ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.220.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
||
|
* |
||
|
* |
Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti(Ara paġna 3 tal-qoxra) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2013
li tawtorizza lil ċerti Stati Membri jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, u biex jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi tal-Unjoni
(2013/434/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
L-Unjoni qed taħdem lejn l-istabbiliment ta' qasam ġudizzjarju komuni bbażat fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji. |
(2) |
Il-Protokoll tat-12 ta’ Settembru 1997 (minn hawn 'il quddiem il-"Protokoll tal-1997") li jemenda l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta’ Mejju 1963 (minn hawn ’il quddiem il-"Konvenzjoni ta' Vjenna") kien innegozjat bil-ħsieb li jitjieb il-kumpens għall-vittmi ta’ danni kkawżati minn inċidenti nukleari. Għaldaqstant huwa mixtieq illi d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll tal-1997 jiġu applikati fl-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Vjenna. |
(3) |
L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva rigward l-Artikoli XI u XII tal-Konvenzjoni ta' Vjenna kif emendata bil-Protokoll tal-1997 safejn dawk id-dispożizzjonijiet jaffettwaw ir-regoli stabbiliti fir-Regoalment tal-Kunsill (KE) Nru 44/2011 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), ir-Regolament (KE) Nru 44/2011 li għandu jiġi sostitwit mill-10 ta' Jannar 2015 bir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2). L-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom għal materji koperti mill-Protokoll tal-1997 li ma jaffettwawx lil-liġi tal-Unjoni. Minħabba l-oġġett u l-għan tal-Protokoll tal-1997, l-aċċettazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni ma tistax tiġi ddiżassoċjata mid-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. |
(4) |
Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna u l-Protokoll tal-1997 mhumiex miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għal integrazzjoni ekonomika. Konsegwentement, l-Unjoni mhix f 'pożizzjoni li ssir parti kontraenti għall-Protokoll tal-1997. |
(5) |
L-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Vjenna u li ma rratifikawx il-Protokoll tal-1997 qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni għandhom għaldaqstant jiġu awtorizzati jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll tal-1997 fl-interess tal-Unjoni. |
(6) |
Tnax mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari tad-29 ta' Lulju 1960, kif emendata mill-Protokoll tat-28 ta' Jannar 1964 u l-Protokoll tas-16 ta' Novembru 1982 (minn hawn 'il quddiem "il-Konvenzjoni ta' Pariġi"). Il-Konvenzjoni ta' Pariġi tistabbilixxi sistema ta' kumpens għall-vittmi għal danni kkawżati minn inċidenti nukleari bbażata fuq prinċipji simili għal dawk tal-Konvenzjoni ta' Vjenna. Il-Protokoll tat-12 ta' Frar 2004 (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll tal-2004") li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi jtejjeb il-kumpens għad-dannu kkważat minn inċidenti nukleari. Permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/294/KE (3) u 2007/727/KE (4), l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi kienu awtorizzati jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll tal-2004 fl-interess ta' dik li kienet il-Komunità. Għalhekk, huwa ġġustifikat b'mod oġġettiv li d-Deċiżjoni ma għandhiex tiġi indirizzata lil dawk l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi u mhux għall-Konvenzjoni ta' Vjenna. |
(7) |
Barra minn hekk, ħamsa mill-Istati Membri tal-Unjoni, jiġifieri l-Irlanda, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u l-Awstrija, la huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna u lanqas għall-Konvenzjoni ta' Pariġi. Minħabba li l-Protokoll tal-1997 jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna u li r-Regolament (KE) Nru 44/2001 jawtorizza lill-Istati Membri li huma marbuta b'din il-Konvenzjoni jkomplu japplikaw ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni previsti fiha, huwa oġġettivament ġustifikat li din id-deċiżjoni tiġi indirizzata biss lil dawk l-Istati Membri li huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Vjenna. Għalhekk, l-Irlanda, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u l-Awstrija, għandhom ikomplu jibbażaw ruħhom fuq ir-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 44/2001 u japplikawhom fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni ta' Vjenna u mill-Protokoll tal-1997 li jemenda l-Konvenzjoni. |
(8) |
Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll tal-1997 ser jiġu applikati biss, fir-rigward tal-Unjoni, minn dawk l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Vjenna fil-ħin tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni. |
(9) |
Ir-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi stabbiliti fl-Artikolu XII tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, kif emendata permezz tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tal-1997, ma għandhomx jieħdu preċedenza fuq ir-regoli li jmexxu l-proċedura għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. Għaldaqstant, l-Istati Membri li huma awtorizzati jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll tal-1997 permezz ta' din id-Deċiżjoni għandhom jagħmlu d-dikjrazzjoni prevista f'din id-Deċiżjoni bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti tal-Unjoni. |
(10) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda, li għalihom japplika l-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(11) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja biex jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll tat-12 ta' Settembru 1997 li jemenda l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963, fl-interess tal-Unjoni.
It-test tal-Protokoll tal-1997 huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja biex jagħmlu d-dikjarazzjoni li ġejja:
"Sentenzi dwar materji koperti mill-Protokoll tat-12 ta' Settembru 1997 li jemenda l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1964, meta mogħtija minn qorti ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li huwa Parti Kontraenti għal dak il-Protokoll, għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwibbli fi [isem tal-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni] f'konformità mar-regoli rilevanti tal-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett."
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Slovakka f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(2) ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.
(4) ĠU L 294, 13.11.2007, p. 23.
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/3 |
PROTOKOLL
biex tiġi emendata l-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari
L-ISTATI PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,
BILLI huwa mixtieq li l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-responsabbiltà ċivili għad-danni nukleari tal-21 ta' Mejju 1963 tiġi emendata sabiex tipprovdi għal ambitu usa', għal ammont ikbar ta' responsabbiltà tal-operatur ta' impjant nukleari u għal mezzi mtejba biex jiġi ggarantit kumpens adegwat u ġust,
QABLU fuq dan li ġej,
Artikolu 1
Il-konvenzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-protokoll jemendaw hi l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-responsabbiltà ċivili għad-danni nukleari tal-21 ta’ Mejju 1963, minn hawn’il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963".
Artikolu 2
L-Artikolu I tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu 1(j) huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Il-paragrafu 1(k) jinbidel bit-test li ġej:
|
3. |
Il-paragrafu 1(l) jiġi sostitwit bit-test li ġej:
|
4. |
Wara l-paragrafu 1(l) jiddaħħlu erba’ paragrafi ġodda, 1(m), 1(n), 1(o) u 1(p), kif ġej:
|
5. |
Il-paragrafu 2 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “2. Stat tal-Installazzjoni jista', jekk il-limitu żgħir tar-riskji involuti jitlob dan, jeskludi kwalunkwe installazzjoni nukleari jew kwantitajiet żgħar ta' materjal nukleari mill-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, dment li:
Il-kriterji għall-esklużjoni ta' installazzjonijiet nukleari u l-limiti massimi għall-esklużjoni ta' kwantitajiet żgħar ta' materjal nukleari għandhom jiġu rieżaminati perjodikament mill-Bord tal-Gvernaturi.” |
Artikolu 3
Wara l-Artikolu I tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963, jiżdiedu żewġ Artikoli ġodda, I A u I B, kif ġej:
“Artikolu I A
1. Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għal dannu nukleari kull fejn huwa mġarrab.
2. Madankollu, il-leġislazzjoni tal-Istat tal-Installazzjoni tista' teskludi mill-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni d-dannu mġarrab:
(a) |
fit-territorju ta' Stat mhux kontraenti; jew |
(b) |
fi kwalunkwe żona marittima stabbilita minn Stat mhux kontraenti f'konformità mal-liġi internazzjonali tal-baħar. |
3. Esklużjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tista' tapplika biss fir-rigward ta' Stat mhux kontraenti li fil-ħin tal-inċident:
(a) |
ikollu installazzjoni nukleari fit-territorju tiegħu jew fi kwalunkwe żona marittima stabbilita minnu f'konformità mal-liġi internazzjonali tal-baħar; u |
(b) |
ma jiflaħx għal benefiċċji reċiproċi ekwivalenti. |
4. Kwalunkwe esklużjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex taffettwa d-drittijiet imsemmija fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu IX u kwalunkwe esklużjoni skont il-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi estiża għad-dannu abbord jew lil bastiment jew ajruplan.
Artikolu I B
Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tapplika għal installazzjonijiet nukleari użati għal skopijiet mhux paċifiċi.”
Artikolu 4
L-Artikolu II tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-aħħar tal-paragrafu 3(a) jiżdied it-test li ġej: “L-Istat tal-Installazzjoni jista' jillimita l-ammont ta' fondi pubbliċi disponibbli għal kull inċident għad-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammonti stabbiliti hawnhekk u l-ammont stabbilit skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu V.” |
2. |
Fl-aħħar tal-paragrafu 4 jiżdied it-test li ġej: “L-Istat tal-Installazzjoni jista' jillimita l-ammont ta' fondi pubbliċi disponibbli kif previst fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.” |
3. |
Il-paragrafu 6 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “6. L-ebda persuna ma għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li mhuwiex dannu nukleari skont is-subparagrafu (k) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu I iżda li seta' jiġi determinat bħala tali skont id-dispożizzjonijiet ta' dak is-subparagrafu.” |
Artikolu 5
Wara l-ewwel sentenza fl-Artikolu III tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 jiżdied it-test li ġej:
Madankollu, l-Istat tal-Installazzjoni jista' jeskludi dan l-obbligu b'rabta mat-trasport li jsir kollu kemm huwa fit-territorju tiegħu.
Artikolu 6
L-Artikolu IV tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu 3 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “3. Ma għandha tingħata l-ebda responsabbiltà skont din il-Konvenzjoni, lil operatur jekk huwa juri li d-dannu nuklear huwa kkawżat direttament minn att ta' kunflitt armat, ostilitajiet, gwerra ċivili jew insurrezzjoni.” |
2. |
Il-paragrafu 5 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “5. L-operatur ma għandux ikun responsabbli, skont din il-Konvenzjoni, għal dannu nukleari:
|
3. |
Il-paragrafu 6 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “6. Il-kumpens għad-dannu kkawżat lill-mezzi ta' trasport li, fil-ħin tal-inċident nukleari, kien fuqu l-materjal nukleari involut ma għandux ikollu l-effett li jnaqqas ir-responsabbiltà tal-operatur fir-rigward ta' dannu ieħor ta' ammont inqas minn 150 miljun SDR, jew kwalunkwe ammont ogħla stabbilit mil-leġislazzjoni ta' Parti Kontraenti, jew ammont stabbilit skont is-subparagrafu (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu V.” |
4. |
Il-paragrafu 7 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “7. Xejn f'din il-Konvenzjoni ma għandu jaffettwa r-responsabbiltà ta' kull individwu għal dannu nukleari li l-operatur, skont il-paragrafu 3 jew 5 ta' dan l-Artikolu, mhuwiex responsabbli għalih skont din il-Konvenzjoni u li dak l-individwu kkawża permezz ta' att jew ommissjoni mwettqa bl-intenzjoni li jiġi kkawżat dannu.” |
Artikolu 7
1. It-test tal-Artikolu V tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 huwa ssostitwit bit-test li ġej:
1.“1. Ir-responsabbiltà tal-operatur tista' tiġi limitata mill-Istat tal-Installazzjoni għal kwalunwe inċident nukleari wieħed jew:
(a) |
għal mhux anqas minn 300 miljun SDR; jew |
(b) |
għal mhux anqas minn 150 miljun SDR dment li ammont ikbar u sa mill-inqas 300 miljun SDR għandhom ikunu disponibbli fondi pubbliċi minn dak l-Istat biex jikkumpensaw għad-dannu nukleari; jew |
(c) |
għal massimu ta' 15-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, għal ammont transizzjonali ta' mhux inqas minn 100 miljun SDR fir-rigward ta' inċident nukleari li jseħħ f'dak il-perijodu. Ammont inqas minn 100 miljun SDR jista' jiġi stabbilit, dment li jsiru disponibbli fondi pubbliċi minn dak l-Istat biex jikkumpensaw għad-dannu nukleari bejn dak l-ammont li huwa inqas u l-100 miljun SDR. |
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat tal-Installazzjoni, b'kont meħud tan-natura tal-installazzjoni nukleari jew is-sustanzi nukleari involuti u tal-konsegwenzi possibbli ta' inċident li joriġina minnhom, jista' jistabbilixxi livell anqas ta' responsabbiltà tal-operatur, dment li fl-ebda każ kwalunkwe ammont, hekk stabbilit, ma jista jkun anqas minn 5 miljun SDRs, u dment li l-Istat tal-Installazzjoni jiżgura li l-fondi pubbliċi jkunu disponibbli sal-ammont stabbilit skont il-paragrafu 1.
3. L-ammonti stabbiliti mill-Istat tal-Installazzjoni tal-operatur responsabbli f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u l-paragrafu 6 tal-Artikolu IV għandhom japplika kull fejn jinqala' inċident nukleari.”
2. Wara l-Artikolu V jiżdiedu erba’ Artikoli ġodda, V A, V B, V C u V D kif ġej:
“Artikolu V A
1. L-interessi u l-ispejjeż mogħtija minn qorti f'azzjonijiet għal kumpens għal dannu nukleari għandhom jitħallsu flimkien mal-ammonti msemmija fl-Artikolu V.
2. L-ammonti msemmija fl-Artikolu V u l-paragrafu 6 tal-Artikolu IV jistgħu jinqalbu fil-munita nazzjonali f'ċifri mqarrba.
Artikolu V B
Kull Parti Kontraenti għandha tassigura li persuni li jġarrbu danni jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom għal kumpens mingħajr ma jkun ressaq proċedimenti separati skont l-oriġini tal-fondi li hemm provvediment dwarhom għal tali kumpens.
Artikolu V C
1. Jekk il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni huma dawk ta' Parti Kontraenti minbarra l-Istat tal-Installazzjoni, il-fondi pubbliċi meħtieġa skont is-subparagrafi (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu V u skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu VII, kif ukoll l-interessi u l-ispejjeż mogħtija minn qorti, jistgħu jkunu disponibbli mill-Parti Kontraenti msemmija l-ewwel. L-Istat tal-Installazzjoni għandu jirrimborża lill-Parti Kontraenti l-oħra kwalunwke ammonti mħallsa. Dawn iż-żewġ Partijiet Kontraenti għandhom jaqblu dwar il-proċedura għar-rimborż.
2. Jekk il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni huma dawk ta' Parti Kontraenti minbarra l-Istat tal-Installazzjoni, il-Parti Kontraenti li l-qrati tagħha għandhom ġurisdizzjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu lill-Istat tal-Installazzjoni jintervjeni fil-proċedimenti u jipparteċipa fi kwalunkwe riżoluzzjoni dwar il-kumpens.
Artikolu V D
1. Għandha tissejjaħ laqgħa tal-Partijiet Kontraenti mid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika biex jiġu emendati l-limiti tar-responsabbiltà msemmija fl-Artikolu V jekk terz tal-Partijiet Kontraenti jesprimu xewqa għal dak il-għan.
2. L-emendi għandhom jiġu adottati minn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti preżenti u votanti, dment li għall-inqas nofs il-Partijiet Kontraenti jkunu preżenti fil-ħin tal-votazzjoni.
3. Meta taġixxi fuq proposta biex jiġu emendati l-limiti, il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għandha tqis, fost l-oħrajn, ir-riskju tad-dannu li jirriżulta minn inċident nukleari, bidliet fil-valuri monetarji, u l-kapaċità tas-suq tal-assigurazzjoni.
2.4. |
|
5. Għal kull Parti Kontraenti li taċċetta emenda wara li tkun ġiet aċċettata iżda ma tkunx daħlet fis-seħħ jew wara d-dħul fis-seħħ tagħha f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ 12-il xahar wara l-aċċettazzjoni tagħha minn dik il-Parti Kontraenti.
2.6. Stat li jsir Parti għal din il-Konvenzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta' emenda skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu, f'nuqqas ta' espressjoni ta' intenzjoni differenti minn dak l-Istat:
(a) |
jitqies bħala Parti għal din il-Konvenzjoni kif inhija emendata; u |
(b) |
jitqies bħala Parti għall-Konvenzjoni mhux emendata f'rabta ma' kwalunkwe Stat Parti mhux marbut bl-emenda.” |
Artikolu 8
L-Artikolu VI tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu 1 jiġi sostitwit bit-test li ġej:
|
2. |
Il-paragrafu 2 jitħassar. |
3. |
Il-paragrafu 3 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “3. Id-drittijiet għall-kumpens skont il-Konvenzjoni għandhom ikunu soġġetti għal preskrizzjoni jew estinzjoni, kif previst mil-liġi tal-qorti kompetenti, jekk azzjoni ma titressaqx fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-persuna li ġarrbet dannu kienet taf jew kellha b'mod raġonevoli tkun taf dwar id-dannu u dwar l-operatur responsabbli għad-dannu, dment li ma jinqabżux il-perijodi stabbiliti skont is-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.” |
Artikolu 9
L-Artikolu VII huwa emendat kif ġej:
1. |
Fil-paragrafu 1, iż-żewġ sentenzi li ġejjin jiżdiedu fl-aħħar tal-paragrafu u l-paragrafu emendat b’dan il-mod isir is-subparagrafu (a) ta’ dak il-paragrafu: “Meta r-responsabbiltà tal-operatur hija illimitata, l-Istat tal-Installazzjoni jista' jistabbilixxi l-limitu tas-sigurtà finanzjarja tal-operatur responsabbli, dment li tali limitu ma jkunx anqas minn 300 miljun SDR. L-Istat tal-Installazzjoni għandu jiżgura l-ħlas ta' talbiet għall-kumpens għal dannu nukleari li ġie stabbilit kontra l-operatur sal-punt li r-rendiment tas-sigurtà finanzjarja huwa inadegwat biex jissodisfa tali talbiet, iżda mhux aktar mill-ammont tas-sigurtà finanzjarja li għandu jiġi previst skont dan il-paragrafu.” |
2. |
Jiżdied subparagrafu ġdid, (b), mal-paragrafu 1, kif ġej:
|
3. |
Fil-paragrafu 3, jiddaħħal il-kliem "jew is-subparagrafi (b) jew (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu V" wara l-kliem "ta' dan l-Artikolu". |
Artikolu 10
L-Artikolu VIII tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-Artikolu VIII jsir il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. |
2. |
Jiddaħħal paragrafu ġdid, 2, kif ġej: “2. Soġġett għall-applikazzjoni tar-regola tas-subparagrafu (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu VI, fejn fir-rigward tat-talbiet miġjuba kontra l-operatur, id-dannu li għandu jiġi kkumpensat skont din il-Konvenzjoni jaqbeż jew x'aktarx jaqbeż l-ammont massimu disponibbli skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu V, il-prijorità fid-distribuzzjoni tal-kumpens għandha tingħata lit-talbiet fir-rigward tat-telf ta' ħajja jew korriment ta' persuna.” |
Artikolu 11
Fl-Artikolu X tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963, tiżdied sentenza ġdida fl-aħħar tal-Artikolu, kif ġej:
“Id-dritt għal rikors previst f'dan l-Artikolu jista' jiġi estiż ukoll għall-benefiċċju tal-Istat tal-Installazzjoni safejn huwa jkun ipprovda fondi pubbliċi skont din il-Konvenzjoni.”
Artikolu 12
L-Artikolu XI tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 huwa emendat kif ġej:
1. |
Jiddaħħal paragrafu ġdid, 1bis, kif ġej: “1bis. Meta jinqala' inċident nukleari fiż-żona taż-żona ekonomika esklużiva ta' Parti Kontraenti jew jekk tali żona ma tkunx stabbilita, f'żona li ma taqbiżx il-limiti ta' żona ekonomika esklużiva, li kieku tiġi stabbilita waħda, il-ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet li jikkonċernaw dannu nukleari minn dak l-inċident nukleari, għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, għandha tkun biss f'idejn il-qrati ta' dik il-Parti. Is-sentenza preċedenti għandha tapplika jekk dik il-Parti Kontraenti tkun innotifikat lid-Depożitarju ta' tali żona qabel l-inċident nukleari. Xejn f'dan il-paragrafu ma għandu jiġi interpretat bħala li jippermetti l-eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni b'mod li jmur kontra l-liġi internazzjonali tal-baħar, inkluż il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.” |
2. |
Il-paragrafu 2 jiġi sostitwit bit-test li ġej: “2. Meta inċident nukleari ma jseħħx fit-territorju ta' kwalunkwe Parti Kontraenti, jew f'żona nnotifikata skont il-paragrafu 1bis, jew meta l-post tal-inċident nukleari ma jistax jiġi determinat b'ċertezza, il-ġurisdizzjoni fuq tali azzjonijiet għandha tkun f'idejn il-qrati tal-Istat tal-Installazzjoni tal-operatur responsabbli.” |
3. |
Fil-paragrafu 3, l-ewwel linja, u fis-subparagrafu (b), wara l-figura "1", daħħal ", 1bis". |
4. |
Jiddaħħal paragrafu ġdid, 4, kif ġej: “4. Il-Parti Kontraenti li l-qrati tagħha għandha ġurisdizzjoni għandha tiżgura li waħda mill-qrati tagħha biss ikollha ġurisdizzjoni marbuta ma' kwalunkwe inċident nukleari.” |
Artikolu 13
Wara l-Artikolu XI jiżdied Artikolu ġdid, XI A kif ġej:
“Artikolu XI A
Il-Parti Kontraenti li l-qrati tagħha għandhom ġurisdizzjoni għandha tiżgura li f'rabta ma' azzjonijiet għall-kumpens għal dannu nukleari:
(a) |
kwalunkwe Stat jista' jressaq azzjoni f'isem il-persuni li ġarrbu dannu nukleari, li huma ċittadini ta' dak l-Istat jew għandhom id-domiċilju jew ir-residenza tagħhom fit-territorju tiegħu, u li taw il-kunsens tagħhom għal dan; u |
(b) |
kwalunkwe persuna tista' tressaq azzjoni biex tinforza d-drittijiet skont din il-Konvenzjoni akkwistati b'surrogazzjoni jew b'assenjazzjoni.” |
Artikolu 14
It-test tal-Artikolu XII tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 huwa ssostitwit bit-test li ġej:
“Artikolu XII
1. Sentenza li mhijiex aktar soġġetta għal forom ordinarji ta' rieżami mressqa minn qorti ta' Parti Kontreanti li jkollha l-ġurisdizzjoni għandha tiġi rikonoxxuta, ħlief:
(a) |
meta s-sentenza tkun inksibet permezz ta' frodi; |
(b) |
meta l-parti li kontriha tkun ingħatat is-sentenza ma tkunx ingħatat opportunità ġusta biex tressaq il-każ tagħha; jew |
(c) |
meta s-sentenza tmur kontra l-ordni pubbliku tal-Parti Kontraenti fit-territorju li fih ikun qed jiġi mfittex rikonoxximent, jew ma taqbilx mal-istandards fundamentali tal-ġustizzja. |
2. Sentenza li hija rikonoxxuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha, meta tiġi mressqa għall-infurzar f'konformità mal-formalitajiet meħtieġa mil-liġi tal-Parti Kontraenti fejn qed jiġi mfittex l-infurzar, tkun infurzabbli daqs li kieku kienet sentenza ta' qorti ta' dik il-Parti Kontraenti. Il-merti tat-talba li dwarha tkun ingħatat sentenza ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar proċedimenti.”
Artikolu 15
L-Artikolu XIII tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-Artikolu XIII jsir il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. |
2. |
Jiddaħħal paragrafu ġdid, 2, kif ġej: “2. Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, safejn il-kumpens għad-dannu nukleari huwa aktar minn 150 miljun SDR, il-leġislazzjoni tal-Istat tal-Installazzjoni tista' tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni fir-rigward tad-dannu nukleari mġarrab fit-territorju, jew fi kwalunkwe żona marittima stabbilita f'konformità mal-liġi internazzjonali tal-baħar, ta' Stat ieħor li fil-ħin tal-inċident, ikollu installazzjoni nukleari f'tali territorju, sakemm huwa ma jiflaħx għal benefiċċji reċiproċi ta' ammont ekwivalenti.” |
Artikolu 16
It-test tal-Artikolu XVIII tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 huwa ssostitwit bit-test li ġej:
“Din il-Konvenzjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' Parti Kontraenti skont ir-regoli ġenerali tal-liġi pubblika internazzjonali.”
