ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.281.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 281

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
23 ta' Ottubru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2013 tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2013 tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/517/PESK tal-21 ta’ Ottubru 2013 dwar appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva

6

 

 

2013/518/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2013 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (notifikata bid-dokument C(2013) 6719)  ( 1 )

14

 

 

2013/519/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal tali importazzjonijiet (notifikata bid-dokument C(2013) 6721)  ( 1 )

20

 

 

2013/520/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2013 li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE (notifikata bid-dokument C(2013) 6828)  ( 1 )

27

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ( ĠU L 7, 10.1.2009 )

29

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008 sa 2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta' nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fondi ( ĠU L 167, 27.6.2008 )

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2013

tat-22 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Pfizer Ltd. ssottomettiet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta biex jinbidel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001 (2), (KE) Nru 1289/2004 (3), (KE) Nru 1455/2004 (4), (KE) Nru 1800/2004 (5), (KE) Nru 600/2005 (6), (UE) Nru 874/2010 (7), ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 (8), (UE) Nru 532/2011 (9) and (UE) Nru 900/2011 (10).

(2)

Ir-rikorrent isostni li, b’riżultat tad-deċiżjoni ta’ Pfizer Ltd. biex tagħmel id-Diviżjoni tas-Saħħa tal-Annimali tagħha kumpanija indipendenti bl-isem ta’ Zoetis Belgium SA u tittrasferixxi l-awtorizzazzjonijiet kollha għat-tqegħid fis-suq tal-koċċidjostati minn Pfizer Ltd. għal Zoetis Belgium SA, dan tal-aħħar jippossjedi d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi dekokinat, lasaloaċidu A tas-sodju, maduramiċina ammonju alfa, idroklorur tar-robenidina u salinomiċina.

(3)

Il-bidla proposta tat-termini tal-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni ġdida tal-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni.

(4)

Biex l-applikant jisfrutta d-drittijiet tiegħu għat-tqegħid fis-suq bl-isem Zoetis Belgium SA, hemm bżonn li jinbiddlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Billi l-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni li waqtu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2380/2001

Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1289/2004

Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1455/2004

Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1800/2004

Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 600/2005

Fit-tieni kolonna tal-Anness I, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

Artikolu 6

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 874/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 874/2010 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-titolu, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

(b)

fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

Artikolu 7

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 388/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-titolu, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

(b)

Fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

Artikolu 8

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 532/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-titolu, il-kliem “Alpharma Belgium BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

(b)

Fit-tieni kolonna tal-Anness I, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

Artikolu 9

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 900/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 900/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-titolu, il-kliem “Alpharma (Belgium) BVBA” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”;

(b)

Fit-tieni kolonna tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 900/2011, il-kliem “Pfizer Ltd” jinbidel bi “Zoetis Belgium SA”.

Artikolu 10

Miżuri tranżizzjonali

Il-ħażniet eżistenti li ġew manifatturati u ttikkettjati qabel it-12 ta' Novembru 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel it-12 ta' Novembru 2013 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001 tal-5 ta’ Diċembru 2001 dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ addittiv fl-għalf għall-annimali (ĠU L 321, 6.12.2001, p. 18).”

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004 tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Deccox® fl-oġġetti tal-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 15).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2004 tas-16 ta’ Awwissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Avatec 15 % fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 14).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 tal-15 ta’ Ottubru 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin tal-addittiv Cycostat 66G fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta’ koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 tat-18 ta’ April 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta’ coccidiostat bħala addittiv fl-oġġetti tal-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010 tal- 5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ lasaloaċidu A tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani li għandhom sa 16-il ġimgħa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 263, 6.10.2010, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-maduramiċina ammonju alfa bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (ĠU L 104, 20.4.2011, p. 3).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011 tal-31 ta’ Mejju 2011 lli jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tar-robenidina bħala addittiv fl-għalf tal-fniek għat-tgħammir u l-fniek għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma il-Belġju BVBA) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 u (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 146, 1.6.2011, p. 7).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċid A sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (Belgium) BVBA) (ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15).


23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1015/2013

tat-22 ta’ Ottubru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

40,0

MK

45,6

ZZ

42,8

0707 00 05

MK

62,5

TR

119,2

ZZ

90,9

0709 93 10

TR

147,7

ZZ

147,7

0805 50 10

AR

100,6

CL

90,0

IL

100,2

TR

84,1

ZA

102,7

ZZ

95,5

0806 10 10

BR

230,6

TR

163,0

ZZ

196,8

0808 10 80

CL

94,7

NZ

104,2

US

156,2

ZA

105,3

ZZ

115,1

0808 30 90

TR

120,5

ZZ

120,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/517/PESK

tal-21 ta’ Ottubru 2013

dwar appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jridu jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni.

(2)

L-Unjoni qed timplimenta attivament din l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari bir-rilaxx ta’ riżorsi finanzjarji b’appoġġ għal proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA).

(3)

Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tan-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi tat-trasport tagħhom (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, fost oħrajn, għall-promozzjoni tal-konklużjoni tal-Ftehimiet Komprensivi ta’ Salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali tal-IAEA u timpenja lill-Unjoni biex taħdem sabiex il-Ftehimiet Komprensivi ta’ Salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali jsiru l-istandard għas-sistema ta’ verifika tal-IAEA.

(4)

Fis-17 ta’ Mejju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/495/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA taħt il-Programm ta’ Sigurtà Nukleari tagħha u fil-kwadru tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa (2).

(5)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/574/PESK dwar sostenn għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (3).

(6)

Fit-12 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/418/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa (4).

(7)

Fl-14 ta’ April 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/314/PESK dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (5).

(8)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/585/PESK dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (6).

(9)

It-tisħiħ tal-kontroll ta’ sorsi radjuattivi ta’ attività għolja f’konformità mad-dikjarazzjoni tal-G-8 u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi, adottati fis-Summit ta’ Evian tal-2003, jibqa’ objettiv importanti għall-Unjoni, li ser jitwettaq permezz ta’ sensibilizzazzjoni f’pajjiżi terzi.

(10)

Fit-8 ta’ Lulju 2005, l-Istati Partijiet u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika qablu b’kunsens li jemendaw il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta’ Materjal Nukleari (CPPNM) bil-ħsieb li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha sabiex tinkludi materjal u faċilitajiet nukleari fl-użu u fil-ħżin domestiku paċifiku, kif ukoll fit-trasport, u sabiex l-Istati Partijiet jiġu obbligati li jimponu sanzjonijiet kriminali għall-ksur.

