|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.296.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1101/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & CoKG)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 kienet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq l-għoġġiela bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (3). Dik il-preparazzjoni kienet sussegwentement imdaħħla fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133, bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija, fejn intalab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Marżu 2013 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali u l-konsumatur u fuq l-ambjent, u u għandha l-potenzjal li ttejjeb l-prestazzjoni żooteknika fuq l-annimali immirati. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kienu sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 fir-Regolament (KE) Nru 1288/2004 għandhom jitħassru. Ir-Regolament (KE) Nru 1288/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-flora tal-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004 id-dispożizzjonijiet dwar E 1706, Enterococcus faecium DSM 7134 and Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 tħassru.
Artikolu 3
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta’ Mejju 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel is-27 ta’ Novembru 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (L-edizzjoni speċjali Ingliża: Is-Serje V Volum 1952-1972 p. 0080).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel tal-annimali (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10.).
(4) The EFSA Journal 2013; 11(4):3175.
ANNESS
|
In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 % jew sostitut tal-ħalib |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
4b1706 |
Lactosan GmbH & Co KG |
Enterococcus faecium DSM 7134 Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 |
|
Għoġġiela għat-trobbija |
4 xhur |
1 × 109 |
— |
|
Is-27 ta’ Novembru 2023 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza għall-Addittivi fl-Għalf: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1102/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 (3), il-Kummissjoni tat lill-Gwatemala deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li permezz tagħha setgħet tqis ċerti prodotti tas-sajd magħmulin fil-Gwatemala minn ħut li mhux ta’ oriġini bħala li joriġinaw fil-Gwatemala. Din id-deroga skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2013. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Mejju 2013, il-Gwatemala ppreżentat talba għal estensjoni tad-deroga. It-talba hi għall-estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward ta’ 987,5 tunnellata ta’ flettijiet ta’ tonn, iffriżati u ppakkjati permezz tal-vakwu magħrufin bħala “flettijiet” (minn hawn’ il quddiem “flettijiet tat-tonn”) tal-kodiċi NM 1604 14 16 . Permezz tal-ittri ddatati s-17 u d-29 ta’ Lulju 2013, il-Gwatemala ppreżentat informazzjoni addizzjonali b’appoġġ għal din it-talba. |
|
(3) |
It-talba turi li l-ħin kopert minn din id-deroga ma kienx biżżejjed għall-Gwatemala biex tiżgura biżżejjed flussi ta’ tonn li joriġinaw mill-pajjiż. |
|
(4) |
L-estensjoni tad-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tagħti lill-Gwatemala żmien biżżejjed biex tħejji l-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tagħha biex tikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ ħut. |
|
(5) |
Sabiex ikun żgurat li d-deroga temporanja tiġi limitata għaż-żmien meħtieġ biex il-Gwatemala tikseb konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali ta’ flettijiet tat-tonn, id-deroga għandha tingħata mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet tal-ħut eliġibbli għat-trattament tariffarju preferenzjali mill-Gwatemala lejn l-Unjoni, id-deroga għandha tingħata b’effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(7) |
Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1044/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1044/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tapplika għal flettijiet tat-tonn esportati mill-Gwatemala u ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sad-data ta’ applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali mill-Gwatemala jekk din id-data tiġi l-ewwel u sal-kwantitajiet stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1044/2012 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2 Volum 6 p. 3–516.
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tar-regoli tal-oriġini użati għall-għanijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Gwatemala fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 28.)
ANNESS
“ANNESS
|
In-Numru tal-Ordni Nru |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodi |
Kwanità (f’piż nett ta’ tunnellati) |
|
09.1627 |
ex 1604 14 16 |
Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal- vakwu magħrufin bħala ‘flettijiet’ |
mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
1 975 tunnellata |
|
09.1627 |
ex 1604 14 16 |
Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal- vakwu magħrufin bħala ‘flettijiet’ |
mill-1.1.2013 sal-30.6.2013 |
987,5 tunnellata |
|
09.1627 |
ex 1604 14 16 |
Flettijiet ta’ tonn imsajrin, iffriżati u ppakkjati permezz tal- vakwu magħrufin bħala ‘flettijiet’ |
mill-1.7.2013 sal-31.12.2013 |
987,5 tunnellata” |
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1103/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
Li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ standards ta’ sigurtà ta’ pajjiżi terzi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (2), il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-pajjiżi terzi bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kriterji stipulati f’dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni vverifikat li l-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe u l-ajruport Kangerlussuaq fi Greenland jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (3) jelenka fl-Anness tiegħu l-pajjiżi terzi rikonoxxuti li qegħdin japplikaw l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni li jistabbilixxi r-Regolament (KE) Nru 272/2009. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jigi emendat kif meħtieġ. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Kapitolu 3, id-Dokument Mehmuż 3-B, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin: “ L-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe L-ajruport Kangerlussuaq fil-Groenlandja ” |
|
(2) |
Fil-Kapitolu 4, id-Dokument Mehmuż 4-B, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin: “ L-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe L-ajruport Kangerlussuaq fil-Groenlandja ” |
|
(3) |
Fil-Kapitolu 5, id-Dokument Mehmuż 5-A, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin: “ L-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe L-ajruport Kangerlussuaq fil-Groenlandja ” |
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1104/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Basterdsuiker”/“Basterdsuicker”/“Basterdsuijcker”/“Basterdsuijker”/“Basterd”/“Bastardsuiker”/“Bastardsuicker”/“Bastardsuijcker”/“Bastardsuijker”/“Bastard”/“Bastert”/“Bastertsuiker” (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 52 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2). |
|
(2) |
Skont il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 it-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Basterdsuiker”/“Basterdsuicker”/“Basterdsuijcker”/“Basterdsuijker”/“Basterd”/“Bastardsuiker”/“Bastardsuicker”/“Bastardsuijcker”/“Bastardsuijker”/“Bastard”/“Bastert”/“Bastertsuiker” magħmula mill-Pajjiżi l-Baxxi, ġiet ippublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, id-denominazzjoni “Basterdsuiker”/“Basterdsuicker”/“Basterdsuijcker”/“Basterdsuijker”/“Basterd”/“Bastardsuiker”/“Bastardsuicker”/“Bastardsuijcker”/“Bastardsuijker”/“Bastard”/“Bastert”/“Bastertsuiker” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-ewwel Artikolu
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
Il-kategorija 2.3. Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
Basterdsuiker/Basterdsuicker/Basterdsuijcker/Basterdsuijker/Basterd/Bastardsuiker/Bastardsuicker/Bastardsuijcker/Bastardsuijker/Bastard/Bastert/Bastertsuiker (STG)
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1105/2013
tas-6 ta’ Novembru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
40,5 |
|
MA |
42,3 |
|
|
MK |
40,5 |
|
|
ZZ |
41,1 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
46,6 |
|
EG |
177,3 |
|
|
MK |
69,6 |
|
|
TR |
146,7 |
|
|
ZZ |
110,1 |
|
|
0709 93 10 |
AL |
48,7 |
|
MA |
82,6 |
|
|
TR |
151,9 |
|
|
ZZ |
94,4 |
|
|
0805 20 10 |
AU |
136,9 |
|
MA |
82,9 |
|
|
ZA |
153,1 |
|
|
ZZ |
124,3 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
PE |
123,5 |
|
SZ |
55,7 |
|
|
TR |
74,2 |
|
|
UY |
92,8 |
|
|
ZA |
132,7 |
|
|
ZZ |
95,8 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
77,6 |
|
ZA |
54,2 |
|
|
ZZ |
65,9 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
237,2 |
|
PE |
270,1 |
|
|
TR |
164,5 |
|
|
ZZ |
223,9 |
|
|
0808 10 80 |
BA |
66,4 |
|
CL |
210,3 |
|
|
NZ |
141,4 |
|
|
US |
132,4 |
|
|
ZA |
148,0 |
|
|
ZZ |
139,7 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
72,8 |
|
TR |
118,4 |
|
|
ZZ |
95,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/12 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/51/EURATOM
tat-22 ta’ Ottubru 2013
li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, b’mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea mfassla wara li nkisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsulta l-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
It-teħid tal-ilma huwa waħda mill-mogħdijiet ta’ inkorporazzjoni ta’ sustanzi radjuattivi fil-ġisem tal-bniedem. F’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom (2), il-kontribuzzjoni għall-esponiment tal-pubbliku ġenerali kollu minn prattiki li jinvolvu riskju minn radjazzjoni jonizzanti għandha tinżamm fl-iktar livell baxx li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-importanza għas-saħħa tal-bniedem tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jeħtieġ li, f’livell Komunitarju, jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità li jkollhom funzjoni ta’ indikatur u li jipprevedu l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawk l-istandards. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (3) tistipula parametri indikaturi marbuta ma’ sustanzi radjuattivi fil-Parti C tal-Anness I u dispożizzjonijiet relatati ta’ monitoraġġ fl-Anness II tiegħu. Madankollu, dawk il-parametri jaqgħu fl-ambitu tal-istandards bażiċi ddefiniti fl-Artikolu 30 tat-Trattat Euratom. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-livelli ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom għalhekk jiġu adottati f’leġislazzjoni speċifika li tiżgura l-uniformità, il-koerenza u l-kompletezza tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni mir-radjazzjoni taħt it-Trattat Euratom. |
|
(5) |
Minħabba li l-Komunità hija kompetenti biex tadotta l-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali mill-perikli li jirriżultaw minn radjazzjonijiet jonizzanti, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jieħdu post dawk tad-Direttiva 98/83/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali rigward sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
|
(6) |
Kif inhu rrikonoxxut mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kompiti li l-Artikolu 2(b) tat-Trattat Euratom jimponi fuq il-Komunità biex tistabbilixxi standards ta’ sikurezza uniformi għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali ma jipprekludux, ħlief jekk ikun imsemmi espliċitament f’dawk l-istandards, li Stat Membru jipprevedi miżuri ta’ protezzjoni aktar stretti. Peress li din id-Direttiva tipprevedi regoli minimi, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jadottaw jew iżommu miżuri aktar stretti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għal-libertà ta’ moviment tal-merkanzija fis-suq intern kif definita mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(7) |
Il-valuri parametriċi m’għandhomx jitqiesu bħala valuri limitu. Fil-każ li l-monitoraġġ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jindika nuqqas ta’ konformità ma’ valur parametriku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkunsidra jekk dak jippreżentax periklu għas-saħħa tal-bniedem li jirrikjedi azzjoni u, fejn ikun meħtieġ, jieħu azzjoni ta’ rimedju biex itejjeb il-kwalità tal-ilma għal livell li jikkonforma mar-rekwiżiti għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem mill-perspettiva tal-protezzjoni mir-radjazzjoni. |
|
(8) |
Il-monitoraġġta’ ilmijiet maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħdu fi fliexken jew f’kontenituri maħsuba għall-bejgħ, apparti ilma minerali naturali, sabiex jiġi vverifikat jekk il-livelli tas-sustanzi radjuattivi jikkonformawx mal-valuri parametriċi stipulati f’din id-Direttiva, għandu jitwettaq f’konformità mal-prinċipji ta’ analiżi ta’ riskju u punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ kontrolli uffiċjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(9) |
Il-pubbliku ġenerali għandu jkun mgħarraf b’mod adegwat u xieraq dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. |
|
(10) |
Huwa meħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-ilmijiet minerali naturali u l-ilmijiet li huma prodotti mediċinali, peress li kienu ġew stabbiliti regoli speċjali għal dawk it-tipi ta’ ilma fid-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(11) |
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifika li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
|
(12) |
Il-metodi użati biex tiġi analizzata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom ikunu tali li jiżguraw li r-riżultati miksuba jkunu affidabbli u komparabbli. |
|
(13) |
Wara li kkunsidrat il-varjazzjoni ġeografika kbira fl-okkorrenza naturali tar-radon, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Rakkomandazzjoni 2001/928/Euratom (8), li tittratta l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fir-rigward tar-radon u l-prodotti tad-diżintegrazzjoni tar-radon li għandhom ħajja twila. Huwa adatt li dawn ir-radjunuklidi jkunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
|
(14) |
Sabiex tinżamm il-kwalità għolja tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fid-dawl tal-importanza ta’ dan għas-saħħa tal-bniedem, huwa neċessarju li l-Annessi II u III jiġu aġġornati regolarment fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. |
|
(15) |
Waqt li huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu l-frekwenzi ta’ teħid ta’ kampjuni u l-analiżi għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-fliexken jew fil-kontenituri maħsub għall-bejgħ, huwa konsiljabbli għal dawk l-Istati Membri meħtieġa jimmonitorjaw l-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem għar-radon jew it-tritju jew li jistabbilixxu id-Doża Indikattiva (DI), biex iwettqu t-teħid ta’ kampjuni u analiżi mill-anqas darba fis-sena, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Hija tistipula valuri parametriċiu frekwenzi u metodi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem” tfisser:
|
|
(2) |
“sustanza radjuattiva” tfisser kwalunkwe sustanza li fiha radjunuklid wieħed jew aktar li l-attività jew il-konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni; |
|
(3) |
“doża indikattiva” jew “DI” tfisser id-doża effettiva impenjata għal sena waħda ta’ inġestjoni li tirriżulta mir-radjonuklidi kollha li l-preżenza tagħhom ġiet individwata fi provvista tal-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ta’ oriġini naturali u artifiċjali, iżda bl-esklużjoni tat-tritju, il-potassju–40, ir-radon u l-prodotti tad-diżintegrazzjoni tar-radon li għandhom ħajja qasira; |
|
(4) |
“valur parametriku” tfisser il-valur ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li l-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk il-preżenza ogħla minnu ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hix ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirrikjedi azzjoni u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jieħdu azzjoni ta’ rimedju biex itejbu l-kwalità tal-ilma għal livell li jikkonforma mar-rekwiżiti għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem mill-perspettiva ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni u eżenzjonijiet
(1) Din id-Direttiva tapplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
(2) Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
|
(a) |
ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f’konformità mad-Direttiva 2009/54/KE; |
|
(b) |
ilmijiet li huma prodotti mediċinali fit-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE; |
(3) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din id-Direttiva:
|
(a) |
ilma maħsub esklużivament għal dawk l-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti huma konvinti li l-kwalità tal-ilma ma għandux influwenza, la diretta u lanqas indiretta, fuq is-saħħa tal-pubbliku ġenerali kkonċernat; |
|
(b) |
ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ġej minn provvista individwali li tipprovdi medja ta’ inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li tipprovdi ilma lil inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx ipprovdut bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika. |
(4) L-Istati Membri li jirrikorru għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3(b) għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
il-pubbliku ġenerali kkonċernat ikun mgħarraf b’dan u bi kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed biex tipproteġi lis-saħħa tal-bniedem mill-effetti ħżiena kkawżati minn kwalunkwe tniġġiż ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; |
|
(b) |
Meta jkun evidenti li hemm ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem ġejja mill-kwalità ta’ dan l-ilma, il-pubbliku ġenerali kkonċernat għandu jingħata pariri adatti minnufih. |
Artikolu 4
Obbligi ġenerali
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt a tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 96/29/Euratom (9), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jistabbilixxu programm adatt ta’ monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jiżguraw li fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti f’konformità ma’ din id-Direttiva:
|
(a) |
jiġi vvalutat jekk dak jippreżentax riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirrikjedi azzjoni u, |
|
(b) |
fejn ikun meħtieġ, tittieħed azzjoni ta’ rimedju biex ittejjeb il-kwalità tal-ilma għal livell li jikkonforma mar-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem minn perspettiva ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni. |
Artikolu 5
Valuri parametriċi u punti ta’ konformità
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw valuri parametriċi applikabbli għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Anness I.
2. Fejn il-monitoraġġ tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva l-punt ta’ konformità għandu jkun:
|
(a) |
fil-każ ta’ ilma pprovdut minn netwerk ta’ distribuzzjoni, il-punt fejn joħroġ mill-vit fejn normalment jittieħed l-ilma; |
|
(b) |
fil-każ ta’ ilma pprovdut minn bawżer, il-punt fejn joħroġ mill-bawżer; |
|
(c) |
fil-każ ta’ ilma mqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, il-punt fejn l-ilma jitqiegħed fil-fliexken jew fil-kontenituri; |
|
(d) |
fil-każ ta’ ilma użat f’impriża ta’ produzzjoni tal-ikel, il-punt fejn l-ilma jintuża fl-impriża. |
3. Id-definizzjoni tal-punti ta’ konformità fil-paragrafu (2)(a) hija mingħajr preġudizzju għall-għażla ta’ punt ta’ teħid ta’ kampjun, li jista’ jkun kwalunkwe punt fiż-żona tal-provvista jew fil-proċessi ta’ trattament dment li ma jkunx hemm bidla għall-agħar fil-valur tal-konċentrazzjoni bejn il-punt ta’ teħid ta’ kampjun u l-punt ta’ konformità.
Artikolu 6
Monitoraġġ u analiżi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-monitoraġġ għal sustanzi radjuattivi f’ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir f’konformità mal-istrateġiji tal-monitoraġġ u fil-frekwenzi stipulati fl-Anness II, sabiex jivverifikaw jekk il-valuri tas-sustanzi radjuattivi jikkonformawx mal-valuri parametriċi stipulati skont l-Artikolu 5(1).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ sabiex jiġi żgurat li l-valuri mkejla jkunu rappreżentattivi tal-kwalità tal-ilma kkunsmat matul is-sena. Għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-HACCP kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u għall-prinċipji ta’ kontroll uffiċjali kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2. Għandu jitwettaq monitoraġġ għad-DI, u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni analitika għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull laboratorju fejn jiġu analizzati l-kampjuni jkollu sistema ta’ kontroll tal-kwalità analitiku li huwa suġġett għal verifika minn organizzazzjoni esterna approvata mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop.