Artikolu 17
Wara l-Artikolu XX tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 jiżdied Artikolu ġdid, XX A, kif ġej:
“Artikolu XX A
1. Fil-każ ta' tilwim bejn il-Partijiet Kontraenti dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, il-partijiet għat-tilwim għandhom jikkonsultaw bil-għan ta' soluzzjoni tat-tilwim permezz ta' negozjar jew bi kwalunkwe mezz paċifiku ieħor għas-soluzzjoni tat-tilwim aċċettabbli għalihom.
2. Jekk tilwim ta' din in-natura msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jistax jissolva fi żmien sitt xhur mit-talba għall-konsultazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, huwa għandu, fuq talba ta' kwalunkwe parti għal dan it-tilwim, jiġi mressaq għal arbitraġġ jew irreferut lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għal deċiżjoni. Meta jiġi mressaq tilwim għal arbitraġġ, jekk, fi żmien sitt xhur mid-data tal-preżentazzjoni, il-partijiet għat-tilwim ma jkunux kapaċi jaqblu dwar l-organizzazzjoni tal-arbitraġġ, parti tista' titlob lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jew lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaħtar arbitru jew aktar. Fil-każ ta' talbiet kunfliġġenti mill-partijiet għat-tilwim, it-talba lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkollha prijorità.
3. Meta tiġi rratifikata, aċċettata, approvata jew ssir sħubija ma' din il-Konvenzjoni, Stat jista' jiddikjara li huwa ma jqisx lilu nnifsu bħala marbut b'waħda mill-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew bit-tnejn li huma. Il-Partijiet Kontraenti l-oħra ma għandhomx ikunu marbuta bi proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' Parti Kontraenti li għaliha hemm fis-seħħ dikjarazzjoni bħal din.
4. Parti Kontraenti li tkun għamlet dikjarazzjoni f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu tista' tirtiraha meta trid permezz ta' notifika lid-depożitarju.”
Artikolu 18
1. L-Artikoli minn XX sa XXV, il-paragrafi 2 u 3 u l-paragrafu bin-numru "1." tal-Artikolu XXVI, u l-Artikoli XXVII u XXIX tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 huma mħassra.
2. Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 u dan il-Protokoll għandhom, bejn il-partijiet għal dan il-Protokoll, jinqraw u jiġu interpretati flimkien bħala test wieħed li jista’ jkun magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1997 dwar ir-responsabbiltà ċivili għad-danni nukleari.
Artikolu 19
1. Stat li huwa parti għal dan il-Protokoll iżda li mhux parti għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 ikun marbut bid-dispożizzjonijiet ta’ dik il-konvenzjoni kif emendata permezz ta’ dan il-Protokoll fir-rigward ta' Stati oħrajn li huma partijiet għalih, u fin-nuqqas ta' espressjoni ta’ intenzjoni differenti min-naħa ta’ dak l-Istat fil-mument tad-depożitu ta’ strument imsemmi fl-Artikolu 20 ikun marbut bid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 fir-rigward ta’ Stati li huma biss partijiet għal dik il-konvenzjoni.
2. Xejn f’dan il-Protokoll ma jaffettwa l-obbligi ta’ Stat li huwa parti kemm għall-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 u għal dan il-Protokoll fir-rigward ta’ Stat li huwa parti għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 iżda mhux parti għal dan il-Protokoll.
Artikolu 20
1. Dan il-Protokoll ikun miftuħ għall-firma tal-Istati kollha fil-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fi Vjenna mid-29 ta’ Settembru 1997 sad-dħul fis-seħħ tiegħu.
2. Dan il-Protokoll huwa soġġett għar-ratifika, għall-aċċettazzjoni jew għall-approvazzjoni mill-Istati li ffirmawh.
3. Wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, kwalunkwe Stat li ma jkunx iffirma dan il-protokoll jista’ jissieħeb miegħu.
4. L-istrumenti tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni jew tal-adeżjoni jiġu ddepożitati għand id-direttur ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika, li ser ikun id-depożitarju ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 21
1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ tliet xhur wara d-data tad-depożitu tal-ħames strument tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni jew tal-approvazzjoni.
2. Għal kull Stat li jirratifika, jaċċetta jew japprova dan il-protokoll jew jissieħeb miegħu wara d-depożitu tal-ħames strument tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni jew tal-approvazzjoni, dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ tliet xhur wara d-data tad-depożitu tal-istrument xieraq minn dak l-Istat.
Artikolu 22
1. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja dan il-Protokoll b’notifika bil-miktub lid-depożitarju.
2. Id-denunzja għandha tieħu effett sena wara d-data li fiha d-depożitarju jkun irċieva n-notifika.
3. Bejn il-partijiet għal dan il-Protokoll, id-denunzja minn kwalunkwe waħda minnhom tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 skont l-Artikolu XXVI tagħha bl-ebda mod ma titqies bħala denunzja tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1963 kif emendata permezz ta’ dan il-Protokoll.
4. Minkejja denunzja ta’ dan il-Protokoll minn Parti Kontraenti skont dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jibqgħu japplikaw għal kwalunkwe dannu nukleari kkawżat minn inċident nukleari li jseħħ qabel tali denunzja tidħol fis-seħħ.
Artikolu 23
Id-depożitarju jinnotifika minnufih lill-Istati li huma parti u lill-Istati l-oħra kollha dwar:
(a) |
kull firma ta’ dan il-Protokoll; |
(b) |
kull depożitu ta' strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni; |
(c) |
id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll; |
(d) |
kwalunkwe notifika rċevuta skont il-paragrafu 1bis tal-Artikolu XI; |
(e) |
talbiet biex titlaqqa’ konferenza ta’ reviżjoni skont l-Artikolu XXVI tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 u għal laqgħa tal-partijiet kontraenti skond l-Artikolu V D tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 kif emendata permezz ta’ dan il-Protokoll; |
(f) |
notifiki ta’ denunzji rċevuti skont l-Artikolu 22 u notifiki pertinenti oħrajn marbuta ma' dan il-Protokoll. |
Artikolu 24
1. Id-dokument oriġinali ta’ dan il-Protokoll, li t-testi tiegħu bl-Għarbi, biċ-Ċiniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol huma daqstant ieħor awtentiċi, jiġi ddepożitat għand id-depożitarju.
2. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għandha tistabbilixxi t-test konsolidat tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963, kif emendata permezz ta’ dan il-Protokoll, bl-Għarbi, biċ-Ċiniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol, kif stabbilit fl-anness għal dan il-Protokoll.
3. Id-depożitarju għandu jikkomunika lill-Istati kollha l-kopji awtentikati ta’ dan il-Protokoll flimkien mat-test konsolidat tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 kif emendata permezz ta’ dan il-Protokoll.
B’SINJAL TA’ XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif għandu jkun, iffirmaw dan il-Protokoll.
Magħmul fi Vjenna, it-tnax-il jum ta’ Settembru, tas-sena elf disa' mija u sebgħa u disgħin.
REGOLAMENTI
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 785/2013
tal-14 ta’ Awwissu 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de La Alcarria (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
(2) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini "Miel de La Alcarria", irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3). |
(3) |
Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12 2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12, (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213-250).
(3) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1, (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 03 Volum 19 p. 176-185).
(4) ĠU C 302, 6.10.2012, p. 24.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.4. Prodotti oħra ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti mill-ħalib għajr il-butir, eċċ.)
SPANJA
Miel de La Alcarria (DPO)
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 786/2013
tas-16 ta’ Awwissu 2013
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti permessi għall-jessotossini f’molluski bivalvi ħajjin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 10(1)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. Dak ir-Regolament jipprovdi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw illi l-molluski bivalvi ħajjin li tqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem ma jkunx fihom ċerti bijotossini marini fi kwantitajiet totali, imkejla fil-ġisem sħiħ jew kwalunkwe parti li tittiekel separatament, li jaqbżu l-limiti stipulati fil-punt 2 tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tiegħu. Il-punt 2(d) ta’ dak il-Kapitolu jistabbilixxi limitu massimu għall-jessotossini f’milligramma ta’ jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm. |
(2) |
F’Diċembru 2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-bijotossini tal-baħar fil-frott tal-baħar— il-grupp tal-jessotossini (2). Skont dik l-Opinjoni, l-ebda mewt u l-ebda sintomu ta’ tossiċità klinika ma ġew osservati f’serje ta’ studji dwar it-tossiċità akuta wara li ttieklu l-jessotossini. Barra minn hekk, l-EFSA kkonkludiet li porzjon tal-frott tal-baħar m’għandux ikollu iżjed minn 3,75 milligrammi ta’ jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm. Dak il-livell huwa ogħla mil-limitu attwali stabbilit fil-punt 2(d) tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
(3) |
Fit-32 Sessjoni tal-Kumitat CODEX dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd (mill-1 sal-5 ta’ Ottubru 2012) ikkonfermaw l-esklużjoni tal-jessotossini mil-lista ta’ bijotossini tal-baħar li għandhom jiġu ttestjati f’livell internazzjonali. |
(4) |
Fid-dawl tal-Opinjoni tal-EFSA u tal-konklużjonijiet tat-32 Sessjoni tal-Kumitat CODEX dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd, huwa xieraq li jiżdied il-limitu attwali tal-jessotossini għal 3,75 milligramm ta’ jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm. |
(5) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-punt 2(d) tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(d) |
għall-jessotossini, 3,75 milligramma jessotossini ekwivalenti għal kull kilogramm;”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) The EFSA Journal (2009) numru tal-Ġurnal 907, 1-62.
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 787/2013
tas-16 ta’ Awwissu 2013
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistjipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal użu ġdid ta’ preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani għas-simna u d-dundjani mkabbra għat-tgħammir, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għas-simna permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 (2), u tiġieġ imrobbija għat-tgħammir, papri għas-simna, summien, faġani, perniċi, fargħuni, ħamiem, wiżż għas-simna u ngħam mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 (3) u għall-majjaletti miftuma u s-Suidae miftuma minbarra s-Sus scrofa domesticus mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013 (4). |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2013 (5) ikkonfermat il-konklużjonijiet preċedenti tagħha li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) hija preżunta mingħajr periklu għas-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-kapaċità żooteknika fid-dundjani għas-simna u li din il-konklużjoni tista’ tiġi estiża għal dundjani mkabbra għat-tgħammir. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(5) EFSA Journal 2013; 11(4):3176.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana |
|||||||||||||||||||
4b1823 |
Kemin Europa N.V. |
Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) |
|
Dundjani għas-simna u mrobbija għat-tgħammir |
— |
1 × 108 |
— |
|
Is-6 ta’ Settembru 2023 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 788/2013
tas-16 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0709 93 10 |
TR |
133,6 |
ZZ |
133,6 |
|
0805 50 10 |
AR |
107,7 |
CL |
102,1 |
|
TR |
70,0 |
|
UY |
105,6 |
|
ZA |
99,1 |
|
ZZ |
96,9 |
|
0806 10 10 |
EG |
186,1 |
MA |
162,1 |
|
MX |
264,4 |
|
TR |
158,7 |
|
ZZ |
192,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
193,0 |
BR |
112,1 |
|
CL |
142,9 |
|
CN |
75,0 |
|
NZ |
122,9 |
|
US |
141,8 |
|
ZA |
118,7 |
|
ZZ |
129,5 |
|
0808 30 90 |
AR |
184,1 |
CL |
146,4 |
|
TR |
152,1 |
|
ZA |
110,8 |
|
ZZ |
148,4 |
|
0809 30 |
TR |
148,6 |
ZZ |
148,6 |
|
0809 40 05 |
BA |
50,5 |
TR |
101,0 |
|
ZZ |
75,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Mejju 2013
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation
(notifikata bid-dokument C(2013) 1926)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/435/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2)(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 3577/92 tal-Kunsill, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (2),
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-imsemmija Artikoli (3) u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Permezz tal-ittri tas-27 ta’ Settembru, tat-30 ta’ Novembru u tal-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet ilment mill-kumpanija Corsica Ferries rigward għajnuniet illegali u mhux kompatibbli li minnhom is-Société nationale Corse-Méditerranée (minn hawn ’il quddiem l-“SNCM”) u l-Compagnie Maritime de Navigation (minn hawn ’il quddiem is-“CMN”) kienu qegħdin jibbenefikaw minħabba l-Ftehim ta’ delega ta’ servizz pubbliku ffirmat bejn l-Awtorità territorjali ta' Korsika (minn hawn ’il quddiem is-“CTC”) u l-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika (minn hawn ’il quddiem l-“OTC”), min-naħa, u l-SNCM u s-CMN, min-naħa l-oħra. Dan il-ftehim (minn hawn ’il quddiem l-“FDSP”) jirrigwarda l-konnessjoni marittima bejn Korsika u Marsilja għall-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2013. Permezz tal-ittri tal-20 ta’ Mejju 2010, tas-16 ta’ Lulju 2010, tat-22 ta’ Marzu 2011, tat-22 ta’ Ġunju 2011, tal-15 ta’ Diċembru 2011 u tal-10 ta’ Jannar 2012, l-ilmentatur bagħat informazzjoni oħra b’appoġġ għall-ilment tiegħu. |
(2) |
Permezz tal-ittri tas-17 ta’ Marzu 2008, tat-12 ta’ Novembru 2008, tat-13 ta’Ottubru 2011 u tal-14 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni lil Franza. L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw il-kummenti u t-tweġibiet tagħhom permezz tal-ittri tat-3 ta’ Ġunju 2008, tal-14 ta’ Jannar 2009, tas-7 ta’ Diċembru 2011 u tal-20 ta’ Jannar 2012 rispettivament. |
(3) |
Permezz tal-ittra datata s-27 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni għarrfet lil Franza dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-għajnuniet potenzjali favur l-SNCM u s-CMN fl-FDSP. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (minn hawn ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-ftuħ”) kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) fil-5 ta’ Ottubru 2012. |
(4) |
L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw il-kummenti u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet fid-deċiżjoni tal-ftuħ permezz tal-ittri tat-13 ta’ Lulju 2012, tas-7 ta’ Settembru 2012, tal-14 ta’ Novembru 2012 u tas-16 ta’ Jannar 2013. |
(5) |
Il-kumpaniji Corsica Ferries, l-SNCM u s-CMN ippreżentaw xi osservazzjonijiet matul il-perjodu maħsub għal dan fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Permezz tal-ittri tat-22 ta’ Ottubru 2012 u tal-21 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha lill-awtoritajiet Franċiżi. Franza bagħtet il-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi permezz tal-ittri tat-3 ta’ Jannar 2013 u tat-12 ta’ Frar 2013. |
2. KUNTEST FATTWALI
2.1. IL-KONNESSJONI BEJN KORSIKA U L-KONTINENT
(6) |
Kif indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-kontinwità territorjali bejn Korsika u Franza ġiet ipprovduta permezz tal-ewwel konċessjoni ta’ 25 sena ffirmata fl-1976 bejn l-SNCM u s-CMN, min-naħa, u l-Istat, min-naħa l-oħra. Mill-1 ta’ Jannar 2002, ir-rotot minn Marsilja biss kienu qegħdin jinqdew mill-SNCM u s-CMN b’kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku ffirmat mal-kollettività territorjali u l-OTC għall-perjodu ta' ħames snin. |
(7) |
Fil-każ tar-rotot l-oħrajn, ġiet implimentata skema ta’ għajnuna soċjali (5) b’mod parallel. Din l-iskema kif ukoll l-estensjoni tagħha għall-perjodu 2007-2013 ġew approvati mill-Kummissjoni (6). |
(8) |
Mill-1 ta’ Lulju 2007, l-SNCM u s-CMN ipprovdew is-servizzi bejn Marsilja u Korsika fil-qafas tal-FDSP, konluż fis-7 ta’ Ġunju 2007 (ara t-taqsima 2.5 hawn taħt). Dan il-ftehim jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
(9) |
Il-kumpaniji ewlenin li jaħdmu fis-suq tat-trasport marittimu bejn il-kontinent Franċiż u Korsika huma l-SNCM, is-CMN (ara t-taqsimiet 2.2 u 2.3 hawn taħt), u l-kumpanija Corsica Ferries, li topera servizzi minn Toulon u minn Nizza. |
(10) |
Is-servizz ta’ Korsika ilu kkaratterizzat minn diversi snin mill-istaġuni, bil-parti l-kbira tat-traffiku tal-passiġġieri tul ix-xhur tas-sajf. Matul is-snin 2000, it-tendenza prinċipali tas-swieq tat-trasport bejn Korsika u Franza kontinentali kienet l-iżvilupp tal-offerta ta’ trasport minn Toulon, li sar l-akbar servizz portwali ta’ Korsika f’dak li jirrigwarda t-traffiku. Huwa partikolarment importanti li wieħed jinnota li t-tendenza ta’ żieda fit-traffiku minn Toulon tmur lura għal qabel l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna soċjali, fl-2002, u din kompliet minn dakinhar ’l hawn (7). Din it-tendenza hija konsistenti maż-żieda tas-sehem fis-suq tal-kumpanija Corsica Ferries. |
2.2. L-SNCM
(11) |
Magħżula fl-1976 mill-gvern Franċiż sabiex tiżgura l-kontinwità territorjali ma’ Korsika, l-SNCM hija kumpanija marittima li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha f’Marsilja. Hi tipprovdi servizz komplut lejn Korsika minn Marsilja u minn Nizza billi tgħaqqad dawn il-portijiet ma’ dawk ta’Ajaccio, Bastia, Calvi, Ile Rousse, Porto-Vecchio u Propriano. |
(12) |
L-SNCM tipprovdi wkoll is-servizz lil Sardinja (Porto Torres) minn Marsilja u minn Korsika (Ajaccio u Propriano). Fl-aħħar nett hija tgħaqqad ukoll l-Alġerija (Alġier, Skikda, Bejaia, Oran) u t-Tuneżija minn Sète, Marsilja u Toulon. |
(13) |
Sa Mejju 2006, 80 % tal-SNCM kienet proprjetà tal-Compagnie générale maritime et financière (CGMF) (8) u 20 % tas-Société nationale des chemins de fer (SNCF). Fis-26 ta’ Jannar 2005, il-gvern Franċiż beda proċess ta’ privatizzazzjoni tal-SNCM li wassal sabiex ntgħażlet l-applikazzjoni ta’ Butler Capital Partners (38 % tal-ishma) assoċjata mal-grupp Connex, sussidjarja ta’ Veolia (28 % tal-ishma). L-impjegati taw 9 % tal-ishma, filwaqt li l-Istat żamm il-25 % li kien fadal permezz tas-CGMF. |
(14) |
Din il-privatizzazzjoni kienet tinkludi klawsola ta’ terminazzjoni favur Butler Capital Partners u Veolia, li setgħet tkun invokata b’mod partikolari mix-xerrejja fil-każijiet li ġejjin:
|
(15) |
It-trasferiment lis-settur privat kien akkumpanjat minn għadd ta’ miżuri ta’ ristrutturar soġġetti għal proċedura separata skont il-liġi tal-għajnuna mill-Istat (10). |
(16) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, Butler Capital Partners biegħet l-ishma tagħha lil Veolia Transport. Fl-2011, Veolia Transport ingħaqdet ma’ Transdev sabiex iffurmaw Veolia Transdev (11), li dak iż-żmien kellha 66 % tal-ishma. Fit-30 ta’ Marzu 2012, Veolia Environnement ikkonkludiet ftehim mas-CDC li skontu hija kellha terġa’ ssir is-sid tas-66 % tal-kapital tal-SNCM li qabel kienu miżmuma mill-impriża konġunta, għal prezz tat-trasferiment ta’ EUR 1. |
(17) |
Fil-preżent l-SNCM topera flotta ta’ 10 bastimenti, li minnhom sitta huma laneċ (12) u erbgħa huma vapuri tal-merkanzija mħalltin, il-Jean Nicoli (13), il-Pascal Paoli, il-Paglia Orba u l-Monte d'Oro. |
2.3. IS-CMN
(18) |
Is-CMN hija kumpanija privata tat-tagħmir għall-bastimenti mwaqqfa fl-1931, li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Marsilja, u li l-attività ewlenija tagħha hija s-servizz marittimu ta’ Korsika (merkanzija u passiġġieri), kif ukoll ta’ Sardinja. |
(19) |
Qabel it-2 ta’ Ottubru 2009, 53,1 % tas-CMN kienu tal-Compagnie Méridionale de Participations (CMP), 45 % tal-SNCM u 1,9 % tal-impjegati tagħha. Is-CMP innifisha kienet 55 % proprjetà tas-Société de travaux industriels et maritimes ta’ Orbigny (STIM ta’ Orbigny), sussidjarja tal-grupp STEF-TFE, u 45 % tal-Compagnie Générale de Tourisme et d'Hôtellerie (CGTH), 100 % sussidjarja tal-SNCM. Minn dik id-data, l-ishma li l-SNCM kellha direttament u indirettament fis-CMN inxtraw lura mill-grupp STEF. Il-grupp STEF issa għandu 97,9 % tal-kapital tas-CMN, flimkien mal-impjegati li għandhom 2,1 % tal-ishma. |
(20) |
Is-CMN tipprovdi parti mis-servizzi fuq tliet rotot bejn Korsika u Marsilja (Marsilja-Ajaccio, Marsilja-Bastia, u Marsilja-Propriano) taħt l-FDSP (ara t-taqsima 2.5 hawn taħt). Il-kumpanija topera b’mod parallel, barra d-delega ta’ servizz pubbliku, konnessjoni ma’ Sardinja (Porto Torres). Biex twettaq il-programm ta’ attivitajiet tagħha bħala parti mid- DSP, il-Méridionale għandha tliet bastimenti tal-merkanzija mħallta, il-Girolata, il-Piana (li ħa post l-iScandola) u l-Kalliste. |
