ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.225.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
||
|
* |
||
|
* |
Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti (Ara paġna 3 tal-qoxra) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
23.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2013
tat-22 ta’ Awwissu 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfi, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 642/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttivao2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikoluo15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprovdi għal miżura ta’ implimentazzjoni, peress li waħda mill-miżuri prijoritarji hija li titnaqqas il-ħela mill-konsum bil-modalità standby għal grupp ta’ prodotti. |
(2) |
Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju fil-modalità standby ta’ netwerk kien ġie indirizzat permezz tal-istudju tekniku, ambjentali u ekonomiku dwar il-ħela fil-modalitajiet standby u mitfi li sar fl-2006/2007. Mill-istudju ġie konkluż li l-konnettività ta’ netwerks kienet se ssir karatteristika komuni tat-tagħmir tad-dar u tal-uffiċċju. Fil-21 ta’ Ġunju 2008, il-Kumitat Regolatorju dwar l-Ekodisinn tal-Prodotti li jużaw l-Enerġija rrakkomanda li l-kwistjoni tal-konsum tal-elettriku fil-modalità standby ta’ netwerk tiġi indirizzata fi proċess separat; dan, minħabba n-nuqqas ta’ dejta disponibbli f’dak iż-żmien. |
(3) |
Il-Pjan ta’ Ħidma 2009-2011 għall-Ekodisinn identifika l-kwistjoni tal-modalità standby ta’ netwerk bħala waħda mill-prijoritajiet. Għalhekk, fl-2010/2011 il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li stħarreġ l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-modalità standby ta’ netwerk. L-istudju tfassal flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi mhux membri tal-UE, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(4) |
Mill-istudju ħareġ li l-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju mibjugħ fil-Komunità relatat ma’ kundizzjonijiet li jippermettu l-użu tal-modalità standby ta’ netwerk kien jammonta għal 54 TWh fl-2010, li jikkorrispondi għal 23 Mt ta’ emissjonijiet ta’ CO2 Jekk ma jittieħdux miżuri speċifiċi, huwa mbassar li sal-2020, il-konsum sejjer jiżdied għal 90 TWh. Il-konklużjoni tal-istudju kienet li l-konsum tal-elettriku relatat mal-modalità standby ta’ netwerk jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti. Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni fis-suq tat-teknoloġiji li jipproduċu effiċjenza enerġetika mtejba fir-rigward tal-modalità standby ta’ netwerk, li huwa stmat li għandu jwassal għal frankar ta’ enerġija li jlaħħaq għal 36 TWh fl-2020 u għal 49 TWh fl-2025, meta mqabbel ma’ xenarju ta’ “kollox jibqa’ kif inhu”. |
(5) |
B’mod partikolari, l-istudju sab li l-funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija li tiswiċċja t-tagħmir għal kundizzjoni ta’ standby ta’ netwerk meta ma jkunx qiegħed iwettaq funzjoni ewlenija hija essenzjali biex jinkiseb l-iffrankar potenzjali. It-tagħmir, riattivat permezz ta’ kmand estern jew intern, jista’ jkun f’modalità attiv għal perjodu ta’ żmien limitat ikun xi jkunu l-funzjonijiet ewlenin tiegħu, eż., li jippermetti l-manutenzjoni jew it-tniżżil ta’ softwer. Il-ġestjoni tal-enerġija għandha tiżgura li l-modalità tal-prodott tmur lura għall-kundizzjoni ta’ standby ta’ netwerk wara li x-xogħol ikun tlesta. |
(6) |
Mill-istudju preparatorju ġie konkluż li, għall-modalità standby ta’ netwerk, kien meħtieġ li jsir divrenzjar tar-rekwiżiti skont id-disponibbiltà tan-netwerk. Għal din ir-raġuni, ġie identifikat għadd limitat ta’ tagħmir HiNA, li jinkludi r-router, is-swiċċ ta’ netwerk, il-punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili, il-hub u l-modem, li l-funzjoni ewlenija tiegħu hija li jipproċessa t-traffiku tan-netwerk. Minħabba li r-reazzjoni tat-tagħmir fuq it-traffiku li jkun dieħel hija mistennija li ssir b’mod immedjat, il-kundizzjoni ta’ standby ta’ netwerk tista’ titqies ekwivalenti għall-modalità inattiv. |
(7) |
Peress li l-funzjonalitajiet fil-kundizzjonijiet ta’ standby u ta’ standby ta’ netwerk huma konnessi ma’ xulxin u l-ambitu tal-applikazzjoni tal-prodott huwa ekwivalenti, fl-14 ta’ Settembru 2011 il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn esprima l-appoġġ tiegħu għall-opinjoni li r-rekwiżiti tal-ekodisinn fir-rigward tal-modalità standby ta’ netwerk għandhom jiġu stabbiliti f’att li emenda r-Regolament eżistenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (3). |
(8) |
