ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.299.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONITAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1116/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta’ kjarifika u simplifikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) uriet il-ħtieġa ta’ emendi żgħar fil-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni. |
(2) |
Ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom jiġu kkjarifikati, armonizzati jew issimplifikati sabiex titjieb iċ-ċarezza legali, ikun hemm standardizzazzjoni tal-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u sabiex tkompli tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
(3) |
L-emendi jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ għadd limitat ta’ miżuri fir-rigward tal-kontroll fuq l-aċċess, is-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina u l-bagalji tal-istiva, il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija, il-posta, il-provvisti għal matul it-titjira u l-provvisti tal-ajruport, it-taħriġ tal-persuni u t-tagħmir ta’ sigurtà. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Il-Kapitolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Id-dokument mehmuż 3-B jiġi sostitwit b’dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 3-B SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji barranin b’relazzjonijiet speċjali mal-Unjoni skont it-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li għalihom ma japplikax it-titolu dwar it-trasport ta’ dak it-trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni: L-Istati Uniti tal-Amerika Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni. L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta’ kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.” |
4. |
Fil-Kapitolu 4, il-punt 4.1.2.11 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
5. |
Id-dokument mehmuż 4-B jiġi sostitwit b’dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 4-B PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI Fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji barranin b’relazzjonijiet speċjali mal-Unjoni skont it-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li għalihom ma japplikax it-titolu dwar it-trasport ta’ dak it-trattat, huma rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni. L-Istati Uniti tal-Amerika Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni. L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta’ kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.” |
6. |
Fil-Kapitolu 5, jiddaħħal il-punt 5.1.7 li ġej;
|
7. |
Id-dokument mehmuż 5-A jiġi sostitwit b’dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 5-A BAGALJI TAL-ISTIVA PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI Fir-rigward tal-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji barranin b’relazzjonijiet speċjali mal-unjoni skont it-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u li għalihom ma japplikax it-titolu dwar it-trasport ta’ dak it-trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni. L-Istati Uniti tal-Amerika Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri responsabbli mis-sikurezza tal-avjazzjoni jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar rilevanti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni. L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta’ kumpens, li jikkonferma li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni applikati mill-pajjiż terz hija stabbilita mill-ġdid.” |
8. |
Il-Kapitolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
9. |
Id-dokument mehmuż 6-B jiġi sostitwit b’dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 6-B GWIDA GĦALL-KUNSINNATURI MAGĦRUFA Din il-gwida għandha tgħinek tivvaluta l-arranġamenti eżistenti tas-sigurtà tiegħek skont il-kriterji meħtieġa għall-kunsinnaturi magħrufa kif deskritti fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dan għandu jippermettilek tiżgura li int tissodisfa r-rekwiżiti qabel ma torganizza żjara uffiċjali ta’ validazzjoni fuq il-post. Huwa importanti li l-validatur ikun jista’ jkellem lill-persuni xierqa waqt iż-żjara ta’ validazzjoni (eż. il-persuna responsabbli għas-sigurtà u l-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal). Lista ta’ verifika tal-UE se tintuża biex tirreġistra l-valutazzjonijiet tal-validatur. Ladarba timtela l-lista ta’ verifika tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta’ verifika se jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat. Jekk jogħġbok kun af li l-mistoqsijiet fuq il-lista ta’ verifika tal-UE huma ta’ żewġ tipi: (1) dawk li f’każ ta’ reazzjoni negattiva awtomatikament ifissru li ma tistax tiġi aċċettat bħala kunsinnatur magħruf u (2) dawk li se jintużaw biex joħolqu stampa ġenerali tal-provvedimenti ta’ sigurtà tiegħek sabiex lill-validatur jippermettulu jilħaq konklużjoni ġenerali. Il-partijiet fejn ‘insuffiċjenza’ tiġi rreġistrata awtomatikament huma indikati bir-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa hawn taħt. Jekk ikun hemm ‘insuffiċjenza’ għar-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa, jingħatawlek ir-raġunijiet għal dan u wkoll parir dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex tgħaddi. Daħla Il-merkanzija fuq il-post li se jiġi spezzjonat għandha tkun oriġinata mill-kumpanija tiegħek. Dan ikopri l-manifattura li ssir fuq il-post u operazzjonijiet ta’ ġbir u ppakkjar (pick and pack) fejn l-oġġetti ma jkunux identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru sakemm ma jintgħażlux biex titlesta ordni partikolari. (Ara wkoll in-Nota) Jeħtieġ li inti tiddetermina meta kunsinna ta’ merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u turi li jeżistu l-miżuri rilevanti li jipproteġuha minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati. Dan għandu jinkludi dettalji dwar il-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin u/jew il-bgħit. L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet Se tkun meħtieġ tipprovdi dettalji dwar l-organizzazzjoni tiegħek (l-isem, in-numru tal-VAT jew tal-Kamra tal-Kummerċ jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jekk ikunu applikabbli), l-indirizz tas-sit li se jiġi vvalidat u l-indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li se jiġi vvalidat). Id-data taż-żjara tal-validazzjoni preċedenti u l-aħħar identifikatur alfanumeriku uniku (jekk ikun applikabbli), kif ukoll in-natura tal-kummerċ, l-għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post, l-isem u t-titlu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u d-dettalji ta’ kuntatt. Proċedura ta’ reklutaġġ tal-persunal Se jkun meħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ għall-persunal kollu (permanenti, temporanju jew persunal ta’ aġenziji, xufiera) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli. Il-proċedura ta’ reklutaġġ għandha tinkludi kontroll ta’ qabel l-impjieg jew kontroll tal-isfond skont il-punt 11.1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Iż-żjara tal-validazzjoni fuq il-post se tinvolvi intervista mal-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal. Ikun meħtieġ li huwa/hija jippreżenta/tippreżenta evidenza (eż. formoli vojta) biex tissostanzja l-proċeduri tal-kumpanija. Din il-proċedura ta’ reklutaġġ għandha tapplika għall-persunal irreklutat wara d-29 ta’ April 2010. Proċedura ta’ taħriġ tal-persunal dwar sigurtà Li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, sewwieqa) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu ġew soġġetti għal taħriġ xieraq dwar kwistjonijiet ta’ għarfien rigward is-sigurtà. Dan it-taħriġ għandu jsir skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għandhom jinżammu reġistri ta’ taħriġ individwali. Barra minn hekk, tkun meħtieġ turi li l-membri kollha tal-persunal rilevanti li jimplimentaw il-kontrolli tas-siġurtà jkunu rċevew taħriġ jew taħriġ rikorrenti skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Is-sigurtà fiżika Se tintalab turi kif inhuwa protett is-sit tiegħek (eż. ċint fiżiku jew barriera) u li jeżistu l-proċeduri rilevanti ta’ kontroll fuq l-aċċess. Fejn applikabbli, se tintalab tipprovdi dettalji dwar kwalunkwe sistema ta’ allarm u/jew ta’ CCTV possibbli. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra ta’ aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jkunu sikuri jew soġġetti għal kontroll fuq l-aċċess. Produzzjoni (fejn applikabbli) Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni hija kkontrollata u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju. Ippakkjar (fejn applikabbli) Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar hija kkontrollata u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju. Se tintalab tipprovdi dettalji dwar il-proċess tiegħek tal-ippakkjar u turi li l-oġġetti kollha lesti jiġu kkontrollati qabel l-ippakkjar. Jeħtieġ li tiddeskrivi l-imballaġġ ta’ barra meta jkun lest u turi li huwa b’saħħtu. Trid turi wkoll kif l-imballaġġ ta’ barra, lest minn kollox, ma jkunx jista’jiġi mbagħbas, pereżempju bl-użu ta’ siġilli nnumerati, tejp tas-sigurtà, timbri speċjali jew kaxxi tal-kartun magħluqa permezz tat-tejp. Teħtieġ turi wkoll li dawn jinżammu f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà meta ma jkunux qegħdin jintużaw u li tikkontrolla l-produzzjoni tagħhom. Ħżin (fejn applikabbli) Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħżin huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru waqt li jkun qiegħed jinħażen se jkollok turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru lesta u ppakkjata tiġi ċċekkjata qabel il-bgħit. Bgħit (fejn applikabbli) Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tad-dispaċċ jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju. It-trasportazzjoni Jeħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-metodu tat-trasport tal-merkanzija/posta għal għand l-aġent regolat. Jekk tuża t-trasport tiegħek stess, jeħtieġ li turi li s-sewwieqa tiegħek ġew imħarrġa sal-livell meħtieġ. Jekk il-kumpanija tiegħek tuża kuntrattur, jeħtieġ li tiżgura li a) il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun ġiet issiġillata jew ippakkjata minnek sabiex tiżgura li kull tbagħbis ikun evidenti u b) id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif inhi fid-Dokument Mehmuż 6-E tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 ġiet iffirmata mit-trasportatur. Jekk inti responsabbli għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, se jkollok turi li l-mezzi tat-trasport jistgħu jiġu assigurati, jew bl-użu ta’ siġilli, jekk dan ikun prattikabbli, jew bi kwalunkwe mod ieħor. Meta jintużaw siġilli nnumerati, se jkollok turi li l-aċċess għas-siġilli huwa kkontrollat u n-numri huma rreġistrati; jekk jintużaw metodi oħra jeħtieġ li turi kif il-merkanzija/posta tkun tista’ turi li ma ġietx imbgħabsa u/jew kif tinżamm sikura. Barra minn hekk jeħtieġ li turi li jeżistu miżuri biex tkun ivverifikata l-identità tas-sewwieqa tal-vetturi li jiġbru l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiegħek. Jeħtieġ ukoll li turi li inti tiżgura li l-merkanzija/posta tkun sikura meta tħalli l-bini. Jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru hija protetta minn interferenza mhux awtorizzata waqt it-trasport. Mhux se jkollok tipprovdi evidenza dwar it-taħriġ tas-sewwieq jew kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasportatur meta aġent regolat ikun għamel l-arranġamenti tat-trasport għall-ġbir tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru mill-bini tiegħek. Responsabbiltajiet tal-kunsinnatur Jeħtieġ li tiddikjara li se taċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel mill-ispetturi tal-awtorità xierqa għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ dawn l-istandards. Jeħtieġ ukoll li tiddikjara li tipprovdi [isem l-awtorità xierqa] bid-dettalji rilevanti minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol jekk:
Fl-aħħar nett jeħtieġ li tiddikjara li se żżomm l-istandards ta’ sigurtà saż-żjara u/jew l-ispezzjoni sussegwenti tal-validazzjoni fuq il-post. Imbagħad se tintalab taċċetta r-responsabbiltà sħiħa għad-dikjarazzjoni u tiffirma d-dokument tal-validazzjoni. NOTI Apparat esplożiv jew inċendjarju Apparat esplożiv u inċendjarju armat jista’ jinġarr f’kunsinni ta’ merkanzija jekk ir-rekwiżiti tar-regoli tas-sikurezza kollha jiġu ssodisfati kompletament. Il-kunsinni minn sorsi oħra Kunsinnatur magħruf jista’ jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġinahom huwa stess għal għand aġent regolat, bil-kundizzjoni li:
It-tali kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.” |
10. |
Id-dokument mehmuż 6-C jiġi sostitwit b’dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 6-C VALIDAZZJONI TAL-LISTA TA’ VERIFIKA GĦAL KUNSINNATURI MAGĦRUFA Noti dwar il-mili: Meta tkun qiegħed timla din il-formola jekk jogħġbok innota li:
IL-PARTI 1 L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet
IL-PARTI 2 Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli (“Ħin/lok tal-identifikazzjoni”) Għan: Li jiġi stabbilit il-punt (jew: il-post) fejn il-merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta. Il-ħin/il-lok tal-identifikazzjoni hija ddefinita bħala l-ħila li wieħed jivvaluta meta/fejn il-merkanzija/posta tkun identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru.