2.4. IL-KUNTRATT TA’ FTEHIM TA’ DELEGA TA’ SERVIZZ PUBBLIKU 2007-2013
2.4.1. IL-PROĊEDURA TA' AKKWIST TAL-FDSP
(21) |
Hawnhekk il-Kummissjoni qiegħda tipprovdi biss ħarsa qasira lejn il-proċedura ta' akkwist tal-FDSP, li huwa s-suġġett ta’ deskrizzjoni in extenso fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(22) |
Fl-24 ta’ Marzu 2006, l-Assemblea ta’ Korsika approvat, bir-Riżoluzzjoni Nru 06/22, il-prinċipju ta’ tiġdid ta' delega ta’ servizz pubbliku tas-servizzi marittimi tal-portijiet ta’ Bastia, Ajaccio, Balagne (Ile-Rousse u Calvi), Porto-Vecchio u Propriano mill-port ta’ Marsilja mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(23) |
Avviż ta’ sejħa pubblika għall-offerti ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU) fis-27 ta’ Mejju 2006 u fil-gazzetta Les Échos fid-9 ta’ Ġunju 2006. Ġew sottomessi erba offerti (14). Wara d-deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2006 tal-Kunsill tal-Kompetizzjoni (15) u d-deċiżjoni li ħa l-Kunsill tal-Istat fil-15 ta’ Diċembru 2006 (16), il-proċedura ta' akkwist tad-delega ta’ servizz pubbliku ġiet ikkanċellata kollha sabiex tiġi rrispettata l-konformità mal-obbligi tal-kompetizzjoni. |
(24) |
Permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 06/263 AC tat-22 ta’ Diċembru 2006, l-Assemblea ta’ Korsika ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' akkwist tad-delega ta’ servizz pubbliku mill-ġdid u li testendi d-delega kurrenti sat-30 ta’ April 2007. |
(25) |
Għalhekk ġie ppubblikat avviż ieħor ta’ sejħa għall-offerti fit-30 ta’ Diċembru 2006 fil-ĠUUE, fl-4 ta’ Jannar 2007 f’Les Échos u fil-5 ta’ Jannar 2007 fil-Ġurnal tal-Marine Marchande. Żewġ kandidati ressqu l-offerti tagħhom, il-grupp bejn l-SNCM u s-CMN (17) minn naħa, u l-kumpanija Corsica Ferries (18) min-naħa l-oħra. |
(26) |
Il-parametri ekonomiċi proposti mill-grupp SNCM/CMN fl-offerta globali tiegħu ġew ippreżentati fid-deċiżjoni tal-ftuħ (19). Fit-28 ta’ Marzu 2007, il-grupp SNCM/CMN bagħat lill-OTC verżjoni mibdula tal-offerta tiegħu, li kienet tirriżulta b’mod partikolari fi tnaqqis sinifikanti tas-sussidju mitlub bħala kumpens tal-offerta globali. Dan wassal għal tibdil fil-livell stmat tat-traffiku, fil-valur tas-suq ta’ ċerti bastimenti tal-grupp, fid-data tal-kiri ta’ bastimenti ġodda, u kif ukoll fil-livell tal-iffrankar tal-kosti bejn l-offerta globali u l-offerti rotta b’rotta. |
(27) |
Wara li l-Assemblea ta’ Korsika aġġornat għall-1 ta’ Lulju 2007 id-data tal-bidu tad-delega l-ġdida u proċedura oħra ta’ negozjati, l-OTC ippropona li tiġi rrifjutata l-offerta ta’ Corsica Ferries (20). |
(28) |
Permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 07/108 tas-7 ta’ Ġunju 2007, l-Assemblea ta’ Korsika tat lill-grupp imsawwar mill-SNCM u mis-CMN id-delega ta’ servizz pubbliku għas-servizz marittimu bejn il-port ta' Marsilja u l-portijiet ta’ Korsika, u b’deċiżjoni fl-istess jum, il-president tal-kunsill eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Korsika ġie awtorizzat jiffirma l-FDSP (minn hawn ’il quddiem “iż-żewġ deċiżjonijiet tas-7 ta’ Ġunju 2007”). |
2.4.2. DUBJU DWAR IL-VALIDITÀ TAŻ-ŻEWĠ DEĊIŻJONIJIET TAS-7 TA’ ĠUNJU 2007
(29) |
It-tribunal amministrattiv ta’ Bastia ma laqax fl-24 ta’ Jannar 2008 it-talba ta’ Corsica Ferries biex jannulla ż-żewġ deċiżjonijiet tas-7 ta’ Ġunju 2007. Wara, il-Qorti amministrattiva tal-appell ta’ Marsilja annullat fis-7 ta’ Novembru 2011 is-sentenza tat-tribunal amministrattiv ta’ Bastia tal-24 ta’ Jannar 2008 kif ukoll iż-żewġ deċiżjonijiet tas-7 ta’ Ġunju 2007. |
(30) |
Skont it-termini tas-sentenza tagħha, il-Qorti amministrattiva tal-appell stabbilixxiet il-ksur tar-Regolament Nru 3577/92 dwar il-kabotaġġ marittimu (21) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament dwar il-kabotaġġ”) kif ukoll il-karattru illegali tal-għajnuna Statali tal-FDSP. F’dan ir-rigward is-sentenza tinvoka li d-dispożizzjonijiet tal-ewwel punt tal-Artikolu 7 tal-FDSP jagħmlu lil din tal-aħħar inkonsistenti mat-tielet kriterju tal-ġurisprudenza Altmark (22). Għaldaqstant, il-Qorti ordnat lill-Awtorità Reġjonali ta’ Korsika sabiex ittemm bi proċedura ta' ftehim reċiproku l-FDSP qabel l-1 ta’ Settembru 2012 (23). |
(31) |
Fuq appell tal-SNCM u tas-CMN, il-Kunsill tal-Istat annulla fit-13 ta’ Lulju 2012 is-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2011 (24) mogħtija mill-Qorti Amministrattiva tal-Appell, u rrefera l-kawża lill-Qorti amministrattiva tal-Appell ta’ Marsilja. |
2.5. TFAKKIRA TAD-DISPOŻIZZJONIJIET EWLENIN TAL-FDSP
(32) |
L-FDSP ġie ffirmat għall-perjodu li jkopri mill-1 ta’ Lulju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-Artikolu 1 jiddefinixxi l-għan tal-FDSP bħala l-provvista ta’ servizzi marittimi regolari fir-rotot kollha tad-delega ta' servizz pubbliku (minn hawn ’il quddiem id-“DSP”) bejn il-port ta’ Marsilja u l-portijiet li ġejjin: Bastia, Ajaccio, Porto-Vecchio, Propriano u Balagne. |
(33) |
L-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness 1 tal-FDSP jiddefinixxu n-natura ta’ dawn is-servizzi. B’mod partikolari, dan jiddistingwi:
|
(34) |
L-Artikolu 2 tal-FDSP jippreċiża l-kumpens finanzjarju ta’ referenza li fuqu d-delegati jaqblu sakemm iddum id-delega. L-ammonti ta’ dan il-kumpens finanzjarju ta’ referenza huma miġbura fit-tabella Nru 4 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(35) |
L-Artikolu 3 tal-FDSP jippreċiża li d-DSP ma tagħtix lok għall-esklussività fuq ir-rotot ikkunsidrati, iżda jagħmilha possibbli għal kumpaniji oħrajn li jwettqu servizz regolari mingħajr kumpens finanzjarju. Madankollu, kompetitur ġdid eventwali jkun soġġett għal xi obbligi ppreżentati fid-deċiżjoni tal-ftuħ (27). Barra minn hekk, l-Artikolu 3 jistipula li t-talbiet għall-kumpens finanzjarju tad-delegati kienu ddeterminati skont l-iskema ta’ għajnuna soċjali (28). |
(36) |
Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5.2 tal-FDSP, il-kumpens finanzjarju finali ta’ kull delegat għal kull sena huwa limitat għad-defiċit operattiv li jirriżulta mill-obbligi tal-ispeċifikazzjonijiet filwaqt li titqies produzzjoni ta’ 15 % tal-valur konvenzjonali tal-flotta fi proporzjon mal-jiem tal-użu effettiv tagħha għall-vjaġġi li jikkorrispondi għal dawn l-obbligi. Il-valur konvenzjonali huwa speċifikat fl-Anness III għall-FDSP (29). |
(37) |
L-Artikolu 7 tal-FDSP (minn hawn ’il quddiem “il-klawsola ta’ salvagwardja”) jippermetti t-tibdil tal-ammonti tas-somom f’daqqa annwali tal-kumpens finanzjarju mħallas lid-delegati konġunti, skont l-impenni tagħhom, stabbiliti sa tmiem l-FDSP fl-Artikolu 2 tiegħu. |
(38) |
L-Artikolu 7.1 jistipula li l-partijiet għandhom jiltaqgħu, f’każ ta’ tibdil kbir fil-kundizzjonijiet tekniċi, regolatorji jew ekonomiċi tal-kuntratt, sabiex jieħdu miżuri li jirrestawraw il-bilanċ finanzjarju inizjali, “speċjalment rigward it-tariffi massimi u l-adattament tas-servizzi”. |
(39) |
L-Artikolu 7.2 tal-FDSP ifakkar li l-ammonti tal-kumpens finanzjarju huma stabbiliti skont il-previżjonijiet tad-dħul mill-passiġġieri u mit-traffiku. Kull sena, fuq is-suppożizzjoni li l-valur assolut tad-differenza bejn id-dħul stmat (30) u d-dħul reali huwa ogħla minn 2 % tad-dħul stmat (31), jiġi pprovdut aġġustament ’l isfel jew ’il fuq tal-kumpens finanzjarju, għal kull kategorija ta’ dħul, u għal kull delegat (32). |
(40) |
Fl-FDSP (33) huwa previst li l-aġġustamenti tal-kumpens taħt din il-klawsola kellhom jingħataw limitu bi ftehim bejn il-partijiet matul it-tielet sena tal-implimentazzjoni tad-delega. |
(41) |
Id-dħul stmat għaż-żewġ tipi ta’ traffiku u ż-żewġ delegati huwa miġbur fil-qasir fit-tabella Nru 5 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(42) |
B’applikazzjoni tal-klawsola ta’ adattament, il-ftehim tad-delega ta’ servizz ġie modifikat permezz tal-emenda tat-28 ta’ Diċembru 2009. Din l-emenda wasslet sabiex jitneħħew 108 vjaġġ fis-sena bejn Marsilja u Korsika. In-numru ta’ postijiet disponibbli b’hekk naqas minn 9 000 għal 8 000 matul il-vaganzi tal-Milied, minn 3 500 għal 2 300 matul il-perjodu “rebbiegħa-ħarifa” u minn 85 000 għal 71 000 matul il-perjodu tas-“sajf” fuq ir-rotta Marsilja-Ajaccio. Il-kapaċità tas-servizz kumplimentari naqset b’7000 post fuq ir-rotta bejn Marsilja u Propriano. |
(43) |
L-OTC iddefinixxa wkoll mill-ġdid il-perjodi ta’ traffiku billi għamel distinzjoni bejn il-perjodu tal-eqqel staġun – perjodu ta’ 11-il ġimgħa tas-sajf, bejn l-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju u l-bidu ta’ Settembru – u l-perjodu tal-istaġun medju – perjodu ta’ 22 ġimgħa minn April sa Ġunju u mill-bidu ta’ Settembru sal-aħħar ta’ Ottubru minbarra l-vaganzi tal-iskola fir-rebbiegħa u l-vaganzi tal-Qaddisin Kollha. |
(44) |
It-tariffi u l-kumpens finanzjarju nbidlu wkoll. Fir-rigward tat-tariffi finanzjarji ta’ referenza, il-korrezzjoni (valur tas-sena 2007) mill-2010 sal-2013 twassal għal tnaqqis tal-ammonti annwali ta’ EUR 6,5 miljun għaż-żewġ delegati. L-ammonti riveduti tal-kumpens u tad-dħul stmat huma ppreżentati fit-tabelli Nri 7 u 8 tad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(45) |
Skont il-FDSP (34), 95 % tal-ammonti ta’ kumpens stmati indiċjati huma mħallsa b’pagamenti kull xahar fi żmien sebat ijiem wara t-trażmissjoni ta’ rapport qasir dwar l-implimentazzjoni tas-servizzi. Il-kumpens li jifdal, miżjud jew imnaqqas bl-aġġustamenti, jitħallas fis-sena, fi żmien 15-il jum wara t-trażmissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tas-servizzi. |
(46) |
It-total tal-kumpensi provviżorji kien ta’ EUR 659 miljun fl-2007. Minħabba l-klawsoli ta’ eskalazzjoni (inflazzjoni) u ta’ aġġustament (differenza bejn id-dħul reali u previst, il-bidliet fil-prezzijiet tal-fjuwil, il-penali), l-ammont tal-kumpens attwalment imħallas sal-2011 huwa dan li ġej:
|
(47) |
Il-kumpens imħallas lill-SNCM, stabbilit b’mod globali permezz tal-Artikolu 2 tal-FDSP, huwa maqsum bejn is-servizz bażiku (mogħti mill-bastimenti tal-merkanzija mħallta) u s-servizz kumplimentari (mogħti mill-vapuri tal-passiġġieri) skont sett ta’ regoli ta’ allokazzjoni li jipprovdu primarjament distribuzzjoni pro rata tar-riżultat – negattiv (35) – qabel il-kumpens finanzjarju ta’ kull wieħed mit-tipi ta’ servizz, kif stipulat fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-offerta tal-grupp SNCM-CMN (36). |
3. RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA FORMALI TA’ EŻAMINAZZJONI
(48) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-obbligu ta’ servizz pubbliku stabbilit, b’mod partikolari peress li dan jinkludi fl-istess waqt is-servizz bażiku u s-servizz kumplimentari. Il-Kummissjoni sabet li l-inklużjoni fid-DSP tas-servizz kumplimentari setgħet tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 3577/92 imsemmi qabel, li jwassal għan-nuqqas ta’ rispett tal-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark (obbligi ta’ servizz pubbliku definiti b’mod ċar). Il-Kummissjoni fil-fatt innutat li l-awtoritajiet Franċiżi ma wrewx il-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku għas-servizz kumplimentari u li dan ma kienx jidher indispensabbli għat-twettiq tajjeb tas-servizz bażiku. |
(49) |
It-tieni, il-Kummissjoni wriet dubji dwar il-parametri tal-kumpens tas-servizz pubbliku previsti mill-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ delega ta’ servizz pubbliku (ara l-premessi 86 sa 94 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) u l-konformità tagħhom mat-tieni kriterju tas-sentenza Altmark (parametri stabbiliti minn qabel biex ikun iddeterminat l-ammont tal-kumpens). Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet b’mod preliminari li l-varjazzjonijiet fl-ammont ta’ dħul stmat bejn l-offerti differenti magħmula mid-delegati seta' kellhom bħala effett li jagħmlu l-parametri tal-mekkaniżmu ta’ kumpens inqas trasparenti. Fl-aħħar nett, ċerta informazzjoni kienet tindika li seta’ ngħata xi kumpens finanzjarju lid-delegati barra mill-qafas tal-FDSP. |
(50) |
It-tielet, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar kemm ġie rrispettat it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark (kumpens ġust għall-kosti mġarrba mill-obbligi ta’ servizz pubbliku). Qalet li ma kellhiex l-informazzjoni meħtieġa li tindika li l-kodelegati ma rċevew l-ebda kumpens żejjed, b’mod partikolari fid-dawl tal-valutazzjoni tal-qligħ raġonevoli. Hija kienet imħassba wkoll b’mod partikolari dwar jekk l-Artikolu 5.2 tal-FDSP (ara l-premessi 95 sa 102 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) kienx biżżejjed sabiex jevita kull kumpens żejjed għall-kosti tal-fornituri. |
(51) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni wriet dubji dwar kemm kienet reali u miftuħa l-kompetizzjoni permessa mill-proċedura ta' akkwist, li hekk biss kienet twassal għall-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi s-servizzi inkwistjoni bl-inqas kost għall-komunità, skont ir-rekwiżiti tar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark (l-għażla tal-fornitur tas-servizz). Il-Kummissjoni ma kinitx eskludiet b’mod partikolari li r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, inklużi dawk relatati mal-età massima tal-flotta u l-possibbiltà li tiġi ppreżentata offerta komprensiva fuq ir-rotot kollha servuti, seta' kellhom l-effett li jipprevjenu kompetizzjoni effettiva għall-għoti tal-FDSP. |
(52) |
B’hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha dwar jekk l-FDSP kienx jissodisfa l-kriterji kollha tas-sentenza Altmark. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-SNCM u s-CMN gawdew minn vantaġġ selettiv mogħti permezz tal-FDSP. Barra minn hekk, minħabba li ż-żewġ kumpaniji joperaw fuq suq liberalizzat għal kollox mill-1 ta’ Jannar (37), il-Kummissjoni sabet ukoll li dan il-vantaġġ selettiv seta’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(53) |
Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li ma setgħetx teskludi li l-kumpens riċevut mill-SNCM u mis-CMN fil-kuntest tal-FDSP kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha li, sakemm ma tkunx tista’ tikkonkludi li l-obbligi ta’ servizz pubbliku ġew definiti tajjeb, ir-regoli speċifiċi relatati mal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE jistgħu japplikaw. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni kienet identifikat il-Qafas tal-Unjoni Ewropea tal-2011 applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku (38), minn hawn ’il quddiem “il-Qafas SIEĠ”, bħala l-bażi ġuridika applikabbli, mingħajr ħsara għal xi bażi oħra ta’ kompatibbiltà possibbli, li Franza setgħet tinvoka. |
4. IL-KUMMENTI TA’ FRANZA
(54) |
L-awtoritajiet Franċiżi l-ewwel jirrimarkaw li r-rotot barra d-DSP għandhom kontijiet analitiċi separati mir-rotot operati b’delega. |
(55) |
Imbagħad jenfasizzaw li l-protokoll ta’ privatizzazzjoni jinkludi klawsola ta’ terminazzjoni waħda biss. Din il-klawsola setgħet b’mod partikolari tiġi implimentata f’każ li s-CTC tiddeċiedi li tniedi konsultazzjoni dwar l-għoti tal-ftehim ta’ delega ta’ servizz pubbliku b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, f’każ li din id-delega ta’ servizz pubbliku ma tkunx konformi b’mod sostanzjali mal-linji gwida adottati mill-Assemblea Territorjali ta’ Korsika (39). L-awtoritajiet Franċiżi jgħidu li l-imsemmija klawsola tista’ tiġi implimentata wkoll fil-każ tal-għoti tad-delega lil parti terza, jew lill-SNCM f’kundizzjonijiet ekonomiċi konsiderevolment ħżiena. |
(56) |
L-awtoritajiet Franċiżi jinnutaw ukoll li l-SNCM m’għadx għandha interess indirett fis-CMN mit-2 ta’ Ottubru 2009, u b’hekk kwalunkwe relazzjoni finanzjarja bejn iż-żewġ kodelegati ġiet eliminata. |
(57) |
Huma jsemmu wkoll li t-tibdil tal-parametri tal-offerta tal-grupp SNCM/CMN bejn Frar 2007 u t-28 ta’ Marzu 2007 kien dovut għall-konsiderazzjoni tal-emendi relatati mal-livell previst tat-traffiku u mal-livell tal-kosti operattivi. Skonthom, il-valutazzjoni tal-valur tas-suq kienet ir-riżultat tal-valutazzjoni ta’ ditta ta’ senserija internazzjonali indipendenti, li sadanittant għamlet reviżjoni tal-istima tagħha bejn iż-żewġ offerti tal-SNCM. |
4.1. DWAR IL-KWALIFIKA TAL-GĦAJNUNA
(58) |
Franza ssottomettiet il-kummenti li ġejjin dwar il-valutazzjoni preliminari tal-issodisfar tal-kriterji tas-sentenza Altmark li għamlet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(59) |
Dwar l-eżistenza possibbli ta’ elementi ta’ għajnuna mill-Istat fl-FDSP, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu l-ewwel nett għas-sentenza mogħtija mill-Kunsill tal-Istat fit-13 ta’ Lulju 2012 (40) li permezz tagħha ġie deċiż li l-klawsola li tawtorizza l-adozzjoni ta’ miżuri biex jistabbilixxu mill-ġdid il-bilanċ fiskali inizjali ma tikkostitwixxix fiha nfisha għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE. |
4.1.1. DWAR IL-FIRXA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU U L-EWWEL KRITERJU TAS-SENTENZA ALTMARK
(60) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw id-distinzjoni magħmula mill-Kummissjoni bejn “servizz bażiku” u “servizz kumplimentari”. Minflok, huma jqisu li l-FDSP jiddefinixxi żewġ staġuni u programmi li għalihom jikkorrispondu volumi ta’ offerti differenti skont l-aktar perjodi intensivi. Kollha f’daqqa jikkorrispondu għal servizz permanenti flimkien mal-kapaċitajiet minimi addizzjonali minħabba l-evoluzzjoni tat-traffiku. |
(61) |
Rigward l-issodisfar tal-ewwel kundizzjoni stabbilita mill-Qorti fis-sentenza Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru d-diskrezzjoni wiesgħa tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ SIEĠ. Huma jenfasizzaw li l-kontroll tal-Kummissjoni huwa limitat għal dak li jawtorizza l-valutazzjoni tal-iżball manifest. |
(62) |
Huma jżidu li s-servizz permanenti huwa inseparabbli mis-servizz kumplimentari. L-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għas-sentenza msemmija qabel tal-Kunsill tal-Istat li tikkonkludi li r-Regolament 3577/92 ma jipprekludix li l-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku tiġi vvalutata globalment, mingħajr ma jkun hemm bżonn jiġi eżaminat jekk din il-ħtieġa hijiex iġġustifikata f’kull ħin. L-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw f’dan ir-rigward l-importanza li l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku ma jiġix limitat għall-attivitajiet li ma jagħmlux qligħ sabiex jiżguraw ekwalizzazzjoni. Huma jiddikjaraw insostenn tal-pożizzjoni tagħhom li l-ispeċifikazzjonijiet tal-FDSP ma jirrikjedux l-użu ta’ bastimenti differenti għas-servizz permanenti u għas-servizz kumplimentari. |
(63) |
Rigward il-kapaċità tal-operaturi tas-suq li jipprovdu s-servizz ta’ trasport marittimu, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-evoluzzjoni tat-traffiku tar-rotta bejn Marsilja u Korsika mqabbla ma’ dik tar-rotta bejn Toulon u Korsika ma tistabbilixxix fiha nnifisha żball manifest fid-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-SIEĠ. Huma jfakkru li f’deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2006 (41), il-Kunsill tal-Kompetizzjoni kkonkluda dwar in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà bejn is-swieq tad-diversi servizzi ta’ Korsika. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li r-rotot marittimi minn Marsilja huma suq rilevanti. |
(64) |
L-awtoritajiet Franċiżi jemmnu wkoll li x-xejra negattiva tat-traffiku minn Marsilja fl-2004 u fl-2005 kienet ġejja mill-qtugħ tas-servizz għal aktar minn xahar minħabba movimenti soċjali fl-SNCM. Għall-kuntrarju, iż-żieda fit-traffiku minn Toulon hija parzjalment dovuta għal effett tal-assorbiment tad-domanda mill-portijiet tal-Italja. |
(65) |
Fl-aħħar nett huma jsostnu li s-CTC ma għamlet l-ebda oversizing tal-offerta. Il-livell tal-kapaċitajiet kien ġej b’mod partikolari mill-ħtieġa ta’ kontinwità tas-servizz pubbliku, kif ukoll, b’mod aktar ġenerali, mid-dispożizzjonijiet tal-FDSP li jimponu obbligi ta’ tariffi u ta’ kwalità tas-servizz. |
4.1.2. DWAR IL-KRITERJI L-OĦRAJN TAS-SENTENZA ALTMARK
(66) |
Rigward il-konformità mat-tieni u t-tielet kriterji tas-sentenza Altmark imsemmija qabel, l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw l-ewwel nett li l-Artikolu 7.1 tal-FDSP, li jippermetti lill-partijiet jiltaqgħu sabiex jiddeterminaw il-miżuri biex jirrestawraw il-bilanċ finanzjarju tal-bidu, m’għandux jiddetermina minn qabel il-forma ta’ dan l-adattament. Din il-libertà hija kundizzjoni meħtieġa għall-flessibbiltà tas-servizz skont l-ambjent tiegħu. Imbagħad l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li dawn l-emendi fl-FDSP jistgħu kemm iżidu kif ukoll inaqqsu l-kumpens finanzjarju mħallas, iżda li huma jirrigwardaw l-aktar l-obbligi tad-delegati jew il-prezzijiet imħallsa mill-utenti. Għall-awtoritajiet Franċiżi, fil-każ li kellha tiġi deċiża żieda tal-kumpens imħallas mis-CTC, aktarx li din il-miżura kienet tkun dik ivvalutata fid-dawl tal-kriterji tas-sentenza Altmark imsemmija qabel, u mhux l-Artikolu 7.1 tal-FDSP innifsu. |
(67) |