(11)

Fis-7 ta’ Lulju 2007, daħlet fis-seħħ il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari. Din teħtieġ li l-Istati Partijiet jippromulgaw leġislazzjoni li tikkriminalizza r-reati msemmija fil-Konvenzjoni.

(12)

L-IAEA ssegwi l-istess objettivi bħal dawk stabbiliti fil-Premessi 3 sa 11. Dan isir permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan għas-Sigurtà Nukleari tagħha li huwa ffinanzjat kompletament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji lill-Fond għas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA.

(13)

L-Unjoni tipparteċipa fil-proċess tas-Summit għas-Sigurtà Nukleari u ħadet l-impenn li tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha li jimmiraw li jsaħħu s-sigurtà nukleari u li jassistu lil pajjiżi terzi f’dak ir-rigward. L-Unjoni tilqa’ l-passi reċenti biex jissaħħaħ il-Programm tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari kif ukoll il-Konferenza Internazzjonali dwar is-Sigurtà Nukleari li ser tiġi ospitata mill-IAEA mill-1 sal-5 ta’ Lulju 2013. L-Unjoni timmira li żżomm is-sostenibbiltà u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Konġuniti u d-Deċiżjoni tal-Kunsill preċedenti b’appoġġ għall-Pjani tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari u ħadet l-impenn li tipprovdi aktar appoġġ bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-Pjan tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari 2014-2017. Ser titwettaq koordinazzjoni mill-qrib mal-Inizjattiva taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-Kimika, Bijoloġija, Radjoloġija u Nukleari tal-UE, kif ukoll ma’ inizjattivi u programmi oħrajn biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jissaħħu kemm jista’ jkun il-kosteffettività u t-tnaqqis kontinwu tar-riskji.

(14)

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi fdata f’idejn l-IAEA li, abbażi tal-ħila esperta stabbilita u rikonoxxuta b’mod estensiv fil-qasam tas-sigurtà nukleari, tista’ ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet rilevanti fil-pajjiżi fil-mira. Il-proġetti kif appoġġati mill-Unjoni jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji għall-Fond għas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA. Dawn il-kontribuzzjonijiet li ser jiġu pprovduti mill-Unjoni ser ikunu strumentali biex l-IAEA jkun jista’ jkollha rwol prinċipali fil-qasam tas-sigurtà nukleari permezz ta’ appoġġ għall-isforzi tal-pajjiżi biex jitwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sigurtà nukleari, kif rikonoxxut ukoll fil-qafas tal-proċess tas-Summit għas-Sigurtà Nukleari,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni immedjata u prattika ta’ ċerti elementi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari sabiex jitmexxew ’il quddiem l-objettivi li ġejjin:

(a)

li jinkiseb progress lejn l-universalizzazzjoni ta’ strumenti għan-nonproliferazzjoni internazzjonali u għas-sigurtà nukleari, inkluż il-Ftehimiet ta’ Salvagwardja Komprensivi tal-IAEA u l-Protokolli Addizzjonali;

(b)

li titjieb il-protezzjoni ta’ materjal u tagħmir sensittiv għall-proliferazzjoni u t-teknoloġija rilevanti, filwaqt li tingħata assistenza leġislattiva u regolatorja fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari;

(c)

li jissaħħaħ il-kxif ta’ traffikar illeċitu ta’ materjal nukleari u materjal ieħor radjuattiv u r-rispons għalih.

2.   Il-proġetti tal-IAEA, li jikkorrispondu għal miżuri tal-Istrateġija, għandhom l-għan li:

jiżguraw is-sostenibbiltà u l-effettività ta’ appoġġ mogħti permezz ta’ Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti;

isaħħu l-Infrastruttura Indiġena tal-Istati għall-Appoġġ tas-Sigurtà Nukleari;

isaħħu l-Qafas Leġislattiv u Regolatorju tal-Istati;

isaħħu s-Sistemi għas-Sigurtà Nukleari u l-Miżuri għal Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor;

isaħħu l-Infrastruttura Istituzzjonali tal-Istati u l-Kapaċitajiet tal-Istati li Jittrattaw Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-Kontroll Regolatorju;

jissapportjaw il-kuxjenza dwar u isaħħu r-rispons tal-Istati u r-Reżistenza tagħhom għaċ-Ċiberkriminalità u l-Mitigazzjoni tal-Impatt tagħha fuq is-Sigurtà Nazzjonali u Nukleari.

li tiġi żviluppata kapaċità addizzjonali fil-laboratorji biex jingħata appoġġ għall-evalwazzjoni tat-teknoloġiji industrijali ta’ kontroll u fil-livell tas-sistema elettronika użati għall-identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet għal ċiberkriminalità relatata man-nukleari, u tisfrutta u żżid l-għarfien ta’ tali kwistjonijiet, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fi skambji reġjonali u l-użu ta’ miżuri kompensatorji jew ta’ rimedju.

L-għażla tal-Istati benefiċjarji u tal-proġetti għandha ssir mill-Kunsill abbażi ta’ evalwazzjoni komprensiva mill-IAEA tal-ħtiġijiet u diversi konsiderazzjonijiet oħrajn bil-għan li jiġi żgurat l-ikbar impatt possibbli tal-azzjoni.

Fl-Anness tinstab deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-‘RGħ’) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jitwettqu mill-IAEA bħala l-Entità ta’ Implimentazzjoni. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-IAEA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 8 050 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun ġestit f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni adatta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-IAEA. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-IAEA għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod adatt skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-IAEA. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-IAEA, jew wara 12-il xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta’ finanzjament qabel dik id-data.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 302, 20.11 2003, p. 34.

(2)   ĠU L 182, 19.5.2004, p. 46.

(3)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 44.

(4)   ĠU L 165, 17.6.2006, p. 20.

(5)   ĠU L 107, 17.4.2008, p. 62 rettifikata bil-ĠU L 212, 7.8.2008, p. 6.

(6)   ĠU L 259, 1.10.2010, p. 10.


ANNESS

Appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva

Eliġibbiltà u għażla tal-Istati benefiċjarji

L-Istati eliġibbli li jirċievu appoġġ skont din id-Deċiżjoni jinkludu l-Istati Membri kollha tal-IAEA, u pajjiżi oħrajn li jeħtieġu appoġġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari, soġġett għal deċiżjoni sussegwenti mill-Unjoni, abbażi ta’ proposta mill-IAEA, għal azzjoni prijoritarja.

