ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.263.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
5 ta' Ottubru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/482/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 953/2013 tas-26 ta’ Settembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 954/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li jikkoreġi l-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 828/2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-propikonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 9 ( 1 )

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 956/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Īmplimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 rigward il-pagament tal-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix

9

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bamberger Hörnla/Bamberger Hörnle/Bamberger Hörnchen (IĠP)]

11

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 958/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/483/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Settembru 2013 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 41 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju ( 1 )

15

 

 

2013/484/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Settembru 2013 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/485/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-30 ta’ Lulju 2013 li taħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriża (ĊŻI)

18

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2013 tas-27 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti ( ĠU L 177, 28.6.2013 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Settembru 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt

(2013/482/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2013.

(2)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt, li fost affarijiet oħra, għandu jiżgura li l-Ftehim jaħdem kif suppost.

(3)

Skont l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura ta’ dak il-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura ta’ dak il-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Korrezzjonijiet tekniċi minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 10, 15.1.2013, p. 3.


ABBOZZ

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT

ta’ …

dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi dak il-Ftehim daħal fis-seħħ nhar l-1 ta’ April 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kapijiet tad-Delegazzjoni

1.   L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova (“il-Partijiet”), għandhom jaħtru Kap ta’ Delegazzjoni kull wieħed, li għandu jkun il-persuna ta’ kuntatt rigward il-materji kollha marbutin mal-Kumitat.

2.   Kull Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiddelega l-funzjonijiet kollha tiegħu ta’ Kap tad-Delegazzjoni jew xi wħud minnhom lil deputat innominat, u f’dan il-każ kwalunkwe referenza li ssir wara għall-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess mod għad-deputat innominat.

Artikolu 2

Presidenza

1.   Il-kariga tal-Presidenza tal-Kumitat għandha talterna minn idejn il-Kap tad-Delegazzjoni ta’ waħda mill-Partijiet għal idejn il-Kap tal-Parti l-oħra, għal perjodu ta’ sena kalendarja.

2.   Il-Presidenza għandu jkollha r-responsabbiltà tal-karigi segretarjali tal-Kumitat.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Presidenza għandha tiffissa d-data u l-post jew, fil-każ li l-laqgħat isiru b’mezzi elettroniċi, l-arranġamenti tekniċi, tal-laqgħat bi qbil mal-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor. Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor, meta jiftiehmu dwar id-data u l-post tal-laqgħa, għandhom josservaw ir-rekwiżit li jorganizzaw laqgħa fi żmien 90 jum.

2.   Fejn iż-żewġ partijiet jaqblu, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt jistgħu jattenduhom esperti li huma kapaċi jfornu informazzjoni speċifika mitluba.

3.   Sakemm ma jkunx hemm qbil konġunt mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 4

Korrispondenza

1.   Kull korrispondenza lill-Kumitat jew għalih għandha tiġi indirizzata lill-President tal-Kumitat. Dan tal-aħħar għandu jgħaddi kopja tal-korrispondenza kollha marbuta mal-Kumitat lill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor, lill-Kap tal-Missjoni tal-Moldova fi Brussell u lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE f’Chisinau.

2.   Il-korrispondenza bejn il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor tista’ ssir permezz ta’ kwalunkwe mezz bil-miktub, inkluża l-posta elettronika.

Artikolu 5

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-Presidenza għandha tfassal l-abbozz tal-aġenda qabel kull laqgħa. L-abbozz tal-aġenda għandu jintbagħat lill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. L-abbozz tal-aġenda ċċirkolat mill-President għandu jinkludi kwalunkwe punt kopert mill-Artikolu 11(3) tal-Ftehim, magħżul mill-President.

2.   Il-Kapjijiet tad-Delegazzjoni jistgħu jitolbu punti addizzjonali koperti mill-Artikolu 11(3) sa mhux inqas minn 10 ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, u l-Presidenza għandha tinkludihom fl-abbozz tal-aġenda.

