|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.277.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2013/507/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2013/508/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2013/509/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2013/510/UE |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 996/2013
tas-17 ta’ Ottubru 2013
li jemenda għall-205 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-8 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni li ġejja, imsemmija taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, hija mħassra:
‘Sanabel Relief Agency Limited (alias (a) Sanabel Relief Agency (b) Sanabel L'il-Igatha, (c) SRA, (d) Sara, (e) Al-Rahama Relief Foundation Limited). Indirizzi: (a) 63 South Rd, Sparkbrook, Birmingham B 111 EX, Ir-Renju Unit (b) 1011 Stockport Rd, Levenshulme, Manchester M9 2TB, Ir-Renju Unit (c) P.O. Box 50, Manchester M19 25P, Ir-Renju Unit (d) 98 Gresham Road, Middlesbrough, Ir-Renju Unit (e) 54 Anson Road, London NW2 6AD, Ir-Renju Unit. Tagħrif ieħor: (a) numru tal-organizzazzjoni tal-karità: 1083469, (b) numru tar-reġistrazzjoni: 3713110. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 7.2.2006.’
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 997/2013
tas-17 ta’ Ottubru 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
53,1 |
|
MK |
65,0 |
|
|
ZZ |
59,1 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
62,5 |
|
TR |
121,6 |
|
|
ZZ |
92,1 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
133,1 |
|
ZZ |
133,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
102,0 |
|
CL |
136,7 |
|
|
IL |
97,0 |
|
|
TR |
90,4 |
|
|
ZA |
102,1 |
|
|
ZZ |
105,6 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
254,8 |
|
TR |
147,0 |
|
|
ZZ |
200,9 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
149,4 |
|
NZ |
112,7 |
|
|
US |
156,2 |
|
|
ZA |
126,6 |
|
|
ZZ |
136,2 |
|
|
0808 30 90 |
TR |
124,7 |
|
US |
162,0 |
|
|
ZZ |
143,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 998/2013
tas-17 ta’ Ottubru 2013
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Diċembru 2013 sat-28 ta' Frar 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2013, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Arġentina. |
|
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2013 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2013 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2013 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
|
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
100,00 % |
||
|
09.4099 |
9,229629 % |
||
|
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
27,834562 % |
||
|
09.4100 |
0,396824 % |
||
|
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
100 % |
||
|
09.4102 |
— |
||
|
“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. |
||||
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 999/2013
tas-17 ta’ Ottubru 2013
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2013 taħt il-kwoti tariffarji miftuħa permezz tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2013 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4A, 6A, 7 u 8 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Marzu 2014 jirrelataw, għal ċerti kwoti, ma’ kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi deċiż sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu iiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ottubru 2013 għall-Grupp Nru 5A għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Marzu 2014 jirrelataw, għal ċerti kwoti, ma’ kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi deċiż sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Marzu 2014 għall-Gruppi Nri 1, 2, 4A, 6A, 7 u 8, għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Marzu 2014 għall-Gruppi Nru 5A, għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Nru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għas-subperjodu mill-1.1.2014 sal-31.3.2014 (%) |
|
1 |
09.4211 |
0,448828 |
|
4A |
09.4214 |
0,559284 |
|
09.4251 |
1,58228 |
|
|
09.4252 |
14,290977 |
|
|
6A |
09.4216 |
0,490584 |
|
09.4260 |
1,801814 |
|
Grupp Nru |
Ordni Nru |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għad-drittijiet tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin għall-perjodu mill-1.1.2014 sal-31.3.2014 (%) |
|
5A |
09.4215 |
0,712758 |
|
09.4254 |
1,161443 |
|
|
09.4255 |
4,424789 |
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1000/2013
tas-17 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina]. |
|
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
|
(3) |
B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
“ANNESS I
|
Kodiċi tan-NM |
Isem il-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
136,1 |
0 |
AR |
|
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
145,9 |
0 |
AR |
|
141,8 |
0 |
BR |
||
|
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
300,8 |
0 |
AR |
|
233,2 |
20 |
BR |
||
|
327,1 |
0 |
CL |
||
|
265,2 |
10 |
TH |
||
|