Ir-rekwiżiti għall-modalitajiet standby u mitfi, u għall-modalità standby ta’ netwerk għandhom jiġu riveduti flimkien. Peress li d-data tar-reviżjoni stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008 tippreċedi d-dħul fis-seħħ tal-ewwel stadju tar-rekwiżiti tal-modalità standby ta’ netwerk, id-data tar-reviżjoni tar-Regolament għandha tiġi posposta b’sena. |
(9) |
Peress li t-televixins li huma suġġetti għal miżura ta’ implimentazzjoni għall-ekodisinn speċifika għall-prodott ġew eżentati mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-modalità standby ta’ netwerk fir-rigward ta’ televixins huma inklużi fir-Regolament (KE) Nru 642/2009 (4). Fl-istudju tekniku, ambjentali u ekonomiku dwar il-modalità standby ta’ netwerk ġie stmat li r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-modalità standby ta’ netwerk tat-televixins għandhom iwasslu għal frankar ta’ 10 TWh sal-2020. |
(10) |
Għall-magni tal-kafè, il-Forums ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn (5) tas-16 ta’ Diċembru 2011 u tat-18 ta’ April 2012 esprimew l-appoġġ tagħhom għall-opinjoni li għandha tiġi adottata miżura ta’ implimentazzjoni speċifika għall-prodott, iżda r-rekwiżiti fir-rigward tal-modalità standby tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 għandhom isiru aktar speċifiċi għall-magni tal-kafè. |
(11) |
Dan ir-regolament jintroduċi speċifikazzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-ġestjoni tal-enerġija għall-magni tal-kafè fir-rigward tal-ħin predefinit tad-dewmien, li warajh it-tagħmir jiġi swiċċjat awtomatikament għall-modalità standby/mitfi. |
(12) |
Mill-istudju tekniku, ambjentali u ekonomiku dwar il-magni tal-kafè tad-dar, li sar fl-ambitu tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn, jirriżulta li jekk jitnaqqas il-ħin predefinit tad-dewmien li warajh il-magna tal-kafè tiswiċċja awtomatikament għall-modalità standby/mitfi, dan għandu jwassal għal frankar annwali addizzjonali ta’ aktar minn 2 TWh sal-2020. Dan l-iffrankar ma ġiex meqjus fl-istimi tal-iffrankar li saru għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1275/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “ ‘Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju fil-modalitajiet standby u mitfi u fil-modalità standby ta’ netwerk” |
(2) |
L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u ambitu Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn relatati mal-konsum tal-elettriku fil-modalitajiet standby u mitfi, u f’modalità standby ta’ netwerk, għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju. Dan ir-Regolament mhux applikabbli għal tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju li jitqiegħed fis-suq bi provvisti tal-enerġija esterni b’vultaġġ baxx biex jaħdem kif suppost.” |
(3) |
Fl-Artikolu 2, jiddaħħlu dawn id-definizzjonijiet:
|
(4) |
L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Rekwiżiti tal-ekodisinn Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn relatati mal-konsum tal-elettriku fil-modalitajiet standby u mitfi, u fil-modalità standby ta’ netwerk, huma stabbiliti fl-Anness II.” |
(5) |
L-Artikolu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ, u tippreżenta r-riżultati tar-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Jannar 2016. B’mod partikolari, din ir-reviżjoni għandha tindirizza l-ambitu u r-rekwiżiti għall-modalità standby/mitfi u l-adegwatezza u l-livell tar-rekwiżiti għall-modalità standby ta’ netwerk fir-rigward tat-tielet stadju tal-implimentazzjoni (2019). Ir-reviżjoni tista’ tindirizza, inter alia, tagħmir u prodotti professjonali li jkunu mgħammra b’muturi elettriċi mħaddma bi kmand mill-bogħod.” |
(6) |
L-Artikolu 8 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Punt 1 tal-Anness II għandu japplika mis-7 ta’ Jannar 2010. Il-Punt 2 tal-Anness II għandu japplika mis-7 ta’ Jannar 2013. Il-Punt 3 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Il-Punt 4 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017. Il-Punt 5 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019. Il-Punt 6 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Il-Punt 7 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.” |
(7) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Dan li ġej jiżdied mal-Anness III: “Fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, punt 2(d), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura applikabbli msemmija hawn fuq biex ikejlu l-konsum tal-enerġija wara li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tkun swiċċjat it-tagħmir fil-modalità jew kundizzjoni applikabbli. Fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, punti 3(c) u 4(a), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura applikabbli msemmija hawn fuq, wara li jkunu diżattivaw u/jew skonnettjaw, kif applikabbli, il-ports tan-netwerk kollha tal-unità. Fit-twettiq tal-verifiki (spezzjonijiet) tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, punti 3 u 4, kif applikabbli. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej:
