|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.292.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1076/2013
tal-31 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità li jirrigwarda l-importazzjoni temporanja, l-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid ta’ strumenti mużikali portabbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Tieni Taqsima tal-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tal-Parti I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) tistabbilixxi r-regoli dwar “dikjarazzjonijiet doganali magħmula minn kwalunkwe att ieħor”. Skont l-Artikoli 230, 231 u 232 ta’ dan ir-Regolament, ċerti kategoriji ta’ oġġetti għandhom jitqiesu li ġew dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, għall-esportazzjoni jew għall-importazzjoni temporanja minn att li huwa kkunsidrat bħala dikjarazzjoni doganali fil-forom stabbiliti fl-Artikolu 233. |
|
(2) |
Madankollu, strumenti mużikali portabbli li huma temporanjament impurtati minn vjaġġaturi bl-intenzjoni li jużawhom bħala tagħmir professjonali għandhom jiġu ppreżentati lid-dwana u jiġu ddikjarati espliċitament għall-proċedura ta’ importazzjoni temporanja. |
|
(3) |
Inċidenti riċenti, li fihom artisti fis-settur tal-mużika kienu affettwati b’mod negattiv mill-applikazzjoni tar-regoli doganali fl-importazzjoni, indikaw li jeħtieġ li l-aċċess għall-proċedura ta’ importazzjoni temporanja jiġi ssimplifikat billi jkun permess li tali strumenti mużikali portabbli jiġu ddikjarati bi kwalunkwe att ieħor. Sabiex jiġi evitat li jinqalgħu problemi simili f’konnessjoni mal-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-ġdid, din is-simplifikazzjoni għandha tkopri wkoll strumenti mużikali portabbli li jkunu ddikjarati għall-esportazzjoni jew li jkunu ġew impurtati mill-ġdid u ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala oġġetti ritornati minn vjaġġaturi. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 230, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 231, jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 232, paragrafu 1, il-punt (d) li ġej huwa miżjud:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 569, jidħol il-paragrafu 1a li ġej: “1a. L-eżenzjoni totali mid-dazji ta’ importazzjoni tingħata għal strumenti mużikali portabbli impurtati temporanjament minn vjaġġatur kif definit fl-Artikolu 236(A) bl-intenzjoni li jintużaw bħala tagħmir professjonali.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1077/2013
tal-31 ta’ Ottubru 2013
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium NBIMCC 8270 Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253 bħala addittivi fl-għalf għall-ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactina Ltd.)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jistipula wkoll ir-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet sottomessa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium NBIMCC 8270, Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium NBIMCC 8270, Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253 bħala addittivi fl-għalf għall-ħnienes mhux miftuma, u li jridu jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Marzu 2013 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium NBIMCC 8270, Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità rrikonoxxiet li l-preparazzjoni għandha l-potenzjal li żżid il-piż tal-ġisem tal-ħnienes mhux miftuma. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2013; 11(4):3170.
ANNESS
|
In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4b1891 |
Lactina Ltd |
Enterococcus faecium NBIMCC 8270 Lactobacillus acidophilus NBIMCC 8242, Lactobacillus helveticus NBIMCC 8269, Lactobacillus delbrueckii ssp. lactis NBIMCC 8250, Lactobacillus delbrueckii ssp. bulgaricus NBIMCC 8244, u Streptococcus thermophilus NBIMCC 8253 |
|
Ħnienes mhux miftuma |
— |
5 × 109 |
— |
|
Il-21 ta’ Novembru 2023 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1078/2013
tal-31 ta’ Ottubru 2013
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
F’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE ġie awtorizzat l-aċidu fumariku mingħajr limitu ta’ żmien, bħala addittiv tal-għalf biex jintuża għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/678/KEE (3). Dak l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi ta’ annimali kollha, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Jannar 2013 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-aċidu fumariku ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u għandu l-potenzjal li jippreserva l-għalf. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-aċidu fumariku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu tal-aċidu fumariku għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-addittiv tal-għalf speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “preservattivi” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
L-addittiv speċifikat fl-Anness u l-għalf li jkun fih dak l-addittiv, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-21 ta’ Mejju 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel il-21 ta’ Novembru 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) It-tlieta u tletin Direttiva tal-Kummissjoni 80/678/KEE tal-4 ta’ Lulju 1980 li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 185, 18.7.1980, p. 48).