Artikolu 7
Azzjoni ta’ rimedju u notifika tal-pubbliku ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull nuqqas ta’ konformità mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5(1) jiġi investigat minnufih sabiex tiġi identifikata l-kawża.
2. Fejn iseħħ nuqqas ta’ konformità ma’ valur parametriku, l-Istat Membru għandu jivvaluta jekk in-nuqqas jippreżentax riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirrikjedi azzjoni.
3. Fil-każ li jkun hemm ir-riskju msemmi fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu:
|
(a) |
jieħu azzjoni ta’ rimedju biex jikkonforma mar-rekwiżiti għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem minn perspettiva ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni, u |
|
(b) |
jiżgura li l-pubbliku ġenerali kkonċernat:
|
Artikolu 8
Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard mit-28 ta’ Novembru 2015. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) ĠU C 24, 28.1.2012, p. 122.
(2) Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).
(3) Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(4) Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 Dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(5) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(6) Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
(7) Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(8) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/928/Euratom tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-pubbliku kontra l-espożizzjoni għar-radon fil-provvisti tal-ilma tax-xorb (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 85).
(9) Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).
ANNESS I
VALURI PARAMETRIĊI GĦAR-RADON, IT-TRITJU U DI TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
|
Parametru |
Valur parametriku |
Unità |
Noti |
||||||
|
Radon |
100 |
Bq/l |
(Nota 1) |
||||||
|
Tritju |
100 |
Bq/l |
(Nota 2) |
||||||
|
DI |
0,10 |
mSv |
|
||||||
|
Nota 1:
|
|||||||||
ANNESS II
MONITORAĠĠ TA’ SUSTANZI RADJUATTIVI
1. Prinċipji ġenerali u frekwenzi ta’ monitoraġġ
Il-parametri kollha li l-valuri parametriċi tagħhom iridu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 5(1) għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ. Madankollu, l-ebda monitoraġġ ta’ parametru speċifiku għandu jkun meħtieġ fejn awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi li, għal perijodu ta’ żmien li għandu jiġi ddeterminat minnhom, dak il-parametru mhux probabbli li jkun preżenti fi provvista partikolari ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jaqbżu l-valur parametriku korrispondenti.
Fil-każ ta’ radjonuklidi b’okkorrenza naturali, fejn riżultati preċedenti jkunu wrew li l-konċentrazzjoni ta’ radjonuklidi hija stabbli, il-frekwenza, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ kampjunar minimi stabbiliti fil-punt 6, għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru, b’kont meħud tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem. Stat Membru mhuwiex obbligat li jissorvelja l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għar-radon jew it-tritju jew li jistabbilixxu d-DI meta dan ikun sodisfatt fuq il-bażi ta’ stħarriġ rappreżentattiv, data ta’ monitoraġġ jew informazzjoni affidabbli oħra li, għal perijodu ta’ żmien li għandu jiġi ddeterminat minnhom, il-livelli tar-radon, it-tritju jew tad-DI kkalkulata ser jibqgħu taħt il-valuri parametriċi rispettivi elenkati fl-Anness I. F’dak il-każ, għandu jikkomunika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni u jipprovdi lill-Kummissjoni bid-dokumentazzjoni meħtieġa li ssostni dik id-deċiżjoni, inklużi l-konklużjonijiet ta’ kwalunkwe stħarriġ, monitoraġġ jew nvestigazzjoni imwettqa. F’dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet rigward ir-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni u analiżi stabbiliti fil-punt 6 ta’ dan l-Anness, ma japplikawx.
2. Radon
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsirstħarriġ rappreżentattiv biex jiddetermina l-iskala u n-natura ta’ espożizzjonijiet probabbli għar-radon fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li joriġinaw minn tipi differenti ta’ sorsi tal-ilma tal-art u bjar f’żoni ġeoloġiċi differenti. L-istħarriġ għandu jitfassal b’tali mod li l-parametri sottostanti, u speċjalment il-ġeoloġija u l-idroloġija taż-żona, ir-radjuattività tal-blat jew il-ħamrija, u t-tip ta’ bir, jistgħu jiġu identifikati u wżati sabiex jidderieġu aktar azzjoni għal żoni ta’ espożizzjoni għolja probabbli. Il-monitoraġġ tal-konċentrazzjonijiet tar-radon għandu jsir meta jkun hemm raġuni li wieħed jemmen, fuq il-bażi tar-riżultati tal-istħarriġ rappreżentattiv jew informazzjoni affidabbli oħra, li l-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5(1) jista’ jinqabeż.
3. Tritju
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ tat-tritju fl-ilma tax-xorb maħsub għal konsum mill-bniedem jitwettaq fejn ikun hemm preżenti sors antropoġeniku tat-tritju jew radjunuklidi artifiċjali oħrajn fejn jinġabar l-ilma u fejn abbażi ta’ programmi ta’ sorveljanza jew investigazzjonijiet oħra ma jistax jintwera li l-livell tat-tritju huwa inqas mill-valur parametriku elenkat fl-Anness I. Fejn il-monitoraġġ għat-tritju jkun meħtieġ, għandu jitwettaq fil-frekwenzi indikati fit-tabella li tidher fil-punt 6 ta’ dan l-Anness. Jekk il-konċentrazzjoni ta’ tritju taqbeż il-valur parametriku tiegħu, tkun meħtieġa analiżi tal-preżenza ta’ radjunuklidi artifiċjali oħrajn.
4. Doża indikattiva
Il-monitoraġġ tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għad-DI għandu jitwettaq meta sors ta’ radjuattività artifiċjali jew naturali elevata jkun preżenti u ma jistax jintwera fuq il-bażi ta’ programmi oħra ta’ monitoraġġ rappreżentattiv jew investigazzjonijiet oħra li l-livell tad-DI huwa inqas mill-valur parametriku elenkat fl-Anness I. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ tal-livelli tar-radjunuklidi artifiċjali, dan għandu jitwettaq fil-frekwenza indikata fit-tabella li tidher fil-punt 6 ta’ dan l-Anness. Fejn ikun meħtieġ monitoraġġ għal-livelli radjonuklidi naturali, kull Stat Membru għandu jiddefinixxi l-frekwenza tal-monitoraġġ ta’ kwalunkwe attività tat-tip alfa grossa, attività tat-tip beta grossa jew radjonuklidi naturali individwali skont l-istrateġija ta’ skrinjar adottata minnu (konformement mal-Anness III). Il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ tvarja minn kejl ta’ verifika unika għall-frekwenzi indikati fit-tabella li tidher fil-punt 6 ta’ dan l-Anness. Fejn tkun meħtieġa biss verifika unika għar-radjuattività naturali, għandha tkun meħtieġa verifika mill-ġdid tal-anqas fejn ikun hemm kwalunkwe tibdil fir-rigward tal-provvista li x’aktarx tinfluwenza l-konċentrazzjonijiet ta’ radjunuklidi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.
5. Trattament tal-ilma
Meta jkun sar trattament biex jitnaqqas il-livell ta’ radjunuklidi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-frekwenzi indikati fit-tabella li tidher fil-punt 6 biex tiġi żgurata l-effikaċja kontinwa ta’ dak it-trattament.
6. Frekwenzi minimi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi
Il-frekwenza minima ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-monitoraġġ tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fornut minn netwerk ta’ distribuzzjoni jew minn bawżer jew użat f’impriża ta’ produzzjoni tal-ikel għandu jiġi stipulat fit-tabella li ġejja:
Tabella
Frekwenzi minimi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-monitoraġġ tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bnedmin fornut minn netwerk ta’ distribuzzjoni jew minn bawżer jew użat f’impriża ta’ produzzjoni tal-ikel
|
Volum ta’ ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f’żona ta’ provvista (Noti 1 u 2) m3 |
Għadd ta’ kampjuni fis-sena (Noti 3 u 4) |
||||||||||
|
volum ≤ 100 |
(Nota 5) |
||||||||||
|
100 < volum ≤ 1 000 |
1 |
||||||||||
|
10 000 < volum ≤ 100 000 |
1 + 1 għal kull 3 300 m3/d u parti mill-volum totali |
||||||||||
|
10 000 < volum ≤ 100 000 |
3 + 1 għal kull 10 000 m3/d u parti mill-volum totali |
||||||||||
|
volum > 100 000 |
10 + 1 għal kull 25 000 m3/d u parti mill-volum totali |
||||||||||
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-frekwenza ta’ teħid ta’ kampjuni għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fi fliexken jew f’kontenituri għall-bejgħ. Meta jagħmlu hekk l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw il-volum ta’ ilma prodott. |
|||||||||||
7. Medja
Meta valur parametriku jinqabeż f’kampjun partikolari, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-livell ta’ teħid mill-ġdid ta’ kampjuni meħtieġ biex jiġi żgurat li l-valuri mkejla jkunu rappreżentattivi ta’ konċentrazzjoni ta’ attività medja għal sena sħiħa.
ANNESS III
MONITORAĠĠ GĦAD-DOŻA INDIKATTIVA U L-KARATTERISTIĊI TAL-PRESTAZZJONI ANALITIKA
1. Monitoraġġ għall-konformità mad-DI
L-Istati Membri jistgħu jużaw diversi strateġiji ta’ skrinjar affidabbli biex jindikaw il-preżenza ta’ radjuattività fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn l-istrateġiji jistgħu jinkludu l-iskrinjar għal ċerti radjunuklidi, jew il-monitoraġġ għal radjunuklidu individwali, jew għal attività grossa tat-tip alfa u attività grossa tat-tip beta.
(a) skrinjar għal ċerti radjunuklidi, jew skrinjar għal radjunuklidu individwali
Jekk waħda mill-konċentrazzjonijiet ta’ attività taqbeż l-20 % tal-valur korrispondenti derivat jew il-konċentrazzjoni tat-tritju taqbeż il-valur parametriku elenkat fl-Anness I, għandha tkun meħtieġa analiżi tar-radjonuklidi addizzjonali. Ir-radjonuklidi li għandhom jitkejlu għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-sorsi probabbli ta’ radjuattività.
(b) strateġiji ta’ skrinjar għal attività grossa tat-tip alfa u attività grossa tat-tip beta
L-Istati Membri jistgħu jużaw strateġiji ta’ skrinjar għal attività grossa tat-tip alfa u attività grossa tat-tip beta (1) biex jimmonitorjaw għall-valur tal-indikatur parametriku għad-DI.
Għal dan l-iskop għandhom ikunu stabbiliti livelli attività grossa tat-tip alfa jew attività grossa tat-tip beta. Il-livell ta’ skrinjar rakkomandat għall-attività grossa tat-tip alfa huwa ta’ 0,1 Bq/l. Il-livell ta’ skrinjar rakkomandat għall-attività grossa tat-tip beta huwa ta’ 1,0 Bq/l.
Jekk l-attività grossa tat-tip alfa u l-attività grossa tat-tip beta jkunu inqas minn 0,1 Bq/l u 1,0 Bq/l rispettivament, l-Istat Membru jista’ jassumi li d-DI hija inqas mill-valur parametriku ta’ 0,1 mSv u l-investigazzjoni radjoloġika mhix meħtieġa sakemm ma jsirx magħruf minn sorsi oħra ta’ informazzjoni li hemm il-preżenza ta’ radjonuklidi speċifiċi fl-ilma li jistgħu jikkawżaw DI li taqbeż 0,1 mSv.
Jekk l-attività grossa tat-tip alfa taqbeż 0,1 Bq/l jew l-attività grossa tat-tip beta taqbeż 1,0 Bq/l, għandha tkun meħtieġa analiżi għar-radjonuklidi speċifiċi.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli ta’ skrinjar alternattivi għall-attività grossa tat-tip alfa u l-attività grossa tat-tip beta fejn huma jistgħu juru li l-livelli alternattivi huma konformi ma’ DI ta’ 0,1 mSv.
Ir-radjonuklidi li għandhom jitkejlu għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-sorsi probabbli ta’ radjuattività. Peress li l-livelli għolja tat-tritju jistgħu jindikaw il-preżenza ta’ radjunuklidi artifiċjali oħra, fl-istess kampjun għandhom jitkejlu wkoll it-tritju, l-attività grossa tat-tip alfa u l-attività grossa tat-tip beta.
2. Kalkolu tad-DI
Id-DI għandha tiġi kkalkulata mill-konċentrazzjonijiet tar-radjonuklidi mkejla u l-koeffiċjenti tad-doża stipulati fl-Anness III, it-Tabella A tad-Direttiva 96/29/Euratom jew informazzjoni aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru, abbażi tal-konsum annwali ta’ ilma (730 l għall-adulti). Fejn il-formula li ġejja tiġi ssodisfatta, l-Istati Membri jistgħu jassumu li d-DI hija inqas mill-valur parametriku ta’ 0,1 mSv u mhijiex meħtieġa investigazzjoni ulterjuri:
Fejn
|
Ci(obs) |
= |
konċentrazzjoni osservata ta’ radjonuklidi i |
|
Ci(der) |
= |
konċentrazzjoni derivata ta’ radjonuklidi i |
|
n |
= |
għadd ta’ radjonuklidi individwati. |
Konċentrazzjonijiet derivati għar-radjuattività fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (2)
|
Oriġini |
Nuklidi |
Konċentrazzjoni derivata |
|
Naturali |
U-238 (3) |
3,0 Bq/l |
|
U-234 (3) |
2,8 Bq/l |
|
|
Ra-226 |
0,5 Bq/l |
|
|
Ra-228 |
0,2 Bq/l |
|
|
Pb-210 |
0,2 Bq/l |
|
|
Po-210 |
0,1 Bq/l |
|
|
Artifiċjali |
C-14 |
240 Bq/l |
|
Sr-90 |
4,9 Bq/l |
|
|
Pu-239/Pu-240 |
0,6 Bq/l |
|
|
Am-241 |
0,7 Bq/l |
|
|
Co-60 |
40 Bq/l |
|
|
Cs-134 |
7,2 Bq/l |
|
|
Cs-137 |
11 Bq/l |
|
|
I-131 |
6,2 Bq/l |
3. Karatteristiċi ta’ prestazzjoni u metodi ta’ analiżi
Għall-parametri u radjunuklidi li ġejjin, il-metodi ta’ analiżi użati għandhom, bħala minimu, ikunu kapaċi jkejlu konċentrazzjonijiet ta’ attività b’limitu ta’ individwazzjoni speċifikat hawn taħt:
|
Parametri u radjunuklidi |
Limitu ta’ individwazzjoni (Noti 1, 2) |
Noti |
||||||||||
|
Tritju |
10 Bq/l |
Nota 3 |
||||||||||
|
Radon |
10 Bq/l |
Nota 3 |
||||||||||
|
attività grossa tat-tip alfa |
0,04 Bq/l |
Nota 4 |
||||||||||
|
attività grossa tat-tip beta |
0,4 Bq/l |
Nota 4 |
||||||||||
|
U-238 |
0,02 Bq/l |
|
||||||||||
|
U-234 |
0,02 Bq/l |
|
||||||||||
|
Ra-226 |
0,04 Bq/l |
|
||||||||||
|
Ra-228 |
0,02 Bq/l |
Nota 5 |
||||||||||
|
Pb-210 |
0,02 Bq/l |
|
||||||||||
|
Po-210 |
0,01 Bq/l |
|
||||||||||
|
C-14 |
20 Bq/l |
|
||||||||||
|
Sr-90 |
0,4 Bq/l |
|
||||||||||
|
Pu-239/Pu-240 |
0,04 Bq/l |
|
||||||||||
|
Am-241 |
0,06 Bq/l |
|
||||||||||
|
Co-60 |
0,5 Bq/l |
|
||||||||||
|
Cs-134 |
0,5 Bq/l |
|
||||||||||
|
Cs-137 |
0,5 Bq/l |
|
||||||||||
|
I-131 |
0,5 Bq/l |
|
||||||||||
|
||||||||||||
(1) Fejn adatt l-attività grossa tat-tip beta tista’ tkun issostitwita b’attività residwa tat-tip beta wara t-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-attività K-40.
(2) Din it-tabella tinkludi valuri għall-aktar radjonuklidi naturali u artifiċjali komuni; dawn huma valuri preċiżi, ikkalkulati għal doża ta’ 0,1 mSv, konsum annwali ta’ 730 litru u bl-użu tal-koeffiċjenti tad-dożi stabbiliti fl-Anness III, Tabella A tad-Direttiva 96/29/Euratom; konċentrazzjonijiet derivati għal radjunuklidi oħrajn jistgħu jkunu kkalkulati fuq l-istess bażi, u l-valuri jistgħu jkunu aġġornati abbażi tal-informazzjoni l-aktar riċenti rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru.
(3) Din it-tabella tqis biss il-proprjetajiet radjoloġiċi tal-uranju, mhux it-tossiċità kimika tiegħu.