NB. N.B. Għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati fil-Partijiet 5 sa 8. IL-PARTI 3 Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal Għan: Li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, sewwieqa) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu ġew soġġetti għal kontroll xieraq ta’ qabel l-impjieg u/jew kontroll tal-isfond kif ukoll jingħataw taħriġ skont il-punt 11.2.7 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Barra min hekk, li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal li jimplimentaw l-kontrolli tas-sigurtà fir-rigward tal-provvisti jitħarġu skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Jekk il-mistoqsijiet 3.1 u 3.2 ikunu jew ma jkunux bit-tipa grassa (u għalhekk meta t-tweġiba tkun LE l-valutazzjoni jeħtieġ li tkun insuffiċjenti) jiddependi mir-regoli nazzjonali applikabbli tal-Istat fejn jinsab is-sit. Madankollu, tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ mistoqsijiet jeħtieġ li tkun bit-tipa grassa, u permezz ta’ dan jista’ jkun permess li fejn ikun twettaq kontroll tal-isfond, kontroll ta’ qabel l-impjieg ma jkunx meħtieġ aktar. Jeħtieġ li l-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà dejjem isirilha kontroll tal-isfond.)
IL-PARTI 4 Is-sigurtà fiżika Għan: Li jiġi stabbilit jekk hemmx livell ta’ sigurtà (fiżika) fis-sit jew fil-bini li huwa biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata.
IL-PARTI 5 Il-produzzjoni Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni.
IL-PARTI 6 L-ippakkjar Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar.
IL-PARTI 7 Il-ħażna Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ħżin.
IL-PARTI 8 Il-bgħit Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-bgħit.
IL-PARTI 8A Il-kunsinni minn sorsi oħra Għan: li jiġu stabbiliti proċeduri sabiex ikunu ttrattati kunsinni mhux sikuri. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet biss jekk il-kunsinni għat-trasport bl-ajru qegħdin jiġu aċċettati minn kumpaniji oħra.
IL-PARTI 9 It-trasportazzjoni Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.
Dikjarazzjoni tal-impenji Niddikjara li:
|
11. |
Id-Dokument mehmuż 6-C3 huwa emendat kif ġej:
|
12. |
Il-Punt 6-Fiii tad-Dokument Mehmuż 6-F jiġi sostitwit b’dan li ġej: “6-Fiii L-ATTIVITAJIET TA’ VALIDAZZJONI TA’ PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IL-KAPITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE”; |
13. |
Fid-Dokument Mehmuż 8-B, fl-ewwel inċiż, il-punt (b) jinbidel b’li gej:
|
14. |
Il-Kapitolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
15. |
Fid-Dokument Mehmuż 9-A, fl-ewwel inċiż, il-punt (b) jinbidel b’li gej:
|
16. |
Il-Kapitolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
17. |
Il-Kapitolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1117/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arancia Rossa di Sicilia (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
(2) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Arancia Rossa di Sicilia”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3). |
(3) |
Ġaladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’rabta mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’dan hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(3) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(4) ĠU C 369, 29.11.2012, p. 16.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Il-kategorija 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
L-ITALJA
Arancia Rossa di Sicilia (IĠP)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1118/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de Corse – Mele di Corsica (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Miel de Corse – Mele di Corsica”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2000 (2). |
(2) |
L-emenda kkonċernata mhijiex minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fil-punt a) tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament imsemmi (3). |
(3) |
Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, l-emenda hija approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 133, 6.6.2000, p. 19.
(3) ĠU C 134, 14.5.2013, p. 39.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.4. Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)
FRANZA
Miel de Corse - Mele di Corsica (DPO)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta "Melva de Andalucía", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 289/2009 (2). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għall-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski u krustaċji u l-prodotti dderivati minnhom
SPANJA
Melva de Andalucía (IĠP)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1120/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Piment d’Espelette/Piment d’Espelette – Ezpeletako Biperra (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Piment d’Espelette”/“Piment d’Espelette – Ezpeletako Biperra”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1495/2002 (2). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3). |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-Ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 225, 22.8.2002, p. 11.
(3) ĠU C 57, 27.2.2013, p. 11.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.8. Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
FRANZA
Piment d’Espelette/Piment d’Espelette – Ezpeletako Biperra (DPO)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1121/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Volaille de Bresse/Poulet de Bresse/Poularde de Bresse/Chapon de Bresse (AOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Volaille de Bresse”/“Poulet de Bresse”/“Poularde de Bresse”/“Chapon de Bresse” rreġistrati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1509/2000 (3). |
(2) |
It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża d-denominazzjoni tal-prodott, id-deskrizzjoni tiegħu, il-prova tal-oriġini, il-metodu ta' produzzjoni, it-tikkettar, ir-rekwiżiti nazzjonali u d-dettalji ta' kuntatt tal-grupp ta' produtturi, u tal-istrutturi ta' kontroll tad-denominazzjoni. |
(3) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (4). |
(4) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għall-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-Ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(3) ĠU L 174, 13.7.2000, p. 7.
(4) ĠU C 102, 9.4.2013, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
FRANZA
Volaille de Bresse/Poulet de Bresse/Poularde de Bresse/Chapon de Bresse (DPO)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1122/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem mdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κονσερβολιά Στυλίδας (Konservolia Stylidas) (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Greċja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Κονσερβολιά Στυλίδας (Konservolia Stylidas)”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (2). |
(2) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-emenda fl-ispeċifikazzjoni taħt l-intestaturi Deskrizzjoni u Metodu ta’ Produzzjoni, u speċifikament biex jiżdied tip kummerċjali ieħor, iż-żebbuġ bl-għadma mneħħija. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Peress li skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 din hija emenda minuri, il-Kummissjoni tista’ tadottaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 50 sa 52 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Κονσερβολιά Στυλίδας (Konservolia Stylidas)” hija b’dan emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-verżjoni kkonsolidata tad-dokument uniku li fih il-punti prinċipali tal-ispeċifikazzjoni hija stipulata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.