(4) The EFSA Journal 2013; 11(2):3102.
ANNESS
|
In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta’ analiżi |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: preservattivi |
||||||||||||||
|
1a297 |
Aċidu fumariku |
|
It-tjur u l-ħnieżer |
— |
— |
20 000 |
Għas-sigurtà: waqt it-trattament għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti. |
Il-21 ta’ Novembru 2023 |
||||||
|
Annimali żgħar magħlufin bi prodotti sostituti tal-ħalib |
— |
— |
10 000 (2) |
|||||||||||
|
Speċi ta’ annimali oħra |
— |
— |
— |
|||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives
(2) mg tal-aċidu fumariku għal kull kg ta’ sostitut tal-ħalib.
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1079/2013
tal-31 ta’ Ottubru 2013
li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jipprevedu għal bidliet sinifikanti fir-regoli u fil-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn ir-Regolamenti japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2006. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ għadd minn dawn ir-regoli u proċeduri b’effett immedjat minn dik id-data kienet tkun tippreżenta diffikultajiet prattiċi f’ċerti każijiet. |
|
(2) |
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi ċerti miżuri tranżitorji għal perjodu tranżitorju li jiġi fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2013, biex jippermettu tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli u l-proċeduri stipulati f’dawk it-tliet Regolamenti. It-tul taż-żmien tal-perjodu tranżitorju ġie stabbilit filwaqt li ġiet ikkunsidrata r-reviżjoni ta’ dan il-qafas regolatorju dwar l-iġjene previst f’dawk ir-Regolamenti. |
|
(3) |
Ir-Rapport tat-28 ta’ Lulju 2009 li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Iġjene (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 (4)“għandu l-għan li jippreżenta l-esperjenza miksuba, inklużi d-diffikultajiet li nqalgħu, fl-2006, fl-2007 u fl-2008 mill-implimentazzjoni tal-pakket dwar l-iġjene mill-atturi interessati kollha” (“ir-rapport”). |
|
(4) |
Ir-rapport jinkludi esperjenzi dwar il-miżuri tranżitorji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1162/2009. Ir-rapport jindika li d-diffikultajiet li ġew osservati kienu fir-rigward tal-provvista lokali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċertu ikel, li hemm bżonn ta’ aktar kjarifika tas-sitwazzjonijiet meta japplikaw ir-regoli dwar l-importazzjonijiet nazzjonali fin-nuqqas ta’ regoli armonizzati tal-Unjoni u li l-kriżi minħabba l-prodotti komposti impurtati kkonfermat il-bżonn li jkun hemm aktar kontroll ta’ dawn il-prodotti. |
|
(5) |
Dawk id-diffikultajiet jeħtieġu jiġu indirizzati permezz ta’ reviżjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004. Immedjatament wara l-pubblikazzjoni tar-rapport, tnediet valutazzjoni tal-impatt, li takkumpanja tali reviżjoni. Madanakollu, jinħtieġ iktar żmien sabiex il-valutazzjoni tal-impatt tiġi ffinalizzata qabel ma titnieda l-proċedura ordinarja għar-reviżjoni. |
|
(6) |
Barra minn dan, skont l-informazzjoni li rċieva l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u s-setturi rilevanti tan-negozju tal-ikel fl-Unjoni, ċerti miżuri tranżitorji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 għandhom jinżammu pendenti sakemm jitlesta l-proċess ta’ reviżjoni. |
|
(7) |
Għaldaqstant, id-dispożizzjoni għandha ssir għal perjodu tranżitorju ulterjuri li matulu ċerti miżuri tranżitorji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 għandhom ikomplu japplikaw. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu l-forniment dirett mill-produttur ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mit-tjur u l-lagomorfi maqtula fir-razzett lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti tal-imnut lokali li jfornu direttament lill-konsumatur aħħari bħala laħam frisk. Madankollu, jekk din id-dispożizzjoni tiġi limitata għall-laħam frisk qabel it-tmiem tal-eżerċizzju ta’ reviżjoni ta’ dak ir-Regolament, dan ikun ta’ piż addizzjonali għal produtturi żgħar. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 jipprevedi deroga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-forniment dirett ta’ dawn il-prodotti bażiċi taħt ċerti kundizzjonijiet, mingħajr ma tiġi limitata għal laħam frisk. Din l-esklużjoni għandha tinżamm matul il-perjodu tranżitorju addizzjonali previst f’dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxu ċerti regoli għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ikel li jinkludi prodotti li joriġinaw mill-pjanti u prodotti proċessati li joriġinaw mill-annimali (prodotti komposti). Ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 jipprevedi miżuri tranżitorji li jidderogaw minn uħud minn dawn ir-regoli għal ċerti prodotti komposti li għalihom il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni għadhom ma ġewx armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Dawn il-kundizzjonijiet ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (5) u mhumiex se jkunu armonizzati għal kollox qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Għal din ir-raġuni, sakemm l-armonizzazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun għadha pendenti, jeħtieġ li jiġu previsti derogi waqt il-perjodu tranżitorju addizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Fl-interessi taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 għandu jitħassar. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 għal perjodu tranżitorju mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016.
Artikolu 2
Forniment dirett ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mit-tjur u l-lagomorfi
B’deroga mill-Artikolu 1(3)(d) u bla ħsara għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-forniment dirett, mill-produttur, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mit-tjur u l-lagomorfi maqtula fir-razzett lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti tal-imnut lokali li jfornu b’mod dirett lill-konsumatur aħħari.
Artikolu 3
Kundizzjonijiet tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali
1. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma għandux japplika għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-ebda kundizzjoni armonizzata tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni ma ġiet stabbilita fil-livell tal-Unjoni.
L-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.
2. B’deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali, minbarra l-prodotti komposti imsemmijin fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 għandhom ikunu eżentati mill-obbligi previsti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
L-importazzjonijiet ta’ ikel bħal dan għandhom jikkonformaw mar-regoli armonizzati tal-Unjoni, fejn applikabbli, u mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri f’każijiet oħra.
Artikolu 4
Proċeduri fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali
Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 ma għandux japplika għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-ebda kundizzjoni armonizzata tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni ma ġiet stabbilita fil-livell tal-Unjoni, inklużi listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi u ta’ stabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru importazzjonijiet.
L-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tal-Istat Membru li jimporta.
Artikolu 5
Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1162/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikabilità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.
(4) COM(2009) 403 final.
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1080/2013
tal-31 ta’ Ottubru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
46,1 |
|
MA |
43,2 |
|
|
MK |
57,9 |
|
|
TR |
75,3 |
|
|
ZZ |
55,6 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
41,5 |
|
EG |
207,6 |
|
|
MK |
69,6 |
|
|
TR |
144,6 |
|
|
ZZ |
115,8 |
|
|
0709 93 10 |
AL |
50,7 |
|
TR |
165,9 |
|
|
ZZ |
108,3 |
|
|
0805 50 10 |
CL |
81,7 |
|
TR |
79,5 |
|
|
ZA |
54,1 |
|
|
ZZ |
71,8 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
224,6 |
|
TR |
171,4 |
|
|
ZZ |
198,0 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
138,2 |
|
NZ |
168,8 |
|
|
US |
146,4 |
|
|
ZA |
115,4 |
|
|
ZZ |
142,2 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
76,9 |
|
TR |
116,3 |
|
|
ZZ |
96,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1081/2013
tal-31 ta’ Ottubru 2013
li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Novembru 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda. |
|
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Novembru 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS I
Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2013
|
Kodiċi NM |
Isem tal-merkanzija |
Dazju għall-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 19 00 1001 11 00 |
QAMĦ durum ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
ex 1001 91 20 |
QAMĦ komuni, għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 99 00 |
QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ |
0,00 |
|
1002 10 00 1002 90 00 |
SEGALA |
0,00 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi |
0,00 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2) |
0,00 |
|
1007 10 90 1007 90 00 |
SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ |
0,00 |
(1) L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:
|
— |
3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez, |
|
— |
2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.
