ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.247.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 247

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
18 ta' Settembru 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti ( 1 )

6

 

*

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2013 tal-11 ta’ Lulju 2013 li jissostitwixxi l-Anness II u II tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2013 tas-16 ta’ Settembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oignon de Roscoff (DPO)]

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2013 tas-16 ta’ Settembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chufa de Valencia (DPO)]

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 890/2013 tas-16 ta’ Settembru 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Amarene Brusche di Modena (IĠP)]

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 891/2013 tas-16 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 892/2013 tas-16 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjoni taż-żona V; fl-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 893/2013 tas-16 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni IIIa u IVbc minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

33

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 894/2013 tas-17 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/457/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2013 li taħtar Imħallef għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

37

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2013/458/UE

 

*

Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar l-obbligi ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2013/25)

38

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li temenda l-Anness XXI (Statistika) ta’ mal-Ftehim ŻEE ( ĠU L 231, 29.8.2013 )

43

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/1


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2013

tal-15 ta’ Mejju 2013

li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(e) u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi

(1)

L-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2010/40/UE jiffissal-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni għall-postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali bħala azzjoni ta’ prijorità.

(2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi lill-Kummissjoni tadotta l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji biex tiżgura l-kompattibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS) għal servizzi ta’ informazzjoni għall-postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri. Dan ir-Regolament jipprova jottimizza l-użu tal-postijiet tal-parkeġġ u li jiffaċilita, għall-kumpaniji tas-sewwieqa jew trasport, id-deċiżjoni dwar meta u fejn għandhom jipparkjaw, permezz ta’ varar tas-servizzi ta’ informazzjoni.

(3)

Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill (2) dwar il-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tal-kriminalità tal-merkanzija u l-forniment ta’ postijiet tal-parkeġġ siguri tat-trakkijiet taċċenna l-bżonn ta’ sikurezza u sigurtà mtejbin għas-sewwieqa tat-trakkijiet u l-possibbiltajiet tal-parkeġġ.

(4)

Il-perjodi ta’ serħan u l-pawżi mandatorji jista’ jkollhom influwenza fuq l-aġir tas-sewwieqa fir-rigward tal-għażla tal-post tal-parkeġġ. Dan ir-Regolament jipprova jottimizza l-użu tal-postijiet tal-parkeġġ u li jiffaċilita, għall-kumpaniji tas-sewwieqa jew trasport, id-deċiżjonijiet dwar meta u fejn għandhom jipparkjaw, permezz ta’ varar tas-servizzi ta’ informazzjoni.

(5)

Sabiex ikunu żgurati l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz madwar l-Unjoni kif ukoll sabiex jiġu kkunsidrati kompletament ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta huwa importanti li l-Istati Membri kollha jiżviluppaw approċċ armonizzat u mingħajr xkiel lejn il-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali madwar l-Unjoni. Għal dan il-għan l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq is-soluzzjonijiet u l-istandards tekniċi, li għandhom jiġu fornuti primarjament mingħand l-organizzazzjonijiet u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej u/jew internazzjonali, sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizz madwar l-UE kollha filwaqt li jikkunsidraw kompletament ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta.

(6)

Il-forniment ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà u l-kumdità jikkontribwixxi għad-deċiżjoni li s-sewwieqa jieħdu, fl-għażla tal-post tal-parkeġġ. Tista’ tingħata gwida billi f’parkeġġ jintwerew il-karatteristiċi tas-sigurtà, is-sikurezza u s-servizzi.

(7)

F’każ li jkun hemm domanda qawwija persistenti għal parkeġġ sikur u sigur f’ċerti żoni, is-sewwieqa tat-trakkijiet għandhom jiġu ridirezzjonati minn żona tal-parkeġġ mimlija għal post ieħor fiż-żona ta’ prijorità fejn huma disponibbli postijiet sikuri u siguri b’xejn sabiex jiġi evitat l-ipparkjar mhux adattat, u għalhekk l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw iż-żoni ta’ prijorità.

(8)

Jekk jintużaw sinjali statiċi biex jindikaw żoni sikuri u siguri, dawn għandhom ikunu konformi mal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tat-8 ta’ Novembru 1968 fejn l-Istati Membri huma parti minnha.

(9)

Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (3) (PSI — public service information) tiffissa regoli minimi għall-użu mill-ġdid tal-PSI madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Din hija mibnija madwar żewġ pilastri ewlenin tas-suq intern, jiġifieri t-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta, u tinkoraġġixxi l-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawn ir-regoli minimi għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, u biex jadottaw politiki li jippermettu l-użu mifrux tad-dokumenti, jew dejta fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, miżmumin mill-korpi tas-settur pubbliku. F’xi każijiet, l-użu mill-ġdid tad-dejta se jseħħ mingħajr ma tiġi miftiehma liċenzja. F’każijiet oħrajn se tinħareġ liċenzja li se timponi l-kundizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid mid-detentur tal-liċenzja u t-trattament ta’ kwistjonijiet bħall-affidabbiltà, l-użu kif suppost tad-dejta, il-garazija ta’ qbil mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta, li ma jkunx hemm bidla, u r-rikonoxximent tas-sors. Id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tal-partijiet terzi ma għandhomx jiġu affettwati.

(10)

Ir-reazzjonijiet mill-utenti huma informazzjoni li hija pprovduta mill-utenti tal-parkeġġ sabiex jagħtu parir personali u annonimu lill-utenti futuri u lill-operaturi taż-żona tal-parkeġġ tat-trakkijiet. Din l-informazzjoni tista’ tintuża għall-kontroll tal-ġestjoni tal-kwalità tas-servizz tal-informazzjoni kif ukoll għall-valutazzjoni. L-anonimità tar-reazzjonijiet għandha tkun iggarantita.

(11)

Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi ITS taf tinkludi l-ipproċessar tad-dejta personali li għandu jsir f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif stabbilit, partikolarment, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (5). Għalhekk għandhom jiġu applikati l-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-dejta għall-applikazzjonijiet ITS.

(12)

Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi ITS, kif stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet adottati f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/40/UE, huma indirizzati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 (6) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, kif ukoll il-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti.

(13)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura l-kompattibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tas-servizzi tal-informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali f’livell tal-Unjoni skont id-Direttiva2010/40/UE.

Għandu japplika għall-forniment ta’ servizzi tal-informazzjoni li jinsabu fuq in-netwerk stradali transEwropew (TERN — trans-European road network).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin

(1)

“post tal-parkeġġ sikur u sigur” tfisser post tal-parkeġġ għall-utenti kummerċjali biex ikunu jistgħu jevitaw parkeġġ mhux adattat u li jikkontribwixxi għas-sikurezza tas-sewwieqa u l-merkanzija.

(2)

“utent” tfisser kwalunkwe sewwieq tat-trakkijiet jew vettura kummerċjali, tal-ġarr, trasportatur, korp tal-ġestjoni tat-traffiku, jew kwalunkwe korp ieħor bħas-sidien tal-merkanzija, kumpaniji tal-assigurazzjoni, awtoritajiet stradali u korpi tal-pulizija. Għandhom jiksbu l-informazzjoni mill-fornituri tas-servizz.

(3)

“fornitur tas-servizz” tfisser kwlaunkwe korp pubbliku jew privat li jipprovdi s-servizz tal-informazzjoni lill-utenti.

(4)

“dejta” tfisser l-informazzjoni pprovduta minn operatur tal-parkeġġ tat-trakkijiet li jiddeskrivi ż-żona tal-parkeġġ tat-trakkijiet.

(5)

“informazzjoni” tfisser kwlaunkwe dejta aggregata, ipproċessata u/jew estratta, offruta minn forintur tas-servizz lill-utenti permezz ta’ kanali differenti.

(6)

“servizz tal-informazzjoni” tfisser kwalunkwe servizz li jipprovdi gwida lill-utenti tiegħu, jgħinhom jikkonformaw mal-perjodu ta’ serħan u l-pawżi mandatorji, inaqqas il-parkeġġ mhux adattat u jottimizza l-użu tal-postijiet tal-parkeġġ.

(7)

“reazzjonijiet mill-utenti” tfisser l-informazzjoni li hija pprovduta mill-utenti tal-postijiet tal-parkeġġ, fejn jagħtu parir personali u annonimu lill-utenti futuri u lill-operaturi taż-żona tal-parkeġġ tat-trakkijiet.

(8)

“informazzjoni dinamika” tfisser informazzjoni li tindika, fi kwalunkwe ħin, id-disponibbiltà tal-kapaċità tal-parkeġġ disponibbli f’żona tal-parkeġġ jew l-istatus attwali tiegħu (liberu/mimli/magħluq) ta’ żona tal-parkeġġ.

(9)

“informazzjoni statika” tfisser informazzjoni pprovduta mill-operatur taż-żona tal-parkeġġ marbuta mad-deskrizzjoni taż-żona tal-parkeġġ.

(10)

“affidabbiltà tal-informazzjoni” tirreferi għall-korrettezza tas-servizz tal-informazzjoni pprovduta fi qbil mas-sitwazzjoni reali.

(11)

“parkeġġ mhux adattat” tfisser il-waqfien jew l-ipparkjar ta’ vetturi ta’ oġġetti tqal barra mill-postijiet sikuri u siguri tal-parkeġġ fuq l-awtostrada, fil-ġenb tat-triq, jew f’postijiet tal-parkeġġ mimlijin iżżejjed.

(12)

“punt tal-aċċess” tfisser punt diġitali tal-aċċess fejn l-informazzjoni dwar il-postijiet tal-parkeġġ tinġabar, tiġi pproċessata u tkun magħmula disponibbli għad-disseminazzjoni. Dan il-punt ta’ aċċess se jipprovdi l-possibbiltà ta’ disseminazzjoni tas-servizzi tal-informazzjoni fuq il-fruntieri.

(13)

“żona ta’ prijorità” tfisser taqsima, kif definita mill-awtoritajiet nazzjonali, fejn hemm nuqqas ta’ spazji f’post tal-parkeġġ sikur u sigur wieħed jew diversi, li tista’ tiġi solvuta permezz tal-forniment ta’ informazzjoni dwar kapaċitajiet tal-parkeġġ oħrajn mhux użati fl-istess żona.

