iżda l-applikant appella quddiem il-Qorti Ġenerali kontra s-sentenza; jinnota li fil-Kawża F-38/12 is-sentenza għadha pendenti;

7.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija, fid-dawl tar-riskji kkonċernati, sa fejn għandha x’taqsam ir-reputazzjoni tagħha, tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza fid-dettall dwar ir-regoli ta’ proċedura, il-qafas legali u l-modalitajiet ta’ smigħ stabbiliti għat-tnedija u t-twettiq tal-investigazzjonijiet interni u l-protezzjoni tal-anonimità tax-xhieda meta jsiru tali investigazzjonijiet interni;

8.

Jinnota li fl-2011, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ta’ bidu għal investigazzjoni; jitlob li l-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati kemm tal-investigazzjoni tal-OLAF kif ukoll tal-każ tal-Ombudsman;

9.

Jirrikonoxxi l-fatt li kull sentejn l-Aġenzija tniedi stħarriġ anonimu rigward il-benesseri fost il-persunal; jinnota b’mod partikolari mill-istħarriġ 2012 li tqajjem tħassib rigward il-ġestjoni tal-kunflitti interni u l-attenzjoni mogħtija lill-benesseri tal-persunal; jinnota li l-Aġenzija introduċiet politika kontra l-fastidju u netwerk ta’ counsellors konfidenzjali sabiex tnaqqas is-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt fuq il-post tax-xogħol u biex tindirizzahom b’mod komprensiv; iħeġġeġ lill-Aġenzija taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-problemi osservati u tieħu l-passi kollha neċessarji biex tiżgura li dawn il-problemi ma jerġgħux iseħħu taħt l-ebda ċirkostanza;

Trasparenza

10.

Jinnota li fit-12 u l-14 ta’ Diċembru 2012, l-Aġenzija ppreżentat l-abbozz ta’ regoli dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta lill-Bord Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali tagħha; jinnota li d-deċiżjoni biex dawk ir-regoli jiġu adottati b’mod formali ttieħdet wara konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni; jinnota li fl-istess ħin, l-Aġenzija adottat il-prinċipji tal-linji gwida tal-Kummissjoni; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-regoli;

11.

Josserva li wħud mill-curricula vitae (CV) u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-Bord ta’ Tmexxija huma disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija; jinnota li f’dak li għandu x’jaqsam mad-Direttur Eżekuttiv u l-grupp ta’ tmexxija, is-CVs biss huma disponibbli; jitlob lill-Aġenzija biex l-informazzjoni li hi nieqsa tagħmilha pubblikament disponibbli u tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress li jkun sar fir-rigward ta’ din il-kwistjoni kemm jista’ jkun malajr;

L-awditjar intern

12.

Jinnota mill-Aġenzija li hi introduċiet proċedura ta’ akkwist li timmitiga l-kunflitti ta’ interess possibbli u s-servizzi tal-awditjar intern (IAS) awditjaw il-proċedura u għamlu disa’ rakkomandazzjonijet, li ġew introdotti kollha; jinnota li l-IAS ikkunsidra wħud mill-azzjonijiet introdotti mill-Aġenzija bħala prattika tajba, b’mod partikulari, l-introduzzjoni ta’ applikazzjoni tal-IT li toħloq il-kuntratti tal-offerti, żviluppata mill-Aġenzija biex tiġġenera d-dokumentazzjoni standard għall-proċess ta’ akkwist; jinnota li l-modjul tal-baġit tal-applikazzjoni tal-IT “Matrix” użata għall-ġestjoni tal-proġetti tal-Aġenzija ġie akkoppjat mar-rekords kontabilistiċi meħuda minn kontabilità bbażata fuq id-dovuti, u dan jippermetti aġġornament tal-implimentazzjoni baġitarja li jkun disponibbli onlajn ta’ kuljum.

13.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw din id-Deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 196.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/323


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011

(2013/609/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0102/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 196.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/324


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

(2013/610/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0079/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 202.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0079/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

tenna li l-prattika ta’ riporti tal-approprjazzjonijiet għandha tiġi limitata strettament u m’għandhiex ixxekkel il-prattiki ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u talab lill-Aġenzija sabiex fil-futur issegwi l-prinċipju tal-annwalità,

stieden lill-Aġenzija twettaq kontrolli ex-post tal-għotjiet maħruġa fil-forma ta’ żjajjar fuq il-post,

C.

billi l-baġit ġenerali tal-Aġenzija għas-sena 2011 kien ta’ EUR 118 200 000 meta mqabbel ma’ EUR 93 200 000 fis-sena finanzjarja 2010; billi l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni lill-baġit tal-Aġenzija għall-2011 kienet ta’ EUR 111 000 000, meta mqabbla ma’ EUR 89 100 000 fl-2010,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jirrikonoxxi li l-baġit tal-Aġenzija kien suġġett għal tliet baġits emendatorji, li kellhom tliet għanijiet:

li jintroduċu l-partita tal-baġit “Eurosur” taħt Titolu III (Nefqa Operattiva),

li jżidu l-baġit tal-Aġenzija b’EUR 12 700 000 bħala parti mill-pakkett ta’ reazzjoni ta’ emerġenza għall-iżviluppi fit-Tramuntana tal-Afrika,

li jinkludu pakkett ta’ EUR 31 800 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-pakkett ta’ reazzjoni ta’ emerġenza fil-Mediterran;

2.

Josserva li fir-rigward ta’ approprjazzjonijiet mħallsa, ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-Aġenzija hija ta’ 96 % taħt Titolu I (Nefqa fuq il-Persunal), 74 % taħt Titolu II (Nefqa Amministrattiva) u 58 % taħt Titolu III; jistieden lill-Aġenzija timplimenta miżuri speċifiċi sabiex ittejjeb il-proċess baġitarju tagħha u r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ pagament fil-każ tan-nefqa amministrattiva u operattiva;

3.

Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li 33 % tal-baġit tal-Aġenzija għall-2011 (EUR 38,7 miljun) ġie riportat għall-2012; jinnota li r-riporti relatati ma’ Titolu III “Nefqa Operattiva” ammontaw għal EUR 36 miljun, (41 %); josserva li l-istess bħall-2010, il-livell ta’ riporti huwa eċċessiv u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

4.

Jiddeplora li fi ħdan l-ammont totali riportat, l-Aġenzija rriportat EUR 5,1 miljun f’impenji globali; josserva li r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija ma jipprovdix bażi ċara għal riporti bħal dawn; huwa konxju li l-fondi li waslu fl-aħħar tas-sena finanzjarja jistgħu jirriżultaw f’riporti aktar għoljin;

Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza għall-2010

5.

Jinnota li fl-2012 l-Aġenzija adottat u implimentat strateġija ta’ kontroll ex-post u wettqet tliet żjajjar fuq il-post li jkopru 9 % tat-EUR 73 miljun pagament f’għotjiet li saru fl-2011; jilqa’ l-fatt li ġie identifikat li r-rata ta’ żbalji hija inqas minn 1 % u li huma ppjanati sitt żjajjar fuq il-post għall-2013;

6.

Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija u d-diffikultajiet persistenti li qed tiffaċċja fil-proċess tal-implimentazzjoni tal-baġit; jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet tal-Aġenzija li jiddikjaraw li d-diffikultajiet kienu kkawżati fost l-oħrajn minn fatturi esterni bħal żviluppi għal għarrieda fil-fruntieri esterni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha f’dan il-qasam;

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

7.

Huwa konxju li minkejja li twettaq kontrolli raġonevoli, l-Aġenzija normalment ma titlobx dokumentazzjoni ġustifikattiva li tindirizza r-riskju ta’ nefqa mhux eliġibbli ta’ għotjiet iffinanzjati mill-Aġenzija għal operazzjonijiet konġunti mwettqa mill-Istati Membri u Pajjiżi Assoċjati Schengen; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija adottat politiki bl-għan li jissaħħu l-kontrolli ex-ante, billi t-talba għal provi dokumentati tiġi inkluża b’mod sistematiku;

8.

Huwa sorpriż dwar il-fatt li bħalma ġara fl-2010, is-sistema ta’ kontabilità tal-Aġenzija għandha tiġi vvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tagħha;

9.

Jiddispjaċih li ġew identifikati dgħufijiet fil-kontroll intern fir-rigward tal-ġestjoni ta’ assi fissi; jiddispjaċih li m’hemmx proċedura relatata dwar id-disponiment ta’ assi fissi u li l-inventarju fiżiku mhuwiex komplut;

10.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 202.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 288.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/328


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011

(2013/611/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0079/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 202.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/329


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

(2013/612/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tat-22 ta’ Settembu 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0065/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea GNSS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 208.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tat-22 ta’ Settembu 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0065/2013),

A.

billi l-Aġenzija Ewropea GNSS (“l-Aġenzija”) saret finanzjarjament awtonoma fl-2006,

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li ma minitx kapaċi tifforma opinjoni dwar il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri sfumat id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti,

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

E.

billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010, ikkwalifikat l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-affidabilità tal-kontijiet annwali tagħha għall-2010,

F.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

Il-gestjoni bagitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011 kien ta’ EUR 38,7 miljun, li kienu ffinanzjati mill-Unjoni (sussidju operazzjonali ta’ EUR 8,2 miljun u fondi operazzjonali ta’ EUR 30,5 miljun), u jirrappreżenta żieda importanti meta mqabbel mal-2010 (EUR 15,9 miljun);

2.

Jinnota bi tħassib li, skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, il-verifiki ex post li saru għall-Aġenzija minn ditta esterna tal-verifika fir-rigward tal-pagamenti ta’ għotja li saru fis-snin preċedenti skont is-Sitt Programm Kwadru dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (FP6) ħafna drabi xeħtu dubju fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ spejjeż magħmulin mill-benefiċjarji, u li fi tmiem l-2011, l-ammonti kkontestati ġew stmati li jammontaw għal EUR 1,7 miljun jew 5 % tal-għotjiet verifikati;

3.

Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-ftehimiet ta’ għotja ġestiti mill-Aġenzija għall-FP6 kienu ntirtu mill-predeċessur tal-Aġenzija, l-Impriża Konġunta Galileo (GJU), u li l-GJU u l-Aġenzija Spazjali Ewropea kienu stabbilixxew ir-regoli tagħhom għall-FP6, li kienu daqsxejn differenti mir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea;

4.

Jinnota li l-kontrolli tal-verifiki ex post tal-FP6 ġew finalizzati fl-2012 u li s-sejbiet finali tal-awdituri juru li l-ispejjeż għall-kampjun verifikat ġew iddikjarati żżejjed b’EUR 455 836,66, jew 1,4 % tal-għotjiet verifikati; jinnota mill-Aġenzija li qed tippjana li tirkupra l-biċċa l-kbira tal-ammonti li nstabu mhux korretti mill-awdituri esterni, sakemm isir qbil mal-Kummissjoni Ewropea, u jħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza jekk jirnexxilhiex tirkupra l-ammonti kkontestati;

5.

Jiddispaċih li skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, fl-2011 l-Aġenzija għamlet pagamenti ta’ għotja skont is-Seba’ Programm Kwadru dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (FP7) li ammontaw għal EUR 5,8 miljun, u li sabiex tiġi vverifikata n-nefqa kklejmjata mill-benefiċjarji (entitajiet privati u pubbliċi li jagħmlu r-riċerka), l-Aġenzija, għalkemm wettqet kontrolli ta’ raġonevolezza, normalment ma talbitx dokumentazzjoni ta’ sostenn li tista’ tindirizza r-riskju tal-infiq ineliġibbli;

6.

Jinnota mill-Aġenzija li l-analiżi tal-ispejjeż tagħha hija bbażata fuq: il-proposta tal-proġett, ir-riżultati ta’ matul il-proġett (rapporti kull tliet xhur), ir-riżultati finali u l-ispejjeż imġarrba, u li l-proposti jinkludu pjan ta’ ħidma dettaljat b’attivitajiet differenti meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-proġett; jinnota li, abbażi tar-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, il-benefiċjarji jistabbilixxu baġit għall-proġett u li l-proposti jiġu evalwati u l-għotjiet jingħataw minn esperti fil-bini tal-Kummissjoni; jirrikonoxxi l-intenzjoni tal-Aġenzija li timplimenta kontrolli li jippermettu verifika effikaċi tal-kostijiet tal-proġetti fil-futur; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-passi meħuda f’dan is-sens;

7.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Aġenzija għas-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li fl-2011, pagamenti li jammontaw għal EUR 4,8 miljun (22 % tal-ammonti mħallsa matul is-sena) saru wara d-dati ta’ skadenza stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

8.

Jinnota li skont l-Aġenzija, fl-2011 l-Aġenzija wettqet 1 195 talba ta’ pagament, li 140 (11,72 %) minnhom twettqu wara xi dewmien, li r-riżultat tas-sejbiet tal-verifika kien influwenzat ferm b’xi tranżazzjonijiet partikolari ħafna f’ammonti kbar, eż. trasferimenti ta’ fondi mhux użati lill-Unjoni u pagamenti ta’ ftehimiet ta’ għotja kumplessi ħafna, u li barra minn hekk, minħabba ċ-ċokon tal-Aġenzija, il-pagamenti matul il-perjodi ta’ vaganza setgħu jittardjaw faċilment minħabba n-nuqqas ta’ persunal ta’ rinforz f’xi pożizzjonijiet operattivi u amministrattivi ewlenin; jirrikonoxxi li minn April 2012 l-Aġenzija implimentat ċirkwiti finanzjarji mtejbin, bil-għan li jgħinu sabiex id-dewmien fil-pagamenti jitnaqqas u jkun minimu, u jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza jekk dan kienx wassal għar-riżultati mistennija;

9.

Jilqa’ l-kumment tal-Qorti tal-Awdituri li r-raġuni għall-opinjoni kkwalifikata tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet tal-2010 tal-Aġenzija, it-trattament kontabilistiku mhux korrett ta’ attivi fissi tanġibbli relatati mal-programm tas-satellita Galileo, kienet ġiet riżolta; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri kienet irċeviet konferma li dawn l-attivi issa qegħdin taħt il-kontroll tal-Kummissjoni u ma għandhomx jiġu kapitalizzati fil-kontijiet tal-Aġenzija; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri għalhekk tikkunsidra li ma għadx hemm il-ħtieġa ta’ kwalifika abbażi ta’ raġunijiet bħal dawn;

Ir-reklutaġġ

10.

Jinnota s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li t-trasparenza tal-proċeduri ta’ reklutaġġ ġiet ipperikolata peress li l-proċeduri tal-għażla tal-persunal ivverifikati wrew li ma ġewx stabbiliti l-punteġġi ta’ livell limitu għal ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti jew għall-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa; iqis li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jkunu ta’ piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu livell ta’ simplifikazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

11.

jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din irrevediet il-proċedura ta’ selezzjoni u li mill-2012, il-panel ta’ preselezzjoni jiddetermina l-punteġġi ta’ livell limitu fl-istadju ta’ tfassil ta’ notifika ta’ post battal, u li l-livelli limitu huma ppubblikati fin-notifika ta’ post battal; jinnota li l-mistoqsijiet u t-testijiet bil-miktub jitħejjew mill-esperti tal-panel ta’ selezzjoni flimkien man-notifika ta’ post battal, qabel ma l-membri tal-panel ta’ selezzjoni jirċievu aċċess għall-applikazzjonijiet tal-kandidati;

12.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw din id-deċiżjoni ta’ kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 208.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/333


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

(2013/613/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembu 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0065/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 208.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/334


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

(2013/614/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7–0040/2013),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-“Impriża Konġunta Artemis” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0087/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Artemis għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta Artemis, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 – C7–0040/2013),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-“Impriża Konġunta Artemis” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0087/2013),

A.

billi l-Impriża Konġunta Artemis (l-“Impriża Konġunta”) twaqqfet f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta “Aġenda ta’ Riċerka” għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin għas-sistemi inkorporati tal-kompjuter f’diversi oqsma ta’ applikazzjoni biex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà Ewropea, u tippermetti l-ħolqien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet soċjetali,

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu f’Ottubru 2009,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli;

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni ghall-Impriża Konġunta għall-perjodu ta’ 10 snin hija EUR 420 000 000, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka,

Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja

1.

