|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.228.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 806/2013
tas-26 ta’ Awwissu 2013
li jagħti bidu għal reviżjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif esstiż għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati minn, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, u li jirrevoka d-dazju anti-dumping eżistenti dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li dawk l-importazzjonijiet jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(4), 13(4) u 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI EŻISTENTI
|
(1) |
Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2) impona miżuri anti-dumping fuq ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (il-miżuri oriġinali). Bir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (3), il-Kunsill żamm il-miżuri oriġinali wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 (4), il-Kunsill estenda l-miżuri għall-ħbula u l-kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le (il-miżuri estiżi) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji speċifikament imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (5) wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li taħtu, fost l-oħrajn, l-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea tal-prodott investigat ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea huma soġġetti għal dazju definittiv anti-dumping ta’ 60,4 %, bl-eċċezzjoni tal-prodott immanifatturat minn kumpanniji li kienu eżentati. |
B. TALBA GĦAL REVIŻJONI
|
(3) |
Fis-6 ta’ Mejju 2013 Line Metal Co., Ltd (l-applikant) ressqet talba għal eżenzjoni mill-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le, sa fejn huwa kkonċernat l-applikant, skont l-Artikoli 11(4) u 13 (4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PRODOTT
|
(4) |
Il-prodott taħt reviżjoni huwa ħbula u kejbils tal-azzar inkluż ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula minn azzar li ma jsaddadx, b’dimensjoni trasversali massima ta’ aktar minn 3 mm, kkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk dikjarati bħala li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le (il-prodott li qed jiġi rivedut), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 7312 10 81 , ex 7312 10 83 , ex 7312 10 85 , ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (kodiċi TARIC 7312 10 81 13, 7312 10 83 13, 7312 10 85 13, 7312 10 89 13 u 7312 10 98 13). |
D. IR-RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI
|
(5) |
L-applikant jisħaq li huwa ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-estensjoni tal-miżuri, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009. |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-applikant jisħaq li m’għandux konnessjoni mal-produtturi esportaturi li huma suġġetti għall-miżuri, u li ma evita l-ebda miżura applikabbli għall-ħbula u l-kejbils tal-azzar ta’ oriġini Ċiniża. |
|
(7) |
L-applikant ikompli jisħaq li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-estensjoni tal-miżuri. |
E. IL-PROĊEDURA
|
(8) |
Il-produtturi tal-Unjoni li hu magħruf li huma milquta ġew mgħarrfa bl-applikazzjoni ta’ hawn fuq u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw. |
|
(9) |
Wara li ġiet eżaminata l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) tikkonkludi li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika li tiġi inizjata investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament antidumping bażiku biex tiġi ddeterminata l-possibbiltà li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
(a) Il-Kwestjonarji
|
(10) |
Sabiex tkun tista’ tikseb it-tagħrif li hija tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant. |
(b) Il-ġbir ta’ tagħrif u s-seduti ta’ smigħ
|
(11) |
Il-partijiet kollha interessati huma b’dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jagħtu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. |
F. REVOKA TAD-DAZJU ANTIDUMPING FIS-SEĦĦ U REĠISTRAZZJONI TAL-IMPORTAZZJONIJIET
|
(12) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi revokat fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rivedut li huma mmanifatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-applikant. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet għandhom isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, biex jiġi żgurat li, jekk ir-riżultat tar-reviżjoni juri sejba ta’ ċirkomvenzjoni fir-rigward tal-applikant, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu imposti retroattivament mid-data tal-bidu ta’ din ir-reviżjoni. L-ammont ta’ responsabilità tal-applikant li jista’ jkun hemm fil-ġejjieni ma jistax jiġi stmat f’dan l-istadju tal-proċediment. |
G. LIMITI TA’ ŻMIEN
|
(13) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu ddikjarati limiti ta’ żmien li matulhom:
|
|
(14) |
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien indikati fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. |
H. NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
|
(15) |
F’każijiet li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli. |
|
(16) |
Fejn jinstab li parti interessata pprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jista’ jsir użu tal-fatti disponibbli. |
|
(17) |
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli b’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din kienet ikkooperat. |
I. SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
|
(18) |
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
J. IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI
|
(19) |
Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (6). |
K. UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
|
(20) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-parti interessata jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ. |
|
(21) |
It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji. |
|
(22) |
Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_mt.htm. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qiegħed jingħata bidu għal reviżjoni tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jissaddadx, b’dimensjoni massima ta’ wisa’ trażversali li taqbeż it-3 mm, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81 , ex 7312 10 83 , ex 7312 10 85 , ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (kodiċijiet TARIC 7312 10 81 13, 7312 10 83 13, 7312 10 85 13, 7312 10 89 13 u 7312 10 98 13) kkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u prodotti minn Line Metal Co. Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC B926), għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012.