ANNESS I
L-emenda li ġejja fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Κονσερβολιά Στυλίδας” (Konservolia Stylidas), hija approvata:
1. |
Deskrizzjoni tal-prodott: Id-deskrizzjoni ġiet emendata biex tinkludi ż-żebbuġ sħiħ bl-għadma mneħħija fil-firxa tal-prodotti “Konservolia Stylidas”. Ir-rekwiżiti tas-suq u t-tibdil fid-drawwiet tal-konsumaturi wasslu għall-bżonn li jiġu ddiversifikati t-tipi kummerċjali disponibbli fis-suq. Il-karatteristiċi taż-żebbuġ bl-għadma mneħħija (togħma, kulur, riħa) huma identiċi għal dawk taż-żebbuġ sħiħ “Konservolia Stylidas”, peress li t-tneħħija tal-għadam issir hekk kif iż-żebbuġa tkun kisbet il-karatteristiċi organolettiċi finali tagħha, u għalhekk ir-rabta maż-żona ġeografika tal-prodott ma tinbidilx. Barra minn hekk, il-kompożizzjoni tas-salmura, li ġeneralment tista’ tbiddel it-togħma tal-prodott, hija eżattament l-istess kemm għaż-żebbuġ sħiħ kif ukoll għal dak bl-għadma mneħħija. |
2. |
Metodu ta’ Produzzjoni: Din it-taqsima ġiet emendata biex tinkludi t-tneħħija tal-għadma taż-żebbuġ. Iż-żebbuġ sħiħ u bla għadma huwa żebbuġ “Konservolia Stylidas”, li prinċipalment ikun aħdar, jiġi ffermentat b’tali mod li l-prodott ikun diġà kiseb il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi finali tiegħu. L-għadma titneħħa bl-użu ta’ magni speċjali għat-tneħħija tal-għadma, dejjem għat-tul tal-frotta (mhuwiex possibbli li titneħħa għadma ta’ żebbuġa mill-wisa’). Iż-żebbuġ imbagħad jitqiegħed f’taħlita ta’ salmura ta’ 7-9 %, eżattament bħaż-żebbuġ sħiħ “Konservolia Stylidas”. Din il-proċedura ma tibdilx il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew organolettiċi tal-“Konservolia Stylidas”. |
ANNESS II
Dokument ikkonsolidat uniku
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)
“ΚΟΝΣΕΡΒΟΛΙΑ ΣΤΥΛΙΔΑΣ” (KONSERVOLIA STYLIDAS)
Nru tal-KE: EL-PDO-0117-0345-01.01.2012
IĠP ( ) DPO (X)
1. Isem
“Κονσερβολιά Στυλίδας” (Konservolia Stylidas)
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġreċja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. |
Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt (1)
Dan huwa żebbuġ tal-mejda miksub mill-varjetà “Konservolia”, li jkunu sħaħ jew sħaħ u mingħajr għadma. Il-prodott għandu togħma ta’ frott, b’laħma soda li faċilment titneħħielha l-għadma u tibqa’ tajba. Iż-żebbuġ iswed għandu kulur iswed li jkanġi għal lewn il-linka, filwaqt li ż-żebbuġ aħdar għandu kulur aħdar li jkanġi fl-isfar lewn it-tiben. Il-piż medju tal-frotta huwa ta’ 7 g. Il-proporzjon tal-għadma mal-frotta huwa ta’ 6 għal 1. Iż-żebbuġa ma tridx tkun mimsusa bid-dubbiena taż-żebbuġ u ma jridx ikollha brix jew impuritajiet. Iż-żebbuġ jiġi kklasifikati skont id-daqs tal-lista li ġejja, f’konformità mal-istandard internazzjonali:
Isem kummerċjali |
Għadd ta’ żebbuġ għal kull kilogramm |
Super super mamouth |
70-90 |
Super mamouth |
91-100 |
Mamouth |
101-110 |
Super colossal |
111-120 |
Colossal |
121-140 |
Giants |
141-160 |
Extra jumbo |
161-180 |
Juμβο |
181-200 |
Εχτra large |
201-230 |
Large |
231-260 |
Superior |
261-290 |
Brilliants |
291-320 |
Fiνε |
321-350 |
Bullets |
351-380 |
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata
Il-“Konservolia Stylidas” irid jitkabbar u jiġi pproċessat fiż-żona ġeografika identifikata.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni hija ż-żona li tinsab fil-konfini amministrattivi tal-Komunitajiet ta’ Glifa, Vathikilo, Pelasgia, Mili, Spartia, Achladi, Raches, Paleokerasia, Achinos, Karavomilos, Anidro, Neraida, Stylida, Avlaki, Agia Marina, Limogardi u Longitsi fil-Provinċja ta’ Fthiotida fil-Prefettura ta’ Fthiotida.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-klima fil-Prefettura ta’ Fthiotida huwa dak moderat tal-Mediterran. Id-dejta metereoloġika għal dawn l-aħħar ħames snin hija din li ġejja:
|
Temperatura medja: 16,5 °C |
|
Umdità relattiva: 65-70 % |
|
Ammont ta’ nżul tax-xita: 589 millimetru fis-sena |
|
Dawl tax-xemx: 210 siegħa fix-xahar |
Il-ħamrija hija fil-biċċa l-kbira tafal ramli, f’żoni ċatti jew għan-niżla.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-prodott għandu togħma ta’ frott u laħma soda li faċilment titneħħielha faċilment l-għadma u tibqa’ tajba. Iż-żebbuġ iswed għandu kulur iswed li jkanġi għal lewn il-linka, filwaqt li ż-żebbuġ aħdar għandu kulur aħdar li jkanġi fl-isfar lewn it-tiben. Permezz tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi eċċellenti tiegħu, iż-żebbuġ tal-mejda Stylida sar magħruf sew fis-suq Grieg u dak internazzjonali. Dan rebaħ diversi premji f’fieri Griegi u f’oħrajn internazzjonali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)
Il-varjetà ta’ żebbuġ prodotta f’din iż-żona ġeografika hija l-“Konservolia”, li tradizzjonalment ilha titkabbar f’din iż-żona sa mill-aktar żminijiet antiki u b’hekk huwa possibbli li ż-żebbuġ tal-mejda ikun magħruf għall-kwalitajiet fiżiċi, kimiċi u organolettiċi eċċellenti tiegħu. Iż-żebbuġ “Konservolia Stylidas” jitkabbar fiż-żoni tal-Prefattura ta’ Fthiotida li għandha xtiewi moderati u sjuf friski. Din il-varjetà speċifika ta’ żebbuġ addattat perfettament għall-ħamrija u l-klima li, flimkien mat-tkabbir tradizzjonali, il-ħsad u l-metodi ta’ pproċessar użati, jiffurmaw il-karatteristiċi distintivi tal-prodott finali.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/prodiagrafes_konserbopolis_stilidas200313.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/32 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1123/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(8) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-Protokoll ta’ Kjoto) jistabbilixxi żewġ mekkaniżmi għall-ħolqien ta’ krediti internazzjonali li l-Partijiet jistgħu jużaw biex jikkumpensaw għall-emissjonijiet. L-Implimentazzjoni Konġunta (Joint Implementation - JI) tipprevedi l-ħolqien ta’ unitajiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (emission reduction units - ERUs), filwaqt li l-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (Clean Development Mechanism - CDM) jipprovdi għall-ħolqien ta’ tnaqqis iċċertifikat ta’ emissjonijiet (certified emission reductions - CERs). |
(2) |
Il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tal-Istati Membri adottati skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedu l-użu mill-operaturi ta’ ċerti kwantitajiet ta’ CERs u ERUs biex ikunu konformi mal-obbligi tagħhom li jċedu l-kwoti kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-perjodu mill-2008 sal-2012. |
(3) |
L-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi l-użu kontinwu ta’ CERs u ERUs maħruġa skont il-Protokoll ta’ Kjoto fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE, fil-perjodu ta’ bejn l-2013 u l-2020 u tinkludi dispożizzjonijiet relatati mal-livelli permessi skont il-kategorija tal-operatur u l-operatur tal-inġenji tal-ajru biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jċedu l-kwoti skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/87/KE. L-Artikolu 11a(8) jistipula ċerti drittijiet minimi, espressi f’livell ta’ persentaġġ, tal-użu tal-kreditu internazzjonali mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-perjodu mill-2008 sal-2020 u jipprevedi miżuri biex jiġu determinati l-limiti eżatti tal-persentaġġ. |
(4) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li l-mekkaniżmi msejsa fuq il-proġetti tal-Protokoll ta’ Kjoto jiġu marbuta mal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet sabiex tiżdied il-kosteffettività f’termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra. Fid-dawl tal-għadd ta’ kwoti validi għall-perjodu mill-2013 sal-2020 maħruġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, id-drittijiet għall-użu tal-krediti internazzjonali għandhom jiġu ffissati fil-livelli minimi speċifikati fl-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 11a(8). Konsegwentament, il-limitu ġenerali tal-użu tal-krediti internazzjonali previst fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 11a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkun rispettat u t-tieni subparagrafu u t-tieni sentenza tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE ma japplikawx. Kwalunkwe dritt għall-fdal għall2012 mill-operaturi tal-ajruplani qed tinżamm f’konformità mal-Artikoli 11a(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(5) |
L-operaturi ta’ installazzjonijiet fissi b’estensjoni sinifikanti tal-kapaċità skont l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom ikunu intitolati li jiġu ttrattati jew bħala operaturi eżistenti jew bħala parteċipanti ġodda. |
(6) |
L-Artikoli 58 sa 61 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (3) jipprevedu dettalji għall-implimentazzjoni tal-limiti tad-drittijiet stabbiliti hawnhekk. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kull operatur ta’ installazzjoni fissa li rċieva allokazzjoni bla ħlas jew dritt għall-użu ta’ krediti internazzjonali għall-perjodu mill-2008 sal-2012 għandu jkun intitolat għall-użu ta’ krediti internazzjonali matul il-perjodu mill-2008 sal-2020 sal-ammont permess fil-perjodu mill-2008 sal-2012, jew għal ammont li jikkorrispondi għall-massimu ta’ 11 % tal-allokazzjoni tiegħu fil-perjodu mill-2008 sal-2012, skont liema jkun l-ogħla.
2. Kull operatur ta’ installazzjoni fissa li la rċieva allokazzjoni bla ħlas u lanqas dritt għall-użu ta’ krediti internazzjonali għall-perjodu mill-2008 sal-2012 u, b’deroga mill-paragrafu 1, kull operatur ta’ installazzjoni fissa fit-tifsira tal-ewwel żewġ inċiżi tal-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkun intitolat għall-użu ta’ krediti internazzjonali fil-perjodu mill-2008 sal-2020 sa massimu ta’ 4,5 % tal-emissjonijiet verifikati tiegħu fil-perjodu mill2013 sal-2020.