Minbarra l-proċeduri stabbiliti hawn fuq, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali, inkluż metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(9) |
Fl-Anness IV wara l-aħħar sentenza jiżdied dan li ġej: “Standby ta’ netwerk: 3 W għal tagħmir HiNA; 1 W jew inqas għal tagħmir li mhux tagħmir HiNA.” |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 642/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 642/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness II, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalità standby/mitfi, u fil-kundizzjoni li tipprovdi modalità standby ta’ netwerk Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Annness I, Parti 2 u 3 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 2.1(a), 2.1(b), 2.2(a), 2.2(b), 3.1(d) u 3.2(c) għandu jiġi ffissat bi proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali.” |
(4) |
L-Anness III huwa sostitwit kif ġej: “ANNESS III PROĊEDURA TA’ VERIFIKA A. Proċedura ta’ verifika għar-rekwiżiti stabbiliti fil-partijiet 1, 2, 4 u 5 tal-Anness I.
B. Proċedura ta’ verifika għar-rekwiżiti stabbiliti fil-parti 3 tal-Anness I Fit-twettiq tal-verifiki (spezzjonijiet) tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, punti 1(d) u 2(c) tal-Parti 3, kif applikabbli. Dawn l-awtoritajiet għandhom jużaw il-proċedura ta’ hawn taħt, wara li jkunu ddiżattivaw jew skonnettjaw, kif applikabbli, il-portijiet tan-netwerk kollha tal-unità. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej: Jekk it-televixin ikollu, kif indikat fid-dokumentazzjoni teknika, tip ta’ port tan-netwerk wieħed u żewġ portijiet jew aktar ta’ dak it-tip ikunu disponibbli, għandu jintgħażel wieħed minn dawn il-portijiet b’mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. F’każ li jkun hemm diversi portijiet tan-netwerk bla fili tal-istess tip, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bla fili l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Fil-każ ta’ diversi portijiet tan-netwerk bil-fili tal-istess tip, sabiex jiġu verifikati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness I, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Jekk ikun disponibbli port tan-netwerk wieħed biss, dak il-port għandu jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. L-unità titqiegħed fil-modalità mixgħul. Hekk kif l-unità fil-modalità mixgħul tkun qiegħda taħdem sew, din tkun tista’ taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità standby ta’ netwerk u l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel. Imbagħad it-televixin jingħata l-kmand xieraq, li jgħaddi mill-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-televixin ġiex riattivat. Meta t-televixin ikollu, kif indikat fid-dokumentazzjoni teknika, aktar minn tip ta’ port tan-netwerk wieħed, il-proċedura li ġejja għandha tiġi ripetuta għal kull tip ta’ port tan-netwerk. Jekk ikunu disponibbli żewġ tipi ta’ portijiet tan-netwerk jew aktar, għandu jintgħażel port wieħed għal kull tip ta’ port tan-netwerk b’mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. F’każ li għal ċertu tip ta’ port tan-netwerk ikun disponibbli tip ta’ port wieħed biss, dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. Jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bla fili li ma jintużawx għandhom jiġu diżattivati. Fil-każ tal-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bil-fili li ma jintużawx għandhom jiġu diżattivati. L-unità titqiegħed fil-modalità mixgħul. Hekk kif l-unità fil-modalità mixgħul tkun qiegħda taħdem sew, din tkun tista’ taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità standby ta’ netwerk u l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel. Imbagħad it-televixin jingħata l-kmand xieraq, li jgħaddi mill-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-televixin ġiex riattivat. F’każ li port fiżiku tan-netwerk wieħed jintuża ma’ żewġ tipi jew aktar ta’ portijiet (loġiċi) tan-netwerk fl-istess ħin, din il-proċedura għandha tiġi ripetuta għal kull tip ta’ port loġiku tan-netwerk, filwaqt li l-portijiet loġiċi tan-netwerk l-oħra jkunu diżattivati. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għal kull tip ta’ port tan-netwerk ma jkunux ogħla mill-valur limitu b’aktar minn 7 %. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati għal kull tip ta’ port tan-netwerk ta’ dawn it-tliet testijiet ma tkunx ogħla mill-valur limitu b’aktar minn 7 %. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħtu r-riżultati tat-testijiet u l-informazzjoni l-oħra rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell. Verifika tal-konformità Għall-fini tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura stabbilita fl-Anness II u proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali, inklużi metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