3.   L-abbozz finali tal-aġenda għandu jiġi ċċirkolat lill-Kap ta’ Delegazzjoni l-ieħor mill-President mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.

4.   L-aġenda għandha tiġi adottata bi qbil konġunt mill-President u mill-Kap ta’ Delegazzjoni l-ieħor fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punti oħra għajr dawk li jidhru fl-abbozz tal-aġenda jistgħu jiżdiedu fl-aġenda jekk jintlaħaq qbil dwar dan min-naħa tal-Presidenza u l-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor.

Artikolu 6

Adozzjoni ta’ strumenti

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tal-Ftehim għandhom jiġu indirizzati lill-Partijiet u għandhom jinkludu l-firem tal-Presidenza u tal-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor.

2.   Kull waħda mill-Partijiet tista’ tiddeċiedi li tippubblika kwalunkwe deċiżjoni adottata mill-Kumitat.

Artikolu 7

Proċedura bil-miktub

1.   Deċiżjoni mill-Kumitat tista’ tiġi adottata permezz ta’ proċedura bil-miktub meta l-Presidenza u l-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor jkunu qablu dwar dan.

2.   Il-Kap tad-Delegazzjoni li jipproponi l-użu tal-proċedura bil-miktub għandu jissottometti l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor. Il-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor għandu jwieġeb, filwaqt li jindika jekk jaċċettax jew le l-abbozz, jekk jipproponix xi emendi, jew jekk jitlobx aktar żmien ta’ riflessjoni. Jekk l-abbozz jiġi adottat, dan għandu jiġi ffinalizzat skont l-Artikolu 6(1).

Artikolu 8

Minuti

1.   Il-Presidenza għandha tfassal l-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa u tissottomettihom lill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor fi żmien 20 jum tax-xogħol minn dakinhar tal-laqgħa. L-abbozz tal-minuti għandu jiddikjara r-rakkomandazzjonijiet magħmula u jista’ wkoll jinnota kwalunkwe konklużjoni oħra milħuqa. Il-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor għandu jaqbel mal-abbozz, jew jissottometti l-emendi li jipproponi. Malli jintlaħaq qbil dwar l-abbozz tal-minuti, għandhom jiġu ffirmati żewġ kopji oriġinali mill-Presidenza u mill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor. Kopja oriġinali tal-minuti għandha tinżamm mill-Presidenza u l-oħra mill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor.

2.   Fil-każ li ma jintlaħaqx qbil dwar il-minuti qabel ma tiġi organizzata l-laqgħa li jkun imiss, il-minuti għandhom jiddokumentaw l-abbozz imfassal mill-Presidenza li miegħu għandhom jiġu annessi l-emendi proposti sottomessi mill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor.

Artikolu 9

Spejjeż

Kull parti għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li ġġarrab biex tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 10

Kunfidenzjalità

Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu kunfidenzjali.


REGOLAMENTI

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 953/2013

tas-26 ta’ Settembru 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Is-subintestatura HS 852851 fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) tinkludi monitors, għajr monitors b’tubu katodiku (CRT), ta’ tip li jintuża biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471. Monitors minbarra dawk tat-tip użati biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għall-ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471 huma kklassifikati taħt is-subintestatura HS 852859.

(2)

Skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2), il-klassifikazzjoni ta’ monitors jew taħt HS subintestatura 852851 jew 852859 għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni kumplessiva tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ kull monitor partikolari.

(3)

Minħabba l-konverġenza tat-teknoloġiji diġitali, sar diffiċli ħafna biex jiġi determinat, b’referenza għal sempliċement karatteristiċi tekniċi, jekk monitor partikolari huwiex ta’ tip użat biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471. B’mod partikulari, l-iżgurar li l-klassifikazzjoni korretta u uniformi ta’ displays b’pannelli ċatti li jistgħu juru, b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità, sinjali kemm minn sistemi awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta kif ukoll minn sorsi oħra sar teknikament impossibbli.