Artikolu 2
Id-dazju antidumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 huwa b’dan revokat fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
1. Sabiex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattaw lill-Kumissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu tweġiba għall-kwestjonarju msemmi fil-premessa 10 ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni, fi żmien 37 jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.
2. Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f’format elettroniku (sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tagħhom. Madankollu, kull Prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju għandhom jitressqu bħala dokument miktub, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta’ hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista’ tagħti s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence.
Kull sottomissjoni bil-miktub, li tinkludi t-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Ristretta” (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, għandha tkun akkumpanjata b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Uffiċċju: N105 8/20 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Feks + 32 2 299 3704 |
|
Posta elettronika: TRADE-SWR-R562-DUMP@ec.europa.eu |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1.
(3) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1.
(4) ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1.
(7) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
|
27.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 807/2013
tas-26 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 (2) ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni attwali tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq ikkonċernati tal-Unjoni. Jinħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet jinġiebu f’konformità mal-ħtiġijiet tas-settur taċ-ċanga. Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 għandu għalhekk jiġi mħassar u sostitwit. |
|
(2) |
Sabiex ikollna stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fis-suq f’kull ħin, jinħtieġ li jkunu magħrufa l-prezzijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali bovini ħlief dawk koperti mir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (3). |
|
(3) |
Sabiex titjieb il-preċiżjoni tad-dejta, għandhom isiru provvedimenti għall-istħarriġ tal-prezzijiet tal-għoġġiela maskili li jkollhom bejn tmint ijiem u erba’ ġimgħat, għal bovini mhux imsemmna li għandhom aktar minn sitt xhur imma inqas minn sentejn u għoġġiela maqtula fl-età ta’ inqas minn tmien xhur. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta għall-istħarriġ tal-prezzijiet għal kull wieħed minn dawk il-kategoriji tal-annimali bovini. |
|
(4) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ dawk il-kategoriji differenti ta’ annimali bovini u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minnhom għall-istħarriġ tal-prezzijiet ta’ kull waħda minn dawk il-kategoriji. |
|
(5) |
Il-prezz irreġistrat fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni għandhom jittieħdu bħala medja tal-prezzijiet tal-annimali bovini kkonċernati fis-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru. Din il-medja għandha tkun korretta skont il-koeffiċjenti li jesprimu d-daqs relattiv tal-popolazzjoni relevanti tal-bovini ta’ kull Stat Membru għal kull kategorija kkumerċjalizzata f’perjodu ta’ riferenza. |
|
(6) |
Sabiex jinkisbu prezzijiet komparabbli tal-kategoriji tal-annimali bovini kkonċernati fl-Unjoni, jinħtieġ li jsiru provvedimenti biex ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet ikun jirreferi għal stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni definit sew ibbażat fuq il-kwotazzjonijiet li jeskludu t-taxxa fuq il-valur miżjud. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-preżentazzjoni ta’ referenza tal-Unjoni għall-karkassi tal-għoġġiela maqtula għandha tiġi determinata. F’dak il-kuntest, huwa xieraq li jkun hemm provvedimenti biex ċerti fatturi korrettivi jiġu speċifikati mill-Istati Membri biex il-preżentazzjonijiet li jużaw għall-preżentazzjoni jiġu aġġustati skont dik ta’ referenza tal-Unjoni. |