Artikolu 3

Rekwiżiti għall-forniment ta’ servizzi tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw żoni fejn it-traffiku u l-kundizzjonijiet tas-sigurtà jirrikjedu l-varar ta’ servizzi tal-informazzjoni dwar postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri.

Għandhom jiddefinixxu wkoll iż-żoni ta’ prijorità fejn l-informazzjoni dinamika se tiġi pprovduta.

2.   Il-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni għandu jissodifa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 sa 7.

Artikolu 4

Ġbir tad-dejta

Id-dejta dwar żoni tal-parkeġġ pubbliċi u privati, sikuri u siguri, li tiddeskrivi l-faċilità tal-parkeġġ, li għandha tiġi pprovduta lill-utenti, għandha tinġabar u tiġi fornuta mill-operaturi tal-parkeġġ u l-fornituri tas-servizz pubbliċi jew privati. Id-dejta li għandha tinġabar għandha tkun faċli biex tiġi fornuta, inkluż remotament, permezz ta’ kwalunkwe mezz, sabiex tiffaċilità l-ġbir minn distanza mill-operaturi tal-parkeġġ kollha. L-operaturi tal-parkeġġ u l-fornituri tas-servizz pubbliċi jew privati għandhom jużaw profili tad-DATEX II (7) jew formati kompatibbli internazzjonali oħrajn sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà tas-servizzi tal-informazzjoni fl-Unjoni.

Id-dejta li għandha tinġabar hija li ġejja:

1.

Dejta statika marbuta maż-żoni tal-parkeġġ, inkluż (fejn applikabbli)

Informazzjoni tal-identifikazzjoni taż-żona tal-parkeġġ (isem u indirizz taż-żona tal-parkeġġ tat-trakkijiet [limitata għall-200 karattru]

Informazzjoni dwar il-post tad-dħul fiż-żona tal-parkeġġ (latitudni/lonġitudni) [20 + 20 karattru]

Identifikatur primarju tat-triq1/direzzjoni [20 karattru/20 karattru] Identifikatur primarju tat-triq2/direzzjoni [20 karattru/20 karattru] jekk l-istess parkeġġ huwa aċċessibbli minn żewġ toroq differenti

Jekk hemm bżonn, l-indikazzjoni tal-Ħruġ (Exit) li għandu jittieħed [limitat għal 100 karattru]/Distanza mit-triq primarja [integer 3] km jew mili

Għadd totali ta’ postijiet liberi tal-parkeġġ għat-trakkijiet [integer 3]

Prezz u munita tal-postijiet tal-parkeġġ [300 karattru]

2.

Informazzjoni dwar is-sikurezza u l-apparat taż-żona tal-parkeġġ

Deskrizzjoni tas-sigurtà, sikurezza u l-apparat tas-servizz tal-parkeġġ inkluż il-klassifikazzjoni nazzjonali jekk din tiġi applikata [500 karattru]

Għadd ta’ postijiet tal-parkeġġ għall-vetturi ta’ oġġetti refriġerati [numeriċi 4 ċifri]

Informazzjoni dwar apparat speċifiku jew servizzi għal vetturi tal-oġġetti speċifiċi u oħrajn [300 karattru]

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur tal-parkeġġ:

Isem u indirizz [sa 100 karattru]

Numru tat-telefown [sa 20 karattru]

Indirizz tal-posta elettronika [sa 50 karattru]

Kunsens tal-operatur biex l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu ssir pubblika [Iva/Le]

3.

Dejta dinamika dwar id-disponibbiltà tal-postijiet tal-parkeġġ inkluż jekk parkeġġ huwa: mimli, magħluq jew l-għadd ta’ postijiet liberi li huma disponibbli.

Artikolu 5

Kondiviżjoni u skambju tad-dejta

1.   L-operaturi tal-parkeġġ u l-fornituri tas-servizz pubbliċi jew privati għandhom jikkondividu u jiskambjaw id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4. Għal dawn l-għanijiet għandhom jużaw format tad-DATEX II (CEN/TS 16157) jew kwalunkwe format internazzjonali li jinqara minn magna li huwa kompatibbli mad-DATEX II. Id-dejta għandha tkun aċċessibbli għall-iskambju u l-użu mill-ġdid minn kwalunkwe fornitur tas-servizz u/jew operatur tal-parkeġġ pubbliku jew privat fuq bażi mhux diskriminatorja, u skont id-drittijiet u l-proċeduri tal-aċċess definiti fid-Direttiva 2003/98/KE.

2.   Id-dejta statika għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ punt ta’ aċċess nazzjonali jew internazzjonali.

3.   Għad-dejta dinamika, l-Istati Membri (jew awtoritajiet nazzjonali) għandhom ikunu responsabbli mill-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali jew internazzjonali li jagħmel referenza għall-punti uniċi individwali kolla tal-aċċess ta’ kull operatur ta’ parkeġġ tat-trakkijiet u/jew il-fornitur tas-servizz fit-territorju tagħhom fl-interessi tal-utenti.

4.   L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu f’punt ta’ aċċess internazzjonali billi jipprovdu dejta u jiżguraw li l-kwalità tagħha hija konformi mar-rekwiżiti fl-Artikolu 7.

5.   It-tariffi tal-aċċess għal, l-iskambju ta’, u l-użu mill-ġdid ta’ dejta dinamika pubblika jew privata għandhom jibqaw raġovenoli kif jissemma fid-Direttiva PSI.

6.   L-operaturi tal-parkeġġ u/jew il-fornituri tas-servizz pubbliċi jew privati għandhom perjodikament jibgħatu d-dejta statika miġbura tagħhom lill-punt ta’ aċċess nazzjonali jew internazzjonali permezz ta’ mezzi elettroniċi li jixirqu, mhux inqas minn darba fis-sena għad-dejta statika msemmija fl-Artikolu 4(1).

Fir-rigward tad-dejta pubblika u privata l-operaturi u/jew il-fornituri tas-servizzi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni tagħhom li tissemma fl-Artikolu 4(3), mhux inqas minn darba kull 15-il minuta.

Artikolu 6

Disseminazzjoni tal-informazzjoni

Il-fornituri tas-servizz li jiġbru l-informazzjoni f’post speċifiku għandhom juru:

tal-inqas iż-żewġ postijiet tal-parkeġġ li jmiss li huma sikuri u siguri fit-triq fuq distanza ta’ madwar 100 kilometru;

id-disponibbiltà tal-postijiet tal-parkeġġ f’żona ta’ prijorità f’tal-inqas fiż-żewġ postijiet tal-parkeġġ li jmiss fuq distanza ta’ madwar 100 kilomentru.

Id-disseminazzjoni tal-informazzjoni għandha tkun konsistenti mal-Konvenzjoni ta’ Vjenna fejn Stat Membru jkun iffirmaha. L-applikazzjoni fil-vettura għandu jkollha interfaċċa robusta bejn il-bniedem u l-magna sabiex ma tfixkilx lis-sewwieq u tgħajjih.

L-operaturi tal-parkeġġ u/jew il-fornituri tas-servizz għandhom jinfurmaw lill-utenti dwar il-varar ta’ kwalunwke servizz tal-informazzjoni ġdid għal parkeġġ sikur u sigur bi kwalunwke mezz ta’ komunikazzjoni li jsibu xieraq.

Artikolu 7

Ġestjoni tal-kwalità

Kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni taż-żona tal-parkeġġ, inkluż l-għeluq tiegħu, għandha tiġi notifikata mill-operaturi tal-parkeġġ pubbliċi u privati immedjatament lill-punt ta’ aċċess nazzjonali jew internazzjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali.

Għal kull żona ġdida ta’ prijorità, l-operaturi pubbliċi u privati kollha tal-postijiet tal-parkeġġ għandhom jiżguraw l-affidabbiltà tal-informazzjoni. Għal dawn il-finijiet għandhom iwettqu kontrolli perjodiċi tal-apparat ta’ detezzjoni, inkluż il-kejl tad-differenza bejn id-dejta murija u d-disponibbiltà reali tal-postijiet tal-parkeġġ. Dik l-informazzjoni għandha tiġi vvalutata skont l-Artikolu 8.

Artikolu 8

Valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp nazzjonali li huwa kompetenti biex jivvaluta jekk ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 sa 7 humiex sodisfatti mill-fornituri tas-servizz, l-oepraturi tal-parkeġġ u l-operaturi stradali. Dan il-korp għandu jkun imparzjali u indipendenti minn dawn tal-aħħar.

Żewġ Stati Membri jew iktar jistgħu jinnominaw korp reġjonali komuni li huwa kompetenti biex jivvaluta l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fit-territorji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-korp norminat lill-Kummissjoni.

2.   Il-fornituri tas-servizz kollha għandhom jissottomettu dikjarazzjoni lill-korpi nominati dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 sa 7.

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)

Id-dejta miġbura skont l-Artikolu 4, li ġiet miġbura dwar il-postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali inkluż il-persentaġġ ta’ postijiet tal-parkeġġ reġistrati fis-servizz tal-informazzjoni;

(b)

Il-mezzi ta’ disseminazzjoni tas-servizzi tal-informazzjoni lill-utenti;

(c)

Il-kopertura tas-servizzi tal-informazzjoni dinamika dwar il-postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri;

(d)

Il-kwalità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni pprovduta, il-punt tal-aċċess għall-informazzjoni u l-format li fih hija pprovduta dik l-informazzjoni.

3.   Il-korpi nominati għandhom iwettqu spezzjonijiet aleatorji tal-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet ta’ għadd ta’ fornituri tas-servizz u operaturi tal-parkeġġ pubbliċi u privati, u jitolbu dimostrazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 sa 7.

Il-kwalità tas-servizz tista’ tiġi vvalutata wkoll bl-użu ta’ kummenti ġġenerati mill-utenti.

Kull sena, il-korpi nominati għandhom jirrapportaw lill-awtorijitajiet nazzjonali rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet sottomessi, kif ukoll dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet aleatorji tagħhom.

