ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.250.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 250

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
20 ta' Settembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/462/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

1

 

 

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 897/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 898/2013 tad-9 ta’ Settembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite de Navarra (DPO)]

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 899/2013 tad-9 ta’ Settembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite de Lucena (DPO)]

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2013 tat-18 ta' Settembru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

30

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2013 tad-19 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 902/2013 tad-19 ta’ Settembru 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

34

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 903/2013 tad-19 ta’ Settembru 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

36

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 904/2013 tad-19 ta’ Settembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/463/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2013 dwar l-approvazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku għal Ċipru u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/236/UE

40

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Lulju 2013

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

(2013/462/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ April 2007, il-Kunsill approva l-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Gaboniża u l-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Sħubija”), bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2007 (1).

(2)

L-aħħar Protokoll ta’ dan il-Ftehim ta’ Sħubija (2) skada fit-2 ta’ Diċembru 2011.

(3)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Protokoll ġdid li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika Gaboniża teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fl-24 ta’ April 2013.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE, il-Protokoll ġdid jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mid-data tal-iffirmar tiegħu sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

(5)

Huwa xieraq li l-Protokoll ġdid jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) huwa approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ il-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 tas-16 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 319, 18.11.2006, p. 17


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/2


PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

Artikolu 1

Il-perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd

1.   Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll u għal perjodu ta’ tliet (3) snin, l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim qed jiġu ffissati biex jippermettu l-qbid ta’ speċijiet migratorji ħafna mniżżla fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet protetti jew ipprojbiti mill-ICCAT jew mil-leġiżlazzjoni Gaboniża.

2.   Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, l-attivitajiet li jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet tas-sajd se jkunu dawk eżerċitati minn:

(a)

27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer;

(b)

8 bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief.

Dan il-paragrafu għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

3.   L-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd Gaboniżi għandu jingħata lill-flotot barranin sakemm ikun hemm iż-żejjed, kif definit fl-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u wara li tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-isfruttar tal-flotot nazzjonali Gaboniżi.

4.   Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-żoni tas-sajd Gaboniżi biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll u kif

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, tammonta għal EUR 1 350 000 kull sena.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:

(a)

ammont annwali għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Gabon ta’ EUR 900 000 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 20 000 tunnellata fis-sena, u

(b)

ammont speċifiku ta’ EUR 450 000 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gabon.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5, 7 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

4.   Il-ħlas mill-Unjoni Ewropea tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif prevista mill-paragrafu 2(a) għall-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għar-riżorsi tas-sajd Gaboniżi għandu jsir mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, għall-ewwel sena u f’kull data tal-anniversarju tal-iffirmar tal-Protokoll għas-snin ta’ wara.

5.   Iż-żewġ Partijiet aċċettaw li jtejbu l-monitoraġġ regolari tal-qabdiet mill-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd Gaboniża. Għal dan il-għan, matul staġun tas-sajd, l-UE se tanalizza b’mod regolari id-dejta dwar il-qabdiet u l-isforz mill-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkunu preżenti fiż-żona tas-sajd Gaboniża. L-UE se żżomm lill-Gabon infurmat regolarment bir-riżultati ta’ dawn l-analiżi. Sabiex timmaniġġja l-possibbiltà li jinqabeż it-tunnellaġġ ta’ referenza, l-UE se tinforma lill-Istati Membri tagħha u lill-Gabon hekk kif it-total tal-qabdiet irreġistrati fiż-żona tas-sajd Gaboniża jilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta’ referenza ffissat għal 20 000 tunnellata.

6.   Hekk kif il-kwantità globali tilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta’ referenza, tiġi organizzata laqgħa tal-Kumitat Konġunt sabiex jiġu stabbiliti l-modalitajiet tal-pagament kumplimentari dovut lill-Gabon jekk jinqabeż it-tunnellaġġ.

7.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 2 hawnhekk, meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.

8.   L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja definita fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet tal-Gabon.

9.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja titħallas f’kont uniku tal-bank tat-Teżor Pubbliku tar-Repubblika Gaboniża li r-referenzi tiegħu jiġu kkomunikati kull sena mill-awtoritajiet Gaboniżi.

Artikolu 3

Il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u attivitajiet ta’ sajd sostenibbli fiż-żona tas-sajd tal-Gabon

1.   Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Gabon fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ sfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.

2.   Mad-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u l-Gabon għandhom jiftehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, dwar programm settorjali pluriennali, skont l-istrateġija nazzjonali tal-Gabon fis-settur tas-sajd u l-qafas ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea, u r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:

(a)

il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2);

(b)

l-objettivi, kemm dawk annwali kif ukoll dawk pluriennali, li għandhom jintlaħqu bil-għan li jiġi introdott is-sajd responsabbli u s-sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Gabon fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u politiki oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u tas-sajd sostenibbli, inklużi ż-żoni tal-baħar protetti, jew li għandhom impatt fuq din il-promozzjoni;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali.

3.   L-ammonti allokati huma bbażati fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet bi qbil komuni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-objettivi li għandhom jintlaħqu skont il-Pjan Strateġiku Emerġenti tal-Gabon tas-settur tas-sajd u fuq stima tal-impatt mistenni tal-proġetti li għandhom jitwettqu.

4.   Fir-rigward tal-ewwel sena tal-Protokoll, l-ammonti li l-Gabon jiddedika għall-appoġġ finanzjarju tas-settur tas-sajd għandhom jiġu kkomunikati lill-UE u approvati fil-Kumitat Konġunt.

5.   Kull sena il-Gabon għandu jippreżenta rapport dwar l-istat tal-progress tal-proġetti implimentati bil-finanzjament tal-appoġġ settorjali li jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt fil-forma ta’ rapport annwali dwar l-istatus tal-proġetti. Qabel ma jiskadi l-Protokoll il-Gabon irid ukoll jippreżenta rapport finali.

6.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika għall-appoġġ settorjali isir f’serje ta’ ħlasijiet parzjali abbażi ta’ strateġiji skont l-analiżi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u r-rekwiżiti.

7.   Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali trid tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4

Il-kooperazzjoni xjentifika dwar sajd responsabbli

1.   Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet Gaboniżi skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni bejn iż-żewġ flotot li joperaw f’dawn l-ilmijiet u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.

2.   Matul il-perjodu kopert mill-Protokoll preżenti, l-Unjoni Ewropea u l-Gabon jimpenjaw rwieħhom li jikkooperaw biex jissorveljaw l-istat tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sajd.

3.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkommandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fir-rigward tal-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

4.   Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd sabiex jittieħdu miżuri li jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll u li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.

5.   Meta jkun meħtieġ, kif previst fl-Artikolu 4.2 tal-Ftehim tista’ tissejjaħ laqgħa magħmula minn xjentisti taż-żewġ Partijiet fuq talba ta’ waħda miż-żewġ Partijiet. Il-parteċipazzjoni għal din il-laqgħa tista’ tiġi estiża, skont il-ħtieġa, għal esperti xjentifiċi terzi kif ukoll għal osservaturi, rappreżentati tal-partijiet interessati jew rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd

Artikolu 5

Ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.   Il-Partijiet jistgħu jadottaw, fi ħdan il-Kumitat Konġunt, il-miżuri msemmija fl Artikoli 1 u 2 ta’ dan il-Protokoll li jinvolvu r-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun riveduta proporzjonalment u pro rata temporis.

2.   Fir-rigward ta’ kategoriji li mhumiex koperti mill-Protokoll fis-seħħ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet jistgħu jinkludu opportunitajiet tas-sajd ġodda fuq il-bażi tal-aħjar pariri xjentifiċi, approvati mill-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti u adottati mill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 6

L-opportunitajiet tas-sajd ġodda

1.   Fuq talba tal-Gabon, għall-isfruttar ta’ sajd partikolari, il-Gvern tal-Gabon jista’ jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tqis il-possibbiltà ta’ sajd sperimentali taħt il-kontroll dirett ta’ xjentisti miż-żewġ Partijiet u tal-ICCAT jew tal-Organizzazzjoni Reġjonali tas-Sajd kompetenti.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Għal dan il-għan u fuq talba tal-Gabon, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u parametri oħra xierqa. Is-sajd sperimentali mwettaq mill-Partijiet għandu jkun skont il-kundizzjonijiet definiti mill-Kumitat Xjentifiku previst minn dan il-Protokoll.

3.   L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar. Jekk il-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern jista’ jalloka opportunitajiet tas-sajd tal-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2.1 tal-Protokoll attwali tiżdied.

4.   Id-dgħajjes li jiddedikaw rwieħhom għas-sajd ta’ esplorazzjoni fis-sens ta’ dan il-Protokoll għandu jkollhom osservatur abbord skont kif definit fl-Anness.

Artikolu 7

Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (2)(b) tista’ tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet, f’każ li tkun issodisfata kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża;

(b)

tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll;

(c)

jekk l-Unjoni Ewropea jew il-Gabon jiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikoli 8 u 96 tal-imsemmi Ftehim.

2.   Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu sospiżi. Ir-reviżjoni jew is-sospensjoni tal-ħlas isiru mingħajr preġudizzju tal-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta skont it-titlu tal-attivitajiet tas-sajd li jkunu diġa’ twettqu qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni tas-sospensjoni.

3.   L-Unjoni Ewropea, wara evalwazzjoni kif previst fl-Artikolu 3(4) tirriserva d-dritt li tissospendi, parzjalament jew totalment, il-ħlas tal-appoġġ finanzjarju għas-settur tas-sajd kif previst fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll fil-każ li ma jiġux rispettati l-għanijiet tal-ipprogrammar tal-appoġġ settorjali, jew fil-każ li ma titwettaqx dik il-kontribuzzjoni finanzjarja.

4.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa’ jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ma jistax jerġa’ jsir wara perjodu ta’ 6 xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

Artikolu 8

Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet jekk tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

(a)

ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża;

(b)

wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

(c)

jekk l-Unjoni Ewropea jew il-Gabon jiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikoli 8 u 96 tal-imsemmi Ftehim;

(d)

l-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2)(a), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 10.2 ta’ dan il-Protokoll;

(e)

xi tilwima dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn iż-żewġ Partijiet;

(f)

in-nuqqas ta’ rispett minn waħda miż-żewġ Partijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, Anness jew Appendiċi.