|
(8) |
Għandu jiġi magħżul is-suq jew is-swieq rappreżentattivi għal kull Stat Membru. Fejn hemm iktar minn suq rappreżentattiv wieħed fi Stat Membru, għandha titiqies il-medja kkoreġuta tal-prezzijiet irreġistrati f’dawn is-swieq. |
|
(9) |
Sabiex ikun żgurat li l-prezzijiet irrapportati jkunu jiirappreżentaw il-produzzjoni nazzjonali, jinħtieġ li, għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet, l-Istati Membri jitħallew jagħżlu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħmlu kummerċ fi, jew jibagħtu għall-qatla, għadd sostanzjali tal-kategoriji relevanti ta’ annimali bovini. |
|
(10) |
Fin-nuqqas tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq pubbliċi jew mill-operaturi tal-biċċeriji, jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura, għandu jiġi pprovdut li l-prezzijiet jiġu rreġistrati mill-kmamar tal-agrikoltura, fiċ-ċentri tal-kwotazzjonijiet, il-kooperattivi tal-bdiewa jew il-unions tal-bdiewa u sorsi affidabbli oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat. |
|
(11) |
F’każ li l-Istati Membri jkunu waqqfu kumitati reġjonali biex jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali bovini, għandhom isiru provvedimenti li l-prezzijiet iddeterminati minn dawk il-kumitati jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-prezz nazzjonali, sakemm is-sħubija tagħhom tkun tiżgura approċċ ibbilanċjat u oġġettiv. |
|
(12) |
Bil-ħsieb li jsir monitoraġġ tar-rapportar tal-prezzijiet tal-kategoriji relevanti ta’ annimali bovini, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw perjodikament ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni. |
|
(13) |
Għandhom isiru provvedimenti biex il-prezz medju nazzjonali jintbagħat lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni. |
|
(14) |
L-Istati Membri jistgħu, minħabba regolamenti veterinarji jew tal-protezzjoni tas-saħħa, isibu li jkun hemm bżonn jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kwotazzjonijiet. F’tali ċirkustanzi, huma u jiġu rreġistrati l-prezzijiet tas-swieq mhux dejjem ikun xieraq li jitqiesu l-kwotazzjonijiet li ma jirriflettux it-tendenza normali tas-suq. Konsegwentement, għandhom ikunu stabbiliti ċerti regoli li jippermettu lill-Kummissjoni li tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex jinjora l-prezzijiet irreġistrati jew li juża l-aħħar prezzijiet irreġistrati. |
|
(15) |
Huwa meħtieġ li jkun ipprovdut li Stati Membri għandhom jieħdu ċerti miżuri sabiex jiżguraw ir-rappreżentattività u l-eżattezza tal-prezzijiet irrapportati. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull ras, ta’ għoġġiela maskili li jkollhom bejn tmint ijiem u erba’ ġimgħat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal għoġġiela maskili għat-trobbija għall-ħalib u għoġġiela maskili għat-trobbija għaċ-ċanga fis-swieq rappreżentattivi tal-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ dawk l-għoġġiela kif imsemmi fl-Anness I, li għandha tkun ikkoreġuta b’koeffiċjenti stabbiliti fuq il-bażi ta’:
|
(a) |
fir-rigward ta’ għoġġiela maskili għat-trobbija għall-ħalib, in-numru ta’ baqar tal-ħalib irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess f’konformità mal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(b) |
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għoġġiela maskili għat-trobbija għaċ-ċanga, in-numru ta’ baqar irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess f’konformità mal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008. |
2. Il-prezzijiet li għandhom jiġu rrapportati għal kull tip ta’ għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fis-swieq pubbliċi jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinnegozjaw numru sostanzjali ta’ dawk it-tipi ta’ għoġġiela u jkunu maħtura mill-Istat Membru.
