|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.213.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Nota lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti(Ara paġna 3 tal-qoxra) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 759/2013
tat-30 ta’ April 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għal konvertibbli u titoli ta’ dejn skambjabbli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (2) jistabbilixxi l-informazzjoni minima li trid tiġi inkluża f’prospett għal tipi differenti ta’ titoli sabiex jikkonforma mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/71/KE. |
|
(2) |
L-iskeda tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-ishma għandha tkun applikabbli għall-ishma u titoli oħrajn trasferibbli ekwivalenti għall-ishma iżda anke għal titoli oħrajn li jippermettu adeżjoni għall-kapital tal-emittent permezz ta’ konverżjoni jew skambju fejn l-ishma sottostanti mhumiex diġà soġġetti għal kummerċ f’suq regolat. |
|
(3) |
Fejn l-emittent tal-ishma sottostanti jappartjeni għall-istess grupp bħal min joħroġ it-titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli iżda l-ishma sottostanti mhumiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent mhijiex faċilment disponibbli għall-investituri. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni tal-iskeda tal-ishma għandha tkun applikabbli għal dawk l-ishma sottostanti u għandhom jiżdiedu mal-kumbinazzjonijiet li jintużaw għat-tfassil tal-prospett. |
|
(4) |
Fejn titoli b’ċertifikat jew titoli derivattivi jagħtu d-dritt għal akkwist tal-ishma tal-emittent jew l-ishma tal-grupp u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni rilevanti stabbilita fin-nota ta’ skeda dwar it-titoli għal titoli derivattivi għandha tiġi pprovduta lill-investituri. |
|
(5) |
Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-ishma sottostanti hija diġà disponibbli għall-azzjonisti u l-investituri b’mod ġenerali. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li huwa biżżejjed li tiġi miżjuda dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti u d-dettalji ta’ fejn l-informazzjoni dwar is-sottostanti tista’ tinkiseb f’kombinazzjonijiet użati għat-tħejjija tan-nota dwar it-titoli tal-prospett. |
|
(6) |
Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-investituri għandhom ukoll jiġu pprovduti b’kull dikjarazzjoni tal-kapital li jdur u dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn tal-emittent tal-ishma sottostanti. Dawn ir-rapporti għandhom jipprovdu lill-investituri fin-nota dwar it-titoli bl-istess informazzjoni dwar il-kapaċità tal-emittent tal-ishma sottostanti li jkompli bħala negozju avvjat u fuq d-djun tiegħu meta mqabbel mal-kapitalizzazzjoni tiegħu bħalma jkun disponibbli meta jinvestu f’ishma direttament. |
|
(7) |
Fejn l-ishma sottostanti jinħarġu minn parti terza u ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat l-investituri m’għandhomx aċċess faċili għal deskrizzjoni ta’ dawk l-ishma sottostanti. Għalhekk, il-komponent addizzjonali li jiddeskrivi s-sehem sottostanti għandu jiżdied flimkien mal-kumbinazzjonijiet tat-tfassil fin-nota dwar it-titoli tal-prospett. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali jeħtieġ li jiġi ċċarat, fit-tabella stipulata fl-Anness XVIII tar-Regulation (KE) Nru 809/2004, kif skedi u komponenti għandhom jiġu kkombinati meta jitfassal prospett, inkluż f’każ li huma biss ċerti oġġetti ta’ informazzjoni ta’ skedi u komponenti huma meħtieġa, meta ċerti oġġetti ta’ informazzjoni ma jistgħux ikunu applikabbli minħabba kombinazzjonijiet speċifiċi tal-iskedi u l-komponenti f’każijiet partikolari, u fejn l-emittent, l-offerent, jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat jistgħu jagħżlu bejn l-iskedi differenti u l-komponenti skont limiti speċifiċi, bħad-denominazzjoni minima ta’ titoli ta’ dejn, jew kondizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 809/2004. |
|
(9) |
It-terminu “bonds” għandu jiġi mibdul bit-terminu “titoli ta’ dejn” sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-terminoloġija fi ħdan ir-Regolament (KE) Nru 809/2004. |
|
(10) |
L-applikazzjoni tal-komponent ta’ informazzjoni finanzjarja pro forma stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 hija kondizzjonali fuq bidla kbira importanti fid-daqs ta’ min joħroġ it-titoli, għalhekk il-kliem “(jekk applikabbli)” għandhom jiġu miżjuda mal-intestatura tal-kolonna bit-titolu “KOMPONENT” applikabbli għad-dokument tar-reġistrazzjoni fl-Anness XVIII ta’ dak ir-Regolament biex jirriflettu l-applikabilità kondizzjonali tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(11) |
It-titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli jistgħu jipprovdu aċċess għal ishma ġodda meta jiġi eżerċitat id-dritt ta’ sottoskrizzjoni mid-detenturi tagħhom. Għaldaqstant, il-kwistjonijiet tad-drittijiet fuq titoli tad-dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma ġodda tal-emittent għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26a tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 sakemm l-ishma sottostanti huma ishma ġodda maħruġa mill-istess entità li toħroġ titoli tad-dejn. Il-prospett għall-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa għandhom ukoll jibbenefikaw mir-reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26b tar-Regolament (KE) Nru 809/2004. Għaldaqstant, it-taħlita tal-iskedi u l-komponenti applikabbli għall-ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent jew għal titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa għandhom jiżdiedu fl-Anness XVIII. |
|
(12) |
F’konsiderazzjoni tal-bżonn li l-emittenti jingħatalhom perjodu tranżizzjonali sabiex jadattaw għar-rekwiżiti ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal prospetti u prospetti bażi li ġew approvati minn awtorità kompetenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew wara. |