(4)

Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u l-espansjoni tal-konsum fi ħdan it-territorju tal-Unjoni u jiġi promoss il-kummerċ bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, huwa fl-interess kemm tal-konsumaturi tal-Unjoni kif ukoll tal-industrija tal-Unjoni li tingħata eżenzjoni mid-dazju għal monitors imsemmija hawn fuq.

(5)

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-emendi għas-subintestaturi NM previsti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli bħala subintestaturi TARIC sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GUSTAS


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2009 fil-Każ C-376/07, Staatssecretaris van Financiën v Kamino International Logistics BV. ([2009] Ġabra I-1167).


ANNESS

Fit-Tieni Parti, Taqsima XVI, Kapitolu 85 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ir-ringieli għall-kodiċi NM 8528 59, 8528 59 10, 8528 59 40 u 8528 59 80 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8528 59

– – Oħrajn:

 

 

 

– – – Displays b’Pannelli Ċatti li jistgħu juru sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità:

 

 

8528 59 20  (1)

– – – – Monokrom

14  (5)

p/st

 

– – – – Kulur:

 

 

8528 59 31  (2)

– – – – – Bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD)

14  (5)

p/st

8528 59 39  (3)

– – – – – Oħrajn

14  (5)

p/st

8528 59 70  (4)

– – – Oħrajn

14

p/st.


(1)  Kodiċi TARIC 8528591020

(2)  Kodiċi TARIC 8528594091

(3)  Kodiċi TARIC 8528598091

(4)  Kodiċi TARIC 8528591090, 8528594099 u 8528598099

(5)  Rata awtonoma ta’ dazju: B’xejn”


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 954/2013

tal-4 ta’ Ottubru 2013

li jikkoreġi l-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 828/2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 156 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (2), u partikolarment l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3), u partikolarment l-Artikolu 18(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm żball fil-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (4), u b’mod aktar preċiż fl-Artikolu 11(1) tiegħu.

(2)

Hemm żball ieħor fil-verżjoni bil-lingwa Pollakka ta’ dak ir-Regolament, b’mod iktar preċiż fil-Parti II tal-Anness I tiegħu.

(3)

Dawn l-iżbalji għandhom jiġu kkoreġuti b’effett mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 828/2009. L-obbligu impost mill-Artikolu 11(1) tal-verżjonijiet ta’ dak ir-Regolament biċ-Ċek u bil-Pollakk fuq kull detentur ta’ liċenzja tal-importazzjoni għaz-zokkor għandu jiġi rtirat b’mod retroattiv minħabba li dan għandu jiġi limitat għad-detentur oriġinali tal-liċenzja biss.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 828/2009 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan jikkonċerna biss il-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mill-14 ta’ Settembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14).


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 955/2013

tal-4 ta’ Ottubru 2013

li japprova l-propikonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 9

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din il-lista tinkludi l-propikonażol.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-propikonażol ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 9, fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati preservattivi, kif iddefiniti fl-Anness V għal dik id-Direttiva, li jikkorrispondi mal-prodotti tat-tip 9 kif definit fl-Anness V għar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Finlandja nħatret bħala l-Istat Membru Referent u ressqet ir-rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Frar 2011 skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, ir-riżultati tal-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-12 ta’ Lulju 2013, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Mir-rapport ta’ valutazzjoni jidher li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 9 u li fihom il-propikonażol jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi approvat il-propakonażol għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 9.

(7)

Billi l-evalwazzjoni ma indirizzatx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni m’għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

Perjodu ta’ żmien raġonevoli għandu jitħalla jgħaddi qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex l-Istati Membri, il-partijiet interessati, u l-Kummissjoni fejn xieraq, jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament, il-propikonażol għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 9.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Grad minimu tal-purezza tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta’ Skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta’ prodotti

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Propikonażol

1-[[2-(2,4-dichlorophenyl)-4-propyl-1,3-dioxolan-2-yl]methyl]-1H-1,2,4-triazole

Nru tal-KE: 262-104-4

Nru tal-CAS: 60207-90-1

930  gm/kg

It-1 ta’ Ġunju 2015

Il-31 ta’ Mejju 2025

9

Il-valutazzjoni tal-prodott għandu jagħti attenzjoni partikolari fuq l-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma’ xi użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzata fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoniji:

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat fejn l-esponiment ma jkunx jista’ jitnaqqas għal livell aċċettabbli b’mezzi oħrajn.