2.   L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk ma jkunx possibbli li t-tilwima tiġi riżolta bejn il-Partijiet f’konsultazzjonijiet li jsiru mal-Kumitat Konġunt.

3.   Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u għandha tasal mhux inqas minn tliet xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni.

4.   F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwima ta’ bejniethom. Meta tinkiseb it-tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

5.   Fil-każ ta’ sospensjoni effettiva, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkollhom l-obbligu li jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Gabon mhux aktar tard minn 24 siegħa wara din is-sospensjoni.

Artikolu 9

Il-liġi nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd Gaboniża huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Gabon, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu.

2.   L-awtoritajiet tal-Gabon għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe tibdil fil-politika tas-sajd tal-Gabon jew leġiżlazzjoni ġdida fis-settur tas-sajd qabel din tidħol fis-seħħ.

3.   Fl-każ li jkun hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà bejn id-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Gaboniża, kif imsemmi fil-punt 2 u d-dispożizzjonijiet previsti minn dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu, għandu jitlaqqa’ l-Kumitat Konġunt fl-inqas żmien possibbli biex jiġu kkjarifikati dawk id-dispożizzjonijiet li jaffettwaw direttament l-attività tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Il-kompjuterizzazzjoni tal-iskambji

1.   Ir-Repubblika Gaboniża u l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2.   Il-verżjoni elettronika ta’ dokument se tkun meqjusa fit-totalità tagħha bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tad-dokument wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-Kapitolu I tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.

3.   Il-Gabon u l-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lil xulxin minnufih rigward kwalunkwe ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ l-informazzjoni u d-dokumenti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu awtomatikament sostitwiti mill-verżjoni stampata tagħhom.

Artikolu 11

Il-kunfidenzjalità

Ir-Repubblika Gaboniża u l-Unjoni Ewropea jimpenjaw rwieħhom sabiex id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti Ewropej u l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi ttrattata f’kull ħin b’mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li dik id-dejta li tirreferi għall-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet Gaboniżi biss tkun disponibbli fid-dominju pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet tal-ICCAT f’din il-materja. Id-dejta li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għandha tiġi użata mill-awtoritajiet kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u tal-monitoraġġ.

Artikolu 12

It-tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom japplikaw għal tliet (3) xhur li jibdew mid-data tal-applikazzjoni provviżorja kif previst fl-Artikolu 14.

Artikolu 13

It-terminazzjoni

1.   Fil-każ tat-terminazzjoni tal-Protokoll, il-Parti interessata għandha tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni.

2.   Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet.

Artikolu 14

L-applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom.

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Għall-Unjoni Ewropea

J. E. HOLZAPPEL

Għar-Repubblika Gaboniża

J. NKOGHE BEKALE


ANNESS

KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TWETTIQ TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GABON MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA

KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Għażla tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u minkejja kull indikazzjoni għall-kuntrarju, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Gabon bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Gabon;

għall-Gabon: il-Ministeru responsabbli mis-Sajd.

2.   Żona tas-sajd tal-Gabon

Il-bastimenti tal-UE jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom lil hinn minn 12-il mil tal-baħar li jibdew mil-linji bażi ġewwa ż-żona tas-sajd tal-Gabon, soġġett għad-dispożizzjonijiet previsti skont il-punt 3 hawn taħt.

Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-Gabon għandu jikkomunika l-koordinati ġeografiċi tal-linji bażi taż-żona tas-sajd tiegħu u taż-żoni kollha pprojbiti għas-sajd fiż-żona tas-sajd tiegħu.

3.   Żoni fejn huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd

Ma tista’ ssir l-ebda navigazzjoni fiż-żoni li jinsabu qrib ta’ fejn jittella’ ż-żejt u ta’ fejn isir it-tiftix għaż-żejt. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li fiż-żoni msemmija ma jpoġġu ebda irkaptu biex jinġemal-ħut (FAD) bit-tikketta, kif ukoll ġewwa medda ta’ 12-il mil tal-baħar stabbilita mil-linja bażi.

Iż-żoni pprojbiti għas-sajd ikopru l-Parkijiet nazzjonali, l-erjas tal-baħar protetti kif ukoll iż-żoni fejn isseħħ ir-riproduzzjoni tal-ħut, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Il-Ministeru inkarigat mis-Sajd tar-Repubblika tal-Gabon għandu jikkomunika l-limiti ta’ dawn iż-żoni lis-sidien tal-bastimenti meta tingħatalhom il-liċenzja tas-sajd.

Iż-żoni pprojbiti għat-tbaħħir u s-sajd huma wkoll ikkomunikati għall-finijiet ta’ informazzjoni lill-UE, kif ukoll kull emenda, li għandha titħabbar tal-inqas xahrejn qabel ma tiġi applikata.

4.   Projbizzjonijiet

Il-bastimenti ta’ appoġġ huma pprojbiti fiż-żona tas-sajd tal-Gabon.

5.   Għażla ta’ aġent lokali

Kull bastiment tal-UE li jippjana li jħott il-ħut l-art f’port tal-Gabon għandu jkun rappreżentat minn aġent residenti fil-Gabon.

6.   Kontijiet Bankarji

Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE, qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, id-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

KAPITOLU II

L-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta’ dan l-Anness, it-terminu “liċenzja” huwa ekwivalenti għal “awtorizzazzjoni tas-sajd” kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

1.   Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli

Il-liċenzji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u li l-obbligi preċedenti marbuta ma’ sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment stess, li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ sajd tagħhom fil-Gabon skont il-Ftehim, ikunu ssodisfati. Il-bastimenti kollha li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività tas-sajd fil-qafas ta’ dan il-Protokoll għandhom ikunu wkoll irreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-ICCAT.

2.   Applikazzjoni għal-liċenzja

L-UE għandha tissottometti l-applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd lill-Gabon għal kull bastiment li jixtieq jistad fil-qafas tal-Ftehim, mill-anqas 15-il jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba, billi tuża l-formola li tinsab fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Għal kull l-ewwel applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ, jew wara bidla teknika fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

i.

evidenza tal-ħlas tat-tariffa fissa għall-perjodu ta’ validità tal-liċenzja mitluba.

ii.

l-isem u l-indirizz tal-aġent lokali tal-bastiment; jekk ikun il-każ;

iii.

ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri;

iv.

il-koordinati tal-VMS u ta’ kull dokument ieħor speċifiku mitlub fil-qafas tal-Ftehim.

Għat-tiġdid ta’ liċenzja skont il-Protokoll fis-seħħ, għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa.

3.   Tariffa fissa u tariffa nazzjonali

1.

L-ammont tat-tariffa fissa jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port u l-ispejjeż għas-servizzi.

2.

L-ammont għat-tariffi fissi annwali li għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment huma ffissati f’dan l-ammont rispettivament għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruna u bil-qasab u x-xlief:

Għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll: EUR 55 kull tunnellata li tinqabad fl-ilmijiet Gaboniżi

Għat-tieni u t-tielet sena: EUR 65 kull tunnellata li tinqabad

3.

Il-liċenzji jinħarġu wara li titħallas it-tariffa nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ammont fiss li ġej:

EUR 13 750 kull sena għat-tul kollu tal-Protokoll għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief.

4.   Lista provviżorja tal-bastimenti li qed japplikaw għal liċenzja tas-sajd

Malli jaslu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd, il-Gabon għandu jistabbilixxi fl-iqsar żmien possibbli u għal kull kategorija ta’ bastimenti l-lista provviżorja tal-bastimenti li applikaw. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-kontroll tas-sajd u lill-UE.

L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. F’każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Gabon jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u jibgħat kopja lill-UE.

5.   Applikazzjoni għal-liċenzja

Il-Gabon għandu joħroġ il-liċenzja tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jirċievi l-fajl tal-applikazzjoni komplut.

F’każ ta’ tiġdid ta’ liċenzja tas-sajd matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-Protokoll, l-awtorizzazzjoni l-ġdida għandu jkun fiha referenza ċara għal-liċenzja inizjali tas-sajd.

L-UE għandha tgħaddi l-liċenzja tas-sajd lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. F’każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Gabon jista’ jibgħat il-liċenzja tas-sajd direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u jibgħat kopja lill-UE.

6.   Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu

Mal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd, il-Gabon għandu jistabbilixxi fl-iqsar żmien possibbli u għal kull kategorija ta’ bastimenti l-lista definittiva tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Gabon. Din il-lista għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE u għandha tissostitwixxi l-lista provviżorja msemmija hawn fuq.

7.   Tul tal-validità tal-liċenzja

L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

Sabiex jiġi stabbilit il-bidu tal-perjodu ta’ validità, il-“perjodu annwali” għandu jfisser:

(i)

għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

(ii)

wara, kull sena kalendarja sħiħa;

(iii)

għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll.

(iv)

għall-ewwel u l-aħħar snin tal-Protokoll, it-tariffa nazzjonali għandha tiġi kkalkulata pro rata temporis.

Il-liċenzja għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u mhijiex trasferibbli.

Madanakollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, bħat-telf jew in-nuqqas għal żmien twil li bastiment ikun jista’ jopera minħabba ħsara teknika serja, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja tas-sajd ġdida li tinħareġ fuq bastiment ieħor tal-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif inhu msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ma jkun dovut pagament ulterjuri. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livelli ta’ ħut maqbud li jiddetermina jekk għandux isir ħlas addizzjonali, għandu jikkunsidra t-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti.

It-trasferiment isir billi sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu fil-Gabon jibgħat lura l-liċenzja tas-sajd li tkun se tiġi sostitwita, u fl-iqsar żmien possibbli tinħareġ liċenzja ta’ sostituzzjoni mill-Gabon. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura.

8.   Żamma abbord tal-liċenzja

Il-liċenzja, jew jekk ma tkunx disponibbli kopja valida sa 45 jum wara d-data li fiha tinħareġ il-liċenzja, trid tinżamm abbord il-bastiment b’mod permanenti.

Madankollu, il-bastimenti huma awtorizzati li jistadu malli jkunu mniżżla fuq il-lista provviżorja msemmija fil-punt 4 hawn fuq. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja abbord sa ma tinħareġ il-liċenzja tas-sajd tagħhom.

Il-Gabon għandu jaġġorna, mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE.