DEĊIŻJONIJIET
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Awwissu 2013
dwar ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni bir-radju fuq il-baħar maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex ikun parti mis-Sistema Marittima Globali għall-Periklu u s-Sigurtà (GMDSS)
(notifikata bid-dokument C(2013) 5185)
(2013/638/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3)(e) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Għadd ta’ Stati Membri implimentaw jew beħsiebhom jimplimentaw prinċipji komuni tas-sigurtà u regoli għat-tagħmir tar-radju fuq il-vapuri li għalihom il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1974 (SOLAS) ma tapplikax (minn hawn ‘il quddiem “vapuri non-SOLAS”). |
|
(2) |
L-armonizzazzjoni tas-servizzi tar-radju għandha tikkontribwixxi għal tbaħħir aktar sigur tal-vapuri non-SOLAS, b’mod partikolari f’każ ta’ periklu u ta’ kondizzjonijiet ħżiena tat-temp. |
|
(3) |
Iċ-Ċirkolari 803 tal-Kumitat għas-Sigurtà Marittima (MSC) dwar il-parteċipazzjoni tal-vapuri non-SOLAS fis-Sistema Marittima Globali għall-Periklu u s-Sigurtà (GMDSS) u r-Riżoluzzjoni MSC.131 (75) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) jistiednu lill-Istati japplikaw il-Linji gwida għall-parteċipazzjoni tal-vapuri non-SOLAS fil-GMDSS u jħeġġu lill-Istati jitolbu li ċerti aspetti jkunu implementati b’konnessjoni mal-GMDSS fit-tagħmir tar-radju li għandu jintuża fuq il-vapuri kollha. |
|
(4) |
Ir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni jispeċifikaw ċerti frekwenzi maħsuba biex jintużaw mill-GMDSS. It-tagħmir kollu tar-radju li jaħdem fuq dawk il-frekwenzi u li huwa maħsub biex jintuża waqt xi periklu għandu jkun kompatibbli mal-użu maħsub ta’ dawk il-frekwenzi u għandu jagħti garanzija raġonevoli ta’ assigurazzjoni li waqt il-periklu jaħdem tajjeb. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jiġi ċċarat li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/71/KE tal-4 ta’ Settembru 2003 fuq il-ħtiġiet essenzjali relattivi għall-apparat ta’ komunikazzjoni bir-radju minn fuq il-baħar li hu maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex jipparteċipa fis-Sistema Globali Martittima għall-Periklu u s-Sigurtà (GMDSS) (2) tapplika għat-tagħmir tal-GMDSS għall-użu fuq il-vapuri kollha non-SOLAS, li mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu (3). |
|
(6) |
L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti li jridu jitħarsu mit-tagħmir tal-GMDSS maħsub għal vapuri non-SOLAS għandha tkun konsistenti fl-Istati Membri kollha u konformi mal-linji gwida rilevanti tal-IMO. |
|
(7) |
Minħabba l-għadd ta’ bidliet li jridu jsiru fid-Deċiżjoni 2004/71/KE, dik id-deċiżjoni għandha tinbidel, fl-interess taċ-ċarezza. |
|
(8) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Assessjar tal-Konformità tat-Telekomunikazzjonijiet u għas-Sorveljanza tas-Suq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal kull tagħmir tar-radju li mhux fl-ambitu tad-Direttiva 96/98/KE u li huwa maħsub għall-użu fuq il-vapuri kollha li għalihom ma tapplikax il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) tal-1974 (minn hawn ‘il quddiem “vapuri non-SOLAS”) u li huwa maħsub biex jipparteċipa fis-Sistema Martittima Globali għall-Periklu u s-Sigurtà (GMDSS), kif stabbilit fil-Kapitolu IV tal-konvenzjoni tas-SOLAS li jopera f’wieħed mis-servizzi li ġejjin:
|
(a) |
is-servizz mobbli marittimu kif definit fl-Artikolu 1.28 tar-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), |
|
(b) |
is-servizz mobbli marittimu bis-satellita kif definit fl-Artikolu 1.29 tar-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU). |
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) it-tagħmir tar-radju għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jiżgura li jaħdem tajjeb meta espost għall-ambjent tal-baħar, jissodisfa r-rekwiżiti operattivi kollha tal-GMDSS applikabbli għal vapuri non-SOLAS, b’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u jipprovdi komunikazzjonijiet ċari u b’saħħithom bi grad għoli ta’ fedeltà tal-kollegament tal-komunikazzjoni analoga jew diġitali.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2004/71/KE hija b’dan imħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(2) ĠU L 16, 23.1.2004, p. 54.
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Novembru 2013
li ġġib fi tmiemu l-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, b’dijametru estern ta’ aktar minn 406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2013/639/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
A. BIDU
|
(1) |
Fis-16 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni Ewropea (il- “Kummissjoni”) tat bidu għal proċediment antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, b’dijametru estern ta’ aktar minn 406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u ppubblikat notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-proċediment inbeda wara li tressaq ilment mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tal-pajpijiet u tat-tubi mingħajr saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“l-ilmentatur”), li jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, b’dijametru estern ta’ aktar minn 406,4 mm. Dan l-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping ta’ dan il-prodott u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni avżat lill-ilmentatur, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, il-produtturi possibbli fil-pajjiż analogu, l-importaturi magħrufa, id-distributuri, u partijiet oħrajn magħrufa li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ tnedija. |
|
(4) |
L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi u d-distributuri taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
B. IRTIRAR TAL-ILMENT U TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT
|
(5) |
Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Settembru 2013 lill-Kummissjoni, il-kwerelant irtira l-kwerela tiegħu. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm dan it-tmiem ma jkunx imur kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(7) |
L-investigazzjoni ma żvelat ebda konsiderazzjoni li turi li dan it-tmiem imur kontra l-interess tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċediment preżenti għandu jintemm. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi, mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, b’dijametru estern ta’ aktar minn 406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandu jintemm, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, ħlief tal-azzar inossidabbli, b’wiċċ ta’ qatgħa tond, ta’ dijametru estern ta’ aktar minn 406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7304 19 90 , 7304 29 90 , 7304 39 98 u 7304 59 99 , huwa mitmum.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/25 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 522/12/COL
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li temenda għas-87 darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu,
FILWAQT li tfakkar ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (3),
billi:
Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,
Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dan ikun previst espliċitament f'dan il-Ftehim jew fil-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li dan huwa meħtieġ,
Fit-22 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar Linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012 (4).
Din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,
Għandha tkun żgurata applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,
Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV ta' mal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jkunu jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA ġew ikkonsultati,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat jiġu emendati billi jiġi introdott kapitolu ġdid fuq ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
(1) Il-“Ftehim taż-ŻEE”.
(2) Il-“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(3) Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 ta' mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994 u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231, 3.9.1994, p. 1 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1. Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4).
ANNESS
L-GĦAJNUNA FIL-KUNTEST TAL-ISKEMA GĦALL-ISKAMBJU TA' KWOTI TA' EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA WARA L-2012 (1)
IL-POLITIKA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT U D-DIRETTIVA TAL-ETS
|
1. |
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 (2) stabbilixxiet skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni (l-ETS tal-UE), filwaqt li d-Direttiva 2009/29/KE (3) tejbet u estendiet l-ETS tal-UE b'effett mill-1 ta’ Jannar 2013. Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata (4), minn hawn 'il quddiem qed tissejjaħ “id-Direttiva tal-ETS”. Id-Direttiva 2009/29/KE tagħmel parti minn pakkett leġiżlattiv li fih mizuri għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u b'użu baxx ta’ karbonju. Dan il-pakkett kien imfassal prinċipalment biex tinkiseb il-mira ambjentali globali tal-Unjoni ta' tnaqqis ta' 20 % f'emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbel mal-1990 u ta' sehem ta' 20 % ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum totali tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020. |
|
2. |
Id-Direttiva tal-ETS tipprevedi l-miżuri speċjali u temporanji li ġejjin fir-rigward ta' ċerti kumpaniji: għajnuna sabiex tiġi kkumpensata ż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku li jirriżultaw mill-inklużjoni tal-kosti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minħabba l-ETS tal-UE (magħrufa b’mod komuni bħala “kosti tal-emissjonijiet indiretti”), għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija effiċjenti ħafna, inklużi l-impjanti tal-enerġija l-ġodda li huma lesti għall-ġbir u għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f'kundizzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (attrezzati għas-CCS), kwoti tranżitorji fakultattivi bla ħlas fis-settur tal-elettriku f'xi Stati tal-EFTA (5) u l-esklużjoni ta’ ċerti installazzjonijiet żgħar mill-ETS tal-UE jekk it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jista' jinkiseb 'il barra mill-qafas tal-ETS tal-UE b'inqas kosti amministrattivi. |
|
3. |
Il-miżuri speċjali u temporanji previsti fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont it-Taqsima II tal-Parti 2 tal-Protokoll 3 ta' mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-għajnuna mill-Istat trid tiġi nnotifikata mill-Istati tal-EFTA lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u ma tistax tidħol fis-seħħ qabel ma tiġi approvata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. |
|
4. |
Sabiex jiżguraw it-trasparenza u ċ-ċertezza ġuridika, dawn il-Linji Gwida jispjegaw il-kriterji ta' kompatibbiltà li se jiġu applikati għal dawn il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, kif ġew imtejba u estiżi mid-Direttiva Nru 2009/29/KE. |
|
5. |
F'konformità mat-test tal-ibbilanċjar ifformulat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-2005 (6), l-objettiv ewlieni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-ETS tal-UE huwa li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jirriżultaw f’livell akbar ta' tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra milli kieku kien iseħħ mingħajr l-għajnuna, u biex jiġi żgurat li l-effetti pożittivi tal-għajnuna jegħlbu lill-effetti negattivi tagħha f'termini ta' disorsjonijiet fil-kompetizzjoni tas-suq intern. L-għajnuna mill-Istat trid tkun neċessarja biex jinkiseb l-objettiv ambjentali tal-ETS tal-UE (neċessità tal-għajnuna) u trid tkun limitata għall-anqas ammont li jkun meħtieġ biex tinkiseb il-protezzjoni ambjentali mfittxija (il-proporzjonalità tal-għajnuna) mingħajr ma jinħolqu distorsjonijiet żejda fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ tas-suq intern. |
|
6. |
Ladarba d-dispożizzjonijiet introdotti mid-Direttiva 2009/29/KE se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013, l-għajnuna mill-Istat ma tistax titqies meħtieġa sabiex jitnaqqas kwalunkwe piż li jirriżulta minn din id-Direttiva qabel dik id-data. Konsegwentement, il-miżuri koperti minn dawn il-Linji Gwida jistgħu jiġu awtorizzati biss għall-kosti mġarrba fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara dik id-data, għajr għall-għajnuna involuta fl-allokazzjoni tranżitorja fakultattiva bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku (f'ċerti Stati tal-EFTA), li jistgħu jinkludu, f'ċerti kundizzjonijiet, investimenti li jkunu saru mill-25 ta' Ġunju 2009 fil-qafas tal-Pjan Nazzjonali. |
1. MIŻURI SPEĊIFIĊI KOPERTI MINN DAWN IL-LINJI GWIDA
1.1. L-għajnuna għall-kumpaniji f'setturi u f'subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku (għajnuna għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti)
|
7. |
Skont l-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva tal-ETS, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat favur is-setturi jew is-subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “kosti tal-emissjonijiet indiretti”), sabiex jikkumpensaw għal dawn il-kosti f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, “ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju” tiddeskrivi l-prospettiva ta’ żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra globali, meta l-kumpaniji jċaqalqu l-produzzjoni 'l barra miż-ŻEE minħabba li ma jkunux jistgħu jittrasferixxu ż-żidiet fil-kosti kkawżati mill-ETS tal-UE fuq il-klijenti tagħhom mingħajr ma jġarrbu telf sinifikanti tas-sehem mis-suq. |
|
8. |
L-indirizzar tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju għandu objettiv ambjentali, ġaladarba l-għajnuna jkollha l-għan li tiġi evitata żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minħabba ċ-ċaqliq tal-produzzjoni 'l barra miż-ŻEE, fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali vinkolanti dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Fl-istess waqt, l-għajnuna għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-effiċjenza tal-ETS tal-UE. Jekk ma jkollhiex mira preċiża, l-għajnuna tkun teħles lill-benefiċjarji mill-kost tal-emissjonijiet indiretti tagħhom, u b'hekk tkun qiegħda tillimita l-inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet u għall-innovazzjoni fis-settur. Bħala riżultat ta' dan, il-kosti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ikollhom jiġġarrbu prinċipalment minn setturi oħrajn tal-ekonomija. Barra minn hekk, tali għajnuna mill-Istat tista’ twassal għal distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni tas-suq intern, b’mod partikolari kull meta kumpaniji fl-istess settur ikunu ttrattati b'mod differenti fi Stati taż-ŻEE differenti minħabba restrizzjonijiet baġitarji differenti. Għaldaqstant, dawn il-Linji Gwida jeħtieġ li jindirizzaw tliet objettivi speċifiċi: l-imminimizzar tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju, iż-żamma tal-objettiv tal-ETS tal-UE għal dekorbanizzazzjoni kosteffiċjenti u l-imminimizzar tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni tas-suq intern. |
|
9. |
Matul il-proċess ta’ adozzjoni tad-Direttiva 2009/29/KE, il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni (7) li tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin li kien beħsiebha tapplika fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti, sabiex jiġi evitat li jkun hemm distorsjoni bla bżonn fil-kompetizzjoni. |
|
10. |
Il-Kummissjoni vvalutat, fil-livell tal-Unjoni, il-limitu sa fejn huwa possibbli għal settur jew għal subsettur li jittrasferixxi l-kosti tal-emissjonijiet indiretti fil-prezzijiet tal-prodotti, mingħajr ma jkun hemm telf sinifikanti tas-sehem mis-suq għall-installazzjonijiet barra mill-Unjoni li huma inqas effiċjenti fl-emissjonijiet tal-karbonju. |
|
11. |
L-ammont massimu ta' għajnuna li l-Istati taż-ŻEE jistgħu jagħtu, irid jiġi kkalkulat skont formola li tieħu inkunsiderazzjoni l-livelli ta' produzzjoni bażi tal-installazzjoni jew il-livelli ta' konsum tal-elettriku bażi tal-installazzjoni kif definit f'dawn il-Linji Gwida, kif ukoll il-fattur ta' emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku pprovdut minn impjanti tal-kombustjoni f'żoni ġeografiċi differenti. Fil-każ ta' kuntratti ta' forniment tal-elettriku li ma jinkludu l-ebda kosti tas-CO2, mhija se tingħata l-ebda għajnuna mill-Istat. Il-formula tiżgura li l-għajnuna tkun proporzjonali u li żżomm l-inċentivi għall-effiċjenza tal-elettriku u t-tranżizzjoni tal-elettriku minn dak “griż” għal dak “aħdar”, skont il-premessa 27 tad-Direttiva Nru 2009/29/KE. |
|
12. |