(3) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.
(4) ĠU L 191/42, 23.7.2009, p. 42.
(5) ĠU L 190.18.7.2008, p. 22.
(**) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.”
23.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 802/2013
tat-22 ta’ Awwissu 2013
li japprova s-sustanza attiva fluwopiram skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-fluwoparim, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tissodisfahom id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/464/KE (3). |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fit-30 ta’ Ġunju 2008 il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni mingħand Bayer CropScience AG biex is-sustanza attiva fluwoparim tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2009/464/KE ikkonfermat li d-dossier kien “sħiħ” fis-sens li fil-prinċipju seta’ jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Fit-30 ta’ Awwissu 2011 ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. |
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni rrivedewh l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Fis-17 ta’ Diċembru 2012, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha (4) lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva fluwopiram. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità rrivedewhom l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u fis-16 ta’ Lulju 2013 ġew finalizzati fil-format ta’ rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fluwopiram. |
(5) |
Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluwopriam huma mistennija li b’mod ġenerali jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fejn jidħlu l-użi eżaminati u ddettaljati fir-rapport tal-analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li l-fluwopriam jiġi approvat. |
(6) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni ta’ konferma. |
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
(8) |
Iżda mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 minħabba l-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-fluwopiram. L-Istati Membri għandhom jemendaw, jibdlu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kif jixraq. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tad-dossier sħiħ tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi. |
(9) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjoni ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE li jkunu ġew ivvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5) uriet li jaf jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti fir-rigward tal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, biex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li jeħtieġ jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu tal-verifikazzjoni li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Iżda din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
(10) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6) għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva fluwopiram, kif speċifikata fl-Anness I, hi approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluwopiram bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Lulju 2014.
B’mod partikolari, sa din id-data, dawn għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jew aċċess għalih.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fluwopiram bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, ilkoll elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2014, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif jissemma fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi titqies il-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Wara li dan jinstab:
(a) |
jekk il-prodott ikun fih il-fluwopiram bħala l-unika sustanza attiva, meta meħtieġ, l-Istati membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2015; jew |
(b) |
jekk il-prodott ikun fih il-fluwopiram fost il-bosta sustanzi attivi, meta meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew għal dan l-irtirar fl-att(i) rispettiv(i) li żied(u) s-sustanza/i rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approva(w) dik is-sustanza/i, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hu emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 151, 16.6.2009, p. 37.
(4) The EFSA Journal 2013; 11(1):3052. Jista’ jinstab fuq: www.efsa.europa.eu
(5) ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.
(6) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.