L-għażla tal-Istati li jirċievu u l-proġetti li għandhom jiġu implimentati fih ser isiru abbażi ta’ evalwazzjoni komprensiva mill-IAEA tal-ħtiġijiet u konsiderazzjonijiet pertinenti oħrajn (Fażi ta’ evalwazzjoni u tħejjija tad-deċiżjoni), mill-korpi rilevanti tal-Kunsill tal-UE, bil-għan li jiġi żgurat l-akbar impatt possibbli tal-azzjoni. Ser titwettaq koordinazzjoni mill-qrib mal-Inizjattiva EU CBRN dwar iċ-Ċentri ta’ Eċċellenza, kif ukoll ser jitwettqu inizjattivi u programmi oħrajn biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jissaħħu kemm jista’ jkun il-kosteffettività u t-tnaqqis kontinwu tar-riskji. L-użu ta’ fondi għal attivitajiet speċifiċi ser ikun konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni u soġġett għal konsultazzjoni regolari minn qabel.

Il-proġetti ser jiġu implimentati fl-Istati li jirċievu u jistgħu jinkludu attivitajiet fis-seba’ oqsma li ġejjin:

1.

Sostenibbiltà u Effettività tal-Appoġġ mogħti permezz ta’ Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti;

2.

Tisħiħ tal-Infrastruttura Indiġena tal-Istati għall-Appoġġ tas-Sigurtà Nukleari;

3.

Tisħiħ tal-Oqsfa Leġislattivi u Regolatorji tal-Istati;

4.

Tisħiħ tas-Sistemi għas-Sigurtà Nukleari u l-Miżuri għal Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor;

5.

Tisħiħ tal-Infrastruttura Istituzzjonali tal-Istati u l-Kapaċitajiet tal-Istati li Jittrattaw Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-Kontroll Regolatorju;

6.

Is-sostenn tal-kuxjenza dwar u t-tisħiħ tar-rispons tal-Istati u r-reżistenza tagħhom għall-impatt taċ-Ċiberkriminalità fuq is-Sigurtà Nazzjonali u Nukleari;

7.

Kapaċità tal-laboratorju għall-indirizz ta’ ċiberkriminalità relatata man-nukleari.

I.   FAŻI TA’ EVALWAZZJONI U TĦEJJIJA TAD-DEĊIŻJONIJIET

Għan

Evalwazzjoni, imwettqa mill-IAEA, tal-ħtiġijiet tal-Istat li jirċievi biex tissaħħaħ is-sigurtà nukleari fil-pajjiżi kkonċernati bl-użu tal-metodoloġija u l-kriterji żviluppati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/585/PESK. Tali evalwazzjoni ser tkopri kriterji rilevanti tas-seba’ oqsma kollha msemmija hawn fuq.

Li jintużaw ir-riżultati ta’ evalwazzjoni ġenerali u konsiderazzjonijiet pertinenti oħrajn bħala bazi għall-għażla tal-Istati fejn ser jiġu implimentati l-proġetti.

Riżultati

Għoti ta’ deskrizzjoni ġenerali tar-riżultati tal-evalwazzjoni għall-appoġġ għas-sigurtà nukleari fi Stati li jirċievu, kemm fil-livell tal-Istat kif ukoll fil-faċilitajiet, is-siti u t-trasporti individwali jew applikazzjonijiet oħrajn li fihom jintuża jew jiġi maħżun materjal nukleari u radjuattiv, inkluż l-infrastruttura li tittratta materjal li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju.

Għas-seba’ oqsma kollha msemmija hawn fuq, ser jiġu identifikati l-Istati li jirċievu u l-proġetti u ser tiġi pprovduta lista ta’ Stati proposti li jirċievu u riċevitorji fuq il-lista ta’ riżerva (tat-tieni prijorità) li għandhom jirċievu appoġġ taħt din id-Deċiżjoni.

L-IAEA ser twettaq parti minn din il-ħidma abbażi ta’ kofinanzjament, billi tikkontribwixxi madwar 1 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-proġett. Din il-ħidma ser titwettaq abbażi tal-ħila esperta tal-IAEA rigward dan is-suġġett.

II.   FAŻI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROĠETTI LI JINGĦATAW PRIJORITÀ

Qasam 1:   Sostenibbiltà u Effettività tal-Appoġġ mogħti permezz ta’ Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti

Objettiv Strateġiku

Li jinżammu s-sostenibbiltà u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Konġuniti u d-Deċiżjoni tal-Kunsill preċedenti abbażi tal-Pjani tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari li ġew imfasslin biex:

Isir kontribut għall-isforzi globali biex tinkiseb sigurtà effettiva fid-dinja kollha, kull fejn ikun qiegħed jintuża, jiġi maħżun u/jew jiġi trasportat materjal nukleari jew materjal ieħor radjuattiv, u ta’ faċilitajiet assoċjati billi, fuq talba, l-Istati jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu u jżommu sigurtà nukleari effettiva permezz ta’ assistenza fil-bini ta’ kapaċitajiet, l-għoti ta’ gwida, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, is-sostenibbiltà u t-tnaqqis tar-riskji.

Tingħata assistenza għall-adeżjoni għal u l-implimentazzjoni tal-istrumenti legali internazzjonali relatati mas-sigurtà nukleari, u biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni internazzjonali tal-assistenza mogħtija permezz ta’ programmi bilaterali u inizjattivi internazzjonali oħrajn b’mod li jikkontribwixxi wkoll għall-possibbiltà li jsir użu sikur, bla periklu u paċifiku tal-enerġija nukleari u ta’ dawk l-applikazzjonijiet b’sustanzi radjuattivi.

Jiġu identifikati l-Istati benefiċjarji billi jinġabru flimkien ir-riżultati tal-missjonijiet ta’ evalwazzjoni u l-informazzjoni eżistenti tal-IAEA u permezz ta’ diskussjonijiet bejn l-Istat u l-IAEA.

Għan

Li tiġi żgurata s-sostenibbiltà, l-effettività kontinwa u l-impatt previst skont Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti inkluż permezz ta’ sistemi tekniċi, kapaċità umana u attivitajiet ta’ konsolidazzjoni jew ripatrijazzjoni.

Li jittieħed kemm jista’ jkun vantaġġ mill-benefiċċji minn appoġġ internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u l-attivitajiet għall-għoti ta’ riżorsi umani, appoġġ tekniku u xjentifiku ta’ kwalità permezz tal-użu effiċjenti tar-riżorsi.

Riżultati

Li jiġu evalwati s-sostenibbiltà, l-effettività u l-impatt tal-kompiti li ġew implimentati permezz ta’ Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti.