Rigward l-issodisfar tar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark iċċitata aktar ’il fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw il-grad ta’ kompetizzjoni pprovdut mill-proċedura ta' akkwist bħala suffiċjenti. Huma jargumentaw ukoll li din il-proċedura rriżultat f’diversi applikazzjonijiet u offerti, li ma ġiet irreġistrata l-ebda talba jew rikors kontra l-kundizzjonijiet imposti mill-ispeċifikazzjonijiet, li l-offerti kollha kienu nnegozjati b’mod attiv, fejn il-president tas-CTC għamel għażla bejn diversi offerti, u li d-differenzi tagħhom fit-termini ta’ kwalità ma jappoġġjawx it-teżi ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva, u li s-suċċessjoni ta’ tilwim dwar id-DSP inkwistjoni tistabbilixxi fiha nfisha r-realtà tal-kompetizzjoni fl-azzjoni. |
(68) |
Barra minn hekk l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw l-indipendenza bejn il-proċedura ta’ privatizzazzjoni tal-SNCM u l-proċedura ta’ delega tas-servizz pubbliku kif ukoll ir-responsabbiltà sħiħa u unika tas-CTC f’dak li jirrigwarda s-servizz marittimu ta’ Korsika. |
(69) |
Finalment, bi tweġiba għad-dubji tal-Kummissjoni mfakkra fil-premessa 51 aktar ’il fuq, l-awtoritajiet Franċiżi josservaw li l-Istati Membri jistgħu b’mod leġittimu (42), fid-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport marittimu, jimponu obbligi li jmorru lil hinn mill-kundizzjonijiet li jirrigwardaw 1/il-portijiet li jingħataw is-servizz, 2/ir-regolarità, 3/il-kontinwità, 4/il-frekwenza, 5/il-kapaċità ta’ provvista tas-servizz, 6/it-tariffi użati u 7/l-ekwipaġġ tal-bastiment. |
4.2. KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN
(70) |
B’mod sussidjarju, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kundizzjonijiet kollha tal-Qafas SIEĠ, jekk hija d-definizzjoni tas-SIEĠ, il-preċiżjoni tal-mandat, it-tul mhux eċċessiv tiegħu, il-konformità mad-Direttiva 2006/111/KE dwar it-trasparenza finanzjarja (43) kif ukoll n-nuqqas ta’ kumpens żejjed, huma rrispettati f’dan il-każ partikolari. |
5. OSSERVAZZJONIJIET MILL-PARTIJIET TERZI INTERESSATI
5.1. OSSERVAZZJONIJIET TAL-KUMPANIJA CORSICA FERRIES
(71) |
Corsica Ferries tfakkar l-ewwel nett il-kwistjoni ekonomika tat-trasport marittimu lejn Korsika għall-atturi tas-suq, filwaqt li tenfasizza b’mod partikolari li l-użu tal-linji kkunsidrati ġeneralment jirrappreżenta sehem mill-introjtu nett tal-operaturi ogħla mill-fatturat tagħhom li jirriżulta minn din l-attività (44). |
5.1.1. DWAR IL-KWALIFIKA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT TAL-FDSP
(72) |
L-ewwel nett Corsica Ferries tikkumenta dwar il-kwalifika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat. Tqis li l-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati f’dan il-każ u tqis b’mod partikolari li l-għajnuna mogħtija mill-OTC hija ta' vantaġġ selettiv għall-benefiċjarji tagħha, li jista’ joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Rigward l-erba’ kriterji tas-sentenza Altmark, hija tagħmel dawn il-kummenti li ġejjin. |
5.1.1.1. Dwar l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark
(73) |
Fuq is-separabbiltà tas-servizz bażiku mis-servizz kumplimentari, Corsica Ferries tqis li mill-FDSP stess kif ukoll mill-implimentazzjoni tiegħu, jirriżulta li dawn l-attivitajiet huma separabbli. B’mod ġenerali, hija tenfasizza li l-obbligi ta’ servizz pubbliku meħtieġa jkunu aktar eżiġenti fir-rigward tas-servizz bażiku, skont sett ta’ kriterji dettaljati hawn taħt: Paragun tar-rekwiżiti tekniċi għas-servizz bażiku u s-servizz kumplimentari fuq ir-rotot ta’ Marsilja lejn Ajaccio u Bastia
|
(74) |
B’mod aktar speċifiku, Corsica Ferries tikkontesta li s-servizz kumplimentari jista’ jitqies bħala teknikament essenzjali għas-servizz bażiku. Hija tosserva li l-bastimenti tas-servizz kumplimentari (car-ferries) ma jistgħux jintużaw għall-operat tas-servizz bażiku (merkanzija mħallta), li l-persunal impjegat għall-operat ta’ dawn l-attivitajiet huwa differenti u li l-ispeċifikazzjonijiet jafdaw l-operat tas-servizz kumplimentari lill-SNCM biss. Hija tinnota wkoll li l-ispeċifikazzjonijiet, kif previst għall-perjodu ta’ wara l-2013, jipprovdu li d-delegat se jkun responsabbli biss għas-servizz bażiku. |
(75) |
Dwar in-nuqqas ta’ inizjattiva privata, Corsica Ferries tgħid li l-awtoritajiet Franċiżi ma wrewx li l-offerta tas-servizz kif tkun teżisti f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ħielsa ma tissodisfax il-ħtiġijiet definiti ta’ servizz pubbliku. |
(76) |
Hija tqis l-ewwel nett li, minħabba l-obbligi li jakkumpanjawh, huwa biss is-servizz bażiku li jwieġeb għal ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku. Għall-kuntrarju, is-servizz kumplimentari jiddevja minn dan għaliex jirrigwarda biss it-trasport tal-passiġġieri, matul ċerti perjodi tas-sena, għal tliet portijiet biss mis-sitta li hemm f'Korsika. Għal Corsica Ferries, din il-valutazzjoni hija kkonfermata miż-żieda ta’ 40 % tal-limiti massimi tat-tariffi tul il-perjodu tas-sajf u mill-fatt li l-passiġġieri tas-servizz kumplimentari ikunu essenzjalment turisti li għalihom huwa irrilevanti jekk iżurux Korsika billi jitilqu mill-portijiet ta’ Marsilja jew ta’ Toulon. Għall-kuntrarju, il-passiġġieri tas-servizz bażiku huma essenzjalment residenti ta’ Korsika jew tan-Nofsinhar ta’ Franza, li jimpurtahom aktar mill-qrubija tal-port tat-tluq għad-dar tagħhom. |
(77) |
Skont Corsica Ferries, l-evoluzzjoni tat-traffiku bejn l-2002 u l-2005, ikkaratterizzata minn żieda żgħira fit-traffiku fuq is-servizz bażiku (45), tnaqqis kbir mit-traffiku fuq is-servizz kumplimentari (46) u żieda fit-traffiku bejn Toulon u Korsika (47), tenfasizza l-kompetizzjoni diretta bejn l-offerta tas-servizz kumplimentari u l-offerta tagħha stess ta’ tluq minn Toulon. Din il-kompetizzjoni tikkonferma n-natura kummerċjali u kompetittiva tas-servizz kumplimentari li, għalhekk, ma jissodisfax ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku. |
(78) |
It-tieni nett, Corsica Ferries tqis li s-servizz kumplimentari kif stabbilit mill-FDSP mhuwiex proporzjonat fir-rigward tas-sentenza Analir (48), għaliex huwa ovvjament eċċessiv meta mqabbel mat-traffiku tar-rotot marittimi bejn Marsilja u Korsika. |
(79) |
Fl-aħħar nett, Corsica Ferries tgħid li, fid-data tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea ta’ Korsika fl-24 ta’ Marzu 2006, is-servizz kumplimentari ma setax jitqies bħala li jwieġeb għal xi nuqqas tal-inizjattiva privata. Hija tenfasizza wkoll li għalkemm il-livell tal-offerta tagħha żdied b’455 % bit-tluq minn Toulon bejn is-sena 2000 u l-2007, hija tillimita minn jeddha din l-offerta minħabba l-eżistenza ta’ servizz kumplimentari ssussidjat. Hija tgħid li l-kapaċitajiet li hija toffri għall-perjodi tas-sajf u tar-rebbiegħa u l-ħarifa, assoċjati ma’ dawk korrispondenti għas-servizz bażiku offrut mid-delegat, ikunu biżżejjed sabiex jissodisfaw id-domanda. Għalhekk tindika li r-rata ta’ mili tal-bastimenti għad-delegat li għandu s-servizz kumplimentari fuq id-DSP 2007-2013 inizjalment ma kinitx taqbeż it-30 % (49). Minn dan Corsica Ferries tikkonkludi li n-nuqqas tal-inizjattiva privata ma setax ikun ivvalutat bl-istess mod meta ġew adottati l-ispeċifikazzjonijiet tad-DSP 2007-2013 u fil-perjodu ta’ qabel. |
(80) |
Barra minn hekk, Corsica Ferries tqis li l-argument tagħha japplika parzjalment ukoll għat-traffiku tal-merkanzija. Hija tinnota li l-iżvilupp tas-suq tal-merkanzija li titlaq minn Toulon ma kellux impatt negattiv fuq il-volumi trasportati fil-qasam tad-DSP, li jenfasizza l-ħolqien ta’ servizz li jkun jirrispetta l-ħtiġijiet ta’ kontinwità u ta’ kwalità tas-servizz u kien ikun jissodisfa ħtieġa mhux issodisfata. |
(81) |
Corsica Ferries tqis li minn dan li ntqal jirriżulta li l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark mhuwiex issodisfat f’dan il-każ. |
5.1.1.2. Dwar it-tieni kriterju tas-sentenza Altmark
(82) |
Dwar l-ammont tal-kumpens, Corsica Ferries tikkunsidra li dan għandu jiġi vvalutat fid-dawl tar-regolamentazzjoni applikabbli li tkun telimina kull possibbiltà ta’ kompetizzjoni mal-kodelegati. |
(83) |
Corsica Ferries tikkunsidra l-ewwel nett li l-kumpens tas-servizz pubbliku ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ eżattezza, oġġettività u trasparenza. Tqis li r-referenza għaż-żieda “anormali, imprevedibbli u indipendenti mir-rieda tat-trasportaturi” li tista’ tiġġustifika l-evoluzzjoni tal-ogħla tariffi mhijiex eżatta biżżejjed. B’mod ġenerali, il-kumpens finanzjarju jiżdied aktar malajr milli jonqos id-dħul reali, u viċi versa. |
(84) |
Hija żżid li r-reviżjoni ’l fuq tad-dħul stmat bejn l-offerta ta’ Diċembru 2006 u l-offerta ta’ Marzu 2007 kellha l-għan, b'applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja tad-dħul (Artikolu 7 tal-FDSP), li twassal għall-ħlas ta’ kumpens addizzjonali għas-sussidju operattiv. Barra minn hekk, hija tqis li l-bażi li sservi ta’ referenza għad-determinazzjoni tal-valur tal-bastimenti tal-SNCM la hija oġġettiva u lanqas trasparenti, peress li din il-bażi inbidlet b’mod sostanzjali bejn l-offerti differenti magħmula mill-kumpanija. |
(85) |
Corsica Ferries tqis ukoll li l-parametri tal-kalkolu tal-kumpens marbut mal-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja ma ġewx stabbiliti. Din l-inċertezza kienet tirriżulta f’finanzjament addizzjonali mogħti lill-kodelegati. Tqis li l-kumpens parzjali tad-differenza bejn id-dħul stmat u d-dħul reali ġie kkalkolat b’referenza għal stima għolja tat-traffiku. |
5.1.1.3. Dwar it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark
(86) |
Min-naħa, Corsica Ferries tqis li rata ta’ redditu tal-kapital investit ta’ 15 % tkun eċċessiva fir-rigward tal-istandards ta’ trasport marittimu. Tqis li dan l-effett żdied minħabba l-livell li bih l-SNCM ivvalutat il-valur tas-suq tal-bastimenti tagħha. |
(87) |
Min-naħa l-oħra, tqis li ma ġie implimentat l-ebda mekkaniżmu ta’ kontroll effettiv sabiex ikun garantit in-nuqqas ta’ kumpens żejjed. |
5.1.1.4. Dwar ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark
(88) |
Corsica Ferries issostni li l-proċedura ta' akkwist tad-DSP ma kinitx tiggarantixxi kompetizzjoni reali u miftuħa biżżejjed. Hija tqis li r-riżultat ta’ din il-proċedura kien influwenzat mill-konsegwenzi ekonomiċi li kkawżat l-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ terminazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ tiġdid tad-DSP. Tqis ukoll li l-kundizzjonijiet imposti mill-ispeċifikazzjonijiet ma pprovdewx kompetizzjoni effettiva. Hija ssemmi l-klawsola li tevita ħsara lill-kundizzjonijiet ekonomiċi tad-delegat (50), il-portata tal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, in-nuqqas ta’ kumpens finanzjarju għall-benefiċċju tal-kumpaniji li jikkompetu mal-kodelegati, is-setgħa ta’ diskrezzjoni tal-OTC dwar id-derogi għar-regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti (RSSO) u għall-ispeċifikazzjonijiet, l-obbligu li jintużaw il-bastimenti mdaħħla fis-servizz wara l-1 ta’ Jannar 1987, l-oversizing tas-servizz pubbliku tas-servizzi marittimi, in-nuqqas ta’ allokazzjoni bejn is-servizz bażiku u s-servizz kumplimentari u l-interpretazzjoni tal-RSSO rigward il-preżentazzjoni ta’ offerta li tinvolvi bastimenti mhux imsemmija. |
(89) |
Barra minn hekk, Corsica Ferries tenfasizza li l-proċedura ta' akkwist tad-DSP ma wasslitx biex tintgħażel l-orħos offerta. L-offerta tal-grupp SNCM/CMN wasslet għal ħlas ta’ sussidju li kien jaqbeż bi EUR 15-il miljun fis-sena dik li kienet tirriżulta minn taħlita mal-offerta ta’ Corsica Ferries. |
(90) |
Għaldaqstant, Corsica Ferries tenfasizza li l-livell ta’ kumpens kellu jkun iddeterminat b’referenza għal impriża medja, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat bil-mezzi meħtieġa. Filwaqt li temmen li hija tista’ tkun din ir-referenza, hija tqis ukoll li setgħet kienet kapaċi sservi l-portijiet ta’ Ajaccio, ta’ Propriano u ta’ Porto-Vecchio b'kost li kien ikun inqas min-nofs dak propost mill-grupp SNCM/CMN. |
5.1.2. RIMARKI DWAR L-ISKEMA TA’ GĦAJNUNA SOĊJALI
(91) |
Corsica Ferries tenfasizza li l-iskema ta’ għajnuna soċjali tippreżenta l-vantaġġ li jitħallas biss ir-rimborż tal-vjaġġi li effettivament ikunu saru mill-passiġġieri eliġibbli, kuntrarjament għad-DSP li jiffinanzja kapaċità tat-trasport. Din l-iskema ta’ għajnuna soċjali tiffinanzja l-obbligi ta’ servizz pubbliku b'kost sostanzjalment aktar baxx minn dak implikat mis-sistema ta’ DSP. |
5.2. OSSERVAZZJONIJIET TAL-SNCM U TAL-CMN
5.2.1. DWAR IL-FIRXA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU U L-EWWEL KRITERJU TAS-SENTENZA ALTMARK
(92) |
L-SNCM u s-CMN jikkunsidraw l-ewwel net li l-FDSP ma jagħmilx distinzjoni bejn servizz bażiku u servizz kumplimentari. L-istess bħall-awtoritajiet Franċiżi, huma jqisu li l-FDSP jiddefinixxi żewġ staġuni-programmi li għalihom jikkorrispondu volumi ta’ offerti differenti minħabba l-perjodi l-aktar intensivi. Skont l-SNCM, m'hemmx dubju li l-komunità għandha tħallas il-kosti fissi imposti fuq id-delegati s-sena kollha sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet speċifiċi tad-delega. |
(93) |
L-SNCM tfakkar f’dan il-kuntest li l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fil-qasam tas-SIEĠ li tista’ tiġi kkontestata biss mill-Kummissjoni meta jkun hemm żball manifest tal-valutazzjoni. Temmen f’dan ir-rigward li jkun eċċessiv, f’termini ta’ piż tal-prova, li wieħed jitlob lill-Istat Membru kkonċernat li juri li s-servizzi regolari tat-trasport kif ipprovduti f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ħielsa ma jissodisfawx il-ħtiġijiet definiti bħala servizz pubbliku. |
(94) |
L-SNCM tikkunsidra wkoll li mill-Artikolu 4 tar-Regolament 3577/92 ma jirriżultax li l-kriterju tal-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku marbut ma’ nuqqas ta’ inizjattiva privata huwa regola ġenerali applikabbli f’dan il-każ. Hija tqis li l-interpretazzjoni li kienet saret mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Analir (51) ma tikkundizzjonax b’mod ġenerali dan il-kriterju bil-kapaċità tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-kamp ta' applikazzjoni tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku. |
(95) |
L-SNCM u s-CMN iqisu wkoll, bħall-awtoritajiet Franċiżi, li jekk il-Kummissjoni ma tagħżilx din l-interpretazzjoni, il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku marbut ma’ nuqqas ta’ inizjattiva privata għandha tkun ivvalutata globalment għall-perjodu kollu ta’ twettiq tal-kuntratt. Din il-valutazzjoni globali b’hekk tnaqqas il-piż tas-servizz pubbliku permezz tal-kumpens bl-introjtu mill-aktar staġun intensiv. Għalhekk huwa kruċjali li wieħed jivvaluta jekk l-operatur privat għandux il-kapaċità li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ regolarità, kontinwità u frekwenza tas-servizz tul is-sena kollha. Is-CMN tqis ukoll li l-servizz bażiku huwa inseparabbli mis-servizz kumplimentari. |
(96) |
L-SNCM tinnota f’dan il-kuntest li l-ispeċifikazzjonijiet tad-DSP ma jeżiġux l-użu ta’ bastimenti differenti għas-servizz permanenti u s-servizz kumplimentari. |
(97) |
Hija tqis ukoll li l-paragun tat-traffiku fuq ir-rotot bejn Marsilja u Korsika u Toulon u Korsika mhuwiex biżżejjed sabiex ikun stabbilit żball manifest ta’ valutazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kapaċità tal-offerta privata li twieġeb għall-bżonn kif definit mill-OSP. Barra minn hekk, it-tnaqqis tat-traffiku globali pprovdut mill-kodelegati matul is-snin 2004-2005 huwa marbut, kif jaħsbu l-awtoritajiet Franċiżi, mal-interruzzjoni tas-servizz tal-SNCM minħabba l-movimenti soċjali. Għall-kuntrarju, it-tkabbir tat-traffiku li jitlaq minn Toulon huwa marbut mal-effett ta’ assorbiment tad-domanda mill-Italja. |
(98) |
Rigward il-possibbiltà ta’ oversizing tal-offerta tas-servizz tal-FDSP, l-SNCM tqis li l-perjodu ta’ referenza m’għandux jinkludi s-snin 2004 u 2005 minħabba l-movimenti soċjali msemmija aktar ’il fuq. Għaldaqstant, il-laneċ tal-passiġġieri huma meħtieġa sabiex jassorbu t-traffiku tal-aktar staġun intensiv. Is-CMN tiddikjara wkoll li s-sizing tal-offerta kien ibbażat fuq l-ambjent ekonomiku, it-tfixkil fis-servizz u d-direzzjoni tat-traffiku fl-aktar staġun intensiv li jirriżultaw mill-vjaġġi b’għadd żgħir ta’ passiġġieri. |
(99) |
L-SNCM u s-CMN jinnotaw ukoll li s-servizzi offruti minn Corsica Ferries minn Toulon mhumiex soġġetti għall-istess obbligi ta’ dawk imposti fuq il-kodelegati b'applikazzjoni tal-FDSP. Fis-settur tal-merkanzija, l-SNCM u s-CMN jenfasizzaw l-obbligi tal-ħin, tal-kapaċitajiet ta’ piż tat-tagħbija u ta’ tariffi li huma soġġetti għalihom. Fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri, l-SNCM tqis li r-restrizzjonijiet ta’ ħin jillimataw l-għadd ta’ rotazzjonijiet, li r-restrizzjonijiet baxxi tat-tariffi ta’ Corsica Ferries jagħtuha libertà kummerċjali akbar u li l-obbligi ta’ kwalità tas-servizz iwasslu għal kosti ogħla sostnuti mill-kodelegati. Bl-istess mod, l-SNCM issemmi l-ispeċifiċità tad-destinazzjonijiet dipartimentali inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet kif ukoll l-obbligi tagħha ta’ rotazzjonijiet kuljum, kif tfakkar Corsica Ferries. |
(100) |
B’mod sussidjarju, l-SNCM tenfasizza li s-sussidji li minnhom ibbenefikaw l-atturi l-oħra fuq is-suq, u b’mod partikolari l-għajnuna soċjali, setgħu kellhom rwol fl-evoluzzjoni tat-traffiku. Għalhekk, dan tal-aħħar ma jurix kapaċità mnaqqsa tad-delegati li jirrispettaw l-obbligi tagħhom. |
(101) |
Fl-aħħar nett, l-SNCM tinnota li l-offerta ta’ servizz ġiet iddeterminata fl-2007. B’hekk, it-tnaqqis tal-ħtiġijiet tal-OTC fl-2009 huwa primarjament marbut mal-kuntest tal-kriżi ekonomika kif ukoll mal-investimenti magħmula mill-kumpanija Corsica Ferries. |
5.2.2. DWAR IT-TIENI KRITERJU TAS-SENTENZA ALTMARK
(102) |
L-istess bħall-awtoritajiet Franċiżi (ara l-premessa 66 hawn fuq), l-SNCM tqis li l-Artikolu 7.1 tal-FDSP huwa biżżejjed sabiex jiddetermina l-parametri li fuq il-bażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens. Barra minn hekk, il-miżura adottata biss fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni x’aktarx tkun soġġetta għal kontroll, b’esklużjoni tal-eżistenza tal-Artikolu 7.1 innifsu. |
(103) |
L-SNCM u s-CMN jikkunsidraw ukoll li r-raġunament użat minn Franza fil-premessa msemmija qabel tapplika wkoll għall-kwistjoni tal-aġġustament tal-kumpens skont id-dħul reali previst mill-FDSP. L-applikazzjoni ta’ din il-klawsola hija awtomatika u ma tagħti ebda lok ta’ interpretazzjoni soġġettiva. Imbagħad, min-naħa tagħha, il-klawsola ta’ salvagwardja “fjuwil” tiġi ġġustifikata mill-impossibbiltà li titbassar l-evoluzzjoni tas-swieq u l-impatt tal-bdil fir-regolamentazzjonijiet. Is-CMN tenfasizza fl-aħħar nett li l-klawsola ta’ salvagwardja tad-dħul tapplika fir-rigward tat-tnaqqis iżda wkoll taż-żieda ta’ dawn tal-aħħar. |
(104) |
L-SNCM tqis li l-varjazzjoni fl-ammont tad-dħul stmat bejn id-diversi offerti proposti mill-kodelegati ma tipperikolax it-trasparenza tal-parametri tal-mekkaniżmu ta’ kumpens. |
(105) |
Il-kumpanija SNCM tispeċifika wkoll li ma tħallas l-ebda kumpens finanzjarju barra l-qafas previst mid-DSP. Tisħaq li, f’ċerti każijiet ta’ tfixkil fis-servizz, l-FDSP jipprovdi li l-ispejjeż imġarrba mid-delegat għall-implimentazzjoni tal-mezzi ta’ sostituzzjoni jew bħala kumpens għall-klijenti, jitnaqqsu mill-penali kuntrattwali mitluba mill-OTC lid-delegati. Madankollu, kieku t-talba mibgħuta mill-SNCM lill-OTC bħala tali tammonta effettivament għal EUR 600 000, din ma kinitx titħallas u kienet tikkorrispondi biss għal dispożizzjoni li tistma l-kumpens imħallas mill-SNCM minħabba l-moviment soċjali tal-2010. |
5.2.3. RIGWARD IL-KRITERJI L-OĦRA TAS-SENTENZA ALTMARK
(106) |
Dwar il-livell ta’ kumpens għall-kosti maħluqa mill-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-SNCM u s-CMN iqisu li ma bbenefikaw minn ebda kumpens żejjed. Fir-rigward tal-ħtiġijiet applikabbli għar-redditu fuq il-kapital, għall-kuntrarju, l-SNCM tisħaq li l-kosti ġġenerati mill-obbligi ta’ servizz pubbliku ma kinux ikkumpensati biżżejjed, u dan wassal għal riżultat negattiv wara l-imposti tal-kapital. |
(107) |
Dwar il-proċedura tal-għażla tal-fornitur tas-servizz, l-SNCM tfakkar li l-protokoll tal-privatizzazzjoni kien jinkludi klawsola ta’ terminazzjoni unika. Din għandha tkun analizzata fl-istess termini bħal dawk imressqa mill-awtoritajiet Franċiżi msemmija fil-premessa 55 hawn fuq. Hija temmen ukoll li l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-SNCM, li ma setax jimpenja lis-CTC, ma kellu l-ebda influwenza fuq il-proċess tal-allokazzjoni tad-DSP. |
(108) |
L-SNCM u s-CMN iqisu wkoll li l-ħtiġijiet tal-ispeċifikazzjonijiet ma kkuntestawx in-natura kompetittiva tal-proċedura ta' akkwist tad-delega. Huma jqisu li l-kontroll tas-sodisfar tar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark ma jaffettwax l-adegwatezza tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq l-operaturi terzi tad-DSP. |
(109) |
L-SNCM u s-CMN jenfasizzaw ukoll li l-limitazzjonijiet magħmula fil-kontenut tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku mir-Regolament 3577/92 ma jimpedixxux lill-Istati Membri li jżidu rekwiżiti oħra fihom. |