ANNESS I
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
Fluwopiram Nru CAS 658066-35-4 Nru CIPAC 807 |
N-{2-[3-kloro-5-(trifluworometil)-2-piridil]etil}-α,α,α-trifluworo-o-toluammid |
≥ 960 g/kg |
fl-1 ta’ Frar 2014 |
fil-31 ta’ Jannar 2024 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemmew fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni għall-fluwopriam, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-16 ta’ Lulju 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-annimali u għall-organiżmi akkwatiċi. Meta jixraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju. L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta’ konferma dwar:
Lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-Awtorità, l-applikant għandu jressqilhom l-informazzjoni stabbilita fil-punt 1 sal-1 ta’ Frar 2016 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida tat-test OECD korrispondenti dwar it-tħarbit endokrinali. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jistgħu jinstabu fir-rapport tal-analiżi.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied din l-annotazzjoni:
Numru |
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (*) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
“51 |
Fluwopiram Nru CAS 658066-35-4 Nru CIPAC 807 |
N-{2-[3-kloro-5-(trifluworometil)-2-piridil]etil}-α,α,α-trifluworo-o-toluammid |
≥ 960 g/kg |
fl-1 ta’ Frar 2014. |
fil-31 ta’ Jannar 2024. |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif jissemmew fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni għall-fluwopiram, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-16 ta’ Lulju 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-annimali u għall-organiżmi akkwatiċi. Meta jixraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandu jkun fihom miżuri li jtaffu r-riskju. L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta’ konferma dwar:
Lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-Awtorità, l-applikant għandu jressqilhom l-informazzjoni stabbilita fil-punt 1 sal-1 ta’ Frar 2016 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida tat-test OECD korrispondenti dwar it-tħarbit endokrinali.” |
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jistgħu jinstabu fir-rapport tal-analiżi.
23.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 803/2013
tat-22 ta’ Awwissu 2013
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu foliku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 tar-Regolament jistipula l-valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
L-aċidu foliku kienu awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ispeċi kollha tal-annimali bħala parti mill-grupp “Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”. Dan il-prodott imbagħad iddaħħal fir-Reġistru tal-Unjoni Ewropea tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għar-rievalwazzjoni tal-aċidu foliku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ April 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf, l-aċidu foliku ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, u mhux mistenni li joħloq riskju addizzjonali għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala’ l-ebda tħassib dwar is-sikurezza sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ protezzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-aċidu foliku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni minnufih tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi tal-ħażniet eżistenti tal-addittiv, tal-pretaħlitiet u tal-għalf kompost li jkun fihom minnu, kif awtorizzat bid-Direttiva 70/524/KEE. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrizzjonali’ u mill-grupp funzjonali ‘vitamini, pro-vitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li għandhom effett simili’, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ Marzu 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ Settembru 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) The EFSA Journal 2012; 10(5):2674.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: vitamini, pro-vitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili |
|||||||||||||||||||||||||||
3a316 |
— |
Aċidu Foliku |
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-12 ta’ Settembru 2023 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
23.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 804/2013
tat-22 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0707 00 05 |
TR |
95,4 |
ZZ |
95,4 |
|
0709 93 10 |
TR |
121,9 |
ZZ |
121,9 |
|
0805 50 10 |
AR |
118,3 |
CL |
112,4 |
|
TR |
70,0 |
|
UY |
99,9 |
|
ZA |
104,1 |
|
ZZ |
100,9 |
|
0806 10 10 |
EG |
182,8 |
MA |
135,8 |
|
TR |
145,7 |
|
ZZ |
154,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
186,2 |
BR |
108,7 |
|
CL |
140,9 |
|
CN |
95,5 |
|
NZ |
125,1 |
|
US |
129,8 |
|
ZA |
117,7 |
|
ZZ |
129,1 |
|
0808 30 90 |
AR |
196,9 |
CL |
148,9 |
|
TR |
147,4 |
|
ZA |
87,4 |
|
ZZ |
145,2 |
|
0809 30 |
TR |
142,6 |
ZZ |
142,6 |
|
0809 40 05 |
BA |
52,6 |
MK |
57,7 |
|
TR |
101,0 |
|
ZZ |
70,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
23.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.
23.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/s3 |
NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI
Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.
Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.