Fejn l-oġġett ittrattat ikun ġie ttrattat bi, jew intenzjonalment jinkorpora l-propikonażol, u fejn dan ikun neċessarju minħabba l-possibbiltà ta’ kuntatt mal-ġilda kif ukoll tar-rilaxx ta’ propikonażol taħt il-kundizzjonijiet normali tal-użu, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett ittrattat fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tipprovdi informazzjoni dwar ir-riskju ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 956/2013

tal-4 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Īmplimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 rigward il-pagament tal-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103h, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedu l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħxejjex.

(2)

B’sentenza tat-30 ta’ Mejju 2013, fil-każi konġunti T-454/10 u T-482/11 (3) il-Qorti Ġenerali annullat it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 52(2a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (4) u l-Artikolu 50(3) ekwivalenti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 rigward il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni ta’ frott u ħaxix ikkummerċjalizzati maħsubin għall-ipproċessar. Il-Qorti Ġenerali annullat ukoll l-Artikolu 60(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 dwar l-eliġibbiltà ta’ azzjonijiet skont programmi ta’ tħaddim, rigward l-investimenti u l-azzjonijiet marbutin mat-trasformazzjoni ta’ frott u ħxejjex fi frott u ħxejjex ipproċessati.

(3)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali żammet l-effetti tad-dispożizzjoni dwar il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata biss safejn il-pagamenti rilevanti jkunu saru diġà sad-data tal-ħruġ tas-sentenza. B’konsegwenza ta’ dan, l-Isati Membri jista’ jkun li ssospendew jew ittardjaw il-pagamenti sal-adozzjoni ta’ regoli ġodda li jissostitwixxu dawk annullati, jew sakemm ikun hemm appell li jkollu effett ta’ sospensjoni.

(4)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-każijiet imsemmijin hawn fuq. L-appell tressaq quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta’ Awwissu 2013. Sakemm tinqata’ s-sentenza tal-Qorti dwar l-appell, u sakemm ma tistipulax mod ieħor il-Qorti, l-effetti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali huma sospiżi.

(5)

L-Artikolu 70 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula li l-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi trid titħallas sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara s-sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ tħaddim. Jekk l-għajnuna titħallas wara din id-data, għandu japplika t-tnaqqis stipulat fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (5).

(6)

Għalhekk jixraq li jiġi estiż il-limitu taż-żmien biex l-Istati Membri jħallsu l-għajnuna finanzjarja lill-Unjoni għall-programmi tat-tħaddim ikkonċernati rigward is-sena ta’ implimentazzjoni 2012, biex jitqies li sakemm għamlet it-talba tal-appell il-Kummissjoni, jista’ jkun li l-Istati Membri ssospendew l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-pagament matul dan il-perjodu.

(7)

Għalhekk jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 70 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Iżda l-għajnuna għall-programmi implementati fis-sena 2012 rigward frott u ħxejjex maħsubin għall-ipproċessar ma jistgħux jitħallsu aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  L-Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav) (T-454/10) u l-Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon) et al. (T482/11) vs Il-Kummissjoni Ewropea; (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġabra).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1).