ANNESS II
Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I
17.10.2013-30.10.2013
|
(1) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:
|
(1) Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(2) Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
(3) Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).
DEĊIŻJONIJIET
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Ottubru 2013
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass
(notifikata bid-dokument C(2013) 7154)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/633/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(2) |
Twettqet valutazzjoni biex tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Minħabba l-istadju tal-proċess tar-reviżjoni għal din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li jittawal il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika li huwa jistabbilixxi. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Ottubru 2014. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2007/742/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti ‘pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Ottubru 2014”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14).
|
1.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Ottubru 2013
dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2013/634/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 kif determinati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (2) għandhom jiġu aġġustati skont il-kwantità:
|
|
(2) |
Id-dejta kif mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u kif tinsab fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011)3798, C(2008)7867, C(2009)3032, C(2009)9849 u C(2012)497 li jaċċettaw l-inklużjoni unilaterali ta’ gassijiet serra u attivitajiet addizzjonali mill-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Latvja u r-Renju Unit skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, u li jqisu wkoll l-esklużjoni ta’ installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi mill-UE ETS mill-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, Spanja, il-Kroazja, is-Slovenja u l-Italja skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE u li ġiet aġġustata mill-Kummissjoni b’fattur lineari ta’ 1,74 %, intużat fil-kalkolu tal-aġġustament fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet ta’ kull Stat Membru, kif rilevanti. |
|
(3) |
Il-kwantità rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għandha tiġi kkalkulata bħala d-differenza bejn l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2013/162/UE u l-aġġustamenti kif stipulati f’din id-Deċiżjoni. Jekk iċ-ċifra tal-aġġustament tkun negattiva, il-kwantità rilevanti għandha tiġi kkalkolata billi jiżdiedu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet kif stipulat fid-Deċiżjoni 2013/162/UE bl-aġġustamenti stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn kif jiġu determinati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, l-aġġustamenti tagħhom u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrappurtati għal kull sena, l-aġġustamenti tal-Istati Membri fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għandhom ukoll jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ikkalkulati b’dan il-mod għandhom japplikaw mill-ewwel sena li fiha r-rapportar tal-inventarji tal-gass serra li jsir bl-użu ta’ dawn il-valuri potenzjali ġodda tat-tisħin globali jsir obbligatorju skont l-Artikolu 7(6)b tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet aġġustati tal-Istati Membri u l-kwantità rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 2
Meta att adottat skont l-Artikolu 7(6)b tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jissottomettu inventarji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra determinati bl-użu tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC kif adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II għandhom japplikaw mill-ewwel sena li fiha dan ir-rappurtar dwar l-inventarji tal-gass serra jsir obbligatorju. L-Artikolu 1 ma għandux japplika meta japplika dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).