3. Kull operatur ta’ installazzjoni fissa b’estensjoni sinifikanti tal-kapaċità skont l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE għandu dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali matul il-perjodu mill-2008 sal-2020 sal-ammont permess lilu għall-perjodu mill-2008 sal-2012, jew għal ammont li jikkorrispondi għall-massimu ta’ 11 % tal-allokazzjoni tiegħu matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, jew sa massimu ta’ 4,5 % tal-emissjonijiet verifikati tiegħu matul il-perjodu mill-2013 sal-2020, skont liema jkun l-ogħla.
4. Kull operatur ta’ installazzjoni fissa li rċieva allokazzjoni bla ħlas għall-perjodu mill-2008 sal-2012 u li qed iwettaq attivitajiet mhux elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), iżda elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jkun intitolat għall-użu ta’ krediti internazzjonali matul il-perjodu mill-2008 sal-2020 sal-ammont permess lilu mill-perjodu 2008 sal-2012, jew għal ammont li jikkorrispondi għal massimu ta’ 11 % tal-allokazzjoni tiegħu matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, jew sa massimu ta’ 4,5 % tal-emisjsonijiet vrifikati tagħhom matul il-perjodu mill-2013 sal-2020, skont liema jkun l-ogħla.
5. Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu dritt għall-użu ta’ krediti internazzjonali sa massimu ta’ 1,5 % tal-emissjonijiet verifikati tiegħu matul il-perjodu mill-2013 sal-2020, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt ta’ fdal mill-2012.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u jippubblikaw id-dritt tal-kreditu internazzjonali għal kull wieħed mill-operaturi tiegħu f’konformità mal-Artikolu 1(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Għal kull operatur msemmi fl-Artikolu 1(2) u operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmmija fl-Artikolu 1(5) id-dritt ta’ kreditu internazzjonali jiġi kkalkulat abbażi tal-emissjonijiet verifikati u aġġornati kull sena. Għall-operaturi msemmija fl-Artikolu 1(3) u 1(4) dritt ta’ kreditu internazzjonali aġġornat jiġi kkalkulat skont l-ogħla intitolament ikkalkulat fl-Artikolu 1(1) jew 4,5 % tal-emissjonijiet verifikati għall-perjodu mill-2013 sal-2020. Hekk kif l-emmissjonijiet verifikati jkunu approvati, l-Istati Membri għandhom jinnotifkaw lill-Kummissjoni bit-tibdiliet fid-dritt tal-krediti internazzjonali skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 389/2013.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1-45.
(4) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109.
(5) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1124/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva bifenoks
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Diretta tal-Kummissjoni 2008/66/KE (2) inkludiet il-bifenoks bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tniżżlu fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
(3) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 il-Belġju ressaq talba lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-approvazzjoni tal- bifenoks fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid li jirriżulta mill-informazzjoni li tressqet lil dak l-Istat Membru min-notifikatur skont l-Artikolu 56(1) ta’ dak ir-Regolament. Dik l-informazzjoni kellha x’taqsam ma’ formazzjoni ta’ nitrofen li ġejja mill-applikazzjoni tal-bifenoks. |
(4) |
Il-Belġju vvaluta l-informazzjoni li ressaq in-notifikatur. Fil-21 ta’ Marzu 2013 dan ressaq il-valutazzjoni tiegħu, fil-forma ta’ addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”. |
(5) |
Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li hemm indikazzjonijiet li l-bifenoks ma għadhiex tilħaq il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq il-kummenti tiegħu. |
(7) |
Billi f’ċerti kundizzjonijiet ambjentali, l-użu tal-bifenoks għandu l-potenzjal li jifforma nitrofen, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ma jistax jiġi eskluż riskju għall-ambjent ħlief bl-impożizzjoni ta’ aktar restrizzjonijiet. |
(8) |
Hu konfermat li s-sustanza attiva binefoks trid titqies li kienet ġiet approvata bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-potenzal tal-bifenoks li jifforma nitrofen u jimponu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-użu, meta xieraq. |
(9) |
Għalhekk l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/66/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bifenox, id-diflufenican, il-fenoxaprop-P, il-fenpropidin u l-quinoclamine bħala sustanzi attivi (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 9).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS
Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 180, il-binefoks, tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b’dan li ġej:
“PARTI A
Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida.
PARTI B
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ analiżi dwar il-bifenoks u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-14 ta’ Marzu 2008.
F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
(a) |
is-sikurezza tal-operaturi u li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta’ tagħmir tal-protezzjoni personali meta xieraq; |
(b) |
l-esponiment dijetetiku tal-konsumaturi għar-residwu tal-bifenoks fi prodotti li ġejjin mill-annimali u minn uċuħ tar-raba’ rotazzjonali suċċessivi; |
(c) |
il-kundizzjonijiet ambjentali li jwasslu għall-formazzjoni potenzjali ta’ nitrofen. |
L-Istati Membri għandhom jimponu restrizzjonijiet fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-użu, meta jixraq fid-dawl tal-punt (c).”
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/36 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1125/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
36,9 |
MA |
42,5 |
|
MK |
33,9 |
|
ZZ |
37,8 |
|
0707 00 05 |
AL |
45,1 |
EG |
177,3 |
|
MK |
59,9 |
|
TR |
144,2 |
|
ZZ |
106,6 |
|
0709 93 10 |
AL |
48,7 |
MA |
88,1 |
|
TR |
154,7 |
|
ZZ |
97,2 |
|
0805 20 10 |
AU |
136,9 |
MA |
63,3 |
|
ZA |
148,2 |
|
ZZ |
116,1 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
PE |
125,0 |
SZ |
56,1 |
|
TR |
80,2 |
|
UY |
92,8 |
|
ZA |
154,1 |
|
ZZ |
101,6 |
|
0805 50 10 |
TR |
73,0 |
ZA |
74,0 |
|
ZZ |
73,5 |
|
0806 10 10 |
BR |
247,5 |
LB |
239,8 |
|
PE |
271,8 |
|
TR |
165,1 |
|
US |
324,1 |
|
ZZ |
249,7 |
|
0808 10 80 |
BA |
64,2 |
CL |
210,3 |
|
NZ |
138,3 |
|
US |
133,2 |
|
ZA |
174,4 |
|
ZZ |
144,1 |
|
0808 30 90 |
CN |
65,8 |
TR |
113,5 |
|
ZZ |
89,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Novembru 2013
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing
(notifikata bid-dokument C(2013) 7317)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/641/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti. |
(3) |
Billi l-konsum tal-ilma jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-impatti ambjentali ġenerali tal-bini domestiku u mhux domestiku, jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti tat-“tojlits u awrinari bil-flaxing”. B’mod partikolari l-kriterji għandhom jippromwovu prodotti effiċjenti fl-użu tal-ilma, li jgħinu biex jonqos il-konsum tal-ilma u jagħtu benefiċċji oħra relatati fosthom biex jonqos il-konsum tal-enerġija. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp ta’ prodotti tat-“tojlits u awrinari bil-flaxing” għandu jinkludi: tagħmir tat-tojlits bil-flaxing u tagħmir tal-awrinari kif jiddefinixxi l-Artikolu 2. Il-grupp ta’ prodotti għandu jkopri prodotti għal użu domestiku u mhux domestiku.
2. Il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-grupp ta’ prodotti tat-“tojlits u awrinari bil-flaxing”:
(a) |
sedili u għotjien tat-tojlit, dawk biss li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu kummerċjalizzati b’mod indipendenti minn tagħmir tat-tojlits jew l-awrinari bil-flaxing; |
(b) |
tagħmir tat-tojlits li ma jużax l-ilma, juża l-kimika u l-ilma biex jifflaxxja u tojlits li għandhom bżonn l-enerġija biex tgħin lis-sistema tal-flaxing. |
Artikolu 2
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“tagħmir tat-tojlits bil-flaxing” tfisser sett tat-tojlit, reċipjent tat-tojlit jew sistema tal-flaxing tat-tojlits; |
(2) |
“sett tat-tojlit” tfisser tagħmir sanitarju li f’unità funzjonali jgħaqqad sistema tal-flaxing u reċipjent tat-tojlit li jilqa’ u jifflaxxja l-awrina u l-eskrementi u jwassalhom f’sistema tad-drenaġġ; |
(3) |
“reċipjent tat-tojlit” tfisser tagħmir sanitarju li jilqa’ u jifflaxxja l-awrina u l-eskrementi u jwassalhom f’sistema tad-drenaġġ; |
(4) |
“tagħmir tal-awrinar”, tfisser sett tal-awrinar, awrinar, awrinar bla ilma jew sistema tal-flaxing tal-awrinari; |
(5) |
“tagħmir tal-awrinar bil-flaxing”, tfisser sett tal-awrinar, awrinar, jew sistema tal-flaxing tal-awrinari; |
(6) |
“sett tal-awrinar” tfisser tagħmir sanitarju li f’unità funzjonali jgħaqqad sistema tal-flaxing u reċipjent tat-tojlit li jilqa’ u jifflaxxja l-awrina u jwassalha f’sistema tad-drenaġġ; |
(7) |
“awrinar” tfisser tagħmir sanitarju li jilqa’ l-awrina u l-ilma fflaxxjat u jwassalhom it-tnejn f’sistema tad-drenaġġ; |
(8) |
“awrinar blokka” tfisser tagħmir sanitarju b’sistema tal-flaxing jew mingħajrha li jkun fih kanal fl-art u blokka jew folja mwaħħla mal-ħajt li jilqgħu l-awrina u l-ilma fflaxxjat u jwassluhom f’sistema tad-drenaġġ; |
(9) |
“awrinar bla ilma” tfisser tagħmir sanitarju li jilqa’ l-awrina u jwassalha f’sistema tad-drenaġġ, u li jaħdem mingħajr ilma; |
(10) |
“sistema tal-flaxing”, kemm għat-tagħmir tat-tojlits bil-flaxing kif ukoll għat-tagħmir tal-awrinari bil-flaxing, tfisser ċisterna tal-flaxing b’konnessjoni ta’ pajpijiet ta’ twissija – jew apparat meqjus effettiv daqsu u apparati ta’ dħul/ħruġ, jew valv tal-ifflaxxjar bi pressjoni; |
(11) |
“apparat li jiffranka l-ilma” tfisser apparat tal-flaxing u li bih tkun tista’ toħroġ parti mill-volum ta’ flaxxjatura sħiħa, jew bħala mekkaniżmi b’azzjoni doppja (li jistgħu jitwaqqfu) jew bħala mekkaniżmi b’kontroll doppju (b’żewġ flaxings); |
(12) |
“volum ta’ flaxxjatura sħiħa” tfisser il-volum kollu tal-ilma li joħroġ mis-sistema tal-flaxing waqt ċiklu ta’ flaxxjatura; |
(13) |
“volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa” tfisser il-parti mill-volum ta’ flaxxjatura sħiħa li toħroġ minn apparat li jiffranka l-ilma waqt ċiklu ta’ flaxxjatura u li ma tkunx iżjed minn żewġ terzi tal-volum ta’ flaxxjatura sħiħa; |
(14) |
“volum medju ta’ flaxxjatura” tfisser il-medja aritmetika ta’ volum wieħed ta’ flaxxjatura sħiħa u tliet volumi ta’ flaxxjatura mnaqqsa kkalkulati bil-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi 1 tal-Anness; |
(15) |
“kontroll li jifflaxxja skont il-bżonn” tfisser apparat tal-flaxing ta’ tagħmir sanitarju li l-utent jista’ jħaddmu b’idu minn pum, manku, buttuna, pedala jew xi attwatur tal-ifflaxxjar ieħor ekwivalenti jew b’senser li jinduna li ntuża t-tagħmir sanitarju; |
(16) |
“apparat ta’ aġġustament” tfisser apparat li bih ikun jista’ jiġi aġġustat il-volum ta’ flaxxjatura sħiħa u, meta rilevanti, il-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa ta’ sistema tal-flaxing. |
Artikolu 3
Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għal prodott klassifikat fil-grupp ta’ prodotti tat-“tojlits u awrinari bil-flaxing” kif definit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu validi għal erba’ snin mis-7 ta’ Novembru 2013.