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 957/2013

tal-4 ta’ Ottubru 2013

għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bamberger Hörnla/Bamberger Hörnle/Bamberger Hörnchen (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment il-paragrafu 2 tal-Artikolu 52 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex tiddaħħal fir-reġistru d-denominazzjoni «Bamberger Hörnla»/«Bamberger Hörnle»/«Bamberger Hörnchen», ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

L-Assoċjazzjoni «Arche Noah», li tinsab f'Schiltern fl-Awstrija, opponiet ir-reġistrazzjoni ta' din id-denominazzjoni. B'konformità mal-Artikolu 7, il-paragrafu 3, tar-Regolament (KE) nru 510/2006, il-Kummissjoni madankollu, qieset li din l-oppożizzjoni hija inammissibbli, minħabba li ġiet ippreżentata direttament lill-Kummissjoni, bi ksur għalhekk il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu tal-istess regolament, li jirrikjedi preżentazzjoni permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(4)

Id-denominazzjoni «Bamberger Hörnla»/«Bamberger Hörnle»/«Bamberger Hörnchen» għalhekk trid tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 283, 19.9.2012, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-ĠERMANJA

Bamberger Hörnla/Bamberger Hörnle/Bamberger Hörnchen (IGP)


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 958/2013

tal-4 ta’ Ottubru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

55,8

ZZ

55,8

0707 00 05

MK

40,0

TR

111,1

ZZ

75,6

0709 93 10

TR

128,2

ZZ

128,2

0805 50 10

AR

114,4

CL

90,0

IL

107,9

TR

85,7

ZA

124,4

ZZ

104,5

0806 10 10

BR

230,7

MK

27,7

TR

141,2

ZZ

133,2

0808 10 80

AR

101,5

BA

90,5

BR

98,4

CL

112,6

NZ

136,7

US

119,2

ZA

134,6

ZZ

113,4

0808 30 90

AR

201,1

CL

199,9

CN

86,3

TR

131,0

ZA

165,9

ZZ

156,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Settembru 2013

dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 41 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/483/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 207 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1) l-Unjoni aderixxiet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u għall-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (2) (il-"Ftehim tal-1958 Rivedut").

(2)

Ir-rekwiżiti armonizzati tar-Regolament Nru 41 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju (3) (ir-"Regolament tan-NU/KEE Nru 41") huma intenzjonati li jneħħu ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 Rivedut u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta' sikurezza u protezzjoni.

(3)

Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, jagħtu mandat għall-adozzjoni ta' livelli permissibbli tal-ħoss, sistemi tal-exhaust u proċeduri għall-ittestjar ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta.

(4)

L-Anness III għall-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE fih rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi tal-kategorija L fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tagħhom. Vetturi tal-kategorija L huwa l-isem tal-familja ta' vetturi ħfief bħal roti motorizzati, mopeds b'żewġ jew tliet roti, muturi bi u mingħajr sidecar, triċikli u kwadriċikli.

(5)

Fid-data tal-adeżjoni tagħha għall-Ftehim tal-1958 Rivedut, l-UE aderixxiet għal numru limitat ta' Regolamenti tan-NU/KEE elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 97/836/KE; ir-Regolament Nru 41 tan-NU/KEE ma kienx inkluż f'dik il-lista.

(6)

Kif previst fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 97/836/KE, u skont l-Artikolu 1(7) tal-Ftehim tal-1958 Rivedut, l-Unjoni tista' tiddeċiedi li tapplika wieħed, xi wħud jew kull wieħed mir-Regolamenti tan-NU/KEE li ma kinitx għadha aderixxiet għalih fiż-żmien tal-adeżjoni tagħha għall-Ftehim tal-1958 Rivedut.

(7)

Issa huwa xieraq li l-Unjoni tapplika r-Regolament tan-NU/KEE Nru 41 biex ikun hemm rekwiżiti armonizzati komuni fuq livell internazzjonali, li ser jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali u li ser jieħu post ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni eżistenti stipulati fl-Anness III għall-Kapitolu 9 tad-Direttiva 97/24/KE. Dan ser jippermetti lill-kumpaniji Ewropej li jsegwu sett wieħed ta' rekwiżiti rikonoxxuti mad-dinja kollha, b'mod partikolari fil- Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 Rivedut,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unjoni Ewropea għandha tapplika r-Regolament Nru 41 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata mill-Kummissjoni lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 11, Vol. 27, p. 52).