Barra minn hekk, sabiex jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fis-suq intern u biex jinżamm l-objettiv tal-ETS tal-UE li tinkiseb dekarbonizzazzjoni kosteffikaċi, l-għajnuna ma tistax tikkumpensa kompletament għall-kosti tal-EUAs trażmessi fuq il-prezzijiet tal-elettriku u trid titnaqqas biż-żmien. L-intensitajiet digressivi tal-għajnuna huma fundamentali fit-tħaddim tal-għajnuna mill-Istat sabiex tiġi evitata d-dipendenza fuq l-għajnuna. Barra minn hekk, dawn se jżommu kemm l-inċentivi fuq terminu twil biex jiġu internalizzati għal kollox l-esternalitajiet ambjentali, kif ukoll l-inċentivi fuq terminu qasir biex tiġi adottata ġenerazzjoni ta’ teknoloġiji li jarmu inqas CO2, filwaqt li jenfasizzaw in-natura temporanja tal-għajnuna u jagħtu kontribut għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. |
1.2. L-għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija effiċjenti ħafna, inklużi impjanti tal-enerġija ġodda li huma lesti għall-ġbir u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (attrezzati għas-CCS)
|
13. |
F'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew (8) rigward l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva tal-ETS dwar l-użu ta' dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jużaw dan id-dħul bejn l-2013 u l-2016, biex jappoġġjaw il-bini ta’ impjanti tal-enerġija effiċjenti ħafna, inklużi impjanti tal-enerġija ġodda li huma lesti għall-ġbir u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (attrezzati għas-CCS) Madankollu, skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/31/KE tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (9), l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni b'output elettriku li jkun ikklassifikat li jaqbeż it-300 MW ikunu vvalutaw ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri, jekk ikunx hemm siti ta' ħżin adegwati disponibbli, jekk il-faċilitajiet ta' trasport ikunux teknikament u ekonomikament vijabbli, u jekk ikunx teknikament u ekonomikament vijabbli li jsiru adattamenti bil-ħsieb li jinġabar is-CO2. Meta l-valutazzjoni tkun waħda pożittiva, għandu jiġi previst spazju xieraq fis-sit tal-installazzjoni għat-tagħmir meħtieġ għall-ġbir u għall-kompressjoni tas-CO2 (10). |
|
14. |
Din l-għajnuna trid tfittex li żżid il-protezzjoni tal-ambjent, li ġġib magħha inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbla mat-teknoloġiji tal-ogħla livell, u timmira lejn falliment tas-suq billi tħalli impatt sostanzjali fuq il-protezzjoni ambjentali. L-għajnuna trid tkun meħtieġa, għandu jkollha effett ta’ inċentiv u tkun proporzjonata. L-għajnuna għall-implimentazzjoni tal-ġbir u tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida u diġà ġiet ivvalutata skont regoli oħra eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari, il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fuq l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali (11). |
|
15. |
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jridu jvarjaw skont il-kontribut għaż-żieda tal-protezzjoni ambjentali u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (l-objettiv tad-Direttiva tal-ETS) tal-impjant tal-enerġija l-ġdid. Għalhekk, il-bidu tal-implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS (jiġifieri l-bini u l-bidu effettiv tal-ġbir, tat-trasport u tal-ħżin tas-CO2) mill-impjanti tal-enerġija l-ġodda qabel l-2020, irid jiġi ppremjat b'paragun mal-impjanti tal-enerġija l-ġodda li jkunu attrezzati għas-CCS, iżda li ma jibdewx jimplimentaw is-CCS tagħhom qabel l-2020. Barra minn hekk, meta jiġu kkunsidrati żewġ proġetti simili ta' impjanti tal-enerġija ġodda attrezzati għas-CCS, l-intensitajiet massimi permissibbli tal-għajnuna se jkunu ogħla għall-proġetti magħżula fi proċess ta' rkant li jkun verament kompetittiv, ibbażat fuq kriterji ċari, trasparenti u nondiskriminatorji, u dan se jiżgura b'mod effettiv li l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu neċessarju u li tiffavorixxi l-kompetizzjoni fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. F'dawn iċ-ċirkostanzi, wieħed jista' jassumi li l-offerti rispettivi jirriflettu l-benefiċċji kollha possibbli li jistgħu joħorġu mill-investiment addizzjonali. |
1.3. L-għajnuna marbuta ma' kwoti tranżitorji fakultattivi bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku
|
16. |
Skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva tal-ETS, l-Istati taż-ŻEE li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet relatati mal-interkonnettività tan-netwerk tal-elettriku nazzjonali tagħhom jew mas-sehem tagħhom ta’ fjuwils fossili fil-produzzjoni tal-elettriku u mal-livell tal-PDG per capita b'paragun mal-medja tal-Unjoni, għandhom l-għażla li temporanjament jiddevjaw mill-prinċipju ta’ rkant sħiħ tal-kwoti u jagħtu kwoti mingħajr ħlas lill-ġeneraturi tal-elettriku li kienu joperaw sal-31 ta' Diċembru 2008 jew lill-ġeneraturi tal-elettriku li għalihom il-proċess ta' mmodernizzar kien fiżikament mibdi sal-31 ta’ Diċembru 2008. Bi skambju għall-għoti ta’ kwoti mingħajr ħlas lill-ġeneraturi tal-enerġija, l-Istati taż-ŻEE eliġibbli jridu jippreżentaw pjan nazzjonali ta’ investiment (“Pjan Nazzjonali”) li jiddeskrivi l-investimenti meħuda mir-riċevituri tal-kwoti mingħajr ħlas jew minn operaturi oħra fl-adattament u fit-titjib tal-infrastruttura, fit-teknoloġiji ndaf u fid-diversifikazzjoni tat-taħlita enerġetika u tas-sorsi tal-provvista tagħhom. |
|
17. |
Din id-deroga mill-prinċipju ta' rkant sħiħ tal-kwoti permezz tal-għoti ta' kwoti tranżitorji mingħajr ħlas, tinvolvi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, għax l-Istati taż-ŻEE jirrifjutaw xi dħul billi jallokaw kwoti mingħajr ħlas u jagħtu vantaġġ selettiv lill-ġeneraturi tal-enerġija. Il-ġeneraturi tal-enerġija jistgħu jikkompetu ma' ġeneraturi tal-enerġija fi Stati taż-ŻEE oħrajn. Dan jista' jirriżulta f'distorsjoni jew f'theddida ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni u jħalli effett fuq is-suq intern. L-għajnuna mill-Istat hija involuta wkoll fil-livell tal-investimenti li r-riċevituri tal-kwoti bla ħlas ikunu se jwettqu b'kost imraħħas. |
1.4. L-għajnuna marbuta mal-esklużjoni tal-installazzjonijiet iż-żgħar u tal-isptarijiet mill-ETS tal-UE
|
18. |
Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-ETS, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jeskludu l-installazzjonijiet iż-żgħar u l-isptarijiet mill-ETS tal-UE, sakemm dawn ikunu soġġetti għal miżuri li jiksbu tnaqqis ekwivalenti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-Istati taż-ŻEE jistgħu jipproponu miżuri li japplikaw għall-installazzjonijiet iż-żgħar u għall-isptarijiet li se jiksbu kontribut għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ekwivalenti għal dak miksub mill-ETS tal-UE. Din il-possibbiltà li teskludihom mill-ETS tal-UE għandha l-għan li toffri l-gwadann massimu, f'termini ta' tnaqqis tal-kosti amministrattivi għal kull tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 eskluża mill-ETS. |
|
19. |
L-esklużjoni tal-installazzjonijiet ż-żgħar u tal-isptarijiet mill-ETS tal-UE tista’ tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-Istati taż-ŻEE għandhom marġni diskrezzjonali wiesgħa f'dak li jirrigwarda l-esklużjoni jew le tal-installazzjonijiet iż-żgħar mill-ETS tal-UE, u jekk dan ikun il-każ, f'dak li jirrigwarda liema tip ta' installazzjoni għandhom jeskludu u liema tip ta' miżuri għandhom jirrikjedu. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li l-miżuri imposti mill-Istati taż-ŻEE jistgħu jwasslu għal vantaġġ ekonomiku li jiffavorixxi xi installazzjonijiet żgħar jew sptarijiet esklużi mill-ETS tal-UE, li x'aktarx joħloq distorsjoni, jew jhedded li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ fis-suq intern. |
2. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U D-DEFINIZZJONIJIET
2.1. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida
|
20. |
Dawn il-Linji Gwida japplikaw biss għall-miżuri ta' għajnuna speċifiċi previsti fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS. Il-Kapitolu tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fuq l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali (12) ma japplikax għal dawn il-miżuri. |
2.2. Definizzjonijiet
|
21. |
Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida se japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi I. |
3. IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA KOMPATIBBLI SKONT L-ARTIKOLU 61(3) TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE
|
22. |
L-għajnuna mill-Istat tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk din twassal għal żieda fil-protezzjoni ambjentali (tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra) mingħajr ma taffettwa b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b'tali mod li jkun imur kontra l-interess komuni. Fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA toħloq bilanċ bejn l-impatt pożittiv tal-miżura ta’ għajnuna li jinvolvi l-kisba ta' objettiv ta’ interess komuni u l-effetti potenzjalment negattivi tagħha, bħad-distorsjoni fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni. Għal din ir-raġuni, it-terminu tal-iskemi ta' għajnuna ma jistax ikun itwal mit-terminu ta' validità ta' dawn il-Linji Gwida. Dan huwa bla ħsara għall-possibbiltà li Stat tal-EFTA jinnotifika mill-ġdid miżura li tkun testendi lil hinn mil-limitu ta' żmien stabbilit mid-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li tawtorizza l-iskema ta' għajnuna. |
3.1. L-għajnuna għall-kumpaniji f'setturi u f'subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku (għajnuna għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti)
|
23. |
Għas-setturi u għas-subsetturi elenkati fl-Appendiċi II, l-għajnuna maħsuba biex tikkumpensa l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS u li jkunu ġġarrbu mill-1 ta' Jannar 2013, se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima. |
L-objettiv u l-ħtieġa għall-għajnuna
|
24. |
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, l-objettiv ta' din l-għajnuna huwa li tipprevjeni riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju, minħabba l-kosti tal-EUA ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku mġarrba mill-benefiċjarju, f'każ li l-kompetituri tiegħu minn pajjiżi terzi ma jintlaqtux minn kosti simili tas-CO2 fil-kosti tal-elettriku tagħhom u f'każ li l-benefiċjarju ma jkunx kapaċi jittrasferixxi dawn il-kosti fil-prezzijiet tal-prodott mingħajr ma jġarrab telf sinifikanti tas-sehem mis-suq. |
|
25. |
Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida, jitqies li jeżisti riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju biss meta l-benefiċjarju jkun attiv f'settur jew f'subsettur elenkat fl-Appendiċi II. |
L-intensità massima tal-għajnuna
|
26. |
L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-85 % tal-kosti eliġibbli mġarrba fl-2013, fl-2014 u fl-2015, it-80 % tal-kosti eliġibbli mġarrba fl-2016, fl-2017 u fl-2018 u l-75 % tal-kosti eliġibbli mġarrba fl-2019 u fl-2020. |
Kalkolu tal-ammont massimu tal-għajnuna
|
27. |
L-għajnuna massima pagabbli għal kull installazzjoni għall-manifattura ta' prodotti fis-setturi u fis-subsetturi elenkati fl-Appendiċi II trid tiġi kkalkulata skont il-formula segwenti:
|
|
28. |
Jekk installazzjoni timmanifattura prodotti li għalihom huwa applikabbli parametru referenzjarju għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku elenkat fl-Appendiċi III u prodotti li għalihom huwa applikabbli parametru referenzjarju alternattiv għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku, il-konsum tal-elettriku għal kull prodott irid jiġi kkalkulat proporzjonatament skont it-tunnellaġġ rispettiv tal-produzzjoni ta’ kull prodott. |
|
29. |
Jekk installazzjoni timmanifattura prodotti li jkunu eliġibbli għall-għajnuna (jiġifieri li jkunu koperti mis-setturi jew mis-subsetturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi II) u prodotti li ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna, l-ammont massimu ta' għajnuna pagabbli għandu jiġi kkalkulat biss għall-prodotti li jkunu eliġibbli għall-għajnuna. |
|
30. |
L-għajnuna tista’ titħallas lill-benefiċjarju fis-sena li matulha jkunu ġġarrbu l-kosti jew fis-sena ta' wara. Jekk l-għajnuna titħallas fis-sena li matulha jkunu ġġarrbu l-kosti, irid jiġi adottat mekkaniżmu ta’ aġġustament għall-pagamenti ex post sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe pagamenti żejda li jkunu saru fir-rigward tal-għajnuna jitħallsu lura qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena ta' wara. |
L-effett ta' inċentiv
|
31. |
Ir-rekwiżit ta' effett ta' inċentiv jitqies li jkun ġie rispettat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima 3.1. |
3.2. L-għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija ġodda effiċjenti ħafna, inklużi impjanti tal-enerġija ġodda li huma attrezzati għas-CCS
|
32. |
L-għajnuna għall-investiment mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2016 għal impjanti tal-enerġija ġodda effiċjenti ħafna se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima. |
|
33. |
L-għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija ġodda effiċjenti ħafna tista' tingħata biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
L-objettiv u l-ħtieġa għall-għajnuna
|
34. |
L-Istati tal-EFTA jridu juru li l-għajnuna qed timmira lejn falliment tas-suq billi tħalli impatt sostanzjali fuq il-protezzjoni ambjentali. L-għajnuna jrid ikollha effett ta’ inċentiv b'tali mod li tirriżulta f'bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju li jkun ingħata l-għajnuna; dan l-effett ta' inċentiv jintwera permezz ta' xenarju kontrofattwali li jipprovdi l-evidenza li mingħajr l-għajnuna l-benefiċjarju ma kienx se jwettaq l-investiment inkwistjoni. Barra minn hekk, il-proġett li jingħata l-għajnuna ma jistax jinbeda qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna. Fl-aħħar nett, l-Istati tal-EFTA jridu juru li l-għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b'tali mod li jkun imur kontra l-interess komuni, partikolarment fejn l-għajnuna tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' benefiċjarji jew fejn l-għajnuna aktarx issaħħaħ il-pożizzjoni tal-benefiċjarji fis-suq (fil-livell ta' grupp ta' kumpaniji). |
Il-kosti eliġibbli
|
35. |
Il-kosti eliġibbli se jkunu limitati għall-kosti totali tal-investiment fl-installazzjoni l-ġdida (assi tanġibbli u intanġibbli) li huma strettament meħtieġa għall-bini tal-impjant tal-enerġija l-ġdid. Barra minn hekk, fil-każ tal-bini ta' impjant tal-enerġija attrezzat għas-CCS, se jkunu eliġibbli l-kosti biex tintwera l-fattibilità ekonomika u teknika globali tal-implimentazzjoni ta' katina sħiħa tas-CCS. Il-kosti tal-installazzjoni ta' tagħmir għall-ġbir, għat-trasport u għall-ħżin mhux se jkunu eliġibbli skont dawn il-Linji Gwida, għaliex l-għajnuna għall-implimentazzjoni tas-CCS diġà hija vvalutata skont il-Kapitolu tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna
|
36. |
Għall-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna li huma attrezzati għas-CCS u li jibdew l-implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS qabel l-2020, l-għajnuna ma tistax taqbeż il-15 % tal-kosti eliġibbli. |
|
37. |
Għall-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna li huma attrezzati għas-CCS, iżda li ma jibdewx jimplimentaw il-katina sħiħa tas-CCS qabel l-2020, u li tingħatalhom l-għajnuna wara proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittiv li jippromwovi (i) l-aktar teknoloġiji għall-ġenerazzjoni tal-enerġija li jirrispettaw l-ambjent fl-impjanti l-ġodda li jirriżultaw f'emissjonijiet aktar baxxi tas-CO2 meta mqabbla mat-teknoloġiji tal-ogħla livell, u (ii) il-kompetizzjoni fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-għajnuna ma tistax taqbeż l-10 % tal-kosti eliġibbli. Proċess ta’ offerti ta' dan it-tip irid ikun ibbażat fuq kriterji ċari, trasparenti u nondiskriminatorji u jwassal għall-parteċipazzjoni ta’ għadd suffiċjenti ta' kumpaniji. Barra minn hekk, il-baġit relatat mal-proċess ta’ offerti jrid ikun restrittiv, fis-sens li mhux il-parteċipanti kollha jistgħu jirċievu l-għajnuna. |
|
38. |
L-għajnuna ma tistax taqbeż il-5 % tal-kosti eliġibbli għal dawk l-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 36 u 37 hawn fuq. |
|
39. |
F'każ li l-implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS ma tinbediex qabel l-2020, l-għajnuna tonqos għal 5 % tal-kosti eliġibbli tal-investimenti, jew għal 10 % jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 37 tat-Taqsima 3.2 ta' hawn fuq. F'każ li l-għajnuna tingħata b'pagament bil-quddiem, l-Istati tal-EFTA jirkupraw l-ammont żejjed tal-għajnuna. |
3.3. L-għajnuna marbuta ma' kwoti tranżitorji fakultattivi bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku
|
40. |
Mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2019, l-għajnuna mill-Istat marbuta ma' kwoti tranżitorji u fakultattivi bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Nazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 10c tad-Direttiva tal-ETS, se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
L-effett ta' inċentiv
L-effett ta' inċentiv jitqies li ġie ssodisfat għall-investimenti li saru mill-25 ta' Ġunju 2009 'il quddiem.