KAPITOLU III

IL-MIŻURI TEKNIĊI

Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona, l-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, huma speċifikati għal kull kategorija tas-sajd fl-iskedi tekniċi fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

Il-bastimenti għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT (Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku) jew id-dispożizzjonijiet tar-regolamentazzjoni Gaboniża fir-rigward ta’ din il-materja.

Matul is-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża, u bl-eċċezzjoni tal-irkaptu fejn jinġema l-ħut (FAD) b’derivanti naturali, l-użu ta’ tagħmir awżiljarji tas-sajd li jimmodifika l-imġiba tal-ispeċijiet migratorji ħafna u li jiffavorixxi b’mod partikolari il-konċentrazzjoni tagħhom qrib jew taħt it-tagħmir tas-sajd, se jkun limitat għal FAD b’derivanti aritifiċjali msejħa ekoloġiċi li l-bidu nett, il-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu b’mod li jevitaw kull qbid inċidentali mit-tagħmir ta’ krustaċej, klieb il-baħar u fkieren. Il-materjali li minnhom ikun magħmul dan it-tagħmir awżiljari għandu jkun bijodegredabbli. L-użu ta’ dawn il-FAD b’derivanti artifiċjali se jiġi adottat mill-Unjoni Ewropea skont pjan ta’ ġestjoni konformi ma’ dispożizzjonijiet imwaqqfa mill-ICCAT.

KAPITOLU IV

ID-DIKJARAZZJONI DWAR IL-QBID

1.   Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jistad fil-qafas tal-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd bil-Franċiż, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija ta’ sajd jinsab fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Gabon.

Il-kaptan għandu jikteb kuljum fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata permezz tal-kodiċi Alfa 3 tal-FAO, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll f’każ li ma jinqabad xejn minn kwalunkwe speċi ewlenija.

Jekk ikun il-każ, il-kaptan għandu jirreġistra wkoll kuljum fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd il-kwantitajiet ta’ kull speċi skartata fil-baħar, espressi f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.   Dikjarazzjoni dwar il-qbid

Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabda tal-bastiment billi jibgħat lill-Gabon il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Gabon.

Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Gabon, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Gabon, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument;

(ii)

f’każ ta’ ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gabon mingħajr ma jgħaddi minn port tal-Gabon, kull oriġinal tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jintbagħat fi żmien 14-il jum wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, jew f’kull każ fi żmien 30 jum wara l-ħruġ miż-żona tal-Gabon

(a)

permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Gabon,

(b)

jew permezz ta’ feks, fuq in-numru kkomunikat mill-Gabon,

(c)

jew permezz tal-posta elettronika.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jistabbilixxu sistema ta’ rappurtar tal-qabdiet ibbażata fuq skambju elettroniku tal-informazzjoni kollha, bil-ħsieb li jitħaffef il-pass tal-komunikazzjoni.

Minn meta tkun possibbli l-komunikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid, il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd lill-Gabon fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-Gabon. Il-Gabon għandu jikkonferma minnufih li rċieva l-ġurnali permezz tal-posta elettronika.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lid-delegazzjoni tal-UE fil-Gabon. Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, il-kaptan għandu f’kull każ jibgħat kopjat tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-Istitut tar-Riċerka Agrikola u tal-Forestrija (IRAF - ‘Institut de Recherche Agricole et Forestière’) tal-Gabon kif ukoll lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

(i)

IRD (Institut de recherche pour le développement)

(ii)

IEO (Instituto Español de Oceanografia),

(iii)

IPMA (Instituto Português do Mar e da Atmosfèra), jew

Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tal-Gabon fil-perjodu tal-validità tal-liċenzja tiegħu jagħti lok għal rapport ġdid tal-qabdiet.

Fejn id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid ma jitħarsux, il-Gabon jista’ jissospendi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. F’każ ta’ nuqqas ta’ rispett b’mod ripetut, il-Gabon jista’ jirrifjuta t-tiġdid tal-liċenzja. Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

3.   Tranżizzjoni għal sistema elettronika

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddikjaraw ir-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni għal sistema elettronika għad-dikjarazzjoni dwar il-qbid abbażi tal-ispeċifitajiet tekniċi definiti fl-Appendiċi 6. Il-Partijiet jaqblu li flimkien jiddefinixxu r-regoli ta’ din il-komunikazzjoni sabiex is-sistema ssir operattiva fl-inqas żmien possibbli. Il-Gabon għandu jinforma lill-UE hekk kif il-kundizzjonijiet ta’ din it-trażmissjoni jkunu ssodisfati. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li s-sistema ssir operattiva b’mod sħiħ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

4.   Stqarrija finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief

Sakemm tiġi implimentata s-sistema elettronika prevista mill-punt 3, l-UE għandha tistabbilixxi għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, stqarrija finali tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment għall-perjodu annwali ta’ attività tas-sena preċedenti bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid tiegħu kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq.

L-UE għandha tibgħat din l-istqarrija finali lill-Gabon u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja.

Mid-data tal-implimentazzjoni effettiva tas-sistema elettronika prevista mill-punt 3, l-UE għandha tistabbilixxi għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, stqarrija finali tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment għall-perjodu annwali ta’ attività tas-sena preċedenti bbażata fuq il-ġurnali ta’ abbord arkivjati fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.

L-UE għandha tibgħat din l-istqarrija finali lill-Gabon u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena li tkun għaddejja.

Fiż-żewġ każijiet u fi żmien 30 jum mid-data ta’ trażmissjoni, il-Gabon jista’ jikkontesta l-istqarrija finali, abbażi ta’ elementi ta’ evidenza. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Gabon ma jagħmilx oġġezzjoni fi żmien 30 jum, l-istqarrija finali tiġi meqjusa bħala adottata.

Fid-data tal-komunikazzjoni tal-istqarrija finali dwar il-qbid lill-Gabon, l-UE għandha titrażmetti sommarju tad-dejta dwar il-qbid u l-isforz tal-bastimenti tal-UE li juri l-attività tas-sajd fuq l-FAD fiż-żona tas-sajd Gaboniża b’konformità mal-miżuri u l-obbligi adottati mill-ICCAT, b’mod partikolari permezz tar-Rakkomandazzjoni 11/01.

KAPITOLU V

L-IŻBARK

1.   Proċedura tal-iżbark

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jixtieq jiżbarka f’port tal-Gabon, qabdiet magħmula fiż-żona tal-Gabon, għandu jinnotifika lill-Gabon, mill-inqas 24 siegħa qabel l-iżbark jew it-trażbord:

(a)

l-isem tal-bastiment tas-sajd li għandu jħott il-ħut l-art,

(b)

il-port tal-iżbark,

(c)

id-data u l-ħin previsti għall-iżbark,

(d)

il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li se tiġi żbarkata l-art jew li se tiġi ttrażbordata (identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha).

Il-bastimenti għandhom iħottu l-art il-qabdiet inċidentali kollha tagħhom li jkunu qabdu fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, fil-portijiet tal-Gabon.

L-operazzjoni ta’ żbark għandha ssir fl-ilmijiet ta’ port tal-Gabon awtorizzat għal dan. It-trażbord huwa pprojbit.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Gabon.

2.   Inċentiv għall-iżbark

(a)   Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Hekk kif l-istrutturi portwali u tal-ipproċessar tat-tonn isiru operattivi fil-Gabon, is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw rwieħhom li jiżbarkaw minimu ta’ 30 % tal-qabdiet li jseħħu fl-ilmijiet Gaboniżi, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet effettivi tal-unità tal-produzzjoni. Matul dawn l-iżbarki il-bastimenti tas-sajd għat-tonn se jiżbarkaw ukoll 100 % tal-qbid sekondarju miżmum abbord sabiex ifornu lis-suq lokali. Dawn l-iżbarki li jitwettqu l-Gabon għandhom jiġu pprezzati skont il-prezz tas-suq. Fil-każ li l-unità tal-produzzjoni tkun fornuta f’ammonti inqas, il-Partijiet għandhom ilaqqgħu l-Kumitat Konġunt sabiex tinstab soluzzjoni.

(b)   Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

Is-sidien tal-bastimenti jimpenjaw rwieħhom li jiżbarkaw 100 % tal-qabdiet li jseħħu fl-ilmijiet Gaboniżi, sabiex ifornu lis-suq lokali.

(c)   Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 hawn fuq japplikaw suġġett għan-notifika mill-Parti Gaboniża tal-istat operattiv effettiv tal-infrastrutturi kkonċernati u wara li jiġu eżaminati mill-Kumitat Konġunt.

KAPITOLU VI

IL-KONTROLLI

1.   Dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha

Kull dħul jew ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gabon ta’ bastiment tal-UE li jkollu liċenzja tas-sajd għandu jkun innotifikat lill-Gabon fi żmien 6 sigħat qabel id-dħul jew il-ħruġ.

Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

(i)

id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;

(ii)

il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata permezz tal-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali;

(iii)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

In-notifika għandha ssir preferibbilment permezz tal-posta elettronika, jew inkella, b’feks jew bir-radju, f’indirizz elettroniku, numru tat-telefon jew fuq frekwenza mogħtija mill-Gabon. Il-Gabon għandu jikkonferma minnufih li rċieva n-notifika permezz tal-posta elettronika. Il-Gabon għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tal-Gabon mingħajr ma jkun avża minn qabel il-preżenza tiegħu jitqies bħala bastiment b’mod illegali.

2.   Spezzjoni fuq il-baħar

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tal-Gabon li ssir fuq il-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tal-Gabon faċilment identifikabbli bħala uffiċjali maħtura għall-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Gabon għandhom javżaw lill-bastiment tal-UE dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel l-ispezzjoni.

L-ispetturi tal-Gabon għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE iż-żmien meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbuta mal-ispezzjoni. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Il-Gabon jista’ jawtorizza lill-UE sabiex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur.

Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu jiffaċilita l-imbark u x-xogħol tal-ispetturi tal-Gabon.

Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Gabon għandhom jagħmlu rapport dwar l-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta ma’ ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza “irrifjuta li jiffirma”. L-ispetturi Gaboniżi għandhom jagħtu kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jinżlu mill-bastiment. Il-Gabon għandu jittrażmetti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 ijiem wara l-ispezzjoni.

3.   Spezzjoni fil-port

L-ispezzjoni fil-port tal-bastimenti tal-UE li jiżbarkaw fl-ilmijiet ta’ port tal-Gabon, qabdiet magħmula fiż-żona tal-Gabon għandha ssir minn spetturi awtorizzati..