Li tiġi żviluppata u pprovduta sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità inkluż l-ittestjar u l-implimentazzjoni pilota tagħha għal Stati li jkunu rċevew appoġġ rigward is-sigurtà nukleari.

Li tiġi identifikata assistenza ulterjuri li tkun meħtieġa biex tinżamm jew tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-titjib tas-sigurtà nukleari li kien maħsub.

Li jingħata appoġġ għas-sostenn ta’ tagħmir li jaħdem u persunal kompetenti, permezz ta’ aktar assistenza biex il-kapaċità indiġena tiġi istituzzjonalizzata għall-manutenzjoni ta’ tagħmir, it-tiswija ta’ tagħmir li ma jaħdimx sew jew is-sostituzzjoni ta’ komponenti bil-ħsara, kif ukoll li jiġi żgurat kemm jista’ jkun l-involviment tal-Istati fl-isforzi reġjonali tal-bini ta’ kapaċità.

Li jingħata aċċess affidabbli għal persunal kompetenti permezz tal-għoti ta’ taħriġ u edukazzjoni.

Qasam 2:   Tisħiħ tal-Infrastruttura Indiġena tal-Istati għall-Appoġġ tas-Sigurtà Nukleari

Objettiv Strateġiku

Il-programmi tal-IAEA jassistu lill-Istati biex jintegraw bosta attivitajiet li jiżguraw is-sostenibbiltà tat-titjib tas-sigurtà nukleari. L-iżvilupp tar-riżorsi umani li jkopri kemm it-taħriġ kif ukoll programmi edukattivi akkademiċi jiġi pprovdut biex jiġu indirizzati firxa ta’ responsabbiltajiet nazzjonali u reġjonali. L-IAEA tipprovdi wkoll appoġġ għal Stati li jixtiequ jiżviluppaw Ċentri ta’ Appoġġ għas-Sigurtà Nukleari (NSSC) maħsuba biex jiffaċilitaw l-iżvilupp tar-riżorsi umani u biex jipprovdu servizzi ta’ appoġġ tekniku bħal tagħmir u manutenzjoni fil-livell nazzjonali u f’dak reġjonali.

Għan

Li jiġi żviluppat u eżaminat, f’kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet Statali adatti u inizjattivi oħrajn tal-UE, Pjan ta’ Appoġġ Integrat għas-Sigurtà Nukleari (INSSP), u li jitwettqu Missjonijiet Konsultattivi bħala bażi għat-tisħiħ tas-sigurtà nukleari fl-Istat.

Li tingħata assistenza lill-Istati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ appoġġ tekniku u xjentifiku indiġenu, u l-iżvilupp tar-riżorsi umani li hu meħtieġ għal sigurtà nukleari effettiva u sostenibbli.

Riżultati

Li jiġu żviluppati jew eżaminati l-INSSPs nazzjonali mfasslin skont il-ħtiġijiet komprensivi speċifiċi tal-Istat u li jiġu identifikati s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tas-sigurtà fl-Istat.

Li ssir koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-istabbiliment ta’ NSSC nazzjonali maċ-Ċentri ta’ Eċċellenza attwali u futuri tal-EU CBRN u attivitajiet rilevanti oħrajn fir-reġjuni adatti.

Li jingħataw tagħmir u servizzi ta’ esperti biex jiġi appoġġat l-istabbiliment ta’ NSSCs nazzjonali, titrawwem kultura ta’ sigurtà nukleari adatta u jiġi ffaċilitat l-użu ta’ lezzjonijiet miksuba u l-aħjar prattiki għal titjib kontinwu u applikazzjoni fir-rigward tal-perspettiva usa’ tas-CBRN.

Qasam 3:   Tisħiħ tal-Qafas Leġislattiv u Regolatorju tal-Istati

Objettiv Strateġiku

L-IAEA qed tipprovdi sett komprensiv ta’ rakkomandazzjonijiet u gwida rigward is-sigurtà nukleari b’appoġġ għall-qafas globali għas-sigurtà nukleari. Permezz tal-użu ta’ din il-gwida, l-IAEA, fuq talba mill-Istati, twettaq diversi Missjonijiet Konsultattivi esperti lill-Istati li jipprovdu assistenza leġislattiva speċifika għat-tisħiħ tal-oqfsa legali u regolatorji nazzjonali u tiffaċilita r-rispett għall-istrumenti legali internazzjonali li huma rilevanti għas-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni tagħhom.

Għan

Li jissaħħu l-oqsfa leġislattivi u regolatorji nazzjonali, kif ukoll il-kapaċità tal-Istati li jiżviluppaw skambji tal-aħjar prattiki fuq livell reġjonali, kif japplikaw għal kwalunkwe awtorità involuta fis-sigurtà ta’ materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor jew taħt il-kontroll regolatorju jew inkella barra mill-kontroll regolatorju.

Li l-Istati jingħataw mezzi kosteffettivi li jassistuhom biex jissodisfaw obbligi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, il-promulgazzjoni ta’ strumenti legali vinkolanti u internazzjonali, inkluż Ftehimiet ta’ Salvagwardja u Protokolli Addizzjonali, u impenn fir-rigward tal-istrumenti legali nonvinkolanti.

Riżultati

Li jiġi ġġenerat numru ikbar ta’ Stati li taw bidu għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni komprensiva u koerenti fil-livell nazzjonali, li tkopri sigurtà nukleari, salvagwardji, sikurezza, u responsabbiltà għal dannu nukleari, inkluż dawk abbażi ta’ sinerġiji mal-azzjonijiet implimentati mill-Unjoni permezz ta’ strumenti oħrajn bħall-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Istrument ta’ Qabel l-Adeżjoni, u li tiġi inkoraġġuta l-inklużjoni tas-sigurtà nukleari bħala konsiderazzjoni prinċipali għall-Istati li jesprimu interess fit-tnedija ta’ programm ta’ enerġija nukleari.

Li tingħata konsulenza minn persuni esperti permezz tal-forniment ta’ servizzi ta’ valutazzjoni mill-IAEA, eż. is-Servizz Internazzjonali għas-Sigurtà Nukleari (INSServ), is-Servizz Internazzjonali ta’ Konsulenza rigward il-Protezzjoni Fiżika (IPPAS), il-Missjoni għall-Analiżi Integrata tal-Infrastruttura Nukleari (INIR), is-Servizz għall-Analiżi Integrata tar-Regolamentazzjoni (IRRS), Is-Servizz Internazzjonali ta’ Konsulenza rigward l-SSAC (ISSAS) u servizzi konsultattivi oħrajn kif ukoll it-tagħmir u t-taħriġ indikat mir-riżultati ddokumentati.