(110) |
Filwaqt li tibbaża fuq l-argumenti kollha sostnuti mill-awtoritajiet Franċiżi u ppreżentati fil-premessa 67 hawn fuq, l-SNCM tqis ukoll li l-proċedura tal-għażla tad-delegat ma kinitx diskriminatorja. Il-fatt li Corsica Ferries tikkontesta l-imparzjalità tat-Tribunal Amministrattiv ta’ Bastia u tas-CTC hija konferma għall-SNCM. |
(111) |
B’mod sussidjarju, l-SNCM u s-CMN iqisu li, jekk wieħed jassumi li l-kriterji tas-sentenza Altmark mhumiex issodisfati, il-kumpens riċevut għandu jitqies bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern fir-rigward tal-Qafas tas-SIEĠ. F’dan ir-rigward, huma jemmnu li t-tul tad-delega huwa raġonevoli u li s-servizzi barra d-DSP għandhom kontijiet analitiċi separati mir-rotot operati taħt id-delega, u b’hekk jikkonformaw mad-Direttiva 2006/111/KE dwar it-trasparenza finanzjarja. |
6. IL-KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
6.1. DWAR IL-FIRXA TAS-SERVIZZ PUBBLIKU U L-EWWEL KRITERJU TAS-SENTENZA ALTMARK
(112) |
Dwar l-osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries rigward is-sodisfar tal-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark imsemmi qabel, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru l-ewwel nett il-pożizzjoni tagħhom dwar in-natura inseparabbli tas-servizz bażiku mis-servizz kumplimentari. Iqisu li l-użu ta’ persunal temporanju għall-operat tas-servizz kumplimentari mhuwiex prova kontrarja. |
(113) |
Imbagħad ma jaqblux mad-dikjarazzjoni ta’ Corsica Ferries li l-kriterju tal-kapaċità huwa l-uniku rekwiżit fis-servizz kumplimentari. Ifakkru li l-kriterju tal-kwalità stabbilit mill-ispeċifikazzjonijiet huwa ugwalment applikabbli. |
(114) |
Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet tad-DSP ma jeżiġux l-użu ta’ bastimenti differenti għas-servizz permanenti u s-servizz kumplimentari. |
(115) |
Jemmnu wkoll li huwa infondat li wieħed jillimita l-analiżi ta’ nuqqas possibbli tal-inizjattiva privata għall-perjodi li jaqgħu taħt is-servizz kumplimentari biss. Huma jemmnu li ċ-ċaħda tal-kwalifika ta’ servizz pubbliku għas-servizz kumplimentari għaliex jintuża l-iktar għat-trasport tat-turisti hija mingħajr bażi, peress li l-għan tiegħu huwa li jiggarantixxi l-kontinwità territorjali u li jtaffi r-restrizzjonijiet maħluqa mill-insularità ta’ Korsika. |
(116) |
L-awtoritajiet Franċiżi ma jaqblux mal-analiżi ta’ Corsica Ferries rigward l-adegwatezza tal-livell tal-offerta magħżula mill-FDSP għas-servizz addizzjonali. Huma jqisu li l-perjodu ta’ referenza għat-traffiku tal-passiġġieri għandu jkun limitat għall-perjodu ta’ wara l-2006, peress li s-snin 2002 sal-2005 kienu kkaratterizzati minn tfixkil fis-servizz marbut ma’ xi movimenti soċjali. Huma jattribwixxu wkoll l-oversizing globali tal-offerta tul il-perjodu 2010-2013 għall-ikkummissjonar tal-bastiment Smeralda minn Corsica Ferries. |
(117) |
Finalment, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li Corsica Ferries hija l-benefiċjarja ewlenija tal-iskema ta’ għajnuna soċjali peress li l-ammont tagħha jiddependi mill-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati. Barra minn hekk, Corsica Ferries qiegħda tqis biss il-kapaċità ta’ trasport mingħajr ma tirreferi għall-kriterji l-oħrajn bħal dak tal-kwalità tas-servizz. |
6.2. DWAR IL-KRITERJI L-OĦRAJN TAS-SENTENZA ALTMARK
(118) |
Rigward l-osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries dwar il-konformità mat-tieni u t-tielet kriterju tas-sentenza Altmark imsemmija aktar ’il fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li t-tibdil permezz ta’ emenda tad-DSP li sar fit-28 ta’ Diċembru 2009 jirriżulta mid-differenza bejn it-traffiku previst stabbilit fuq il-bażi ta’ miri ambizzjużi ta’ żvilupp ekonomiku u r-realtà li rriżultat mill-kuntest ta’ tnaqqis fl-attività ekonomika u miż-żieda fl-offerta ta’ trasport marittimu. Jisħqu li l-kontroll tas-sistema ta’ kumpens li jsir mill-awtoritajiet finanzjarji ma jindirizzax il-konformità tagħha mal-liġi applikabbli ta’ għajnuna mill-Istat iżda jindirizza r-regolarità, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ġestjoni tagħha. L-awtoritajiet Franċiżi jisħqu wkoll li l-osservazzjonijiet magħmula kienu jirrigwardaw ukoll is-sistema ta’ għajnuna soċjali li minnha tibbenefika primarjament Corsica Ferries, li l-ammonti ddedikati għaliha telgħu minn EUR 13,8 miljun għal EUR 20,8 miljun bejn l-2002 u l-2009 skont l-awtoritajiet Franċiżi. |
(119) |
Rigward l-osservazzjonijiet ta’ Corsica Ferries dwar il-konformità mar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li s-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2012 mill-Qorti tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-565/08 m’għandha l-ebda konnessjoni mal-għoti tad-DSP. Għaldaqstant huma jikkontestaw l-interpretazzjoni li Corsica Ferries tat lil din is-sentenza u jqisu f’dan ir-rigward li l-klawsola ta’ terminazzjoni tista’ tiġi biss eżerċitata fl-ipotesi li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tikkonstata l-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern jew fil-każ li l-SNCM ma tingħatax il-kuntratt ta’ delega ta’ servizz pubbliku. |
(120) |
Finalment, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, li wieħed jibbaża fuq id-dikjarazzjoni tal-President tal-Assemblea Territorjali sabiex jiġġudika l-grad ta’ kompetizzjoni effikaċi mhuwiex konformi mal-liġi applikabbli, peress li din l-awtorità m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tadotta waħedha l-ispeċifikazzjonijiet tad-DSP. Sadanittant, josservaw li l-analiżi tal-offerti wasslet biex wieħed jikkunsidra li Corsica Ferries ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ma kinitx tipprovdi l-kriterji ta’ valutazzjoni tad-dejn finanzjarju tagħha u lanqas ma kienet tiggarantixxi r-rilevanza tat-tbassir tal-profitt u t-telf tagħha. |
7. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
7.1. EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE
(121) |
Skont it-termini tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot l-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
(122) |
Il-kwalifika ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat tippresupponi li l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin ikunu ssodisfati, jiġifieri: 1) il-benefiċjarju jew benefiċjarji huma impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, 2) il-miżura inkwistjoni tingħata permezz ta’ riżorsi statali u tkun imputabbli lill-Istat, 3) il-miżura tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju jew benefiċjarji tagħha u 4) il-miżura toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, u tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (52). |
7.1.1. KUNĊETTI TA’ IMPRIŻA U TA’ ATTIVITÀ EKONOMIKA
(123) |
Kif enfasizzat id-deċiżjoni tal-ftuħ (premessa 62), l-SNCM u s-CMN huma żewġ operaturi involuti fil-forniment ta’ servizzi tat-trasport marittimu u, bħala tali, iwettqu attivitajiet ekonomiċi. |
7.1.2. RIŻORSI TAL-ISTAT U IMPUTABBILTÀ LILL-ISTAT
(124) |
Kif spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (premessi 63 sa 65), id-deċiżjoni ta’ konklużjoni tal-FDSP għaddiet mill-Assemblea ta’ Korsika, u r-riżorsi tal-OTC, awtorità pubblika, huma riżorsi pubbliċi, li ġejjin b’mod partikolari mill-allokazzjoni tal-kontinwità territorjali mħallsa mill-Istat. Għaldaqstant, il-kumpens imħallas skont id-DSP huwa trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat. |
7.1.3. VANTAĠĠ SELETTIV GĦALL-KODELEGATI
(125) |
Biex wieħed jivvaluta jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna lil xi impriża, għandu jiġi ddeterminat jekk l-impriża inkwistjoni tgawdix minn vantaġġ ekonomiku li jevitalha kosti li normalment ikollhom jitħallsu mir-riżorsi finanzjarji proprji tagħha jew jekk tibbenefikax minn vantaġġ li ma kinitx tgawdi minnu fil-kundizzjonijiet normali tas-suq (53). |
(126) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li, kuntrarjament għal dak li tgħid is-CMN, il-qligħ fl-ishma tas-suq tal-operaturi kompetituri ma jistabbilixxu l-ebda nuqqas ta’ vantaġġ mogħti lill-kodelegati. Tabilħaqq, huwa ċar li d-delegati ma kinux jibbenefikaw, mingħajr l-intervent pubbliku, mill-kumpens għall-kosti operattivi tagħhom kif previst mill-FDSP. |
(127) |
Franza tirreferi b’mod partikolari għas-sentenza tal-Kunsill tal-Istat tat-13 ta’ Lulju 2012 imsemmija qabel, sabiex tikkonkludi dwar in-nuqqas ta’ elementi ta’ għajnuna mill-Istat fl-FDSP sħiħ. Madankollu l-Kummissjoni tosserva li, permezz tas-sentenza tagħha, il-qorti nazzjonali sempliċiment iġġudikat li l-klawsola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 7.1 tal-FDSP (54), meqjusa għaliha, ma setgħetx tkun ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat (55). Peress li l-Kummissjoni mhijiex teżamina l-klawsola ta’ salvagwardja għaliha, iżda qiegħda tieħu inkunsiderazzjoni l-FDSP sħiħ, hija tqis li r-raġunijiet ta’ din is-sentenza dwar il-klawsola msemmija hawn fuq mhumiex rilevanti sabiex wieħed jistabbilixxi jekk l-FDSP jinkludix, b’mod ġenerali, elementi ta’ għajnuna mill-Istat. Hi se teżamina l-mertu tal-argumenti ppreżentati minn din is-sentenza fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tad-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku koperti mill-FDSP (ara t-taqsima 7.1.3.1 hawn taħt). |
(128) |
Dment li Franza targumenta li tali kumpens ma jirriżultax f’vantaġġ selettiv għall-benefiċjarji tiegħu skont il-każistika Altmark imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk, kif allegat mill-awtoritajiet Franċiżi u l-kodelegati, il-kriterji kollha tas-sentenza Altmark humiex issodisfati mill-kumpens mogħti skont l-FDSP. |
(129) |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti ddeċidiet f’din is-sentenza (56) li l-kumpens mogħti għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE meta l-erba’ kriterji jkunu ssodisfati kollha f’daqqa:
|
(130) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal kumpens mogħti għall-forniment ta’ SIEĠ (57) (minn hawn ’il quddiem “il-Komunikazzjoni SIEĠ”), il-Kummissjoni pprovdiet linji gwida sabiex tiċċara r-rekwiżiti għall-kumpens ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Din il-Komunikazzjoni tindirizza l-ħtiġijiet differenti stabbiliti fil-ġurisprudenza Altmark, jiġifieri l-kunċett ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106 tat-TFUE, il-ħtieġa ta’ mandat, l-obbligu li jiġu definiti l-parametri tal-kumpens, il-prinċipji dwar il-ħtieġa li jiġi evitat kumpens żejjed u l-prinċipji dwar l-għażla tal-fornitur. |
(131) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġu analizzati l-ewwel u r-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark. |
7.1.3.1. Definizzjoni tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (l-1el kriterju)
Qafas tal-analiżi
(132) |
Għandu jitfakkar li l-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta’ SIEĠ hija limitata għall-verifika li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx wettaq żball manifest ta’ valutazzjoni meta jikkwalifika servizz bħala SIEĠ (58). |
(133) |
Barra minn hekk, meta jkunu jeżistu regoli speċifiċi fil-livell tal-Unjoni, dawn jorbtu d-diskrezzjoni tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni magħmula mill-Kummissjoni dwar jekk is-SIEĠ kienx definit b’mod korrett għall-fini ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (59). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet sostanzjalment qieset f’dan ir-rigward, li l-firxa tas-servizz pubbliku, biex tkun aċċettabbli fir-rigward tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, għandha tirrispetta r-Regolament 3577/92 kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti (60). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kienet indikat li hija sejra tanalizza jekk il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku kif iddefinit mill-FDSP kienx meħtieġ u proporzjonat meta mqabbel mal-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku, li dehret min-nuqqas ta’ servizzi regolari ta’ trasport f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ħielsa. |
(134) |
Għalhekk, f’dan il-każ, fil-każ ta’ nonkonformità mal-kriterji sostantivi tar-Regolament 3577/92 kif interpretati mill-ġurisprudenza, il-kumpens inkwistjoni ma jistax jiġi ddikjarat kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-konformità mar-Regolament 3577/92 hija kundizzjoni meħtieġa sabiex wieħed japplika l-Qafas tas-SIEĠ f’dan il-każ (61). |
(135) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-FDSP jikkostitwixxi b’mod ċar “kuntratt ta’ servizz pubbliku” fis-sens tar-Regolament 3577/92 (62). Hija temmen f’dan il-kuntest li l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Analir imsemmija qabel huma ta’ rilevanza partikolari għall-analiżi ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku bħal dan. Tabilħaqq, il-kumpens ta’ obbligi speċifiċi fil-qafas ta' kuntratt ta’ servizz pubbliku, bl-għoti ta’ sussidju lil offerta ta’ servizzi, jikkostitwixxi b’mod ċar restrizzjoni għall-moviment liberu tas-servizzi (63). Din ir-restrizzjoni tista’ tkun iġġustifikata biss taħt kundizzjonijiet restrittivi li jiżguraw il-ħtieġa u l-proporzjonalità tad-definizzjoni tas-servizzi kollha meħuda mill-kompetizzjoni libera meta mqabbla ma’ ħtieġa reali ta’ trasport, mhux issodisfat f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni ħielsa. |
(136) |
B’hekk il-Kummissjoni tikkunsidra, b’analoġija mas-sentenza Analir imsemmija hawn fuq, li l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku kif definit minn kuntratt ta’ servizz pubbliku għandu jkun meħtieġ u proporzjonat mal-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku, muri min-nuqqas ta’ servizzi regolari ta’ trasport f’kundizzjonijiet normali tas-suq. |
Analiżi separata tas-servizz bażiku u tas-servizz kumplimentari
(137) |
L-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw qabel kollox li s-servizz bażiku u s-servizz kumplimentari, kif definiti fid-deċiżjoni tal-ftuħ u mfakkra hawn fuq, mhumiex servizzi separati. Madankollu, bħala tali, il-Kummissjoni tqis li d-distinzjoni bejn is-servizzi ta’ trasport li għandhom ikunu pprovduti tul is-sena kollha bħala parti mis-servizz bażiku u l-kapaċitajiet addizzjonali li għandhom ikunu pprovduti fil-perjodu l-aktar intensiv hija riflessa b’mod ċar fl-ispeċifikazzjonijiet tad-DSP (64). |
(138) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu wkoll li l-firxa tas-servizz pubbliku għandha tkun ivvalutata b’mod globali għaż-żewġ servizzi. Għal dan il-għan, huma jirreferu għas-sentenza tal-Kunsill tal-Istat tat-13 ta’ Lulju 2012 imsemmija qabel, li permezz tagħha il-qorti nazzjonali ddeċidiet li r-Regolament 3577/92 imsemmi qabel ma kienx kontra li l-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku tiġi vvalutata globalment għal kull rotta, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġi eżaminat jekk din il-ħtieġa tibqax dejjem iġġustifikata. Il-Kunsill tal-Istat ikkonkluda minn dan li r-Regolament 3577/92 ma kienx jimponi li s-servizz kumplimentari jissodisfa ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku separata mill-ħtieġa ssodisfata mis-servizz bażiku. |
(139) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra fil-fatt, skont il-prassi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha (65), li, sabiex jiġi evitat xkumar (66) negattiv kemm tal-effiċjenza ekonomika tat-twettiq tas-servizzi, kif ukoll tal-kwalità tiegħu u tal-vijabbiltà ekonomika tiegħu, jista’ jkun xieraq, fiċ-ċirkostanzi fejn id-domanda ta’ trasport tindika dipendenza ovvja fuq l-istaġuni, li wieħed jinkludi fil-firxa tas-servizz pubbliku, servizzi li jirrigwardaw kemm il-perjodi intensivi kif ukoll dawk kwieti. Fiċ-ċirkostanzi tal-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma jkunx leġittimu li wieħed iqis li s-servizz kumplimentari jista’ jkun iġġustifikat mill-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku ssodisfata mis-servizz bażiku biss, jekk ikun stabbilit li t-twettiq tiegħu huwa, kif isostnu l-awtoritajiet Franċiżi, indispensabbli għal dak tas-servizz bażiku, abbażi ta’ sett ta’ konsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi. |
(140) |
Madankollu, kuntrarjament għal dak li qed jallegaw Franza, l-SNCM u s-CMN, it-twettiq tas-servizz kumplimentari ma jidhirx f’dan il-każ li huwa indispensabbli għat-twettiq tas-servizz bażiku. |
(141) |
Il-Kummissjoni tfakkar li estensjoni tal-firxa tas-servizz pubbliku tista’, f’ċerti kundizzjonijiet, tkun iġġustifikata fil-preżenza ta’ kumplimentaritajiet tekniċi u kunsiderazzjonijiet ta’ effikaċja ekonomika (sinerġiji) stabbiliti sew. Madankollu, f’dan il-każ, m’hemm l-ebda kumplimentarità teknika stabbilita bejn is-servizz bażiku u s-servizz kumplimentari. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li l-obbligi li japplikaw għalihom huma differenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u l-frekwenza. Rigward il-ħinijiet, filwaqt li d-definizzjoni tas-servizz bażiku kienet timponi ħinijiet ta’ tluq minimi u firxa ta’ ħinijiet ta’ wasla stretti (67), id-definizzjoni tas-servizz kumplimentari ma kienet tistipula l-ebda obbligu ta’ ħinijiet. Rigward il-frekwenza, m’hemm l-ebda obbligu impost fuq is-servizz kumplimentari mill-ispeċifikazzjonijiet tal-FDSP, minħabba li l-kapaċità tat-trasport hija definita kull sena fuq il-perjodi l-aktar intensivi. Barra minn hekk, l-operat tas-servizzi organizzati skont distinzjoni simili (68) sar b’bastimenti u ekwipaġġi separati fil-perjodu ta’ bejn l-2002 u l-2006. |
(142) |
Huwa importanti li wieħed jinnota f’dan ir-rigward li l-argument tal-awtoritajiet Franċiżi li l-ispeċifikazzjonijiet ma kinux jimponu l-użu ta’ tipi ta’ bastimenti differenti ma jxekkilx lil din il-konklużjoni minħabba li l-esperjenza tad-DSP preċedenti matul il-perjodu 2002-2006 kienet tistabbilixxi li ż-żewġ tipi ta’ servizzi setgħu jsiru b’bastimenti differenti (69). |
(143) |
Barra minn hekk fir-rigward tal-argument tal-awtoritajiet Franċiżi li l-inklużjoni tas-servizz kumplimentari jkun iġġustifikat minn ekwalizzazzjoni finanzjarja mas-servizz bażiku, huwa biżżejjed li wieħed jinnota li l-kontabilità tal-kosti tal-SNCM turi b’mod permanenti, fir-rigward ta' dan l-aħħar servizz, defiċit operatorju (70). Għalhekk dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. |
(144) |
Minn dan isegwi li fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-implimentazzjoni tas-servizz kumplimentari hija indispensabbli għat-twettiq xieraq tas-servizz bażiku u li l-ebda argument imressaq f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet Franċiżi u mid-delegati ma jista’ jinvalida din il-konklużjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kwalifika ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għandha tkun ivvalutata b’mod separat għaż-żewġ tipi ta’ servizz inkwistjoni. |
Analiżi tas-servizz bażiku
(145) |
Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li, skont il-ġurisprudenza (71) u l-prassi tat-teħid ta' deċiżjonijiet f’dan il-qasam (72), il-politika ta’ kontinwità territorjali segwita mill-awtoritajiet Franċiżi hija parti minn interess pubbliku leġittimu, jiġifieri li tiġi żgurata l-adegwatezza tas-servizzi tat-trasport b’mod li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Korsika. Għalhekk jidher li l-provvista ta’ servizz minimu ta’ kontinwità territorjali bejn Marsilja u l-ħames portijiet ta’ Korsika inkwistjoni tissodisfa l-ħtieġa ta’ servizz pubbliku definit b’mod ċar. |
(146) |
Dwar l-eżistenza tan-nuqqas tal-inizjattiva privata fir-rigward tas-servizz bażiku, l-operaturi l-oħrajn tas-suq jammettu huma stess li ma kinux kapaċi jipprovdu dan is-servizz (73). |
(147) |
B’mod partikolari, rigward il-perjodu li matulu jiġi osservat dan in-nuqqas, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-konstatazzjoni, fuq kull rotta kkonċernata, ta’ nuqqas tal-inizjattiva privata fir-rigward ta’ ħtieġa ta’ trasport identifikata sew matul il-perjodi kwieti biss tas-sena hija biżżejjed sabiex tiġġustifika l-inklużjoni tas-servizz bażiku għas-sena kollha għal dawn ir-rotot kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku. Fil-fatt, kunsiderazzjonijiet ovvji ta’ effiċjenza teknika u ekonomika jiġġustifikaw in-natura permanenti tas-servizz bażiku, mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li wieħed jikkaratterizza nuqqas ta’ servizzi tat-trasport matul is-sena. L-użu mill-ġdid ta’ ċerti bastimenti tul is-sena f’dan ir-rigward kien jimponi piż ekonomiku addizzjonali fuq id-delegati, filwaqt li jċaħħadhom minn dħul konsiderevoli fil-perjodi l-aktar intensivi. |
(148) |
Finalment, kif innutat il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni interpretattiva tagħha (74) dwar ir-Regolament 3577/92, ir-raggruppament tar-rotot f’servizz wieħed mhuwiex fih innifsu kuntrarju għar-Regolament imsemmi. Għall-kuntrarju, f’dan il-każ, ir-raggruppament tal-ħames rotot jippermetti l-ġbir flimkien tal-mezzi nawtiċi b’tali mod li titjieb il-kwalità tas-servizz inkwistjoni (75) u li jitnaqqsu l-kosti, peress li r-rekwiżiti tekniċi imposti fuq ir-rotot lejn il-ħames portijiet ta’ Korsika bħala parti mis-servizz bażiku huma b’mod partikolari komparabbli f’termini ta’ ħinijiet, tul tal-vjaġġ u tqassim tal-kapaċitajiet bejn merkanzija u passiġġieri (76). Fil-fatt, il-FDSP (77) jinkludi kemm l-użu ta’ ċerti bastimenti fuq diversi rotot separati tas-servizz bażiku, kif ukoll l-użu ta’ diversi bastimenti differenti fuq l-istess rotta (78). |
