ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.214.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 214

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
9 ta' Awwissu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 765/2013 tad-29 ta’ Lulju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Walbecker Spargel (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 766/2013 tas-7 ta’ Awwissu 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2013 tat-8 ta’ Awwissu 2013 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

5

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 768/2013 tat-8 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikoltura

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 769/2013 tat-8 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1012/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-lista ta’ speċijiet li jgħaddu l-mard, ir-rekwiżiti tas-saħħa u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni li jikkonċernaw is-sindromu ulċerattiv epiżotiku u rigward l-annotazzjoni għat-Tajlandja fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd fl-Unjoni huma permessi ( ĠU L 306, 6.11.2012 )

11

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 765/2013

tad-29 ta’ Lulju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Walbecker Spargel (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Walbecker Spargel” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Walbecker Spargel” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 288, 25.9.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-ĠERMANJA

Walbecker Spargel (IĠP)


9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 766/2013

tas-7 ta’ Awwissu 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott likwidu bbażat fuq prodotti tal-ħalib iffermentati miżjuda bi frott u biċċiet taċ-ċereali, li jikkonsisti minn (% bil-piż):

jogurt (kontenut ta' xaħam fil-ħalib 1,9 % skont il-piż)

78,9

zokkor

8,4

ilma

7,4

ħawħ

4,3

laqx tal-qamħ

0,6

Laqx tas-segala

0,3

u kwantitajiet żgħar ta’ preparazzjonijiet ta’ ħwawar (togħmiet), karotene (aġent koloranti) u mikroorganiżmi użati fi prodotti tal-ikel.

Il-prodott, imqiegħed fi flixkun tal-plastik li jesa' 400 g, huwa intenzjonat għal konsum dirett bħala xarba.

2202 90 95

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 2202 , 2202 90  u 2202 90 95 .

Il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 0403 bħala jogurt likwidu hija eskluża minħabba li l-laqx taċ-ċereali mhuwiex sustanza li tista' tiżdied mal-prodotti tal-Kapitolu 4 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HS) għall-Kapitolu 4, Ġenerali, il-punt (I), it-tieni paragrafu). Barra minn hekk, iċ-ċereali ma jilħqux il-kriterji tal-kliem tal-intestatura 0403 billi ma jistgħux jitqiesu bħala “frott, ġewż jew kawkaw miżjud”.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 1901 hija eskluża minħabba li l-prodott għandu karatteristiċi ta' xarba tal-Kapitlu 22 (ara wkoll in-Nota ta' Spjegazzjoni HS għall-intestatura 1901 , il-punt (III), it-tieni paragrafu).

Peress li l-prodott jiġi kkunsmat direttament bħala xarba, huwa kopert mill-intestatura 2202 .

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2202 bħala "xorb mhux alkoħoliku".


9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 767/2013

tat-8 ta’ Awwissu 2013

li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u partikolarment it-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1278/2011 (2) approva l-bitertanol bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bil-kundizzjoni li l-applikant, li fuq talba tiegħu l-bitertanol ikun ġie approvat jipprovdi aktar tagħrif konfermatorju dwar ir-rilevanza tossikoloġika tal-impuritajiet BUE 1662, hekk imsejħa minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, u l-kompost 3-klorofenossi sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(2)

L-applikant, li fuq talba tiegħu l-bitertanol kien ġie approvat, ma ppreżentax tagħrif konfermatorju sal-iskadenza tat-30 ta’ Ġunju 2012. Permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Diċembru 2011 kien diġà informa lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li mhux ħa jippreżenta tali informazzjoni.

(3)

Konsegwentement, huwa xieraq li tiġi rtirata l-approvazzjoni tal-bitertanol.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1278/2011 għandu għalhekk jitħassar.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(6)

L-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bitertanol.

(7)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar tal-approvazzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol qed tiġi rtirata.

Artikolu 2

Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1278/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1278/2011 jitħassar.

Artikolu 3

Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti B tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ir-ringiela 21, bitertanol, titħassar:

Artikolu 4

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bitertanol bħala sustanza attiva sal-1 ta’ Marzu 2014.