L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Gabon għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE iż-żmien meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbuta mal-ispezzjoni. Huma għandhom jagħmlu spezzjoni b’mod li jillimitaw l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività ta’ żbark jew ta’ trasbord u fuq il-merkanzija tiegħu.

Il-Gabon jista’ jawtorizza lill-UE tipparteċipa, bħala osservatur, fl-ispezzjoni fil-port.

Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu jippermetti lill-ispetturi tal-Gabon iwettqu xogħolhom.

Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni, l-ispettur tal-Gabon għandu jagħmel rapport dwar l-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza “irrifjuta li jiffirma”.

Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Gabon għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE. Il-Gabon għandu jittrażmetti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 ijiem wara l-ispezzjoni.

4.   Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

Bil-għan li jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra miftuħa u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom jissenjalaw il-preżenza ta kull bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Gabon li mhuwiex fil-lista tal-bastimenti awtorizzati jistadu fil-Gabon.

Jekk il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-UE josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd u jkollu s-suspett li dik tista’ tkun attività tas-sajd IUU jista’ jniżżel l-akbar ammont possibbli ta’ informazzjoni li jista’ joħroġ minn din l-osservazzjoni. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bastiment li wettaq l-osservazzjoni li min-naħa tagħha għandha tittrażmettiha lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-organizzazzjoni maħtura minnha. Il-Kummissjoni Ewropea imbagħad tibgħat din l-informazzjoni lill-Gabon.

Il-Gabon għandu jikkomunika malajr kemm jista’ jkun lill-UE kull rapport ta’ osservazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet suspettati li jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd Gaboniża.

KAPITOLU VII

IS-SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (VMS)

1.   Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

Meta jkunu fiż-żona tal-Gabon, il-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-ċentru ta’ kontroll tas-sajd (Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment,

(b)

l-aktar pożizzjoni ġeografika reċenti tal-bastiment (lonġitudni, latitudni) b’marġini ta’ żball ta’ inqas minn 500 metru u b’livell ta’ fiduċja ta’ 99 %,

(c)

id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni,

(d)

il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.

Kull messaġġ irid ikun ikkonfigurat skont il-format tal-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Gabon għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi “POS”, minbarra l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Gabon, li għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jipprovdi l-ipproċessar awtomatiku u, f’dak il-każ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta’ pożizzjoni. Il-messaġġi ta’ pożizzjoni għandhom ikunu rreġistrati u maħżuna b’mod sigur għal perjodu ta’ tliet snin.

2.   Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

F’każ ta’ ħsara, is-sistema VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tiġi sostitwita fi żmien 10 ijiem. Wara dan iż-żmien, il-bastiment ma jkunx aktar awtorizzat jistad fiż-żona tal-Gabon.

Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tal-Gabon b’sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi ta’ pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika, bir-radju jew bil-feks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, billi jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa.

3.   Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Gabon

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Gabon. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Gabon għandhom jiskambjaw bejniethom l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt u jinfurmaw minnufih lil xulxin bi kwalunkwe tibdil f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi ta’ pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Kap Verde għandha ssir b’mod elettroniku skont sistema ta’ komunikazzjoni sikura.

Iċ-ĊMS tal-Gabon għandu jinforma minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi ta’ pożizzjoni konsekuttivi ta’ bastiment li jkollu liċenzja tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4.   Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

Il-Gabon għandu jiżgura l-kompatibbiltà tat-tagħmir elettroniku tiegħu ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u jinforma minnufih lill-UE dwar kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi ta’ pożizzjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni teknika fl-inqas żmien possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun mgħarraf rigward kwalunkwe tilwima li tista’ tinqala’.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni Gaboniża li tkun fis-seħħ.

5.   Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, il-Gabon jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Dawn l-elementi ta’ evidenza għandhom ikunu trażmessi mill-Gabon liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih lill-Gabon il-messaġġi ta’ pożizzjoni skont il-frekwenza l-ġdida.

Hekk kif il-perjodu ta’ investigazzjoni stabbilit jintemm, il-Gabon għandu jinforma b’dan minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u l-UE; hu għandu jinfurmahom bl-azzjoni ta’ segwitu eventwali li tingħata skont din l-investigazzjoni.

KAPITOLU VIII

IL-KSUR TAR-REGOLI

1.   Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-UE li għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport ta’ spezzjoni. Dan ir-rapport huwa trażmess lill-UE u lill-Istat tal-bandiera mill-iktar fis possibbli.

L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta mal-ksur. Il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera matul it-twettiq tal-proċedura ta’ spezzjoni.

2.   Waqfien tal-bastiment – Laqgħa ta’ informazzjoni

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Gabon li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port tal-Gabon, f’każ li jkun qed ibaħħar.

Il-Gabon għandu jinnotifika lill-UE, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b’kull waqfien ta’ bastiment tal-UE li jkollu liċenzja. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata mill-elementi ta’ evidenza tal-ksur iddenunzjat.

Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura fil-konfront tal-bastiment, tal-kaptan, tal-ekwipaġġ jew tat-tagħbija, minbarra l-miżuri maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi, il-Gabon għandu jorganizza fuq talba tal-UE, fi żmien ġurnata tax-xogħol wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jispjega l-fatti li jkunu wasslu għall-waqfien tal-bastiment u jispjega kwalunkwe konsegwenza. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi għal din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.   Sanzjonijiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

Is-sanzjoni għall-ksur denunzjat għandha tkun stabbilita mill-Gabon skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fis-seħħ.

Meta s-soluzzjoni tar-reat tinvolvi proċedura ġudizzjarja, qabel jingħata bidu għaliha, u sakemm ir-reat ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinfetaħ proċedura ta’ kompromess bejn il-Gabon u l-UE sabiex ikunu ddeterminati t-termini u l-livell tas-sanzjoni. Ir-rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jistgħu jattendu għal din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm sa mhux aktar tard minn 3 ijiem wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment.

4.   Proċedura ġudizzjarja - Garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess ma tirnexxix u l-ksur jittella’ quddiem il-qorti ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment involut fir-reat għandu jiddepożita garanzija bankarja fil-bank magħżul mill-Gabon u li l-ammont tagħha, stabbilit mill-Gabon, ikopri l-ispejjeż marbuta mal-waqfien tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja tibqa’ marbuta sakemm jintemmu l-proċedimenti legali

Il-garanzija bankarja tiġi rilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tingħata s-sentenza:

(a)

kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena,

(b)

sal-bilanċ li jifdal, f’każ li s-sanzjoni twassal għal multa inferjuri għall-garanzija bankarja.

Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5.   Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara l-ħlas tal-multa stabbilita fil-proċedura ta’ kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija bankarja.

KAPITOLU IX

IT-TLUGĦ ABBORD TA’ BAĦRIN

1.

Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief jimpenjaw rwieħhom li jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin imtella’ abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP,

għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief, mill-inqas 20 % tal-baħrin imtella’ abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP,

2.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom ifittxu li jtellgħu abbord baħrin Gaboniżi

3.

Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-UE. B’mod partikolari din tirrigwarda d-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet.

4.

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-pajjiżi AKP, li tingħata kopja tagħhom lill-firmatarji, huma stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tal-operaturi u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f’każ ta’ inċident.

5.

L-operaturi huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin mill-AKP. Dan għandu jiġi stabbilit qabel ma jingħataw il-liċenzji bi qbil mal-operaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tal-baħrin lokali ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-Gabon u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għan-normi tal-ILO.

6.

Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-UE għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri jonqos milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta’ dak il-baħri.

KAPITOLU X

L-OSSERVATURI

1.   L-Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Il-bastimenti awtorizzati li jistadu għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom skont il-Ftehim.

Din is-sistema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti mir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku).

2.   Il-bastimenti u l-osservaturi magħżulin

Il-Gabon għandu jagħżel il-bastimenti tal-UE li jtellgħu abbord osservatur kif ukoll l-osservatur assenjat lilu sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur. Fuq talba tal-awtoritajiet Gaboniżi, il-bastimenti tas-sajd tal-UE għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 25 % tal-bastimenti liċenzjati.

Meta tinħareġ il-liċenzja, il-Gabon għandu jinforma lill-UE u lil sid il-bastiment, jew ir-rappreżentant awtorizzat minnu, dwar il-bastimenti u l-osservaturi magħżula, kif ukoll iż-żmien tal-preżenza tal-osservatur abbord kull bastiment. Il-Gabon għandu jinforma minnufih lill-UE u lil sid il-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, dwar kwalunkwe tibdil fil-bastimenti u l-osservaturi magħżula.

Il-Gabon għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li jkunu jinsabu diġà taħt l-obbligu formali li jtellgħu abbord osservatur waqt kampanja tas-sajd ikkonċernata, fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom f’żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk tal-Gabon.

L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja fissa

Mal-ħlas tat-tariffa fissa, sid il-bastiment għandu jħallas lill-Gabon ammont fiss ta’ EUR 200 fis-sena għal kull bastiment.

4.   Il-paga tal-osservatur

Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-Gabon.

5.   Il-kundizzjonijiet tal-imbark

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-Gabon.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni tal-osservatur abbord għandha tqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel abbord il-bastiment għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni, għad-dokumenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal tas-sajd u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbuta direttament mal-kompiti tiegħu.

6.   L-obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:

(a)

jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;

(b)

jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

(c)

jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

7.   L-imbark u l-iżbark tal-osservatur

L-osservatur għandu jitla’ abbord f’port magħżul minn sid il-bastiment.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Gabon, b’perjodu ta’ notifika ta’ 10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jitla’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

F’każ li l-osservatur ma jippreżentax ruħu għall-imbark sa 12-il siegħa wara d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur. Huwa jkun liberu li jħalli l-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

Meta l-osservatur ma jitniżżilx f’port tal-Gabon, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur lura lejn il-Gabon fl-iqsar żmien possibbli.

8.   Il-kompiti tal-osservatur

L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment,

(b)

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd,

(c)

jieħu kampjun bijoloġiku bħala parti mill-programm xjentifiku,

(d)

jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat,

(e)

jivverifika d-dejta dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tal-Gabon u jkunu rrappurtati fil-ġurnal ta’ abbord,

(f)

jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati;

(g)

jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, feks jew posta elettronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa meta l-bastiment jopera fiż-żona tal-Gabon, inkluż il-volum abbord tal-qabdiet ewlenin u inċidentali.