Jinnota li l-baġit inizjali tal-2011 kien jinkludi approprjazzjonijiet operazzjonali li ammontaw għal EUR 46,6 miljun u li ġie adottat baġit emendatorju li naqqas l-approprjazzjonijiet operazzjonali għal EUR 18 600 000; jinnota, barraminnhekk, li r-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn operazzjonali kienet 100 %, b’riżultat tat-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet operazzjonali għal EUR 18 600 000, filwaqt li r-rata għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet 51 %;

2.

Jinsab imħasseb fuq il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta rċevew opinjoni kwalifikata mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet minħabba l-fatt li l-Impriża Konġunta ma kinitx f’pożizzjoni li tevalwa jekk l-istrateġija tal-awditjar ex post tipprovdix assigurazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza bi pjan ta’ azzjoni biex jingħeleb dak in-nuqqas potenzjali ta’ assigurazzjoni; jistenna li l-Qorti tal-Awdituri, permezz tal-awditi indipendenti tagħha, tkun f’pożizzjoni li tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza bl-opinjoni tagħha dwar l-effettività tal-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta;

3.

Ifakkar li l-Impriża Konġunta fl-2010 adottat strateġija ta’ awditjar ex ante li hija għodda ewlenija għall-evalwazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u li l-implimentazzjoni tagħha bdiet fl-2011; jinnota li l-awditjar tal-klejms ta’ spejjeż tal-proġett ġie delegat lill-Awtoritajiet ta’ Finanzjament Nazzjonali (NFAs) tal-Istati Membri, iżda l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mill-NFAs ma jinkludux l-arranġamenti prattiċi għal dawk l-awditi; jinnota, barra minn hekk, mill-Impriża Konġunta li diversi skemi ta’ finanzjament u regoli nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri differenti jimplikaw li awditjar ex post huwa fattibbli biss fuq proġetti kompletati u jitlob li jkun informat bir-riżultati tal-awditi li twettqu; itenni li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ mingħajr dewmien il-kwalità tal-kontroll ex ante tagħha b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-għotjiet u jitlob li l-awtorità tal-kwittanza tkun informata bir-riżultati tal-proċessi tal-awditjar ex ante li jmiss imwettqa mill-Impriża Konġunta;

4.

Jieħu nota tal-fatt li għall-kuntrarju tar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, il-baġit tal-Impriża Konġunta tal-2011 ma jirriflettix approprjazzjonijiet ta’ pagament differenzjati għan-nefqa operazzjonali;

5.

Jinnota b’dispjaċir ir-rata ta’ implimentazzjoni relattivament baxxa għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali, li hija ta’ 86 %, 53 % u 18 % għas-sejħiet għal proposti tal-2008, tal-2009 u tal-2010; jinnota d-dewmien fil-livell tal-Istati Membri fl-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotjiet nazzjonali; huwa mħasseb dwar ir-rata ta’ implimentazzjoni baxxa tal-baġit, u barra minn hekk, dwar l-attivitajiet sottostanti tal-Impriża Konġunta; jitlob rapport ta’ progress dettaljat dwar dawn in-nuqqasijiet li jagħmel proposti speċifiċi għal titjib gradwali fir-rata ta’ implimentazzjoni;

6.

Jikkundanna l-fatt li l-Ġreċja qed tuża l-Fondi Strutturali tal-Unjoni sabiex tkopri l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħha lill-benefiċjarji Griegi tal-proġetti Artemis minflok ma tipprovdi finanzjament nazzjonali u li l-Impriża Konġunta rrikonoxxiet il-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni Griega fil-proġetti Artemis iżda ma tipprovdi l-ebda finanzjament lill-benefiċjarji Griegi peress li nefqa kofinanzjata mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni ma tistax tirċievi assistenza minn strument finanzjarju ieħor tal-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (6); jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-legalità ta’ din is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun;

7.

Jieħu nota tal-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Impriża Konġunta qed tuża riporti mhux awtomatiċi ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-sena finanzjarja li jmiss, mingħajr madankollu deċiżjoni tal-Bord Governattiv kif meħtieġ mill-Artikolu 10(1) tar-Regoli Finanzjarji u li l-ebda distinzjoni ma qed issir bejn l-approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati mis-snin preċedenti u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tas-sena attwali;

Sejħiet ghal Proposti

8.

Jieħu nota tal-fatt li l-implimentazzjoni effettiva u l-valur previst tas-sejħiet għal proposti jirrappreżentaw biss EUR 244 000 000 jew 58 % tal-baġit previst ta’ EUR 420 000 000 biex tiġi koperta n-nefqa operazzjonali;

Sistemi ta’ kontroll intern

9.

Jirrikonoxxi li matul l-2011 l-Impriża Konġunta intensifikat l-isforzi tagħha biex tistabbilixxi u timplimenta proċeduri effikaċi ta’ kontroll finanzjarju, ta’ kontabbiltà u ta’ ġestjoni; josserva li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà vvalida s-sistemi finanzjarji u ta’ kontabbiltà użati, iżda għadu ma vvalidax il-proċessi ta’ attività sottostanti li jipprovdu informazzjoni finanzjarja, b’mod partikolari dak li jipprovdi informazzjoni finanzjarja dwar il-validazzjoni u l-pagamenti tal-klejms ta’ spejjeż irċevuti mill-awtoritajiet nazzjonali; ifakkar li għad irid isir aktar xogħol b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards ta’ kontroll intern u li l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Ottubru 2009;

Awditjar intern

10.

Jieħu nota tal-fatt li fl-aħħar tas-sena 2011, il-kapaċità tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta kienet għadha ma ġietx stabbilita; ifakkar li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni huwa l-Awditur Intern tal-Impriża Konġunta mill-2010 u li wettaq eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju, u pjan tal-awditu strateġiku għall-2012-2014 ġie ppreżentat lill-Bord Governattiv tal-Impriża Konġunta; jirrikonoxxi li fid-dawl tad-daqs tal-Impriża Konġunta dan se jassumi wkoll ir-rwol tal-Kapaċità ta’ Awditjar Intern;

11.

Jinnota li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati formalment biex jinkludu d-dispożizzjoni li tirreferi għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni rigward il-baġit ġenerali fl-intier tiegħu;

Rapport annwali tal-attività

12.

Jieħu nota tal-fatt li r-rapport annwali tal-attività jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta iżda ma jinkludix valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern u fih in-nuqqasijiet li ġejjin:

Nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar ex-post, li mhijiex suffiċjenti biex jiġi konkluż jekk il-kontroll ewlieni huwiex qed jiffunzjona b’mod effettiv u kellux iwassal għal riżerva;

Ebda informazzjoni dwar il-validazzjoni parzjali tas-sistemi finanzjarji u kontabilistiċi mill-uffiċjal tal-kontabbiltà mhija pprovduta;

Hemm differenzi mhux spjegati bejn iċ-ċifri ta’ implimentazzjoni baġitarja inklużi fl-Eżitu fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tar-rapport annwali ta’ attività u ċ-ċifri ta’ implimentazzjoni baġitarja inklużi fil-Kontijiet Definittivi;

Kwistjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni

13.

Jinnota li fl-2011, l-Impriża Konġunta stabbiliet Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju u wettqet progress fir-rigward tal-formalizzazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà tal-IT iżda jeħtieġ li jsir aktar xogħol sabiex jiġi ffinalizzat il-Pjan ta’ Rkupru minn Diżastru;

14.

Jiddispjaċih li għall-kuntrarju tar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, l-Awtoritajiet ta’ Finanzjament Nazzjonali s’issa għadhom ma ddikjaraw ebda interessi bankarji ġġenerati fuq pagamenti ta’ prefinanzjament;

15.

Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim mal-Istat Ospitanti bejn l-Impriża Konġunta u l-awtoritajiet Belġjani dwar spazju għall-uffiċċji, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata ġie ffirmat fit-3 ta’ Frar 2012;

Kwistjonijiet oħra

Fużjoni possibbli mal-ENIAC

16.

Iqis li għandha titwettaq analiżi kostijiet-benefiċċji ta’ fużjoni mal-ENIAC u li l-Parlament Ewropew għandu jiġi notifikat dwar ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni. Dan ir-rapport għandu jenfasizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta’ fużjoni bħal din;

17.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/339


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

(2013/615/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7–0040/2013),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-“Impriża Konġunta Artemis” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0087/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Artemis, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/340


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011

(2013/616/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky” (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, adottati bid-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fis-7 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2011 dwar ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fit-8 ta’ Frar 2011,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0086/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 9.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky” (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, adottati bid-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fis-7 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2011 dwar ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fit-8 ta’ Frar 2011,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0086/2013),

A.

billi l-Impriża Konġunta “Clean Sky” (l-“Impriża Kongunta”) ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex taċċelera l-izvilupp, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta’ teknologiji nodfa tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni bl-għan li jibdew jintużaw mill-aktar fis possibbli,

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Novembru 2009,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli,

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-10 snin hija EUR 800 000 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka;

Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja

1.

Jieħu nota tal-fatt li l-baġit emendatorju finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 kien fih approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-ammont ta’ EUR 175 000 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-ammont ta’ EUR 159 800 000; jagħraf, barra minn hekk, li r-rati ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu 94 % u 64 % rispettivament; jitlob rapport ta’ progress dettaljat dwar dawn in-nuqqasijiet li jagħmel proposti speċifiċi għal titjib gradwali fir-rati ta’ utilizzazzjoni;

2.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li r-rata baxxa għall-approprjazzjoni ta’ pagament tirrifletti d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta inkluż id-dewmien sinifikanti bejn il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti u l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotjiet; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta timplimenta l-miżuri neċessarji sabiex tevita tali dewmien billi tnaqqas il-ħin medju bejn il-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti u l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotjiet tal-Impriża Konġunta mill-291 gurnata tal-ewwel sejħa tal-2011;

3.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni baxxa tal-baġit tirriżulta f’bilanċ tal-kontanti eċċessiv, li kien jammonta għal EUR 51 000 000 fl-aħħar tas-sena, li jirrappreżenta 32 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli għall-2011;

4.

Jiddispjaċih mill-fatt li l-Impriża Konġunta, bi ksur tar-Regoli Finanzjarji tagħha, riportat approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 68 000 000 għas-sena 2012 mingħajr deċiżjoni mill-Bord Governattiv;

5.

Jirrikonoxxi d-dewmien sinifikanti li seħħ fl-2011 fir-rigward tal-klejms ta’ spejjeż mill-ftehimiet ta’ għotjiet mal-Membri u li, għalhekk, il-validazzjoni ta’ numru kbir ta’ klejms ma setgħetx titlesta għall-kontijiet definittivi; jinnota li l-kontribuzzjonijiet in natura relatati ta’ EUR 52 000 000 ma setgħux jiġu approvati mill-Bord Governattiv fi żmien utli u, bħala konsegwenza, ma ġewx irreġistrati taħt l-attiv nett iżda ddaħħlu taħt il-passiv; jieħu nota tal-fatt li, bħala konsegwenza, l-Impriża Konġunta rrapportat attiv nett negattiv ta’ EUR 18 500 000 peress li l-Kontijiet Definittivi jirriflettu din is-sitwazzjoni tranżitorja li ma tindikax xi riskju ta’ solvenza għall-Impriża Konġunta;

6.

Jinsab imħasseb fuq il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta rċevew opinjoni kwalifikata mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet minħabba li r-rata ta’ żbalji li rriżultaw mill-awditi ex-post kienet ta’ 6,16 %; jinnota li l-Impriża Konġunta kkompletat awditi ex-post li jkopru EUR 44 300 000 (18,8 % tal-klejms għall-ispejjeż kollha rċevuti mill-Impriża Konġunta fil-perjodu ta’ tliet snin li jibda fl-2008); jiddispjaċih li r-rata ta’ żbalji li tirriżulta minn dawk l-awditi ex-post kienet ta’ 6,16 % u 4,09 % meta jitqiesu l-azzjonijiet korrettivi implimentati bħal mekkaniżmu ta’ rkupru; itenni li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ mingħajr dewmien il-kwalità tal-kontrolli ex-ante tagħha fir-rigward tal-ġestjoni tal-għotjiet; jitlob li l-awtorità tal-kwittanza tiġi informata bir-riżultati tal-proċessi ta’ awditjar ex-post segwenti mwettqa mill-Impriża Konġunta u li jinħareġ rapport ta’ progress dettaljat li jagħmel proposti speċifiċi għal tnaqqis gradwali fir-rati ta’ żbalji;

Sistemi ta’ kontroll intern

7.

Jinnota mill-Qorti tal-Awdituri li l-Impriża Konġunta għadha ma implimentatx kompletament is-sistemi ta’ kontrolli interni u ta’ informazzjoni finanzjarja tagħha matul l-2011 inkluż l-istrument il-ġdid għall-ġestjoni tad-data relatata mal-klejms għall-ispejjeż ippreżentati mill-membri u l-benefiċjarji u li għad irid isir xogħol fuq il-proċeduri ta’ kontroll ex ante applikati għall-validazzjoni tal-klejms għall-ispejjeż; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta timplimenta l-miżuri neċessarji sabiex tiffinalizza s-sistemi ta’ kontrolli interni u ta’ informazzjoni finanzjarja tagħha u l-istrumenti meqjusa neċessarji;

8.

Jiddispjaċih mill-fatt li n-nuqqasijiet segwenti kienu nnotati fil-proċeduri ta’ kontroll ex ante applikati għall-klejms għall-ispejjeż ippreżentati:

il-listi ta’ kontroll użati għall-kontroll ex-ante fuq il-klejms għall-ispejjeż mhux dejjem kienu kompluti,

f’każ wieħed, iċ-ċertifikat ta’ awditu li kien mal-klejm għall-ispejjeż ta’ assoċjat inkluda eċċezzjonijiet li jaffettwaw l-ispejjeż tal-persunal u s-sottokuntrattar iżda ma’ sar l-ebda aġġustament għall-klejm għall-ispejjeż fuq il-bażi ta’ dawn l-eċċezzjonijiet,

għall-kuntrarju tal-manwal tal-proċeduri finanzjarji, m’hemm ebda evidenza li l-aġenti operazzjonali qegħdin ukoll jivverifikaw l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-kuntratti, u

f’minn tal-inqas tliet tranżazzjonijiet, il-funzjonijiet tal-verifika finanzjarja u tal-uffiċjal awtorizzanti kienu r-responsabbiltà tal-kap tal-amministrazzjoni, għall-kuntrarju tad-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-proċeduri finanzjarji u l-prinċipju ta’ segregazzjoni tad-doveri;

9.

Jirrikonoxxi li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà ikkompleta l-eżerċizzju ta’ validazzjoni tal-proċessi ta’ attività sottostanti f’Marzu 2012, hekk kif meħtieġ mir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta; jinnota li saru għadd ta’ rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta’ validazzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà, b’mod partikolari l-bżonn li titjieb is-sistema għall-validazzjoni tal-klejms għall-ispejjeż u l-implimentazzjoni ta’ strument biex isir rappurtar b’mod xieraq lill-maniġment, dwar kwistjonijiet baġitarji u kontabilistiċi;

10.