Artikolu 5

Perjodu ta’ grazzja

Kull perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1278/2011 tat- 8 ta’ Diċembru 2011 li japprova s-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 49).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal- 25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 768/2013

tat-8 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikoltura

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikulari l-Artikolu 110 tiegħu (1), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-apikoltura stipulate fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Skont l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004, il-miżuri tal-programm tal-apikoltura stipulati għal kull sena tal-perjodu ta’ tliet snin, għandhom jitwettqu qabel il-31 ta’ Awwissu tas-sena li jkunu relatati magħha u l-pagamenti għandhom isiru matul l-eżerċizzju annwali stabbilit mis-16 ta’ Ottubru tal-istess sena sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara. Għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħux jimplimentaw miżuri tal-apikoltura bejn l-1 ta’ Settembru tas-sena tal-programm tal-apikoltura u l-15 ta’ Ottubru tal-istess sena.

(2)

Sabiex tiġi evitata l-lakuna bejn l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ miżuri tal-apikoltura, id-dati rilevanti jeħtieġ li jinbidlu sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu implimentati matul is-sena kollha.

(3)

Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali tal-apikoltura huwa bbażat fuq iċ-ċensiment tan-naħal/in-numru ta’ doqqajs f’kull Stat Membru kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

(4)

Skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri ressqu l-programmi tal-apikoltura nazzjonali tagħhom u aġġornaw in-numru ta’ doqqajs kif previst fl-Artikolu 1 (a) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004. In-numru aġġornat ta’ doqqajs għandu jkun rifless fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

L-emendi stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   Kull sena tal-programm tal-apikoltura (“sena tal-apikoltura”) għandha titħaddem għal 12-il xahar konsekuttiv mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu.

3.   Il-miżuri tal-programm tal-apikoltura stipulati għal kull sena tal-apikoltura għandhom ikunu eżegwiti b’mod sħiħ fi ħdan is-sena tal-apikoltura kkonċernata.

Il-pagamenti relatati ma’ miżuri implimentati matul kull sena tal-apikoltura għandhom isiru fi żmien il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fis-16 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena tal-apikoltura u jintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.”

(2)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mis-sena tal-apikoltura 2014 li tibda fl-1 ta’ Settembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.


ANNESS

“ANNESS I

Stat Membru

Ċensiment tan-naħal

Numru ta’ doqqajs

BE

107 800

BG

526 014

CZ

540 705

DK

150 000

DE

711 299

EE

41 400

IE

15 710

EL

1 584 206

ES

2 459 292

FR

1 636 000

HR

491 481

IT

1 316 774

CY

44 953

LV

83 801

LT

144 969

LU

7 804

HU

1 088 590

MT

3 142

NL

80 000

AT

376 485

PL

1 280 693

PT

566 793

RO

1 550 000

SI

167 000

SK

254 859

FI

50 000

SE

150 000

Ir-Renju Unit

274 000

UE 28

15 704 270 ”


9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 769/2013

tat-8 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0709 93 10

TR

125,7

ZZ

125,7

0805 50 10

AR

97,0

BO

85,6

CL

99,9

TR

71,0

UY

97,1

ZA

101,4

ZZ

92,0

0806 10 10

EG

187,2

MA

180,7

TR

163,4

ZZ

177,1

0808 10 80

AR

154,3

BR

111,3

CL

127,9

CN

97,1

NZ

135,0

US

139,5

ZA

110,5

ZZ

125,1

0808 30 90

AR

177,2

CL

168,6

NZ

194,4

TR

153,0

ZA

114,2

ZZ

161,5

0809 29 00

TR

377,5

ZZ

377,5

0809 30

TR

146,3

ZZ

146,3

0809 40 05

BA

46,3

MK

61,9

TR

88,0

XS

57,7

ZZ

63,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


Rettifika

9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/11


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1012/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-lista ta’ speċijiet li jgħaddu l-mard, ir-rekwiżiti tas-saħħa u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni li jikkonċernaw is-sindromu ulċerattiv epiżotiku u rigward l-annotazzjoni għat-Tajlandja fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd fl-Unjoni huma permessi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 306 tas-6 ta’ Novembru 2012 )

F’paġna 3, fl-Anness I, “Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd intenzjonati għall-konsum mill-bniedem”, fil-punt 1.28, “Identifikazzjoni tal-komoditajiet”:

għal:

Image 1

Test ta 'immaġni

aqra:

Image 2

Test ta 'immaġni

9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


9.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.