Il-kosti eliġibbli
|
41. |
Il-kosti eliġibbli jridu jkunu limitati għall-kosti totali tal-investiment (assi tanġibbli u intanġibbli) kif elenkati fil-Pjan Nazzjonali li jikkorrispondu għall-valur tas-suq ta’ kwoti bla ħlas (ikkalkulati f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2011 (17) jew mad-dokument ta' gwida rilevanti applikabbli meta tingħata l-għajnuna) mogħtija lil kull benefiċjarju, irrispettivament mill-kosti tal-operat u mill-benefiċċji tal-installazzjoni korrispondenti. |
L-intensità massima tal-għajnuna
|
42. |
L-għajnuna ma tistax taqbeż il-100 % tal-kosti eliġibbli. |
3.4. L-għajnuna marbuta mal-esklużjoni tal-installazzjonijiet iż-żgħar u tal-isptarijiet mill-ETS tal-UE
|
43. |
L-għajnuna marbuta mal-esklużjoni tal-installazzjonijiet iż-żgħar jew tal-isptarijiet eżentati mill-ETS tal-UE mill-1 ta' Jannar 2013 se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm dawn l-installazzjonijiet iż-żgħar jew l-isptarijiet ikunu soġġetti għal miżuri li jiksbu tnaqqis ekwivalenti fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont it-tifsira tal-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-ETS u sakemm dak l-Istat tal-EFTA jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-ETS. |
L-effett ta' inċentiv
|
44. |
Ir-rekwiżit ta' effett ta' inċentiv jitqies li jkun ġie rispettat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima 3.4. |
3.5. Proporzjonalità
|
45. |
L-Istat tal-EFTA jrid juri li l-ammont tal-għajnuna li jingħata lill-benefiċjarju huwa limitat għall-minimu meħtieġ. B'mod partikolari, l-Istati tal-EFTA jistgħu jagħtu għajnuna b'intensitajiet aktar baxxi minn dawk imsemmija f'dawn il-Linji Gwida. |
4. KUMULAZZJONI
|
46. |
Il-limiti massimi tal-għajnuna stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida ma jistgħux jinqabżu, irrispettivament minn jekk l-appoġġ huwiex iffinanzjat kompletament mir-riżorsi tal-Istat jew jekk huwiex parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni. |
|
47. |
L-għajnuna meqjusa kompatibbli skont dawn il-Linji Gwida ma tistax tiġi kkombinata ma’ għajnuna oħra mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jew ma’ forom oħra ta’ finanzjament mill-Unjoni jekk tali trikkib ikun jirriżulta f'intensità ta’ għajnuna ogħla minn dik stabbilita f'dawn il-Linji Gwida. Madankollu, fejn in-nefqa eliġibbli għal għajnuna għall-miżuri koperti minn dawn il-Linji Gwida tkun totalment jew parzjalment eliġibbli għal għajnuna li jkollha skopijiet oħra, il-porzjon komuni se jkun soġġett għal-livell massimu tal-għajnuna l-aktar favorevoli, skont ir-regoli applikabbli. |
5. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
5.1. Rappurtar annwali
|
48. |
F'konformità mal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (18) u mad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (19), l-Istati tal-EFTA jridu jippreżentaw rapporti annwali lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. |
|
49. |
Apparti r-rekwiżiti stipulati fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u fid-Deċiżjoni Nru 195/04/COL, ir-rapporti annwali dwar il-miżuri ta’ għajnuna ambjentali jrid ikun fihom informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi rispettivi approvati. B'mod partikolari, fir-rapporti annwali tagħhom l-Istati tal-EFTA jridu jinkludu l-informazzjoni segwenti:
|
|
50. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se timmonitorja regolarment l-għajnuna li tingħata lil kumpaniji f'setturi u f'subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju, minħabba l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku, kif deskritt fit-Taqsima 3.1. Permezz ta' dan, hija se taġġorna l-informazzjoni tagħha fuq id-daqs tal-kost indirett li jiġi ttrasferit u l-konsegwenzi possibbli tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju. |
|
51. |
Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna, inklużi dawk attrezzati għas-CCS, fir-rapporti annwali tagħhom, l-Istati tal-EFTA jridu jinkludu l-informazzjoni segwenti:
|
5.2. Trasparenza
|
52. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tqis li huma meħtieġa miżuri ulterjuri sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat fl-Istati tal-EFTA. B'mod partikolari, irid jiġi żgurat li l-Istati tal-EFTA, l-operaturi ekonomiċi, il-partijiet interessati u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment it-test sħiħ tal-iskemi kollha ta’ għajnuna ambjentali applikabbli. |
|
53. |
Dan il-għan jista’ jinkiseb permezz tat-twaqqif ta' websajts. Għal din ir-raġuni, fil-valutazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se titlob b'mod sistematiku lill-Istat tal-EFTA kkonċernat sabiex jippubblika t-test sħiħ tal-iskemi finali kollha ta’ għajnuna fuq l-internet u biex jikkomunika l-indirizz tal-internet tal-pubblikazzjoni lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. |
5.3. Monitoraġġ
|
54. |
L-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw li jinżammu rekords dettaljati rigward l-għoti tal-għajnuna għall-miżuri kollha. Tali rekords, li jridu jinkludu l-informazzjoni kollha neċessarja biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kosti eliġibbli u l-intensità massima ta’ għajnuna permissibbli jkunu ġew rispettati, iridu jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna u jridu jiġu pprovduti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA meta din tagħmel talba għalihom. |
5.4. Il-perjodu ta' applikazzjoni u ta' rieżami
|
55. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se tapplika dawn il-Linji Gwida mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE. |
|
56. |
Il-Linji Gwida se jkunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020. Wara konsultazzjoni mal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tkun tista’ temendahom qabel dik id-data fuq il-bażi ta’ raġunijiet importanti marbuta mal-politika tal-kompetizzjoni jew mal-politika ambjentali jew sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni politiki oħra taż-ŻEE jew impenji internazzjonali. Tali emendi jistgħu jkunu meħtieġa b’mod partikolari fid-dawl ta' ftehimiet internazzjonali futuri fil-qasam tat-tibdil fil-klima u ta' leġiżlazzjoni futura fiż-ŻEE f'dan ir-rigward. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista’ twettaq rieżami ta' dawn il-Linji Gwida kull sentejn wara l-adozzjoni tagħhom. |
|
57. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri kollha ta’ għajnuna nnotifikati li fir-rigward tagħhom hija tkun mitluba tieħu deċiżjoni wara li l-Linji Gwida jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali u fis-Suppliment taż-ŻEE, anke meta l-proġetti jkunu ġew innotifikati qabel il-pubblikazzjoni tagħhom. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se tapplika r-regoli stabbiliti fil-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat fuq ir-Regoli Applikabbli għall-Valutazzjoni ta' Għajnuna Illeċita mill-Istat (20) għal kull għajnuna illeċita. |
(1) Dawn il-linji gwida jikkorrispondu għal-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4). Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Awtorità (www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/).
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE fil-punt 21(a)(1) tal-Anness XX.
(3) Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63. Din id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1) tal-Anness XX.
(4) Id-Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-27 ta' Ottubru 2004, ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18; Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3; Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009, ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109.
(5) Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, it-terminu “Stati tal-EFTA” jirreferi għall-Islanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja, iżda mhux għall-Isvizzera li - għalkemm hija Stat tal-EFTA – ma ngħaqditx maż-ŻEE.
(6) Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Għajnuna mill-Istat – Inqas għajnuna mill-Istat u għajnuna mill-Istat li tkun immirata aħjar: pjan direzzjonali dwar ir-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009, COM(2005) 107 final, 7.6.2005.
(7) L-Anness II ta' mal-Anness 15713/1/08REV1 tat-18 ta’ Novembru 2008 (25.11) http://www.europarl.-europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P6-TA-2008-0610&format=XML&language=EN
(8) Addendum ta' man-Nota Punt “I/A” mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għall-COREPER/KUNSILL 8033/09 ADD 1 REV 1 tal-31 ta’ Marzu 2009.
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/31/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114. Din id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punti 1a, 1f, 1i, 13ca, 19a, 21at u 32c tal-Anness XX.
(10) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 9.
(11) ĠU L 144, 10.6.2010, p. 1, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 10.6.2010, p. 1. Dan il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Linji Gwida Komunitarji tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Protezzjoni Ambjentali (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).
(12) ĠU L 144, 10.6.2010, p. 1, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 10.6.2010, p. 1. Dan il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Linji Gwida Komunitarji tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Protezzjoni Ambjentali (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).
(13) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91. Din id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 24 tal-Anness IV.
(14) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2011 dwar gwida relatata mal-metodoloġija biex talloka kwoti mingħajr ħlas b’mod tranżitorju lil installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku skont l-Artikolu 10c(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, C(2011) 1983 final, 29.3.2011.
(15) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Dokument ta’ gwida dwar l-applikazzjoni fakultattiva tal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE, ĠU C 99, 31.3.2011, p. 9.
(16) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 15.
(17) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 15.
(18) Il-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti tirrifletti r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ġie inkorporat ulterjorment fil-Protokoll 26 tal-Ftehim taż-ŻEE.
(19) Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1) li tikkorispondi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1), li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 659/1999.
(20) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 23, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 19.3.2009, p. 6. Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illeċita mill-Istat (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22).
Appendiċi I
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
“ għajnuna ” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE; |
|
— |
“ perjodu għall-għoti tal-għajnuna ” tfisser sena jew diversi snin, fil-perjodu 2013-2020. Jekk Stat tal-EFTA jixtieq jagħti għajnuna li tikkorrispondi għal perjodu iqsar, għandu juża bħala referenza sena finanzjarja tal-benefiċjarji u jagħti għajnuna fuq bażi annwali; |
|
— |
“ intensità massima tal-għajnuna ” tfisser l-ammont totali tal-għajnuna espress bħala perċentwali tal-kosti eliġibbli. Iċ-ċifri kollha użati jridu jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra. Fejn l-għajnuna tingħata f'forma oħra barra milli bħala għotja, l-ammont tal-għajnuna jrid ikun ekwivalenti għall-għotja f’termini ta’ valur. L-għajnuna pagabbli f'diversi ħlasijiet parzjali trid tiġi kkalkulata fil-valur preżenti nett totali tagħha fil-mument li jingħata l-ewwel ħlas parzjali, bl-użu tar-rata ta' referenza rilevanti tal-Awtorità għall-iskontar tal-valur matul iż-żmien. L-intensità tal-għajnuna hija kkalkulata għal kull benefiċjarju; |
|
— |
“ awtoġenerazzjoni ” tfisser il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn installazzjoni li ma tikkwalifikax bħala “ġeneratur tal-elettriku” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87/KE; |
|
— |
“ benefiċjarju ” tfisser kumpanija li tirċievi l-għajnuna; |
|
— |
“ attrezzat għas-CCS ” tfisser li installazzjoni tkun uriet d-disponibbiltà ta' siti għall-ħżin adattati, il-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-faċilitajiet tat-trasport u l-fattibbiltà teknika u ekonomika ta' adattament għall-ġbir tas-CO2, hekk kif ikun hemm biżżejjed inċentivi fis-suq fl-għamla ta’ limitu massimu ta' prezz għas-CO2. B'mod partikolari, biex installazzjoni tkun attrezzata għas-CCS, din tirrikjedi l-elementi segwenti:
|
|
— |
“ protezzjoni ambjentali ” tfisser kwalunkwe azzjoni mfassla biex tirrimedja jew biex tipprevjeni li ssir ħsara fuq l-ambjent fiżiku jew fuq ir-riżorsi naturali bl-attivitajiet proprji tal-benefiċjarju, biex tnaqqas ir-riskju ta’ tali ħsara jew biex twassal għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali, inklużi l-miżuri li jiffrankaw l-enerġija u l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli; |
|
— |
“ Kwoti tal-Unjoni Ewropea (European Union Allowance - EUA) ” tfisser kwoti trasferibbli li jippermettu l-emissjoni ta’ tunnellata waħda ta’ ekwivalenti ta' CO2 matul perjodu speċifikat; |
|
— |
“ valur miżjud gross (VMG) ” tfisser il-valur gross miżjud skont il-kosti tal-fattur, li huwa l-valur tal-output bit-tnaqqis tal-valur tal-konsum intermedju. Huwa kejl tal-kontribuzzjoni għall-PDG magħmula minn produttur, industrija jew settur individwali. Il-VMG skont il-kost tal-fattur huwa l-VMG bil-prezzijiet tas-suq bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe taxxi indiretti u biż-żieda ta’ kwalunkwe sussidji. Il-valur miżjud skont il-kost tal-fattur jista’ jiġi kkalkulat mill-fatturat, biż-żieda tal-produzzjoni kapitalizzata, flimkien ma’ introjtu operattiv ieħor, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' bidliet fil-ħażniet, bit-tnaqqis ta' taxxi oħrajn fuq prodotti li huma marbuta mal-fatturat iżda li mhumiex deduċibbli, u bit-tnaqqis tat-tariffi u tat-taxxi marbuta mal-produzzjoni. Inkella, jista’ jiġi kkalkulat mis-surplus operattiv gross billi jiġu miżjuda l-kosti marbuta mal-persunal. Il-valur miżjud jeskludi l-introjtu u n-nefqa li huma kklassifikati bħala elementi finanzjarji jew straordinarji fil-kontijiet tal-kumpanija. Il-valur miżjud skont il-kost tal-fattur huwa kkalkulat fuq il-livell gross, billi l-aġġustamenti fil-valur (bħalma hu d-deprezzament) ma jitnaqqsux (1); |
|
— |
“ implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS ” tfisser il-bini u l-bidu effettiv tal-ġbir, tat-trasport u tal-ħżin tas-CO2; |
|
— |
“ installazzjonijiet żgħar ” tfisser installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtorità kompetenti emissjonijiet annwali ta’ inqas minn 25 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 u, meta dawn ikunu jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, li jkollhom input termiku taħt il-35 MW, minbarra l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit-tliet snin qabel in-notifika ta’ miżuri ekwivalenti, f'konformità mal-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva tal-ETS; |
|
— |
“ bidu tax-xogħol ” tfisser jew il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni jew l-ewwel impenn sod biex jiġi ordnat it-tagħmir, għajr l-istudji preliminari ta' fattibbiltà. |
|
— |
“ assi tanġibbli ” tfisser, għall-finijiet tal-ikkalkular tal-kosti eliġibbli, l-investimenti f'artijiet, f'binjiet, f'impjanti u f'tagħmir; |
|
— |
“ assi intanġibbli ” tfisser, għall-finijiet tal-ikkalkular tal-kosti eliġibbli, l-infiq fuq it-trasferiment ta' teknoloġija permezz tal-akkwist ta' liċenzji operattivi jew ta' għarfien ibbrevettat u mhux ibbrevettat, sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
“ intensità tal-kummerċ ” tfisser il-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi flimkien mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għaż-ŻEE (il-fatturat domestiku annwali tal-kumpaniji taż-ŻEE flimkien mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi) skont l-istatistika tal-Eurostat; |
|
— |
“ prezz forward tal-EUA ”, f'EUR, tfisser il-medja sempliċi tal-prezzijiet forward ta' kuljum tal-EUA fuq terminu ta' sena (il-prezzijiet tal-offerta tal-għeluq) għal konsenja f’Diċembru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna, kif osservat fi skambju tal-karbonju partikolari tal-UE bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel dik li għaliha tingħata l-għajnuna. Pereżempju, għal għajnuna mogħtija għall-2016, tkun il-medja sempliċi tal-prezzijiet tal-offerta tal-għeluq tal-EUA ta’ Diċembru 2016 li ġew osservati bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Diċembru 2015 fi skambju tal-karbonju partikolari tal-UE. |
|
— |
“ fattur tal-emissjoni tas-CO2 ”, f’t CO2 / MWh, tfisser il-medja peżata tal-intensità tas-CO2 ta’ elettriku prodott minn fjuwils fossili f’żoni ġeografiċi differenti. Il-piż għandu jirrifletti t-taħlita tal-produzzjoni ta' fjuwils fossili fiż-żona ġeografika kkonċernata. Il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 huwa l-kwozjent tad-dejta dwar l-emissjonijiet tal-ekwivalenti tas-CO2 tal-industrija tal-enerġija diviża bil-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku bbażata fuq il-fjuwils fossili f'TWh. Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida, ir-reġjuni huma definiti bħala żoni ġeografiċi (a) li jikkonsistu minn subswieq akkoppjati permezz ta' skambji ta' enerġija, jew (b) li fihom ma tkun teżisti l-ebda konġestjoni ddikjarata u, fiż-żewġ każijiet, il-prezzijiet fis-siegħa ta' jum bil-quddiem tal-iskambju tal-enerġija fiż-żoni juru diverġenza fil-prezzijiet f'EUR (permezz ta' rati tal-kambju ta' kuljum tal-BĊE) ta' massimu ta' 1 % f'għadd sinifikanti ta' sigħat totali f'sena. Tali divrenzjar reġjonali jirrifletti l-importanza tal-impjanti ta’ fjuwils fossili għall-prezz finali ffissat fis-suq tal-operaturi u r-rwol tagħhom bħala impjanti marġinali fl-ordni tal-mertu. Is-sempliċi fatt li l-elettriku huwa soġġett għal skambji kummerċjali bejn żewġ Stati taż-ŻEE ma jfissirx awtomatikament li dawn jikkostitwixxu reġjun supranazzjonali. Minħabba n-nuqqas ta’ dejta rilevanti fil-livell subnazzjonali, iż-żoni ġeografiċi jinkludu t-territorju sħiħ ta’ Stat wieħed jew ta' diversi Stati taż-ŻEE. Fuq din il-bażi, jistgħu jiġu identifikati ż-żoni ġeografiċi li ġejjin: iż-żona Nordika (id-Danimarka, l-Isvezja, il-Finlandja u n-Norveġja), il-Punent Ċentrali tal-Ewropa (l-Awstrija, il-Belġju, il-Lussemburgu, Franza, il-Ġermanja, il-Liechtenstein u l-Pajjiżi l-Baxxi), l-Iberja (il-Portugall, Spanja), ir-reġjun Ċek u Slovakk (ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja) u l-Istati taż-ŻEE kollha l-oħra separatament. Il-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 reġjonali massimi korrispondenti huma elenkati fl-Appendiċi IV; |
|
— |
“ linja ta' referenza tal-output ”, f'tunnellati kull sena, tfisser il-produzzjoni medja fl-installazzjoni matul il-perjodu ta' referenza 2005-2011 (linja ta' referenza tal-output) għall-installazzjonijiet li joperaw kull sena mill-2005 sal-2011. Sena kalendarja partikolari (pereż. l-2009) tista' tiġi eskluża minn dan il-perjodu ta' referenza ta' seba' snin. Jekk l-installazzjoni ma kinitx topera għal mill-inqas sena bejn l-2005 u l-2011, il-linja ta' referenza tal-output se tiġi definita bħala l-produzzjoni annwali sakemm jiġu rreġistrati erba' snin ta’ operat, u wara tkun tikkostitwixxi l-medja tat-tliet snin ta' qabel dan il-perjodu. Jekk, fil-perjodu tal-għoti tal-għajnuna, il-kapaċità tal-produzzjoni ta' installazzjoni tiġi estiża b'mod sinifikanti skont it-tifsira ta' dawn il-Linji Gwida, il-linja ta' referenza tal-output tkun tista' tiżdied fi proporzjon ma' din l-estensjoni tal-kapaċità. Jekk l-installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'50 % sa 75 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss nofs l-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-output. Jekk l-installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'75 % sa 90 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss 25 % tal-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-output. Jekk l-installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'90 % jew aktar meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni ma tista' tirċievi l-ebda għajnuna. |
|
— |
“ linja ta' referenza għall-konsum tal-elettriku ”, f'MWh, tfisser il-medja tal-konsum tal-elettriku fl-installazzjoni (inkluż il-konsum tal-elettriku għall-produzzjoni ta' prodotti esternalizzati eliġibbli għall-għajnuna) matul il-perjodu ta' referenza 2005-2011 (linja ta' referenza għall-konsum tal-elettriku) għall-instalazzjonijiet li joperaw kull sena bejn l-2005 u l-2011. Sena kalendarja partikolari (pereż. l-2009) tista' tiġi eskluża minn dan il-perjodu ta' referenza ta' seba' snin. Jekk l-installazzjoni ma toperax għal mill-inqas sena waħda bejn l-2005 u l-2011, il-linja ta' referenza għall-konsum tal-elettriku tiġi definita bħala l-konsum tal-elettriku annwali, sakemm jiġu rreġistrati erba' snin ta’ operat, u wara se tkun tikkostitwixxi l-medja tat-tliet snin ta' qabel li għalihom ikun ġie rreġistrat l-operat. Jekk, matul il-perjodu tal-għoti tal-għajnuna, il-kapaċità tal-produzzjoni ta' installazzjoni tiġi estiża b'mod sinifikanti, il-linja ta' referenza tal-konsum tal-elettriku tkun tista' tiżdied bi proporzjon ma' din l-estensjoni tal-kapaċità. Jekk installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'50 % sa 75 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss nofs l-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-konsum tal-elettriku. Jekk installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni f'sena kalendarja partikolari b'75 % sa 90 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss 25 % tal-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-konsum tal-elettriku. Jekk installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni f'sena kalendarja partikolari b'90 % jew aktar meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni ma tirċievi l-ebda għajnuna; |
|
— |
“ estensjoni sinifikanti tal-kapaċità ” tfisser żieda sinifikanti fil-kapaċità inizjali ta' installazzjoni li ġġib magħha l-konsegwenzi kollha li ġejjin:
|
L-installazzjoni trid tressaq provi lill-awtorità nazzjonali li tagħti l-għajnuna li juru li jkunu ġew issodisfati l-kriterji għal estensjoni sinifikanti tal-kapaċità u li l-estensjoni sinifikanti tal-kapaċità tkun ġiet ikkunsidrata bħala waħda sodisfaċenti minn verifikatur indipendenti. Din il-verifika għandha tindirizza l-kredibbiltà, il-kredibbiltà u r-reqqa tad-dejta mogħtija mill-installazzjoni u għandha tagħti opinjoni ta' verifika li tiddikjara b'assigurazzjoni raġonevoli li d-dejta ppreżentata tkun ħielsa minn dikjarazzjonijiet materjali mhux veritieri.