Jinnota li fl-2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju u li abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni tar-riskju, pjan ta’ awditu strateġiku għall-2012-2014 ġie ppreżentat lill-Bord Governattiv għall-adozzjoni; ifakkar li l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Novembru 2009;

11.

Jieħu nota tal-fatt li l-proċedura għall-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru relatati mal-ispejjeż kurrenti tal-Impriża Konġunta ma kinitx applikata b’mod korrett peress li r-rikjesta lill-membri biex iħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-2011 ma kinitx akkumpanjata bi previżjoni tal-fluss tal-flus kif meħtieġ fil-ftehim ta’ finanzjament;

Kwistjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni

12.

Jieħu nota tal-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li sa tmiem l-2011, l-Impriża Konġunta kienet għadha ma kkompletatx il-proċeduri interni li jridu jintużaw għas-sorveljanza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni, l-użu u t-tixrid ta’ riżultati ta’ riċerka;

13.

Itenni li l-Qorti tal-Awdituri ssuġġeriet fl-Opinjoni dwar ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta tal-2011 tagħha li hemm bżonn li għadd ta’ oqsma jiġu emendati iżda din il-proċedura għadha ma ġietx ikkompletata; jilqa’ l-fatt li l-Impriża Konġunta se temenda r-Regoli Finanzjarji tagħha flimkien ma’ aġġornament tar-regolament finanzjarju ta’ qafas;

14.

Jinnota li matul l-2011, l-Impriża Konġunta stabbiliet Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju u wettqet progress fir-rigward tal-formalizzazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà tal-IT u ġew definiti elementi essenzjali ta’ Pjan ta’ Rkupru minn Diżastru iżda hemm bżonn ta’ aktar xogħol sabiex dan jiġi finalizzat u approvat;

15.

Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim mal-Istat Ospitanti bejn l-Impriża Konġunta u l-awtoritajiet Belġjani dwar spazju għall-uffiċċji, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor ġie ffirmat fi Frar 2012;

Kwistjonijiet ohra

16.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 9.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/344


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011

(2013/617/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky” (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, adottati bid-deċiżjoni tal-Bord Governattiv tagħha fis-7 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2011 dwar ir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fit-8 ta’ Frar 2011,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0086/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur eżekuttiv tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 9.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/345


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011

(2013/618/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7–0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ENIAC għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ENIAC, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jigu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 18.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7–0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2013),

A.

billi l-Impriża Konġunta ENIAC (l-“Impriża Konġunta”) twaqqfet fl-20 ta’ Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta “Aġenda ta’ Riċerka” għall-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika fl-oqsma kollha differenti ta’ applikazzjoni,

B.

billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f’Lulju 2010;

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli;

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu ta’ 10 snin hija EUR 450 000 000, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jieħu nota tal-fatt li l-baġit finali 2011 tal-Impriża Konġunta inkluda approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li jammontaw għal EUR 66 000 000 u EUR 35 000 000 rispettivament u li r-rati ta’ utilizzazzjoni kienu 97 % għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u 48 % għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlas rispettivament; jinnota, barra minn hekk, li mill-EUR 63,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għal attivitajiet operazzjonali, EUR 20,1 miljun kien implimentat bħala impenn globali għall-ewwel sejħa għall-proposti 2011 u EUR 42,2 miljun kien implimentat bħala impenn globali għat-tieni sejħa għall-proposti 2011; jitlob rapport ta’ progress dettaljat dwar dawk in-nuqqasijiet li jagħmel proposti speċifiċi għal titjib gradwali fir-rati ta’ utilizzazzjoni;

2.

Jiddispjaċih li l-approprjazzjonijiet tal-Impriża Konġunta li kellhom jiġu implimentati sal-aħħar tal-2010 u l-approprjazzjonijiet li kellhom jiġu implimentati sal-aħħar tal-2011 ġew diżimpenjati f’Jannar 2012 u li l-impenn globali mhux użat ta’ EUR 2,8 miljun fuq il-linja baġitarja tal-attivitajiet operazzjonali għall-2010 b’data finali ta’ implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2011 ma ġiex diżimpenjat; jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta ħadet azzjonijiet biex tevita kwalunkwe ripetizzjoni futura billi ddefinixxiet proċedura dettaljata għall-ġestjoni tal-għeluq tas-sena u billi stabbilixxiet skadenzi stretti;

3.

Jinsab imħasseb fuq il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta rċevew opinjoni kwalifikata mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet minħabba l-fatt li l-Impriża Konġunta ma kinitx f’pożizzjoni li tevalwa jekk l-istrateġija ta’ awditu ex post tipprovdiex assigurazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; itenni li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ mingħajr dewmien il-kwalità tal-kontroll ex ante tagħha b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-għotjiet u jitlob li l-awtorità ta’ kwittanza tkun informata bir-riżultati tal-proċessi tal-awditu ex post li jmiss imwettqa mill-Impriża Konġunta; jistenna li l-Qorti permezz tal-awditi indipendenti tagħha tkun f’pożizzjoni li tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza bl-opinjoni tagħha dwar l-effettività tal-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta;

4.

Ifakkar li l-Impriża Konġunta adottat fl-2010 strateġija ta’ awditu ex ante li tikkostitwixxi kontroll prinċpali għall-evalwazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u li l-implimentazzjoni tagħha bdiet fl-2011; jinnota li l-awditjar tal-klejms ta’ spejjeż tal-proġett ġie delegat lill-Awtoritajiet ta’ Finanzjament Nazzjonali (NFAs) tal-Istati Membri, iżda l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mill-NFAs ma jinkludux l-arranġamenti prattiċi għal dawk l-awditi; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta ma rċevietx informazzjoni suffiċjenti dwar l-istrateġiji ta’ awditu tal-NFAs; jiddeplora l-fatt li ma twettqu l-ebda awditi ex post mill-NFAs fuq l-għotjiet imħallsa sal-aħħar tal-2011 u jistieden lill-Impriża Konġunta tinforma l-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda;

Sejħiet għall-proposti

5.

Jieħu nota tal-fatt li s-sejħiet għal proposti organizzati fl-2008, l-2009 u l-2010 rriżultaw fi ftehimiet ta’ għotja ffirmati li ammontaw għal total ta’ EUR 107,9 miljun, ammont li jirrapreżenta 25 % tal-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta għal attivitajiet ta’ riċerka, u li fl-2011 tnedew żewġ sejħiet għal proposti li ammontaw għal EUR 62,3 miljun, jinnota li fl-2012, tnedew żewġ sejħiet għal proposti oħra li ammontaw għal EUR 84,5 miljun u li matul l-2013, sejħiet għal proposti b’baġit ta’ EUR 185,3 miljun (42 %) se jkollhom jitnedew sabiex tintuża kompletament il-kontribuzzjoni disponibbli tal-Unjoni ta’ EUR 440 000 000; jitlob lill-Impriża Konġunta tagħmel l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi li ġew allokati għall-implimetazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar in-Nanoelettronika;

Sistemi ta’ kontroll intern

6.

Itenni l-appell tiegħu li l-Impriża Konġunta għandha timplimenta kompletament il-kontrolli interni tagħha u s-sistemi ta’ informazzjoni finanzjarja; jinnota li dan ħoloq żbalji u dewmien sinifikanti fir-rappurtar finanzjarju li ġew ikkoreġuti qabel l-adozzjoni tal-kontijiet definittivi;

7.

Jiehu nota li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Impriża Konġunta vvalida s-sistemi finanzjarji u ta’ kontabbiltà (ABAC u SAP); jinnota, madankollu, li l-proċessi ta’ attività sottostanti ma ġewx ivvalidati, b’mod partikolari dak li jipprovdi informazzjoni finanzjarja dwar il-validazzjoni u l-pagament tal-klejms għall-ispejjeż li waslu mill-awtoritajiet nazzjonali ma ġiex ivvalidat matul l-2011; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-qagħda tal-validazzjoni tal-proċessi ta’ attività sottostanti;

Awditjar intern

8.

Jieħu nota tal-fatt li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta s’issa għadhom ma ġewx emendati sabiex jinkludu d-dispożizzjoni tar-Regolament Strutturali li jirreferi għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni; jinnota, madankollu, li fl-2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju ta’ evalwazzjoni ta’ riskju u li abbażi tar-riżultat tal-evalwazzjoni ta’ riskju, il-pjan ta’ awditu strateġiku għall-2012-2014 ġie preżentat lill-Bord Governattiv għall-adozzjoni fit-22 ta’ Novembru 2011; ifakkar li fl-aħħar tas-sena 2011 l-Impriża Konġunta kienet għada ma stabbilixxitx il-kapaċità tal-awditu intern tagħha iżda dik l-Impriża Konġunta ddeċidiet fl-2012 li tqabbad membru tal-persunal tagħha stess għall-funzjoni IAC;

Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri fl-ENIAC

9.

Jieħu nota tal-fatt li għall-ewwel ħames sejħiet għal proposti, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Membri ENIAC ammontat għal 1,55 darbiet il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u dan imur kontra l-prinċipju statutorju tal-Impriża Konġunta li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ENIAC għandhom jammontaw għal tal-anqas 1,8 darbiet il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li l-għotjiet tal-Impriża Konġunta jistgħu jammontaw sa massimu 16,7 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-proġetti;

10.

Jikkundanna l-fatt li l-Ġreċja qed tuża l-fondi strutturali tal-Unjoni sabiex tkopri l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħha lill-benefiċjarji Griegi tal-proġetti ENIAC minflok ma tipprovdi finanzjament nazzjonali u jikkundanna l-fatt li l-Impriża Konġunta rrikonoxxiet il-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni Griega fil-proġetti ENIAC iżda ma tipprovdi l-ebda finanzjament lill-benefiċjarji Griegi peress li nefqa kofinanzjata mill-fondi strutturali tal-Unjoni ma tistax tirċievi assistenza minn strument finanzjarju ieħor tal-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (6); jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-legalità ta’ din is-sitwazzjoni kemm jista’ jkun malajr;

Rapport annwali tal-attività

11.

Jieħu nota tal-fatt li r-rapport annwali ta’ attività jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta; iżda ma jinkludix evalwazzjoni tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern u fih in-nuqqasijiet li ġejjin:

Nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-awditu ex-post, li mhijiex suffiċjenti biex jiġi konkluż jekk il-kontroll ewlieni huwiex qed jiffunzjona b’mod effettiv u kellux iwassal għal riżerva;

Ebda informazzjoni dwar il-validazzjoni parzjali tas-sistemi finanzjarji u kontabilistiċi mill-uffiċjal tal-kontabbiltà mhija pprovduta;

Id-dgħufijiet fil-kontrolli identifikati fir-rigward tar-rappurtar dwar il-kontabbiltà u l-finanzi ma wasslux għal riżerva fir-rapport annwali ta’ attività;

Kwistjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni

12.

Jinnota li fl-2011, l-Impriża Konġunta stabbiliet Pjan tal-Kontinwità tal-Attivitajiet u wettqet progress fir-rigward tal-formalizzazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà tal-IT iżda jeħtieġ li jsir aktar xogħol sabiex jiġi ffinalizzat il-Pjan ta’ Rkupru minn Diżastru;

13.

Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim mal-Istat Ospitanti bejn l-Impriża Konġunta u l-awtoritajiet Belġjani dwar spazju għall-uffiċċji, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata ġie ffirmat fit-3 ta’ Frar 2012;

Kwistjonijiet oħra

Fużjoni possibbli mal-Artemis

14.

Iqis li għandha titwettaq analiżi tal-kostijiet-benefiċċji ta’ fużjoni mal-Artemis u li l-Parlament għandu jiġi notifikat dwar ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni. Dan ir-rapport għandu jenfasizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli ta’ fużjoni bħal din;

15.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 18.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/350


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011

(2013/619/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7–0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ENIAC, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tigi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 18.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/351


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011

(2013/620/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0084/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 56.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 302, 19.11.2011, p. 3.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0084/2013),

A.

billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita f’Mejju 2008 bħala sħubija pubblika privata mir-Regolament (KE) Nru 521/2008 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017 biex tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ applikazzjonjiet tas-suq u b’hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali bil-għan li jinfirxu rapidament it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu,

B.

billi r-Regolament (KE) Nru 521/2008 kien emendat bir-Regolament (UE) Nru 1183/2011),

C.

billi l-Impriża Konġunta bdiet tgawdi minn awtonomija finanzjarja biss minn Novembru 2009, u fl-2011 ħarġet l-ewwel dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha għal sena finanzjarja sħiħa;

D.

billi l-Membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, in-New Energy World Industry Grouping (NEW-IG) u l-Komunità tar-Riċerka (N.ERGHY),

E.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli,

F.

billi l-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta;

G.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu sħiħ hija EUR 470 000 000, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, li minnu l-proporzjon li huwa intiż għall-ispejjeż kurrenti ma jistax jeċċedi EUR 20 000 000,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li fil-kontijiet annwali tagħha l-Impriża Konġunta tippreżenta b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

2.

Jinsab imħasseb fuq il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta rċevew opinjoni kwalifikata mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet minħabba li tmienja biss mit-12-il awditu ex post, kif definit fl-istrateġija ta’ awditu ex post adottat mill-Bord Governattiv tal-Impriża Konġunta f’Jannar 2011, tlestew f’Settembru 2012, li jkopru EUR 4 800 000 (27 % tal-klejms għall-ispejjeż riċevuti mill-Impriża Konġunta fl-2011), u barra minn hekk tnejn mill-awditi sabu żbalji sinifikanti, li l-akbar żball minnhom (EUR 764 000) ġie kkoreġut is-sena ta’ wara;

3.

Jnnota li ħlief għall-kwistjonijiet deskritti fiż-żewġ awditi, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena 2011, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari;

4.

Jinnota barra minn hekk li l-baġit finali 2011 tal-Impriża Konġunta kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li jammontaw għal EUR 117 000 000 u EUR 60 000 000 rispettivament u li r-rati ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament disponibbli kienu ta’ 99,8 % u 87,9 % rispettivament, u jieħu nota tal-fatt li ammont ta’ EUR 112 000 000 li jirrapreżenta l-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għal attivitajiet operattivi (Titolu III tal-baġit) kien implimentat permezz ta’ impenn globali relatat mas-sejħa għal proposti 2011;

5.

Jinnota bi tħassib li l-proċedura baġitarja deskritta fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ma ġietx segwita peress li d-deroga mogħtija mill-Kummissjoni li fl-istimi tad-dħul u l-ispejjeż jiddaħħlu approprjazzjonijiet imħassra għat-tliet snin sussegwenti kienet interpretata ħażin; jinnota li bħala konsegwenza tal-interpretazzjoni tal-Impriża Konġunta tal-proċedura baġitarja, l-eżitu baġitarju tas-sena 2011 huwa żbaljat peress li EUR 6 300 000 f’approprjazzjoni ta’ pagament riportati mill-2011 sal-2012 ma ġewx inklużi fil-kalkolu u l-kont tal-eżitu baġitarju għall-2010 ma jirriflettix l-ammont ta’ EUR 3 300 000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati mill-2010 sal-2011;

6.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-impenji globali mhux użati mill-2010 li ammontaw għal EUR 10 400 000 u bid-data finali ta’ implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2011, ma kinux diżimpenjati sa tmiem l-2011 imma kienu diżimpenjati f’Jannar 2012;

7.