Artikolu 5
Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti tat-“tojlits u awrinari bil-flaxing” għandu jkun il-41.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI
Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għat-tagħmir tat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing:
1. |
L-effiċjenza fl-użu tal-ilma |
2. |
Il-prestazzjoni tal-prodott |
3. |
Is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati |
4. |
L-injam bħala materja prima li jkun ġestit b’mod sostenibbli |
5. |
Kemm iservi l-prodott |
6. |
L-impatti mnaqqsa ta’ prodotti li m’għadhomx jintużaw |
7. |
L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-informazzjoni lill-utent |
8. |
L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE |
It-Tabella 1 turi l-applikabbiltà tal-kriterji differenti għal kull kategorija tat-tagħmir tat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing.
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati għal kull kriterju.
Meta l-applikant jeħtieġlu jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tal-analiżi tat-testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant jew il-fornitur tiegħu jew mingħand it-tnejn li huma.
Meta jkun possibbli, it-testijiet għandhom jagħmluhom laboratorji li jilħqu r-rekwiżiti ġenerali tal-Istandard Ewropew EN ISO 17025 jew ekwivalenti.
Meta jkun xieraq, jistgħu jintużaw metodi tat-test oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju, f’każ li l-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta jkun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.
L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti legali tal-pajjiż(i) li fih(om) hu maħsub li jitqiegħed fis-suq.
Fl-istandards tat-testijiet, is-settijiet tat-tojlit, ir-reċipjenti tat-tojlit, l-awrinari u s-sistemi tal-flaxing huma distinti skont il-klassi jew it-tip, jew it-tnejn. Il-klassi(jiet) jew it-tip(i) rilevanti tal-prodott għandhom jiġu ddikjarati lill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni u kull test li jrid isir għandu jsir għal kull klassi u/jew tip li jiddikjara l-applikant skont l-istandard rilevanti.
It-Tabella 1
L-applikabbiltà tal-kriterji differenti għal kull kategorija tat-tagħmir tat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing
It-tagħmir tat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing Kriterji |
Settijiet tat-tojlit |
Reċipjenti tat-tojlit |
Sistemi tal-flaxing tat-tojlits |
Settijiet tal-awrinar |
Awrinari |
Awrinari bla ilma |
Sistemi tal-flaxing tal-awrinari |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
|
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
|
x |
||
|
x |
x |
x |
|
|
|
|
||
|
x |
|
x |
x |
|
|
x |
||
|
x |
|
x |
x |
|
|
x |
||
|
x |
x |
|
x |
x |
|
|
||
|
|
|
|
|
|
x |
|
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
||
|
x |
x |
x |
x |
x |
x |
x |
Il-kriterju 1. L-effiċjenza fl-użu tal-ilma
(a) Il-volum ta’ flaxxjatura sħiħa
Il-volum ta’ flaxxjatura sħiħa indipendentement mill-pressjoni tal-ilma, ta’ tagħmir tat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing, meta jitqiegħed fis-suq, m’għandux jaqbeż il-valur preżentat fit-Tabella 2.
It-Tabella 2
Il-limitu massimu tal-volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ tagħmir tat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing
Il-prodott |
Il-volum ta’ flaxxjatura sħiħa [L/flaxxjatura] |
Tagħmir tat-tojlits bil-flaxing |
6,0 |
Tagħmir tal-awrinari bil-flaxing |
1,0 |
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jispeċifika l-ammont massimu tal-volum ta’ flaxxjatura sħiħa (f’L/flaxxjatura) tal-prodott, flimkien mar-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet li jindikaw l-istandards EN rispettivi għal dan it-tip ta’ prodott (ara t-Tabella 3). Għall-awrinari blokki, il-volum ta’ flaxxjatura sħiħa jirreferi għall-ilma fflaxxjat minn 60 cm wisa’ ta’ ħajt kontinwu.
It-Tabella 3
L-istandards EN li jkejlu l-volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ tagħmir tat-tojlits u awrinari bil-flaxing
Il-prodott |
L-istandard |
It-titolu tal-istandard |
Is-settijiet tat-tojlit u r-reċipjenti tat-tojlit |
EN 997 |
Il-vaski tat-tojlit u s-settijiet tat-tojlit b’sifun integrali |
Settijiet tal-awrinar u awrinari |
EN 13407 |
L-awrinari ta’ mal-ħajt – Ir-rekwiżiti funzjonali u l-metodi tat-test |
Sistemi tal-flaxing magħmulin minn ċisterni tal-flaxing |
EN 14055 |
Ċisterni tal-flaxing tat-tojlits u l-awrinari |
Sistemi tal-flaxing magħmulin minn valv manwali tal-ifflaxxjar bi pressjoni |
EN 12541 |
Rubinetterija sanitarja – Valvi tal-ifflaxxjar bi pressjoni u valvi tal-awrinari li jagħlqu b’mod awtomatiku PN 10 |
Sistemi tal-flaxing magħmulin minn valv tal-ifflaxxjar bi pressjoni mingħajr kuntatt |
EN 15091 |
Rubinetterija sanitarja – Rubinetterija sanitarja li tiftaħ u tagħlaq b’mod awtomatiku |
(b) L-iffrankar tal-ilma
Is-settijiet tat-tojlit li jagħtu volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ aktar minn 4 litri u s-sistemi tal-flaxing tat-tojlit għandu jkollhom apparat li jiffranka l-ilma. Meta jitqiegħed fis-suq, il-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa, indipendentement mill-pressjoni tal-ilma, li joħroġ meta jintuża l-apparat li jiffranka l-ilma m’għandux jaqbeż it-3,0 L/flaxxjatura.
Ir-reċipjenti tat-tojlit għandhom iħallu lok li jintuża apparat li jiffranka l-ilma li l-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa tiegħu, indipendentement mill-pressjoni tal-ilma, li joħroġ meta jintuża l-apparat li jiffranka l-ilma ma jkunx jaqbeż it-3,0 L/flaxxjatura.
Is-settijiet tal-awrinar u s-sistemi tal-flaxing tal-awrinari għandu jkollhom kontroll waħdieni li jifflaxxja skont il-bżonn. L-awrinari blokki b’sistema tal-flaxing għandu jkollhom kontroll waħdieni li jifflaxxja skont il-bżonn għal mhux aktar minn 60 cm wisa’ ta’ wiċċ sħiħ.
L-awrinari għandhom iħallu lok li jintuża kontroll waħdieni li jifflaxxja skont il-bżonn. L-awrinari blokka mingħajr sistema tal-flaxing għandhom iħallu lok għall-kontrolli waħdenin li jifflaxxjaw skont il-bżonn biex jitqiegħdu mhux aktar minn 60 cm wisa’ ta’ wiċċ sħiħ.