|
(13) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 809/2004
Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Fejn ishma b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3, 4, u 5 li ġejjin huma miżjuda: “3. Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll. 4. Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV. 5. Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. L-iskeda għandha tapplika għal titoli li mhumiex fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-iskedi l-oħrajn tan-nota tat-titoli msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 16, ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(3) u (5) u l-Artikolu 16(3) u (5). L-iskeda għandha tapplika għal ċerti titoli fejn il-ħlas u/jew it-twettiq ta’ obbligi huma marbuta ma’ sottostanti.” |
|
(4) |
Fl-Artikolu 16 huma miżjuda l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin: “3. Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll. 4. Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV. 5. Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.” |
|
(5) |
L-Artikolu 17(2), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(6) |
It-titolu tal-Anness XIV għandu jinbidel b’dan li ġej: “ Komponent ta’ informazzjoni addizzjonali fuq is-sehem sottostanti ”. |
|
(7) |
L-Anness XVIII huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżitorja
1. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-approvazzjoni ta’ suppliment għal prospett jew prospett ta’ bażi fejn il-prospett jew il-prospett ta’ bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.
2. Fejn skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinnotifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’ċertifikat ta’ approvazzjoni fir-rigward ta’ prospett jew prospett ta’ bażi approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha biċ-ċar u espliċitament tindika fiċ-ċertifikat li l-prospett jew il-prospett ta’ bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS XVIII
PARTI I
Tabella ta’ kombinazzjonijiet
|
Nru |
ANNESS XVIII Parti I |
DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI |
|||||||||
|
SKEDI |
KOMPONENTI |
SKEDI |
|||||||||
|
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn u derivattivi (< EUR 100 000 ) |
Dejn u derivattivi (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli abbażi ta’ assi |
Dejn u derivattivi tal-Banek |
Informazzjoni pro forma (jekk applikabbli) |
Impriza ta’ Investiment Kollettiv tat-Tip closed-end |
L-Istati u l-Awtoritajiet Regjonali u Lokali tagħhom |
Korpi Internazzjonali Pubblici/titoli ta’ dejn iggarantiti minn stat membru tal-OECD |
||
|
1 |
Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000 |
|
JEW |
|
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000 |
|
|
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
4 |
Titoli ta’ dejn ggarantiti minn parti terza |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
5 |
Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
6 |
Titoli abbażi ta’ assi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
8 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza li mhux ammessi f’suq regolat |
L-emittent ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
9 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal emittent li mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent li mhux ammessi f’suq regolat |
L-emittent ta’ titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
11 |
Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12 |
Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
14 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
15 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti) |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
Nru |
ANNESS XVIII Parti I |
NOTA TAT-TITOLI |
|||||||
|
SKEDI |
KOMPONENTI ADDIZZJONALI |
||||||||
|
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn (< EUR 100 000 ) |
Dejn (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli derivattivi |
Garanziji |
Titoli abbażi ta’ assi |
Sehem sottostanti |
||
|
1 |
Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Titoli ta’ Dejn (Titoli ta’ Dejn vanilla, Titoli ta’ Dejn fuq dħul, Titoli ta’ Dejn Strutturati, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
Titoli ta’ Dejn ggarantiti minn parti terza |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
|
5 |
Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
Titoli abbażi ta’ assi |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
|
7 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
U biss il-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
|
8 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
U minbarra l-punt 2 |
||
|
9 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
|
10 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
|
|
|
|
|
|
||
|
11 |
Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
|
12 |
Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
|
|
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
|
13 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
|
14 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
|
15 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
PARTI II
Tabella ta’ kombinazzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent u t-titoli tad-dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent meta dawn il-kwistjonijiet ta’ drittijiet u titoli ta’ dejn jinħarġu minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) jew kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa (“Small Caps”) (reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni)
Madankollu, l-emittenti jistgħu jagħżlu li jfasslu prospett skont r-reġim tad-divulgazzjoni sħiħa.