Jirrikonoxxi li s-sejħiet għal proposti organizzati fl-2008, l-2009 u l-2010 rriżultaw fi ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati li ammontaw għal total ta’ EUR 183 400 000, u fl-2011 tnediet ir-raba’ sejħa għal proposti li ammontat għal EUR 111 600 000, li tirrappreżenta 41 % u 25 % rispettivament tal-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta għal attivitajiet ta’ riċerka; jinnota barra minn hekk li f’Jannar 2012 tnediet il-ħames sejħa għal proposti li ammontat għal EUR 79 000 000, 18 % oħra tal-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni; jinnota l-progress fl-implimentazzjoni tal-baġit;

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

8.

Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2011, il-proċessi ta’ attività sottostanti kienu vvalidati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà kif meħtieġ mir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta b’ċertu numru ta’ nuqqasijiet li ġew identifikati; jinnota li ġie definit pjan ta’ azzjoni mill-Impriża Konġunta biex jindirizza dawk in-nuqqasijiet identifikati u li skont l-Impriża Konġunta l-parti l-kbira tal-azzjonijiet huma implimentati;

Valutazzjoni annwali tal-livell tal-kontribuzzjoni in natura

9.

Jilqa’ l-fatt li l-metodu għall-evalwazzjoni tal-livell tal-kontribuzzjoni in natura ġie ffinalizzat u kien valutat konġuntament mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) u l-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta (IAC) f’April 2012;

10.

Jieħu debitament nota tal-fatt li l-livell aggregat tal-kontribuzzjonijiet in natura validitati mill-Uffiċjal Awtorizzanti fit-8 ta’ Frar 2012 kien ta’ EUR 347 600 000 u r-rapport ta’ valutazzjoni kkonkluda li dan l-ammont għandu jitnaqqas bl-ammont ta’ EUR 930 000 peress li ċerti parteċipanti kienu ppreżentaw l-ispejjeż bbaġitati tagħhom fuq il-bażi ta’ sistema ta’ rata fissa ta’ 60 % għall-kalkolu tal-ispejjeż indiretti minflok r-rata fissa ta’ 20 % applikabbli għall-Impriża Konġunta; jinnota li din il-korrezzjoni saret;

Il-ġestjoni tat-teżor

11.

Jenfasizza l-fatt li fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 il-bilanċ fil-kont bankarju tal-Impriża Konġunta kien ta’ EUR 9 200 000 u bejn ix-xhur ta’ Awwissu 2011 u Diċembru 2011 il-bilanċ tal-kexx tal-Impriża Konġunta kien ivarja bejn madwar EUR 30 000 000 u EUR 60 000 000; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta timplimenta, flimkien mal-Kummissjoni, il-miżuri neċessarji kollha sabiex timminimizza l-bilanċi ta’ kexx f’kontijiet għal-livelli li huma meħtieġa;

Kwistjonijiet ta’ ġestjoni oħra

12.

Jirrikonoxxi li matul l-2011, l-Impriża Konġunta stabbilixxiet Pjan ta’ Kontinwità tal-Attivitajiet u wettqet proġress fir-rigward tal-formalizzazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà tal-IT bil-Pjan ta’ Kontinwità tal-Attivitajiet inkluż pjan ta’ rkupru minn diżastru adottat f’Ġunju 2012;

13.

Jieħu nota tal-fatt li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati sabiex jinkludu d-dispożizzjoni li tirreferi għas-setgħat tal-Awditur Intern tal-Kummissjoni; jinnota madankollu li r-rwoli rispettivi tal-IAS u l-IAC ġew definiti u approvati mill-Bord Governattiv f’Marzu 2011;

14.

Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim mal-Istat Ospitanti bejn l-Impriża Konġunta u l-awtoritajiet Belġjani dwar spazju għall-uffiċċji, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata ġie ffirmat fit-3 ta’ Frar 2012;

Kwistjonijiet oħra

15.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 56.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 302, 19.11.2011, p. 3.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/356


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011

(2013/621/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0084/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 56.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.

(5)  GU L 302, 19.11.2011, p. 3.

(6)  GU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/357


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/622/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jipprezenta l-kummenti tiegħu fir-rizoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 27.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2013),

A.

billi l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi (l-“Impriża Konġunta”) twaqqfet f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex ittejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess tal-iżvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi li jkunu aktar effikaċi u sikuri,

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu fis-16 ta’ Novembru 2009,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta;

E.

billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu ta’ 10 snin hija EUR 1 000 000 000, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota bi tħassib li l-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 u l-pjan ta’ implimentazzjoni kienu adottati mill-Bord Governattiv biss fl-4 ta’ April 2011 minħabba ż-żmien li ttieħed biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet xjentifiċi li kellhom jiġu inklużi fil-pjan annwali ta’ implimentazzjoni u biex ikun hemm qbil dwarhom; jinnota li dan dewwem it-tnedija tas-sejħa għal proposti u għall-ewwel kwart tas-sena kollu, l-Impriża Konġunta kienet obbligata tuża r-regola baġitarja provviżorja tal-parti minn kull tnax biex twettaq pagamenti;

2.

Jinsab imħassab dwar il-fatt li r-rata ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 159 000 000, disponibbli għal attivitajiet ta’ riċerka, kienet 66 % u li ġiet implimentata permezz ta’ impenn globali li jkopri r-raba’ sejħa għal proposti; huwa mħasseb dwar ir-rata tal-implimentazzjoni baxxa tal-baġit, u barra minn hekk, dwar l-attivitajiet sottostanti tal-Impriża Konġunta; jieħu debitament nota tal-fatt li l-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet mhux użati tal-baġit amministrattiv (44 %) jindika li dan ma kienx ibbażat fuq stimi realistiċi; jappella għal rapport dettaljat dwar il-progress fuq dawk in-nuqqassijiet li jagħmel proposti speċifiċi għal titjib gradwali fir-rata ta’ implimentazzjoni u għal stima aktar realistika tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa;

3.

Jiddispjaċih, għalhekk, li approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 117 000 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 65 000 000 mhux użati fis-sena finanzjarja 2010 ġew riportati għall-2011 u approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 62 miljun u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 11 000 000 mhux użati matul is-sena finanzjarja 2011 ġew riportati għall-2012; jilqa’ t-titjib li sar għall-2012 fejn ir-rati ġenerali ta’ eżekuzzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienu 96 % u għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu 97 %;

4.

Jinsab imħasseb fuq il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta rċevew opinjoni kwalifikata mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt dawk il-kontijiet minħabba li r-rata ta’ żbalji li rriżultat mill-awditi ex post kienet ta’ 6,84 %; jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta kkompletat awditi ex post li jkopru EUR 2,2 miljun (18,8 % tal-kontribuzzjoni aċċettata tal-Impriża Konġunta għall-ewwel sejħa validata mill-Impriża Konġunta f’Ġunju 2011); jiddispjaċih li abbażi li l-ewwel awditi tal-Impriża Konġunta applikaw il-metodoloġija tagħha stess, ir-rata ta’ żbalji misjuba kienet ta’ 4,58 % filwaqt li r-rata ta’ żbalji residwi kienet ta’ 3,72 %; jistenna li l-Qorti tal-Awdituri u l-Impriża Konġunta jaqblu fuq metodoloġija ta’ awditjar li għall-istess awditi ex post tipproduċi l-istess riżultati; itenni li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ mingħajr dewmien il-kwalità tal-kontrolli ex ante tagħha, b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-għotjiet; jitlob li l-awtorità ta’ kwittanza tkun informata bir-riżultati tal-proċessi tal-awditu ex ante li jmiss imwettqa mill-Impriża Konġunta;

5.

Jappella, għalhekk, għal rapport dettaljat dwar il-progress li jagħmel proposti speċifiċi għal tnaqqis gradwali fir-rata ta’ żbalji;

Sejħiet għal proposti

6.

Jenfasizza l-fatt li l-Impriża Konġunta organizzat sejħiet għal proposti fl-2008, l-2009 u l-2010 li rriżultaw fi ftehimiet ta’ għotja ffirmati li ammontaw għal total ta’ EUR 269 000 000 fl-aħħar tas-sena 2011 u li fl-2012 il-ħames sejħa tnediet b’kontribuzzjoni indikattiva bbaġitjata tal-Unjoni ta’ EUR 80 000 000; jinsab imħasseb dwar il-fatt li jekk is-sejħiet għal proposti jibqgħu fil-livell kurrenti, huwa probabbli ħafna li t-total disponibbli tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma jintużax; jitlob lill-Impriża Konġunta tagħmel l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi li ġew allokati għall-implimetazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi;

7.

Jieħu nota tal-inkonsistenzi bejn id-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, jiġifieri l-fatt li fir-rapport l-ammont totali tal-Kapitolu 30-C2 “Aġenda ta’ Riċerka” (EUR 117 000 000) huwa aktar baxx mil-linja baġitarja B03000-C2 (EUR 141 000 000) li hija parti minn dak il-kapitolu; jinnota barra minn hekk, li d-Deċiżjoni tal-Bord Governattiv tat-28 ta’ Jannar 2011 tawtorizza biss ir-riport ta’ EUR 115 000 000 ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn, filwaqt li r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja juri riport ta’ EUR 117 000 000; jistieden lill-Impriża Konġunta tiżgura li d-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv tagħha jittieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq mid-Direttur Eżekuttiv;

Sistemi ta’ kontroll intern

8.

Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri tirrapporta progress sinifikanti fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll intern matul l-2011; jinnota, madankollu, li hemm bżonn ta’ aktar xogħol sabiex jiġu stabbiliti u dokumentati l-proċeduri baġitarji u ta’ kontabbiltà u l-kontrolli relatati u evalwazzjoni formali tas-sistema ta’ kontroll intern twettqet matul l-2011;

9.

Jieħu nota tal-fatt li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Impriża Konġunta rraporta dwar il-validazzjoni tas-sistema ta’ kontabbiltà fis-27 ta’ Settembru 2012 u enfasizza nuqqasijiet sinifikanti li jeħtieġ li jiġu indirizzati;

Evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura

10.

Jieħu nota tal-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura kienet approvata mill-Bord Governattiv fil-11 ta’ Novembru 2011 u li l-kontribuzzjonijiet in natura ġew ivvalidati permezz ta’ ċertifikazzjoni ex ante u awditi ex post iżda madankollu matul l-2011 ma twettqu l-ebda ċertifikazzjoni ex ante u awditu ex post mill-Impriża Konġunta;

11.

Ifakkar li l-Impriża Konġunta twaqqfet f’Diċembru 2007 u bdiet taħdem awtonomament f’Novembru 2009; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura li għandha tiġi definita fir-regoli u l-proċeduri interni tal-Impriża Konġunta f’konformità mar-Regoli Finanzjarji tagħha ġiet approvata mill-Bord Governattiv fil-11 ta’ Novembru 2011; jenfasizza l-fatt li l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA) li huma membri tal-Impriża Konġunta ma setgħux għalhekk jirrapportaw dwar l-ispejjeż imġarrba matul l-ewwel perjodu ta’ rappurtar kif stabbilit fil-ftehimiet ta’ għotjiet;

Awditu intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

12.

Jieħu nota tal-fatt li fl-2011 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u l-Kapaċità tal-Awditjar Interna tal-Impriża Konġunta wettqu eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tar-riskju u l-pjan strateġiku ta’ awditu għall-2012-2014 ġie approvat mill-Bord Governattiv fit-3 ta’ Novembru 2011;

13.

Josserva li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati sabiex jinkludu d-dispożizzjoni tar-Regolament Qafas iżda l-karta ta’ missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord Governattiv fit-8 ta’ Marzu 2011;

14.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li filwaqt li l-Impriża Konġunta kisbet l-awtonomija tagħha f’Novembru 2009 l-ebda xogħol ta’ awditjar intern għall-assigurazzjoni bħala tali ma twettaq sa’ Marzu 2012 mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni jew mill-maniġer tal-awditjar intern u dan tal-aħħar kien direttament involut fl-attivitajiet operattivi (implimentazzjoni tal-istrateġija ex post, qafas KPI, reviżjoni taċ-ċertifikat ex ante fuq il-kontribuzzjonijiet in natura) u impenji konsultattivi oħra;

Drittijiet ta’ Awditjar tal-Qorti tal-Awdituri

15.

Huwa sorpriż mill-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotjiet ma jirrikonoxxux id-dritt tal-Qorti tal-Awdituri li twettaq awditu tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-kumpaniji EFPIA għalkemm dawn huma mniżżla fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Impriża Konġunta u huma stmati li jammontaw għal EUR 1 000 000 000 matul il-ħajja tal-Impriża Konġunta; jirrmarka li kontribuzzjonijiet in natura huma awditjati mill-Impriża Konġunta b’mod konformi mal-Artikolu 12(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2008 u li l-parir tal-Kummissjoni ġie mitlub mill-Impriża Konġunta dwar id-dritttijiet tal-Qorti tal-Awdituri li twettaq awditu fuq il-kontribuzzjonijiet in natura tal-kumpaniji EFPIA;

Rapport annwali ta’ attività

16.

Jenfasizza l-fatt li d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv inħarġet fi Frar 2012 mingħajr riżerva minkejja n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effettività tal-istrateġija ta’ awditu ex-post, li hija l-kontroll ewlieni għan-nefqa operazzjonali; jinnota li skont l-Istatuti u r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, id-Direttur Eżekuttiv huwa meħtieġ li jabbozza rapport annwali ta’ attività inkluża dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni li tiddikjara li l-informazzjoni li hemm fir-rapport tirrappreżenta stampa vera u ġusta għajr jekk speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva;

Kwistjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni

17.

Jinnota li fl-2011 l-Impriża Konġunta għamlet progress fil-formalizzazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà tal-IT; josserva li l-pjan ta’ kontinwità tal-attivitajiet u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru għadhom ma ġewx iffinalizzati;

18.

Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim mal-Istat Ospitanti bejn l-Impriża Konġunta u l-awtoritajiet Belġjani dwar spazju għall-uffiċċji, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandhom jingħataw ġie ffirmat fit-3 ta’ Frar 2012;

Kwistjonijiet oħra

19.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 27.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/362


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011

(2013/623/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0088/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 27.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/363


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/624/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Delegazzjoni Konġunta tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew għall-ITER f’Cadarache mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0077/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 36.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Delegazzjoni Konġunta tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew għall-ITER f’Cadarache mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0077/2013),

A.

billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (“l-Impriża Konġunta”) twaqqfet f’Marzu 2007 għal perjodu ta’ 35 sena,

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu f’Marzu 2008,

C.

billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari,

D.

billi, fid-9 ta’ Ottubru 2008, il-Qorti tal-Awdituri ressqet l-Opinjoni Nru 4/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta,

E.

billi, meta nħolqot l-Impriża Konġunta, it-total indikattiv tar-riżorsi meqjusa meħtieġa għall-perjodu mill-2007 sal-2014 kien ta’ EUR 9 653 000 000;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta’ flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

2.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-operazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari;

3.

Jinnota li r-rati ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ ħlas disponibbli kienu 99,7 % u 85,7 % rispettivament; jirrimarka li mill-EUR 611 000 000 ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-attivitajiet operazzjonali, 42 % ġew implimentati permezz ta’ impenji diretti individwali filwaqt li t-58 % li kien għad fadal ġew implimentati permezz ta’ impenji globali.

4.

Jilqa’ l-ħatra tal-Kap tad-Dipartiment tal-ITER, il-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Kap tal-Unità tal-Baġit u tal-Finanzi fl-2011 b’segwitu għall-adattament tal-pjan ta’ titjib tal-ġestjoni għal funzjonijiet finanzjarji u operazzjonali separati fl-2010;

5.