Kull kontroll tal-ifflaxxjar b’senser għandu jippreveni milli jiġi attivat għalxejn u jiżgura li l-flaxxjatura toħroġ biss wara li l-prodott ikun tassew intuża.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti dokumentazzjoni li tiddeskrivi t-teknoloġija jew l-apparat applikat fil-prodott. Fejn jidħol it-tagħmir tat-tojlits bil-flaxing, l-applikant għandu jiddikjara l-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa (f’L/flaxxjatura) tal-prodott, kif ukoll ir-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandards EN rispettivi għal dan it-tip ta’ prodott (ara t-Tabella 4). Fejn jidħlu l-prodotti li għandhom kontroll tal-ifflaxxjar b’senser, l-applikant għandu jiddeskrivi fil-qosor x’miżuri ttieħdu meta l-prodott kien qed jiġi ddisinjat biex jipprevjeni milli s-senser jiġi attivat għalxejn u biex jiżgura li l-flaxxjatura toħroġ biss wara li l-prodott ikun tassew intuża.
It-Tabella 4
L-istandards EN li jkejlu l-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa ta’ tagħmir tat-tojlits bil-flaxing
Il-prodott |
L-istandard |
It-titolu tal-istandard |
Is-settijiet tat-tojlit u r-reċipjenti tat-tojlit |
EN 997 |
Il-vaski tat-tojlit u s-settijiet tat-tojlit b’sifun integrali |
Sistema tal-flaxing tat-tojlits magħmula minn ċisterna tal-flaxing |
EN 14055 |
Ċisterni tal-flaxing tat-tojlits u l-awrinari |
(c) Il-volum medju tal-flaxing
Il-volum medju ta’ flaxxjatura ta’ tagħmir tat-tojlits bil-flaxing, meta jitqiegħed fis-suq, ikkalkulat bil-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi 1 m’għandux jaqbeż it-3,5 L/flaxxjatura. Is-settijiet tat-tojlit li joħorġu volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ 4,0 litri jew inqas huma eżentati minn dar-rekwiżit.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jispeċifika l-volum medju ta’ flaxxjatura li ġie kkalkulat (f’L/flaxxjatura) tal-prodott, kif ukoll ir-riżultati tat-testijiet li saru skont il-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi 1.
(d) Aġġustament fal-volum ta’ flaxxjatura
Is-sistemi tal-flaxing għandu jkollhom apparat ta’ aġġustament ħalli min jinstallahom ikun jista’ jaġġusta l-volumi ta’ flaxxjatura skont il-kundizzjonijiet lokali tas-sistema tad-drenaġġ. Il-volum ta’ flaxxjatura sħiħa, wara li jiġi aġġustat skont l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni m’għandux jaqbeż is-6 L/flaxxjatura fejn jidħol it-tagħmir tal-flaxing tat-tojlits jew 4 L/flaxxjatura jekk is-sett tat-tojlit ma jkollux apparat li jiffranka l-ilma u 1 L/flaxxjatura fejn jidħol it-tagħmir tal-awrinari bil-flaxing. Il-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa wara li jiġi aġġustat skont l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni m’għandux jaqbeż it-3 L/flaxxjatura fejn jidħol it-tagħmir tat-tojlits bil-flaxing.
Meta s-sistemi tal-flaxing ikunu magħmulin minn ċisterna tal-flaxing, il-massimu tal-volum ta’ flaxxjatura sħiħa wara li jkun ġie aġġustat għandu jiġi indikat fuq iċ-ċisterna tal-flaxing b’linja tal-ilma jew marka tal-ilma.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti dokumentazzjoni li tiddeskrivi t-teknoloġija jew l-apparat applikat fil-prodott.
Il-kriterju 2. Il-prestazzjoni tal-prodott
(a) Ir-rekwiżiti tas-sistemi tal-flaxing
Is-sistemi tal-flaxing għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-istandards EN rispettivi mniżżlin fit-Tabella 5. It-taqsimiet tal-istandards EN rilevanti fit-Tabella 5 hawn taħt fejn jidħlu l-volumi sħaħ u mnaqqsa ta’ flaxxjatura, huma eżentati minn dal-kriterju.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti r-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandards EN rispettivi għal dan it-tip ta’ prodott (ara t-Tabella 5).
It-Tabella 5
Konformità mal-istandard EN għas-sistema tal-flaxing
Is-sistema tal-flaxing |
L-istandard |
It-titolu tal-istandard |
Ċisterni tal-flaxing tat-tojlits u l-awrinari |
EN 14055 |
Ċisterni tal-flaxing tat-tojlits u l-awrinari |
Valvi manwali tal-ifflaxxjar bi pressjoni għat-tojlits u l-awrinari |
EN 12541 |
Rubinetterija sanitarja – Valvi tal-ifflaxxjar bi pressjoni u valvi tal-awrinari li jagħlqu b’mod awtomatiku PN 10 |
Valvi tal-ifflaxxjar bi pressjoni mingħajr kuntatt għat-tojlits u l-awrinari |
EN 15091 |
Rubinetterija sanitarja – Rubinetterija sanitarja li tiftaħ u tagħlaq b’mod awtomatiku |
(b) Il-prestazzjoni tal-flaxxjatura
Il-prestazzjoni tal-flaxxjatura tas-settijiet tat-tojlit u l-awrinar, tar-reċipjenti tat-tojlit u tal-awrinari għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-istandards EN rispettivi mniżżlin fit-Tabella 6
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti r-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandards EN rispettivi għal dan it-tip ta’ prodott (ara t-Tabella 6). Is-settijiet tat-toljit u r-reċipjenti tat-tojlit li ma jkunux koperti minn xi standard EN għandhom juru livelli ta’ prestazzjoni tal-flaxxjatura li jkunu simili għal dawk tal-istess klassi u tip li jkopri l-istandard EN 997. F’dal-każ, l-applikant għandu jagħti r-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandard EN 997 għal prodotti tal-istess klassi u tip. Is-settijiet tal-awrinar u l-awrinari li ma jkunux koperti minn xi standard EN għandhom juru livelli ta’ prestazzjoni tal-flaxxjatura li jkunu simili għal dawk tal-istess klassi u tip li jkopri l-istandard EN 13407. F’dal-każ, l-applikant għandu jagħti r-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandard EN 13407 għal prodotti tal-istess klassi u tip.
It-Tabella 6
Konformità mal-istandard EN għall-prestazzjoni tal-flaxxjatura tal-prodott
Il-prodott |
L-istandard |
It-titolu tal-istandard |
Is-settijiet tat-tojlit u r-reċipjenti tat-tojlit |
EN 997 |
Il-vaski tat-tojlit u s-settijiet tat-tojlit b’sifun integrali |
Is-settijiet tal-awrinar u l-awrinari |
EN 13407 |
L-awrinari ta’ mal-ħajt – Ir-rekwiżiti funzjonali u l-metodi tat-test |
(c) Ir-rekwiżiti tal-awrinari bla ilma
L-awrinari bla ilma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti r-riżultati tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet stabbilita fl-Appendiċi 2. Kull metodoloġija ekwivalenti li turi li ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2, għandha tiġi aċċettata wkoll.
Il-kriterju 3. Is-sustanzi jew it-taħlitiet esklużi jew limitati
(a) Sustanzi u taħlitiet perikolużi
Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE ma tistax tingħata lil xi prodott, jew lil xi parti minnu kif jiddefinixxi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew parti omoġenja minnu li jkun fih sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew fil-frażijiet tar-riskju kif tispeċifika t-Tabella 7 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3), jew is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Meta l-limitu għall-klassifikazzjoni ta’ sustanza jew taħlita fi klassi tal-periklu jkun differenti minn dak tal-frażi tar-riskju, tal-ewwel jieħu prevalenza. Il-frażijiet tar-riskju fit-Tabella 7 ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madankollu, meta l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, japplikaw ir-regoli għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet. Is-sustanzi jew it-taħlitiet li bl-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom u allura ma’ jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jinbidlu kimikament b’tali mod li jitneħħa l-periklu identifikat qabel, dawn ikunu eżentati mill-kriterju 3(a).
It-Tabella 7
Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju
Dikjarazzjoni tal-Periklu |
Frażi tar-Riskju |
H300 Fatali jekk jinbela’ |
R28 |
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
R25 |
H304 Jaf jkun fatali jekk jinbela’ u jmur fil-pajp tan-nifs |
R65 |
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda |
R27 |
H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda |
R24 |
H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs |
R23/26 |
H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs |
R23 |
H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
R68 |
H350 Jaf iġib il-kanċer |
R45 |
H350i Jaf iġib il-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
R49 |
H351 Suspettat li jġib il-kanċer |
R40 |
H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R63 |
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R62-63 |
H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
R64 |
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
R39/23/24/25/26/27/28 |
H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi |
R68/20/21/22 |
H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
R48/25/24/23 |
H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
R48/20/21/22 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
R50-53 |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
R51-53 |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
R52-53 |
H413 Jaf iħalli effetti fit-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
EUH029 Meta jmiss mal-ilma jerħi gass tossiku |
R29 |
EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku |
R31 |
EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku ħafna |
R32 |
EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn |
R39-41 |
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi jew it-taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-frażi tar-riskju mniżżlin fit-Tabella 7, u li jkunu jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji tal-periklu, u għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, m’għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi li ġew determinati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Meta jkunu ġew determinati limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi, dawn għandhom jieħdu prevalenza fuq dawk ġeneriċi.
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 m’għandhomx jaqbżu 0,1 % piż skont il-piż.
Il-prodott finali m’għandhiex issirlu tikketta b’dikjarazzjoni tal-periklu.