9.   Rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jagħti r-rapport tiegħu lill-Gabon, li jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien 8 ijiem wara l-iżbark tal-osservatur.

Appendiċijiet għal dan l-Anness

1.   

Appendiċi 1 – Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

2.   

Appendiċi 2 – Dikjarazzjoni teknika

3.   

Appendiċi 3 – Ġurnal tas-sajd

4.   

Appendiċi 4 – Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS

5.   

Appendiċi 5 – Limiti taż-żona tas-sajd Gaboniża

6.   

Appendiċi 6 – Rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd

Appendiċi 1

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN IL-GABON U L-UNJONI EWROPEA

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD

Image 1

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

DIKJARAZZJONI TEKNIKA

Żona tas-sajd:

Lil hinn minn 12-il mil tal-baħar li jibdew mil-linja bażi, bl-esklużjoni taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd kif previst fl-Appendiċi 5.

Kategoriji awtorizzati:

Sajd b’bastimenti għat-tonn bit-tartarun

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

Qabdiet inċidentali:

Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u l-FAO.

Tariffi u tunnellaġġ:

Tariffa għal kull tunnellata maqbuda

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief:

l-ewwel sena: EUR 55

it-tieni u t-tielet sena: EUR 65/tunnellata

Tariffa nazzjonali annwali:

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief:

EUR 13 750 kull sena, għall-perjodu kollu tal-Protokoll

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd

27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

8 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief

oħrajn

Osservaturi fuq 25 % tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd - kontribuzzjoni finanzjarja fissa: EUR 200 kull bastiment u kull sena.

Baħrin 20 % tal-baħrin imtella’ abbord li jkunu ġejjin minn Pajjiżi AKP

Appendiċi 3

Ġurnal tas-sajd

Image 2

Test ta 'immaġni

Appendiċi 4

IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-GABON

RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-Dejta

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kontenut

Il-bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Mingħand

FR

O

Dettall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li qed jibgħat (ISO-3166)

Stat tal-Bandiera

FS

O

Detall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż tal-bandiera (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ - Tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI)

Kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS)

RC

O

Dettall tal-bastiment - Kodiċi internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

In-numru ta’ referenza intern tal-Parti kontraenti

IR

F

Dettall tal-bastiment - Numru uniku tal-Kodiċi Alfa-3 tal-Parti kontraenti (ISO-3166) segwit minn numru.

Reġistrazzjoni esterna

XR

O

Dettall tal-bastiment - numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

latitudni

LT

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - posiżżjoni fi gradi u gradi deċimali T/N DD.ddd (WGS84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - posiżżjoni fi gradi u gradi deċimali L/P DD.ddd (WGS84)

Rotta

CO

O

Rotta tal-bastiment fuq scala ta’ 360 grad

Veloċità

SP

O

Veloċità tal-bastimenti f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data

DA

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Kull trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

(1)

Il-karattri utilizzati għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-ISO 8859.1

(2)

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ.

(3)

Kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//).

(4)

Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam u d-dejta.

(5)

Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ.

(6)

L-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ.

Appendiċi 5

LIMITI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD GABONIŻA

KOORDINATI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD

L-awtoritajiet kompetenti Gaboniżi għandhom jikkomunikaw il-koordinati ġeografiċi tal-linja bażi Gaboniża, taż-żona tas-sajd Gaboniża u taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd lis-servizzi kompetenti tal-UE. L-awtoritajiet Gaboniżi jieħdu l-impenn li jikkomunikaw kull modifika li tirrelata għal dawn il-limiti mhux anqas minn xahar qabel tidħol fis-seħħ tali modifika.

Appendiċi 6

(a)   Linji gwida għall-qafas u l-implimentazzjoni ta’ sistema elettronika ta’ komunikazzjoni tad-dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd (Sistema ERS)

Referenza: Anness tal-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Gabon

Dispożizzjoni ġenerali

(1)

Kull bastiment tas-sajd tal-UE għandu jkun mgħammar b’sistema elettronika, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “sistema ERS”, li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd tal-bastiment, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “dejta ERS”, waqt li l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Gabon.

(2)

Bastiment tas-sajd li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fl-ilmijiet tal-Gabon biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

(3)

Id-dejta ERS hija trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ CMS) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li dawn ikunu awtomatikament disponibbli għaċ-ĊMS tal-Gabon.

(4)

L-Istat tal-bandiera u l-Gabon għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS fil-format XMS [http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm] disponibbli fi u li għandha proċedura ta’ salvagwardja kapaċi li tirreġistra u taħżen id-dejta ERS f’forma li tinqara minn kompjuter għal perjodu ta’ mhux anqas minn 3 snin.

(5)

Kull modifika jew aġġornament ta’ dan il-format għandu jkun identifikat u datat, u għandu jsir operattiv sitt xhur wara li jiġi applikat.

(6)

It-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha tuża l-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE, identifikati bħala DEH (‘Data Exchange Highway’).

(7)

L-Istat tal-bandiera u l-Gabon għandhom jagħżlu korrispondent ERS kull wieħed li jkun il-punt ta’ kuntatt.

(a)

Il-korrispondenti ERS għandhom jintgħażlu għal perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur;

(b)

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gabon għandhom jikkomunikaw b’mod reċiproku l-koordinati (ismijiet, indirizzi, numri tat-telefown, tal-feks u tal-posta elettronika) tal-korrispondenti ERS tagħhom qabel ma’ tidħol fis-seħħ il-produzzjoni tal-ERS mill-fornitur.

(c)

Kull modifika fil-koordinati tal-korrispondent ERS għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien.

Stabbiliment u komunikazzjoni tad-dejta ERS

(8)

Il-bastiment tas-sajd tal-UE għandu:

(a)

jikkomunika d-dejta ERS kuljum għal kull jum li jgħaddi fl-ilmijiet tal-Gabon;

(b)

jirreġistra għal kull operazzjoni tas-sajd il-kwantitajiet ta’ kull speċi li tinqabad u tinżamm abbord, kemm jekk tkun l-ispeċi fil-mira kif ukoll jekk tkun parti mill-qbid inċidentali, jew skartata;

(c)

għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mill-Gabon, għandhom jiġu ddikjarati wkoll il-qabdiet b’valur ta’ żero;

(d)

kull speċi għandha tkun identifikata mill-kodiċi alfa-3 tal-FAO;

(e)

il-kwantitajiet huma espressi f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, f’għadd ta’ ħut individwali;

(f)

jirreġistra id-dejta ERS, għal kull speċi, il-kwantitajiet li ġew ittrasbordati u/jew żbarkati;

(g)

fid-dejta ERS jirreġistra, waqt kull dħul (messaġġ COE) u ħruġ (messaġġ COX) mill-ilmijiet tal-Gabon, messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd mogħtija mill-Gabon, il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta’ kull dħul/ħruġ;

(h)

jittrażmetti kuljum id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, skont il-format previst fil-paragrafu 3 hawn fuq, mhux aktar tard minn 23:59 UTC.

(9)

Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u trażmessa.

(10)

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u b’mod immedjat id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Gabon.

(11)

Iċ-ĊMS tal-Gabon għandu jikkonferma li tkun waslet id-dejta ERS b’messaġġ ta’ ritorn u jittratta kull dejta ERS b’mod kunfidenzjali.

Nuqqas fis-sistema ERS abbord bastiment, u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera

(12)

L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b’kull nuqqas tekniku tas-sistema ERS installata abbord bastiment jew b’nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

(13)

L-Istat tal-bandiera għandu jinforma lill-Gabon bin-nuqqas skopert u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

(14)

F’każ ta’ ħsara tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel f’mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa f’dan il-perjodu ta’ 10 ijiem, il-bastiment ma jkunx jista’ jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet tal-Gabon sakemm is-sistema ERS ma tkunx fi stat perfett ta’ funzjonament, ħlief jekk tingħata awtorizzazzjoni mill-Gabon.

(15)

Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara li jkun instab nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma:

(a)

is-sistema ERS tiegħu tkun funzjonali mill-ġdid għas-sodisfazzjoni tal-Istat tal-bandiera u tal-Gabon, jew

(b)

jirċievi l-awtorizzazzjoni mill-Istat tal-bandiera. F’dan il-każ tal-aħħar, l-Istat tal-bandiera għandu jinforma lill-Gabon bid-deċiżjoni tiegħu qabel it-tluq tal-bastiment.

(16)

Kull bastiment tal-UE li jopera fl-ilmijiet tal-Gabon b’sistema ERS difettuża għandu jittrażmetti kuljum u mhux aktar tard minn 23:59 UTC id-dejta ERS kollha liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika li jkun disponibbli u aċċessibbli miċ-ĊMS tal-Gabon.

(17)

Id-dejta ERS li ma tkunx tista’ tkun disponibbli għall-Gabon permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas kif imsemmi fil-paragrafu 10 tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Gabon b’mezz ieħor elettroniku li jkun tajjeb b’mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jittieħed qies tal-fatt li l-iskadenzi normalment applikabbli għat-trażmissjoni jistgħu ma jiġux rispettati.

(18)

Jekk iċ-ĊMS tal-Gabon ma jirċevix id-dejta ERS mingħand bastiment matul 3 ijiem konsekuttivi, il-Gabon jista’ joħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f’port magħżul mill-Gabon għall-investigazzjoni.

Nuqqas taċ-ĊMS - nuqqas ta’ wasla tad-dejta ERS miċ-ĊMS tal-Gabon

(19)

Jekk ĊMS ma jirċevix id-dejta ERS, il-korrispondent ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema.

(20)

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gabon għandhom jaqblu b’mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni alternattivi li għandhom jiġu utilizzati għat-trażmissjoni tad-dejta ERS f’każ ta’ nuqqas taċ-ĊMS, u għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b’kull modifika.

(21)

Hekk kif iċ-ĊMS tal-Gabon jinnotifika li d-dejta ERS ma tkunx waslet, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u jieħu l-miżuri xierqa sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Gabon u tal-UE bir-riżultati u l-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa wara li jkun ġie skopert in-nuqqas.