(149) |
Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament 3577/92, l-FDSP u l-annessi għalih jistabbilixxu standards ċari ta’ kontinwità, ta’ regolarità, ta’ kapaċità u ta’ tariffi li d-delegati għandhom jirrispettaw sabiex jassiguraw is-servizz bażiku (ara t-taqsima 2.5). |
(150) |
Minn dan isegwi li l-inklużjoni tas-servizz bażiku fil-firxa tal-FDSP hija meħtieġa u proporzjonata meta mqabbla mal-ħtieġa reali tas-servizz pubbliku. |
Analiżi tas-servizz kumplimentari
(151) |
Il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tas-servizz kumplimentari, l-inklużjoni ta’ dan is-servizz fil-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku hija bi ksur tal-obbligu tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità tad-definizzjoni tal- kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku fir-rigward tal-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku (ara t-taqsima 8.1.1 hawn taħt). |
(152) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-operat tat-tliet rotot ta’ servizz kumplimentari, jiġifieri Marsilja-Ajaccio, Marsilja-Bastia u Marsilja-Propriano, sar b’mod inseparabbli mill-SNCM, bl-użu ta’ żewġ bastimenti tal-passiġġieri, id-Danielle Casanova u n-Napoléon Bonaparte, għall-provvista tas-servizzi fuq it-tliet rotot (79). Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dgħufija tal-obbligi imposti għall-provvista tas-servizz kumplimentari f’dan il-każ (80) kienet tagħmel il-ġbir tal-mezzi nawtiċi aktar rilevanti għall-implimentazzjoni tas-servizz, li tiffavorixxi kumplimentarità teknika u ekonomika għall-operat tas-servizzi fuq it-tliet rotot inkwistjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-validità tal-inklużjoni tas-servizz kumplimentari fil-firxa tal-FDSP għandha tiġi vvalutata b’mod globali. |
(153) |
Barra minn hekk, l-analiżi tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-kamp ta' applikazzjoni tad-DSP għandha tikkunsidra l-preżenza tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fuq ir-rotot kollha bejn Franza kontinentali u Korsika. Min-naħa l-oħra, fiċ-ċirkostanzi tal-każ u wara l-kunsiderazzjoni tal-argumenti tal-partijiet (81), din l-analiżi għandha wkoll tindirizza l-preżenza ta’ offerta privata min-naħa ta’ Toulon, li setgħet tissostitwixxi b’mod sinifikanti r-rotot ta’ tluq minn Marsilja li huma s-suġġett tad-DSP. |
Is-sostitwibbiltà tas-servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri minn Marsilja u Toulon
(154) |
Il-Kummissjoni kienet fakkret fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha l-eżistenza ta’ ammont ta’ evidenza li tistabbilixxi l-preżenza ta’ sostitwibbiltà bejn is-servizzi li jitilqu minn Marsilja u dawk minn Toulon. Fil-fatt, l-evoluzzjoni tat-traffiku fuq ir-rotot bejn Franza kontinentali u Korsika turi l-iżvilupp mgħaġġel ta’ offerta kompetittiva ma’ dik taż-żewġ kodelegati. Għalhekk, it-traffiku tar-rotot marittimi bejn Franza kontinentali u Korsika żdied, bejn l-2002 u l-2009, b’31,6 % għat-trasport tal-passiġġieri (82). F’dan ir-rigward, it-tqassim tat-traffiku bejn il-portijiet servuti juri żieda kbira tat-traffiku li jitlaq minn Toulon (+ 150 % bejn l-2002 u l-2009), u tnaqqis konkomitanti tat-traffiku li jitlaq minn Marsilja (– 1,7) Minn dan joħroġ li ż-żieda fit-traffiku globali kienet ġeneralment assorbita mill-fornituri tas-servizz li joperaw minn Toulon, għad-detriment tal-offerta tal-kodelegati li joperaw minn Marsilja. |
(155) |
Għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi, li barra minn hekk kienu pprovduti mingħajr raġunament kwantitattiv, din ix-xejra ma jidhirx li hija imputabbli għal effett ta’ assorbiment tad-domanda mill-Italja. Jidher fil-fatt li s-sehem tat-traffiku lejn Korsika (83) attribwibbli għall-konnessjonijiet bejn Franza kontinentali u Korsika żdied b’mod stabbli bejn l-2002 u l-2009, u kiber, għad-detriment tal-konnessjonijiet bejn Korsika u l-Italja, minn 60,9 % fl-2002 għal 66,2 % fl-2009 (84). |
(156) |
Rigward l-argument tal-awtoritajiet Franċiżi li l-Kunsill tal-Kompetizzjoni rrikonoxxa, fid-deċiżjoni tiegħu tal-2006, li ma setax jiġi eskluż li s-suq tat-trasport tal-passiġġieri bi tluq minn Marsilja huwa suq rilevanti, il-Kummissjoni tinnota li, bħala sostenn tal-argumenti tiegħu li jistabbilixxu l-preżenza tal-pożizzjoni dominanti tal-SNCM fir-risposta tagħha għas-sejħa għall-offerti tal-OTC (85), il-Kunsill tal-Kompetizzjoni nnota biss li kien hemm suq rilevanti magħmul mir-rotot li jitilqu minn Marsilja (86). Madankollu, din il-pożizzjoni ma żammitx lill-Kunsill tal-Kompetizzjoni milli jikkunsidra li, “fis-suq tal-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-aktar perjodu intensiv bejn il-kontinent u Korsika (Franza kontinentali u l-Italja), wieħed ma jistax jeskludi li l-portijiet ta’ Nizza, Toulon, Marsilja, Livorno, Savona u Ġenova jeżerċitaw ċerta pressjoni kompetittiva fuq xulxin” (87). |
(157) |
Fil-fatt, l-evoluzzjoni tat-traffiku bejn Franza kontinentali u Korsika għall-benefiċċju tat-traversati li jitilqu minn Toulon hija aktar qawwija għas-servizz kumplimentari. Bejn l-2002 u l-2005, it-traffiku reali osservat fuq is-servizz kumplimentari naqas b’208 213-il passiġġier fuq il-konnessjoni bejn Marsilja u Korsika, filwaqt li t-traffiku żdied bi 324 466 passiġġier fuq il-konnessjoni bejn Toulon u Korsika fl-istess perjodu. It-tnaqqis fil-proporzjon tat-traffiku pprovdut mis-servizz kumplimentari għall-benefiċċju ta’ operaturi oħrajn tas-suq, f’kuntest ta’ żieda globali tat-traffiku mill-2002, jindika grad għoli ta’ sostitwibbiltà bejn iż-żewġ servizzi. |
(158) |
B’mod aktar kwalitattiv, id-distanza qasira ta’ madwar 50km bejn Marsilja u Toulon, aktarx twassal għal sostitwibbiltà bejn servizzi li jkunu sejrin lejn l-istess port f’Korsika. Barra minn hekk, il-ħin tal-vjaġġ ta’ madwar 35 sa 45 minuta minn Marsilja għal Toulon, huwa ferm inqas mill-ħin tal-vjaġġ fuq il-baħar (88), u għalhekk mhux mistenni li jkun ta’ ostakolu għall-kompetizzjoni bejn iż-żewġ servizzi għad-destinatarju finali tagħhom. Barra minn hekk, il-port ta’ Toulon huwa eqreb lejn Korsika b’distanza ta’ madwar 50km, li jippermetti lill-bastimenti li jitilqu minn Toulon jaqsmu lejn Korsika f’inqas ħin meta mqabbel mal-vjaġġi li jitilqu minn Marsilja, li jżid is-sostitwibbiltà tas-servizzi li jitilqu minn Marsilja b’dawk li jitilqu minn Toulon (89). |
(159) |
Grad sostanzjali ta’ sostitwibbiltà tas-servizzi (90) mħaddma mill-portijiet ta’ Marsilja u minn Toulon seta’ jkun evidenti b’mod kwantitattiv sa mill-2006, fuq il-bażi ta’ ċaqliq tat-traffiku lejn Toulon osservat matul l-istrajks li fixklu serjament is-servizzi bi tluq minn Marsilja lejn tmiem l-2005 (91). B’hekk, anki jekk wieħed iqis l-impatt taż-żieda fit-tendenza tat-traffiku li jitlaq minn Toulon (92), il-livelli taċ-ċaqliq tat-traffiku minn Marsilja għal Toulon (93) osservati fuq ir-rotot lejn Ajaccio kienu ta’ 89 % (94) għal Settembru u Ottubru tal-2005. |
(160) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni tqis li fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, is-servizz kumplimentari kien ġeneralment sostitwibbli f’termini ta’ domanda ta’ passiġġieri għas-servizzi li jitilqu minn Toulon lejn Bastia u Ajaccio, meta ngħata l-FDSP. |
Nuqqas ta’ inizjattiva privata
(161) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li ma ġiet stabbilita l-ebda evidenza tan-nuqqas ta’ inizjattiva privata għal dan is-servizz kumplimentari mill-awtoritajiet Franċiżi. Għalkemm dawn jiċħdu d-distinzjoni bejn is-servizz bażiku u s-servizz kumplimentari, huma jfakkru biss id-diskrezzjoni wiesgħa li għandhom l-Istati Membri fid-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ SIEĠ. Madankollu, huma ma jiġġustifikawx l-inklużjoni tas-servizz kumplimentari b’nuqqas ta’ inizjattiva privata fir-rigward ta’ ħtieġa ta’ servizz speċifiku. Tabilħaqq, l-awtoritajiet Franċiżi jimmotivaw in-natura globali tal-FDSP bir-rieda li ma jillimitawx il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku għall-attivitajiet li ma jġibux qligħ sabiex jiżguraw ekwalizzazzjoni finanzjarja (ara l-premessi 61 u 62 hawn fuq). Madankollu, kien ikkunsidrat qabel li dan l-argument ma jistax jirnexxi (ara l-premessa 143 hawn fuq). |
(162) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qabblet it-traffiku reali tal-passiġġieri lejn kull wieħed mill-portijiet tas-servizz kumplimentari mal-offerta ta’ trasport ipprovduta minn Corsica Ferries bi tluq minn Toulon, u mis-servizz bażiku tad-DSP. Minn dan jirriżulta li, għall-portijiet ta’ Bastia u ta’ Ajaccio, li jirrappreżentaw 90 % tal-kapaċitajiet meħtieġa mis-servizz kumplimentari, il-kombinazzjoni tal-kapaċitajiet offruti mis-servizz bażiku tad-DSP, bi tluq minn Marsilja, u mis-servizz tal-inizjattiva privata li kienet teżisti bejn l-2004 u l-2006 bi tluq minn Toulon kienet biżżejjed sabiex tissodisfa d-domanda effettivament osservata, kemm għall-perjodu ta’ bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa, kif ukoll għall-perjodu tas-sajf, għal kull wieħed mill-portijiet u għal kull sena bejn l-2004 u l-2006. |
(163) |
Din il-konklużjoni ma ġietx ikkontestata fit-totalità tagħha minn Franza. L-awtoritajiet Franċiżi sempliċiment jirreferu għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tas-snin 2004 u 2005 (95), li skonthom, jispjegaw it-tnaqqis fl-għadd ta’ passiġġieri tas-servizz kumplimentari. Madankollu l-Kummissjoni tqis li l-portata ta’ dan l-argument għas-snin 2004 u 2005 hija ġeneralment limitata miċ-ċaqliq qawwi tat-traffiku enfasizzat fuq is-servizzi bi tluq minn Toulon (96). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li l-adegwatezza tas-servizzi ta’ trasport setgħet tkun innutata wkoll fis-sena 2006, immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ tad-DSP (97) u li għalhekk, is-sitwazzjoni kompetittiva tagħhom kienet tixhed importanza partikolari. |
(164) |
Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-integrazzjoni tas-servizz kumplimentari fil-kamp ta' applikazzjoni tad-DSP la kienet meħtieġa u lanqas proporzjonata għas-sodisfazzjon ta’ domanda ta’ trasport irreġistrata għar-rotot Marsilja-Bastia u Marsilja-Ajaccio. Rigward ir-rotta Marsilja-Propriano, għalkemm l-ebda servizz ieħor ma qeda dan il-port ta’ Korsika b’mod regolari fl-2006, il-Kummissjoni tqis li l-proporzjon żgħir ta’ traffiku rrappreżentat minn din ir-rotta (98) ma jippermettix li wieħed jikkunsidra li n-nuqqas ta’ inizjattiva privata fuq din ir-rotta jinvalida l-konklużjoni dwar is-servizz kumplimentari kollu. |
(165) |
Huwa importanti f’dan ir-rigward li wieħed jinnota li s-servizz ipprovdut minn Corsica Ferries kien jirrispetta l-istandards tal-OSP applikabbli għal kull konnessjoni bejn Franza kontinentali u Korsika, u ma kellu l-ebda differenza kwalitattiva mis-servizz kumplimentari pprovdut. Fil-fatt, kif innutat fil-premessa 141 aktar ’il fuq, l-obbligi ta’ kwalità marbuta mas-servizz kumplimentari kienu ferm eħfef minn dawk marbuta mas-servizz bażiku. |
(166) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis b’mod partikolari li l-Istati Membri ma jistgħux iżidu obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jkunu pprovduti b’mod sodisfaċenti u f’kundizzjonijiet (prezz, karatteristiċi oġġettivi ta’ kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz) kompatibbli mal-interess ġenerali, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (99). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li l-elementi ta’ hawn fuq jistabbilixxu li l-kumpens tal-kosti mġarrba mill-SNCM minħabba l-provvista tas-servizz kumplimentari wkoll imur kontra l-prassi tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. Fil-fatt, minħabba l-preżenza tal-OSP u tal-iskema ta’ għajnuna soċjali (100) fuq ir-rotta kollha bejn Franza kontinentali u Korsika, il-kompetituri tal-SNCM għat-trasport tal-passiġġieri u li joperaw bi tluq minn Toulon setgħu jitqiesu li qegħdin joperaw fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
(167) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni tas-servizz kumplimentari fil-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz pubbliku ma tikkorrispondix għal ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku u li għalhekk, filwaqt li ttieħdu f’kunsiderazzjoni r-regoli speċifiċi applikabbli, Franza f’dan il-każ għamlet żball manifest ta’ valutazzjoni meta kkwalifikat is-servizz kumplimentari previst mill-FDSP bħala SIEĠ. Għalhekk l-ewwel kriterju tal-ġurisprudenza Altmark mhuwiex issodisfat f’dak li jirrigwarda l-kumpens mogħti għas-servizz kumplimentari. |
7.1.3.2. L-għażla tal-fornitur tas-servizz (ir-4a’ kriterju)
(168) |
Skont ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark, il-kumpens għandu jkun jew riżultat ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku għall-għażla tal-kandidat kapaċi li jipprovdi s-servizzi inkwistjoni bl-inqas kost għall-komunità, jew jiġi ppruvat billi ssir referenza għal impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta b’mod adegwat bil-mezzi meħtieġa (101). |
Dwar l-ewwel subkriterju
(169) |
L-għoti tad-delega għas-servizz tat-trasport marittimu bejn Franza kontinentali u Korsika sar wara proċedura nnegozjata ppreċeduta minn pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ sejħa għall-offerti fil-ĠUUE, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L.1411-1 tas-CGCT (102). Madankollu, proċedura ta’ akkwist pubbliku ma teskludix l-eżistenza ta’ għajnuna jekk jintgħażel kandidat kapaċi li jipprovdi dawn is-servizzi “bl-inqas kost għall-komunità” (103). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar kemm il-proċedura ta’ akkwist kienet sejra twassal għal kompetizzjoni reali u miftuħa biżżejjed. |
(170) |
Il-proċedura użata f’dan il-każ u prevista fil-liġi Franċiża għall-għoti ta’ delegi ta’ servizz pubbliku hija proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni minn qabel skont il-liġi Ewropea dwar l-akkwist pubbliku. L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li tali proċedura tiggarantixxi biss kompetizzjoni effettiva jekk issir valutazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ (104). Tabilħaqq, tagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-awtorità kontraenti u tista’ tillimita l-parteċipazzjoni tal-operaturi interessati. |
(171) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma kinux jiggarantixxu din il-kompetizzjoni effettiva. |
(172) |
Fil-fatt, l-unika offerta rivali għal dik tal-kodelegat ma ġietx ivvalutata skont il-merti proprji (kriterji tal-għoti) iżda fuq il-bażi ta’ kriterju ta’ għażla, f’dan il-każ il-kapaċità tal-kandidat li jopera mill-1 ta’ Lulju 2007. Għaldaqstant il-proċedura ma ppermettietx li l-OTC iqabbel diversi offerti sabiex jagħżel l-aktar waħda vantaġġjuża mill-aspett ekonomiku. |
(173) |
B’hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li attwalment tressqu żewġ offerti mhuwiex biżżejjed biex iwassal għal kompetizzjoni effettiva, minħabba li l-offerta rivali ma setgħetx tipprovdi alternattiva kredibbli. Tabilħaqq, f’dan il-każ, l-offerta ta’ Corsica Ferries kienet tistabbilixxi data tal-bidu tas-servizzi għat-12 ta’ Novembru 2007, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet kienu jeħtieġu li s-servizz jibda mill-1 ta’ Lulju 2007 (105). Barra minn hekk, kuntrarjament għall-argument tal-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni ma tqisx l-użu multiplu ta’ litigazzjonijiet bħala element li jipprova l-effettività tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ akkwist tal- FDSP. |
(174) |
Sensiela ta’ elementi relatati mas-sitwazzjoni tas-suq u mal-kundizzjonijiet tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti jsaħħu din l-osservazzjoni. |
(175) |
L-ewwel nett, għandu jiġi nnutat li l-grupp SNCM/CMN kellu vantaġġ kompetittiv sinifikanti, innutat b’mod partikolari mill-Kunsill tal-Kompetizzjoni (106), bħala l-operatur stabbilit li diġà għandu għodda navali adattata għall-ispeċifikazzjonijiet tal-FDSP. |
(176) |
Barra minn hekk, il-limitu ta’ żmien qasir ħafna bejn id-data prevista għall-għoti tal-FDSP (finalment mogħti fis-7 ta’ Ġunju 2007) u d-data tal-bidu tas-servizzi (l-1 ta’ Lulju 2007) kien joħloq ostakolu għad-dħul importanti ta’ operaturi ġodda. Flimkien mar-rekwiżiti tekniċi marbuta mal-ispeċifiċità tal-portijiet inkwistjoni (107), mal-kundizzjoni dwar l-età tal-flotta (108), u mal-kapaċitajiet tal-unitajiet mitluba mill-ispeċifikazzjonijiet tal-FDSP, dan it-tul ta’ żmien qasir ħafna seta’ naqqas il-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li skadenza ta’ tliet ġimgħat mhijiex biżżejjed sabiex tippermetti l-użu mill-ġdid ta’ flotta ta’ bastimenti fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, jew l-akkwist u/jew il-kiri ta’ ammont ta’ bastimenti li jilħqu l-ħtiġijiet tal-ispeċifikazzjonijiet (109). |
(177) |
Fl-aħħar nett, l-eżistenza ta’ għadd ta’ klawsoli każwali (110) assoċjati mal-libertà mogħtija lill-OTC li jiddeċiedi l-eżenzjonijiet għar-regoli applikabbli (111) setgħet ukoll għenet biex tiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni fis-sejħa għall-offerti billi tefgħet dubju dwar ċerti parametri tekniċi u ekonomiċi kruċjali għat-tfassil ta’ offerta. B’hekk, il-Kummissjoni tqis li, kif saħqu l-awtoritajiet Franċiżi, l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament 3577/92 ma tmurx kontra dan ir-regolament fil-qafas ta' kuntratt ta’ servizz pubbliku. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom jivverifikaw f’dan il-każ jekk, speċjalment fid-dawl ta’ dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali li jistgħu jillimitaw il-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, il-kompetizzjoni effettiva għall-għoti tal-FDSP kinitx tippermetti l-issodisfar tar-4a’ kriterju tas-sentenza Altmark, u, jekk le, twassalx għall-konsegwenzi ġuridiċi meħtieġa. |
(178) |
Fuq il-bażi ta’ dawn il-fatturi kollha, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet tal-proċedura segwita ma ppermettewx f’dan il-każ li tkun żgurata kompetizzjoni effettiva għall-għoti tad-DSP, u, għalhekk, li tiġi magħżula l-offerta li kienet tassigura servizz bl-inqas kost għall-kollettività (112). |
Dwar it-tieni subkriterju
(179) |
Għaldaqstant l-awtoritajiet Franċiżi kellhom juru li l-kumpens ġie stabbilit billi ttieħdet bħala referenza impriża medja, immexxija tajjeb u mgħammra adegwatament bil-mezzi meħtieġa (113). |
(180) |
Franza ma pprovdietx dawn l-elementi ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, kif imsemmi fit-taqsima 2.5 hawn fuq, il-kumpens ma ġiex definit b’referenza għal bażi ta’ kosti stabbilita a priori, jew bi tqabbil mal-istruttura tal-ispejjeż ta’ impriżi tat-trasport marittimu paragunabbli oħrajn, iżda b’kunsidrazzjoni tat-tbassir ta’ dħul u ta' kosti ta’ fjuwil li huma biss porzjon tal-introjtu u tal-ispejjeż tas-servizz. |
(181) |
Barra minn hekk, kif enfasizzat mir-rapport tal-Kamra Reġjonali tal-Kontijiet ta’ Korsika (114), il-Kummissjoni tinnota li l-kumpens previst fid-DSP 2007-2013 kien ogħla b’mod sinifikanti minn dak previst għall-perjodu 2002-2006, għal obbligi simili, jew saħansitra xi ftit inqas f’termini ta’ kapaċità offruta. |
(182) |
Għalkemm is-sitwazzjoni ekonomika nbidlet bejn l-2001 u l-2007, tqabbil mal-kosti imġarrba minn impriża mmexxija tajjeb kien aktar u aktar meħtieġ peress li ċerti elementi kienu jindikaw li l-SNCM, li kienet għadha kemm ħierġa minn perjodu ta’ ristrutturar intensiv (115), ma kinitx tissodisfa tali rekwiżiti. |
(183) |
Għalhekk, minħabba dan li ntqal, il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark mhuwiex issodisfat. |
7.1.3.3. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv
(184) |
Peress li l-kriterji tas-sentenza Altmark huma kumulattivi, in-nuqqas ta’ ssodisfar tal-ewwel kriterju mis-servizz kumplimentari, u fi kwalunkwe każ, tar-raba’ kriterju mill-FDSP kollu kemm hu, huwa biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lill-kodelegati. |
7.1.4. DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW L-ISKAMBJI KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI MEMBRI U D-DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI
(185) |
Kif indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-SNCM u s-CMN joperaw fuq rotot bejn Franza kontinentali u Korsika f’kompetizzjoni diretta ma’ operaturi bħal Corsica Ferries, Moby Lines u Saremar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens pubbliku taħt rieżami jista’ jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-SNCM u tas-CMN meta mqabbla mal-impriżi tat-trasport marittimu kompetituri fl-UE, u b’hekk, jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.5. KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE.