Dawk il-prezzijiet għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet imħallsa f’dak l-Istat Membru fl-istess l-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa, bit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) mhux inkluża, għat-tip ikkonċernat u kkoreġuta b’koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti ta’ għoġġiela maskili għat-trobbija definiti mill-Istat Membru u l-importanza relattiva ta’ kull suq.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
“għoġol maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib” tfisser għoġol maskili għat-trobbija minn razza ta’ baqar għall-ħalib; |
|
(b) |
“għoġol maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga” tfisser għoġol maskili għat-trobbija minn razza ta’ baqar għal-laħam, minn razza ta’ baqar biż-żewġ użi, jew imwieled minn taħlit ma’ razza ta’ baqar għal-laħam. |
Artikolu 2
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull kilogramma ta’ piż ħaj, ta’ bovini għat-tismin għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal bovini għat-tismin ta’ età żgħira, bovini maskili għat-tismin ta’ sena u bovini femminili għat-tismin ta’ sena fis-swieq rappreżentattivi tal-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni u l-kummerċ ta’ dawk il-baqar kif imsemmi fl-Anness II, li għandha tkun ikkoreġuta b’koeffiċjenti stabbiliti fuq il-bażi ta’:
|
(a) |
fir-rigward tal-bovini għat-tismin ta’ età żgħira, in-numru ta’ bovini li ma jkollhomx aktar minn sena u ma jkunux għall-qatla irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess skont l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008; |
|
(b) |
fir-rigward ta’ bovini maskili għat-tismin ta’ sena, in-numru ta’ bovini maskili li jkollhom iktar minn sena iżda inqas minn sentejn irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess skont l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008; |
|
(c) |
fir-rigward ta’ bovini femminili għat-tismin ta’ sena, in-numru ta’ bovini maskili li jkollhom iktar minn sena iżda inqas minn sentejn u li jkunu għadhom ma kellhomx għoġġiela, irreġistrati fl-Unjoni, kif trażmess skont l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008. |
2. Il-prezzijiet li għandhom jiġu rrapportati għal kull tip ta’ bovini għat-tismin imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fis-swieq pubbliċi jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinnegozjaw numru sostanzjali tal-bovini għat-tismin rilevanti u jkunu maħtura mill-Istat Membru.
Dawk il-prezzijiet għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet imħallsa f’dak l-Istat Membru fl-istess l-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa, bit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) mhux inkluża, għat-tip ikkonċernat u ikkoreġuta b’koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti tal-bovini għat-tismin definiti mill-Istat Membru u l-importanza relattiva ta’ kull suq.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
“bovini għat-tismin ta’ età żgħira” tfisser bovini maskili jew femminili li jkollhom sitt xhur jew aktar iżda anqas minn 12-il xahar, mixtrija wara li jinfatmu biex jissemmnu; |
|
(b) |
“bovini għat-tismin ta’ sena” tfisser bovini maskili jew femminili li jkollhom 12-il xahar jew aktar iżda inqas minn 24 xahar, mixtrija biex jissemmnu. |
Artikolu 3
1. Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull 100 kg ta’ piż tal-karkassa, ta’ għoġġiela maqtula fl-età ta’ inqas minn tmien xhur għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal dawk l-għoġġiela fis-swieq rappreżentattivi tal-Istati Membri b’sehem importanti fil-produzzjoni kif imsemmi fl-Anness III, li għandha tkun ikkoreġuta b’koeffiċjenti stabbiliti fuq il-bażi tal-produzzjoni netta ta’ dawk l-għoġġiela fl-Unjoni.
2. Il-prezz li jiġi rrappurtat għall-karkassi tal-għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati mill-operaturi ta’ kull biċċerija li toqtol tali għoġġiela jew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jibagħtu numru sostanzjali ta’ tali għoġġiela għat-tbiċċir u li jkunu maħtura mill-Istat Membru.