Jiddispjaċih li l-Awditur Intern tal-Impriża Konġunta qajjem tħassib dwar iċ-ċirkwiti finanzjarji u, barra minn hekk, dwar is-separazzjoni tad-dmirijiet; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tistabbilixxi mingħajr dewmien sistematizzazzjoni xierqa taċ-ċirkwiti finanzjarji u tissepara d-dmirijiet kollha li huma inkompatibbli;

6.

Jistenna lill-Impriża Konġunta:

timplimenta u tagħmel użu b’mod sħiħ minn għodda integrata għall-amministrazzjoni tal-informazzjoni baġitarja, finanzjarja u operazzjonali;

timplimenta b’mod sħiħ il-pjanijiet ta’ azzjoni adottati mill-Impriża Konġunta bi tweġiba għall-awditjar intern dwar iċ-ċirkwiti finanzjarji, il-ġestjoni tal-għotjiet u l-kuntratti tal-esperti;

tikkompleta l-validazzjoni tas-sistemi sottostanti mill-uffiċjal tal-kontabilità;

tadotta strateġija komprensiva ta’ awditjar ex post għall-għotjiet u l-kuntratti operazzjonali;

twettaq eżerċizzju ta’ ġestjoni tar-riskju f’livell korporattiv;

Akkwist u għotjiet

7.

Jenfasizza l-fatt li, kif diġà ġie indikat fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-2010, l-Impriża Konġunta għandha bżonn issaħħaħ l-isforzi tagħha biex iżżid il-kompetizzjoni peress li n-numru ta’ offerti li tressqu għall-proċeduri ta’ akkwist operazzjonali li ġew iffirmati fl-2011 kien għadu baxx u ammonta għal medja ta’ żewġ offerti filwaqt li fil-każ tal-għotjiet in-numru medju ta’ proposti li ntbagħtu kien ta’ offerta waħda għal kull sejħa; jirrikonoxxi li n-natura tax-xogħol tal-Impriża Konġunta hi kkaratterizzata mill-akkwist ta’ komponenti teknoloġiċi avvanzati, li qatt ma nbnew qabel u li ma għandhom l-ebda valur kummerċjali, iddisinjati għall-bini ta’ reattur ta’ fużjoni sperimentali f’suq estremament kumpless fejn hemm predominanza ta’ sitwazzjonijiet ta’ monopolju u oligopolija; itenni li l-Impriża Konġunta trid issib vantaġġ ekonomiku fl-akkwisti kollha possibbli;

8.

Jiddispjaċih li f’każ partikolari, id-deċiżjoni li tiġi kkanċellata proċedura miftuħa u li tintuża proċedura nnegozjata ma kinetx debitament ġustifikata filwaqt li f’każ ieħor, l-Impriża Konġunta ddeċidiet tinnegozja ma’ żewġ kumpaniji li ressqu offerti skont il-proċedura miftuħa (għalkemm waħda minnhom ma kinetx teknikament konformi); jiddispjaċih ukoll li f’sitwazzjoni oħra kemm l-għażla tal-proċedura nnegozjata, kif ukoll il-kwantitajiet u l-prezz kkuntrattat ma kinux debitament ġustifikati;

9.

Jinsab imħasseb għall-fatt li l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri kkonferma r-riżultati ta’ eżerċizzju ta’ awditjar intern imwettaq fl-2011 fil-qasam tal-akkwist, speċifikament li:

in-notifika ta’ preinformazzjoni mhijiex użata bħala strument biex tiżdied il-pubbliċità ex ante ta’ sejħiet għall-offerti futuri

ma hemmx sistema li tittraċċa u tiġġestixxi l-bidliet fir-rekwiżiti tal-kuntratt u b’hekk tidentifika u tirrimedja devjazzjonijiet fl-ispejjeż

it-tul ta’ żmien tal-proċess ta’ akkwist ta’ spiss huwa eċċessiv u hemm ineffiċjenzi fil-preparazzjoni tad-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti

l-istimi tal-ispejjeż mhumiex dokumentati tajjeb

10.

Jitlob f’dan ir-rigward rapport ta’ progress dettaljat li joffri proposti speċifiċi għar-rettifika gradwali ta’ dawn in-nuqqasijiet;

11.

Jiddeplora l-fatt li l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri żvela wkoll li l-proċeduri tal-kontroll ex ante applikati għal pagamenti magħmula skont kuntratti u ftehimiet ta’ għotjiet mhumiex iddokumentati biżżejjed;

L-awditjar tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontrolli ex post fuq l-akkwist u l-għotjiet

12.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li filwaqt li l-Impriża Konġunta għandha sistema biex twettaq eżerċizzji ta’ awditjar fil-livell ta’ kuntratturi bl-iskop li tiċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-eżerċizzji ta’ awditjar ma jkoprix l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-kuntratti; jistieden lill-Impriża Konġunta tiżgura li l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ awditjar ikopri l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Impriża Konġunta li tkopri l-aspetti finanzjarji u kuntrattwali;

13.

Jieħu nota tal-fatt li għalkemm il-kontrolli ex post għall-evalwazzjoni tal-legalità u r-regolarità tal-implimentazzjoni tal-għotjiet mogħtija bdew fl-2011, l-Impriża Konġunta għadha nieqsa minn strateġija ta’ kontroll ex post ġenerali biex tkopri l-implimentazzjoni ta’ kuntratti ta’ għotjiet u kuntratti ta’ akkwist; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tiddefinixxi u timplimenta strateġija ta’ kontroll ex post ġenerali li tkopri b’mod sħiħ ir-riżorsi baġitarji eżawriti tagħha;

Drittijiet tal-proprjetà intellettwali u Politika Industrijali

14.

Jirrikonoxxi l-fatt li fit-28 ta’ Marzu 2012, il-Bord tat-Tmexxija adotta l-politika tal-Impriża Konġunta dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u t-tixrid ta’ informazzjoni. jinnota, madankollu, li l-Bord tat-Tmexxija s’issa għadu ma adottax il-politika industrijali li hija meħtieġa skont l-Istatuti.

Pagament tard tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija

15.

Jiddeplora l-fatt li l-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-2011 minn 12 il-membru kien soġġett għal dewmien

16.

Iqis li huwa essenzjali li l-Membri kollha tal-Impriża Konġunta jirrispettaw l-iskadenza għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija; jappoġġa l-fatt li ġew approvati miżuri mill-Bord tat-Tmexxija biex, f’każ ta’ ħlas tardiv tal-Kontribuzzjoni Annwali ta’ Sħubija, ikun impost l-imgħax;

Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

17.

Jinnota li l-karta dwar il-missjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija fil-25 ta’ Novembru 2011 flimkien ma’ pjan ta’ awditjar strateġiku kkoordinat għall-2012-2014 u r-Regolament Finanzjarju tiegħu ġie emendat kif xieraq biex jintroduċi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Strutturali li jirreferu għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni; ifakkar li l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu f’Marzu 2008;

Regolament Finanzjarju u Regoli ta’ Implimentazzjoni

18.

Jilqa’ l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2011, il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta ddeċieda li, b’mod ġenerali, jaċċetta l-osservazzjonijet (37 rakkomandazzjoni ġew aċċettati kompletament, 11 ġew aċċettati bil-kummenti u tnejn biss ġew irrifjutati) tal-Opinjoni Nru 4/2008 tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Enerġija mill-Fużjoni;

19.

Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li ċerti dispożizzjonijiet fir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta jiddevjaw mir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti; jilqa’ l-kjarifika tal-Impriża Konġunta li r-regoli ta’ implimentazzjoni emendati jipprovdu gwida suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta f’dak li jirrigwarda, pereżempju, il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom jinkiseb jew jingħata self jew ir-regoli għall-ivvalutar ta’ kontribuzzjonijiet in natura;

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-ITER

20.

Ifakkar li, f’Lulju 2010, il-Kunsill irreveda l-istima tal-baġit tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta għall-fażi ta’ kostruzzjoni li saret tammonta għal EUR 6 600 000 000 (valur tal-2008), biex b’hekk irdoppja l-istima inizjali; jinsab imħasseb li l-Impriża Konġunta qed twettaq eżerċizzju biex tallinja l-ispejjeż kollha mġarrba s’issa mal-valuri tal-2008 sabiex tkun tista’ tistabbilixxi devjazzjonijiet potenzjali minn dik l-istima tal-baġit; jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta implimentat għodda biex timmonitorja b’mod regolari l-validità tal-istimi u tirrapporta dwar devjazzjonijiet potenzjali; jistenna li l-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati ta’ dik l-analiżi;

Ftehim mal-Istat Ospitanti

21.

Jagħraf li, minkejja li ġie ffirmat Ftehim mal-Istat Ospitanti dwar is-sit u l-appoġġ, il-privileġġi u l-immunitajiet bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Impriża Konġunta, il-bini permanenti għadu ma tqegħidx għad-dispożizzjoni tal-Impriża Konġunta; jinnota madankollu li l-Impriża Konġunta għadha tokkupa bini temporanju sponsorizzat mir-Renju ta’ Spanja;

Kwistjonijiet oħra

22.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 36.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/368


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/625/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Delegazzjoni Konġunta tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew għall-ITER f’Cadarache mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0077/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 36.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/369


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011

(2013/626/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0101/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 46.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0101/2013),

A.

billi l-Impriża Konġunta SESAR (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) li għandu l-għan li jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru fl-Ewropa,

B.

billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu f’Awwissu 2007,

C.

billi l-Impriża Konġunta se jkollha s-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli li toħloq jew li jiġu ttrasferiti lilha għall-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR skont il-ftehimiet speċifiċi mal-membri tagħha,

D.

billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari,

E.

billi f’April 2010 l-Qorti tal-Awdituri ppreżentat l-Opinjoni Nru 2/2010 dwar ir-Regoli Finanzjarji ta’ SESAR,

F.

billi l-baġit għall-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR għall-perjodu 2008-2013 huwa EUR 2 100 000 000,

Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja

1.

Jieħu nota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzajarja 2011 kien fih approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-ammont ta’ EUR 148 000 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-ammont ta’ EUR 91 700 000; jagħraf, barra minn hekk, li r-rati ta’ utlizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu 99,4 % u 82,4 % rispettivament;

2.

Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2011, l-Impriża Konġunta kellha eżitu baġitarju pożittiv ta’ EUR 15 600 000 bi dħul ta’ EUR 91 200 000 kontra pagamenti ta’ EUR 75 600 000; jinnota li din is-sitwazzjoni kienet ir-riżultat:

tal-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-Impriża Konġunta: EUR 34 000 000,

tal-eżitu tas-sena preċedenti u sorsi oħra ta’ dħul: EUR 57 200 000,

tal-pagamenti tal-Impriża Konġunta: EUR 75 600 000,

tal-eżitu baġitarju pożittiv: EUR 15 600 000;

3.

Jirrimarka li d-depożiti f’kontijiet bankarji li ammontaw għal EUR 15 300 000 fl-aħħar tas-sena jirrappreżentaw ksur tal-prinċipju baġitarju tal-ekwilibrju; jirrikonoxxi li kien hemm progress pożittiv fir-rigward tad-depożiti f’kontijiet bankarji li ammontaw għal EUR 57 200 000 fl-aħħar tal-2010 u EUR 86 800 000 fl-aħħar tal-2009; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli timplimenta miżuri konkreti biex tikseb ekwilibrju baġitarju;

4.

Jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li jkomplu jiġu rrispettati l-prinċipji baġitarji; jinnota wkoll li l-Impriża Konġunta mliet 34 mid-39 post awtorizzat fl-organigramma tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011;

Sistemi ta’ kontroll intern

5.

Jilqa’ l-fatt li fl-2011, analiżi tal-proċessi tan-negozju tal-Impriża Konġunta li twettqet minn awditur estern indipendenti sabet li s-sistemi ta’ kontroll intern kienu qed joperaw b’mod effettiv; jinnota li f’April 2012, l-Uffiċjal tal-Kontabilità vvalida formalment il-proċessi ta’ attività sottostanti, bi qbil mar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta, għalkemm mhux qabel kummenti ripetuti mill-Qorti tal-Awdituri;

Funzjoni ta’ awditjar intern

6.

Jilqa’ l-fatt li f’Novembru 2011, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta adotta Pjan ta’ Awditjar Strateġiku Koordinat mas-Servizz tal-Awditjar Intern għall-Impriża Konġunta għall-perjodu 2012-2014 wara kjarifika tar-rwoli operattivi tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u tal-funzjoni ta’ awditjar intern tal-Impriża Konġunta; jistenna li jkun infurmat dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Awditjar Strateġiku u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Impriża Konġunta ġiet stabbilita fi Frar 2007;

Pagament tard tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija

7.

Jiddeplora l-fatt li l-iskadenza għall-pagament tal-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti lill-Impriża Konġunta mill-membri tagħha ma ġietx rispettata; jinnota li fl-aħħar ta’ Awwissu 2011, kien għad fadal 17-il ordni ta’ rkupru pendenti, li jammontaw għal EUR 3 700 000 u li membru wieħed ma kien ħallas l-ebda kontribuzzjoni annwali sal-aħħar tal-2011; jinnota li t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li l-kontribuzzjoni tard li kienet għadha pendenti fl-aħħar tas-sena waslet fi Frar 2012; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex madankollu tiżgura r-rispett tal-iskadenzi kuntrattwali għall-pagament tal-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mill-membri tagħha, liema kontribuzzjonijiet jirrappreżentaw 10 % tal-kontribuzzjonijiet globali tagħhom għall-proġett;

Objettivi tal-programm SESAR

8.

Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta kienet responsabbli fl-aħħar tal-2011 għal total ta’ 310 proġetti ta’ riċerka u żvilupp u ta’ ġestjoni, li minnhom 282 jinsabu fil-fażi ta’ eżekuzzjoni; jenfasizza li l-“fażi ta’ żvilupp” ġestita mill-Impriża Konġunta għandha tintemm fl-2016; jistieden lill-Impriża Konġunta tuża r-riżorsi finanzjarji kollha li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha biex tlesti, fil-ħin, l-iżvilupp tat-teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp tal-programm SESAR;

9.

Jagħraf il-kontribut ewlieni tal-Impriża Konġunta għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru modernizzata għall-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri junuraw l-impenn tagħhom li jilħqu l-għan ta’ Ajru Uniku Ewropew li r-realizzazzjoni kompleta tiegħu hija marbuta b’mod intrinsiku ma’ dak tal-programm SESAR;

10.

Jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-istadji ta’ implimentazzjoni tal-proġetti taħt il-programm SESAR u tippreżenta r-riżultati miksuba;

11.