Artikolu 9

Segwitu

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-korpi kompetenti nominati għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 sa 7;

(b)

id-deskrizzjoni tal-punt ta’ aċċess nazzjonali jekk applikabbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull sena kalendarja wara.

(a)

l-għadd ta’ postijiet tal-parkeġġ differenti u l-ispazji tal-parkeġġ fit-territorju tagħhom;

(b)

il-persentaġġ ta’ postijiet tal-parkeġġ reġistrati fis-servizz tal-informazzjoni;

(c)

il-persentaġġ ta’ postijiet tal-parkeġġ li jipprovdu informazzjoni dinamika dwar id-disponibbiltà tal-ispazji tal-parkeġġ u ż-żoni ta’ prijorità lill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika:

mill-1 ta' Ottubru 2015 għall-forniment ta’ servizzi diġà varati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

mill-1 ta' Ottubru 2013 għall-forniment ta’ servizzi li se jiġu varati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(2)  SN 27.10.2010 15504/10.

(3)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(6)  ĠU L 210, 7.8.1985 p. 29.

(7)  CEN/TS 16157


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/6


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 886/2013

tal-15 ta’ Mejju 2013

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(c) u 6(1) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(c) tad-Direttiva 2010/40/UE jidentifika, bħala azzjoni ta’ prijorità, id-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti.

(2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi lill-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet neċessarji biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tal-varar u l-użu operattiv ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (STI) għall-azzjonijiet ta’ prijorità.

(3)

Il-Komunikazzjoni “Lejn Żona Ewropea ta’ sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta’ politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020” (2) tirrikonoxxi li l-“ITS għandhom il-potenzjali li jkollhom rwol konsiderevoli għat-titjib tas-sikurezza tat-traffiku, pereżempju permezz tal-adozzjoni ta’ sistemi biex jiġu detetti l-inċidenti u ssir superviżjoni tat-traffiku li huma kapaċi jipprovdu informazzjoni lill-utenti aħħarin fil-ħin reali.”

(4)

Għall-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni, id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (3), tissettja regoli minimi għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni u tħeġġeġ lill-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawn ir-regoli minimi u biex jadottaw politiki li jippermettu l-użu mifrux tal-informazzjoni jew dejta li tkun tinsab għand korpi tas-settur pubbliku.

(5)

Il-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi ITS jinvolvi l-ipproċessar tad-dejta personali li għandu jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni, kif hemm stipulat, b’mod partikolari fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (5). Għalhekk, il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-dejta għandhom jiġu applikati fl-applikazzjonijiet u s-servizzi ITS.

(6)

Sabiex tintlaħaq il-kompatibbilità, l-interoperabbiltà u l-kontinwità, hemm bżonn li jiġu definiti r-rekwiżiti minimi għas-servizzi tal-informazzjoni dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jirrelataw mal-identifikazzjoni u l-użu ta’ lista standardizzata tal-avvenimenti jew kundizzjonijiet tat-traffiku marbuta mas-sikurezza li għandhom jiġu kkomunikati lill-utenti aħħarin, kif ukoll il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-utenti aħħarin. Jekk l-utenti aħħarin jirċievu l-informazzjoni mingħand kanali tat-twassil diversi li huma taħt il-kontroll ta’ operaturi pubbliċi u/jew privati, fornituri tas-servizz u xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku, dik l-informazzjoni ma għandhiex tkun kontradittorja, u għalhekk għandha tikkonsisti mill-istess elementi u tkun ibbażata fuq l-istess deskrizzjoni tal-avveniment jew kundizzjoni konċernata.

(7)

Id-dejta tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza hija essenzjali għall-forniment tal-informazzjoni minima universali tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza. Din tinġabar u tinħażen mill-operaturi u l-fornituri tas-servizz pubbliċi u/jew privati. Sabiex din id-dejta tkun magħmula disponibbli faċilment għall-iskambju u l-użu mill-ġdid għall-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni, l-operaturi u l-fornituri tas-servizz pubbliċi u/jew privati għandhom jagħmluha disponibbli permezz ta’ punti ta’ aċċess individwali jew jiżguraw li huma aċċessibbli permezz ta’ punti ta’ aċċess nazzjonali stabbiliti u ġestiti mill-Istati Membri. Dawn il-punti tal-aċċess nazzjonali jistgħu jkunu fil-forma ta’ repożitorju, reġistru, portal tal-web jew simili.

(8)

Din id-dejta tat-traffiku fuq it-toroq marbuta mas-sikurezza għandha ssir aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta (eż. id-dejta personali tkun annonima). Jekk is-servizz tal-informazzjoni għandu jiddependi fuq il-ġbir tad-dejta, inkluż il-ġeolokazzjoni min-naħa tal-utenti aħħarin infushom jew permezz ta’ sistemi kooperattivi fil-futur, allura l-utenti aħħarin għandhom ikunu infurmati b’mod ċar dwar il-ġbir ta’ din id-dejta, l-arranġamenti għall-ġbir tad-dejta u l-intraċċar potenzjali, u l-perjodi li matulhom tinżamm din id-dejta. Għandhom jiġu varati miżuri tekniki li jixirqu mill-operaturi stradali pubbliċi u/jew privati, il-fornituri tas-servizz u l-industriji tal-vetturi biex jiżguraw l-anonimità tad-dejta li tasal mingħand l-utenti aħħarin jew mill-vettura tagħhom.

(9)

Dawk l-Istati Membri li diġà jipprovdu xi forma ta’ informazzjoni dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza dwar it-territorju tagħhom għandhom ikunu jistgħu jkomplu jużaw il-metodi eżistenti tagħhom, sa fejn huma konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tas-sikurezza u tat-traffiku f’termini ta’ tnaqqis tal-għadd ta’ aċċidenti stradali u l-fatalijiet fl-Unjoni, il-forniment tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza għandu jkun kompatibbli, interoperabbli u kontinwu madwar l-Istati Membri, u l-informazzjoni jkollha livell minimu ta’ kwalità u, fejn possibbli, tkun b’xejn għall-utenti aħħarin kollha.

(10)

Biex l-Istati Membri kollha jiżviluppaw approċċ armonizzat u mingħajr problemi lejn il-forniment tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mat-traffiku madwar l-Unjoni huwa rilevanti li jiġu definiti r-rekwiżiti għall-Unjoni kollha li se japplikaw għall-forniment minimu universali ta’ kwalunkwe servizz ta’ informazzjoni dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza. L-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet tekniċi eżistenti u standards miftuħin, ipprovduti mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà u l-kontinwità tal-forniment tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza fl-Unjoni.

(11)

Għandu jinkiseb livell minimu tal-kwalità sabiex jiżgura li l-forniment tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza huwa affidabbli u ta’ benefiċċju. L-Istati Membri għandhom jaħdmu iżjed u jikkondividu l-esperjenzi tagħhom dwar id-definizzjoni tal-kriterji tal-kwalità rilevanti, il-metodi tal-kejl u l-monitoraġġ tal-kwalità, u l-miri tal-kwalità għal kull tip ta’ avveniment jew kundizzjoni stradali marbuta mas-sikurezza, in-netwerks stradali u/jew l-ambjenti tal-operat. L-Istati Membri għandhom jikkondividu l-għarfien u l-aħjar prattiki tagħhom billi jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-analiżi u l-esperjenzi tagħhom marbuta ma’ dan is-suġġett.

(12)

Għalkemm l-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza għandha tkun fornuta, fejn possibbli, bħala faċilità universali b’xejn lill-utenti aħħarin, jista’ jkun għad fadal xi spejjeż għall-utenti marbuta mal-ispejjeż tat-telekom, il-liċenzja tar-radju, jew ix-xiri tal-apparat li jagħmel ir-riċeviment tal-informazzjoni possibbli.

(13)

L-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza għandha tasal għand l-utenti aħħarin kif inhu teknikament fattibbli filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet tekniċi differenti tal-vetturi, il-kanali tat-twassil u l-apparat tar-riċeviment disponibbli fis-suq.

(14)

L-operaturi u l-fornituri tas-servizz pubbliċi u privati għandhom jimmiraw li jarmonizzaw il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-informazzjoni fornut lill-utenti aħħarin irrispettivament mil-lingwa tagħhom. Għal dawk l-Istati Membri li ffirmaw l-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1968 dwar is-Sinjali Stradali maqbul mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-8 ta’ Novembru 1968, għandhom jiddependu fuqu, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar is-Sinjali Stradali żviluppata mill-Grupp ta’ Ħidma dwar s-Sikurezza tat-Traffiku Stradali (6).

(15)

Abbażi ta’ valutazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddelinejaw il-kopertura tas-servizz tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza skont in-netwerk transEwropew tat-toroq fi ħdan it-territorju tagħhom biex jiffukaw fuq partijiet u żoni tat-toroq fejn it-traffiku u l-kundizzjonijiet tas-sikurezza jeħtieġu l-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni u jiġġustifikaw l-investiment assoċjat. Madankollu, huwa rikonuxxut li minħabba s-sitwazzjonijiet u l-partijiet interessati differenti, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għan-nodi urbani. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-delinejazzjoni nazzjonali tas-servizz tal-informazzjoni.

(16)

L-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi lill-Kummissjoni tissottometti rapport kull tliet snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-Artikoli 5 sa 11 u l-Artikolu 16, u għandu jivvaluta l-ħtieġa biex jemenda din id-Direttiva, fejn jixraq. Din ir-reviżjoni għandha tivvaluta wkoll il-ħtieġa biex temenda u/jew tikkumplimenta l-ispeċifikazzjonijiet adottati għal azzjonijiet ta’ prijorità, fejn jixraq, fid-dawl tal-varar nazzjonali tagħhom, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-progress fl-istandaradizzazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontiwità għall-varar u l-użu operattiv tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti fil-livell tal-Unjoni skont id-Direttiva 2010/40/UE.