(22)

Jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar minn 24 siegħa biex tinstab soluzzjoni għall-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti id-dejta ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Gabon bl-użu ta’ wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi previsti fil-punt 17.

(23)

Il-Gabon għandu jinforma lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-dejta ERS miċ-ĊMS tal-Gabon minħabba nuqqas ta’ wieħed miċ-ĊMS.

Manutenzjoni ta’ ĊMS

(24)

L-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni ppjanifikati ta’ ĊMS (programmi ta’ manutenzjoni) u li probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta ERS għandhom jiġu nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa qabel, b’indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta’ żmien tal-manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni mhux ippjanifikati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat mill-iktar fis possibbli liċ-ĊMS l-ieħor.

(25)

Matul l-operazzjoni ta’ manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta ERS tista’ titpoġġa fi stat ta’ stennija sakemm is-sistema terġa’ tiġi operattiva. Imbagħad, id-dejta ERS ikkonċernata terġa’ titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjoni ta’ manutenzjoni.

(26)

Jekk l-operazzjoni ta’ manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta ERS għandha tiġi trażmessa liċ-ĊMS l-ieħor b’wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi kif previst fil-punt 17.

(27)

Il-Gabon għandu jinforma lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-dejta ERS kawża ta’ operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ ĊMS.

REGOLAMENTI

20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/24


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 897/2013

tat-22 ta' Lulju 2013

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3)

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' April 2007, ill-Kunsill approva l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika Gaboniża u l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim ta' Sħubija"), bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2007 (1).

(2)

L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija mar-Repubblika Gaboniża li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika Gaboniża teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. Wara dawn in-negozjati, fl-24 ta’ April 2013, ġie inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/462/UE (2) dwar l-iffirmar tal-Protokoll ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

(4)

Għandu jiġi ddefinit il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għall-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll ġdid.

(5)

Konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (3), f’każ li jidher li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ġdid ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. F’każ li ma tintbagħatx risposta, fi żmien li għandu jiġi ffissat mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tagħhom tas-sajd matul il-perjodu kkunsidrat. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-bastimenti tal-UE jkunu jistgħu jerġgħu jibdew l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, il-Protokoll ġdid jipprevedi l-possibbiltà li huwa jiġi applikat b’mod provviżorju minn kull Parti sa mid-data tal-iffirmar tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tal-firma tal-Protokoll ġdid,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:

a)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer:

Franza

12-il bastiment

Spanja

15-il bastiment

b)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

Spanja

7 bastimenti

Franza

bastiment wieħed

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta' Sħubija.

3.   Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tqis it-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd magħmulin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.   L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, hija ffissata għal għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll ġdid.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 tas-16 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 1).

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 898/2013

tad-9 ta’ Settembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite de Navarra (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Aceite de Navarra” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Aceite de Navarra” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 322, 24.10.2012, p. 9.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Aceite de Navarra (DPO)


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 899/2013

tad-9 ta’ Settembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite de Lucena (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Aceite de Lucena” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Aceite de Lucena” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 352, 16.11.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Aceite de Lucena (DPO)


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 900/2013

tat-18 ta' Settembru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għall-2013, għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1.


ANNESS

Nru

44/TQ39

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun (Pleuronectes platessa)

Żona

VIIh, VIIj u VIIk

Data

21.8.2013


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 901/2013

tad-19 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

45,6

XS

46,1

ZZ

45,9

0707 00 05

MK

46,1

TR

121,6

ZZ

83,9

0709 93 10

TR

134,6

ZZ

134,6

0805 50 10

AR

125,2

CL

140,4

IL

142,1

TR

117,7

UY

113,9

ZA

117,4

ZZ

126,1

0806 10 10

EG

187,8

TR

157,7

ZZ

172,8

0808 10 80

AR

100,7

BA

105,9

BR

41,7

CL

109,8

CN

66,9

NZ

139,2

US

143,0

ZA

102,1

ZZ

101,2

0808 30 90

AR

231,4

CL

29,5

CN

82,5

TR

132,4

ZZ

119,0

0809 30

TR

125,5

ZZ

125,5

0809 40 05

BA

38,9

XS

46,6

ZZ

42,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 902/2013

tad-19 ta’ Settembru 2013

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS unika)) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2013 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2013-31.12.2013

(f’%)

P1

09.4067

1,479306

P3

09.4069

0,336429


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 903/2013

tad-19 ta’ Settembru 2013

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS unika]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Settembru tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2013 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2013 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Settembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2013-31.12.2013

(f’%)

1

09.4410

0,26388

2

09.4411

0,263325

3

09.4412

0,335355

4

09.4420

0,314957

6

09.4422

0,323939


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/38


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 904/2013

tad-19 ta’ Settembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)   ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

134,0

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

146,6

0

AR

158,9

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

296,3

1

AR

244,5

17

BR

312,3

0

CL

252,2

14

TH

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

317,7

0

BR

274,9

7

CL

0408 91 80

Isfra tal-bajd

560,6

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

277,6

3

BR

330,5

0

CL


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ ZZ ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/40


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Settembru 2013

dwar l-approvazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku għal Ċipru u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/236/UE

(2013/463/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 japplika għal Stati Membri li diġà qed jirċievu assistenza finanzjarja, inklużi dawk mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ aġġustament makroekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu għajnuna finanzjarja; jeħtieġ li dawk ir-regoli jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

(3)

Fuq talba tal-25 ta’ Ġunju 2012 minn Ċipru għal għajnuna finanzjarja mill- MES, fil-25 ta’ April 2013 il-Kunsill iddeċieda permezz tad-Deċiżjoni 2013/236/UE (2) li Ċipru kellu jimplimenta b’mod rigoruż programm ta’ aġġustament makroekonomiku.

(4)

Fl-24 ta’ April 2013 il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES iddeċieda li jagħti, fil-prinċipju, sostenn ta’ stabbiltà lil Ċipru u approva l-Memorandum ta’ Qbil dwar il-Kundizzjonalità Speċifika tal-Politika Ekonomika (minn hawn’ il quddiem il-“MtQ”) u l-iffirmar tiegħu mill-Kummissjoni f’isem il-MES.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2013/236/UE, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BCE) u fejn adatt, mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), għamlet l-ewwel analiżi biex tevalwa l-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma kif ukoll l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Bħala konsegwenza ta’ din l-analiżi, sar aġġornament għall-programm ta’ aġġustament makroekonomiku attwali, li jirrifletti l-passi li ħadu l-awtoritajiet Ċiprijotti sat-tieni kwart tal-2013.

(6)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 472/2013 programm ta’ aġġustament makroekonomiku issa għandu jiġi adottat fil-forma ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, il-programm għandu jkun adottat mill-ġdid fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013. Is-sustanza tal-programm għandha tibqa’ identika għal dik approvata bid-Deċiżjoni 2013/236/UE, iżda għandhom jiġu inkorporati wkoll ir-riżultati tal-analiżi mwettqa skont l-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Deċiżjoni. Fl-istess ħin, id-Deċiżjoni 2013/236/UE għandha tiġi revokata.

(7)

Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-BĊE u mal-FMI, għamlet l-ewwel analiżi biex tevalwa l-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma kif ukoll l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Bħala riżultat, il-MtQ ġie aġġornat fl-oqsma tar-riforma tas-settur finanzjarju, il-politika fiskali u r-riformi strutturali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ (i) pjan direzzjonali għar-rilassament gradwali tal-kontrolli tal-kapital, (ii) l-istabbiliment tal-qafas legali għal struttura ġdida ta’ governanza biex timmaniġġja s-sehem tal-Istat fis-settur tal-kreditu għall-koperattivi, (iii) pjan ta’ azzjoni kontra l-ħasil tal-flus, (iv) skema ta’ kumpens għal fondi ta’ providenza u fondi għall-irtirar li kellhom depożiti fis-Cyprus Popular Bank, (v) l-iżgurar li l-fondi nazzjonali neċessarji jibqgħu disponibbli biex ikopru l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għal proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u minn fondi oħra tal-UE, (vi) il-komunikazzjoni tad-dettalji dwar ir-riforma ppjanata tal-assistenza pubblika, u (vii) il-preparazzjoni ta’ proposti politiċi dettaljati għal politiki ta’ attivazzjoni u t-teħid ta’ azzjoni rapida biex jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ u jitjiebu l-prospetti tagħhom li jsibu impjieg. L-implimentazzjoni ta’ riformi komprensivi u ambizzjużi f’oqsma finanzjarji, fiskali u strutturali għandha tissalvagwradja s-sostenibbiltà, fuq perjodu ta’ żmien medju, tad-dejn pubbliku Ċiprijott.

(8)

Matul l-implimentazzjoni tal-pakkett komprensiv ta’ politika ta’ Ċipru, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza politika addizzjonali kif ukoll assistenza teknika f’oqsma speċifiċi. Stat Membru soġġett għal programm ta’ aġġustament makroekonomiku li jesperjenzja kapaċità amministrattiva insuffiċjenti għandu jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni, li tista’ tikkostitwixxi, għal dak l-iskop, gruppi ta’ esperti.

(9)

L-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom jfittxu l-opinjonijiet, skont ir-regoli u l-prattika nazzjonali attwali, tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Sabiex ikun iffaċilitat ir-ritorn tal-ekonomija Ċiprijotta lejn perkors ta’ tkabbir sostenibbli u ta’ sostenibbilta fiskali u finanzjarja, Ċipru għandu jimplimenta b’mod rigoruż il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku (il-“programm”), li l-elementi prinċipali tiegħu huma stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Kummissjoni,f’kollaborazzjoni mal-BĊE, u fejn adatt, mal-FMI, għandha timmonitorja l-progress ta’ Ċipru fl-implimentazzjoni tal-programm. Ċipru għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-BĊE. B’mod partikolari huwa għandu jipprovdilhom l-informazzjoni kollha li huma jqisu neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm. L-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom jikkonsultaw ex ante il-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI dwar l-adozzjoni ta’ politiki li mhumiex inklużi f’din id-Deċiżjoni iżda li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-kisba tal-objettivi tal-programm.