(186) |
Abbażi tal-elementi kollha preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens kollu riċevut mill-SNCM u s-CMN skont l-FDSP huwa għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(187) |
Minħabba li din l-għajnuna ngħatat mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, din l-għajnuna hija illegali. |
8. KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN
8.1. ANALIŻI TAL-KOMPATIBBILTÀ SKONT L-ARTIKOLU 106(2) TAT-TFUE
(188) |
Kif spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (116), it-traffiku tal-passiġġieri tad-DSP jaqbeż it-300 000 passiġġier fis-sena u l-kumpens previst mill-FDSP jaqbeż l-ammont ta’ EUR 30 miljun fis-sena. Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet SIEĠ tal-2005 (117) u tal-2011 (118) mhumiex applikabbli għall-FDSP skont l-Artikoli 2(1)(c) u 2(1)(d) tagħhom rispettivament. |
(189) |
Il-Kummissjoni tqis li, b’dan u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe bażi oħra ta’ kompatibbiltà invokata minn Franza (119), il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-kumpens mogħti skont l-FDSP għandha tkun ivvalutata fid-dawl tal-Qafas SIEĠ. Madankollu, ta’ min ifakkar li, skont il-punt 69 tal-Qafas SIEĠ, il-prinċipji stabbiliti fil-punti 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-imsemmi Qafas ma japplikawx għall-għajnuna illegali mogħtija qabel il-31 ta’ Jannar 2012. |
(190) |
Skont il-punt 11 tal-Qafas SIEĠ, l-għajnuna mill-Istat li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-2011 tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mal-Artikolu 106(2), tat-TFUE jekk tkun meħtieġa għall-funzjonament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kkonċernat u ma taffettwax l-iżvilupp tal-kummerċ sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess tal-Unjoni. Bilanċ bħal dan huwa possibbli biss meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 2.2 sa 2.10 tal-Qafas jiġu ssodisfati. |
(191) |
Jeħtieġ l-ewwel nett li tiġi eżaminata d-definizzjoni ta’ servizz ta’ interess ġenerali allegat f’dan il-każ. |
8.1.1. SERVIZZ TA’ INTERESS EKONOMIKU ĠENERALI REALI
(192) |
Dment li l-kwalifika ta’ SIEĠ tas-servizz kumplimentari hija mgħarrqa minn żball manifest ta’ valutazzjoni (ara l-premessi 151 sa 167 hawn fuq), il-kumpens mogħti għal dan is-servizz ma jistax ikun iddikjarat kompatibbli mal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
(193) |
B’kuntrast, il-Kummissjoni stabbilixxiet fuq il-bażi tal-analiżi mwettqa fil-premessi 145 sa 150 hawn fuq, li s-servizz bażiku kien jikkorrispondi għal SIEĠ definit tajjeb. |
8.1.2. KUNDIZZJONIJIET OĦRAJN TAL-QAFAS SIEĠ
(194) |
Jeħtieġ li jkun eżaminat jekk il-kundizzjonijiet l-oħrajn tal-Qafas SIEĠ humiex issodisfati fir-rigward tas-servizz bażiku biss, li huwa biss jikkorrispondi għal SIEĠ definit tajjeb. |
8.1.2.1. Mandat
(195) |
Dwar il-ħtieġa ta’ mandat li jispeċifika l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-metodi ta’ kalkolu tal-kumpens, l-FDSP jispeċifika l-obbligi involuti, kif ukoll il-parametri tal-kumpens. |
(196) |
Bħala tali, hemm bżonn li l-ewwel nett jiġi ċċarat li s-sempliċi eżistenza tal-klawsola ta’ salvagwardja (120), applikabbli f’każ ta’ bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet tekniċi, regolatorji jew ekonomiċi tal-kuntratt, ma titfax dubju fuq il-bixra preliminari tad-definizzjoni tal-parametri tal-kumpens. |
(197) |
Tabilħaqq, din tippermetti qabel kollox lill-partijiet li jikkonkludu emendi f’każ ta’ bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizzi li jistgħu jxekklu l-għanijiet tal-FDSP. Għaldaqstant, hija ekwivalenti għal klawsola ta’ emenda tal-liġi komuni, li l-applikazzjoni possibbli tagħha xorta waħda għandha tiġi soġġetta għal analiżi skont il-liġi dwar l-għajnuna. Din il-klawsola għandha l-għan li “tirrestawra l-bilanċ finanzjarju inizjali”, primarjament permezz tal-modulazzjoni tat-tariffi massimi u tan-natura tas-servizzi. Il-possibbiltà li jinbidel il-kumpens, mhux espliċitament imsemmija fid-dokument, tista’ biss tinftiehem fil-kuntest ta’ bdil fis-servizzi offruti. Għalhekk, kif osservat fid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat imsemmija qabel, din il-klawsola ta’ salvagwardja ma tistax tiftaħ it-triq għal kumpens żejjed tas-servizzi mogħtija. |
(198) |
Dan ma jkunx il-każ kieku kien jidher biċ-ċar li, għall-kuntrarju taċ-ċirkostanzi ta' dan il-każ, is-sitwazzjonijiet ta’ applikazzjoni u ta’ negozjar mill-ġdid kienu kbar wisq, jew kieku l-klawsola kienet tipprevedi l-possibbiltà ta’ kumpens addizzjonali għas-servizzi diġà mwettqa meta tiġi invokata l-klawsola każwali mingħajr ma tispeċifika l-parametri ta’ dan il-kumpens addizzjonali. L-eżistenza ta’ klawsola ta’ aġġustament (121) lanqas ma tikkontesta din il-konklużjoni, minħabba li l-applikazzjoni tagħha, min-naħa kienet tipprevedi l-preservazzjoni tal-ekonomija ġenerali tal-FDSP, u b’hekk tillimita ruħha għal modifiki u aġġustamenti żgħar, u min-naħa l-oħra kienet tipprevedi t-tnaqqis parallel fil-kumpens u fis-servizzi. Anki jekk jitqies li l-emenda tat-28 ta’ Diċembru 2009 kienet tibdel sostanzjalment il-parametri ta’ kumpens u t-tip tas-servizzi, jibqa’ xorta waħda l-fatt li l-parametri ġew definiti qabel il-forniment tas-servizzi għall-perjodu 2010-2013, li għalih japplika. |
(199) |
Barra minn hekk, ma jidhirx illi l-bidliet fl-ammont ta’ dħul stmat bejn l-offerti differenti magħmula mill-kodelegati mhumiex ġustifikati. Il-Kummissjoni tqis li l-integrazzjoni ta’ previżjonijiet ta’ dħul aktar ottimisti tista’ fil-fatt tirrifletti l-estimi riveduti skont il-prospetti tas-suq. Hija tinnota wkoll li t-traffiku pproġettat magħżul fin-negozjati kien ġeneralment aktar baxx minn dak ippreżentat mill-offerta rivali (122). Minħabba d-dħul reali u pproġettat bejn l-2002 u l-2006 (123), u l-bidla favorevoli tas-suq tas-servizzi minn Korsika fl-2006, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-parametri ta’ referenza li abbażi tagħhom l-FDSP ipprovda l-aġġustamenti tal-kumpens huma fi kwalunkwe każ plawżibbli fid-dawl tal-premessa 23 tal-Qafas SIEĠ. |
(200) |
Rigward il-punti l-oħrajn li tqajmu mill-ilmentatur u meħuda mill-eżistenza ta’ sensiela ta’ klawsoli ta’ aġġustament (124), għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, il-kumplessità tal-mekkaniżmi ta’ aġġustament tal-kumpens aktarx li ma titfax dubju fuq l-għamla oġġettiva u trasparenti tal-mekkaniżmu ta’ kumpens (125). |
(201) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kumpens finanzjarju li kien allokat lid-delegati barra mill-qafas tal-FDSP, minħabba li l-awtoritajiet Franċiżi wrew li l-ammonti msemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ kienu jikkorrispondu għal sempliċi talbiet tad-delegati, finalment miċħuda mill-OTC. |
8.1.2.2. Tul tal-mandat
(202) |
It-tul tal-mandat, ta' sitt snin u nofs, huwa konformi mal-linji gwida Komunitarji rigward is-suġġett (126), li jsemmu limitu ta’ sitt snin. |
8.1.2.3. Konformità mad-Direttiva 2006/111/KE
(203) |
Dwar il-konformità mad-Direttiva 2006/111/KE dwar it-trasparenza finanzjarja, l-impriżi delegati effettivament stabbilixxew kont analitiku separat għall-attivitajiet tagħhom fil-firxa tad-DSP. Għall-SNCM, dan il-kont jagħmel distinzjoni ulterjuri bejn l-attivitajiet tas-servizz bażiku u dawk tas-servizz kumplimentari (ara l-premessi 46 u 47 hawn fuq). |
8.1.2.4. Ammont tal-kumpens
(204) |
Dwar in-nuqqas ta’ kumpens żejjed, l-FDSP kien jinkludi limitu tal-marġni gross (esklużi l-amortizzazzjoni, il-kirjiet tan-noleġġ u imposti oħrajn tal-kapital) sa 15 % tal-valur tas-suq tal-bastimenti. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet sabet li ma kellha l-ebda informazzjoni li kienet tippermetti li teskludi kwalunkwe kumpens żejjed a priori. |
(205) |
L-ewwel nett il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ppermettiet li jiġi ċċarat li l-valur tas-suq tal-bastimenti kien ġie stabbilit skont l-esperti, u li nkisbu diversi valutazzjonijiet sabiex jintlaħqu l-parametri kuntrattwali. Għalhekk, il-bażi tal-assi użata għal-limiti massimi tal-kumpens tirrappreżenta l-valur tas-suq residwu tal-bastimenti użati fil-qafas tad-DSP (127). |
(206) |
Meta wieħed iqis il-valur tas-suq residwu tal-bastimenti tad-DSP kif amortizzat fi tmien snin (128), kif tipprovdi l-liġi tat-taxxa Franċiża, il-klawsola tal-limitu massimu kienet tillimita l-proporzjon tad-dħul nett fuq l-assi (ROA) u l-qligħ nett fuq il-kapital ekonomiku (ROCE) medju għal 2.5 % (129). Ir-rata “safe harbour” mogħtija mill-Qafas SIEĠ (130) fid-data tal-għoti tad-DSP kienet ukoll aktar minn 5 % (131), filwaqt li parti sostanzjali tar-riskju kummerċjali tas-servizzi kienet attwalment imġarrba mill-kodelegati SNCM u CMN. Barra minn hekk, jidher fil-prattika li d-dħul qabel l-imposti tal-kapital tad-delegati kien sinifikament aktar baxx minn dan il-limitu (ara aktar ’il fuq). |
(207) |
Il-kundizzjonijiet tal-FDSP ma kinux iwasslu għal kumpens żejjed. It-tqassim bejn il-kumpens għas-servizz bażiku u s-servizz kumplimentari għall-SNCM aktarx li ma jfixkilx din il-konklużjoni fir-rigward tas-servizz bażiku fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ tqassim analitiku tal-kumpens bejn iż-żewġ servizzi (ara l-premessa 46 aktar ’il fuq). Tabilħaqq, fuq il-bażi taċ-ċifri pprovduti minn Franza u mill-SNCM jidher li l-qligħ qabel l-imposti tal-kapital tal-SNCM attribwibbli għas-servizz bażiku baqa’ ferm inqas mil-limitu ta’ 15 % imsemmi hawn fuq. Qligħ qabel l-imposti tal-kapital skont il-kumpanija u skont is-servizz
|
(208) |
Fl-aħħar nett, l-OTC ivverifika l-kumpens żejjed b’awditu estern wara tliet snin ta’ delega (fuq is-sena finanzjarja 2010). Barra minn hekk kumpanija fiduċjarja indipendenti kull sena tivverifika l-kontijiet operattivi tad-delegati f’isem l-OTC. |
8.1.2.5. Rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiggarantixxu li l-iżvilupp tal-iskambji kummerċjali ma jiġix affettwat tant li jmur kontra l-interess tal-Unjoni
(209) |
Minħabba l-fatturi msemmija fit-taqsima 8.1.1.3, il-Kummissjoni tqis li l-ebda evidenza ma tissuġġerixxi li s-servizz pubbliku ta’ kontinwità territorjali seta’ jsir b’mod li jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni introdotti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku. Fil-fatt, l-argumenti ta’ Corsica Ferries, li juru li l-kost medju tar-rotot tal-FDSP huwa ħafna ogħla mill-konnessjonijiet li jitilqu minn Nizza u Toulon li għalihom tapplika l-iskema ta’ għajnuna soċjali (132), ma jitfgħux dubji dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku għas-servizz matul is-sena kollha tal-portijiet ta’ Korsika, u b’mod partikolari għas-servizz tal-portijiet sekondarji (Porto-Vecchio, Calvi - Balagne, u Propriano). Barra minn hekk, kif imfakkar hawn fuq fit-taqsima 7.1.3.1, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raggruppament tar-rotot għas-servizz bażiku jissodisfa r-rekwiżiti ta’ effiċjenza teknika u ekonomika mhux kontestati. |
(210) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi nedew proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-għażla ta’ fornitur li jkun jista’ jopera, għall-perjodu bejn l-2014-2023, servizz minn Korsika għal Marsilja f’kundizzjonijiet simili għal dawk tas-servizz bażiku tad-DSP li huwa s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni. Din il-proċedura għandha tintemm fis-sajf tal-2013. |
(211) |
Dwar id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni tosserva li l-kumpens tal-kosti tas-servizz bażiku ma jistax jaqbeż il-kosti tad-delegati, li jinkludu qligħ raġonevoli (ara t-taqsima preċedenti). Għaldaqstant ma jippermettix lil dawn l-impriżi jiġġeneraw qligħ eċċessiv li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiffinanzjaw servizzi oħrajn. |
(212) |
Għalhekk il-Kummissjoni tqis li m’hemmx bżonn jiġu imposti kundizzjonijiet addizzjonali li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-kumpens tas-servizz bażiku mas-suq intern. |
9. KONKLUŻJONI
(213) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens irċevut mill-SNCM u s-CMN fil-qafas tas-servizz bażiku huwa għajnuna mill-Istat illegali iżda kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
(214) |
Il-kumpens riċevut mill-SNCM fil-qafas tas-servizz kumplimentari previst mill-FDSP għall-perjodu li jkopri mill-1 ta’ Lulju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 huwa għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern. |
(215) |
Għalhekk l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jikkanċellaw, mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni, il-ħlasijiet kollha lill-SNCM fil-qafas tal-kumpens tas-servizz kumplimentari. Dan jirrigwarda b’mod partikolari l-bilanċ annwali tal-kumpens għas-sena 2012 (jekk dan il-ħlas ma sarx diġà), kif ukoll il-ħlasijiet mensili għas-sena 2013 li probabbli jitħallsu wara din id-data. |
(216) |
Il-Kummissjoni mbagħad tfakkar li b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1), tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, kull għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern għandha tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarju (133). |
(217) |
Konsegwentement, Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand l-SNCM il-kumpens li din tal-aħħar irċeviet fil-qafas tas-servizz kumplimentari tal-FDSP mill-1 ta’ Lulju 2007. |
(218) |
Biex tiddetermina l-ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata, minbarra l-imgħaxijiet, il-Kummissjoni tqis li l-kontabilità analitika tal-SNCM (134) hija bażi adegwata għall-allokazzjoni tal-kumpens bejn servizz bażiku u servizz kumplimentari. Fuq din il-bażi, l-ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi dan li ġej:
|
(219) |
L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirkupraw l-ammont ekwivalenti għall-pagamenti kollha li saru fil-qafas tal-kumpens għas-servizz kumplimentari fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni. |
(220) |
Għall-finijiet ta’ dan l-irkupru, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom iżidu mal-ammont tal-għajnuna l-imgħaxijiet tal-irkupru kurrenti li jibda mid-data li fiha l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-impriża, jiġifieri kull data effettiva tal-ħlas tal-kumpens previst mill-FDSP, u dan sal-irkupru effettiv tiegħu (136), skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (137). |
(221) |
L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jakkumpanjaw il-kalkolu tal-imgħaxijiet tal-irkupru li għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, b’tabella li tindika d-dati u l-ammonti eżatti tal-ħlasijiet ta’ kull xahar u tal-aġġustamenti annwali li saru mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim sad-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kumpens imħallas lill-SNCM u lis-CMN fil-qafas tal-Ftehim ta’ Delega ta’ Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Ġunju 2007 huwa għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Din l-għajnuna mill-Istat ingħatat bi ksur tal-obbligi previsti fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
Artikolu 2
1. Il-kumpens imħallas lill-SNCM fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kapaċità addizzjonali pprovduta f’I a) 2), I b) 2) u I d) 1.4) tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Ftehim ta’ Delega ta’ Servizz Pubbliku msemmi hawn fuq, huwa inkompatibbli mas-suq intern.
2. Il-kumpens imħallas lill-SNCM u lis-CMN għall-operat tas-servizzi l-oħrajn previsti mill-Ftehim ta’ Delega ta’ Servizz Pubbliku msemmi hawn fuq huwa kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 3
1. Franza għandha l-obbligu li tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1), mill-benefiċjarju.
2. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħaxijiet, li jibdew mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tagħhom.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (138) u skont ir-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 (139).
4. Franza tħassar il-ħlasijiet kollha ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1), li jistgħu jseħħu wara d-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1), huwa immedjat u effettiv.
2. Franza tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 5
1. Fix-xahrejn ta’ wara n-notifika ta’ din id-deċiżjoni, Franza tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
(a) |
l-ammont totali (kapital u imgħax) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju; |
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-deċiżjoni; |
(c) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna; |
(d) |
id-data u l-ammont eżatt ta’ ħlasijiet ta’ kull xahar u tal-aġġustamenti annwali li saru mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim sad-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
2. Franza żżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex tiġi implimentata din id-deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1). Hi tissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex tkun konformi ma’ din id-deċiżjoni. Tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u l-imgħaxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 6
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lejn ir-Repubblika ta’ Franza.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(2) ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7.
(3) ĠU C 301, 5.10.2012, p. 1.
(4) ĠU C 301, p. 1.
(5) Din l-iskema, intitolata “Pjan ta’ għajnuna soċjali individwali fuq il-bażi tal-Artikolu 87.2 tat-Trattat”, hija mmirata għar-residenti tal-gżira, iżda wkoll għal xi kategoriji soċjali identifikati sew, u hija applikabbli għar-rotot li jgħaqqdu lil Korsika mal-portijiet ta’ Toulon u ta’ Nizza. Għal kull passiġġier eliġibbli għal skont, tnaqqis fit-tariffa huwa prefinanzjat mill-kumpaniji tat-trasport, u dan il-kejl ta’ unità mbagħad jintraddilhom lura.
(6) Id-Deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2002 fil-kawża ta’ Għajnuna mill-Istat Nru N 781/2001 – Franza – Pjan ta’ għajnuna soċjali individwali għas-servizzi marittima ta’ Korsika u d-Deċiżjoni tat-23 ta’ April 2007 fil-kawża Għajnuna mill-Istat Nru N 13/2007 – Franza – Estensjoni tal-pjan ta’ għajnuna soċjali individwali għas-servizzi marittimi ta’ Korsika Nru N 781/2001.
(7) Ara pereżempju l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, Opinjoni Nru 12-A-05 tas-17 ta’ Frar 2012 dwar it-trasport marittimu bejn Korsika u l-kontinent, paragrafu 125.
(8) Li minnha 100 % tal-kapital jinżamm mill-Istat Franċiż.
(9) Dawn il-linji gwida kienu ġew adottati fl-24 ta’ Marzu 2006, ara t-taqsima 2.4.1 hawn taħt.
(10) C 58/2002 (ex N 118/02) – Franza – dwar il-miżuri li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée, adottati fil-25 ta’ Frar 2003, ĠUKE L 61, 7.2.2004, p. 13. Fil-15 ta’ Ġunju 2005, fil-kawża T-349/03, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-2003 minħabba evalwazzjoni żbaljata tan-natura minima tal-għajnuna. Wara miżuri ġodda ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura C 58/2002 permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Settembru 2006. Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ġdida fit-8 ta’ Lulju 2008, ĠUKE L 255, 27.8.2009, p. 180. Din id-deċiżjoni ġiet parzjalment annullata mill-Qorti (kawża T-565/08) wara appell ippreżentat mill-kumpanija Corsica Ferries ta’ Franza. L-SNCM u Franza ppreżentaw appell għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti (kawżi C-533/12 P u C-536/12 P).
(11) Fl-2011 Veolia Transdev kienet tappartjeni b'mod ugwali lil Veolia Environnement u lil Caisse des Dépôts et Consignations (CDC).
(12) Fost dawn, in-Napoléon Bonaparte u d-Danielle Casanova biss intużaw b’mod regolari sabiex joperaw is-servizzi tad-DSP mill-2007. L-erba’ laneċ l-oħrajn li ħaddmet l-SNCM fl-2013 huma il-Méditerranée, il-Corse, l-Ile de Beauté u l-Excelsior.
(13) Il-Jean Nicoli ħa post il-Monte Cinto għall-operat tas-servizzi tad-DSP fl-2009.
(14) Offerta globali u indiviżibbli tal-SNCM għar-rotot kollha; offerta tal-kumpanija Corsica Ferries li kienet tinkludi għażliet differenti; offerta tas-CMN li kien fiha sitt proposti individwali differenti; offerta tal-grupp temporanju iffurmat mill-kumpanija Corsica Ferries u s-CMN li kienet tinkludi żewġ għażliet.
(15) Ara l-premessa 24 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(16) Ara l-premessa 25 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(17) Offerta kienet tirrigwarda kull waħda mill-ħames linji ta’ tbaħħir tas-servizz pubbliku, l-oħra kienet ta’ natura globali u indiviżibbli u kienet tirrigwarda l-ħames linji ta’ tbaħħir f’daqqa.
(18) Il-kumpanija Corsica Ferries issottomettiet offerti rigward ir-rotot Marsilja - Ajaccio, Marsilja - Porto-Vecchio u Marsilja - Propriano, kif ukoll offerta globali għal dawn it-tliet rotot.
(19) Ara l-paragrafu 30 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(20) L-OTC iddeċieda li l-kumpanija Corsica Ferries ma kinitx kapaċi tistabbilixxi b’mod stabbli u finali d-data li fiha tkun tista’ twettaq id-delega u lanqas ma kienet tissodisfa l-kundizzjoni ta’ età massima tal-bastimenti stabbilita mir-Regolament speċifiku tas-sejħa għall-offerti.
(21) Ir-Regolament (KEE) Nruo3577/92 tal-Kunsill, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu); ĠUKE L 364, 12.12.1992, p. 7.
(22) Sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Lulju 2003, kawża C-280/00, Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, Ġabra 2003, p. 7747.
(23) CAA Marseille, 7 ta’ Novembru 2011, Société Corsica Ferries vs Collectivité Territoriale de Corse, Nru 08MA01604. Ara l-paragrafu 40 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(24) Il-Kunsill tal-Istat qies, min-naħa, li r-Regolament Nru 3577/92 tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri ma “jeskludix li l-ħtieġa reali tas-servizz pubbliku tiġi vvalutata globalment għal kull rotta jew vjaġġ matul il-perjodu kollu tat-twettiq tal-kuntratt jew matul il-perjodi li jiddistingwi, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk din il-ħtieġa hijiex iġġustifikata dejjem matul dan il-perjodu jew dawn il-perjodi; li wara, jekk id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet jiġu meqjusa inkompatibbli ma’ dan ir-Regolament minħabba li s-servizz kumplimentari meħtieġ mill-grupp delegat fuq ir-rotot Marsilja-Ajaccio, Marsilja-Bastia u Marsilja-Propriano, maħsub sabiex isaħħaħ tul il-perjodi l-aktar intensivi s-servizz permanenti pprovdut fuq dawn l-istess rotot tul is-sena kollha, ikun jissodisfa ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku separat mill-ħtieġa li s-servizz permanenti kien jissodisfa, il-Qorti amministrattiva tal-Appell ta’ Marsilja għamlet żball ta’ liġi”. Min-naħa l-oħra, il-Kunsill tal-Istat qies li l-fatt li l-Artikolu 7.1 tal-Ftehim (ara l-premessa 38 hawn taħt) “jista’ għalhekk iwassal għat-teħid ta’ deċiżjoni mill-entità pubblika li l-azzjoni tagħha tkun soġġetta għal notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, ma jippermettix, minnu nnifsu, li jikkwalifika din il-klawsola ta’ għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat; li meta ġġudikat il-kuntrarju, il-qorti, wara wettqet żball ta’ kwalifika legali tal-fatti”.
(25) Fuq ir-rotot Marsilja – Bastia, Marsilja – Ajaccio u Marsilja – Porto Vecchio, id-delegati għandhom jipprovdu f’kull direzzjoni kapaċità minima, għat-trasport tal-passiġġieri, ta’ mill-inqas 450 post ta’ mistrieħ f’mill-inqas, 140 kabina; mill-inqas 50 post fil-faċilitajiet komuni allokati; mill-inqas 150 post għall-karozzi. Ir-rotta Marsilja – Propriano għandha toffri mill-inqas 200 post ta’ mistrieħ, f’mill-inqas 55 kabina; mill-inqas 55 post għall-karozzi. Ir-rotta Marsilja – Balagne għandha toffri mill-inqas 220 post ta’ mistrieħ, f’mill-inqas 70 kabina; mill-inqas 70 post għall-karozzi. Rigward it-trasport tal-merkanzija, ir-rotta Marsilja – Bastia għandha toffri kapaċità ta’ mill-inqas 1 800 metru lineari; ir-rotta Marsilja – Ajaccio mill-inqas 1 200 metru lineari; ir-rotta Marsilja – Porto Vecchio mill-inqas 1 000 metru lineari; ir-rotot Marsilja – Propriano u Marsilja – Balagne mill-inqas 600 metru lineari.
(26) Il-konsistenza tas-servizz kumplimentari hija definita f’I a) 2) (Marsilja - Ajaccio), I b) 2) (Marsilja - Bastia) u I d) 1.4) (Marsilja – Propriano) tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FDSP.
(27) Ara l-premessa 44 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(28) Ara l-premessa 45 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(29) Ara l-premessa 46 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(30) Id-dħul stmat huwa d-dħul gross ta’ referenza vvalutat mill-ġdid skont l-indiċi tal-prezzijiet stmat tal-PDG tas-sena kkunsidrata.
(31) L-Artikolu 7.2 b’hekk jipprovdi “eżenzjoni” ta’ 2 % mid-dħul stmat.
(32) Ara l-premessa 49 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(33) L-Artikolu 7.2 tal-FDSP jistipula li din il-klawsola ta’ aġġustament skont id-dħul reali tibqa’ taħdem sal-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ adattament prevista fl-Artikolu 8.
(34) L-Artikoli 5.1 u 5.2 li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju.
(35) Ir-riżultat qabel is-sussidju huwa fil-fatt negattiv għaż-żewġ servizzi (bażiku u kumplimentari) għal kull sena bejn l-2007 u l-2011.