Għandu japplika għall-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza dwar in-netwerk transEwropew tat-toroq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“netwerk transEwropew tat-toroq” tfisser netwerk stradali kif definit fit-Taqsima 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (7) bl-esklużjoni tan-nodi urbani;

(b)

“triq temporanjament tiżloq” tfisser kwalunkwe kundizzjoni mhux imbassra tal-wiċċ tat-triq li tagħmilha tiżloq għal ċertu ammont ta’ ħin u b’hekk tikkawża aderenza baxxa tal-vettura mat-triq;

(c)

“annimali, persuni, ostakli, residwi fit-triq” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni fejn annimali, residwi, ostakli jew nies jinsabu stazzjonati fit-triq fejn wieħed ma jkunx qed jistenna li jsibhom u għalhekk taf tkun meħtieġa manuvra ta’ emerġenza biex jiġu evitati;

(d)

“żona tal-aċċidenti mhux protetta” tfisser żona fejn ikun sar aċċident u li tkun għadha ma ġietx ċirkondata mill-awtorità kompetenti;

(e)

“xogħlijiet fit-toroq għal żmien qasir” tfisser kwalunkwe xogħlijiet fit-toroq temporanji li jtwettqu fit-triq jew mal- ġenb tat-triq u li huma indikati biss bi ftit sinjali minħabba n-natura ta’ żmien qasir ta’ dawn ix-xogħlijiet;

(f)

“viżibbiltà ridotta” tfisser viżibbiltà affettwata minn kwalunkwe kundizzjoni li tnaqqas il-firxa viżiva tas-sewwieqa u li tista’ taffettwa s-sewqan sikur;

(g)

“sewwieq fid-direzzjoni l-ħażina” tfisser vettura li tkun qed issuq fid-direzzjoni l-ħażina, fi triq fejn il-karozzi jsuqu fuq iż-żewġ naħiet, li hija opposta tat-traffiku li ġej bil-kontra;

(h)

“imblokk ta’ triq mhux amministrat” tfisser kwalunkwe imblokk ta’ triq, parzjali jew totali, li ma jkunx ingħata attenzjoni jew twaħħlulu s-sinjali kif suppost;

(i)

“kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp” tfisser kundizzjonijiet tat-temp mhux mistennija, severi u barra mill-istaġun li jistgħu jaffettwaw is-sewqan sikur;

(j)

“utent tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza” tfisser kwalunkwe persuna legali jew naturali li tipparteċipa fil-forniment tas-servizzi tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza, bħall-operaturi pubbliċi u privati stradali, il-maniġers tat-traffiku, il-fornituri tas-servizz u x-xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku;

(k)

“utent aħħari” tfisser kwalunkwe sewwieq li jibbenefika mis-servizzi tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza;

(l)

“servizz tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza” tfisser servizz tal-informazzjoni dwar it-traffiku fil-ħin reali li jipprovdi kontenut minimu marbut mas-sikurezza stradali u li jista’ jkun aċċessat bi sforz minimu minn għadd massimu ta’ utenti aħħarin;

(m)

“dejta tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza” tfisser dejta neċessarja għall-forniment tas-servizz tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza u miġbura permezz ta’ sors privat jew pubbliku;

(n)

“informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza” tfisser kwalunkwe dejta tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza li hija estratta, aggregata jew ipproċessata, offruta minn operaturi stradali pubbliċi u/jew privati lill-utenti aħħarin permezz ta’ diversi kanali;

(o)

“punt ta’ aċċess” tfisser punt diġitali ta’ aċċess fejn id-dejta tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza li hija neċessarja biex tiġġenera l-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza tinġabar, tiġi fformattjata u hija magħmula disponibbli għall-iskambju u l-użu mill-ġdid;

(p)

“b’xejn” tfisser il-forniment ta’ servizz tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza mingħajr spiża żejda għall-utenti aħħarin fil-punt tal-użu.

Artikolu 3

Lista ta’ avvenimenti jew kundizzjonijiet tat-toroq marbuta mas-sikurezza

L-avvenimenti jew kundizzjonijiet koperti mis-servizz tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza għandhom jikkonsistu minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

triq temporanjament tiżloq;

(b)

annimali, persuni, ostakli, residwi fit-triq;

(c)

żona ta’ aċċident mhux protetta;

(d)

xogħlijiet fit-triq għal żmien qasir;

(e)

viżibbiltà ridotta;

(f)

sewwieq fid-direzzjoni l-ħażina;

(g)

imblokk ta’ triq mhux amministrat;

(h)

kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp.

Artikolu 4

Kontenut tal-informazzjoni

1.   L-informazzjoni fornuta dwar l-avvenimenti jew kundizzjonijiet tat-toroq marbuta mas-sikurezza għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-post tal-avveniment jew il-kundizzjoni;

(b)

il-kategorija tal-avveniment jew il-kundizzjoni kif jissemma fl-Artikolu 3 u, fejn jixraq, deskrizzjoni qasira tiegħu/tagħha;

(c)

parir dwar l-aġir fis-sewqan, fejn jixraq.

2.   L-informazzjoni għandha titneħħa jekk l-avveniment jew il-kundizzjoni ma tibqax teżisti jew għandha tiġi modifikata jekk ikun hemm bidla fl-avveniment jew il-kundizzjoni.

Artikolu 5

Forniment tas-servizz tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw taqsimiet tan-netwerk transEwropew tat-toroq fejn il-kundizzjonijiet tat-traffiku u tas-sikurezza jirrikjedu l-varar ta’ servizz tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza.

Għandhom jikkomunikaw dawn it-taqsimiet tat-toroq lill-Kummissjoni.

2.   Il-forniment tas-servizz ta’ informazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipultati fl-Artikolu 6 sa 8.

Artikolu 6

Detezzjoni ta’ avvenimenti jew kundizzjonijiet u l-ġbir tad-dejta

Għall-iskop ewlieni tal-forniment ta’ servizz tal-informazzjoni, l-operaturi stradali pubbliċi u privati u/jew il-fornituri tas-servizz għandhom jistabbilixxu jew jużaw il-mezzi biex jindunaw bl-avvenimenti jew jidentifikaw il-kundizzjonijiet u għandhom jiġbru d-dejta tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza rilevanti.

Il-varar ta’ dawn il-mezzi għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 7

Disponibblità, skambju u użu mill-ġdid tad-dejta

1.   L-operaturi stradali pubbliċi u/jew privati u/jew il-fornituri tas-servizz għandhom jikkondividu u jiskambjaw id-dejta li jiġbru skont l-Artikolu 6. Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu din id-dejta disponibbli fil-format tad-DATEX II (CEN/TS 16157) jew kwalunkwe format li huwa kompletament kompatibbli u interoperabbli mal-magni li jaqraw DATEX II permezz ta’ punt ta’ aċċess.

2.   L-Istati Membri għandhom jamministraw punt nazzjonali ta’ aċċess għad-dejta msemmijia fil-paragrafu 1, li jiggruppja flimkien il-punti tal-aċċess stabbiliti mill-operaturi stradali pubbliċi u/jew privati u/jew il-fornituri tas-servizz li joperaw fit-territorju tagħhom.

3.   Din id-dejta għandha tkun aċċessibbli għall-iskambju u l-użu mill-ġdid minn kwalunkwe utent tal-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza:

(a)

fuq bażi li mhix diskriminatorja;

(b)

fi ħdan l-Unjoni rrispettivament mill-Istat Membru tal-istabbiliment;

(c)

skont id-drittijiet u l-proċeduri ta’ aċċess definiti fid-Direttiva 2003/98/KE;

(d)

fi żmien stipultat li jiżgura l-forniment f’waqqtu tas-servizz tal-informazzjoni;

(e)

permezz ta’ punt nazzjonali ta’ aċċess.

4.   L-operaturi stradali pubbliċi u privati u l-fornituri tas-servizz għandhom jiżguraw it-tiġdid f’waqqtu u l-kwalità tad-dejta magħmula disponibbli permezz tal-punt ta’ aċċess tagħhom.

Artikolu 8

Disseminazzjoni tal-informazzjoni

1.   L-operaturi stradali pubbliċi, il-fornituri tas-servizz u x-xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku għandhom jipprovdu informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza lill-utenti aħħarin qabel il-forniment ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra tat-traffiku mhux marbuta mas-sikurezza.

2.   Is-servizz tal-informazzjoni għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Għandu jkun jipprovdut f’tali mod li jiżgura l-iżjed ilħuq mifrux għall-utenti aħħarin konċernati bl-avveniment jew il-kundizzjoni partikolari msemmija fl-Artikolu 3;

(b)

Għandu jkun magħmul disponibbli mill-operaturi pubbliċi u/jew privati u/jew il-fornituri tas-servizzi u/jew ix-xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku, fejn possibbli b’xejn għall-utenti aħħarin.

3.   L-operaturi u l-fornituri tas-servizz pubbliċi u privati għandhom jikkollaboraw biex jarmonizzaw il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-informazzjoni fornuta lill-utenti aħħarin.

Għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar l-eżistenza tas-servizz tal-informazzjoni u l-kopertura tiegħu.

Artikolu 9

Valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp nazzjonali kompetenti li huwa imparzjali u indipendenti biex jivvaluta jekk ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 8 humiex sodisfatti mill-operatui stradali u l-fornituri tas-servizz pubbliċi u privati u x-xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku. Żewġ Stati Membri jew iktar jistgħu jinnominaw korp kompetenti komuni biex jivvaluta l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti fit-territorji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-korpi nazzjonali lill-Kummissjoni.

2.   L-operaturi stradali pubbliċi u privati, il-fornituri tas-servizz u x-xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku għandhom jipprovdu lill-korpi nazzjonali nominati, id-dettalji tal-identifikazzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-servizz tal-informazzjoni li huma jipprovdu, u jissottomettu dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 8.

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin, fejn applikabbli:

(a)

il-kategoriji tat-toroq marbuta mas-sikurezza koperti u l-kopertura tan-netwerk stradali tas-servizz tal-informazzjoni;

(b)

informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess tagħhom għad-dejta tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħha;

(c)

il-format tad-dejta tat-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza aċċessibbli permezz tal-punt ta’ aċċess tagħhom;

(d)

il-mezzi għat-tqassim tas-servizz tal-informazzjoni għall-utenti aħħarin.