|
Nru |
ANNESS XVIII Parti II: PDR |
DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI |
|||||||||
|
SKEDI |
KOMPONENTI |
SKEDI |
|||||||||
|
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn u derivattivi (< EUR 100 000 ) |
Dejn u derivattivi (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli abbażi ta’ assi |
Dejn u derivattivi tal-banek |
Informazzjoni pro forma (jekk applikabbli) |
Imprizi ta’ Investiment Kollettiv tat-Tip closed-end |
L-istati u l-awtoritajiet regjonali u lokali |
Korpi Internazzjonali Pubblici/titoli ta’ dejn iggarantiti minn stat membru tal-OECD |
||
|
1 |
Ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent, meta l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi f’suq regolat jew MTF jekk il-kundizzjonijiet f’Art. 26.a(2) huma sodisfatti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
4 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Nru |
ANNESS XVIII Parti II: PDR |
NOTA TAT-TITOLI |
|||||||
|
SKEDI |
KOMPONENTI ADDIZZJONALI |
||||||||
|
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn (< EUR 100 000 ) |
Dejn (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli derivattivi |
Garanziji |
Titoli abbażi ta’ assi |
Sehem sottostanti |
||
|
1 |
Ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent, meta l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi f’suq regolat jew MTF jekk il-kundizzjonijiet f’Art. 26.a(2) huma sodisfatti |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
JEW |
JEW |
|
|
|
U minbarra l-punt 2 |
|
|
2 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
U biss il-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli fishma ta’ parti terza mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
Ishma sottostanti |
|
|
|
|
|
|
U minbarra l-punt 2 |
||
|
4 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
|
5 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ dejn |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
U biss il-punti 3.1 u 3.2” |
|
|
|
|
|
|
||
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 760/2013
tas-6 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u l-Mediterran minn bastimenti u nases li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2) jew ftehimiet, jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti u nases li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti u nases li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jiġi pprojbit ukoll, li ħut minn dak l-istokk jinżamm abbord, jirrilokaw, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, jinħasad, it-trasferiment, it-trażbord jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn din id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
16/TQ40 |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk |
BFT/AE45WM |
|
Speċi |
Tonn (Thunnus thynnus) |
|
Żona |
L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran |
|
Data |
4.7.2013 |
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 761/2013
tas-6 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV u ż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni 1, 2, 3, 4 u 6, esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2) jew ftehimiet,jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jiġi żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
17/TQ40 |
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
|
Stokk |
SAN/2A3A4. u ż-żoni ta’ ġestjoni SAN/123_1, _2, _3, _4, _6 |
|
Speċi |
Iċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati (Ammodytes spp.) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV u ż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni 1, 2, 3, 4 u 6 (esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula) |
|
Data |
4.7.2013 |
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 762/2013
tas-7 ta’ Awwissu 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Parti A tal-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam tal-lista ta' sustanzi attivi approvati (2) tistipula s-sustanzi attivi meqjusa li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(2) |
L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram se jiskadu bejn it-30 ta’ April 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2016. L-applikazzjonijiet ġew ippreżentati għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa neċessarju li jitħalla biżżejjed żmien biex l-applikanti jlestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi x’aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn l-ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma jiġix ippreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipola li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data bħal ta’ qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