|
— |
“ parametru referenzjarju għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku ”, f’MWh/tunnellata ta’ output u definit fil-livell ta’ Prodcom 8, tfisser il-konsum tal-elettriku speċifiku għall-prodott għal kull tunnellata ta’ output miksuba permezz tal-aktar metodi effiċjenti tal-produzzjoni tal-elettriku għall-prodott meqjus. Fir-rigward ta' prodotti li huma koperti mis-setturi eliġibbli u li l-kapaċità ta' skambju ta' fjuwil u ta' elettriku tagħhom ġie stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2), id-definizzjoni tal-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku ssir fl-istess konfini tas-sistema, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni biss is-sehem tal-elettriku. Il-parametri referenzjarji tal-konsum tal-elettriku korrispondenti għall-prodotti koperti mis-setturi u mis-subsetturi eliġibbli huma elenkati fl-Appendiċi III. |
|
— |
“ parametru referenzjarju alternattiv għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku ”, tfisser 80 % tal-linja ta’ referenza tal-konsum tal-elettriku. Dan il-valur jikkorrispondi għall-isforz medju tat-tnaqqis impost permezz tal-applikazzjoni tal-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku (parametru referenzjarju tal-konsum tal-elettriku/konsum tal-elettriku ex ante). Jiġi applikat għall-prodotti u għall-proċessi kollha li huma koperti minn setturi jew minn subsetturi eliġibbli, imma li mhumiex koperti mill-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku stabbiliti fl-Appendiċi III. |
(1) Il-kodiċi 12 15 0 fil-qafas ġuridiku stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill Nru 58/97 tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika strutturali kummerċjali. Ir-Regolament Nru 58/97, li ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, tħassar permezz tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid), li kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, fil-punt 1 tal-Anness XXI (għalkemm id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 58/97 ikomplu japplikaw fir-rigward tal-ġabra, tal-kumpilazzjoni u tat-trażmissjoni tad-dejta għas-snin ta' referenza sal-2007, inkluża din tal-aħħar).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1. L-Anness I.2 ta’ ma' din id-Deċiżjoni jelenka għadd ta' prodotti fejn instab li teżisti din is-sostitwibbiltà tal-fjuwil, għall-inqas sa ċertu punt. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(c) tal-Anness XX.
Appendiċi II
Setturi u subsetturi meqjusa ex ante bħala li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti tal-emissjonijiet indiretti
Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida, l-installazzjoni ta' benefiċjarju tal-għajnuna tkun tista' tirċievi għajnuna mill-Istat għal kosti tal-emissjonijiet indiretti skont it-Taqsina 3.3 ta' dawn il-Linji Gwida biss, jekk tkun attiva f'wieħed minn dawn is-setturi jew subsetturi li ġejjin. L-ebda settur jew subsettur ieħor mhuwa se jitqies eliġibbli għal tali għajnuna.
|
|
Kodiċi NACE (1) |
Deskrizzjoni |
|
1. |
2742 |
Produzzjoni tal-aluminju |
|
2. |
1430 |
Estrazzjoni ta' minerali kimiċi u fertilizzanti |
|
3. |
2413 |
Manifattura ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi oħra |
|
4. |
2743 |
Produzzjoni ta’ ċomb, żingu u landa |
|
5. |
1810 |
Manifattura ta’ biċċiet tal-ġilda |
|
6. |
2710 |
Manifattura ta’ ħadid u azzar bażiċi u ta’ ligi tal-ħadid, |
|
272210 |
Pajpijiet tal-azzar mingħajr saldaturi |
|
|
7. |
2112 |
Manifattura ta’ karta u kartun |
|
8. |
2415 |
Manifattura ta’ fertilizzanti u komposti tan-nitroġenu |
|
9. |
2744 |
Produzzjoni tar-ram |
|
10. |
2414 |
Manifattura ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi oħra |
|
11. |
1711 |
Għażil ta' fibri tat-tip tal-qoton |
|
12. |
2470 |
Manifattura ta' fibri magħmula mill-bniedem |
|
13. |
1310 |
Estrazzjoni ta' minerali tal-ħadid |
|
14. |
|
Is-subsetturi segwenti fis-settur tal-Manifattura ta' plastiks f'forom primarji (2416): |
|
24161039 |
Politelen b'Densità Baxxa (LDPE) |
|
|
24161035 |
Politelen b'Densità Baxxa Lineari (LLDPE) |
|
|
24161050 |
Politelen b'Densità Għolja (HDPE) |
|
|
24165130 |
Polipropilen (PP) |
|
|
24163010 |
Klorur tal-Polivinil (PVC) |
|
|
24164040 |
Polikarbonat (PC) |
|
|
15. |
|
Is-subsettur segwenti fis-settur tal-Manifattura tal-polpa (2111): |
|
21111400 |
Polpa mekkanika |
Nota spjegattiva dwar il-metodoloġija għad-definizzjoni tas-setturi u tas-subsetturi eliġibbli għall-għajnuna
|
1. |
F'konformità mal-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva tal-ETS, is-setturi jew is-subsetturi elenkati fit-tabella ta' hawn fuq jitqiesu bħala li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida fuq bażi kwantitattiva, jekk l-intensità tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi tkun ogħla minn 10 % u jekk it-total tal-kosti addizzjonali indiretti kkawżati mill-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS tkun twassal għal żieda sostanzjali fil-kosti tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala proporzjon tal-valur miżjud gross ta’ mill-inqas 5 %. |
|
2. |
L-ikkalkular tal-kosti indiretti għall-finijiet tal-eliġibbiltà skont dawn il-Linji Gwida, se jsir bl-applikazzjoni tal-istess suppożizzjoni tal-prezz tas-CO2 kif ukoll tal-istess fattur medju tal-emissjonijiet tal-UE għall-elettriku bħal dawk applikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (2). L-istess dejta dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-valur miżjud għal kull settur jew subsettur hija użata bħal kif ġiet użata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE. Il-komputazzjoni tal-intensitajiet tal-kummerċ tiddependi fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha li jinsabu barra mill-UE, irrispettivament minn jekk dawn il-pajjiżi mhux tal-UE jimponux ipprezzar għas-CO2 (permezz ta’ taxxi fuq il-karbonju jew ta' sistemi cap-and-trade simili għall-ETS). Wieħed jassumi wkoll li 100 % tal-kost tas-CO2 se jiġi ttrasferit fuq il-prezzijiet tal-elettriku. |
|
3. |
Bħalma hemm fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10a(17) tad-Direttiva tal-ETS, sabiex jiġu ddeterminati s-setturi u s-subsetturi eliġibbli elenkati fit-tabella ta' hawn fuq, il-valutazzjoni tas-setturi abbażi ta' kriterji kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq, tista' tiġi ssupplimentata b'valutazzjoni kwalitattiva, fejn id-dejta rilevanti tkun disponibbli, u fejn ir-rappreżentanti tal-industrija jew l-Istati taż-ŻEE jkunu għamlu talbiet plawżibbli u sostanzjati biżżejjed favur l-eliġibbiltà. Il-valutazzjoni kwalitattiva kienet applikata, l-ewwel, għas-setturi marġinali, jiġifieri s-setturi NACE-4 li jiffaċċjaw żieda fil-kosti tal-emissjonijiet indiretti ta' bejn it-3 u l-5 % u intensità tal-kummerċ ta' mill-inqas 10 %; it-tieni, ġiet applikata għal setturi u subsetturi (inkluż fil-livell tal-Prodcom (3)) li d-dejta uffiċjali tagħhom hija nieqsa jew ta' kwalità baxxa; u, it-tielet, għal setturi u subsetturi (inkluż fil-livell tal-Prodcom) li jistgħu jitqiesu li ma ġewx rappreżentati biżżejjed mill-valutazzjoni kwantitattiva. Is-setturi jew is-subsetturi b'kosti indiretti ta' CO2 ta' inqas minn 1 % ma ġewx ikkunsidrati. |
|
4. |
Il-valutazzjoni tal-eliġibbiltà kwalitattiva l-ewwel iffukat fuq id-daqs tal-impatt tal-kosti asimmetriċi tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 bħala sehem tal-valur gross miżjud tas-settur. L-impatt tal-kosti asimmetriċi jrid ikun kbir biżżejjed biex jiġġenera riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-kosti tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2. Billi dawn tal-aħħar jikkostitwixxu aktar minn 2,5 %, ġew meqjusa bħala li jissodisfaw dan il-kriterju. It-tieni nett, barra minn hekk, ġew ikkunsidrati l-provi disponibbli relatati mas-suq li jindikaw li s-(sub)settur ma jistax jittrasferixxi ż-żieda fil-kosti tal-emissjonijiet indiretti lill-klijenti mingħajr ma jitlef sehem sinifikanti mis-suq fil-konfront tal-kompetituri tiegħu minn pajjiżi terzi. Bħala indikatur oġġettiv għal dan l-iskop, ġie meqjus neċessarju li jkun hemm intensità kummerċjali għolja biżżejjed, ta' minn tal-inqas 25 %, sabiex dan it-tieni kriterju jitqies bħala ssodisfat. Barra minn hekk, it-tieni kriterju rrikjeda informazzjoni sostanzjata li kienet tindika li s-settur tal-UE kkonċernat fil-parti l-kbira tiegħu x'aktarx li jkun prenditur (pereż. prezzijiet li jiġu stabbiliti fl-iskambji ta' komoditajiet jew evidenza ta' korrelazzjonijiet tal-prezzijiet bejn il-makroreġjuni); tali evidenza kienet sostnuta minn informazzjoni ulterjuri, fejn din kienet disponibbli, dwar is-sitwazzjoni internazzjonali tad-domanda u tal-provvista, il-kosti tat-trasport, il-marġnijiet ta' profitt u l-potenzjal ta' tnaqqis tas-CO2. It-tielet nett, ġiet ikkunsidrata wkoll il-kapaċità ta' skambju ta' fjuwil u ta' elettriku ma' prodotti fis-settur, kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (4). |
|
5. |
Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi huma riflessi fil-lista ta' setturi u ta' subsetturi eliġibbli stabbiliti f'dan l-Appendiċi. Din il-lista ngħalqet u tista' tiġi eżaminata mill-ġdid biss matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu ta' dawn il-Linji Gwida. |
(1) Skont in-NACE rev.1.1: http://ec.europa.eu/eurostat/ramon/nomenclatures/index.cfm?TargetUrl=-LST_CLS_DLD&StrNom=NACE_1_1&StrLanguageCode=EN&StrLayoutCode=HIERARCHIC
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju, ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(b) tal-Anness XX.
(3) Il-Lista għall-Produzzjoni Komunitarja hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/eurostat/ramon/nomenclatures/index.cfm?TargetUrl=LST_NOM_DTL&StrNom=PRD_2010&StrLanguageCode=EN&IntPcKey=&StrLayoutCode=HIERARCHIC
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1. L-Anness I.2 ta’ ma' din id-Deċiżjoni jelenka għadd ta' prodotti fejn instab li teżisti din is-sostitwibbiltà tal-fjuwil, għall-inqas sa ċertu punt. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(c) tal-Anness XX.