L-operaturi stradali pubbliċi jew privati, il-fornituri tas-servizz u x-xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku għandhom jaġġornaw immedjatament id-dikjarazzjonijiet tagħhom tal-konformità wara kwalunkwe bidla fil-forniment tas-servizz tagħhom.

3.   Il-korpi nazzjonali nominati għandhom iwettqu spezzjonijiet aleatorji dwar il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet ta’ għadd ta’ operaturi stradali pubbliċi u privati, fornituri tas-servizz u xandara ddedikati għall-informazzjoni dwar it-traffiku, u għandhom jitolbu prova tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3 sa 8.

Kull sena, il-korpi nazzjonali nominati għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali dwar id-dikjarazzjonijiet sottomessi u dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet aleatorji tagħhom.

Artikolu 10

Segwitu

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-korp nazzjonali nominat għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 8;

(b)

id-deskrizzjoni tal-punt nazzjonali ta’ aċċess eżistenti jew imbassar.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull sena kalendarja wara dan, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-progress li għamlu fl-implimentazzjoni tas-servizz tal-informazzjoni, inkluż il-kriterji użati biex jiġi definit il-livell ta’ kwalità tiegħu u l-mezzi użati għall-monitoraġġ tal-kwalità tiegħu;

(b)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stipultati fl-Artikoli 3 sa 8;

(c)

fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-bidliet tal-punt nazzjonali ta’ aċċess.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013. Madankollu, fir-rigward tas-servizz tal-informazzjoni diġà varat fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(2)  COM(2010) 389 finali.

(3)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(6)  Nazzjonijiet Uniti — ECE/TRANS/WP.1/119/Rev.2 – 27 ta’ Mejju 2010.

(7)  ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1.


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/11


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 887/2013

tal-11 ta’ Lulju 2013

li jissostitwixxi l-Anness II u II tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jipprevedi li l-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini proposta huma meħtieġa jirreġistrawha mal-Kummissjoni, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni stipulata fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-informazzjoni fl-Anness II għandha tiġi modifikata sabiex tiġi ffaċilitata l-verifikazzjoni mill-Kummissjoni li l-kriterji għar-reġistrazzjoni stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 4 (2) huma sodisfatti, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv xieraq tat-talbiet tar-reġistrazzjoni u tiġi ffaċilitata komunikazzjoni bejn l-organizzaturi u l-Kummissjoni matul il-proċedura tal-inizjattiva taċ-ċittadini.

(3)

Sitt Stati Membri talbu modifiki fid-dejta meħtieġa fil-forom stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011.

(4)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda l-Annessi II u III għar-Regolament f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE. Fir-rigward tal-Anness III, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni mibgħuta lilha mill-Istati Membri.

(5)

Diversi organizzaturi tal-inizjattivi rreġistrati mal-Kummissjoni qegħdin attwalment jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, huwa meħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li jużaw bl-istess mod il-formoli kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament u l-verżjonijiet preċedenti tagħhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(b)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Formoli konformi mal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fil-verżjoni li kienet fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jintużaw għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS II

INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI

1.

It-titolu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, f’mhux aktar minn 100 karattru;

2.

Is-suġġett, f’mhux aktar minn 200 karattru;

3.

Deskrizzjoni tal-għanijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li fuqha l-Kummissjoni hija mistiedna taġixxi, f’mhux aktar minn 500 karattru;

4.

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati meqjusa rilevanti mill-organizzaturi għall-azzjoni proposta;

5.

L-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati ta’ twelid tas-seba’ membri tal-kumitat taċ-ċittadini, b’indikazzjoni speċifika tar-rappreżentant u s-sostitut kif ukoll l-indirizzi tal-email u n-numri tat-telefown tagħhom (1);

6.

Dokumenti li juru l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati tat-twelid ta’ kull wieħed mis-seba’ Membri tal-kumitat taċ-ċittadini;

7.

Is-sorsi kollha ta’ appoġġ u finanzjament għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta fil-ħin tar-reġistrazzjoni (1).

L-organizzaturi jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar is-suġġett, l-għanijiet u l-isfond tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta f’anness. Jekk jixtiequ, jistgħu wkoll jippreżentaw abbozz ta’ att legali.


(1)  Dikjarazzjoni dwar il-privatezza: f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, is-suġġetti tad-data huma informati li din id-data personali qed tinġabar mill-Kummissjoni għall-iskop tal-proċedura fir-rigward tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta. Ser ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq ir-reġistru online tal-Kummissjoni l-ismijiet sħaħ tal-organizzaturi, l-indirizzi tal-email tal-persuni ta’ kuntatt u l-informazzjoni relatata mas-sorsi tal-appoġġ u l-finanzjament biss. Is-suġġetti tad-data huma intitolati joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni tad-data personali tagħhom għal raġunijiet leġittimi aċċettabbli relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, u jitolbu r-rettifika ta’ dik id-data f’kull waqt u t-tneħħija tagħha mir-reġistru online tal-Kummissjoni wara l-iskadenza ta’ sentejn mid-data tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta.”


ANNESS II

“ANNESS III

FORMOLA TA’ DIKJARAZZJONI TA’ APPOĠĠ – PARTI A (1)

(għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

FORMOLA TA’ DIKJARAZZJONI TA’ APPOĠĠ – PARTI B (1)

(għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI C

1.

Rekwiżiti għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni personali/numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni personali (formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ - Parti A):

Stat Membru

Firmatarji li d-dikjarazzjoni ta’ appoġġ tagħhom għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru kkonċernat

Il-Belġju

residenti fil-Belġju

ċittadini Belġjani li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

Id-Danimarka

residenti fid-Danimarka

ċittadini Daniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

Il-Ġermanja

residenti fil-Ġermanja

ċittadini Ġermaniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

L-Estonja

residenti fl-Estonja

ċittadini Estonjani li jirresjedu barra mill-pajjiż

L-Irlanda

residenti fl-Irlanda

Il-Lussemburgu

residenti fil-Lussemburgu

ċittadini Lussemburgiżi li jirrisjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta’ residenza tagħhom

Il-Pajjiżi l-Baxxi

residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi

ċittadini Olandiżi li jirresjedu barra mill-pajjiż

Is-Slovakkja

residenti fis-Slovakkja

ċittadini Slovakki li jirresjedu barra mill-pajjiż

Il-Finlandja

residenti fil-Finlandja

ċittadini Finlandiżi li jirresjedu barra mill-pajjiż

Ir-Renju Unit

residenti fir-Renju Unit

2.

Lista tal-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut wieħed min-numri ta’ identifikazzjoni personali/numri ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni personali, kif speċifikat hawn taħt u maħruġa mill-Istat Membru kkonċernat (il-formola ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ — Parti B):

 

IL-BULGARIJA

Единен граждански номер (numru personali)

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Občanský průkaz (karta tal-identità nazzjonali)

Cestovní pas (passaport)

 

IL-GREĊJA

Δελτίο Αστυνομικής Ταυτότητας (karta tal-identità)

Διαβατήριο (passaport)

Βεβαίωση Εγγραφής Πολιτών Ε.Ε./Έγγραφο πιστοποίησης μόνιμης διαμονής πολίτη Ε.Ε. (ċertifikat ta’ residenza/ċertifikat ta’ residenza permanenti)

 

SPANJA

Documento Nacional de Identidad (karta tal-identità)

Pasaporte (passaport)

Número de Identidad de Extranjero, de la tarjeta o certificado, correspondiente a la inscripción en el Registro Central de Extranjeros (numru ta’ identifikazzjoni ta’ barrani (NIE), tal-karta jew ċertifikat, li jikkorrispondi mar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Ċentrali tal-Barranin)

 

FRANZA

Passeport (passaport)

Carte nationale d’identité (karta tal-identità nazzjonali)

 

IL-KROAZJA

Osobni identifikacijski broj (numru ta’ identifikazzjoni personali)

 

L-ITALJA

Passaporto (passaport), inclusa l’indicazione dell’autorità di rilascio (li jinkludi l-awtorità li toħorġu)

Carta di identità (karta tal-identità), inclusa l’indicazione dell’autorità di rilascio (li tinkludi l-awtorità li toħroġha)

 

ĊIPRU

Δελτίο Ταυτότητας (karta tal-identità tal-persuna nazzjonali jew tar-resident)

Διαβατήριο (passaport)

 

IL-LATVJA

Personas kods (numru ta’ identifikazzjoni personali)

 

IL-LITWANJA

Asmens kodas (numru personali)

 

L-UNGERIJA

személyazonosító igazolvány (karta tal-identità)

útlevél (passaport)

személyi azonosító szám (személyi szám) (numru ta’ identifikazzjoni personali)

 

MALTA

Karta tal-Identità (karta tal-identità)

 

L-AWSTRIJA

Reisepass (passaport)

Personalausweis (karta tal-identità)

 

IL-POLONJA

Numer ewidencyjny PESEL (numru ta’ identifikazzjoni PESEL)

 

IL-PORTUGALL

Bilhete de identidade (karta tal-identità)

Passaporte (passaport)

Cartão de Cidadão (karta taċ-ċittadin)

 

IR-RUMANIJA

carte de identitate (karta tal-identità)

pașaport (passaport)

certificat de înregistrare (ċertifikat tar-reġistrazzjoni)

carte de rezidență permanentă pentru cetățenii UE (karta ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-UE)

Cod Numeric Personal (numru ta’ identifikazzjoni personali)

 

IS-SLOVENJA

Enotna matična številka občana (numru ta’ identifikazzjoni personali)

 

L-ISVEZJA

Personnummer (numru ta’ identifikazzjoni personali)”


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 888/2013

tas-16 ta’ Settembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oignon de Roscoff (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba minn Franza biex id-denominazzjoni “Oignon de Roscoff” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Oignon de Roscoff” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 334, 31.10.2012, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Oignon de Roscoff (DPO)


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 889/2013

tas-16 ta’ Settembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chufa de Valencia (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Chufa de Valencia", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4). Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’rabta mad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12

(3)  ĠU L 46, 20.2.1999, p. 13.

(4)  ĠU C 367, 27.11.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat

SPANJA

Chufa de Valencia (DPO)


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 890/2013

tas-16 ta’ Settembru 2013

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Amarene Brusche di Modena (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Amarene Brusche di Modena”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1028/2009 tal-Kummissjoni (2).