Jinnota li l-Impriża Konġunta hija maħsuba bħala sħubija pubblika-privata u li l-interessi pubbliċi u privati huma marbuta mill-qrib; ifakkar li l-membri fundaturi huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Eurocontrol, irrappreżentat mill-Aġenzija tiegħu, flimkien ma’ 15-il impriża pubblika u privata mill-industrija tan-navigazzjoni bl-ajru; jirrakkomanda l-ħtieġa assoluta, fiċ-ċirkostanzi, li jiġi żgurat li l-kunflitti potenzjali ta’ interessi m’għandhomx jitwarrbu iżda jiġu indirizzati kif jixraq;

Kwistjonijiet oħra

12.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdi rapport speċjali lill-Parlament dwar kwistjonijiet komuni li jinqalgħu minħabba n-natura tal-impriżi konġunti, u li għandhom jiġu indirizzati mill-impriżi konġunti flimkien mas-sħab tagħhom sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-programmi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment u l-istruttura tal-impriżi konġunti.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 46.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/373


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011

(2013/627/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7-0040/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0101/2013),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 46.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-14 ta’ Novembru 2011 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għar-rilaxx għas-sena finanzjarja 2009 (COM(2011) 736) u d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SEC(2011) 1350 u SEC(2011) 1351),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012,

wara li kkunsidra l-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta’ Lulju 2012,

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, adottat mill-Kummissjoni f’Diċembru 2012,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “L-aġenziji Ewropej — Il-mixja ’l quddiem” (COM(2008) 135),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-kwittanza 2010: il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-Aġenziji tal-UE (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 15/2012 tal-Qorti tal-Awdituri bl-isem ‘Il-Ġestjoni ta Kunflitti ta’ Interessi f’Aġenziji magħżula tal-UE’,

wara li kkunsidra r-rapporti annwali (5) speċifiċi tal-Qorti tal-Awidturi dwar kontijiet annwali tal-aġenziji deċentralizzati għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra l-istudju tiegħu bl-isem “Opportunità u fattibilità tat-twaqqif ta’ servizzi ta’ appoġġ komuni għall-Aġenziji tal-UE” li ħareġ fis-7 ta’ April 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (6) ir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni (7) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Nissieltu kontra l-korruzzjoni fl-UE” (COM(2011) 308);

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0118/2013),

A.

billi din ir-Riżoluzzjoni fiha, għal kull wieħed mill-korpi riferuti fis-sens tal-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, l-osservazzjonijiet orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza skont l-Artikolu 96 tar-Regolament (KE, Eujratom) Nru 2343/2002 u l-Artikolu 3 tal-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,

B.

billi f’dawn l-aħħar għaxar snin, in-numru ta’ aġenziji żdied bi tliet darbiet, minn għaxra fl-2001 għal 30 fl-2011,

Kwestjonijiet ġenerali

1.

Jenfasizza l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-aġenziji, u l-impatt dirett tagħhom fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-mediċini, is-sigurtà fl-ikel, is-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kontroll tat-tifqigħ ta’ mard infettiv; f’dan il-kuntest, jagħmel enfasi fuq l-importanza kbira tal-awtonomija tal-aġenziji, b’mod partikolari dawk regolatorji u dawk inkarigati mill-ġbir tal-informazzjoni indipendenti; ifakkar li l-iskop ewlieni tat-twaqqif tal-aġenziji deċentralizzati kien li jkunu jistgħu jsiru valutazzjonijiet tekniċi u xjentifiċ indipendenti;

2.

Ifakkar li, wara tliet snin ta’ analiżi u negozjati, f’Lulju 2012 il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament adottaw Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati, ftehim politiku dwar il-ġestjoni u r-riforma futuri tal-aġenziji deċentralizzati; jilqa’ b’mod pożittiv il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim għalkemm jiddispjaċih li ma ġiex ikkunsidrat fih x’għandhom ikunu l-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-linji ta’ azzjoni u b’liema mod hija assoċjata l-funzjoni ta’ monitoraġġ u kontroll tal-Parlament Ewropew f’dawn il-proċeduri;

3.

Jilqa’ b’mod pożittiv ir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri u b’mod partikolari l-isforzi li għamlet biex tikkonforma mat-talbiet magħmula mill-Parlament biex il-Qorti tagħmel verifiki aħjar u tiġi ffaċilitata l-proċedura ta’ approvazzjoni tal-liberazzjoni;

4.

Jinnota b’sodisfazzjon li r-rapporti tal-awditjar tal-Qorti issa fihom informazzjoni aktar ddettaljata mis-snin preċedenti; jinkoraġġixxi lill-Qorti tissokta b’ din it-trend pożittiva u tiżviluppa aktar l-element ta’ awditjar tal-prestazzjoni, kemm fil-bosta rapporti annwali tagħha kemm fir-rapporti speċjali tagħha; jitlob lill-Qorti biex tippromwovi d-dibattiti kontradittorji sakemm l-aġenziji jitolbu dan u biex b’dan il-mod ittejjeb l-informazzjoni u t-trasparenza fir-rapporti tagħha, b’mod partikolari billi tirrikonoxxi dawk il-każijiet fejn tkun l-aġenzija nnifisha li tkun sabet il-problema u tkun innotifikat lill-Qorti, u billi tindika b’mod aktar ċar il-każijiet li fihom tkun inħarġet riżerva;

5.

Ifakkar lill-aġenziji dwar l-obbligu tagħhom li jippreżentaw lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza rapport imħejji mid-direttur tagħhom li jiddiskrivi fil-qosor in-numru u n-natura tal-awditi interni mwettqa mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u s-segwitu tagħhom, kif previst fl-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002;

6.

Ifaħħar il-kooperazzjoni tajba mal-kumitat responsabbli min-naħa tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni (“in-Netwerk”), forum għall-koordinazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u ftehim ta’ pożizzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni għall-aġenziji, u jinkoraġġixxi t-tisħiħ tan-Netwerk; jinnota b’sodisfazzjon id-disponibbiltà u l-ftuħ tad-diretturi tal-aġenziji kkuntattjati fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ kwittanza; jinnota b’sorpriża l-ittra tan-Netwerk tad-19 ta’ Ottubru 2012 fejn jitlob lill-Parlament “jerġa’ lura għall-prattiki tas-snin bikrija”; għall-kuntrarju, jħeġġeġ u jistenna lin-Netwerk jappoġġa l-bidliet mitluba mill-Parlament fil-kwittanza preċedenti għal titjib fil-ġestjoni, it-trasparenza u l-miżuri ta’ kontra l-kunflitt ta’ interess għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-flus tal-kontribwenti;

7.

Jisħaq il-ħtieġa li jkun hemm fokus fuq l-effikaċja u t-trasparenza fl-eżeċizzju tal-kwittanza u jistieden lill-partijiet involuti – il-Qorti tal-Awdituri, il-Kunsill, l-aġenziji u n-Netwerk – biex jittrattaw il-kwittanza minn dik il-pożizzjoni; jenfasizza li meta ssir enfasi fuq il-prestazzjoni, din m’għandha bl-ebda mod ixxekkel ir-regolarità u l-ġestjoni finanzjarja soda;

8.

Jindika, f’dan il-kuntest, ir-relazzjoni bejn il-piż amministrattiv u l-prestazzjoni tal-aġenziji; iqis li biex l-aġenziji jaħdmu bl-aktar mod effiċjenti possibbli u jottimizzaw kemm jista’ jkun ir-riżorsi tagħhom, għandhom ifittxu sinerġiji, iwettqu skambju akbar ta’ prattika tajba u jaqsmu servizzi abbażi tal-prossimità ġeografika jew tematika; iqis li l-aċċess għas-servizzi mogħtijin mill-Kummissjoni għandhom ukoll jittejbu, jitwessgħu u jiġu ffaċilitati;

9.

Jissuġġerixxi li r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenziji għandhom jiġu simplifikati, b’tali mod li jippermettu li l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv tal-aġenziji jiġu ridotti; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal proposti għal dak il-għan u tinkoraġġixxi lill-aġenziji biex jużaw l-għażla ta’ simplifikazzjoni fir-rigward tal-proċeduri tar-reklutaġġ meta l-proċedura standard hija mfassla għall-organizzazzjonijiet fuq skala akbar u tippreżenta piż eċċessiv għall-aġenziji;

10.

Jinnota bi tħassib li hemm għadd ta’ problemi identifikati mill-Qorti tal-Awdituri li jolqtu lil bosta aġenziji, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dawn li ġejjin:

riporti li mhumiex appoġġati minn impenji jew li jidhru eċċessivament għoljin,

nuqqas ta’ trasparenza jew rigorożità fir-reklutaġġ,

l-akkwist u l-ġestjoni tal-kuntratti,

il-kunflitti potenzjali ta’ interess, inkluż fil-livell ta’ bord ta’ tmexxija;

11.

Jinnota, f’dan il-kuntest, it-tweġiba tan-Netwerk; jilqa’ l-azzjoni koordinata tal-aġenziji u l-intenzjoni tagħhom li jindirizzaw l-problemi identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u jħeġġeġ lin-Netwerk, kif ukoll lill-aġenziji individwali, jirrapportaw lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-miżuri konkreti għall-kumpens tan-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u l-Parlament fil-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010; jisħaq li r-reponsabbiltà hija tad-diretturi eżekuttivi u l-bordijiet ta’ tmexxija tal-aġenziji;

12.

Iħeġġeġ lin-Netwerk, kif ukoll lill-aġenziji individwali, biex jirrappurtaw lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress ta’ implimentazzjoni ta’ dawk l-ideat u l-approċċi biex jiġi vvalutat jekk l-approċċ magħżul weriex ruħu effettiv fis-soluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti kif identifikat mill-Qorti tal-Awdituri u l-approċċ komuni u jirrappurtaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet kemm individwali kif ukoll kollettivi li jindirizzaw is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri, u r-riżultati tagħhom;

13.

Jenfasizza li l-aġenziji ilhom jitolbu normi aktar flessibbli tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-aġenziji; jirrikonoxxi li l-maġġor parti ta’ dawn in-normi huma sproporzjonati u mhumiex adattati għad-daqs u lanqas għall-għanijiet u l-karatteristiċi tal-maġġor parti tal-aġenziji; iqis li s-semplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji u statutorji applikabbli għall-aġenziji jtejbulhom l-effikaċja, jirriduċulhom l-ispejjeż u jsolvulhom ħafna mill-problemi identifikati mill-Qorti tal-Awdituri;

14.

Jinnota li xi aġenziji fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja huma operazzjonali u li l-implementazzjoni tal-baġit tagħhom jiddependi wkoll minn fatturi esterni, li għandhom jiġu kkunsidrati matul il-proċess baġitarju;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

15.

Itenni li l-prinċipju tal-annwalità hu wieħed mit-tliet prinċipji bażiċi tal-kontabilità (l-unità, l-annwalità u l-bilanċ) li huma indispensabbil biex tkun żgurata implementazzjoni effikaċi tal-baġi tal-Unjoni; jinnota li l-aġenziji deċentralizzati mhux dejjem ikunu kompletament konformi ma’ dan il-prinċipju;

16.

Ifakkar lill-aġenziji li l-problema persistenti tar-riporti għad trid tiġi indirizzata; jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet tal-Aġenziji fir-rigward tad-diffikultà fl-evitar tar-riporti fin-nefqa operattiva; jemmen, madankollu, li f’numru ta’ każijiet, għad hemm lok għal titjib, b’mod partikolari permezz ta’ ġestjoni aħjar tal- approprjazzjonijiet ta’ impenn ibbażati fuq bżonnijiet reali, l-ippjanar intern aħjar u tat-tbassir ġenerali tad-dħul, dixxiplina baġitarja aktar stretta u stampa sħiħa regolari tal-infiq; jitlob lill-aġenziji biex janalizzaw il-proċessi amministrattivi interni tagħhom sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, speċjalment fil-proċessi tal-akkwisti u r-reklutaġġ; jemmen li kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri għandhom jgħinu lill-aġenziji b’mod effettiv f’dan il-qasam;

17.

Jirrimarka li f’xi każijiet l-ippjanar intern jeħtieġ jitjieb, u dan jitlob li l-aġenziji jaħdmu fuq proċeduri mtejba; jagħraf fl-istess ħin li f’ċerti ċirkostanzi u b’ġustifikazzjoni dovuta (pereżempju s-sistemazzjoni ta’ pagamenti ma kinitx possibbli fis-sena stipulata fil-kuntratt) dan għandu jitniżżel b’mod trasparenti fir-rapport mill-Qorti tal-Awdituri; huwa tal-fehma li hekk biss tista’ ssir valutazzjoni vera dwar jekk ir-riporti jkunu għoljin wisq jew le;

18.

Jenfasizza, f’dan il-kuntest, li għandha titqies il-ġerarkija tan-normi, u jemmen li l-fokus għandu jkun fuq il-ġestjoni finanzjarja soda; madankollu, jindika, li r-regoli finanzjarji attwali ma jsolvux il-problema tal-aġenziji li l-finanzjament tagħhom huwa bbażat fuq il-ġbir ta’ ħlasijiet, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjoni għal din il-problema meta ssir ir-reviżjoni li jmiss tar-regoli tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-aġenziji; jirrimarka li r-Regolament Finanzjarju lanqas mhuwa adattat għal dawk l-aġenziji li jiġġeneraw eċċessi u jisħaq li huwa essenzjali li fir-riforma jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet għal dawn il-każijiet bħal pereżempju l-ħolqien ta’ fond ta’ riżerva limitat;

19.

Jistenna li l-Qorti tal-Awdituri fir-rwol tagħha ta’ awditur estern bħala segwitu għar-rapport ta’ kwittanza tal-Parlament tal-2010 u r-rapport tagħha dwar il-valutazzjoni komparattiva tal-Aġenziji, tikkonsulta lin-Netwerk tal-Aġenziji biex tfassal valutazzjoni komparattiva aċċessibbli b’mod miftuħ u trasparenti u proċedura ta’ klassifikazzjoni għall-Aġenziji bl-użu ta’ indikaturi importanti fl-oqsma tal- ġestjoni finanzjarja u baġitarja tajba, spejjeż governattivi baxxi kif ukoll effettività operazzjonali effiċjenti u l-provvediment tad-dejta sottostanti b’format faċilment aċċessibbli (eż. fajls Excel u/jew CSV);

20.

Jinnota bi tħassib li ċerti aġenziji għarfu bħala punt dgħajjef in-nuqqas ta’ flessibbiltà fil-baġit, u dan jissuġġerixxi li jista’ jsir tfaddil jekk ikun hemm biżżejjed flessibbiltà fil-baġit minn titolu għal titolu; jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-qrib is-sitwazzjoni u tippreżenta proposti li jindirizzaw din il-kwistjoni;

21.

Jinnota li matul is-sena l-aġenziji jgħaddu minn għadd kbir ta’ proċeduri ta’ awditjar u ta’ kontroll differenti li ħafna drabi ma jitqassmux b’mod ugwali u li jistgħu joħolqu diffikultajiet għalihom; jemmen li l-problem għandha tkun indirizzata primarjament billi jkun hemm koordinament aħjar ta’ dawk l-awditi varji (8); iqis li l-Aġenziji għandhom jiġu kkonsultati sabiex isibu soluzzjoni prattiċi għal din il-kwestjoni li ma jxekklux il-prestazzjoni tax-xogħlijiet ewlenin tagħhom; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kummissjoni, lill-aġenziji u n-Netwerk sabiex ifasslu approċċ xieraq dwar din il-kwestjoni għall-partijiet involuti kollha;

22.

Jitlob li l-Aġenziji u l-Impriżi Konġunti kollha jżidu sistematikament mudell standardizzat dwar il-pubblikazzjoni tal-Kontijiet Annwali Finali li jinkludi d-dejta ppreżentata fir-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u fir-rapporti tagħhom dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja; jirrakkomanda li l-aġenziji u l-impriżi konġunti kollha jagħtu din l-informazzjoni b’mod komprensiv, aċċessibbli għall-utent u trasparenti (eż., Excel files u/jew CSV files), ħalli jkun iffaċilitat il-paragun bejn l-eżekuzzjonijiet baġitarji tagħhom, u b’hekk il-Parlament u l-pubbliku jkunu jistgħu jqabblu b’mod komprensiv l-infiq tagħhom;

23.