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
305,9 |
0 |
BR |
|
317,1 |
0 |
CL |
||
|
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
279,1 |
2 |
BR |
|
312,2 |
0 |
CL |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ ZZ ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”
DEĊIŻJONIJIET
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/11 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-16 ta’ Ottubru 2013
li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
(2013/507/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE (1), l-għadd ta' avukati ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ttella' għal disgħa, b'effett mill-1 ta' Lulju 2013. |
|
(2) |
Il-kandidatura tas-Sur Maciej SZPUNAR ġiet proposta bil-ħsieb ta' ħatra fil-kariga ta' avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità s-Sur Maciej SZPUNAR għall-qadi tad-dmirijiet ta' avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(4) |
Bil-ħsieb tat-tiġdid parzjali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali li ser iseħħ fis-7 ta' Ottubru 2018, f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 253 tat-Ttrattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, is-Sur Maciej SZPUNAR huwa maħtur għall-perjodu sas-6 ta' Ottubru 2018, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Maciej SZPUNAR huwa b'dan maħtur Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-16 ta' Ottubru 2013 sas-6 ta' Ottubru 2018.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2013.
Il-President
R. KAROBLIS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li żżid l-għadd ta' avukati ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 92).
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/12 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-16 ta’ Ottubru 2013
li taħtar Imħallef tal-Qorti Ġenerali
(2013/508/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sinjura Küllike JÜRIMÄE, għandu jinħatar imħallef għall-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sinjura Küllike JÜRIMÄE, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2016. |
|
(2) |
Ġie propost is-Sur Lauri MADISE għall-post li sar vakanti. |
|
(3) |
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Lauri MADISE għall-funzjoni ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Lauri MADISE huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali, għall-perijodu mis-6 ta' Ottubru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2013.
Il-President
R. KAROBLIS
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/13 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-16 ta’ Ottubru 2013
li taħtar imħallef fil-Qorti Ġenerali
(2013/509/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta' tlettax-il imħallef fil-Qorti Ġenerali skadew fil-31 ta' Awwissu 2013. Jeħtieġ isir il-proċess tal-ħatriet ġodda tagħhom għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019. |
|
(2) |
Is-Sinjura Irena PELIKÁNOVÁ ġiet innominata bil-ħsieb ta' tiġdid bħala mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Irena PELIKÁNOVÁ għall-funzjoni ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Irena PELIKÁNOVÁ hija b'dan maħtura mħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2013.
Il-President
R. KAROBLIS
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
18.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/14 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR TRANSITU KOMUNI
tal-1 ta’ Lulju 2013
li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu
(2013/510/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kroazja ssieħbet mal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(2) |
Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Kroat tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (“il-Konvenzjoni”) għandhom jitneħħew mill-partijiet tal-pajjiżi tal-EFTA u mdaħħla fil-partijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni. |
|
(3) |
Emendi tekniċi għall-Konvenzjoni jeħtieġ ukoll li jkunu introdotti fejn jidħlu l-forom ta’ garanzija msemmija f’Appendiċi III, bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. |
|
(4) |
Sabiex jippermetti l-użu ta’ formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, għandu jiġi stabbilit perijodu transitorju li matulu formoli stampati, b’xi emendi, jistgħu jkomplu jiġu użati. |
|
(5) |
Il-Konvenzjoni għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,
Artikolu 1
L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ transitu huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5 u C6 għall-Appendiċi III tal-Konvenzjoni jistgħu jkomplu jiġu użati, suġġetti għal emendi ġeografiċi meħtieġa, sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Rejkjavik, l-1 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Snorri OLSEN
ANNESS
(1)
Fl-Anness B1 għall-Appendiċi III, it-test għal kaxxa 51 għandu jiġi sostitwit kif ġej:“Kaxxa 51: Uffiċċju ta’ transitu intiż
Kodiċi tal-pajjiż
Dan il-kodiċi tal-pajjiż huwa l-kodiċi ISO-alpha 2 (ISO 3166-1).