3.   Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-BĊE u, fejn xieraq, mal-FMI, għandha teżamina mal-awtoritajiet Ċiprijotti kwalunkwe tibdiliet u aġġornamenti għall-programm li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jittieħed kont kif xieraq, inter alia, kwalunkwe lakuna sinifikanti bejn il-previżjonijiet makroekonomiċi u fiskali u ċ-ċifri reali (inkluż tal-qgħad), effetti konsekwenzjali negattivi kif ukoll xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji.

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-programm, u bħala għajnuna biex l-iżbilanċi jiġu kkoreġuti b’mod sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza u gwida kontinwa dwar ir-riformi fiskali, strutturali u tas-swieq finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandha regolarment tivvaluta l-impatt ekonomiku tal-programm u għandha tirrakkomanda l-korrezzjonijiet neċessarji bil-għan li jissaħħaħ it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, tinkiseb il-konsolidazzjoni fiskali meħtieġa, u jiġu minimizzati impatti soċjali dannużi. Il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku, inkluż l-objettivi tiegħu u d-distribuzzjoni mistennija tal-isforz ta’ aġġustament, għandu jsir pubbliku.

Artikolu 2

1.   L-objettivi ġenerali tal-programm għandhom ikunu: li tiġi restawrata s-solidità tal-pożizzjoni tas-settur bankarju Ċiprijott; li jitkompla l-proċess ta’ konsolidazzjoni fiskali li għadu għaddej; u li jiġu implimentati riformi strutturali li jsostnu l-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli u bbilanċjat. Il-programm għandhu jindirizza r-riskji speċifiċi li joriġinaw f’Ċipru għall-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro u jkollu l-għan li terġa’ tiġi stabbilita malajr sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika solida u sostenibbli u li tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu għal kollox fis-swieq finanzjarji internazzjonali. Il-programm għandu iqis debitament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lil Ċipru skont l-Artikoli 121, 126, 136 u 148 tat-Trattat kif ukoll l-azzjonijiet ta’ Ċipru biex jikkonforma magħhom, filwaqt li jimmira biex iwessa, isaħħaħ u japprofondixxi l-miżuri ta’ politika rikjesti.

2.   Ċipru għandu jissokta b’konsolidazzjoni fiskali konsistenti mal-obbligi tiegħu skont il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv permezz ta’ miżuri permanenti ta’ kwalità għolja filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt fuq gruppi vulnerabbli.

3.   Sabiex sal-2016 id-defiċit jitnaqqas għal inqas minn 3 % tal-PDG, Ċipru għandu jkun lest li jieħu miżuri addizzjonali ta’ konsolidazzjoni. B’mod speċifiku, f’każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti minn intrjoti jew minħabba bżonnijiet ta’ nfiq soċjali ogħla minħabba effetti makroekonomiċi negattivi, il-Gvern Ċirpijott għandu jkun lest li jieħu miżuri addizzjonali biex jippreserva l-objettivi tal-programm, inkluż permezz tat-tnaqqis fl-infiq diskrezzjonarju, filwaqt li jimminimizza l-impatt fuq gruppi vulnerabbli. Matul il-perjodu tal-programm, l-introjtu miġbur li jeċċedi l-previżjonijiet fil-programm, inkluż kwalunkwe profitti ta’ natura eċċezzjonali, għandu jitfaddal jew jintuża biex jitnaqqas id-dejn. Min-naħa l-oħra, prestazzjoni aħjar milli mistenni, sal-punt li din titqies permanenti, tista’ tnaqqas il-ħtieġa għal miżuri addizzjonali fis-snin ta’ wara.

4.   Ċipru għandu jżomm l-implimentazzjoni tajba ta’ ondi Strutturali u fondi oħra tal-UE, fir-rigward tal-miri baġitarji tal-programm. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-fondi tal-UE, il-Gvern Ċiprijott għandu jiżgura li l-fondi nazzjonali meħtieġa jibqgħu disponibbli biex ikopru kontribuzzjonijiet nazzjonali, inkluża nefqa mhux eliġibbli, taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u (il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FES/FEMS) fil-qafas tal-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-20, filwaqt li jitqies il-finanzjament disponibbli mill-Bank Ewropew tal-Investiment. L-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-kapaċità istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-programmi attwali u futuri tiġi mtejba u li jkunu disponibbli r-riżorsi umani xierqa tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u tal-korpi ta’ implimentazzjoni.

5.   Bil-għan li tiġi rrestawrata s-solidità tas-settur finanzjarju tiegħu, Ċipru għandu jkompli bir-riforma u r-ristrutturar mill-qiegħ tas-settur bankarju u jsaħħaħ il-banek vijabbli billi jirrestawra l-kapital tagħhom, jindirizza s-sitwazzjoni tal-likwidità tagħhom u jsaħħaħ is-superviżjoni tagħhom. Il-programm għandu jipprevedi l-miżuri u r-riżultati li ġejjin:

(a)

li jiġi żgurat li s-sitwazzjoni tal-likwidità tas-settur bankarju tiġi mmonitorjata mill-qrib. Restrizzjonijiet temporanji fuq il-moviment ħieles tal-kapital (inter alia, limiti fuq il-ġbid ta’ flus kontanti, fuq il-pagamenti u fuq it-trasferimenti) għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib. L-għan huwa li l-kontrolli jibqgħu fis-seħħ biss sakemm ikunu strettament meħtieġa sabiex jipprevjenu riskji serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Pjan direzzjonali għar-rilassament gradwali tal-kontrolli ġie ppubblikat, ibbażat fuq tappi importanti u l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u konsistenti mas-sitwazzjoni tal-likwidità tal-banek. Il-pjanijiet fuq perijodu ta’ żmien medju rigward il-finanzjament u l-kapital, tal-banek lokali li jiddependu fuq il-finanzjament mingħand il-banek ċentrali jew li jirċievu għajnuna mill-istat għandhom jirriflettu b’mod realistiku t-tnaqqis antiċipat fl-ingranaġġ finanzjarju fis-settur bankarju, u jnaqqsu d-dipendenza fuq is-self mill-banek ċentrali, filwaqt li jiġu evitati bejgħ taħt emerġenza ta’ assi u kriżi tal-kreditu. Ir-regolamenti dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ likwidità għandhom jiġu aġġornati biex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva fuq l-istess emittenti fil-futur;

(b)

li jiġu adottati r-rekwiżiti regolatorji meħtieġa rigward żieda fil-koeffiċjent minimu tal-adegwatezza tal-kapitai ta’ bażi tal-Livell 1 (core Tier 1) għal 9 % sal-aħħar tal-2013;

(c)

li jittieħdu passi biex jiġi minimizzat il-kost tar-ristrutturar tal-banek li jiġġarrab mill-kontribwenti. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kummerċjali u koperattivi sottokapitalizzati għandhom jiksbu, sal-ogħla livell possibbli, kapital minn sorsi privati qabel ma jingħataw miżuri ta’ għajnuna mill-Istat. Kwalunkwe pjan ta’ ristrutturar għandu jiġi formalment approvat taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, qabel tiġi pprovduta xi għajnuna mill-Istat. Banek kummerċjali b’defiċit ta’ kapital jistgħu, jekk miżuri oħrajn ma jkunux biżejjed, jitolbu għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni mill-Istat skont il-proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat;

(d)

li jiġi żgurat li jinħoloq reġistru ta’ kreditu, li l-qafas regolatorju attwali rigward proċessi ta’ oriġinazzjoni u ġestjoni ta’ self jiġi rivedut u emendat, jekk neċessarju, u li tiġi adottata leġiżlazzjoni li ssaħħaħ il-governanza tal-banek kummerċjali;

(e)

li tissaħħaħ il-governanza tal-banek, inkluż billi jiġi pprojbit is-self lil membri indipendenti tal-bord jew lil partijiet relatati magħhom;

(f)

li jiġi massimizzat l-irkupru għal self mhux produttiv, filwaqt li jiġu minimizzati l-inċentivi għal inadempjenza strateġika minn min jissellef. Dan għandu jinkludi t-tnaqqis ta’ limitazzjonijiet fuq il-konfiska ta’ kollateral u l-monitoraġġ u l-ġestjoni korretti ta’ self mhux produttiv;

(g)

li jiġu kkompletati l-armonizzazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet koperattivi ta’ kreditu ma’ dawk tal-banek kummerċjali;

(h)

li tiġi implimenta l-istrateġija għall-istruttura futura, il-funzjonament u l-vijabbiltà tas-settur tal-istituzzjonijiet kooperattivi ta’ kreditu, kif imfassla mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI;

(i)

li jissaħħaħ il-monitoraġġ fuq id-djun tas-settur korporattiv u dak domestiku u li jiġi stabbilit qafas ta’ ristrutturar immirat tad-dejn tas-settur privat sabiex ikun iffaċilitat self ġdid u jitnaqqsu l-limiti fuq il-kreditu;

(j)

li jkompli jissaħħaħ il-qafas kontra l-ħasil tal-flus u jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ prattika mtejba fir-rigward tad-diliġenza dovuta tal-klijenti u trasparenza tal-entitajiet, f’konformità mal-aħjar prattika;

(k)

li tiġi ppreżentata leġiżlazzjoni għal superviżjoni obligatorja bbażata fuq livelli ta’ kapitalizzazzjoni;

(l)

li jiġi integrat l-ittestjar tal-istress fis-superviżjoni regolari ta’ banek mhux fuq il-post;

(m)

li jiġu introdotti rekwiżiti obbligatorji ta’ divulgazzjoni biex jiġi żgurat li l-banek jikkomunikaw regolarment, lis-swieq, il-progress fir-ristrutturar tal-operazzjonijiet tal-banek; u

(n)

li jiġi stabbilit il-qafas legali għal struttura ġdida ta’ governanza għall-ġestjoni tas-sehem tal-Istat fis-settur tal-koperattivi ta’ kreditu.