ANNESS
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 107, MCPA, id-data tat-“30 ta’ April 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Ottubru 2017”. |
|
(2) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 108, MCPB, id-data tat-“30 ta’ April 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Ottubru 2017”. |
|
(3) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 111, klorpirifos, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”. |
|
(4) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 112, klorpirifos-metil, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”. |
|
(5) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 113, maneb, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”. |
|
(6) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 114, mankożeb, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”. |
|
(7) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 115, metiram, id-data tat-“30 ta’ Ġunju 2016” tinbidel bid-data tal-“31 ta’ Jannar 2018”. |
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 763/2013
tas-7 ta’ Awwissu 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2009 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ pjanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adattabilità tad-denominazzjonijiet tal-varjetajiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 9(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u partikolarment l-Artikolu 9(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fir-rigward ta’ ċerti speċi, il-kategoriji stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (3) għandhom jiġu adattati sabiex jitqiesu l-bidliet fil-klassifikazzjoni botanika internazzjonali. L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti diġà inkluda, f’Novembru 2012, dawk il-bidliet fil-"Linji gwida dwar l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwarhom". |
|
(2) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 637/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Tabella 1, Kategoriji fi ħdan ġenus, ir-ringieli li jikkonċernaw il-kategoriji 4.1 u 4.2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-Tabella 2, Kategoriji li fihom aktar minn ġenus wieħed, ir-ringieli li jikkonċernaw il-kategoriji 201 u 203 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 764/2013
tas-7 ta’ Awwissu 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0709 93 10 |
TR |
140,7 |
|
ZZ |
140,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
87,9 |
|
BO |
85,6 |
|
|
CL |
99,9 |
|
|
TR |
71,0 |
|
|
UY |
86,0 |
|
|
ZA |
100,0 |
|
|
ZZ |
88,4 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
190,1 |
|
MA |
180,7 |
|
|
TR |
160,6 |
|
|
ZZ |
177,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
155,3 |
|
BR |
97,9 |
|
|
CL |
126,0 |
|
|
CN |
88,2 |
|
|
NZ |
127,7 |
|
|
US |
144,3 |
|
|
ZA |
104,6 |
|
|
ZZ |
120,6 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
134,7 |
|
CL |
161,4 |
|
|
NZ |
194,4 |
|
|
TR |
153,4 |
|
|
ZA |
108,5 |
|
|
ZZ |
150,5 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
369,1 |
|
ZZ |
369,1 |
|
|
0809 30 |
TR |
146,0 |
|
ZZ |
146,0 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
44,4 |
|
MK |
61,9 |
|
|
TR |
92,3 |
|
|
XS |
57,7 |
|
|
ZZ |
64,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/20 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/45/UE
tas-7 ta’ Awwissu 2013
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2002/55/KE u 2008/72/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE fir-rigward tal-isem botaniku tat-tadam
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2), 44(2), 45 u 48(1)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 1(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-dawl tal-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku, il-Kodiċi Internazzjonali tan-Nomenklatura Botanika (l-ICBN) ġiet irriveduta, b’mod partikolari fir-rigward tal-isem botaniku tat-tadam. |
|
(2) |
Sabiex jidher dan l-iżvilupp, id-Direttivi 2002/55/KE u 2008/72/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (3) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2002/55/KE
Id-Direttiva 2002/55/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2(1)(b) il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”. |
|
(2) |
Fit-tabella mogħtija fil-punt 3(a) tal-Anness II, il-kliem “Lycopersicon esculentum.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”. |
|
(3) |
Fit-tabella mogħtija fil-punt 2 tal-Anness III, il-kliem “Lycopersicon esculentum.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2008/72/KE
Fit-tabella mogħtija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/72/KE, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”.