Il-kodiċi applikabbli huma:
|
AT |
Awstrija |
|
BE |
Belġju |
|
BG |
Bulgarija |
|
CH |
Svizzera |
|
CY |
Ċipru |
|
CZ |
Repubblika Ċeka |
|
DE |
Ġermanja |
|
DK |
Danimarka |
|
EE |
Estonja |
|
ES |
Spanja |
|
FI |
Finlandja |
|
FR |
Franza |
|
GB |
Renju Unit |
|
GR |
Greċja |
|
HR |
Kroazja |
|
HU |
Ungerija |
|
IE |
Irlanda |
|
IS |
Islanda |
|
IT |
Italja |
|
LT |
Litwanja |
|
LU |
Lussemburgu |
|
LV |
Latvia |
|
MT |
Malta |
|
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
NO |
Norveġja |
|
PL |
Polonja |
|
PT |
Portugall |
|
RO |
Rumanija |
|
SE |
Svezja |
|
SI |
Slovenja |
|
SK |
Slovakkja |
|
TR |
Turkija” |
(2)
Fl-Anness B6 għall-Appendiċi III, it-Titolu III huma emendat kif ġej:|
(a) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Validità limitata - 99200”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(b) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Tneħħija - 99201”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(c) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Evidenza alternattiva - 99202”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(d) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Differenzi: uffiċċju fejn prodotti ġew ippreżentati... (isem u pajjiż) - 99203”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(e) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Ħruġ minn... suġġett għal restrizzjonijiet jew spejjeż taħt Regolament/Direttiva/Deċiżjoni Nru... - 99204”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(f) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Tneħħija tal-itinerarju preskitt – 99205”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(g) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Konsenjatur awtorizzat – 99206”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(h) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Tneħħija tal-firma – 99207”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(i) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Garanzija komprensiva pprojbita – 99208”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(j) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Użu mhux ristrett- 99209”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(k) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Maħruġa retroattivament - 99210”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(l) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Varji – 99211”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(m) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Ingrossa – 99212”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
|
(n) |
Fit-tabella ta’ referenzi lingwistiċi “Konsenjatur – 99213”, l-inċiż segwenti jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta’ FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu:
|
(3)
Fil-paragrafu 1 ta’ punt I ta’ Anness C1 tal-Appendiċi III, it-terminu “Ir-Repubblika tal-Kroazja,” jiddaħħal bejn it-termini “Ir-Repubblika Franċiża,” u “Ir-Repubblika Taljana”. It-terminu “Ir-Repubblika tal-Kroazja,” bejn il-kelma “u” u t-terminu “Ir-Repubblika tal-Islanda” jitħassar.
(4)
Fil-paragrafu 1 ta’ punt I ta’ Anness C2 tal-Appendiċi III, it-terminu “Ir-Repubblika tal-Kroazja,” jiddaħħal bejn it-termini “Ir-Repubblika Franċiża,” u “Ir-Repubblika Taljana”. It-terminu “Ir-Repubblika tal-Kroazja,” bejn il-kelma “u” u t-terminu “Ir-Repubblika tal-Islanda” jitħassar.
(5)
Fil-paragrafu 1 ta’ punt I ta’ Anness C4 tal-Appendiċi III, it-terminu “Ir-Repubblika tal-Kroazja,” jiddaħħal bejn it-termini “Ir-Repubblika Franċiża,” u “Ir-Repubblika Taljana”. It-terminu “Ir-Repubblika tal-Kroazja,” bejn il-kelma “u” u t-terminu “Ir-Repubblika tal-Islanda” jitħassar.
(6)
F’kaxxa 7 ta’ Anness C5 tal-Appendiċi III, it-terminu “Kroazja,” bejn il-kliem “Komunità Ewropea,” u “Islanda” jitħassar.
(7)
F’kaxxa 6 ta’ Anness C6 tal-Appendiċi III, it-terminu “Kroazja,” bejn il-kliem “Komunità Ewropea,” u “Islanda” jitħassar.