(2)

L-iskop tal-applikazzjoni huwa li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni billi jiġi ċċarat il-kontenut taz-zokkor tal-frott fil-fażi tal-ħsad u fil-fażi tal-ipproċessar kif ukoll l-ammont ta’ zokkor (sukrożju) li jista’ jiżdied qabel il-fażi ta’ konċentrazzjoni, u billi jiġi awtorizzat l-użu ta’ reċipjenti f’daqsijiet u materjali differenti minn dawk ipprovduti meta saret ir-reġistrazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda inkwistjoni u kkondludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tal-imsemmi Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Amarene Brusche di Modena” hija emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku kkonsolidat li jinkludi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 283, 30.10.2009, p. 39.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Amarene Brusche di Modena”, hija approvata l-emenda li ġejja:

Metodu ta’ produzzjoni

Fil-każ tal-frott maħsub għall-produzzjoni tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena”, fis-snin meta fix-xahar ta’ Ġunju x-xita akkumulata tkun aktar minn 80 mm, fi żmien il-ħsad il-kontenut ta’ zokkor irid jitbaxxa b’2 gradi Brix.

Fil-fażi tal-ipproċessar, jekk il-frott jiġi mkessaħ bl-ilma kiesaħ (hydrocooling), huwa awtorizzat tnaqqis fil-kontenut ta’ zokkor ta’ 2 gradi Brix meta mqabbel ma’ dak irreġistrat fil-ħin tal-ħsad.

Biex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim, ta’ min jiċċara li l-ammont ta’ zokkor (sukrożju) li jista’ jiġi miżjud qabel ix-xogħol ta’ konċentrazzjoni ma jistax ikun aktar minn 35 % tal-prodott.

Tikkettar

Għall-ippakkjar tal-konfettura “Amarene Brusche di Modena”, l-ispeċifikazzjoni tippermetti wkoll l-użu ta’ reċipjenti ta’ daqsijiet u materjali differenti minn dawk ipprovduti qabel, sakemm dawn ikunu maħsuba għall-kuntatt mal-ikel. Il-produtturi b’hekk jistgħu jadattaw l-ippakkjar għall-ħtiġijiet tas-suq, li dejjem jinbidlu.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU KKONSOLIDAT

Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu tal-2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (1)

“AMARENE BRUSCHE DI MODENA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-01065 – 30.11.2012

IĠP (X) DPO ( )

1.   Isem

“Amarene Brusche di Modena”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Kategorija 1.6.

Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Meta tinħareġ għall-konsum, il-konfettura tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena” għandha konsistenza ratba u kulur karatteristiku aħmar skur intens jagħti fil-kannella b’riflessi skuri; l-indiċi ta’ refrazzjoni ta’ 20° ikun bejn 60° u 68° gradi Brix; il-kontenut ta’ qrusa karatteristika (aċidità), iddeterminat permezz tal-kejl tal-pH, ikun bejn 2,5 u 3,5. Il-prodott lest fih 70 % frott frisk.

It-togħma karatteristika tal-konfettura tal-IĠP “AMARENE BRUSCHE DI MODENA” għandha bilanċ tajjeb bejn ħlewwa u qrusa, b’sensazzjoni ta’ aċidità. Meta tinħareġ għall-konsum, il-konfettura IĠP “Amarene Brusche di Modena” ikollha perċentwal minimu ta’ zokkor ta’ 60 %.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima tal-konfettura tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena” hija l-frott tas-siġar taċ-ċirasa qarsa li ġejjin mill-kolitivazzjonijiet ta’ dawn il-varjetajiet: Amarena di Castelvetro, Amarena di Vignola taz-zokk qasir, Amarena di Vignola taz-zokk twil, Amarena di Montagna, Amarena di Salvaterra, Marasca di Vigo, Meteor, Mountmorency u Pandy.

Il-qtugħ isir meta l-frott ikun sar, jiġifieri l-lewn tiegħu għandu jkun l-istess f’mill-inqas 90 % tal-frott u l-frotta għandu jkollha dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

il-lewn tal-qoxra: minn aħmar ċar sa aħmar skur;

il-lewn tal-polpa: isfar jew oranġjo;

il-lewn tal-meraq: minn bla kulur sa safrani;

il-kontenut ta’ zokkor: > 16-il grad Brix;

il-kontenut ta’ aċidu: medju sa kemmxejn għoli > 18 g/l ta’ aċidu maliku;

il-produzzjoni ta’ meraq: > 75 %.

Fis-snin meta x-xita akkumulata mix-xahar ta’ Ġunju tkun ta’ aktar minn 80 mm skont l-istħarriġ li jsir fl-uffiċċji tat-temp li jinsabu qrib l-azjendi li jkabbru l-frott, hu permess li fi żmien il-ħsad il-kontenut ta’ zokkor irid jitbaxxa b’2 gradi Brix.

3.4.   L-għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

It-tkabbir taċ-ċirasa u l-produzzjoni tal-konfettura tal-“Amarene Brusche di Modena” iridu jseħħu fi-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4, billi ż-żona ġeografika speċifikata tippreżenta kundizzjonijiet tajbin għat-tkabbir tas-siġra taċ-ċirasa, kif jintwera fil-punt 5.1.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-ippakkjar tal-konfettura tal-“Amarene Brusche di Modena” irid iseħħ fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4, sabiex jiġu ggarantiti l-oriġini u l-kontroll tal-prodott u sabiex jiġi evitat li jintilfu l-karatteristiċi partikolari ddefiniti fil-punt 3.2 ta’ qabel kif ukoll pastorizzazzjoni suċċessiva li taf tbiddel it-togħma tipika tal-konfettura tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena”, li ġejja mill-bilanċ tajjeb bejn it-togħma qarsa u dik ħelwa.

Il-konfettura tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena” titqiegħed f’reċipjenti tal-ħġieġ jew tal-folja tal-landa li jesgħu 15 ml, 212 ml, 228 ml, 236 ml, 314 ml, 370 ml, 2 650 ml u 5 000 ml jew f’reċipjenti ta’ daqsijiet u materjal ieħor tajbin għall-kuntatt mal-ikel. Ir-reċipjenti tad-daqs 2 650 ml u ta’ 5 000 ml huma maħsuba għall-użu professjonali.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-logo tal-konfettura tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena” jikkonsisti minn grafika tal-ittra A li fiha l-linja tan-nofs hija sostitwita minn cirasa biz-zokk u l-werqa. Il-grafika toqgħod fi kwadru ta’ 74x74 mm. Fl-ispazju taħtha, fuq tliet linji, hemm riprodotta l-kitba AMARENE BRUSCHE DI MODENA I.G.P. Il-logo jista’ jiġi adattat proporzjonalment għall-użi varji li jsir minnu.

Image

Il-kliem “Amarene Brusche di Modena” għandu jkun bit-Taljan.

4.   Deskrizzjoni qasira tal-limiti taż-żona ġeografika

Iż-żona tat-tkabbir tal-frott u tal-produzzjoni tal-konfettura tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena” tinkludi t-territorju amministrattiv tal-muniċipalitajiet ta’ Bastiglia, Bomporto, Campogalliano, Camposanto, Carpi, Castelfranco Emilia, Castelnuovo Rangone, Castelvetro di Modena, Cavezzo, Concordia sul Secchia, Finale Emilia, Fiorano Modenese, Formigine, Guiglia, Maranello, Marano sul Panaro, Medolla, Mirandola, Modène, Montese, Nonantola, Novi di Modena, Pavullo nel Frignano, Prignano sul Secchia, Ravarino, S. Cesario sul Panaro, S. Felice sul Panaro, S. Possidonio, S. Prospero sul Secchia, Sassuolo, Savignano sul Panaro, Serramazzoni, Soliera, Spilamberto, Vignola u Zocca fil-provinċja ta’ Modena, u t-territorju li jdawwar il-provinċja ta’ Bolonja, limitat għall-muniċipalitajiet li ġejjin: Anzola nell’Emilia, Bazzano, Castel d’Aiano, Castello di Serravalle, Crespellano, Crevalcore, Monte S.Pietro, Monteveglio, San Giovanni in Persiceto, Sant’Agata Bolognese, Savigno u Vergato.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-konfettura tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena” hija kkaratterizzata mill-preżenza ta’ ħamrija fonda ħafna, ġeneralment għammiela, strutturata sew b’porożità u permeabbiltà xierqa, bil-ħamrija għanja u ramlija bi ftit li xejn tafal, u għalhekk tajba għat-tkabbir ta’ pjanta bħaċ-ċirasa qarsa li teħtieġ art permeabbli, li toskula l-ilma tajjeb, u friska. Din l-istruttura partikolari tal-ħamrija u t-tessut tagħha jiddeterminaw porożità tajba, kapaċità qawwija għall-mogħdija tal-ilma u b’hekk ammont għoli ta’ arja fil-ħamrija. Iż-żona msemmija tgħaddi minnha xibka idrografika sfiqa naturali u artifiċjali. Il-klima hija tendenzjalment subumida u fil-każ taż-żoni morfoloġikament baxxi tal-pjanura t’isfel ta’ Modena, it-tendenza hija lejn is-subaridu. Dawn il-kundizzjonijiet huma partikolarment favorevoli għall-iżvilupp tas-siġar taċ-ċirasa qarsa.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Amarene Brusche di Modena” tiddistingwi ruħha mill-prodotti l-oħra tal-istess kategorija kummerċjali, l-aktar minħabba l-karatteristiċi organolettiċi u kimikofiżiċi partikolari tal-materja prima, karatteristiki ġejjin mill-varjetà ta’ ċirasa qarsa mkabbra fiż-żona tal-produzzjoni, u l-aktar minħabba t-togħma karatteristika tal-konfettura li tippreżenta bilanċ tajjeb bejn il-ħelu u l-qares b’sensazzjoni ta’ aċidità. Karatteristika distintiva importanti oħra tal-prodott hija n-naturalità tal-proċess produttiv, ibbażata fuq il-konċentrazzjoni bl-evaporazzjoni termika tal-frotta, mingħajr l-użu ta’ sustanzi għat-tħaxxin, għall-kulur jew għall-konservazzjoni, kif ukoll il-kontenut għoli ta’ frott meta mqabbel maz-zokkor miżjud, u n-nuqqas ta’ proċessi oħra qabel l-ippakkjar.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għal IĠP)

It-talba għar-rikonoxximent tal-konfettura “Amarene Brusche di Modena” bħala IĠP hija ġġustifikata mill-fama tal-prodott. Il-fama tal-konfettura “Amarene Brusche di Modena” tirriżulta minn għadd kbir ta’ dokumenti li jagħtu xhieda ta’ dak l-“għarfien” partikolari, li ntiret b’fedeltà minn seklu għall-ieħor, tal-popolazzjoni lokali, li huwa marbut mal-ħtieġa li jiġi pproċessat malajr dan il-frott li ma jżommx fit-tul u li ħoloq prodott magħruf u apprezzat l-aktar minħabba n-naturalità tal-proċess tal-produzzjoni.