Jitlob lin-Netwerk tal-Aġenziji jintroduċi sistema ta’ linja baġitarja dettaljata u standardizzata sabiex l-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dħul u l-ispejjeż tal-Aġenziji kif ukoll l-implimentazzjoni u l-użu tal-approprjazzjonijiet għal kull linja baġitarja jkunu jistgħu jitqabblu mit-titlu, mill-kapitolu u mil-linja; barra minn hekk, jitlob lin-Netwerk jmexxi t-tqabbil sussegwenti u jiżgura liberament disponibbli l-konklużjonijiet kif ukoll d-dejta sottostanti f’format faċilment aċċessibbli (eż. fajls Excel u/jew fajls CSV);

Riżorsi umani u politika ta’ akkwist

24.

Jirrimarka li r-Regolamenti tal-Persunal jiddefinixxu l-prinċipji li jippermettu l-adozzjoni tal-politika tal-persunal mill-aġenziji u li huma meħtieġa wkoll flessibbiltà akbar u simplifikazzjoni tan-normi statutorji applikabbli għall-aġenziji sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament aħjar tagħhom f’dan il-qasam; jirrimarka li għalkemm l-Artikolu 110 tar-Regolament jippermetti xi flessibbiltà, peress li hija l-Kummissjoni li tiddeċiedi finalment, jirriżulta fundamentali li l-aġenziji u l-Kummissjoni jilħqu ftehim minn qabel; iqis li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Kummissjoni għandha tippreżenta deċiżjoni motivata quddiem il-kumitat responsabbli tal-Parlament;

25.

Ifakkar lill-Aġenziji, li fil-pjanijiet tagħhom ta’ politika tal-persunal għandhom jadottaw programm globali tar-riżorsi umani tagħhom skont il-kapaċità baġitarja u amministrattiva li jkollhom sabiex tkun żgurata politika tal-persunal koerenti u adattata skont il-bżonnijiet neċessarji; jirrimarka wkoll li dawn il-pjanijiet għandhom iqisu fatturi fundamentali bħall-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa u l-bilanċ ġeografiku; f’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi kkunsidrati mill-Kummissjoni fil-pjan direzzjonali tagħha kif ukoll il-fatt li l-ispeċifiċitajiet tal-aġenziji diġà huma rikonoxxuti fil-proċess ta’ reviżjoni tar-Regolament tal-Persunal li għaddejja bħalissa;

26.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-aġenziji kienu problema rikorrenti sa mill-ħolqien tal-aġenziji, filwaqt li l-Qorti tal-Awdituri fl-awditjar tagħha għas-sena 2011, sabet problemi jew dgħufijiet ta’ dan tip fl-aġenziji kollha ħlief tnejn; huwa sorpriż li kemm l-Approċċ Komuni kif ukoll il-pjan direzzjonali ma jipprovdu ebda azzjoni f’dan il-qasam;

27.

Iqis li l-pratttika stabbilita tajjeb tal-Pjanijiet tal-Politika tal-Persunal bħala għodda imprezzabbli għall-ippjanar fuq terminu twil ta’ żmien; hu kulma jmur aktar imħasseb li l-Kummissjoni tista’ tannulla l-Pjanijiet tal-Politika tal-Persunal miftehmin fl-ambitu tal-proċedura annwali tal-baġit, u għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tirrestrinġi ruħha f’dan is-sens;

28.

Jitlob lill-Aġenziji kollha jinfurmaw lill-awtorità tal- kwittanza bin-numru ta’ ġranet ta’ liv awtorizzat għal kull grad skont il-ħin flessibbli u skemi ta’ kumpens tal-liv miżjuda annwalment mar-rapporti ta’ attività annwali tagħhom;

Kunflitti ta’ interessi u trasparenza

29.

Jilqa’ r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interessi f’Aġenziji magħżula tal-UE (Rapport Speċjali 15/2012), li rriżulta mit-talba tal-Parlament biex titwettaq analiżi komprensiva tal-approċċ tal-Aġenziji għall-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet fejn ikun hemm kunflitti potenzjali ta’ interess;

30.

Iqis li l-valur miżjud tar-Rapport Speċjali 15/2012 tal-Qorti tal-Awdituri jinsab fil-monitoraġġ regolari tal-progress tal-Aġenziji rigward il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess; jitlob lill-Qorti tippermetti aktar segwitu fuq din il-kwestjoni b’mod li jitwessgħu l-kamp tal-awditu tagħha għal aġenziji oħrajn, u li tippreżenta dak li ssib f’Rapport Speċjali futur dwar il-kwestjoni;

31.

Ifakkar li fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 15/2012, il-Qorti tal-Awdituri vvalutat politiki u proċeduri għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess f’erba’ Aġenziji magħżulin: l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA);

32.

Iqis li l-iskop tal-awditur tal-Qorti tal-Awdituri kien sabiex jitwieġbu żewġ mistoqsijiet: l-ewwel nett, kienx hemm politiki u proċeduri adegwati fis-seħħ, u t-tieni, jekk dawk il-politiki u l-proċeduri ġewx implimentati b’mod adegwat; jinnota, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Awdituri bbażat ix-xogħol tagħha fuq id-definizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess kif provdut fil-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), u li n-netwerk ta’ referenza għar-rekwiżiti minimi adottati mill-Qorti rriżultat ukoll mil-linji gwida tal-OECD; jisħaq, b’danakollu li, għad li l-linji-gwida tal-OECD joffru punt ta’ riferiment internazzjonali dwar din il-kwestjoni, bażikament huma relattivi għall-kunflitti ta’ interess fil-qafas tal-impjegati fis-settur pubbliku u ma jistgħux, għalhekk, jagħtu bażi alternattiva għal rispons effikaċi fil-każ ta’ kunflitti potenzjali ta’ interess fost il-korpi governattivi u korpi oħrajn imdaħħlin f’ħidmet l-aġenziji, bħalma huma l-bordijiet ta’ tmexxija u l-pannelli tal-esperti; madankollu, jirrikonoxxi l-valur tas-sett ta’ għodod tal-OECD, speċjalment il-lista ta’ awtokontroll għal rigali, benefiċċji, eċċ.; kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sanzjonijiet, il-ħtieġa għal verifika tal-integrità u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet ta’ interess kif ukoll il-ħtieġa ta’ kompetenzi u għarfien fl-identifikazzjoni tar-riskji ta’ kunflitt ta’ interessi;

33.

Jinnota li l-kunflitti ta’ interess jistgħu jseħħu wkoll bejn il-membri tal-Bord tat-Tmexxija ta’ aġenzija u l-Aġenzija nnifisha, minħabba interessi nazzjonali jew istituzzjonali, li jipperikolaw il-funzjonament kif suppost tal-Aġenzija; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tippreżenta urġentement lill-Parlament proposta ħalli tkun indirizzata din il-kwestjoni; jistenna li sadanittant id-dikjarazzjonijiet ta’ interess ta’ kull wieħed mill-membri tal-bordijiet tat-tmexxija tal-aġenziji jsiru trasparenti u pubbliċi;

34.

Jinnota b’dispjaċir li skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 15/2012, fi tmiem l-awditjar fuq il-post (Ottubru 2011), l-ebda waħda mill-erba’ aġenziji magħżula ma ġestew b’mod adegwat is-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess; jinnota li filwaqt li l-EMA u l-EFSA żviluppaw politiki aktar avvanzati għall-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interess, il-politiki tal-ECHA ma kinux kompleti u l-EASA ma kellhiex tali politiki operattivi;

35.

Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat numru ta’ nuqqasijiet, b’mod partikolari, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-proċeduri għall-persunal u l-bord tal-appell (l-ECHA), it-trasparenza fir-rigward tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tal-interessi (l-EASA), it-taħriġ dwar il-kunflitti tal-interessi (l-ECHA u l-EASA); jisħaq li, mill-erba’ aġenzija li sar l-awditu tagħhom mill-Qorti, kienet l-EMA biss li kellha politika dwar l-għotjiet u l-istediniet;

36.

Jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Qorti tal-Awdituri lill-erba’ aġenziji li sarilhom l-awditu; jilqa’ l-fatt li wara l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, l-erba’ aġenziji magħżula ħadu numru ta’ passi biex jindirizzaw in-nuqqasijiet individwali tagħhom; iħeġġeġ lill-aġenziji jirrappurtaw lill-awtorità ta’ kwittanza kull miżuri ulterjuri meħuda fir-rigward tal-implementazzjoni tal-politiki u l-proċeduri biex ikunu indirizzati dawk in-nuqqasijiet, inkluża l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

37.

Jieħu nota li l-Qorti tal-Awdituri identifikat għadd ta’ nuqqasijiet sinifikanti relatati ma’ kwistjonijiet ta’ wara l-impjieg li jdgħajfu l-prevenzjoni mis-sitwazzjonijiet ta’ “revolving doors”; jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati dawk il-kwestjonijiet ta’ wara l-impjieg u huwa tal-opinjoni li teħtieġ jiġi ċċarat il-perjodu ta’ “cooling-off” għal kull minn kellu l-kariga ta’ direttur ta’ aġenzija jew kellu responsabbiltajiet kbar fi ħdan aġenzija;

38.

Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi deċentralizzati kollha biex jeżaminaw jekk ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 15/2012 tiegħu humiex rilevanti u applikabbli għalihom; iqis li l-Aġenziji għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u proċeduri komprensivi ta’ indipendenza, li jistabbilixxu inter alia mekkaniżmu għall-ksur tal-fiduċja u sanzjonijiet ċari, jew jibdlu dawk diġà fis-seħħ abbażi tat-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 15/2012; jistieden għaldaqstant lill-Aġenziji kollha jirrapportaw lill-awtorità tal-kwittanza dwar din il-kwistjoni qabel tmiem l-2013;

39.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Ombudsman Ewropew biex jagħmel investigazzjoni fuq inizjattiva proprja fuq il-każ tal-kunflitt tal-interessi fil-parti tiegħu ta’ “bibien li jduru” rigward diversi każijiet li ġew irrappurtati riċentement fil-Kummissjoni; japprova t-twissija maħruġa mill-Ombudsman li skont ma tgħid hi, għad li l-ġestjoni effikaċi tal-kunflitti ta’ interess hija parti kruċjali mill-governanza t-tajba u mill-imġiba etika xierqa, mhux il-problemi kollha marbutin mal-governanza u l-etika neċessarjament jimplikaw kunflitt ta’ interess; huwa tal-fehma li l-kunflitti ta’ interess jeħtieġ li jiġu indirizzati fil-limiti stretti tagħhom, u jisħaq il-ħtieġa li jkunu promossi strateġiji u azzjonijiet ta’ taħriġ u prevenzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-kunflitti ta’ interess fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

40.

Jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri sabiex l-Unjoni jikkunsidra żvilupp ulterjuri tal-qafas regolatorju tal-Unjoni ddedikat għall-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess

41.

Jilqa’ d-Dikjarazzjoni Konġunta interistituzzjonali tad-19 ta’ Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess (il-paragrafi 11 u 18) u dwar l-indipendenza tal-esperti xjentifiċi tal-Aġenziji (il-paragrafu 20);

42.

Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tagħmel valutazzjoni tal-implementazzjoni min-naħa tal-aġenziji ta’ kull miżura meħuda abbażi tar-rakkomandazzjonijiet magħmulin lilhom fir-Rapport Speċjali Nru 15/2012; jitlob lin-Netwerk jiżviluppa proposta bbażati fuq l-iskambju tal-aqwi prattiki u t-tagħlimiet meħudin ħalli jippermettulu jidentifika, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Qorti tal-Awdituri, dawk l-aġenziji, jew oqsma li fihom joperaw, fejn hemm l-akbar riskju ta’ kunflitti ta’ interess; f’dan il-kuntest, jilqa’ r-reviżjoni tar-reġistru ta’ trasparenza dwar il-lobbyists fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-aġenziji biex jimplimentaw il-miżuri li jirriżultaw minn din ir-reviżjoni għal kunflitti ta’ interessi potenzjali;

43.

Jilqa’ l-azzjonijiet imbassra mill-Kummissjoni dwar il-kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari, l-intenzjoni tagħha li toħroġ linji gwida għal politika koerenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess għall-membri tal-Bordijiet tat-Tmexxija u d-Diretturi, esperti fil-kumitati xjentifiċi, u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell (9), kompitu li l-Kummissjoni ħadet f’idejha u stabbiliet l-2013 bħala s-sena mmirata; jinnota b’sodisfazzjon li dan il-kompitu huwa wieħed mill-azzjonijiet u l-miri importanti prioritarji tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tosserva t-terminu propost għall-implementazzjoni ta’ din l-azzjoni u li tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu qabel għeluq l-2013, billi tehmeż mar-rapport tagħha il-proposta leġiżlattivi relevanti;

44.

Jinnota f’dan is-sens li l-Kummissjoni tipprevedi żewġ azzonijiet li jridu jitwettqu mill-aġenziji fl-2013, jiġifieri li tiġi adottata u implementata politika ċara dwar il-kunflitti ta’ interess u, b’mod partikolari, tiġi skambjata l-esperjenza u possibbilment żviluppat approċċ koordinat għall-problemi komuni rigward kumitati xjentifiċi u bordijiet tal-appell, u jiiġu ddefiniti kriterji trasparenti u verifikabbli b’mod oġġettiv għall-imparzjalità u l-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell u biex jiġu riveduti l-proċeduri ta’ selezzjoni għall-membri ta’ kumitati xjentifiċi (10); iħeġġeġ lill-Aġenziji jirrappurtaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward ta’ dawk il-kompiti qabel tmiem l-2013;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm f’moħħha l-bżonn li jinżamm bilanċ xieraq bejn ir-riskji u l-benefiċċji, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, min-naħa waħda, u l-għan li jinkiseb l-aħjar parir xjentifiku possibbli, min-naħa l-oħra; iqis li l-proliferazzjoni ta’ kodiċijiet ta’ mġiba u linji gwida tal-etika ma jistgħux jestirpaw il-kunflitti ta’ interess; huwa tal-fehma li l-adozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ mġiba u linji gwida tal-etika hija neċessarja, imma mhux biżżejjed, u li l-estirpazzjoni tal-kunflitti ta’ interess tinkiseb biss permezz tal-implementazzjoni ta’ regoli sempliċi u xierqa, u l-eżekuzzjoni xierqa tagħhom, bħala parti minn kultura ġenerali ta’ onestà, integrità, u trasparenza;

46.

Itenni l-fatt li livell għoli ta’ trasparenza hu element ewlieni għall-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess; jistieden għaldaqstant lill-Aġenziji li għadhom m’għamlux hekk sabiex jagħmlu disponibbli fuq il-websajt tagħhom il-lista tal-membri tal-Bordijiet tat-Tmexxija, tal-persunal maniġerjali, tal-esperti esterni u interni flimkien mad-dikjarazzjoni tal-interessi u l-curriculum vitae rispettivi tagħhom;

Pjan direzzjonali

47.

Jilqa’ f’dan il-kuntest il-‘Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE’ (il-Pjan Direzzjonali) adottat mill-Kummissjoni f’Diċembru 2012, u jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jikkunsidraw bis-sħiħ l-ideat espressi fih, b’mod partikolari fil-kuntest tan-negozjati li għaddejin bħalissa dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (MFF);

48.

Jappoġġja bis-sħiħ l-objettivi prinċipali tal-Kummissjoni prefissi fil-Pjan Direzzjonali, jiġifieri l-ksib ta’ governanza aktar bilanċjata, it-titjib tal-effikaċja u r-responsabilità politika tal-aġenziji u l-introduzzjoni ta’ koeranza akbar fil-mod li bih jiffunzjonaw; jilqa’ l-azzjonijiet li hemm proposti fih, b’mod partikolari dwar l-istreamlining tal-bordijiet ta’ tmexxija, l-isforzi għat-tiftix tas-sinerġiji bejn l-aġenziji u l-possibilità tal-fużjoni ta’ wħud minnhom;

49.