Appendiċi III
Parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku għall-prodotti koperti mill-kodiċi NACE fl-Appendiċi II
|
NACE4 |
Parametru referenzjarju ta’ prodott (1) |
Il-valur tal-parametru referenzjarju |
Unità tal-parametru referenzjarju |
Unità tal-produzzjoni (2) |
Definizzjoni tal-prodott (2) |
Proċessi koperti mill-parametru referenzjarju tal-prodott (2) |
Kodiċi prodcom rilevanti (rev 1.1) |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||
|
2742 |
Aluminju primarju |
14,256 |
MWh/t prodott (konsum AC) |
Tunnellata ta’ aluminju likwidu, mhux maħdum, mhux illigat |
Aluminju likwidu mhux maħdum, mhux illigat, miksub mill-elettroliżi |
Aluminju likwidu mhux maħdum, mhux illigat, miksub mill-elettroliżi, inklużi unitajiet ta’ kontroll tat-tniġġis, proċessi awżiljarji u l-impjant ta’ kkastjar. Minbarra d-definizzjonijiet tal-prodott fid-Deċiżjoni Nru 2011/278/UE l-impjant tal-anodu (anodu ta’ qabel il-ħami) huwa inkluż. Fil-każ li l-anodi huma pprovduti minn impjant awtonomu fl-Ewropa, dan l-impjant ma għandux jiġi kkumpensat billi dan ikun diġà kopert fil-parametru referenzjarju. Fil-każ li l-anodi huma prodotti barra mill-Ewropa, tista’ tiġi applikata korrezzjoni. |
27421130 |
Aluminju mhux maħdum, mhux illigat (minbarra trabijiet u laqx) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
27421153 |
Ligi tal-aluminju mhux maħdum fil-forma primarja (minbarra trabijiet u laqx tal-aluminju) |
||||||||||||||||||||
|
2742 |
Alumina (irfinar) |
0,225 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ alumina |
|
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-alumina |
27421200 |
Ossidu tal-aluminju (minbarra l-korindun artifiċjali) |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
Azzar tal-Ossiġnu Bażiku |
0,036 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta' azzar greġġ (fondut) |
|
Metallurġija sekondarja, installazzjonijiet ta' tisħin minn qabel ta' materjali refrattarji, ta' awżiljarji (partikolarment it-tneħħija tat-trab) u tal-ikkastjar sal-punt limitu ta’ prodotti tal-azzar greġġ |
2710T122 |
azzar mhux illigat manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2710T132 |
azzar illigat minbarra l-azzar inossidabbli manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2710T142 |
azzar inossidabbli u reżistenti għas-sħana manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
Azzar bil-karbonju manifatturat b'forn tal-ark elettriku |
0,283 |
tCO2/t prodott |
Tunnellata ta’ azzar sekondarju greġġ, ex-caster. |
Azzar li fih inqas minn 8 % ta’ elementi metalliċi li jilligaw u elementi tramp għal tali livelli li jillimitaw l-użu għal dawk l-applikazzjonijiet fejn mhumiex meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess
|
2710T121 |
Azzar greġġ: azzar mhux illigat manifatturat fil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
(ibbażat fuq 10 % tal-aħjar medja) |
|
|
|
|
2710T131 |
Azzar greġġ: azzar illigat, minbarra l-azzar inossidabbli, manifatturat fil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2710T141 |
Azzar greġġ: azzar inossidabbli u reżistenti għas-sħana manifatturat bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
Azzar illigat ħafna manifatturat b'forn tal-ark elettriku |
0,352 |
tCO2/t prodott |
Tunnellata ta’ azzar greġġ illigat ħafna |
Azzar li fih 8 % jew aktar ta’ elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess
L-unitajiet ta’ proċess tal-konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali mhumiex inklużi. |
2710T121 |
Azzar greġġ: azzar mhux illigat manifatturat fil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
(ibbażat fuq 10 % tal-aħjar medja) |
|
|
|
|
2710T142 |
azzar inossidabbli u reżistenti għas-sħana manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
FeSi |
8,540 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ FeSi-75 finali |
Fesi-75 |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran. L-awżiljari mhumiex inklużi |
27102020/24101230 |
Ferrosiliċju b'kontenut ta' siliċju ta' 75 % |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
FeMn HC |
2,760 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ FeMn karbonju għoli finali |
FeMn karbonju għoli |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran. Il-proċessi awżiljarji mhumiex inklużi |
27102010 |
Ferromanganiż (skont il-BREF) |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
SiMn |
3,850 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ SiMn finali |
Silikomanganiż b'kontenuti differenti ta’ karbonju, inklużi SiMn, SiMn karbonju baxx, SiMn karbonju baxx ħafna |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran. Il-proċessi awżiljarji mhumiex inklużi |
27102030 |
Silikomanganiż minbarra l-FeSiMn |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
Cl2 |
2,461 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta' kloru |
Kloru |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unità tal-elettroliżi inklużi l-installazzjonijiet awżiljarji bħall-muturi |
24131111 |
Kloru |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
Metall Si |
11,870 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ tal-metall Si |
Siliċju tal-grad 90-99,99 % |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran.. Il-proċessi awżiljarji mhumiex inklużi |
24131155 |
Siliċju li fih < 99,99 % tal-piż siliċju |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
Polisiliċju iperpur |
60,000 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ metall Si iperpur |
Siliċju tal-grad > 99,99 % |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-fran, inklużi dawk awżiljarji |
24131153 |
Siliċju li fih >= 99,99 % tal-piż siliċju |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
SiC |
6,200 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ 100 % SiC |
Karbur tas-siliċju b'purità ta’ 100 % |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-fran, inklużi dawk awżiljarji |
24135450 |
Karburi, kemm jekk definiti b'mod kimiku u kemm jekk le |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Prodotti Kimiċi ta' Valur Għoli |
0,702 |
tCO2/t prodott |
Tunnellata ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli (HVC) (tunnellata ta' aċetilen, etilen, propilen, butadjen, benżen u idroġenu) |
Taħlita ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli (HVC) espressa f'massa totali ta’ aċetilen, etilen, propilen, butadjen, benżen u idroġenu, minbarra l-HVC miksuba minn alimentazzjoni supplimentari (idroġenu, etilen, HVC oħra) b’kontenut ta’ etilen fit-taħlita totali tal-prodotti ta’ mill-inqas 30 fil-mija tal-massa u b’kontenut ta’ HVC, ta' gass tal-fjuwil, ta' butin u ta' idrokarburi likwidi li flimkien jagħmlu mill-inqas 50 fil-mija tal-massa tat-taħlita totali tal-prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli bħala prodotti ppurifikati jew prodotti intermedjarji, b’kontenut ikkonċentrat tal-HVC rispettivi fl-aktar forma baxxa li tista’ tiġi kummerċjalizzata (inklużi idrokarburi C4 greġġi, gażolina ta' piroliżi mhux idroġenata), minbarra l-estrazzjoni ta' idrokarburi C4 (impjant tal-butadjen), l-idroġenizzazzjoni ta' idrokarburi C4, l-idrotrattament tal-gażolina piroliżi u l-estrazzjoni tal-aromatiċi kif ukoll il-loġistika/ħażna għall-operat ta’ kuljum. |
Diversi kodiċijiet prodcom taħt il-kodiċi NACE 2414 |
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141120 |
Idrokarburi aċikliċi saturati |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141130 |
Idrokarburi aċikliċi mhux saturati; etilen |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141140 |
Idrokarburi aċikliċi mhux saturati; propen (propilen) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141150 |
Idrokarburi aċikliċi mhux saturati; buten (butilen) u l-isomeri tiegħu |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141160 |
Idrokarboni aċikliċi mhux saturati; buta-1,3-diene u iżopren |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141190 |
Idrokarboni aċikliċi mhux saturati (minbarra etilen, propen-buten, buta-1,3-diene u iżopren) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24/20141223 |
Benżen |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Sustanzi aromatiċi |
0,030 |
t CO2/t prodott |
tunnellata peżata ta' CO2 |
Taħlita ta’ sustanzi aromatiċi espressi bħala tunnellata peżata ta' CO2 (CWT). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mas-subunitajiet tas-sustanzi aromatiċi
|
Diversi kodiċijiet prodcom taħt il-kodiċi NACE 2414. Ara d-dokument ta’ gwida Nru 9 dwar l-emissjonijiet diretti għal-lista sħiħa. |
|
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Iswed tal-karbonju |
1,954 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta' iswed tal-karbonju tal-fran (unità li tista’ tinbiegħ, > 96 %) |
Iswed tal-karbonju tal-fran. Prodotti suwed għall-gass u l-lampi mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju tal-fran kif ukoll mal-irfinar, mal-imballaġġ u mal-ivvampjar huma inklużi. |
24131130 |
Karbonju (iswed tal-karbonju u forom oħra ta’ karbonju, n.e.c.) |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Stiren |
0,527 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta’ stiren (prodott li jista’ jinbiegħ) |
Monomer ta’ stiren (vinil benżen, numru CAS: 100-42-5) |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’
|
24141250 |
Stiren |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen EO/EG |
0,512 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta’ ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma definiti bħala l-ammont ta’ EO (f’massa) li huwa inkorporat f’unità ta’ massa waħda mill-glikoli speċifiċi kollha. |
Il-parametru referenzjarju tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen li jkopri l-prodotti
L-ammont totali tal-prodotti huwa espress f'termini ta' ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma definiti bħala l-ammont ta’ EO (f’massa) li huwa inkorporat f’unità ta’ massa waħda mill-glikoli speċifiċi kollha |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajet tal-proċess: il-produzzjoni tal-EO, il-purifikazzjoni tal-EO, u s-sezzjoni tal-produzzjoni tal-glikol huma inklużi. |
24146373 |
Ossiran (ossidu tal-etilen) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24142310 |
Glikol tal-etilen (etanedjol) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24146333 |
2,2-Ossidietanol (glikol tad-dietilen; digol) |
||||||||||||||||||||
|
2743 |
Elettroliżi taż-żingu |
4,000 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ żingu |
Żingu primarju |
Ipproċessati kollha b'rabta diretta jew indiretta mal-unità tal-elettroliżi taż-żingu, inklużi l-awżiljarji |
27431230 |
Żingu mhux illigat, mhux maħdum (minbarra polvri, trabijiet u laqx taż-żingu) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2743125 |
Ligi taż-żingu mhux maħdum (minbarra polvri, trabijiet u laqx taż-żingu) |
||||||||||||||||||||
|
2415 |
Ammonja |
1,619 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta’ ammonja manifatturata bħala produzzjoni (netta) li tista’ tinbiegħ u b'purità ta’ 100 %. |
L-ammonja (NH3), trid tiġi rreġistrata f’tunnellati manifatturati. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonja u tal-prodott intermedjarju tal-idroġenu huma inklużi. |
24151075 |
Ammonja anidra |
Prodotti li għalihom ġiet stabbilita l-interskambjabbiltà ta' elettriku u ta' fjuwils fl-Anness 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (3)
Id-Deċiżjoni 2011/278/UE fl-Anness 1 stabbilixxiet li fir-rigward ta’ xi proċessi tal-produzzjoni hemm sostitwibbiltà bejn il-fjuwil u l-elettriku. Għal dawk il-prodotti mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit parametru referenzjarju fuq il-bażi ta’ MWh/t ta' prodott. Minflok, wieħed iqis il-kurvi speċifiċi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra derivati bħala l-punt tal-bidu għall-emissjonijiet diretti. Għal dawk il-proċessi, il-parametri referenzjarji ta’ prodott ġew iddeterminati abbażi tat-total tal-emissjonijiet diretti (emissjonijiet iġġenerati mill-konsum tal-enerġija u emissjonijiet tal-proċess), kif ukoll emissjonijiet indiretti li jirriżultaw mill-użu tal-parti tal-elettriku li hija interskambjabbli.
F'dawn il-każijiet, il-fattur “E” fil-formula għall-kalkolu tal-ammont massimu ta’ għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 27(a) tal-Linji Gwida għandu jinbidel bit-terminu segwenti, li jikkonverti parametru referenzjarju ta’ prodott skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE f'parametru referenzjarju tal-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku, abbażi tal-fattur medju Ewropew tal-intensità tal-emissjonijiet ta’ 0,465 t CO2/MWh:
Parametru referenzjarju ta' prodott eżistenti skont l-Anness 1 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (f't CO2/t) sehem × tal-emissjonijiet indiretti rilevanti (*) matul il-perjodu ta' referenza (%)/0,465 (t CO2/MWh).
|
(*) |
“Is-sehem tal-emissjonijiet indiretti rilevanti matul il-perjodu ta’ referenza” tfisser il-kwozjent
|
(1) Għall-prodotti indikati bi sfond griż ċar, l-interkambjabbiltà bejn elettriku u fjuwils ġiet stabbilita u l-parametru referenzjarju qed jingħata f'tCO2
(2) L-unitajiet ta’ produzzjoni, id-definizzjonijiet u l-proċessi koperti, li huma fi sfond griż skur, huma bbażati fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. 27.4.2011, C(2011) 2772 final, ĠU 17.5.2011, L 130/1. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(c) tal-Anness XX.
Appendiċi IV
Fatturi tal-emissjonijiet massimi reġjonali tas-CO2 f’żoni ġeografiċi differenti (tCO2/MWh)
|
|
|
L-elettriku |
|
Il-Punent Ċentrali tal-Ewropa |
L-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Lussemburgu, il-Liechtenstein |
0,76 |
|
Ir-reġjun Ċek u Slovakk |
Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja |
1,06 |
|
L-Iberja |
Il-Portugall, Spanja |
0,57 |
|
Iż-żona Nordika |
Id-Danimarka, l-Isvezja, il-Finlandja, in-Norveġja |
0,67 |
|
Il-Bulgarija |
|
1,12 |
|
Ċipru |
|
0,75 |
|
L-Estonja |
|
1,12 |
|
Il-Greċja |
|
0,82 |
|
L-Ungerija |
|
0,84 |
|
L-Irlanda |
|
0,56 |
|
L-Italja |
|
0,60 |
|
Il-Latvja |
|
0,60 |
|
Il-Litwanja |
|
0,60 |
|
Malta |
|
0,86 |
|
Il-Polonja |
|
0,88 |
|
Ir-Rumanija |
|
1,10 |
|
Is-Slovenja |
|
0,97 |
|
Ir-Renju Unit |
|
0,58 |
|
L-Islanda |
|
0,00 |
Nota spjegattiva dwar il-fatturi ta' emissjonijiet reġjonali massimi ta' CO2
Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs tas-sorsi tal-elettriku, u biex jiġu evitati abbużi possibbli, japplika l-istess fattur ta’ emissjonijiet tas-CO2 għas-sorsi kollha ta’ provvista tal-elettriku (il-ġenerazzjoni awtonoma tal-elettriku, il-kuntratti għall-provvista tal-elettriku jew il-provvista fuq is-sistema ta' distribuzzjoni) u għall-benefiċjarji kollha tal-għajnuna fl-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
Il-metodu li jistabbilixxi l-ammont massimu tal-għajnuna jieħu inkunsiderazzjoni l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku pprovdut minn impjanti tal-kombustjoni f’żoni ġeografiċi differenti. Tali divrenzjar reġjonali jirrifletti l-importanza tal-impjanti ta’ fjuwils fossili għall-prezz finali ffissat fis-suq tal-operaturi u r-rwol tagħhom bħala impjanti marġinali fl-ordni tal-mertu.
Il-Kummissjoni ddeterminat ex ante l-valuri reġjonali tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmija hawn fuq, li jikkostitwixxu valuri massimi għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna. Madankollu, l-Istati taż-ŻEE jistgħu japplikaw fattur ta' emissjonijiet tas-CO2 aktar baxx għall-benefiċjarji kollha fit-territorju tagħhom.