Dak il-prezz għandu jkun il-medja tal-prezzijiet imħallsa f’dak l-Istat Membru fl-istadju tad-dħul fil-biċċerija, mingħajr VAT, għall-karkassi tal-għoġġiela kkonċernati u ikkoreġuta b’koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti ta’ karkassi definiti mill-Istat Membru u l-importanza relattiva ta’ kull suq.
3. Bl-iskop tal-istabbiliment tal-prezzijiet tas-suq li għandhom jiġu rrapportati, il-karkassa għandha tiġi ppreżentata:
|
(a) |
mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras għandha tkun isseparata mill-karkassa fil-ġog atlojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jinqatgħu minn mal-ġogi karpometakarpali jew tarsometatarsali; |
|
(b) |
mingħajr l-organi li jinstabu fil-vojt toraċiku u dak addominali, u mingħajr il-kliewi, ix-xaħam tal-kliewi, ix-xaħam pelviku, u l-falda l-irqiqa u l-ħoxna; |
|
(c) |
mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli mwaħħlin magħhom; |
|
(d) |
mingħajr ma jitneħħa x-xaħam ta’ barra. |
Meta, fil-mument tal-użin, il-preżentazzjoni tal-karkassa tvarja mill-preżentazzjoni prevista fl-ewwel sottoparagrafu, il-piż tal-karkassa għandu jkun aġġustat bl-applikazzjoni ta’ fatturi korrettivi speċifikati mill-Istat Membru sabiex ikun hemm konformità mal-preżentazzjoni ta’ referenza. F’dan il-każ, il-prezz għal kull 100 kg tal-piż tal-karkassa għandu jkun aġġustat kif xieraq.
4. Il-piż tal-karkassa li għandu jitqies għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ tal-karkassa.
Il-piż kiesaħ tal-karkassa għandu jikkorrispondi mal-piż sħun li jittieħed mhux aktar tard minn siegħa wara li l-annimal jiddendel, bi tnaqqis ta’ 2 %.
Artikolu 4
1. Fin-nuqqas tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq pubbliċi jew mill-operaturi tal-biċċeriji jew mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 1(2), 2(2) u 3(2), il-prezzijiet għandhom jiġu rreġistrati mill-kmamar tal-agrikoltura, iċ-ċentri tal-kwotazzjoni, il-kooperattivi tal-bdiewa jew il-unions tal-bdiewa fl-Istat Membru kkonċernat.
Madankollu, fejn Stat Membru jkun stabbilixxa kumitat biex jiddetermina l-prezzijiet għal reġjun, u fejn is-sħubija ta’ dan il-kumitat tkun magħmula b’mod indaqs minn xerrejja u bejjiegħa ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali bovini jew karkassi ta’ dawn l-annimali, dak l-Istat Membru jista’ jużahom għall-kalkolu tal-prezzijiet li għandhom jiġu rrapportati.
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni s-swieq rappreżentattivi tagħhom, il-kwalitajiet li għandhom jiġu definiti u l-koeffiċjenti korretturi msemmija fl-Artikoli 1(2), 2(2) u 3(2), kif ukoll il-fatturi korrettivi msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 3(3) mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2014 u minn dakinhar ‘il quddiem mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
Fir-rigward tas-swieq rappreżentattivi, il-komunikazzjoni għandha tinkludi:
|
(a) |
il-metodu ta’ stħarriġ applikat flimkien ma’ indikazzjoni tat-tipi ta’ sorsi għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet imsemmija f’dan ir-Regolament; |
|
(b) |
indikazzjoni tas-sehem tal-volum irreġistrat, għal kull tip ta’ sors għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet, espress bħala persentaġġ ta’ kull kategorija rilevanti ta’ annimali bovini nnegozjati jew maqtula. |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu lill-Istati Membri l-oħra.
3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell, nhar ta’ Erbgħa ta’ kull ġimgħa, il-prezzijiet medji nazzjonali għal kull tip ta’ annimali bovini msemmijin fl-Artikoli 1(1), 2(1) u 3(1) irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi rispettivi tagħhom. Huma ma għandhomx jikkomunikaw dawk il-prezzijiet lil xi korp ieħor qabel huma jkunu kkomunikawhom lill-Kummissjoni.