Jinnota, madankollu, li l-Pjan Direzzjonali, filwaqt li huwa punt ta’ tluq tajjeb, għad jonqsu valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni attwali tal-aġenziji, kif ukoll viżjoni u strateġija ċara li jindirizzaw il-bżonn għall-immodernizzar tal-aġenziji; jemmen li l-Kummissjoni setgħet kienet aktar ambizzjuża u eżiġenti fir-rigward tal-azzjonijiet speċifiċi li jimmiraw l-aġenziji individwali jew tipi jew gruppi ta’ aġenziji; jiddispjaċih li f’dan l-istadju x-xogħol fit-tul tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali wassal għal riżultat pjuttost modest u li l-Kunsill ma kienx aktar miftuħ għal approċċ aktar ambizzjuż; huwa konvint li approċċ aktar proattiv u li jħares ‘l quddiem kien iwassal għal livell konsiderevolment ogħla ta’ valur miżjud;

50.

Jilqa’ li waħda mill-prijoritajiet tal-approċċ komuni hija t-titjib tal-governanza tal-aġenziji, speċjalment permezz tal-iċċarar u l-istabbiliment tar-rwoli tal-Bord tal-Amministrazzjoni u tad-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll ir-reviżjoni tar-rwol tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Parlament fil-bordijiet li jmexxuhom; din is-sena se tgħin ukoll biex tiġi ċċarata r-relazzjoni tal-aġenziji mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mal-Istati Membri biex jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta’ obbligi ta’ rendikont tal-aġenziji u biex jiġi definit il-livell ta’ responsabbiltà tal-Kummissjoni fl-attivitajiet tal-aġenziji b’rispett sħiħ għall-prinċipju tal-indipendenza tagħhom;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tutilizza aħjar il-bini ta’ kapaċità u r-rakkomandazzjonijiet tal-aġenziji fil-qafas tas-Semestru Ewropew, partikolarment waqt it-tfassil tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-indikaturi makroekonomiċi; jenfasizza r-rwol ewlieni li għandhom l-aġenziji sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

Indipendenza

52.

Jenfasizza l-importanza kbira tal-indipendenza tal-aġenziji; ifakkar li l-aġenziji għandhom ikunu kapaċi jesegwixxu l-mandat tagħhom b’mod indipendenti u jiddispjaċih li dan mhux dejjem il-każ bħalissa; jemmen li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala msieħba tal-aġenziji u jinnota bi tħassib li l-interventi tal-Kummissjoni xi drabi jitfgħu dubju fuq l-oġġettività tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet mwettqa mill-aġenziji, speċjalment meta jkunu involuti riskji għolja rigward is-sigurtà tal-konsumaturi;

Responsabilità politika

53.

Iqis li r-responsabilità politika demokratika tal-aġenziji għandha tkun streamlined, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mar-rapportaġġ lill-awtorità ta’ kwittanza (hemm, b’mod partikolari, inkonsistenzi fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja u fis-sottomissjoni tar-rapporti ta’ kwittanza ta’ segwitu); jemmen li r-relazzjoni bejn il-Parlament u l-aġenziji tibbenefika minn sistema isħaħ u strutturata aħjar ta’ kif isir ir-rapportaġġ lill-Parlament; iqis li –sitwazzjoni kurrenti hi pjuttost ifframmentata u li l-kuntat u r-rapportaġġ isir ta’ sikwit fuq bażi ad hoc biss;

54.

Jikkunsidra li huwa vitali li l-kumitati parlamentari responsabbli għall-aġenziji jeżaminaw bl-akbar reqqa l-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-aġenziji u jiżguraw li dawn jirriflettu ċ-ċirkostanzi attwali u l-prijoritajiet politiċi; jistenna f’dan ir-rigward, li l-aġenziji jikkooperaw mill-qrib ma’ dawk il-kumitati u l-Kummissjoni, f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta’ Lulju 2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati, fl-abbozzar tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tagħhom;

55.

Għall-finijiet ta’ trasparenza u kontroll demokratiku, inkluż fil-Parlament, jistieden lill-aġenziji jippubblikaw il-minuti tal-laqgħat tal-bord tat-tmexxija tagħhom fuq il-websajts tagħhom;

56.

Jissuġġerixxi li membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġits tal-Parlament Ewropew ikollu l-possibbiltà li jipparteċipa bħala osservatur, fil-laqgħat tal-bordijiet tat-tmexxija tal-aġenziji;

Possibbiltajiet għal kooperazzjoni aktar mill-qrib u l-fużjoni ta’ ċerti aġenżiji

57.

Jemmen li għandhom ikunu esplorati aktar sinerġiji bejn il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, billi jitqiesu r-riżultati tal-istudju maħruġin miċ-CEPOL fl-2011 (kuntratt CEPOL/CT/2010/002); jinnota li f’Marzu 2014, il-Kulleġġ se joħroġ mill-bini li qed jokkupa bħalissa fi Bramshill (Renju Unit); jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għar-rilokazzjoni tal-Kulleġġ fl-Aja (Olanda), fejn l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija jinsab bħalissa, ħalli iż-żewġ aġenziji jkunu jistgħu jikkondividu l-faċilitajiet u s-servizzi mingħajr ma jipperikolaw il-kompiti u l-awtonomija essenzjali tagħhom; jisħaq li deċiżjoni rapida dwar ir-rilokazzjoni taċ-CEPOL tnaqqas b’mod konsiderevoli l-livell ta’ inċertezza li tista’ tolqot negattivament lill-persunal u l-proċeduri ta’ reklutament;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jesploraw ulterjorment is-sinerġiji li jeżistu bejn dawk l-aġenziji u jirrapportaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-possibbiltà ta’ integrazzjoni aktar fil-fond; jistieden lil dawk l-aġenziji u l-Kummissjoni jivvalutaw jekk kooperazzjoni aktar mill-qrib tistax twassal għall-ekonomiji ta’ skala u l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom;

59.

Iqis li għandu jkun hemm kordinament eqreb bejn ċerti aġenziji b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mad-deċiżjonijiet li għandhom impatt fuq ir-rwol ta’ aġenzija oħra; jipproponi, li l-Aġenziji kkonċernati jieħdu vot fost dawk ikkonċernati, sabiex tiġi evitata leġiżlazzjoni konkorrenti; iħeġġeġ lill-Aġenziji, sabiex f’każijiet bħal dawn dejjem jinfurmaw lill-kumitati kompetenti tal-Parlament;

Kondiviżjoni tal-aħjar prattiki

60.

Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li l-aġenziji ffurmati reċentement (pereżempju l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), li twaqqfu kollha fl-2011) jibbenefikaw mill-aħjar prattiki tal-aġenziji eqdem u b’aktar esperenjenza sabiex jiġu evitati nuqqasijiet ta’ reklutaġġ, akkwist u regolamenti finanzjarji;

61.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-aġenziji ffurmati reċentement qed jipparteċipaw fil-laqgħat tan-Netwerk tliet darbiet fis-sena u dawk il-laqgħat jinkludu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; jinnota, barra minn hekk, li l-aġenziji stabbiliti reċentement huma mistiedna għas-subnetwerks li ġew stabbiliti biex jiġu diskussi kwistjonijiet li jirrikjedu għarfien tekniku, b’mod partikolari s-subnetwerk tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni li jiltaqa’ bl-istess frekwenza tan-Netwerk u jittratta kwistjonijiet ta’ reklutaġġ, akkwist u regolamenti finanzjarji;

62.

Jieħu nota taż-żewġ żjarat ta’ studju organizzati mill-AETS li saru fl-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA) fl-2011 u fl-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) fl-2012, fejn il-persunal tal-AETS kellu l-opportunità li jitgħallem l-aħjar prattiki mill-aġenziji stabbiliti sew; jinnota l-iżvilupp ta’ kuntatt frekwenti bejn l-AETS, l-AEAPX, u l-ABE, fejn jikkondividu esperjenzi, jallinjaw prattiki u japprofittaw mis-sinerġiji;

63.

Jistieden lin-Netwerk jidħol f’kuntatt mal-Kummissjoni ħalli jkunu esplorati l-possibilitajiet tal-organizzazzjoni ta’ azzjonijiet komuni tat-taħriġ għall-aġenziji li jkollhom bħala mira t-tegħlib tal-problemi finanzjarji identifikati mill-Qorti tal-Awdituri fl-2011;

L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ESAs)

64.

Jinnota bi tħassib li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ma ġewx adattati għal kollox għall-iskema finanzjarja tal-ESA billi bejn 55 % u 60 % tal-baġit tagħhom huwa ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles; jemmen li huwa fundamentali li jinstabu l-mekkaniżmi xierqa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u l-istabbiltà finanzjarja tal-ESAs li jippreżentaw riskji speċifiċi għan-natura ibrida tal-finanzjament tagħhom: jemmen li dik il-kwestjoni għandha tiġi indirizzata, l-aktar tard, matul ir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-aġenziji u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta din is-sitwazzjoni u tirrapporta dwarha lill-awtorità ta’ kwittanza;

65.

Jenfasizza l-importanza li jitqabblu b’mod adegwat il-baġit allokat mal-impjiegi disponibbli fuq naħa u l-kompiti fdati lill-ESAs min-naħa l-oħra, peress li żball fit-tqabbil jista’ jirriżulta fi żbilanċ fil-persunal fir-rigward tar-reklutaġġ tal-persunal tal-ESA minn banda u l-involviment ta’ esperti nazzjonali mill-banda l-oħra; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni bidlet l-organigramma kif ġiet proposta mill-ESAs, mingħajr ma indikat din il-bidla b’mod ċar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun trasparenti għal kollox dwar dan u kwistjonijiet oħra;

66.

Jinnota f’dan ir-rigward it-tħassib li tqajjem fil-konklużjonijiet preliminari tal-valutazzjoni tal-IMF tas-settur finanzjarju ta’ Diċembru 2012 dwar l-Unjoni li fih ġie rakkomandat li għandhom jiżdiedu r-riżorsi u s-setgħat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej biex ikunu jistgħu jissodisfaw b’suċċess il-mandati tagħhom, filwaqt li tissaħħaħ ukoll l-indipendenza operazzjonali tagħhom;

L-ugwaljanza bejn is-sessi

67.

Jenfasizza l-importanza li jiddaħħlu fis-seħħ politiki li jiżguraw li n-nisa u l-irġiel huma rappreżentati kif xieraq fil-korpi governattivi tal-aġenziji; iħeġġeġ lin-Netwerk jintroduċu u jippromwovu linji gwida ġenerali rigward l-aħjar prattiki, anke meta ma jingħatawx indikazzjonijiet speċifiċi fir-regolamenti bażi tal-aġenziji; jistieden lid-diretturi eżekuttivi tal-aġenziji, li għandhom responsabbiltà finali għall-kwistjonijiet tal-persunal, jiggarantixxu l-ugwaljanza bejn is-sessi kemm fost il-persunal tal-aġenziji kif ukoll fost il-persunal f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà;

68.

jinnota bi tħassib in-numru żgħir ta’ nisa li għandhom kariga ta’ direttur eżekuttiv fl-aġenziji; peress li fil-maġġorparti tal-aġenziji l-ħatra tad-diretturi jinħatru mill-bord tat-tmexxija fuq il-bażi ta’ lista ta’ għażla minn qabel adottata mill-Kummissjoni, jistieden lill-bordijiet ta’ tmexxija tal-Aġenziji u lill-Kummissjoni biex jirrispettaw il-prinċipji ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u biex iqisu l-istrateġija mnedija mill-Kummissjoni fl-2010 sabiex jittejjeb il-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà; huwa mħasseb rigward il-fatt li la l-Approċċ Komuni u lanqas il-Pjan Direzzjonali ma jikkunsidraw il-politika ta’ ugwaljanza bejn is-sessi fost l-għanijiet tagħhom, u jitlob lill-Kummissjoni biex tirrimedja din il-kwestjoni bi proposti speċifiċi;

69.

Jinnota li hija responsabilità tal-Istati Membri li jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom fil-bordijiet ta’ tmexxija tal-aġenziji; jistieden lill-Istati Membri jżommu f’moħħhom il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel meta jaħtru r-rappreżentanti tal-korpi u jistieden, barra minn hekk, lid-Diretturi Eżekuttivi jqajmu l-kuxjenza tal-membri tal-bord dwar dan is-suġġett meta jkunu se jiġu eletti l-President u l-Viċi President; jinnota b’sodisfazzjon li tnejn mill-aġenziji ta’ Trojka attwali għandhom mara bħala president tal-bord ta’ tmexxija tagħhom;

Sistemi kumplessi tal-IT

70.

Jenfasizza l-bżonn li l-Aġenziji, kif ukoll il-Kummissjoni, jikkoordinaw u jikkondivixu l-aħjar prattiki u esperjenzi sabiex jegħlbu l-isfidi tekniċi u ta’ ġestjoni ppreżentati mis-sistemi kumplessi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) li jridu joperaw fuq il-bażi tal-Unjoni kollha; isibha stramba li l-Kummissjoni titlob ħlas mingħand l-aġenziji għall-użu tas-sistemi tagħha tal-IT, u li dawk il-ħlasijiet ma jsirux skont parametri oġġettivi, bħalma hu d-daqs tal-aġenziji; billi dawn il-ħlasijiet jirrappreżentaw piż kunsiderevoli għall-aġenziji ż-żgħar, u billi ma hemmx alternattiva għalihom, jitlob lill-Kummissjoni tadatta l-ħlasijiet għad-daqs u l-ħila finanzjarja tal-aġenziji;

71.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għad-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-Aġenziji mas-sistemi kumplessi tal-IT bħall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC) u s-SYSPER2, minħabba li dawk is-sistemi huma mfassla biex jissodisafw il-bżonnijiet tal-Kummissjoni, aktar milli dawk tal-aġenziji; jilqa’ l-azzjonijiet tas-subnetwerks tal-aġenziji li jittrattaw il-konsegwenzi ta’ dan, b’mod partikolari, in-Netwerk tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Aġenziji tal-Unjoni (kwestjonijiet tal-IT), u s-subnetwerk tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni (l-ABAC u s-SYSPER2) u jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera aktar mill-qrib mall-aġenziji dwar din il-kwistjoni;

72.

Jipproponi li l-aġenziji għandu jkollhom l-possibilità jużaw software tar-riżorsi umani jew ta’ kwalunkwe tip ieħor tal-Kummissjoni, minflok ma jkollhom jixtru s-software għali separat tagħhom;

73.

Jipproponi li, mis-sena finanzjarja li jmiss u sabiex jiġi ffaċilitat il-kompitu tal-awtorità responsabbli mill-kwittanza f’dak li għandu x’jaqsam mal-aġenziji, u minħabba n-numru kbir ta’ aġenziji u l-kumplessità kulma jmur tikber tal-attività u l-output tagħhom, il-Parlament iqis, meta jkun qed jistudja u jfassal l-opinjoni tiegħu dwar aġenzija li jagħmel rikonfigurazzjoni li tkun tippermetti l-ħatra ta’ diversi relaturi kif diġà sar din is-sena ma’ istituzzjonijiet oħrajn;

74.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji sottomessi għal din il-proċedura ta’ kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri.


(1)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 388.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)  ĠU C 368, 16.12.2011.

(6)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 62.

(7)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121.

(8)  F’dan is-sens, ara l-azzjoni 53 tal-Pjan Direzzjonali tagħha dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni għall-aġenziji diċentralizzati tal-UE.

(9)  Ara l-Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni għall-aġenziji diċentralizzati tal-UE, azzjoni 33.

(10)  Ara l-Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni għall-aġenziji diċentralizzati tal-UE, azzjoni 34 u 35.