Li jiżdied in-numru ta’ Stati li jaderixxu mas-CPPNM u l-Emenda tagħha u/jew li jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jimplimentaw l-istrumenti legali internazzjonali li jappoġġaw il-qafas tas-sigurtà nukleari.

Li tissaħħaħ l-infrastruttura regolatorja nazzjonali għas-sikurezza tar-radjazzjoni u s-sigurtà ta’ materjal radjuattiv f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà ta’ Sorsi Radjuattivi u l-Gwida dwar l-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Sorsi Radjuattivi.

Li jissaħħu l-oqfsa leġislattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet ta’ Salvagwardja u Protokolli Addizzjonali konklużi bejn l-Istati u l-IAEAA, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ Sistema tal-Istat għall-Kontabbilità u l-Kontroll tal-Materjal Nukelari (SSAC) komprensiva.

Qasam 4:   Tisħiħ tas-Sistemi għas-Sigurtà Nukleari u l-Miżuri għal Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor

Objettiv Strateġiku

L-IAEA ser tkompli tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà nukleari globali u nazzjonali permezz ta’ attivitajiet li jappoġġaw, fuq talba, lill-Istati fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu r-riskju li materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li jkun qiegħed jintuża, ikun maħżun u/jew ikun qed jiġi ttrasportat jista’ jintuża f’atti malintenzjonati. Jeħtieġ li s-sistemi nazzjonali għas-sigurtà nukleari jiġu appoġġati permezz tal-istabbiliment ta’ ċentri ta’ appoġġ nazzjonali għas-sigurtà nukleari biex jipprovdu bażi ta’ riżorsi, jiffaċilitaw it-taħriġ nazzjonali b’mod sistematiku u jipprovdu appoġġ tekniku speċifiku meħtieġ għall-użu effettiv u l-manutenzjoni ta’ strumenti ta’ kxif u sistemi tekniċi oħra għas-sigurtà nukleari.

Għan

Li tissaħħaħ l-ewwel linja tad-difiża tal-Istat fl-għamla ta’ sigurtà għal materjal nukleari u materjal radjoloġiku ieħor, u l-faċilitajiet u s-sistemi tat-trasport assoċjati magħhom.

Li jinstabu u jiġu identifikati sorsi radjuattivi f’ċirkostanzi li jindikaw il-ħtieġa ta’ kondizzjonament tas-sorsi u t-trasport tagħhom lejn post ta’ ħżin sikur u bla periklu fil-pajjiżi magħżula, inkluża r-ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż tal-oriġini jew tal-forniment.

Li jissaħħu s-sistemi tekniċi u amministrattivi implimentati għall-kontabbiltà u l-kontroll ta’ materjali nukleari, inkluż it-tisħiħ tal-SSACs eżistenti, stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali, inkluż fi Stati bi programmi nukleari limitati, u tnaqqis tal-obbligi ta’ rappurtar skont l-hekk imsejħa “protokolli għal kwantitajiet żgħar” għall-ftehimiet ta’ salvagwardja tagħhom.

Li jissaħħu, jew, fejn applikabbli, jiġu stabbiliti reġistri nazzjonali ta’ sustanzi, materjal u sorsi radjuattivi fl-Istati magħżula.

Riżultati

Li jiġu implimentati miżuri fir-rigward tal-protezzjoni fiżika ta’ materjal nukleari f’faċilitajiet u siti nukleari magħżula u ta’ sorsi radjuattivi f’applikazzjonijiet mhux nukleari (eż. l-użu mediku jew industrijali, jew l-iskart radjuattiv), inkluż permezz tat-tisħiħ tal-iskambji reġjonali tal-aħjar prattiki, fejn adatt.

Li jitnaqqas ir-riskju minn sorsi radjuattivi f’ċirkostanzi vulnerabbli permezz ta’ protezzjoni fiżika aktar effettiva jew, kif adatt, iż-żarmar u t-trasport għal postijiet ta’ ħżin sikur u bla periklu fi Stat jew fi Stati oħrajn magħżula.

Li jitnaqqas in-numru ta’ sorsi radjuattivi f’ċirkostanzi mhux ikkontrollati u mhux protetti permezz tal-appoġġ minn kampanji nazzjonali ta’ tfittix u sigurtà fi Stati magħżula.

Li jiġi stabbilit u ssir manutenzjoni ta’ sistemi tekniċi u amministrattivi effettivi għall-kontabbiltà u l-kontroll tas-sigurtà tal-materjal nukleari, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ SSACs ġodda u/jew permezz tat-tisħiħ ta’ dawk eżistenti, li huma kapaċi jimplimentaw il-Ftehimiet ta’ Salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali, inkluż fi Stati bi “protokolli għal kwantitajiet żgħar”.

Li jingħata taħriġ lil persunal fi Stati li huma eliġibbli biex jirċievu appoġġ, biex tiżdied il-probabbiltà ta’ implimentazzjoni u sostenn ta’ sistema effettiva ta’ protezzjoni fiżika.

Qasam 5:   Tisħiħ tal-Infrastrutturi Istituzzjonali tal-Istati u l-Kapaċitajiet tal-Istati li Jittrattaw Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-Kontroll Regolatorju

Objettiv Strateġiku

Li jingħata appoġġ kontinwu tal-IAEA lill-Istati għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali ta’ sigurtà nukleari għall-protezzjoni ta’ persuni, proprjetà u l-ambjent minn avvenimenti ta’ sigurtà nukleari li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju. Li jingħata appoġġ għall-kxif ta’ materjal ta’ dan it-tip u bħala rispons għal avvenimenti ta’ dan it-tip huma rwoli importanti għall-IAEA filwaqt li tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ kapaċitajiet nazzjonali għal kontroll effettiv tal-fruntieri u għall-protezzjoni mir-riskju ta’ atti malintenzjonati f’avvenimenti pubbliċi prinċipali u r-rispons għalihom.

Għan

Li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati għall-prevenzjoni, il-kxif, ir-rispons u l-protezzjoni ta’ persuni, proprjetà, l-ambjent u s-soċjetà minn atti mhux awtorizzati kriminali jew intenzjonali li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt kontroll regolatorju, inkluż permezz ta’ sforzi reġjonali għall-bini ta’ kapaċitajiet, fejn dawn ikunu disponibbli.