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 2009/145/KE
Id-Direttiva 2009/145/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
Fit-tabella mogħtija fl-Anness I, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”. |
|
(2) |
Fit-tabella mogħtija fl-Anness II, il-kliem “Lycopersicon esculentum Mill.” għandu jinbidel bil-kliem “Solanum lycopersicum L.”. |
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom it-tali referenza meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
DEĊIŻJONIJIET
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Awwissu 2013
li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Latvja u l-Bjelorussja u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sorveljanza fil-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda
(notifikata bid-dokument C(2013) 4980)
(It-testi bil-Latvjan u l-Litwan biss huma awtentiċi)
(2013/427/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3), 3(6) u 8 taghħa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u partikolarment l-Artikolu 84 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Peress li l-pjan approvat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/90/UE (3) huwa qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (4), id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għall-infiq provdut fil-programm ta’ ħidma għall-għotjiet. |
|
(2) |
Id-deni klassiku tal-ħnieżer hija marda virali infettiva tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi li xxekkel il-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew il-prodotti, is-semen, l-ova u l-embrijuni u wkoll mill-ħnieżer selvaġġi. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (5) tistipula l-miżuri li jridu jiġu applikati immedjatament fil-każ ta’ tifqigħa biex il-vajrus ma jitħalliex jinxtered aktar. |
|
(5) |
Fil-każ ta’ konferma tal-preżenza tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u meta dejta epidemjoloġika disponibbli tissuġġerixxi li qed jhedded li jinxtered, l-aktar miżura veterinarja effettiva u effiċjenti sabiex titrażżan il-firxa tal-marda huwa t-tilqim orali tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żona f’riskju.. |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Novembru 2012, il-Latvja nnotifikat żewġ każijiet primarji tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fil-kontej ta' Dagda u Zilupe, qrib ħafna tal-fruntiera tal-Bjelorussja u r-Russja. |
|
(7) |
Wara dawn it-tifqigħat, il-Latvja implimentat sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u mbagħad fil-ħnieżer għat-trobbija għall-użu personali fiż-żoni ta' madwar il-każijiet primarji li jiddefinixxu ż-żona infettata. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/90/UE approvat il-pjan ppreżentat mil-Latvja għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi, hekk kif il-kundizzjonijiet ambjentali jippermettu dan fiż-żoni indikati skont l-Artikolu 16(1) u r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/89/KE. |
|
(9) |
Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana, it-tifqigħ tad-deni klassiku tal-ħnieżer huwa meqjus bħala emerġenza, u bi qbil mill-kabinett tal-Ministri, kienet permessa l-proċedura ta’ urġenza għax-xiri tat-tilqima mingħajr sejħa miftuħa għall-offerti, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tat-tilqim fil-kampanja tar-rebbiegħa 2013. |
|
(10) |
Minħabba l-qrubija taż-żona infettata mal-Bjelorussja, ma jistax jiġi eskluż li l-ħnieżer selvaġġi infettati jaqsmu l-fruntiera bejn il-Latvja u l-Bjelorussja. Barra minn hekk, it-tim tal-emerġenza veterinarja tal-Komunità, wara żjara fuq il-post fi Frar 2013, irrakkomanda li ż-żona tat-tilqim tiġi estiża lejn żona ta’ lqugħ b'50 km fit-territorji Bjelorussi tul il-linja tal-fruntieri tal-Latvja. |
|
(11) |
Biex l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi u dawk mrobbija għall-użu personali f’riskju tiġi evalwata, kien xieraq li b'mod urġenti jiġu stabbiliti attivitajiet armonizzati ta’ sorveljanza u stħarriġ epidemjoloġiċi, ibbażati fuq testijiet tal-laboratorju viroloġiċi u seroloġiċi għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi u selvaġġi f’ċerti żoni ta’ riskju għoli fl-inħawi taż-żona infettata fil-Latvja, il-Bjelorussja u kif ukoll il-Litwanja. |
|
(12) |
Il-Latvja ppreżentat l-ispejjeż stmati tal-pjan għat-tilqim ta’ emerġenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer tal-ħnieżer selvaġġi bl-indikazzjoni tan-numru approssimattiv tad-dożijiet tat-tilqim meħtieġa għat-territorju tal-Latvja u ż-żona newtrali għat-tilqim fil-Bjelorussja, u l-ispejjeż stmati biex jitwettaq dan it-tilqim. L-ispiża stmata għat-tilqim ta’ emerġenza tammonta għal EUR 221 800. |