Fejn jidħlu t-tagħmir tat-tojlits bil-flaxing u t-tagħmir tal-awrinari, is-sustanzi/komponenti fit-Tabella 8 huma eżentati mill-obbligu fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(7) tal-istess Regolament:
It-Tabella 8
Sustanza/komponenti derogati
Sustanza/komponent |
Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju |
Oġġetti li jiżnu anqas minn 25 g |
Kull dikjarazzjoni tal-periklu u frażi tar-riskju |
Partijiet omoġenji tal-oġġetti kumplessi li jiżnu anqas minn 25 g |
Kull dikjarazzjoni tal-periklu u frażi tar-riskju |
In-nikil fl-azzar inossidabbli ta’ kull tip |
H351, H372 u R40/48/23 |
Il-komponenti elettroniċi tat-tagħmir tat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) |
Kull dikjarazzjoni tal-periklu u frażi tar-riskju |
għall-prodott jew xi oġġett jew parti omoġenja minnu, l-applikant għandu jiddikjara konformità mal-kriterju 3(a), kif ukoll jagħti dokumentazzjoni relatata, bħal dikjarazzjonijiet ta’ konformità li ffirmaw il-fornituri tagħhom, meta ma ssirx klassifikazzjoni tas-sustanzi jew il-materjali f’xi waħda mill-klassijiet tal-periklu assoċjati mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu msemmija fit-Tabella 7 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan, għallinqas, ikun jista’ jiġi determinat mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiċi relevanti li huma assoċjati mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu msemmija fit-Tabella 7, b’ċertu dettall kif jispeċifikaw it-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
L-informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista’ toħroġ b’modi oħra minflok bit-testijiet, pereżempju b’metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b’mudelli ta’ attività bi struttura kwantitattiva, jew bil-gruppar jew ir-read-across, skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-użu kondiviż tad-dejta rilevanti fil-katina tal-provvista hu mħeġġeġ bil-qawwa.
L-informazzjoni mogħtija għandu jkollha x’taqsam mal-forom jew il-qagħdiet fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlitiet kif jintużaw fil-prodott finali.
Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li huma eżentati mill-obbligi tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament, dikjarazzjoni mingħand l-applikant għandha tkun biżżejjed għall-konformità mal-kriterju 3(a).
(b) Is-sustanzi mniżżlin skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
M’għandha tingħata l-ebda deroga għall-esklużjoni mill-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fejn jidħlu s-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u mniżżlin fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (5), meta jkunu preżenti fit-taħlitiet, f’oġġett jew f’xi parti omoġenja ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet aktar minn 0,1 %. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi determinati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw meta l-konċentrazzjoni tkun anqas minn 0,1 %.
fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. L-applikant għandu jiddikjara konformità mal-kriterju 3(b), u jagħti d-dokumentazzjoni relatata, inklużi d-dikjarazzjonijiet ta’ konformità li ffirmaw il-fornituri tal-materjali u kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza għal sustanzi jew taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi u t-taħlitiet.
Il-kriterju 4. L-injam ġestit b’mod sostenibbli
L-injam jew il-partijiet imsejsa fuq l-injam li jintużaw fit-tojlits u l-awrinari bil-flaxing jistgħu jkunu materjal riċiklat jew verġni.
L-injam verġni għandu jkun kopert b’ġestjoni sostenibbli valida tal-foresti u b’ċertifikati tal-katina tal-kustodja li toħroġhom skema taċ-ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Madanakollu, meta l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni jippermettu taħlit ta’ materjal ċertifikat u materjal mhux ċertifikat fi prodott jew linja ta’ prodotti, il-proporzjon tal-materjal mhux ċertifikat m’għandux jaqbeż il-50 %. Dan il-materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert b’sistema ta’ verifika li tiżgura li dan ġej minn sorsi legali u jissodisfa kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn għandu x’jaqsam il-materjal mhux ċertifikat.
Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresti u/jew iċ-ċertifikati tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema taċ-ċertifikazzjoni.
l-applikant għandu jagħti dokumentazzjoni xierqa li turi t-tipi, il-kwantitajiet u l-oriġini tal-injam użat jew tal-partijiet imsejsa fuq l-injam użati fit-tojlits u l-awrinari bil-flaxing.
Meta jintuża injam verġni, il-prodott għandu jkun kopert b’ċertifikati validi tal-ġestjoni tal-foresti u tal-katina tal-kustodja li toħroġhom skema taċ-ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti, bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti. Jekk il-prodott jew il-linja ta’ prodotti jkun fiha materjal mhux ċertifikat, trid tingħata prova li dan il-materjal mhux ċertifikat hu inqas minn 50 % u hu kopert b’sistema ta’ verifika li tiżgura li dan ġej minn sorsi legali u jissodisfa kull rekwiżit ieħor tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni fejn għandu x’jaqsam il-materjal mhux ċertifikat.
Il-kriterju 5. Kemm iservi l-prodott
(a) Kemm jista’ jissewwa l-prodott u d-disponibbiltà tal-ispareparts
Il-prodott għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li l-komponenti skambjabbli tiegħu jkunu jistgħu jinbidlu faċilment mill-utent finali jew minn inġinier professjonali tas-servizz, kif jixraq. L-informazzjoni dwar liema elementi jistgħu jinbidlu għandha tiġi indikata b’mod ċar fil-folja tal-informazzjoni stampata mal-prodott jew f’format elettroniku, jew it-tnejn. L-applikant għandu jagħti wkoll istruzzjonijiet ċari biex l-utent finali jew l-esperti mħarrġa jkunu jistgħu jagħmlu tiswijiet bażiċi, kif jixraq.
Barra minn hekk, l-applikant għandu jiżgura li l-ispareparts jew ekwivalenti tagħhom għallinqas ikunu disponibbli għal għaxar snin mid-data tax-xiri.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti kampjun jew kampjuni tal-folja tal-informazzjoni dwar il-prodott stampati mal-prodott jew f’format elettroniku, jew it-tnejn.
(b) Il-garanzija
Il-prodott għandu jkollu garanzija ta’ mill-anqas ħames snin biex jissewwa jew jinbidel.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti kampjun tat-termini tal-garanzija.
Il-kriterju 6. L-impatti mnaqqsa ta’ prodotti li m’għadhomx jintużaw
Il-partijiet tal-plastik li jiżnu 25 g jew aktar għandhom jiġu mmarkati skont ir-rekwiżiti tal-Istandard EN ISO 11469 ħalli l-materjali jkunu jistgħu jiġu identifikati għar-riċiklaġġ, l-irkupru jew ir-rimi meta ma jibqgħux jintużaw.
L-awrinari bla ilma għandhom jużaw fluwidu faċilment bijodegradabbli jew jaħdmu għalkollox mingħajr fluwidu.
(6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn il-kriterji. Barra minn hekk, għall-awrinari bla ilma, l-applikant għandu jagħti dokumentazzjoni li tiddeskrivi t-teknoloġija użata u, meta jintuża fluwidu, għandu jagħti rapport tat-test li juri li l-fluwidu hu faċilment bijodegradabbli, filwaqt li jsegwi d-definizzjoni u l-metodi tat-test mogħtija fil-“Gwida għall-Applikazzjoni tal-Kriterji CLP”Il-kriterju 7. L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-informazzjoni lill-utent
Il-prodott għandu jġorr miegħu informazzjoni rilevanti għall-utent u dwar l-installazzjoni, li tagħti d-dettalji tekniċi kollha meħtieġa biex jiġi installat sew u pariri dwar kif il-prodott jintuża b’mod xieraq u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, kif ukoll dwar il-manutenzjoni tiegħu. Għallinqas, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni u l-informazzjoni għall-utenti għandhom jinkludu istruzzjoni u informazzjoni dwar il-punti li ġejjin fuq l-imballaġġ jew fid-dokumentazzjoni li jkun hemm mal-prodott, stampata jew f’format elettroniku:
(a) |
istruzzjonijiet għal installazzjoni kif suppost, inklużi:
|
(b) |
informazzjoni li tgħarraf li l-impatt ambjentali ewlieni hu marbut mal-konsum tal-ilma, u pariri dwar kif l-użu razzjonali jista’ jnaqqas l-impatt ambjentali, b’mod partikolari informazzjoni dwar l-użu kif suppost tal-prodott biex jonqos il-konsum tal-ilma; |
(c) |
informazzjoni li tgħarraf li l-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE u spjegazzjoni qasira iżda speċifika dwar din xi tfisser, kif ukoll l-informazzjoni ġenerali mogħtija ħdejn is-simbolu tal-Ekotikketta tal-UE, |
(d) |
il-volum ta’ flaxxjatura sħiħa f’L/flaxxjatura (ittestjat kif juri l-Kriterju 1(a)); |
(e) |
it-tagħmir tat-tojlits bil-flaxing li jkollu jew iħalli lok li jintuża apparat li jiffranka l-ilma, għandu jinkludi l-volumi mnaqqsa u medji ta’ flaxxjatura f’L/flaxxjatura (ittestjati kif juri l-Kriterju 1(b) u 1(c), rispettivament); |
(f) |
ir-reċipjenti tat-tojlit u l-awrinari li tqiegħdu fis-suq indipendentement, għandhom jinkludu informazzjoni li tgħarraf li l-prodott irid jingħaqad ma’ sistemi tal-flaxing xierqa, li jkollhom l-Ekotikketta, ħalli jsiru unità funzjonali sħiħa li tkun effiċjenti fl-użu tal-ilma, b’mod partikolari għandhom jiġu indikati l-volum ta’ flaxxjatura sħiħa u, jekk rilevanti, il-volumi mnaqqsa u medji ta’ flaxxjatura tas-sistema tal-flaxing li l-prodott irid jingħaqad magħha; |
(g) |
is-sistemi tal-flaxing li tqiegħdu fis-suq indipendentement, għandhom jinkludu informazzjoni li tgħarraf li l-prodott irid jingħaqad ma’ reċipjent tat-tojlit u/jew awrinar li jkun xieraq u li jkollu l-Ekotikketta, ħalli jsiru unità funzjonali sħiħa li tkun effiċjenti fl-użu tal-ilma, b’mod partikolari għandhom jiġu indikati l-volum ta’ flaxxjatura sħiħa u, jekk rilevanti, il-volumi mnaqqsa u medji ta’ flaxxjatura tar-reċipjent tat-tojlit u/jew tal-awrinar li l-prodott irid jingħaqad miegħu; |
(h) |
rakkomandazzjonijiet dwar l-użu kif suppost u l-manutenzjoni tal-prodott, li jsemmu l-istruzzjonijiet rilevanti kollha, b’mod partikolari:
|
(i) |
l-awrinari bla ilma, għandhom jinkludu istruzzjonijiet dwar ir-reġim tal-manutenzjoni li, jekk rilevanti, ikun fih informazzjoni dwar kif għandu jiġi priservat u jinżamm l-iskartoċċ sostitwibbli, dwar kif dan jista’ jinbidel u meta, u lista ta’ fornituri tas-servizz għal manutenzjoni regolari. |
(j) |
l-awrinari bla ilma għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet xierqa dwar ir-rimi tal-iskrataċ sostitwibbli, b’mod partikolari li jagħtu dettalji dwar xi skema/i ta’ teħid lura li jkun hemm fis-seħħ; |
(k) |
rakkomandazzjonijiet dwar ir-rimi kif suppost tal-prodott meta dan ma jibqax jintuża. |
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti kampjun jew kampjuni tal-informazzjoni għall-utent jew link għall-websajt tal-manifattur li jkun fiha din l-informazzjoni, jew it-tnejn.