(3) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
ANNESS I
Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mit-tieni rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
|
Stat Membru |
Aġġustamenti fl-Allokazzjoni ta’ Emissjonijiet Annwali (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju) |
|||||||
|
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
|
Il-Belġju |
4 048 929 |
3 974 598 |
3 900 267 |
3 825 935 |
3 751 604 |
3 677 272 |
3 602 941 |
3 528 609 |
|
Il-Bulgarija |
1 750 024 |
1 717 896 |
1 685 769 |
1 653 641 |
1 621 514 |
1 589 387 |
1 557 259 |
1 525 132 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
3 000 270 |
2 945 190 |
2 890 110 |
2 835 031 |
2 779 951 |
2 724 871 |
2 669 791 |
2 614 711 |
|
Id-Danimarka |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Ġermanja |
23 249 263 |
22 822 446 |
22 395 629 |
21 968 812 |
21 541 996 |
21 115 178 |
20 688 361 |
20 261 544 |
|
L-Estonja |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Irlanda |
334 322 |
328 184 |
322 047 |
315 909 |
309 772 |
303 634 |
297 496 |
291 359 |
|
Il-Greċja |
2 057 904 |
2 020 124 |
1 982 344 |
1 944 565 |
1 906 785 |
1 869 006 |
1 831 226 |
1 793 446 |
|
Spanja |
7 980 597 |
7 834 086 |
7 687 576 |
7 541 066 |
7 394 555 |
7 248 046 |
7 101 536 |
6 955 025 |
|
Franza |
14 867 520 |
14 594 578 |
14 321 636 |
14 048 693 |
13 775 751 |
13 502 808 |
13 229 866 |
12 956 923 |
|
Il-Kroazja |
1 605 875 |
1 576 394 |
1 546 913 |
1 517 431 |
1 487 951 |
1 458 469 |
1 428 988 |
1 399 507 |
|
L-Italja |
9 607 019 |
9 430 650 |
9 254 282 |
9 077 913 |
8 901 544 |
8 725 175 |
8 548 807 |
8 372 440 |
|
Ċipru |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Latvja |
19 186 |
18 834 |
18 482 |
18 130 |
17 778 |
17 426 |
17 072 |
16 720 |
|
Il-Litwanja |
4 297 664 |
4 218 766 |
4 139 868 |
4 060 971 |
3 982 073 |
3 903 175 |
3 824 277 |
3 745 379 |
|
Il-Lussemburgu |
275 161 |
270 110 |
265 058 |
260 007 |
254 955 |
249 904 |
244 852 |
239 801 |
|
L-Ungerija |
413 285 |
405 698 |
398 111 |
390 524 |
382 936 |
375 349 |
367 762 |
360 175 |
|
Malta |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
2 176 364 |
2 136 410 |
2 096 456 |
2 056 502 |
2 016 548 |
1 976 592 |
1 936 638 |
1 896 684 |
|
L-Awstrija |
2 026 990 |
1 989 778 |
1 952 566 |
1 915 354 |
1 878 142 |
1 840 930 |
1 803 718 |
1 766 505 |
|
Il-Polonja |
11 073 941 |
10 870 642 |
10 667 343 |
10 464 045 |
10 260 746 |
10 057 447 |
9 854 148 |
9 650 850 |
|
Il-Portugall |
563 543 |
553 197 |
542 852 |
532 506 |
522 160 |
511 815 |
501 469 |
491 123 |
|
Ir-Rumanija |
7 501 529 |
7 363 813 |
7 226 098 |
7 088 383 |
6 950 667 |
6 812 952 |
6 675 237 |
6 537 521 |
|
Is-Slovenja |
–46 842 |
–45 983 |
–45 122 |
–44 262 |
–43 403 |
–42 543 |
–41 683 |
–40 822 |
|
Is-Slovakkja |
2 181 413 |
2 141 366 |
2 101 319 |
2 061 272 |
2 021 225 |
1 981 178 |
1 941 131 |
1 901 084 |
|
Il-Finlandja |
1 769 997 |
1 737 503 |
1 705 009 |
1 672 515 |
1 640 021 |
1 607 527 |
1 575 032 |
1 542 538 |
|
L-Isvezja |
1 703 979 |
1 672 697 |
1 641 415 |
1 610 133 |
1 578 851 |
1 547 568 |
1 516 286 |
1 485 004 |
|
Ir-Renju Unit |
238 691 |
234 309 |