|
(13) |
Biex il-marda tiġi miġġielda fit-territorji tal-Latvja, il-Litwanja u l-Bjelorussja, fl-ewwel ġimgħa ta’ April 2013, il-Latvja u l-Litwanja ressqu l-istima inizjali tal-ispejjeż li se jiġġarrbu għall-implimentazzjoni tal-istħarriġ epidemjoloġiku u l-miżuri ta’ sorveljanza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-kuntest tal-miżuri l-oħra ta’ emerġenza li ttieħdu. L-ispiża stmata għall-miżuri ta' sorveljanza tammonta għal EUR 227 000 fil-Latvja u l-Bjelorussja u EUR 17 000 fil-Litwanja. |
|
(14) |
L-eliġibbiltà retroattiva tal-ispejjeż mġarrba mil-Latvja mid-data tan-notifika tat-tifqigħat u mil-Litwanja u l-Bjelorussja mid-data tal-bidu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza hija ġġustifikata għaliex dawn l-azzjonijiet huma essenzjali biex jiddefinixxu ż-żona ta’ tilqim u għalhekk, tinqered il-marda b'suċċess. |
|
(15) |
L-Artikolu 3(6) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni trid tkun 100 % tal-ispiża tal-forniment tat-tilqim u 50 % tal-ispiża mġarrba fit-twettiq tat-tilqima. Madankollu, minħabba li l-infiq eċċessiv għall-baġit tal-Unjoni għandu jiġi evitat, jridu jiġu stabbiliti l-ammonti massimi li jirriflettu l-pagament raġonevoli għall-ispiża tal-forniment tat-tilqim u l-ispejjeż imġarrba għat-twettiq tat-tilqima. Il-pagament raġonevoli huwa l-pagament għall-materjal jew għas-servizz bi prezz proporzjonat meta mqabbel mal-prezz tas-suq. Sakemm il-Kummissjoni twettaq l-kontrolli fuq il-post, huwa meħtieġ li issa jiġi approvata l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni għal-l-Latvja u li jiġi ffissat l-ammont ta' pagament tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
|
(16) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (6), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(17) |
Il-pagament tal-kontribut finanzjarju għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati tabilħaqq twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ lill-Kummissjoni. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fl-2013, il-Latvja għandha tkun intitolata għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għall-pjan ta’ emerġenza tat-tilqim tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi li għandhom jitwettqu fil-Latvja u fil-Bjelorussja li tammonta għal:
|
(a) |
100% tal-ispiża (il-VAT mhux inkluż) tal-provvista tad-dożi tat-tilqim; |
|
(b) |
50 % tal-ispejjeż tas-salarji u t-tariffi mħallsa lill-persunal li jagħmel it-tilqim fil-Latvja, u 50 % tal-ispiża (il-VAT mhux inkluż) tal-ispiża assoċjata direttament mat-tilqim fil-Latvja. |
2. L-ammonti massimi li għandhom jiġu rimborżati lil-Latvja għall-ispiża msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jaqbżu:
|
(a) |
għax-xiri tat-tilqim, medja ta' EUR 0,91 għal kull doża; |
|
(b) |
għat-tilqim, medja ta' EUR 0,18 għal kull doża tat-tilqim imqassma fil-Latvja; |
|
(c) |
EUR 130 800 għall-ispiża tat-tilqim fil-Latvja; |
|
(d) |
EUR 91 000 għall-ispiża tat-tilqim fil-Bjelorussja; |
Artikolu 2
1. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer, il-Latvja u l-Litwanja għandhom ikunu intitolati għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju għall-miżuri ta' sorveljanza seroloġiċi u viroloġiċi fil-ħnieżer domestiċi u selvaġġi, imwettqa fil-Litwanja u fil-Bjelorussja mill-1 ta’ April 2013 u fil-Latvja mill-20 ta’ Novembru 2012.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun bir-rata ta' 50 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Latvja u l-Litwanja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:
|
(i) |
EUR 227 000 għal-Latvja; |
|
(ii) |
EUR 17 000 għal-Litwanja. |
3. L-ispiża massima li trid tiġi rimborżata lil-Latvja u l-Litwanja għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhiex taqbeż:
|
(i) |
EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun; |
|
(ii) |
EUR 5 għal kull ħanżir selvaġġ inkluż fil-kampjun; |
|
(iii) |
EUR 2 għal kull test ELISA; |
|
(iv) |
EUR 10 għal kull test PCR; |
|
(v) |
EUR 10 għal kull test viroloġiku. |
Artikolu 3
Soġġett għar-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-post imwettaq skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, l-ewwel pagament parzjali għandu jitħallas lil-Latvja kif ġej:
|
(a) |
sa EUR 224 300; |
|
(b) |
bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni stipulata fl-Artikoli 1 u 2. |
Il-ħlas irid isir abbażi ta’ talba uffiċjali għar-rimborż ippreżentata mil-Latvja.