Il-kriterju 8. L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tikketta mhux obbligatorja bil-messaġġ għandu jkun fiha dan il-kliem:
— |
effiċjenti ħafna fl-użu tal-ilma u b’inqas ħela tal-ilma; |
— |
b’dan il-prodott iċċertifikat, int tiffranka l-ilma u l-flus; |
— |
inqas impatti ta’ prodotti li m’għadhomx jintużaw. |
Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta mhux obbligatorja bil-messaġġ jistgħu jinstabu fil-“Guidelines for the use of the EU Ecolabel logo” fis-sit elettroniku:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
l-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u jagħti kampjun tat-tikketta.
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(4) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(5) http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp
(6) http://echa.europa.eu/documents/10162/13562/clp_en.pdf
Appendiċi 1
Il-metodoloġija biex jitkejjel u jiġi kkalkulat il-volum medju ta’ flaxxjatura
1. Il-metodi tat-test
Arma t-tagħmir tat-tojlits jew l-awrinari bil-flaxing skont l-istruzzjonijiet li jagħti l-manifattur. Fejn jidħlu r-reċipjenti tat-tojlit, it-tagħmir għandu jintrama b’test tas-sistema tal-flaxing, kif jiddeskrivu l-istandards EN rilevanti.
Qiegħed it-tagħmir armat fuq wiċċ ċatt mimdud jew wieqaf li jkun sod kif jixraq.
Waħħal il-valv mnejn jidħol l-ilma ma’ provvista tal-ilma li jkollha pressjoni statika tal-ilma ta’ (0,2 ± 0,01) MPa (2 ± 0,1 bar) u iftaħ il-valv tal-provvista tal-ilma. Ħalli l-ilma miftuħ waqt kull test.
Ħaddem il-kontroll tal-mekkaniżmu għal flaxxjatura sħiħa, iġbor l-ilma li joħroġ u armih.
1.1 Evalwazzjoni tal-volum ta’ flaxxjatura sħiħa
Ħaddem il-kontroll tal-mekkaniżmu għal flaxxjatura sħiħa u iġbor l-ilma li joħroġ.
Kejjel il-volum permezz ta’ kontenitur kalibrat.
Ħu nota tal-volum imkejjel.
Agħmel it-test tliet darbiet.
Jekk il-volumi li joħorġu jkunu differenti, ikkalkula l-volum ta’ flaxxjatura sħiħa (Vf) bil-medja aritmetika għat-tliet volumi rreġistrati.
1.2 Evalwazzjoni tal-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa
Ħaddem il-kontroll tal-mekkaniżmu għal flaxxjatura mnaqqsa u iġbor l-ilma li joħroġ.
Kejjel il-volum permezz ta’ kontenitur kalibrat.
Ħu nota tal-volum imkejjel.
Agħmel it-test tliet darbiet.
Jekk il-volumi li joħorġu jkunu differenti, ikkalkula l-volum ta’ flaxxjatura mnaqqsa (Vr) bil-medja aritmetika għat-tliet volumi rreġistrati.
2. Il-kalkolu tal-volum medju ta’ flaxxjatura
Ikkalkola l-volum medju ta’ flaxxjatura (Va) kif ġej:
Appendiċi 2
Ir-rekwiżiti li jridu jissodisfaw l-awrinari bla ilma u l-metodi tat-test
1. Ir-rekwiżiti tal-awrinari bla ilma
L-awrinari bla ilma għandhom jgħaddu mit-testijiet kollha li ġejjin:
— |
It-test ta’ reżistenza tat-tagħbija |
— |
It-test tal-evakwazzjoni |
— |
It-test li jikkonferma li mhemmx tnixxija |
— |
It-test tal-prevenzjoni ta’ rifluss tal-arja u tal-ilma maħmuġin u jintnu |
2. Il-mudelli tat-test għall-awrinari bla ilma
2.1 It-test ta’ reżistenza tat-tagħbija
L-awrinari bla ilma għandhom jitqiesu konformi mat-test ta’ reżistenza tat-tagħbija jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza mit-tagħbija billi jgħaddu minn test tat-tagħbija statika li jkun simili għal dawk definiti fl-EN 13407. Kull metodu ekwivalenti għandu jiġi aċċettat.
2.2 It-test tal-evakwazzjoni
L-awrinari bla ilma għandhom jitqiesu konformi mat-test tal-evakwazzjoni jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-evakwazzjoni tal-ilma billi jgħaddu minn test tal-evakwazzjoni tal-ilma li jkun simili għal dawk definiti fl-EN 14688. Billi t-test fl-EN 14688 hu definit għas-sinkijiet, għandu jiġi aċċettat kull adattament tat-test ħalli dan ikun tajjeb biex jiġu ttestjati l-awrinari bla ilma. Kull metodu ekwivalenti għandu jiġi aċċettat.
2.3 It-test li jikkonferma li mhemmx tnixxija
L-awrinari bla ilma għandhom jitqiesu konformi mat-test li jikkonferma li mhemmx tnixxija jekk dawn ikunu jiżguraw li l-fluwidu kollu li jixteħet fihom, joħroġ biss mill-konnessjoni tal-ħruġ. Għal dan it-test għandu jintuża ilma kulurit biex jgħin ħalli tiġi identifikata kull tnixxija li jaf ikun hemm. Kull metodu ekwivalenti għandu jiġi aċċettat.
Inkella, l-awrinari bla ilma għandhom jitqiesu konformi mat-test li jikkonferma li mhemmx tnixxija jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-assorbiment tal-ilma billi jgħaddu minn determinazzjoni tat-test tal-assorbiment tal-ilma li jkun simili għal dawk definiti fl-EN 13407. Kull metodu ekwivalenti għandu jiġi aċċettat.
2.4 It-test tal-prevenzjoni ta’ rifluss tal-arja u tal-ilma maħmuġin u jintnu
L-awrinari bla ilma għandhom jitqiesu konformi mat-test tal-prevenzjoni ta’ rifluss tal-arja u tal-ilma maħmuġin u jintnu jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti għal għeluq tajjeb tal-irwejjaħ u r-rekwiżi tar-reżistenza tas-siġill tal-ilma għall-pressjoni, li jkunu simili għal dawk definiti fl-EN 1253-1 billi rispettivament jgħaddu minn test tal-għeluq tajjeb tal-irwejjaħ u test tar-reżistenza tas-siġill tal-ilma għall-pressjoni li jkunu simili għal dawk definiti fl-EN 1253-2. Kull metodu ekwivalenti għandu jiġi aċċettat.
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/52 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Novembru 2013
li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fid-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il reġjun
(2013/642/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/274/UE tal-24 ta’ April 2012 li tiddetermina t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (2), id-disa’ reġjun fejn għandu jibda l-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet jinkludi l-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, u l-Uzbekistan; l-għaxar reġjun jinkludi l-Brunej, il-Burma/Mjanmar, il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malasja, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja u l-Vjetnam; u l-ħdax-il reġjun jinkludi t-territorju okkupat Palestinjan. |
(2) |
L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u ġuridiċi meħtieġa biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta li qed issir referenza għaliha fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament VIS lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f’dawn ir-reġjuni, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew għat-trażmissjoni tad-dejta f’isem Stat Membru ieħor. |
(3) |
Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament VIS hija b’hekk issodisfata u għalhekk huwa meħtieġ li tiġi determinata d-data meta l-VIS għanda tibda topera fid-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il reġjun. |
(4) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi stipulata data għall-bidu tal-VIS fil-futur qrib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Minħabba li r-Regolament VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament VIS fil-liġi nazzjonali tagħha f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(8) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-diżpożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim milħuq bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. |
(9) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
(10) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
(11) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod huwa relatat miegħu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
(12) |
Fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod huwa relatat miegħu, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005. |
(13) |
Fir-rigward tal-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod huwa relatat miegħu, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża għandha tibda topera fid-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il reġjun skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/274/UE fl-14 ta’ Novembru 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tapplika b’mod konformi mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(2) ĠU L 134, 24.5.2012, p. 20.
(3) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.