Sabiex tiġi stabbilita l-fama ta’ dan il-prodott, għandha titqies l-eżistenza ta’ żona ta’ produzzjoni, fit-territorju ddelimitat fil-punt 4, fejn sa mill-bidu tas-seklu li għadda diġà kien hemm bosta impriżi agrikoli speċjalizzati fil-kultivazzjoni taċ-ċirasa, kif ukoll ċentri ta’ ġbir u ħażna mkessħa tal-frott, u diversi laboratorji artiġijanali u azjendi żgħar u medji tal-produzzjoni tal-konfettura. L-azjendi agrikoli involuti fil-produzzjoni għandhom forza tax-xogħol ta’ aktar minn 350 ħaddiem u jtellgħu valur ta’ produzzjoni sostanzjali. L-ewwel esperiment ta’ tkabbir intensiv tal-pjanti taċ-ċirasa seħħ fl-1882 minn avukat, Luigi Mancini, fir-razzett tiegħu “La Colombarina” fejn Vignola, iżda sa mill-1820 diġà hemm imniżżla x-xhieda tal-kbir botanista Giorgio Gallesio li jitkellem dwar id-drawwa li “l-irziezet jiddawwru bis-siġar taċ-ċirasa sabiex minnha jagħmlu l-ġulepp, frott ippreżervat, konfettura, pudini u torti”, meqjusa bħala tradizzjoni twila ta’ tħejjija tal-prodott fuq il-livell familjari fil-provinċja agrikola ta’ Modena.

Il-bosta riċetti antiki juru fiż-żmien l-użu tal-prodott fit-tħejjija ta’ ħelu tipiku taż-żona, sew fuq livell familjari sew artiġjanali, mill-eqdem għall-aktar riċenti, fejn huwa ssuġġerit l-użu tal-konfettura l-aktar għall-kejkijiet magħmulin id-dar bħall-“crostata”. Xhieda ta’ dan hija żewġ manuskritti minn Modena tas-seklu 19 — l-ewwel wieħed jikkonsisti f’erba’ pitazzi kkumpilati minn erba’ ġenerazzjonijiet ta’ sidien borgiżi u ppubblikat fl-1970, u l-ieħor inkiteb minn Ferdinando Cavazzoni, id-dulċier ta’ Casa Molza, u ppubblikat fl-2001 li jirrakkonta l-modi tat-tħejjija tal-konfettura.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

[L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

L-amministrazzjoni preżenti nediet il-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta tal-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-IĠP “Amarene Brusche di Modena” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana) Nru 246 tal-20 ta’ Ottubru 2012.

Wieħed jista’ jara t-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fuq il-paġna elettronika tal-Internet: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru tal-politika agrikola, l-ikel u forestrija (http://www.politicheagricole.it), u jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (kwalità u sigurtà) (fin-naħa ta’ fuq tax-xellug tal-iskrin) u fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE” (Speċifikazzjonijiet soġġetti għall-eżami mill-UE).


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 891/2013

tas-16 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma soġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għall-2013, għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54.


ANNESS

Nru

43/TQ40

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BET/ATLANT

Speċi

Tonn obeż (Thunnus obesus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data

20.8.2013


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 892/2013

tas-16 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-redfish fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjoni taż-żona V; fl-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-Kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1

(2)  ĠU L 23, 25.01.2013, p. 54


ANNESS

Nru

38/TQ40

Stat Membru

Franza

Stokk

RED/51214D.

Speċijiet

Redfish (pelaġiku tal-fond) (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Data

17.8.2013


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 893/2013

tas-16 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni IIIa u IVbc minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2) jew għal ftehimiet internazzjonali, jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jidher li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2013 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrażbordat, li jiġi ttrasportat jew li jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54.


ANNESS

Nru

46/TQ40

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

MAC/*3A4BC

Speċi

Kavalli (Scomber scombrus)

Żona

Iż-żoni IIIa u IVbc

Data

26.8.2013


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 894/2013

tas-17 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

56,9

XS

23,1

ZZ

40,0

0707 00 05

MK

53,8

TR

121,6

ZZ

87,7

0709 93 10

TR

132,7

ZZ

132,7

0805 50 10

AR

116,2

CL

146,0

IL

142,1

TR

80,0

UY

114,4

ZA

103,3

ZZ

117,0

0806 10 10

EG

187,8

TR

147,9

ZZ

167,9

0808 10 80

AR

100,3

BA

65,7

BR

41,7

CL

106,2

CN

74,8

NZ

146,7

US

158,4

ZA

94,8

ZZ

98,6

0808 30 90

AR

231,4

CL

29,5

CN

82,4

TR

131,0

ZA

206,6

ZZ

136,2

0809 30

TR

124,3

ZZ

124,3

0809 40 05

BA

46,9

XS

46,6

ZZ

46,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2013

li taħtar Imħallef għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

(2013/457/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 257 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-paragrafu 1 tal-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 2 u 3(1) tal-Anness I għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u wara r-riżenja b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2013 tas-Sinjura Irena BORUTA, għandu jinħatar imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”) għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2019.

(2)

Saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet (1).

(3)

Il-Kumitat previst permezz tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I għall-Protokoll Nru 3 ltaqa’ fl-4 u l-5 ta’ Ġunju u fit-2 u t-3 ta’ Lulju 2013. Fi tmiem id-diskussjonijiet tiegħu, hu ta l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati biex jeżerċitaw id-dmirijiet ta’ Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u ma’ din l-opinjoni hemeż lista ta’ kandidati li għandhom l-esperjenza tal-ogħla livell l-aktar adatta.

(4)

Għaldaqstant huwa adatt li tinħatar waħda mill-persuni inklużi f’dik il-lista bħala Mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2019, filwaqt li tiġi żgurata kompożizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali rappreżentati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Jesper SVENNINGSEN huwa b’dan maħtur Imħallef għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU C 82, 21.3.2013, p. 5.


LINJI GWIDA

18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/38


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar l-obbligi ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna

(BĊE/2013/25)

(2013/458/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 3.1 u 3.3, l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u l-Artikolu 16,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), partikolarment l-Artikoli 4 u 8,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2011/23 tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar l-obbligi ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (2),

Wara li kkunsidra l-veduti tal-Kumitat tal-Istatistika tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali,

Billi:

(1)

F'ċerti każijiet l-applikazzjoni stretta tal-metodu standard ta’ valutazzjoni kurrenti għall-istokks ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’kumpaniji ta’ investiment dirett mhux ikkwotati fuq il-borża, kif stabbilit fl-Anness III mal-Linja Gwida BĊE/2011/23, tista’ twassal għal distorzjonijiet fil-pożizzjoni netta tal-investiment internazzjonali. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw wieħed mill-metodi l-oħra ta’ valutazzjoni stabbiliti fis-sitt edizzjoni tal-Manwal dwar il-Pożizzjoni tal-Investiment Internazzjonali u l-Bilanċ tal-Pagamenti tal-IMF u għalhekk il-Linja Gwida BĊE/2011/23 għandha għalhekk tiġi emendata.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2011/23, il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa intitolat jagħmel emendi tekniċi għall-Annessi mal-Linja Gwida BĊE/2011/23, bil-kundizzjoni li la jibdlu l-qafas kunċettwali bażi u lanqas ma jaffettwaw il-piż ta’ rapportar tal-operaturi li jirrapportaw fl-Istati Membri.

(3)

It-tibdiliet lill-Annessi kkontemplati f’din il-Linja Gwida huma emendi tekniċi li la jbiddlu l-kunċett wara l-obbligi ta’ rapportar tad-dejta u lanqas jaffettwaw il-piż tar-rapportar fl-Istati Membri,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

L-Annessi II u III ma’ din il-Linja Gwida BĊE/2011/23 qed jiġu emendati skont l-Anness ma’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet Finali

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi notifikata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija euro.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(2) tal-Linja Gwida ECB/2011/23, din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2014.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1.