Dawk il-prezzijiet għandhom jirrelataw mal-perjodu ta’ sebat ijiem mit-Tnejn sal-Ħadd tal-ġimgħa ta’qabel dik li fiha tiġi kkomunikata l-informazzjoni.
Il-prezzijiet irrapportati għandhom jiġu espressi f’euro jew, fejn japplika, fil-munita nazzjonali.
Għall-komunikazzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni disponibbli lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi l-koeffiċjenti ta’ kalkolu mniżżla fl-Artikoli 1(1), 2(1) u 3(1) biex iqisu x-xejriet irreġistrati fil-livelli nazzjonali u l-livell tal-Unjoni.
Wara kull reviżjoni l-Kummissjoni għandha tikkomunika l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni riveduti lill-Istati Membri.
Artikolu 6
Meta Stat Membru jieħu l-miżuri għar-raġunijiet veterinarji u ta’ protezzjoni ta’ saħħa li jaffettwaw il-moviment normali fil-prezzijiet reġistrati fis-suq jew swieq rappreżentattivi tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizzah jew li jinjora l-prezzijiet reġistrati fis-suq jew swieq inkwistjoni, jew li juża l-aħħar prezzijiet reġistrati fis-suq jew swieq inkwistjoni qabel ma dawn il-miżuri daħħlu fis-seħħ.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività u l-eżattezza tal-prezzijiet kkommunikati skont l-Artikolu 4 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014 u minn dakinhar ‘il quddiem sa xahar wara kull emenda li jkollha x’taqsam ma’ dawk il-miżuri.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 huwa rrevokat.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-1 ta’ Lulju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità (ĠU L 347, 20.12.2002, p. 15).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1).
ANNESS I
Lista tal-Istati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib u taċ-ċanga kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)
|
A. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib:
|
|
B. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga:
|
ANNESS II
Lista tal-Istati Membri li rrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini għat-tismin ta’ età zgħira u bovini għat-tismin ta’ sena kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)
|
A. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini għat-tismin ta’ età zgħira:
|
|
B. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini maskili għat-tismin ta’ sena:
|
|
C. |
Stati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-bovini femminili għat-tismin ta’ sena:
|
ANNESS III
Lista tal-Istati Membri li jirrappurtaw il-prezzijiet tal-għoġġiela maqtula fl-età ta’ inqas minn tmien xhur kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)
|
|
Il-Belġju |
|
|
Il-Ġermanja |
|
|
Spanja |
|
|
Franza |
|
|
L-Italja |
|
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
27.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2013
tas-26 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0707 00 05 |
TR |
95,4 |
|
ZZ |
95,4 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
128,0 |
|
ZZ |
128,0 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
126,0 |
|
CL |
123,1 |
|
|
TR |
70,0 |
|
|
UY |
127,1 |
|
|
ZA |
119,7 |
|
|
ZZ |
113,2 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
175,3 |
|
MA |
135,8 |
|
|
TR |
138,0 |
|
|
ZZ |
149,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
113,5 |
|
BR |
112,5 |
|
|
CL |
129,7 |
|
|
CN |
91,9 |
|
|
NZ |
126,6 |
|
|
US |
130,9 |
|
|
ZA |
111,6 |
|
|
ZZ |
116,7 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
196,9 |
|
TR |
147,3 |
|
|
ZA |
95,9 |
|
|
ZZ |
146,7 |
|
|
0809 30 |
TR |
144,6 |
|
ZZ |
144,6 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
50,1 |
|
MK |
58,1 |
|
|
XS |
57,7 |
|
|
ZZ |
55,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
Rettifika
|
27.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/14 |
Rettifika tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 98/7/KE u 98/27/KE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 271 tad-9 ta’ Ottubru 2002 )
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 06, Volum 04, p. 321)
It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 321
flok:
“Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 98/7/KE u 98/27/KE”,
aqra:
“Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE”.