6.   Matul l-2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom jimplimentaw b’mod rigoruż il-Liġi tal-Baġit 2013 (kif emendata), inklużi l-miżuri permanenti addizzjonali adottati qabel ma jingħata l-ewwel żborż ta’ għajnuna finanzjarja, li għandu jammonta għal mill-inqas EUR 351 miljun (2,1 % tal-PGD). Ċipru jadotta l-miżuri li ġejjin:

(a)

riforma tas-sistema fiskali tiegħu rigward vetturi bil-mutur, abbażi ta’ prinċipji favur l-ambjent u bil-għan li jkun hemm introjti addizzjonali fit-terminu medju;

(b)

skema ta’ kumpens għal fondi ta’ providenza u tal-irtirar li kellhom depożiti fis-Cyprus Popular Bank, li tiżgura trattament komparabbli ma’ fondi simili fil-Bank of Cyprus, tqis il-likwidità u l-pożizzjoni attwarja ta’ kull fond u timminimizza l-impatt fuq id-defiċit pubbliku. Minħabba n-natura ta’ assistenza soċjali ta’ dawn il-fondi, l-objettiv tad-defiċit pubbliku għall-2013 jista’ jiġi rivedut biex jinkorpora l-impatt baġitarju ta’ din l-iskema; u

(c)

implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni adottati minn Diċembru 2012.

7.   Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu applikati minn Ċipru mill-1 ta’ Jannar 2014:

(a)

fuq in-naħa tan-nefqa, il-baġit għandu jinkludi: tnaqqis fl-infiq totali għal trasferimenti soċjali permezz ta’ immirar aħjar; tnaqqis ulterjuri fil-pagi u fil-kumpens għall-overtime tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika u s-settur pubbliku f’sens usa’; l-introduzzjoni ta’ tariffa imposta fuq il-kards tat-trasport pubbliku għal studenti u pensjonanti; u miżuri ta’ riforma strutturali fis-settur tal-edukazzjoni biex jitjieb l-użu tar-riżorsi; u

(b)

fuq in-naħa tal-introjti, il-baġit għall-2014 għandu jinkludi: estensjoni tal-kontribuzzjoni temporanja fuq il-qligħ gross tal-impjegati tas-settur pubbliku u dak privat sal-31 ta’ Diċembru 2016; żidiet fil-VAT; żidiet fid-dazji tas-sisa; u żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-Iskema Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali.

8.   Sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, Ċipru għandu jimplimenta riformi strutturali fiskali, li jinkludu, inter alia, l-miżuri u riżultati li ġejjin:

(a)

jekk meħtieġ, aktar riformi tas-sistema ġenerali tal-pensjonijiet u dik tas-settur pubbliku biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet, filwaqt li tiġi indirizzata l-adegwatezza tal-pensjonijiet. Alternattivi għal riforma għandhom jiġu pprovduti minn studju attwarju;

(b)

jiġi kkontrollat it-tkabbir tan-nefqa fuq is-saħħa sabiex ikunu żgurati mezzi suffiċjenti għall-kura tas-saħħa fundamentali billi tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-istruttura ta’ finanzjament u l-effiċjenza tal-provvista tal-kura tas-saħħa pubblika; tiġi implimentata Sistema Nazzjonali tas-Saħħa, li s-sostenibbiltà finanzjarja tagħha tiġi żgurata filwaqt li tkun tipprovdi kopertura universali;

(c)

titjib fl-effiċjenza tal-infiq pubbliku u tal-proċess baġitarju permezz ta’ qafas baġitarju effettiv fit-terminu medju bħala parti minn ġestjoni mtejba tal-finanzi pubbliċi, biex b’hekk jikkontribwixxi għall-isforzi ta’ konsolidazzjoni baġitarja filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu żgurati mezzi suffiċjenti għal politiki fundamentali, bħal l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Dan il-qafas għandu jkun konformi għal kollox mad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE (3) u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, iffirmat fi Brussell fit-2 ta’ Marzu 2012;

(d)

l-adozzjoni ta’ qafas legali u istituzzjonali adegwat għal Sħubiji Pubbliċi Privati mfassla b’mod konformi mal-aħjar prattika;

(e)

it-tfassil ta’ programm biex tinkiseb sistema ta’ governanza korporattiva solida għal intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat u dawk semipubbliċi u l-bidu ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni bħala għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza ekonomika u tiġi restawrata s-sostenibbiltà tad-dejn;

(f)

it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjan komprensiv ta’ riforma biex tittejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-ġbir u l-amministrazzjoni tat-taxxi, inklużi miżuri biex jiġġieldu kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u jissalvagwardjaw l-applikazzjoni sħiħa u f’waqtha ta’ liġijiet u standards li jirregolaw il-kooperazzjoni internazzjonali dwar it-taxxa u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa;

(g)

riforma tas-sistema tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli;

(h)

riforma tal-amministrazzjoni pubblika biex jittejbu l-funzjonament u l-kosteffettività tagħha, b’mod partikolari billi jiġi rivedut id-daqs, il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-organizzazzjoni funzjonali tas-servizz pubbliku sabiex ikun żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi u l-provvista ta’ servizz ta’ kwalità lill-popolazzjoni;

(i)

riformi tal-istruttura ġenerali u tal-livelli tal-benefiċċji soċjali, bil-għan li jsir użu effiċjenti tar-riżorsi u li jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-assistenza soċjali u l-inċentivi biex wieħed jibda jaħdem. Ir-riforma ppjanata tal-assistenza pubblika għandha tiżgura li l-assistenza soċjali sservi bħala sistema ta’ protezzjoni biex jiġi żgurat introjtu minimu għal dawk li mhumiex kapaċi jiksbu livell bażiku ta’ għixien, filwaqt li jiġu salvagwardjati l-inċentivi biex wieħed jibda jaħdem; u

(j)

isir awditu komprensiv tal-finanzi pubbliċi tiegħu sabiex, inter alia, jiġu evalwati r-raġunijiet li wasslu biex jiġu akkumulati livelli eċċessivi ta’ dejn.

9.   Ċipru għandu jiżgura li s-sospensjoni tal-indiċjar tal-pagi fis-settur pubbliku usa’ jibqa’ fis-seħħ sat-tmiem tal-programm. Kwalunkwe bidla fil-paga minima għandha tkun f’konformità ma’ żviluppi ekonomiċi u fis-suq tax-xogħol, u għandha tkun adottata wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

10.   Ċipru għandu jipprepara proposti ta’ politika dettaljati fir-rigward tal-indirizzar ta’ nuqqasijiet identifikati fil-politiki ta’ attivazzjoni tiegħu. Ċipru għandu jieħu azzjoni rapida biex joħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ u jtejjeb il-prospetti tagħhom li jsibu impjieg, f’konformità mal-objettivi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (4). Id-disinn, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri mmirati lejn iż-żgħażagħ għandhom ikunu integrati sewwa fis-sistema usa’ ta’ politiki ta’ attivazzjoni u jkunu koerenti mar-riforma tas-sistema ta’ assistenza soċjali u l-objettivi baġitarji miftiehma.

11.   Ċipru għandu jadotta kwalunkwe emenda meħtieġa li fadal għal leġiżlazzjoni speċifika għas-settur sabiex jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Ostakli mhux ġustifikati fis-swieq tas-servizzi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ professjonijiet regolati, għandhom jiġu eliminati. Il-qafas tal-kompetizzjoni għandu jittejjeb billi jissaħħaħ il-funzjonament tal-awtorità kompetenti għall-kompetizzjoni u billi jiġu ssalvagwardjati l-indipendenza u s-setgħat tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali.

12.   Ċipru għandu jiżgura li jitnaqqas id-dewmien fil-ħruġ ta’ titoli ta’ proprjetà li għadhom pendenti, jieħdu azzjoni biex iżid il-pass tal-ikklerjar ta’ piżijiet fuq it-titoli ta’ proprjetà li għandhom jiġu trasferiti għal xiri ta’ proprjetà immobbli, u jimplimenta skedi ta’ żmien garantiti għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-bini u t-titoli tal-proprjetà.

13.   Ċipru għandu jemenda r-regoli dwar il-bejgħ furzat ta’ proprjetà ipotekata u jippermetti l-bejgħ bl-irkant privat fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli. Il-pass tal-ipproċessar ta’ każijiet fil-qorti għandu jitħaffef u l-ammont ta’ kawżi pendenti fil-qorti għandu jkun eliminat sa tmiem il-perijodu tal-programm. Ċipru għandu jieħu inizjattivi biex isaħħaħ il-kompetittività tas-settur tat-turiżmu tiegħu, billi jipprovdi pjan ta’ azzjoni konkret li jwassal għall-implimentazzjoni ta’ objettivi kwantifikati identifikati, inter alia fl-Istrateġija tat-Turiżmu għall-2011-2015 riveduta riċentament. Ċipru għandu jirrapporta dwar il-ħtiġijiet tal-konnettività bl-ajru bħala l-bażi għal strateġija aeropolitika.

14.   Fis-settur tal-enerġija, Ċipru għandu jimplimenta b’mod sħiħ it-tielet pakkett tal-enerġija, minkejja l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-Artikolu 49(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Ċipru għandu jikkunsidra jekk għandux jagħmel użu mid-derogi li hemm għad-dispożizzjoni tiegħu f’dawk l-Artikoli. B’mod parrallel, għandu jitfassal pjan ta’ żvilupp komprensiv għar-riorganizzazzjoni tas-settur tal-enerġija Ċiprijott. Dak il-pjan għandu jikkonsisti:

(a)

fi pjan ta’ żvilupp għall-infrastruttura meħtieġa għall-isfruttament tal-gass naturali, filwaqt li jitqiesu l-alternattivi u r-riskji kummerċjali;

(b)

f’sinteżi komprensiva tas-sistema regolatorja u l-organizzazzjoni tas-suq għas-settur tal-enerġija ristrutturat u l-esportazzjonijiet tal-gass, inkluż qafas tal-bejgħ adatt għall-forniment tal-gass lil hinn mill-kosta immirat biex jiġu massimizzati l-intojti; u

(c)

fi pjan biex jiġi stabbilit qafas istituzzjonali għall-ġestjoni tar-riżorsi ta’ idrokarburi, inkluż fond tar-riżorsi, li għandu jirċievi u jiġġestixxi d-dħul pubbliku mill-isfruttament tal-gass lil hinn mill-kosta u li jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-aħjar prattiki rikonoxxuti internazzjonalment.

15.   Ċipru għandu jressaq talba lill-Kummissjoni għal assistenza teknika matul il-perjodu tal-programm. It-talba għandha tidentifika u tispeċifika l-oqsma ta’ assistenza teknika jew servizzi ta’ konsulenza li l-awtoritajiet Ċiprijotti iqisu essenzjali għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tiegħu.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2013/236/UE hija revokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU L 141, 28.5.2013, p. 32).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April dwar l-Istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1).

(5)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(6)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(7)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


20.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.