(36) Din ir-regola ta’ allokazzjoni hija applikata għall-kumpens kuntrattwali indiċjat. L-aġġustamenti għad-dħul reali huma mqassma fi proporzjon mal-varjant annwali misjub għal kull wieħed miż-żewġ servizzi, u s-supplimenti skont il-merkanzija partikolari jaqgħu taħt is-servizz bażiku. Fl-aħħar nett, l-aġġustamenti tal-“fjuwil” u t-tnaqqis magħmul għal servizzi li ma jsirux huma direttament allokati lis-servizz ikkonċernat.
(37) Ir-Regolament (KEE) Nru 3577/92 imsemmi qabel.
(38) ĠUUE C 8, 11.1.2012, p. 15–22.
(39) Franza tirreferi għal-linji gwida għall-operat tar-rotot marittimi bejn Marsilja u Korsika mill-1 ta’ Jannar 2007, kif definiti mill-Assemblea Territorjali ta’ Korsika fl-24 ta’ Marzu 2006, ara l-premessa 22 hawn fuq.
(40) KE, 13 ta’ Lulju 2012, Compagnie méridionale de navigation, Société nationale Corse Méditerranée, Ġabra Nru 355616.
(41) Id-Deċiżjoni Nru 06-MC-03, 11 ta’ Diċembru 2006dwar talbiet għal miżuri protettivi fis-settur tat-trasport marittimu bejn Korsika u l-kontinent.
(42) L-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-Komunikazzjoni COM(2003)595 final tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament 3577/92 imsemmi qabel.
(43) Id-Direttiva 2006/111/KE tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi, ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17–25.
(44) Fi kliem ieħor, il-marġni netta tal-attività tat-trasport marittimu ma’ Korsika tista’ tkun akbar mill-marġni netta medja tal-impriżi involuti.
(45) Żieda ta’ 44 242 passiġġier.
(46) Tnaqqis ta’ 208 213-il passiġġier.
(47) Żieda ta’324 466 passiġġier.
(48) Sentenza tal-20 ta’ Frar 2001 fil-kawża C-205/99 Analir ea/Spanja, Ġabra 2001, I-1295.
(49) Corsica Ferries tibbaża prinċipalment fuq statistiċi traskritti mill-ġdid fid-Deliberazzjoni tal-Assemblea ta’ Korsika tas-26 ta’ Novembru 2009.
(50) L-Artikolu 3 tal-FDSP, ara l-premessa 35 hawn fuq.
(51) Kawża C-205/99, imsemmija qabel.
(52) Ara, pereżempju is-sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Jannar 2006, Ministero dell’Economia e delle Finanze/Cassa di Risparmio di Firenze (C-222/04, Ġabra p. I-289, punt 129).
(53) Ara b’mod partikolari s-sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Frar 1990, C-301/87, Franza/Kummissjoni, Ġabra 1990, p. I-307, punt 41.
(54) Ara l-premessa 38 hawn fuq.
(55) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 24 hawn fuq
(56) Imsemmija qabel, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 22.
(57) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, adottata mill-Kummissjoni fl-20.12.2011 u ppubblikata fil-ĠUUE C 8, 11.1.2012, p. 4.
(58) Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ imsemmija qabel, paragrafu 46.
(59) Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ imsemmija qabel, paragrafu 46.
(60) B’mod partikolari s-sentenza Analir imsemmija qabel.
(61) Ara l-Qafas tas-SIEĠ, paragrafi 8 u 13.
(62) Ara l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament 3577/92 imsemmi qabel.
(63) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-25 ta’ Lulju 1991, Säger, C-76/90, Ġabra p. I-4221, punt 12; tad-9 ta’ Awwissu 1994, Vander Elst, C-43/93, Ġabra p. I-3803, punt 14; tat-28 ta’ Marzu 1996, Guiot, C-272/94, Ġabra p. I-1905, punt 10; tat-18 ta’ Ġunju 1998, Corsica Ferries France, C-266/96, Ġabra p. I-3949, punt 56, u tat-23 ta’ Novembru 1999, Arblade e.a., C-369/96 u C-376/96, Ġabra p. I-8453, punt 33.
(64) Il-konsistenza ta’ kull servizz hija mfakkra fil-premessa 33 u fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 25 u 26 hawn fuq. B’mod partikolari, I a) 2) (Marsilja - Ajaccio), I b) 2) (Marsilja - Bastia) u I d) 1.4) (Marsilja – Propriano) tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FDSP jispjegaw il-konsistenza tas-servizz kumplimentari.
(65) Ara d-Deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2001 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lis-Société nationale maritime Corse-Méditerranée, ĠU L 50, 21.2.2002, p.66, premessa 74.
(66) L-ixkumar ikopri s-sitwazzjoni fejn il-kumpaniji tat-trasport marittimu rivali joperaw biss fil-perjodu l-aktar intensiv.
(67) FDSP, Anness I. Din il-firxa ta’ wasliet kienet bejn is-6.30 u s-7.00 ta’ filgħodu għar-rotot Marsilja – Ajaccio u Marsilja – Bastia, u mis-6.30 sas-7.30 ta’ filgħodu għar-rotot Marsilja – Propriano, minħabba r-restrizzjonijiet imposti għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija.
(68) Matul il-perjodu 2002-2006, kien definit servizz “supplimentari” li taħtu l-kodelegati kienu jużaw kapaċitajiet tal-passiġġieri addizzjonali fil-perjodu l-aktar intensiv. Dan is-servizz kien ipprovdut mill-vapuri tal-passiġġieri. Ara r-rapport tax-Chambre régionale des Comptes ta’ Korsika msemmi qabel.
(69) Is-servizz bażiku kien imħaddem mill-2002 minn vapuri tal-merkanzija mħallta, filwaqt li għas-servizz kumplimentari kienu jintużaw laneċ (jew vapuri tal-passiġġieri). Kif enfasizzat b’mod partikolari mix-Chambres régionale des comptes ta’ Korsika (Rapport ta’ osservazzjonijiet finali dwar l-Uffiċċju tat-Trasport ta’ Korsika, p. 80 sa 82), l-FDSP “jixbah, fil-formulazzjoni tiegħu u fl-organizzazzjoni ġenerali tiegħu, lill-ftehim preċedenti”, u dwar l-OSP,it-termini tagħhom ftit li xejn inbidlu.
(70) Ara l-premessa 47 hawn fuq u n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 35.
(71) Ara s-sentenza Analir imsemmija qabel, punt 27.
(72) Ara d-Deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2001 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lis-Société nationale maritime Corse-Méditerranée, ĠUKE L50, 21.2.2002.
(73) Ara l-premessa 79 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(74) COM(2003) 595 final – mhux ippubblikata fil-ĠUKE, taqsima 5.5.3.
(75) B'mod partikolari billi jiġi minimizzat l-impatt tal-waqfien operattiv ta’ ċerti bastimenti.
(76) FDSP, Anness I.
(77) Anness 2, assenjazzjoni awtomatika tal-bastimenti għal kull rotta.
(78) B’hekk, il-Pascal Paoli kien assenjat prinċipalment għar-rotta Marsilja-Bastia, u xi drabi għar-rotta Marsilja-Balagne. Bl-istess mod, is-servizz bażiku fuq Propriano kellu jkun ipprovdut mit-tliet bastimenti tas-CMN, Girolata, Kalliste u Scandola.
(79) Ara l-Anness 2 għall-FDSP.
(80) Dawn l-obbligi huma essenzjalment limitati għal kapaċità minima ta’ trasport li għandha tkun ipprovduta fl-aktar perjodi intensivi, ara l-premessa 141 hawn fuq.
(81) Ara t-taqsima 5.1.1 hawn fuq.
(82) Rapport ta’ osservazzjonijiet finali tax-Chambre régionale des comptes ta’ Korsika, Kontinwità Territorjali, 2010, p 65.
(83) Il-Kummissjoni hawnhekk qiegħda tagħmel referenza għat-traffiku marittimu tal-passiġġieri li jkunu ġejjin jew sejrin lejn il-portijiet kollha ta’ Korsika.
(84) Sors: Osservazzjoni Reġjonali tat-Trasport ta’ Korsika.
(85) Ara t-taqsima 2.4
(86) Ara d-Deċiżjoni Nru 06-MC-03 tal-11 ta’ Diċembru 2006, paragrafu 97.
(87) Ara d-Deċiżjoni Nru 06-MC-03 tal-11 ta’ Diċembru 2006, paragrafu 80.
(88) Il-vjaġġ fuq il-baħar jieħu medda ta’ 5.45 sigħat minn Toulon sa madwar 10 sigħat minn Marsilja bil-vapur tal-merkanzija mħallta (vjaġġ ta’ bil-lejl).
(89) Ara wkoll l-Opinjoni Nru 12-A-05 tas-17 ta’ Frar 2012 imsemmija qabel, taqsima C 2) u b’mod partikolari l-paragrafu 131 dwar grad ta’ sostitwibbiltà bejn is-servizzi bejn il-portijiet ta’ Korsika min-naħa, u Marsilja u Toulon min-naħa l-oħra, inkluż fil-perjodu ta’ ftit traffiku. L-ebda evidenza miksuba fil-qafas tal-proċedura ma tindika li l-fatturi li jaffettwaw is-sostitwibbiltà tat-talba ta’ trasport minn Marsilja u minn Toulon inbidlu b’mod fundamentali bejn l-2006 u l-2012.
(90) Is-servizzi msemmija hawnhekk huma s-servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri lejn Bastia u Ajaccio, l-uniċi moqdija minn Toulon.
(91) Kunflitt soċjali kbir seħħ f’Marsilja fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru tal-2005 bħala parti mill-privatizzazzjoni tal-SNCM.
(92) Il-Kummissjoni kkunsidrat dan l-impatt meta kkoreġiet iċ-ċaqliq tat-traffiku reali mill-bidliet annwali osservati fix-xhur ta’ qabel l-istrajk. Għalkemm huwa plawżibbli li d-dejta dwar it-traffiku tax-xhur immedjatament wara taqlib kbir tkun ukoll affettwata minn kanċellazzjonijiet ta’ prenotazzjonijiet, iċ-ċifri tax-xhur preċedenti jipprovdu għall-kuntrarju referenza li tirrifletti b’mod aktar preċiż il-bidliet fit-tul tas-swieq inkwistjoni.
(93) B’kuntrast, iċ-ċaqliq tat-traffiku lejn Nizza, għalkemm sinifikanti, kien ferm aktar baxx. Sors: Osservatorju Reġjonali tat-Trasport ta’ Korsika.
(94) Minħabba l-aġġustamenti tendenzjali deskritti qabel, it-tnaqqis fil-frekwenza ta’ tluq minn Marsilja jammonta għal 22 600 passiġġier, filwaqt li ż-żieda aġġustata ta’ frekwenza f’Toulon hija ta’ 20 056 passiġġier. Ma kien hemm l-ebda ċaqliq aġġustat għal Nizza.
(95) Ara l-premessa 159 hawn fuq u n-nota ta’ qiegħ il-paġna tagħha Nru 93.
(96) L-impatt tat-tħarbit tas-servizzi li jitilqu minn Marsilja fuq it-traffiku totali attwalment misjub huwa fil-fatt imnaqqas miż-żieda konkomitanti fin-numru ta’ passiġġieri fuq ir-rotot li jitilqu minn Toulon, ara l-premessa 159 hawn fuq.
(97) Barra minn hekk, is-sena 2006 kienet ikkaratterizzata minn żieda qawwija fin-numru ta’ passiġġieri ttrasportati globalment lejn Korsika, b’ammont ta’ 8,5 % skont l-ORTC.
(98) Kemm f’termini ta’ kapaċitajiet allinjati fid-DSP 2007-2013 kif ukoll tad-domanda effettivament irreġistrata, il-konnessjoni bejn Marsilja u Propriano kienet tirrappreżenta madwar 10 % tal-attività tas-servizz kumplimentari. Sors: ORTC u r-Rapport ta’ implimentazzjoni tas-servizzi mill-SNCM 2010.
(99) Ara l-punt 48 tal-Komunikazzjoni SIEĠ.
(100) Ara l-premessa 7 hawn fuq u n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 5.
(101) Ara l-punt 62 tal-Komunikazzjoni SIEĠ.
(102) Kodiċi Ġenerali tal-Kollettivitajiet Territorjali.
(103) Ara l-punti 65 u 66 tal-Komunikazzjoni SIEĠ.
(104) Ara l-Komunikazzjoni SIEĠ, punt 67.
(105) Rapport tal-Kummissjoni dwar id-delega ta’ servizz pubbliku.
(106) Ara d-Deċiżjoni Nru 06-MC-03 tal-11 ta’ Diċembru 2006 dwar it-talbiet tal-miżuri protettivi fis-settur tat-trasport marittimu bejn Korsika u l-kontinent, b’mod partikolari l-punt 106: “Is-sitwazzjoni tat-tluq minn Marsilja għandha tkun analizzata, minkejja n-nuqqas ta’ esklussività ġuridika, bħala monopolju de facto favur iż-żewġ delegati li, wkoll, minħabba l-pożizzjoni ta’ operaturi stabbiliti fuq dawn ir-rotot, għandhom l-aktar bastimenti adattati għall-iżgurar tat-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri bi tluq minn Marsilja.”
(107) Għalhekk, il-port ta’ Bastia fl-2007 ma kienx jippermetti l-manuvrar ta’ bastimenti li jkollhom tul ta’ aktar minn 180 metru.
(108) Għalhekk, l-impossibbiltà ta’ tħaddim ta’ bastimenti ta’ aktar minn 20 sena kienet twassal għar-restrizzjoni tal-vapuri kollha li setgħu jkunu allinjati minn rivali oħrajn tal-operaturi stabbiliti.
(109) B’hekk, ta’ min isemmi li l-kost għoli ta’ bastiment li jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-FDSP, anki użati, kien ostakolu għad-dħul addizzjonali. Il-vapur tal-merkanzija mħallta Jean Nicoli b’hekk inxtara mill-SNCM għal EUR 75 miljun fl-2009.
(110) Ara taqsima 2.5 hawn fuq.
(111) B’mod partikolari fir-rigward tal-età tal-flotta, jew tal-adattament tas-servizzi (ara l-FDSP, Anness I).
(112) Ovvjament, il-konklużjoni ta’ emenda b’negozjati diretti bejn l-awtorità kontraenti u l-grupp delegat ma tfixkilx din il-konklużjoni rigward il-perjodu 2010-2013.
(113) Ara l-punt 61 tal-Komunikazzjoni SIEĠ.
(114) Ara r-Rapport tal-osservazzjonijiet finali dwar l-Uffiċċju tat-Trasport ta’ Korsika, p. 80.
(115) Ara l-premessa 15 hawn fuq u n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 10.
(116) Ara l-premessi 118 sa 120 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(117) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(2), tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; ĠUKE L 312, 29.11.2005, p. 67.
(118) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; ĠUUE L 7, 11.1.2012, p. 3.
(119) Ara s-sentenza tal-Qorti tat-28 ta’ April 1993, C-364/90, Italja vs. Kummissjoni, Ġabra [1993], p. I-02097, punt 20.
(120) Ara l-premessi 37 u 38 hawn fuq.
(121) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 33 hawn fuq u l-premessa 54 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(122) Dwar ir-rotot Marsilja-Ajaccio, Marsilja-Propriano u Marsilja Porto-Vecchio, sors: rapport tal-Kumitat għad-delega ta’ servizz pubbliku.
(123) Id-dħul nett totali tal-SNCM fl-2005 fuq l-attivitajiet tagħha tad-DSP kien pereżempju ta’ EUR 80,3 miljun, imqabbla ma’ dħul stmat ta’ EUR 85,5 miljun fl-2008.
(124) Ara l-premessi 38 u 39 hawn fuq, u l-premessa 53 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(125) Ara s-sentenza tal-Qorti tat-12 ta’ Frar 2008, T-289/03, BUPA vs il-Kummissjoni, Ġabra [2008] II-81, premessa 217.
(126) Ara l-Komunikazzjoni C(2004) 43 tal-Kummissjoni – Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu, taqsima 9, paragrafu 3.
(127) Il-valur tas-suq ta’ kull bastiment huwa rikonoxxut pro rata tal-użu tiegħu għad-DSP.
(128) Dan it-tul ta’ żmien, għalkemm qasir fir-rigward tat-tul tal-ħajja ekonomika ta’ bastiment (li jista’ jaqbeż l-20 sena), huwa ġġustifikat dment li (1) l-ispeċifikazzjonijiet kienu jimponu età massima ta’ 20 sena għall-bastimenti, u (2) l-età medja tal-bastimenti tas-CMN kienet ta’ aktar minn 13-il sena u dik tal-vapuri tal-SNCM kienet ta' 12-il sena, u dan kien jillimita de facto t-tul ta’ ħajja ekonomika tagħhom fin-nuqqas ta’ investimenti ta’ manutenzjoni kbira.
(129) Fil-fatt, il-valur tal-bastimenti użati għad-DSP huwa limitu iżgħar għall-assi tal-kumpanija marittima.
(130) Ara l-Qafas SIEĠ, paragrafu 37, li permezz tiegħu l-Kummissjoni tindika rata ta’ 100 punt ta' bażi ogħla mir-rata swap applikabbli (l-istess munita, l-istess maturità) bħala li tikkostitwixxi qligħ raġonevoli jkun xi jkun il-livell tar-riskju ekonomiku li realment jinġarr mill-fornitur tas-SIEĠ.
(131) Fin-nuqqas ta’ rata swap disponibbli għal maturità ta’ sitt snin u nofs, il-Kummissjoni użat bħala indikatur ir-rata swap ta’ maturità ta’ 7 snin. L-għeluq ta’ kuljum ta’ din ir-rata matul ix-xahar ta’ qabel l-għoti tad-DSP kien bejn l-4,4 % u l-4,7 % (sors: Bloomberg).
(*) Informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali.
(132) Ara l-premessa 7 hawn fuq u n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 5.
(133) Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE, ĠUKE L 83, 27.3.1999, p.1.
(134) Ara t-taqsima 2.5.
(135) Dan l-ammont huwa stmat b’kunsiderazzjoni tat-tqassim analitiku bejn kumpens għas-servizz bażiku u għas-servizz kumplimentari għall-2011, fuq il-bażi ta’ żieda mbassra ta’ 0.3 % fl-2012 meta mqabbla mal-2011 għall-SNCM. Il-ħlasijiet bil-quddiem ta’ kull xahar jirrappreżentaw 95 % tal-kumpens previst indiċjat (ara l-premessa 45 hawn fuq).
(136) Ara l-Artikolu 14(2), tar-Regolament Nru 659/99 (imsemmi qabel).
(137) ĠU L 140, 30 ta’ April 2004, p. 1.
(138) ĠU L 140, 30 ta’ April 2004, p. 1.
(139) ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1–64.
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/46 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Awwissu 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ trattament ġdid biex jinattiva l-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fi prodotti tal-laħam u l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni mir-reġjun Russu ta’ Kaliningrad
(notifikata bid-dokument C(2013) 4970)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/436/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-punti 1, 4 u 5 tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (2) tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kunsinni ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. (3). |
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, sakemm dawn il-komoditajiet ikunu konformi mat-trattament imsemmi f’dik il-Parti. Fejn pajjiżi terzi huma reġjonalizzati għal skopijiet ta’ inklużjoni f’dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom huma stabbiliti fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness. |
(3) |
Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, elenkati b’ordni ta’ severità dejjem tonqos. Dawn huma t-trattamenti elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE li huma kkunsidrati effettivi fl-eliminazzjoni ta’ ċerti riskji għas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ laħam u ħalib. |
(4) |
L-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE ġie emendat dan l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/417/UE (4) sabiex jiġi introdott trattament effettiv kontra l-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam rakkomandat fil-Kapitolu relevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (il-Kodiċi Terrestri tal-OIE) (5). |
(5) |
Għalhekk huwa opportun li tiġi emendata l-Parti 4 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE sabiex tiġi riflessa dik l-emenda għall-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE. |
(6) |
Ir-Russja talbet biex tawtorizza l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati derivati minn annimali domestiċi bovini, annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija fl-irziezet u annimali domestiċi ovini u kaprini mir-reġjun Russu ta’ Kaliningrad li għaddew mit-trattament imsemmi hawn fuq li hemm dispożizzjoni dwaru fil-kodiċi Terrestri tal-OIE. Dak it-trattament issa ġie introdott bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/417/UE fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(7) |
Ir-reġjun Russu ta’ Kaliningrad huwa attwalment elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE kif awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati derivati minn annimali bovini domestiċi, annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq, annimali ovini jew kaprini domestiċi, annimali porċini domestiċi u annimali tal-kaċċa salvaġġi bid-difer mifruq li għaddew mit-trattament speċifiku “C”. |
(8) |
Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-reġjun Russu ta’ Kaliningrad, huwa xieraq li jiġu awtorizzati importazzjonijiet minn dak ir-reġjun fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati minn annimali domestiċi bovini, annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija fl-irziezet u annimali domestiċi ovini u kaprini li għaddew mit-trattament speċifiku introdott fl-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġu awtorizzati importazzjonijiet bħal dawn fl-Unjoni mir-reġjun Russu ta’ Kaliningrad u għalhekk l-entrati għal dak ir-reġjun fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jiġu emendati kif jixraq. |
(10) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata kif jixraq. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(4) ĠU L 206, 2.8.2013, p. 13.
(5) http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_1.8.5.htm
ANNESS
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti 2, l-entrata għar-Russja tinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
fil-Parti 4, wara l-entrata għat-trattament tal-laħam D, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għat-trattament tal-laħamD1:
|
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/49 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Awwissu 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/642/UE li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja u li tirrevoka d-Deċiżjoni 89/449/KEE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2013) 5302)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(2013/437/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/449/UE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja. Il-Greċja għarrfet lill-Kummissjoni li mindu ġiet adottata dik id-Deċiżjoni, il-metodi għall-klassifikazzjoni evolvew b’mod konsiderevoli u ġew irreġistrati tibdiliet fil-popolazzjoni tal-majjal. Għaldaqstat, it-tliet metodi awtorizzati permezz ta’ dik id-Deċiżjoni ma jistgħux jibqgħu jintużaw. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/642/KEE (3), ġie awtorizzat l-użu ta’ metodu wieħed għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal li tkun tneħħitilhom il-ġilda fil-Greċja. |
(3) |
Il-Greċja elaborat żewġ metodi ta’ klassifikazzjoni li huma ġodda u aġġornati u talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza dawn iż-żewġ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fit-territorju tagħha, u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, u indikat il-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawn il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tagħha, u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (4). |
(4) |
Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawn il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fil-Greċja. |
(5) |
Konsegwentament, id-Deċiżjoni 2010/642/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 89/449/KEE għandha tiġi revokata. |
(7) |
Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/642/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal ippreżentati b’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-użu tal-metodu li ġej, huwa awtorizzat fil-Greċja skont il-paragrafu 1 tal-punt B.IV. ta’ dak l-Anness: l-apparat ‘OptiScan-TP’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. 2. Għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal li tkun tneħħitilhom il-ġilda, l-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat fil-Greċja skont il-paragrafu 1 tal-punt B.IV tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007
|
(2) |
L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 89/449/KEE hija rrevokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/449/KEE tas-17 ta’ Lulju 1989 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja (ĠU L 214, 25.7.1989, p. 17).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/642/UE tal-25 ta’ Ottubru 2010 li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 60).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
ANNESS
“ANNESS
METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJAL FIL-GREĊJA
Parti I
OptiScan-TP
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘OptiScan-TP’. |
2. |
L-apparat Optiscan-TP għandhu jkun mgħammar b’imager diġitali li tieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassi. L-immaġnijiet għandhom ikunu l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skont il-metodu taż-żewġ punti ‘Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)’. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti għandhom jinħażnu u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kkontrollati. L-interfaċċa Bluetooth® integrata tippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
|
Parti II
L-apparat imsejjaħ ‘Hennessy Grading Probe (HPG 4)’
1. |
Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz tal-apparat magħruf bħala l-‘Hennessy Grading Probe (HGP 4)’. |
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u ta’ 6,3 millimetri fix-xafra fil-quċċata tas-sonda) li jkun fiha fotodijodu (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO) u fotoditekter tat-tip Silonex SLCD-61N1 u li jkollu distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-qisien għandhom jiġu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-HGP 4 innifsu jew permezz ta’ kompjuter imqabbad miegħu. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
fejn
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma.” |
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/s3 |
NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI
Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.
Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.