Riżultati

Li tiġi implimentata l-infrastruttura istituzzjonali għall-ġestjoni ta’ materjal li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju.

Li tiġi żviluppata u implimentata struttura nazzjonali għall-kxif relatat mas-sigurtà nukleari.

Li tiġi stabbilita kapaċità effettiva, indiġena, għall-ġestjoni tal-post tar-reat radjoloġiku u li tiġi identifikata opzjoni tal-forensika nukleari li tkun effiċjenti u kosteffettiva (fejn fattibbli, is-sejbiet għandhom ikunu disponibbli għal pajjiżi oħrajn tar-reġjun rispettiv).

Qasam 6:   Sostenn għall-kuxjenza dwar u tisħiħ tar-Rispons tal-Istati u r-Reżistenza tagħhom għall-impatt taċ-Ċiberkriminalità fuq is-Sigurtà Nukleari Nazzjonali

Objettiv Strateġiku

L-IAEA għandha l-għan li tipprovdi lill-Istati bir-riżorsi u l-ħila esperta esterna li jeħtieġu biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi kompjuterizzati għas-sigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà nukleari globali. L-appoġġ jiġi ffukat fuq il-prevenzjoni ta’ atti bil-kompjuter li jistgħu jwasslu, direttament jew indirettament, għat-tneħħija mhux awtorizzata ta’ materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor, is-sabotaġġ ta’ materjal nukleari jew materjal radjuattiv jew ta’ faċilitajiet assoċjati u s-serq ta’ informazzjoni sensittiva ta’ natura nukleari.

Għan

Li jiġi żgurat li l-Istati jkollhom disponibbli l-appoġġ tekniku u l-kapaċità ta’ riżorsi umani meħtieġa għat-tisħiħ tal-programmi nazzjonali għaċ-ċibersigurtà kontra t-theddid emerġenti li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà nukleari nazzjonali, bl-użu ta’ teknoloġiji stabbiliti għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità, kxif u rkupru minn attakki ċibernetiċi.

Li jissaħħu s-sistemi tekniċi u amministrattivi għal protezzjoni minn attivitajiet ċibernetiċi kriminali kontra miri fl-infrastruttura kritika li jinkludu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor, u l-faċilitajiet u l-attivitajiet tat-trasport assoċjati magħhom.

Li jiġu żviluppati netwerks nazzjonali li jippromwovu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-assistenza fir-rispons għal kwistjonijiet transkonfinali relatati maċ-ċibersigurtà.

Riżultati

Li tiġi stabbilita sistema nazzjonali effettiva ta’ netwerks tekniċi u amministrattivi għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ attakki ċibernetiċi u r-rispons għalihom.

Li titjieb is-sistema reġjonali u internazzjonali ta’ informazzjoni biex tiġi kondiviża informazzjoni dwar attivitajiet ċiberkriminali fir-rigward ta’ theddid attwali u emerġenti.

Li titjieb il-kollaborazzjoni bejn l-Istati għall-arrest u l-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ avvenimenti ċiberkriminali.

Li jiġu installati strumenti għat-tnaqqis tal-“ispiża li tirriżulta” mill-ċiberkriminalità fl-Istati f’termini ta’ spejjeż diretti u indiretti minħabba kompromessi, spjejjeż ta’ rispons u spejjeż ta’ irkupru relatati mal-proprjetà intellettwali.

Li jissaħħu s-sistemi nazzjonali għas-sigurtà nukleari permezz tat-tnaqqis fl-attivitajiet taċ-ċiberkriminalità u t-theddid minnha.

Li titjieb is-sħubija mas-sħab industrijali u bejniethom fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji u servizzi li jipprovdu livell ogħla ta’ difiża u reżistenza kontra ċ-ċiberkriminalità.

Taqsima 7:   Kapaċità tal-laboratorju għall-indirizz ta’ ċiberkriminalità relatata man-nukleari

Għan

Li tiġi żviluppata kapaċità addizzjonali fil-laboratorji biex jingħata appoġġ għall-evalwazzjoni tat-teknoloġiji industrijali ta’ kontroll u fil-livell tas-sistema elettronika użati għall-identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet għal ċiberkriminalità relatata man-nukleari, u tisfrutta u żżid l-għarfien ta’ tali kwistjonijiet, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fi skambji reġjonali u l-użu ta’ miżuri kompensatorji jew ta’ rimedju.

Riżultat

Li tiġi żviluppata kapaċità fil-laboratorji għall-evalwazzjoni tal-kontroll industrijali u t-teknoloġiji fil-livell tas-sistema elettronika għal vulnerabbiltajiet fir-rigward taċ-ċiberkriminalità għal finijiet edukattivi u ta’ taħriġ.


23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/14


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ottubru 2013

li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi

(notifikata bid-dokument C(2013) 6719)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/518/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jrid ikun hemm konformità magħhom sabiex il-klieb, il-qtates u l-inmsa jkunu oġġett ta’ kummerċ fl-Unjoni. Dan jistipula, inter alia, li dawn l-annimali għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (2).

(2)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula inter alia li dawn l-annimali jridu jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni fil-format ta’ passaport skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-mudell għal dak il-passaport huwa stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 ta’ 28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti ta’ identifikazzjoni mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, it-twaqqif ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u r-rekwiżiti ta’ format, ta’ tqassim tal-paġna u ta’ lingwa tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li l-Istati Membri jistgħu taħt ċerti kondizzjonijiet jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali fit-territorju tagħhom minn Stati Membri oħra ta’ klieb, qtates u inmsa ta’ età żgħira li ma jkunux ġew vaċċinati kontra l-idrofobija, jew li huma vaċċinati iżda jkunu għadhom ma kisbux immunità protettiva kontra din il-marda. Meta jawtorizzaw moviment bħal dan, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku permezz ta’ paġni tal-Internet li magħhom tkun marbuta l-paġna tal-Internet tal-Kummissjoni li tista’ tintuża għal finijiet ta’ kummerċ.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE jistipula li l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-mudell fil-Parti 1 tal-Anness E tagħha.

(5)

Wara r-revoka tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4) bir-Regolament (UE) Nru 576/2013, jeħtieġ li jiġi emendat il-mudell ta’ dak iċ-ċertifikat ta’ saħħa sabiex ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jinbidlu bir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(6)

Iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE jqis ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġetti ta’ moviment mhux kummerċjali (5) li jistipula li r-rekwiżiti u l-verifiki stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE japplikaw għal meta iktar minn ħames annimali domestiċi jinġarru minn Stat Membru għall-ieħor jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(7)

Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 388/2010 ġew riveduti u inklużi fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 388/2010 fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom għalhekk jitħassru.