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/51 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 309/13/COL
tas-16 ta’ Lulju 2013
dwar il-kompatibilità mal-liġi taż-ŻEE tal-miżuri li għandhom jittieħdu min-Norveġja skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja awdjoviżiva)
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 5p tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE, id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva (1) ("l-Att"), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tal-ittra tat-22 ta’ April 2013, li waslet għand l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“l-Awtorità”) fit-23 ta’ April 2013, in-Norveġja nnotifikat lill-Awtorità bil-miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(2) |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vverifikat, fi żmien tliet xhur minn din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi taż-ŻEE, b'mod partikulari fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta' konsultazzjoni nazzjonali. |
|
(3) |
Fil-verifika tagħha, l-Awtorità qieset id-dejta disponibbli dwar is-suq tal-midja Norveġiż. |
|
(4) |
Il-lista ta’ avvenimenti li għas-soċjetà huma ta’ importanza kbira, inkluża fil-miżuri Norveġiżi, tfasslet b’mod ċar u trasparenti. Barra minn hekk, tnediet konsultazzjoni wiesgħa fin-Norveġja dwar dan. |
|
(5) |
L-Awtorità kienet sodisfatta li l-avvenimenti elenkati fil-miżuri Norveġiżi ssodisfaw mill-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, li huma kkunsidrati bħala indikaturi affidabbli tal-importanza li dawn l-avvenimenti huma għas-soċjetà: (i) ikun hemm qbil ġenerali u speċjali fl-Istat tal-EFTA taż-ŻEE, u l-avvenimenti ma jkunux sinifikanti biss għal dawk li normalment isegwu l-isport jew l-attività konċernata; (ii) għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat tal-EFTA taż-ŻEE u, b'mod partikulari, iservu ta' katalist għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment minn dejjem ixxandar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u kien segwit minn udjenza kbira. |
|
(6) |
Għadd ta’ avvenimenti elenkati fil-miżuri tan-Norveġja, bħal-Logħob Olimpiku kif ukoll it-Tazza tad-Dinja tal-Irġiel u l-Kampjonat Ewropew tal-Futbol tal-Irġiel, li t-tnejn li huma jinkludu logħob ta’ kwalifika bil-parteċipazzjoni Norveġiża, jaqgħu fil-kategorija ta' avvenimenti kkunsidrati ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif imsemmi b’mod espliċitu fil-premessa 49 tad-Direttiva 2010/13/UE. |
|
(7) |
Il-Logħob Olimpiku tas-sajf huwa avveniment li jattira interess enormi fin-Norveġja minħabba li l-Atleti Norveġiżi dejjem ipparteċipaw f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini individwali kif ukoll kollettivi. L-avveniment għandu tifsira speċjali fost il-pubbliku inġenerali fin-Norveġja, peress li dan jinteressa udjenzi li normalment ma jsegwuhx. Il-Logħob Olimpiku tas-sajf kien tradizzjonalment imxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u ġibed warajh għadd kbir ta’ telespettaturi fin-Norveġja. |
|
(8) |
Il-Logħob Olimpiku tax-xitwa huwa avveniment saħansitra aktar popolari, u jarawh għadd kbir ta’ telespettaturi. Għadd kbir ta’ atleti Norveġiżi jipparteċipaw fil-Logħob Olimpiku tax-xitwa kemm f'dixxiplini individwali kif ukoll kollettivi. L-avveniment tradizzjonalment kien mxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u ġibed warajh għadd kbir ta’ telespettaturi fin-Norveġja. L-avveniment ma jarawhx biss it-telespettaturi li s-soltu jsegwu l-isport ikkonċernat. |
|
(9) |
Il-logħob kollu tat-Tazza tad-Dinja tal-Irġiel u tal-Kampjonat Ewropew tal-futbol tal-Irġiel, kif ukoll il-logħob ta’ kwalifika bil-parteċipazzjoni Norveġiża, huma fost l-aktar avvenimenti sportivi popolari fin-Norveġja. Il-pubbliku Norveġiż u l-midja jieħdu interess kbir fil-logħbiet ta' kwalifika tat-tim Norveġiż kif ukoll fil-logħob tal-aħħar rawnd, speċjalment l-aħħar logħbiet. L-avvenimenti tradizzjonalment kienu mxandra bla ħlas fuq it-televiżjoni u ġibdu warajhom għadd kbir ta' telespettaturi. Peress li l-logħbiet ta' bejn pajjiżi oħra fl-aħħar rawnd jistgħu jaffettwaw il-logħbiet li n-Norveġja tista' tilgħab kif ukoll ir-riżultat globali, huma jgawdu wkoll minn tifsira speċjali fin-Norveġja. |
|
(10) |
Fin-Norveġja, hemm interess qawwi fil-klabbs lokali tal-futbol. It-Tazza Norveġiża tal-Futbol tal-Irġiel tradizzjonalment kienet imxandra bla ħlas fuq it-televiżjoni. L-għadd kbir ta’ telespettaturi li l-avveniment kellu s'issa jindika interess pubbliku sinifikanti f’dan l-avveniment, anki ma' udjenza li normalment ma ssegwix il-logħob tal-klabbs tal-futbol lokali. |
|
(11) |
Il-Kampjonati Ewropej u tad-Dinja tal-Handball tan-nisa (l-aħħar rawnd tat-turnej) huma avvenimenti tradizzjonalment imxandra bla ħlas fuq televiżjoni, b’għadd kbir ta’ telespettaturi. It-tim nazzjonali Norveġiż tal-handball tan-nisa kellu suċċess kbir għal perjodu twil, li wassal biex fin-Norveġja jkollu sinifikat b'mod globali anki għal udjenzi li normalment ma jsegwux dan l-isport. Il-logħob bejn il-pajjiżi l-oħra, fl-aħħar rawnds taż-żewġ avvenimenti jaffettwaw il-logħbiet li t-tim nazzjonali Norveġiż jista' jilgħab kif ukoll ir-riżultat tal-aħħar. |
|
(12) |
Il-Kampjonati tad-dinja Nordiċi tal-Iskijjar tal-FIS (il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Iskijjar) huma avveniment popolari fin-Norveġja. L-iskijjar fil-kampanja huwa marbut profondament mal-kultura Norveġiża, u jikkostitwixxi element importanti mill-wirt kulturali Norveġiż. L-avveniment għandu importanza kulturali distinta u rikonoxxuta globalment mill-popolazzjoni Norveġiża, u tradizzjonalment kien imxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni fejn kellu għadd kbir ta’ telespettaturi. L-għadd kbir ta’ telespettaturi attirati minn dan l-avveniment juri li l-avveniment u dak li joħroġ minnu għandhom tifsira globalment speċjali fin-Norveġja, u ma jinteressawx biss lil dawk li normalment isegwu l-isport. |
|
(13) |
Il-Kampjonati tad-dinja tal-Iskijjar fl-Alpi organizzati mill-FIS (il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Iskijjar) huma avveniment popolari fin-Norveġja. L-iskijjar fl-Alpi huwa marbut profondament mal-kultura Norveġiża, u jikkostitwixxi element importanti mill-wirt kulturali Norveġiż. Il-Kampjonati tal-Iskijjar fl-Alpi tal-FIS għalhekk jistgħu jitqiesu li għandhom importanza kulturali distinta, rikonoxxuta globalment mill-popolazzjoni Norveġiża. In-Norveġja kellha għadd ta' skijers tal-Alpi li rebħu u li influwenzaw bi kbir fil-pajjiż l-interess fid-dixxiplina. L-avveniment u dak li joħroġ minnu għalhekk għandhom tifsira globalment speċjali fin-Norveġja u mhux biss għal dawk li normalment isegwu l-isport. |
|
(14) |
It-Tazza tad-Dinja Nordika organizzata mill-FIS f'Holmenkollen hija avveniment annwali f'Holmenkollen, Oslo u tifforma parti mit-Tazza tad-Dinja Nordika tal-FIS. L-avveniment huwa wieħed mill-iktar avvenimenti sportivi annwali importanti fin-Norveġja, għandu tradizzjoni twila u jista' jitqies li għandu importanza kulturali distinta, rikonoxxuta globalment mill-popolazzjoni Norveġiża. L-avveniment tradizzjonalment kien ukoll mxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u ġibed warajh għadd kbir ta' telespettaturi. Minħabba s-sinifikat kulturali tal-avveniment, ir-riżultat tal-avveniment għandu tifsira globalment speċjali fin-Norveġja, anke għal udjenzi li s-soltu ma jsegwux din id-dixxiplina. |
|
(15) |
Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Biathlon huma avveniment xitwi importanti fin-Norveġja kif ukoll għandhom tifsira speċjali u huma ta' interess kbir għall-popolazzjoni, anki għal dawk li normalment ma jsegwux dawn id-dixxiplini, għax huma parti mill-identità kulturali Norveġiża u l-wirt tal-iskijjar. L-avveniment tradizzjonalment kien imxandar bla ħlas fuq it-televiżjoni u ġibed warajh għadd kbir ta' telespettaturi. |
|
(16) |
Il-miżuri Norveġiżi, minħabba r-raġuni prevalenti ta' interess pubbliku sabiex jiġi żgurat l-aċċess pubbliku wiesa' għax-xandiriet ta' avvenimenti ta' importanza kbira fis-soċjetà, jidhru proporzjonali sabiex tiġi ġġustifikata deroga mill-prinċipju fundamentali tal-liberta li jiġu pprovduti servizzi kif stipulat fl-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(17) |
Sakemm id-definizzjoni ta' xandara eliġibbli għax-xandir tal-avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi (il-kopertura meħtieġa) li jippermettu kompetizzjoni sabiex potenzjalment jinkisbu d-drittijiet tax-xandir ta' dawn l-avvenimenti, il-miżuri Norveġiżi huma wkoll kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Barra minn hekk, l-għadd ta' avvenimenti elenkati mhuwiex sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-swieq downstream tat-televiżjoni bla ħlas u tat-televiżjoni bi ħlas. |
|
(18) |
Il-proporzjonalità ġenerali tal-miżuri Norveġiżi hija ssostanzjata minn diversi fatturi. L-ewwel nett, l-introduzzjoni tal-livell limitu ta' 90 % fil-kopertura tal-popolazzjoni li hija potenzjalment meħtieġa għax-xandara eliġibbli żżid il-proporzjonalità tal-miżuri, għall-fatt li żżid in-numru ta' xandara li potenzjalment jistgħu jkunu eliġibbli. It-tieni, l-għadd ta’ avvenimenti inklużi fil-lista huwa proporzjonat. It-tielet, ġie introdott mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn ix-xandara rigward il-pagament ta’ kumpens ġust għad-drittijiet tax-xandir. Barra minn hekk, il-miżuri Norveġiżi jipprevedu l-arranġamenti xierqa f’sitwazzjonijiet meta l-avvenimenti elenkati jinxtraw minn xandara li mhumiex eleġibbli, sabiex tiġi żgurata sistema għall-għoti mill-ġdid ta' liċenzji għad-drittijiet esklussivi lix-xandara eliġibbli. Barra minn hekk, il-miżuri Norveġiżi jantiċipaw is-sitwazzjonijiet meta d-drittijiet għall-avvenimenti elenkati jinxtraw minn xandar li mhux eliġibbli, u ma ssir l-ebda talba minn xerrej eliġibbli, sabiex jiġi żgurat li x-xandar li mhux eliġibbli jkun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu. Fl-aħħar nett, id-dħul fis-seħħ tal-miżuri Norveġiżi se jiġi pospost għall-1 ta' Lulju 2014, sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm effetti negattivi fuq in-negozjati li jistgħu jkunu qegħdin iseħħu. |
|
(19) |
L-awtorità ikkomunikat lill-Istati tal-EFTA taż-ŻEE l-oħra l-miżuri nnotifikati min-Norveġja, u fittxet l-opinjoni tal-Kumitat ta' Kuntatt tal-EFTA li twaqqaf skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE. Il-Kumitat adotta opinjoni favorevoli. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-miżuri li għandhom jiġu adottati min-Norveġja skont l-Att imsemmi fil-punt 5p tal-Anness XI tal-Ftehim taż-ŻEE, id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva ("l-Att"), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu, innotifikati lill-Awtorità skont l-Artikolu 14(2) tal-Att fit-22 ta' April 2013 u li l-Awtorità rċeviet fit-23 ta' April 2013, huma kompatibbli mal-liġi taż-ŻEE.
Artikolu 2
In-Norveġja tikkomunika lill-Awtorità l-miżuri kif fl-aħħar mill-aħħar ġew adottati. L-Awtorità tippubblika dawn il-miżuri fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2010/13/UE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lin-Norveġja.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2013.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
Sabine MONAUNI-TÖMÖRDY
Membru tal-Kulleġġ
Xavier LEWIS
Direttur
ANNESS
Ir-Regolament dwar l-emendi għar-Regolament Nru 153 tat-28 ta’ Frar 1997 dwar ix-xandir u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva
Adottati permezz tad-Digriet Irjali tad-9 ta’ Awwissu 2013 skont it-Taqsima 2-8 tal-Att Nru 127 tal-4 ta’ Diċembru 1992 dwar ix-xandir u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Ippreżentat mill-Ministeru tal-Kultura.
I
Ir-Regolament Nru 153 tat-28 ta’ Frar 1997 dwar ix-xandir u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva huwa emendat kif ġej:
Id-dispożizzjonijiet attwali fit-Taqsimiet 5-1 u 5-2 huma b’dan revokati.
It-Taqsima l-Ġdida 5-1 tgħid hekk:
It-Taqsima 5-1, L-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà
Dawn l-avvenimenti għandhom jitqiesu bħala avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà:
|
a) |
Il-Logħob Olimpiku kollu tas-sajf u tax-xitwa organizzat mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) |
|
b) |
Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Futbol tal-Irġiel kollha, inkluż il-logħob ta’ kwalifika bil-parteċipazzjoni tan-Norveġja, organizzati mill-Fédération Internationale de Football Association (FIFA) |
|
c) |
Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol tal-Irġiel kollha, inkluż il-logħob ta’ kwalifika bil-parteċipazzjoni tan-Norveġja, organizzati mill-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol Ewropew (UEFA) |
|
d) |
Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Handball tan-Nisa kollha, organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Handball (IHF) |
|
e) |
Il-Kampjonati Ewropej tal-Handball tan-Nisa kollha, organizzati mill-Federazzjoni Ewropea tal-Handball (IHF) |
|
f) |
Il-Finali tat-Tazza tal-Futbol tal-Irġiel, organizzata mill-Federazzjoni Norveġiża tal-Futbol (NFF) |
|
g) |
Il-Kampjonati tad-dinja Nordiċi tal-Iskijjar kollha, organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Iskijjar (FIS); |
|
h) |
Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Iskijjar fl-Alpi kollha, organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Iskijjar (FIS) |
|
i) |
It-Tazza tad-Dinja Nordika organizzata mill-FIS f'Holmenkollen |
|
j) |
Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Biathlon kollha, organizzati mill-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon (IBU) |
It-Taqsima l-Ġdida 5-2 tgħid hekk:
It-Taqsima 5-2, L-istazzjonijiet tat-televiżjoni li porzjon sostanzjali ta' telespettaturi jirċievu bla ħlas
Stazzjon tat-televiżjoni jkun qed jasal bla ħlas għand porzjon sostanzjali ta' telespettaturi jekk l-istazzjon ikun jista' jinqabad minn tal-anqas 90 % tat-telespettaturi bla ebda spiża addizzjonali apparti mit-tariffa tal-liċenzja u/jew it-tariffa tal-pakkett bażiku.
It-Taqsima l-Ġdida 5-3 tgħid hekk:
It-Taqsima 5-3 Id-dispożizzjonijiet proċedurali u l-iffissar tal-prezz tas-suq
|
a) |
Stazzjon tat-televiżjoni li ma jissodisfax il-kudizzjonijiet fit-Taqsima 5-2, u li jkun kiseb id-dritt esklussiv sabiex ixandar avveniment elenkat fit-Taqsima 5-1, huwa obbligat joffri bil-miktub il-bejgħ mill-ġdid tad-dritt lil kwalunkwe kanal tat-televiżjoni li jissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 5-2, u li jitlob id-dritt li jxandar l-avveniment. |
|
b) |
Offerta taħt il-punt a) għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn xahar wara l-wasla ta' talba minn xi stazzjon tat-televiżjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet fit-Taqsima 5-2. |
|
c) |
Stazzjon tat-televiżjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet fit-Taqsima 5-2, u li jkun irċieva offerta skont il-punt a) irid fi żmien xahar wara li tasallu l-offerta jwieġeb jekk jaċċettax l-offerta jew le. |
|
d) |
Jekk il-partijiet ma jistgħux jilħqu ftehim dwar ir-remunerazzjoni għad-drittijiet tax-xandir ta' avveniment li jkun elenkat fit-Taqsima 5-1, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ mhux aktar tard minn sitt xhur qabel ma jseħħ l-avveniment, titlob li l-Awtorità tal-Midja tiffissa r-remunerazzjoni għad-drittijiet tal-avveniment. Ir-remunerazzjoni għad-drittijiet tax-xandir tiġi stabbilita skont il-prinċipji tas-suq. L-Awtorità tal-Midja toħroġ il-linji gwida dwar kemm għandha tkun ir-remunerazzjoni għall-bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet għall-avvenimenti elenkati fit-Taqsima 5-1 skont il-prinċipji tas-suq. |
|
e) |
Stazzjon tat-televiżjoni li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fit-Taqsima 5-2 jista' jeżerċita biss id-dritt esklussiv tiegħu għal avveniment li jkun elenkat fit-Taqsima 5-1, jekk skont il-punt a) ma tkun waslet l-ebda talba mill-inqas fi żmien l-għaxar xhur ta’ qabel ma jsir l-avveniment, jew l-ebda stazzjon tat-televiżjoni li jissodisfa l-kondizzjonijiet fit-Taqsima 5-2 ma jkun jixtieq jikseb id-drittijiet tax-xandir bil-prezz tas-suq. |
|
f) |
It-termini perentorji f’din id-dispożizzjoni ma japplikawx jekk id-dritt esklussiv għal xandira televiżiva ta’ avveniment elenkat fit-Taqsima 5-1 jinbiegħ mid-detentur tad-drittijiet lil kanal tat-televiżjoni anqas minn għaxar xhur qabel ma jseħħ l-avveniment elenkat fit-Taqsima 5-1. |
It-Taqsima l-Ġdida 5-4 tgħid hekk:
It-Taqsima 5-4, Il-kundizzjonijiet dwar ix-xandir parzjali jew diferit ta' avveniment
Stazzjon tat-televiżjoni li jkun kiseb avveniment ta’ importanza kbira għas-soċjetà skont it-Taqsima 5-3, jxandar direttament l-avveniment kollu.
L-istazzjon tat-televiżjoni jista' madankollu jxandar direttament partijiet mill-avveniment jew l-avveniment kollu jew jiddiferixxi partijiet jekk:
|
a) |
l-avveniment jseħħ billejl bejn 00:00 u s-06:00 GMT +1, |
|
b) |
l-avveniment ikun jikkonsisti f’għadd ta’ avvenimenti paralleli, jew |
|
c) |
fatturi oħra jindikaw li jkun fl-interess tal-pubbliku jekk jixxandru direttament partijiet mill-avveniment jew l-avveniment kollu jew jiġu diferiti partijiet. |
Id-dispożizzjoni attwali fit-Taqsima 5-3 isir it-Taqsima l-ġdida 5-5, u tgħid hekk:
it-Taqsima 5-5, Ir-rappurtar tal-akkwisti
Stazzjon tat-televiżjoni li jakkwista d-drittijiet esklussivi għall-avvenimenti kollha jew għal partijiet minnhom, li jkunu elenkati fit-Taqsima 5-1 jew fil-listi ta' avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjeta f’pajjiżi oħra taż-ŻEE li ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif ukoll ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali, jikkomunika minnufih dawn l-akkwisti lill-Awtorità Norveġiża tal-Midja.
Id-dispożizzjoni attwali fit-Taqsima 5-4 isir it-Taqsima l-ġdida 5-6.
It-Taqsima 10-2, l-ewwel paragrafu jgħid hekk:
Għal ksur tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 3 tal-Att jew tar-regoli previsti fil-Kapitolu 3, għajr dawk imsemmijin fit-Taqsima 10-1 ta’ dan ir-Regolament, għall-ksur tat-Taqsima 6-4 tal-Att, jew tat-Taqsimiet 1-4, 2-5, 2-6, 5-3, 5-4, 5-5 u 7-6 Nru 1 ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Norveġiża tal-Midja tista’ timponi multa abbażi ta’ valutazzjoni diskrezzjonali. L-istess japplika għall-ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja li tinkludi obbligi ddefiniti b’mod ċar, stipulati skont it-Taqsima 2-1, it-tieni paragrafu, tal-Att.
It-Taqsima 10-3, l-ewwel paragrafu jgħid hekk:
Għall-ksur tad-dispożizzjonijiet fit-Taqsima 2-1 l-ewwel u t-tielet paragrafu, fit-Taqsima 2-2 l-ewwel paragrafu, u tal-kundizzjonijiet adottati skont it-Taqsima 2-2 it-tieni paragrafu tal-Att, it-Taqsimiet tal-Att 2-4, 2-5 jew it-Taqsimiet 1-3, 1-7, 2-1, 2-2, 2-4, 7-1 it-tieni paragrafu, it-Taqsima 7-6 nru 2 u 4, it-Taqsimiet 7-7, 7-8, 7-9 it-tieni u t-tielet paragrafu, it-Taqsimiet 7-10 u 7-11 ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Norveġiża tal-Midja tista’ timponi multa skont ir-regoli li ġejjin:
II
Id-dħul fis-seħħ
Dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014.
Rettifika
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/56 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 543/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 165 tas-26 ta’ Ġunju 2012 )
F’paġna 15, premessa 2:
minflok:
|
“(2) |
Fit-18 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti …”, |
aqra:
|
“(2) |
Fit-18 ta’ Mejju 2012 u fl-1 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti …”. |
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/56 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/334/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 165 tas-26 ta’ Ġunju 2012 )
F’paġna 75, premessa 2:
minflok:
|
“(2) |
Fit-18 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti …”, |
aqra:
|
“(2) |
Fit-18 ta’ Mejju 2012 u fl-1 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti …”. |