229 926 |
225 545 |
221 163 |
216 781 |
212 398 |
208 017 |
ANNESS II
Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
|
Stat Membru |
Aġġustamenti fl-Allokazzjoni ta’ Emissjonijiet Annwali (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju) |
|||||||
|
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
|
Il-Belġju |
3 996 502 |
3 923 133 |
3 849 764 |
3 776 395 |
3 703 026 |
3 629 657 |
3 556 288 |
3 482 919 |
|
Il-Bulgarija |
1 728 601 |
1 696 867 |
1 665 133 |
1 633 398 |
1 601 664 |
1 569 930 |
1 538 196 |
1 506 462 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
2 978 152 |
2 923 478 |
2 868 804 |
2 814 130 |
2 759 457 |
2 704 783 |
2 650 109 |
2 595 435 |
|
Id-Danimarka |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Ġermanja |
23 197 461 |
22 771 595 |
22 345 729 |
21 919 863 |
21 493 997 |
21 068 131 |
20 642 265 |
20 216 399 |
|
L-Estonja |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Irlanda |
334 322 |
328 184 |
322 047 |
315 909 |
309 772 |
303 634 |
297 496 |
291 359 |
|
Il-Greċja |
2 048 785 |
2 011 173 |
1 973 560 |
1 935 948 |
1 898 336 |
1 860 724 |
1 823 111 |
1 785 499 |
|
Spanja |
7 987 731 |
7 841 090 |
7 694 448 |
7 547 807 |
7 401 166 |
7 254 525 |
7 107 884 |
6 961 243 |
|
Franza |
14 686 466 |
14 416 848 |
14 147 230 |
13 877 611 |
13 607 993 |
13 338 373 |
13 068 755 |
12 799 136 |
|
Il-Kroazja |
1 582 200 |
1 553 154 |
1 524 107 |
1 495 060 |
1 466 014 |
1 436 968 |
1 407 921 |
1 378 875 |
|
L-Italja |
9 607 222 |
9 430 849 |
9 254 477 |
9 078 104 |
8 901 732 |
8 725 359 |
8 548 988 |
8 372 615 |
|
Ċipru |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Latvja |
19 186 |
18 834 |
18 482 |
18 130 |
17 778 |
17 426 |
17 072 |
16 720 |
|
Il-Litwanja |
4 217 333 |
4 139 910 |
4 062 487 |
3 985 064 |
3 907 641 |
3 830 218 |
3 752 795 |
3 675 371 |
|
Il-Lussemburgu |
275 161 |
270 110 |
265 058 |
260 007 |
254 955 |
249 904 |
244 852 |
239 801 |
|
L-Ungerija |
397 287 |
389 994 |
382 700 |
375 407 |
368 113 |
360 820 |
353 526 |
346 233 |
|
Malta |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
2 138 730 |
2 099 466 |
2 060 203 |
2 020 939 |
1 981 676 |
1 942 413 |
1 903 149 |
1 863 886 |
|
L-Awstrija |
2 018 185 |
1 981 135 |
1 944 084 |
1 907 034 |
1 869 984 |
1 832 933 |
1 795 883 |
1 758 832 |
|
Il-Polonja |
10 936 568 |
10 735 791 |
10 535 014 |
10 334 238 |
10 133 461 |
9 932 684 |
9 731 907 |
9 531 130 |
|
Il-Portugall |
563 543 |
553 197 |
542 852 |
532 506 |
522 160 |
511 815 |
501 469 |
491 123 |
|
Ir-Rumanija |
7 450 508 |
7 313 730 |
7 176 951 |
7 040 172 |
6 903 394 |
6 766 615 |
6 629 836 |
6 493 057 |
|
Is-Slovenja |
–45 241 |
–44 411 |
–43 580 |
–42 749 |
–41 919 |
–41 089 |
–40 258 |
–39 427 |
|
Is-Slovakkja |
1 854 320 |
1 820 278 |
1 786 236 |
1 752 194 |
1 718 151 |
1 684 109 |
1 650 067 |
1 616 025 |
|
Il-Finlandja |
1 720 524 |
1 688 938 |
1 657 352 |
1 625 766 |
1 594 180 |
1 562 594 |
1 531 009 |
1 499 423 |
|
L-Isvezja |
1 701 355 |
1 670 121 |
1 638 887 |
1 607 653 |
1 576 419 |
1 545 185 |
1 513 951 |
1 482 717 |
|
Ir-Renju Unit |
238 830 |
234 446 |
230 061 |
225 676 |
221 292 |
216 908 |
212 523 |
208 138 |