(8)

Id-Direttiva 92/65/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9)

Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ taqlib fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa maħruġa skont il-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi awtorizzat matul perjodu tranżitorju suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(10)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness E tad-Deċiżjoni 92/65/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sad-29 ta’ April 2015, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-kummerċ fil-klieb, il-qtates u l-inmsa minn aġenziji akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2014 skont il-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE fil-verżjoni tagħha ta’ qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(3)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.

(4)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(5)   ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3.


ANNESS

Parti 1 —   Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-annimali minn azjendi (ungulati, tjur vaċċinati kontra l-influwenza tat-tjur, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) 92/65 EI

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/20


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ottubru 2013

li tistabbilixxi l-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal tali importazzjonijiet

(notifikata bid-dokument C(2013) 6721)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/519/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 17(2), l-punt (a) tal-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet ta’ ċerti annimali fl-Unjoni. Din tistipula li l-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni għal klieb, qtates u inmsa għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għall-kondizzjonijiet rilevanti previsti fir- Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (2).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li fejn l-għadd ta’ klieb, qtates jew inmsa li ġew spustati għal raġunijiet mhux kummerċjali jaqbeż il-ħamsa matul moviment waħdieni, dawk l-annimali miżmuma bħala annimali domestiċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE għall-ispeċi kkonċernati, ħlief għal ċerti kategoriji ta’ annimali li għalihom hija prevista deroga bir-Regolament (UE) Nru 576/2013 taħt ċerti kondizzjonijiet.

(3)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula li klieb, qtates u inmsa jridu jiġu impurtati fl-Unjoni minn pajjiżi terzi biss li jinsabu fil-lista mħejjija skont il-proċedura msemmija f’din id-Direttiva. Barra minn hekk, dawn l-annimali jridu jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-mudell imħejji skont il-proċedura msemmija fiha.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE tal-15 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni (3) tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u tistipula li t-territorji jew il-pajjiżi terzi li jaslu minnhom, kif ukoll kwalunkwe territorji jew pajjiżi terzi li minnhom jgħaddu fi transitu għandhom jew jiġu elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4) jew jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja. (5).

(5)

Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi inklużi f’dik il-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji awtorizzati l-lista ta’ pajjiżi terzi li huma approvati għall-importazzjoni tal-equidae fl-Unjoni, għaliex dawk il-pajjiżi terzi taw ukoll garanziji suffiċjenti dwar l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ regoli u prinċipji ta’ ċertifikazzjoni li għandhom jiġu osservati minn uffiċjali ta’ pajjiżi terzi li jiċċertifikaw fil-ħruġ taċ-ċertifikati mitluba mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċ-ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin hija attwalment stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (6).

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 ġie revokat bir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Konsegwentement, il-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi elenkati preċedentement fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 hija issa stipulata fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti ta’ identifikazzjoni mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, it-twaqqif ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u r-rekwiżiti ta’ format, tqassim tal-paġni u l-lingwa tad-dikjarazzjonijiet mudell li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tistipula li l-importazzjonijiet ta’ klieb, qtates jew inmsa fl-Unjoni jiġu awtorizzati biss minn territorji u pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jew fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li klieb, qtates u inmsa ma għandhomx jiġu mċaqilqa għal ġo Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz għajr dawk elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 sakemm ma jkunx sarilhom test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(9)

Dawk ir-rekwiżiti jinkludu l-obbligu li jitwettaq dan it-test f’laboratorju approvat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet serloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqima kontra l-idrofobija (8) li tistipula li Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) f’Nancy, Franza (mill-1 ta’ Lulju 2010 maqgħuda ma’ Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail, ANSES) għandha tevalwa l-laboratorji fl-Istati Membri u pajjiżi terzi għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom li jwettqu testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqima kontra l-idrofobija fil-klieb, qtates u inmsa.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/64/KE tas-26 ta’ Jannar 2005 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-importazzjoni għal qtates, klieb u inmsa għal korpi, istituti u ċentri (9) approvati tistabbilixxi ċertifikat veterinarju mudell għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawn l-annimali intiżi għal korpi, istituti u ċentri approvati skont id-Direttiva 92/65/KEE u tistipula li l-importazzjonijiet ta’ dawk l-annimali jridu jiġu awtorizzati minn territorji jew pajjiżi terzi elenkati f’Taqsima 2 ta’ Parti B jew f’Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(11)

Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tipprevdi li l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ klieb, qtates jew inmsa intiżi għal korpi, istituti u ċentri approvati skont id-Direttiva 92/65/KEE jkunu awtorizzati biss minn territorji u pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(12)

Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tistabbilixxi l-lista ġdida ta’ territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjonijiet ta’ klieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll mudell komuni taċ-ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali bħal dawn. Id-Deċiżjoni 2005/64/KE għandha għalhekk tiġi revokata.

(13)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/274/KE tat-18 ta’ April 1994 li tistabbilixxi sistema ta’ identifikazzjoni għall-klieb u l-qtates li jitqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda u li ma joriġinawx f’dawk il-pajjiżi (10) u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/275/KE tat-18 ta’ April 1994 dwar ir-rikonoxximent tal-vaċċini kontra l-idrofobija (rabies) (11), adottata fuq il-bażi tad-Direttiva 92/65/KEE qabel l-emendi introdotti bir-Regolament (KE) Nru 998/2003, saru obsoleti u għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(14)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (12) tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ taċ-ċertifikati mitluba mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċ-ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-regoli u l-prinċipji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva jiġu applikati mill-uffiċjali veterinarji tal-pajjiżi terzi.

(15)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (13) jipprevedi li mill-1 ta’ Jannar 2012, klieb li jidħlu fl-Istati Membri jew partijiet minnhom elenkati fl-Anness I tiegħu għandhom jiġu ttrattati kontra l-parassita Echinococcus multilocularis skont ir-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament.