(2)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 81, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap.11, Vol. 27, p. 52.

(3)  ĠU L 317, 14.11.2012, p. 1.

(4)  Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 13, Vol. 29, p. 399).

(5)  Id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur (ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 07, Vol. 03, p. 34).


5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Settembru 2013

li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/484/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Antonio GRIÑÁN MARTÍNEZ, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sinjura Susana DÍAZ PACHECO, Presidenta de la Junta de Andalucía.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/18


DEĊIŻJONI Nru 3/2013 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-30 ta’ Lulju 2013

li taħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriża (ĊŻI)

(2013/485/UE)

Il-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u t-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3), u partikolarment l-Artikolu 2(6) tal-Anness III tiegħu;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-20 ta’ Lulju 2005 dwar l-Istatuti u r-regoli ta’ proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha;

Billi:

(1)

L-Artikolu 9 tal-istatuti u r-regoli ta’ proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI), adottat bid-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE, jiddikjara li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi huwa inkarigat mill-ħatra tal-membri tal-Bord tad-Diretturi għal perijodu massimu ta’ ħames snin;

(2)

Il-mandat tal-membri attwali tal-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (5), jintemm fis-6 ta’ Settembru 2013;

(3)

Jeħtieġ li jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità taċ-ĊŻI, b’kont meħud tal-fatt li l-ġestjoni tiegħu hija responsabbiltà ta’ direttur ad interim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista’ jintalab jieħu fil-qafas tal-prerogattivi tiegħu, il-mandat tat-tliet membri tal-UE tal-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi huwa estiż għal perijodu ta’ sitt xhur u huma maħtura tliet membri ġodda AKP għal perijodu ta’ ħames snin.

Il-Bord tad-Diretturi taċ-ĊŻI huwa għalhekk magħmul minn:

Is-Sur Adebayo AKINDEINDE

Is-Sur Giovannangelo MONTECCHI PALAZZI

Is-Sinjura Vera VENCLIKOVA,

li l-mandat tagħhom jiskadi fis-6 ta’ Marzu 2014, u minn:

Is-Sur John Atkins ARUHURI

Is-Sinjura Maria MACHAILO-ELLIS

Is-Sur Félix MOUKO

li l-mandat tagħhom jiskadi fis-6 ta’ Settembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Settembru 2013. Din tista’ tiġi riveduta f’kull ħin skont is-sitwazzjoni taċ-Ċentru.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

S. O. OUTLULE


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta’ sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta’ stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 66, 8.3.2006, p. 16.

(5)  ĠU L 84, 23.3.2013, p. 28.


Rettifika

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/20


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2013 tas-27 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 177 tat-28 ta’ Ġunju 2013 )

F’paġna 20, fit-titolu:

minflok:

“il-piżijiet pagabbli”,

aqra:

“il-livell tal-piż annwali pagabbli”.

F’paġna 20, fil-premessa (1):

minflok:

“miżata”,

aqra:

“piż”.

F'paġna 20, fil-premessa (2):

minflok:

“l-miżata annwali għandha titnaqqas”,

aqra:

“l-piż annwali għandu jitnaqqas”.

F’paġna 20, fl-Artikolu 1:

minflok:

“1.   L-Uffiċċju għandu jimponi miżata ta’ EUR 250 fuq detentur ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta (“id-detentur”) għal kull sena tal-perjodu taż-żmien tad-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta (“miżata annwali”), kif imsemmi fl-Artikolu 113(2)(d) tar-Regolament Bażiku.”,

aqra:

“1.   L-Uffiċċju għandu jimponi piż ta’ EUR 250 fuq detentur ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta (“id-detentur”) għal kull sena tal-perjodu taż-żmien tad-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta (“piż annwali”), kif imsemmi fl-Artikolu 113(2)(d) tar-Regolament Bażiku.”.