ANNESS

L-Annessi II u III huma emendati kif ġej:

1.

fl-Anness II, Parti II u III tat-Tabella 3 huma sostitwiti b’li ġej:

“II.   Short-term net drains predeterminati fuq attiv f’munita barranija (valur nominali)

 

Maturità Residwa

 

Sa xahar

Aktar minn xahar u sa tliet xhur

Aktar minn tliet xhur u sa sena

Il-maturitajiet kollha

Self f’munita barranija, titoli u depożiti

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Flussi ’l barra (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Ammont kapitali

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Interess

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Flussi ’l ġewwa (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Ammont kapitali

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Interess

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Total ta’ pożizzjonijiet qosra u twal ġo forwards u futures f’muniti barranin fil-konfront tal-munita domestika (inkluża l-forward leg ta’ swaps tal-muniti)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjonijiet qosra (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjonijiet twal (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Oħrajn

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Flussi ’l barra relatati ma’ riakkwisti (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Flussi ’l ġewwa relatati ma’ riakkwisti bil-kontra (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Krediti ta’ negozju (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Krediti ta’ negozju (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Kontijiet oħra pagabbli (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Kontijiet oħra riċevibbli (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

III.   Short-term net drains kontinġenti fuq attiv f’munita barranija

Passiv kontinġenti f’munita barranija

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Garanziji ta’ dejn li huwa dovut fi żmien sena

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Passiv kontinġenti oħra

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Titoli f’munita barranija maħruġa b’ embedded options (puttable bonds)

 

 

 

Geo 0

Linji ta’ kreditu bla ebda kundizzjoni, mhux użati, mogħtija minn:

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Awtoritajiet monetarji nazzjonali oħra, BIS, IMF, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Awtoritajiet monetarji nazzjonali oħra (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

BIS (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

IMF (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Ma’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom il-kwartieri tagħhom fil-pajjiż ta’ rapportar (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Ma’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom il-kwartieri tagħhom barra l-pajjiż ta’ rapportar (+)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Linji ta’ kreditu bla ebda kundizzjoni, mhux użati, mogħtija lil:

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Awtoritajiet monetarji nazzjonali oħra, BIS, IMF, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Awtoritajiet monetarji nazzjonali oħra (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

BIS (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

IMF (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Ma’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom il-kwartieri fil-pajjiż ta’ rapportar (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Ma’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li għandhom il-kwartieri tagħhom barra l-pajjiż ta’ rapportar (–)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Total ta’ pożizzjonijiet qosra u twal ta’ options f’muniti barranin fir-rigward tal-munita domestika

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjonijiet qosra

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Bought puts

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Written calls

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjonijiet twal

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Bought calls

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Written puts

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

PRO MEMORIA: In-the-money options

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Skont rati tal-kambju kurrenti

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni qasira

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni twila

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

+ 5 % (depprezzament ta’ 5 %)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni qasira

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni twila

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

– 5 % (apprezzament ta’5 %)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni qasira

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni twila

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

+ 10 % (depprezzament ta’10 %)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni qasira

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni twila

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

– 10 % (apprezzament ta’ 10 %)

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni qasira

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni twila

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Oħrajn

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni qasira

Geo 0

Geo 0

Geo 0

 

Pożizzjoni twila

Geo 0

Geo 0

Geo 0”;

 

2.

fl-Anness III, is-Sezzjoni 6.1 hija sostitwita b’ li ġej:

“6.1.   Investiment dirett

L-investiment dirett huwa assoċjat ma’ resident f’ekonomija waħda li għandu kuntroll jew grad sinifikanti ta’ influwenza fil-ġestjoni ta’ intrapriża li hija resident f’ekonomija. Skont standards internazzjonali (BPM6), il-proprjeta' diretta jew indiretta ta’ 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża residenti f’ekonomija waħda f’ídejn investitur residenti f’ekonomija oħra hija evidenza ta’ din ir-relazzjoni. Mibni fuq dan il-kriterju, relazzjoni ta’ investiment dirett tista’ teżisti bejn numru ta’ intrapriżi relatati, irrispettivament minn jekk ir-rabta tinvolvix katina waħda jew aktar minn waħda. Tista’ testendi għas-sussidjarji, is-sotto-sussidjarji u l-assoċjati ta’ intrapriża ta’ investiment dirett. Ladarba l-investiment huwa stabbilit, il-flussi/investimenti finanzjarji kollha sussegwenti bejn l-entitajiet relatati jitniżżlu bħala tranżazzjonijiet/pożizzjonijiet ta’ investiment dirett.

Kapital ta’ parteċipazzjoni azzjonarja jkopri parteċipazzjoni azzjonarja f’fergħat kif ukoll l-ishma kollha f’sussidjarji jew assoċjati. Qligħ investit mill-ġdid jikkonsisti fl-offsetting entry fis-sehem tal-investitur dirett li jkollu mill-qligħ mhux distribwit bħala dividendi minn sussidjarji jew assoċjati, u l-qligħ ta’ fergħat mhux rimess lill-investitur dirett u li jitniżżel bħala ‘dħul minn investiment’ (ara 3.2.3).

Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ investiment dirett u d-dejn huma kklassifikati separatament skont it-tip ta’ relazzjonijiet bejn l-entitajiet u skont id-direzzjoni tal-investiment. Jistgħu jiġu elenkati tliet tipi ta’ relazzjonijiet ta’ investiment dirett:

(a)

Investiment dirett ta’ investituri f’intrapriżi ta’ investiment dirett. Din il-kategorija tinkludi flussi ta’ investiment (u stokks) mill-investitur dirett għall-intrapriżi ta’ investiment dirett (irrispettivament minn jekk dan huwa kkontrollat jew influwenzat direttament jew indirettament).

(b)

Investiment b’lura. Din it-tip ta’ relazzjoni tkopri flussi ta’ investiment (u stokks) mill-intrapriżi ta’ investiment dirett għall-investitur dirett.

(c)

Fost intrapriżi relatati ma’ xulxin. Din tkopri flussi (u stokks) bejn intrapriżi li ma jikkontrollawx jew ma jinfluwenzawx lill-oħrajn, imma li t-tnejn huma taħt il-kuntroll jew influwenza tal-istess investitur dirett.

Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ investiment dirett, l-istokks ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kkwotati fuq il-borża huma vvalutati skont il-prezzijiet tas-suq. Għall-kuntrarju, fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment dirett mhux ikkwotati fuq il-borża, l-istokks ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji huma vvalutati skont il-valuri tal-kotba bl-użu ta’ definizzjoni komuni li tkopri l-elementi li ġejjin:

(a)

kapital imħallas (esklużi ishma u inklużi kontijiet ta’ premium tal-ishma);

(b)

kull tip ta’ riżervi (inklużi għotjiet ta’ investiment meta l-linji gwida tal-kontabilita' jqisuhom bħala riżervi tal-kumpanija);

(c)

profitti mhux distribwiti bit-telf imnaqqas (inklużi r-riżultati għas-sena kurrenti).

Għal ishma f’parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ kumpaniji mhux ikkwotati fuq il-borża, it-tranżazzjonijiet li jitniżżlu fil-kont finanzjarju jistgħu jvarjaw mill-fondi proprji rreġistrati skont il- valur tal-ktieb fl-IIP. Dawn id-differenzi jitniżżlu bħala valutazzjonijiet mill-ġdid minħabba tibdiliet oħra fil-prezz.

Biex tiżdied il-konsistenza fil-valutazzjoni tal-attiv u l-passiv, stokks ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’kumpaniji ta’ investiment dirett mhux ikkwotati fuq il-borża jistgħu jiġu alternattivament ivvalutati skont wieħed mill-metodi oħra ta’ valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.16 tal-BPM6, jekk ta’ lanqas japplika wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

ta’ lanqas intrapriża waħda f’katina ta’ investiment dirett hija kkwotata fuq il-borża, filwaqt li ta’ lanqas waħda ma tkunx ikkwotata, u dan iwassal għal distorzjoni sinifikanti fl-IIP nett ta’ kumpanija fil-katina; f’dan il-każ il-prezz tas-suq tal-kumpanija kkwotata jista’ jintuża bħala referenza għall-valutazzjoni tal-kumpaniji relatati mhux ikkwotati; jew

(b)

jekk iseħħu differenzi fir-reġistrazzjoni tal-valur tat-twillija akkwistata tul katina ta’ intrapriżi ta’ investiment dirett, li jwasslu għal distorzjoni sinifikanti fl-IIP nett tal-pajjiż li fih tkun residenti l-kumpanija fin-nofs tal-katina; jew

(c)

jekk il-kontijiet ta’ intrapriżi f’katina ta’ investiment huma ddenominati f’muniti barranin u l-fluttwazzjonijiet tar-rati tal-kambju jwasslu għal distorzjoni sinifikanti fl-IIP nett tal-pajjiż li fih tkun residenti l-kumpanija fin-nofs tal-katina.

Jekk jiġi applikat metodu alternattiv biex jiġu vvalutati stokks ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’kumpaniji ta’ investiment dirett mhux ikkwotati fuq il-borża, il-kumpilatur tal-IIP huwa mħeġġeġ jinforma lill-kumpilatur fil-pajjiż kontroparti tal-metodu alternattiv u biex jikkoopera ma’ dan il-kumpilatur biex ir-riskju tar-reġistrazzjoni bilaterali mhux simetrika jitnaqqas. Din l-informazzjoni għandha tiġi trasmessa ġewwa s-SEBĊ fil-qafas ta’ arranġamenti eżistenti, kif ukoll ippubblikata fil-pubblikazzjoni tal-BĊE ‘Metodi ta’ statistika tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Unjoni Ewropea/pożizzjoni internazzjonali tal-investiment’, li hija wżata biex tissorvelja l-kunċetti, id-definizzjonijiet u l-metodi ta’ kumpilazzjoni applikati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro (kif deskritt fl-Anness V).

Huwa rrakkomandat biex, bħala l-aħjar prattika, li l-Istati Membri kollha għandhom jikkumpilaw stokks ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ investment barrani dirett u qligħ investit mill-ġdid abbażi tar-riżultati ta’ sondaġġi dwar investiment barrani dirett, jinġabru ta’ lanqas ta’ kull sena (*).

(*)  Il-prattiċi mhux aċċettabbli li ġejjin għandhom jiġu abbandunati: (i) li l-għażla tal-kriterju ta’ valutazzjoni titħalla f’ídejn l-aġenti ta’ rapportar (valuri tas-suq jew valuri tal-kotba); (ii) li jiġi applikat metodu ta’ inventarju perpetwu/akkumulazzjoni ta’ flussi tal-BOP biex jiġu kkumpilati l-istokks.”."



Rettifika

18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/43


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li temenda l-Anness XXI (Statistika) ta’ mal-Ftehim ŻEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 231 tad-29 ta’ Awwissu 2013 )

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2013 għandha taqra kif ġej:

“DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 46/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li temenda l-Anness XXI (Statistika) ta’ mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 995/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (1), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 995/2012 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk l-Anness XXI ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXI ta’ mal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 30 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32012 R 0995: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 995/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika Komunitarja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 18).’

2.

It-test tal-punt 31 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1450/2004) jiġi mħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 995/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 299, 27.10.2012, p. 18.

(2)  ĠU L 118, 23.4.2004, p. 23.

(3)  ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.”


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 247/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.