(16)

Jeħtieġ li jiġi stipulat perjodu tranżitorju sabiex l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jaġġustaw għar-regoli l-ġodda stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u b’mod partikolari biex ikun permess, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Lista ta’ territorji jew pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ klieb, qtates jew inmsa skont id-Direttiva 92/65/KEE

1.   Kunsinni ta’ klieb, qtates jew inmsa li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom jiġu impurtati biss fl-Unjoni kemm-il darba l-pajjiżi terzi jew it-territorji li jaslu minnhom, kif ukoll kwalunkwe territorju jew pajjiż terz li jgħaddu minnu, ikunu inklużi f’waħda mil-listi stabbiliti f’:

(a)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE;

(b)

Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010;

(c)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-kunsinni ta’ klieb, qtates jew inmsa destinati għal korpi, istituti u ċentri approvati skont id-Direttiva 92/65/KEE għandhom jiġu impurtati biss fl-Unjoni kemm-il darba l-pajjiżi terzi jew it-territorji li jaslu minnhom, kif ukoll kwalunkwe territorju jew pajjiż terz li jgħaddu minnu, ikunu inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1(c).

Artikolu 2

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet minn territorji jew pajjiżi terzi

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta’ klieb, qtates jew inmsa, li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness u mimli u ffirmat minn veterinarju uffiċjali skont in-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fil-Parti 2 tal-Anness.

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (a) fir-rigward tat-territorji jew tal-pajjiżi terzi li jkunu ġejjin minnu u kwalunkwe territorji jew pajjiżi terzi li jgħaddu minnhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) tal-Artikolu 1.

Artikolu 3

Revoki

Id-Deċiżjonijiet 94/274/KE, 94/275/KE u 2005/64/KE huma mħassra.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Għal perjodu tranżitorju sad-29 ta’ April 2015, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ klieb, qtates jew inmsa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2014 skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2005/64/KE jew fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/874/UE.

Artikolu 5

Applikabbilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 6

L-Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(3)   ĠU L 343, 23.12.2011, p. 65.

(4)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(5)   ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(6)   ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(7)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.

(8)   ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(9)   ĠU L 27, 29.1.2005, p. 48.

(10)   ĠU L 117, 7.5.1994, p. 40.

(11)   ĠU L 117, 7.5.1994, p. 41.

(12)   ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(13)   ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.


ANNESS

PARTI 1

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

PARTI 2

Noti ta’ spjegazzjoni għall-mili taċ-ċertifikati veterinarji

(a)

Fejn iċ-ċertifikat jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jkunu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal veterinarju, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

(b)

L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(c)

Iċ-ċertifikat għandu jitħejja f’tal-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab l-istazzjon għall-ispezzjoni mal-fruntiera mnejn tidħol il-konsenja fl-Unjoni, kif ukoll f’dik tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk jeħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(d)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-konsenja (skeda fil-punt I.28), jinhemżu maċ-ċertifikat folji ta’ karta addizzjonali jew dokumenti ta’ sostenn, dawk il-folji ta’ karta jew dokument għandhom jiġu kkunsidrati ukoll bħal parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi jiġu ffirmati u ttimbrati fuq kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal veterinarju.

(e)

Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija fil-punt (c), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna tiġi nnumerata, (numru tal-paġna) minn (numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq tal-paġni.

(f)

Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jimtela u jkun iffirmat minn veterinarju uffiċjali tat-territorju jew pajjiż terz li jkun qed jesporta. L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju li qed jesporta għandha tiżgura li jiġu osservati r-regoli u l-prinċipji għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE.

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Din il-kondizzjoni tapplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b’marka li tidher meta mqiegħda kontra d-dawl.

(g)

In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-territorju jew pajjiż terz li jesporta.

23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/27


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ottubru 2013

li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE

(notifikata bid-dokument C(2013) 6828)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/520/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 17(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (3) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mal-movimenti tal-annimali domestiċi mill-pajjiżi terzi u mal-mudell taċ-ċertifikat għal dawn il-movimenti. Dak ir-Regolament jirrevoka u jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2014. Skont ir-Regolament (UE) Nru 576/2013, fejn l-għadd ta’ klieb, qtates jew inmsa li jkunu ġew spustati għal raġunijiet mhux kummerċjali jkun ta’ iktar minn ħamsa f’moviment wieħed, dawk l-annimali miżmuma bħala pets għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE tal-15 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni (4) tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa, skont id-Direttiva 92/65/KEE, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali u ċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa jew inqas, skont ir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(3)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, ġew adottati r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/519/UE tal-21 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għat-tali importazzjonijiet (6).

(4)

Mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/519/UE, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE mhux se jibqgħu jgħoddu.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/519/UE jibdew japplikaw mid-29 ta’ Diċembru 2014. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE għandha tiġi rrevokata b’effett mill-istess data.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/874/UE hija mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(3)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(4)   ĠU L 343, 23.12.2011, p. 65.

(5)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.

(6)  Ara paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Rettifika

23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/29


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 7 tal-10 ta’ Jannar 2009 )

F’paġna 61; Anness VI; punt 6.1.1:

minflok:

“Il-Kapitolu V, Taqsima 2 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009”,

aqra:

“Il-Kapitolu IV, Taqsima 2 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009”.

F’paġna 64; Anness VI; punt 12.1:

minflok:

“ Il-persuna hija l-applikant stess identifikat fil-punt 3”,

aqra:

“ Il-persuna hija l-applikant stess identifikat fil-punt 8”,

F’paġna 64; Anness VI; punt 12.2:

minflok:

“Il-persuna hija l-konvenut stess identifikat fil-punt 4”,

aqra:

“Il-persuna hija l-konvenut stess identifikat fil-punt 9”.

F’paġna 65; Anness VI; punt 14:

minflok:

“Magħmul fi: … …(jj/xx/ssss)

ll-firma tal-applikant: …

u/jew meta japplika:

Isem u firma tal-persuna/awtorità fl-Istat Membru rikjedenti li jimla l-formola f’isem l-applikant: …”,

aqra:

“Magħmul fi: … il- …(jj/xx/ssss)

ll-firma tal-applikant: …

u/jew meta japplika:

Isem u firma tal-persuna/awtorità fl-Istat Membru rikjedenti li jimla l-formola f’isem l-applikant: …”.

F’paġna 75; Anness VII; punt 13:

minflok:

“Magħmul fi: … …(jj/xx/ssss)

ll-firma tal-applikant: …

u/jew meta japplika:

Isem u firma tal-persuna/awtorità fl-Istat Membru rikjedenti li jimla l-formola f’isem l-applikant: …”.

aqra:

“Magħmul fi: … il- …(jj/xx/ssss)

ll-firma tal-applikant: …

u/jew meta japplika:

Isem u firma tal-persuna/awtorità fl-Istat Membru rikjedenti li jimla l-formola f’isem l-applikant: …”.


23.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/30


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008 sa 2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta' nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fondi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 167 tas-27 ta' Ġunju 2008 )

F’paġna 191:

minflok:

“ANNESS IX”;

aqra:

“ANNESS X”.