Artikolu 4
L-infiq eliġibbli għal kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandu jkun limitat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għall-miżuri stipulati fil punti 1 sa 4.
|
1. |
Kampjunar:
|
|
2. |
Ittestjar fil-laboratorju:
|
|
3. |
Ix-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ tilqim u/jew tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi. |
|
4. |
Id-distribuzzjoni tat-tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi:
|
Artikolu 5
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 2 għandha titħallas fuq il-bażi ta':
|
(a) |
rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tat-tilqim ta’ emerġenza, inklużi r-riżultati miksuba, matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta' April 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013; |
|
(b) |
rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-miżuri ta’ sorveljanza, inklużi r-riżultati miksuba, matul il-perjodu tal-20 ta' Novembru 2012 fil-Latvja u mill-1 ta' April 2013 fil-Litwanja sal-31 ta’ Diċembru 2013; |
|
(c) |
rapport finanzjarju finali, f’forma kompjuterizzata skont l-Anness III, dwar l-ispejjeż imġarrba mil-Latvja matul il-perjodu mill-20 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013 u mil-Litwanja matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013; |
|
(d) |
ir-riżultati ta’ kwalunkwe kontrolli fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. |
Id-dokumenti li jappoġġjaw ir-riżultati msemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom ikunu disponibbli għall-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-punt (d) imwettqa mill-Kummissjoni.
2. Ir-rapport tekniku finali u r-rapport finanzjarju finali msemmi fil-paragrafu 1(a) sa 1(c) iridu jitressqu sa mhux iktar tard mill-1 ta’ April 2014. Jekk dak il-limitu ta’ żmien ma jiġix irrispettat, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq għal dan id-dewmien, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni se titnaqqas b’25 % għal kull xahar kalendarju tad-dewmien.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja u lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 47, 20.2.2013, p. 70.
(4) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
ANNESS I
Ir-rapport tekniku finali dwar it-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ
Stat Membru: …
Data: …
|
1. |
Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:
|
|
2. |
Informazzjoni dwar it-tilqim:
|
|
3. |
Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi: |
ANNESS II
Rapport tekniku finali dwar miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u domestiċi
Stat Membru: …
Data: …
|
1. |
Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:
|
|
2. |
Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi: |
|
3. |
Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: l-inkjesti epidemjoloġiċi, annimali misjuba mejta, distribuzzjoni tal-età tar-reatturi pożittivi, leżjonijiet misjuba, eċc: |
(1) Indika: ELISA, PCR, Ag-ELISA, iżolament, oħrajn (speċifika).
ANNESS III
Rapport finanzjarju finali
Stat Membru: …
Data: …
|
1. |
Vaċċinazzjoni ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi:
|
|
2. |
Miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u domestiċi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jiena niċċertifika li:
|
— |
din in-nefqa saret tassew, akkontata b’eżattezza u eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, |
|
— |
id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ spezzjoni, |
|
— |
l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni ma ntalbet għal dawn il-miżuri u d-dħul kollu li sar mill-operazzjonijiet taħtom huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni, |
|
— |
il-programm kien eżegwit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, |
|
— |
japplikaw il-proċeduri ta’ kontroll, partikolarment għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet. |
Data:
Isem u firma tad-direttur operattiv:
(*1) L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT
(*2) L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.
|
8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/s3 |
NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI
Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.
Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.