ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.209.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
3 ta' Awwissu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 513/2013, li jimponi dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/419/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali, biex iqisu l-ħtiġijiet ta’ nfiq li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

14

 

 

2013/420/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (FEG/2013/000 TA 2013 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

16

 

 

2013/421/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR, fir-rigward tal-proposta biex tiġi emendata l-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti koperti mill-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)

17

 

 

2013/422/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2013) 4880)  ( 1 )

21

 

 

2013/423/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2013 li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

26

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2013

tat-2 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 513/2013, li jimponi dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (2), il-Kummissjoni imponiet dazju provviżorju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (3) l-Kummissjoni aċċettat l-offerta ta’ impenn minn grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME).

(3)

L-aċċettazzjoni tal-impenn teħtieġ emendi tekniċi għar-Regolament (UE) Nru 513/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħlu intestatura J ġdida u premessa 282 ġdida:

“J.   DIKJARAZZJONI DOGANALI

(282)

Statistika ta’ pannelli solari u l-komponenti ewlenin tagħhom ta’ spiss hija espressa f’numru ta’ partijiet jew Watt. Madankollu, ma teżistix unità supplimentari bħal din għall-pannelli solari u l-komponenti ewlenin tagħhom speċifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (*1). Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stipulat li mhux biss il-piż f’kilogrammi jew tunnellati iżda wkoll in-numru ta’ partijiet jew Watt għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat iridu jiddaħħlu fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. Il-partijiet għandhom jiġu indikati għall-kodiċi TARIC 3818 00 10 11 u 3818 00 10 19 u l-Watt għandhom jiġu indikati għall-kodiċi TARIC 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39.

(*1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.” "

(2)

It-tabella fl-Artikolu 1, paragrafu 2 (ii) hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Kumpanija

Rata tad-Dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

Changzhou Youze Technology Co., Ltd

51,5  %

B791

Delsolar (Wujiang) Ltd

67,9  %

B792

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

55,9  %

B793

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

55,9  %

B927

JingAo Solar Co.Ltd.

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd.

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd.

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd.

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd.

58,7  %

B794

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

38,3  %

B795

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

48,6  %

B796

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

37,3  %

B797

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

47,6  %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

67,9  %

B999 ”

(3)

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu u l-Artikolu 4 jingħata numru ġdid bħala l-Artikolu 8:

“Artikolu 4

Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hija ppreżentata fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ dawk il-pannelli solari u komponenti ewlenin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi TARIC 3818 00 10 11, 3818 00 10 19, 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39, dawk il-kodiċi TARIC jitniżżlu fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

L-Istati Membri, fuq bażi ta’ kull xahar, jinfurmaw lill-Kummissjoni rigward in-numru tal-partijiet importati taħt il-kodiċi TARIC 3818 00 10 11 u 3818 00 10 19 u n-numru ta’ Watt għall-kodiċi TARIC 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39, u l-oriġini tagħhom.

Artikolu 5

Meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hija ppreżentata fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 1 u 4, in-numru ta’ partijiet taħt il-kodiċi TARIC 3818 00 10 11, 3818 00 10 19, u n-numru ta’ Watt taħt il-kodiċi TARIC 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39 tal-prodotti importati jitniżżlu fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni.

Artikolu 6

1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa għal prodotti li attwalment jinsabu fil-kodiċijiet NM ex 3818 00 10 (kodiċi TARIC 3818 00 10 11, 3818 00 10 19), il-kodiċi NM ex 8541 40 90 (kodiċi TARIC 8541 40 90 21, 8541 40 90 29, 8541 40 90 31 u 8541 40 90 39) li huma mogħnija b’fattura minn kumpaniji li l-impenji tagħhom ġew aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE, ikunu eżenti mid-dazju tal-antidumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

kumpanija elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE immanifatturat, ittrasportat u ffatturat direttament il-prodotti msemmija hawn fuq jew permezz tal-kumpanija relatata tagħha li hija wkoll elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE lill-kumpaniji relatati tagħhom l-Unjoni li jaġixxu bħala importatur u l-approvazzjoni tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni jew lill-ewwel klijent indipendenti li jaġixxi bħala importatur u l-approvazzjoni tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni; kif ukoll

(b)

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li jkun fiha mill-inqas il-punti u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; u

(c)

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn Ċertifikat ta’ Impenn ta’ Esportazzjoni skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament; u

(d)

il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana tikkorrispondi preċiżament għad-deskrizzjoni fuq il-fattura tal-impenn.

2.   Dejn doganali jiġġarrab fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa:

(a)

meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li ma tiġix sodisfatta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn tagħha skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 f’Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikulari u jiddikjaraw il-fatturi ta’ impenn rilevanti bħala invalidi.

Artikolu 7

Il-kumpaniji li l-impenji tagħhom ikunu aċċettati mill-Kummissjonu u li l-ismijiet tagħhom ikunu elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk, ukoll se joħorġu fattura għal tranżazzjonijiet li mhumiex eżentati mid-dazji tal-antidumping. Din il-fattura hija fattura kummerċjali li jkun fiha tal-inqas il-punti stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.”

(4)

L-Anness jinbidel u jingħata isem ġdid bħala l-Anness I u jiddaħħlu l-Annessi II-IV kif ġej:

‘ANNESS I

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Isem tal-Kumpanija

kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd

B799

Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

B800

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co., Ltd.

B801

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Arhui Titan PV Co. Ltd

B803

Xi’an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG’O SOLAR EQUIPMENT

B804

CSI Solar Power (China) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

CSI Cells Co. Ltd

B805

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd.

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd.

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd.

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd.

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co., Ltd

B810

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD.

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD.

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD.

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

CSG PVtech Co. Ltd

B814

DCWATT POWER Co. Ltd

B815

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

ET Solar Industry Limited

ET Energy Co.,Ltd

B819

Dotec Electric Co. Ltd

B928

GD Solar Co. Ltd

B820

Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

B821

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd.

B822

GS PV Holdings Group

B823

Hangzhou Bluesun Solar Energy Technology Co. Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co., Ltd

Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co., Ltd

B825

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd.

B826

Hanwha SolarOne Co. Ltd

B829

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO.,LTD.

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp.,Ltd.

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Energy Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

Jinggong P-D Shaoxing Solar Energy Tech Co. Ltd

B844

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

B845

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

King-PV Technology Co. Ltd

B848

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

B850

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL Solar System (Suzhou) Limited

 

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Motech (Suzhou) Renewable Energy Co. Ltd

B852

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Best Solar Energy Technology Co. Ltd

B855

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co.,Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd.

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

Qingdao Jiao Yang Lamping Co. Ltd

B867

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

Shanghai Chaori International Trading Co., Ltd

B872

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

B873

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shanghai ST-Solar Co. Ltd

Jiangsu ST-Solar Co. Ltd

B876

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

B879

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD.

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD.

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd.

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Winsun New Energy Co. Ltd

B887

Worldwide Energy and Manufacturing USA Co. Ltd

B888

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co., Ltd.

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co., Ltd.

B893

Wuxi UT Solar Technology Co. Ltd

B894

Xiamen Sona Energy Co. Ltd

B895

Xi’an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Xi’an LONGi Silicon Materials Corp.

Wuxi LONGi Silicon Materials Co., Ltd.

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Yunnan Tianda Photovoltaic Co. Ltd

B901

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Yutai Photovoltaic Material Co. Ltd

B930

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Longbai Photovoltaic Tech Co. Ltd

B909

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang SOCO Technology Co. Ltd

B913

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

B915

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

RENESOLA ZHEJIANG LTD

RENESOLA JIANGSU LTD

B921

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922

ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

B923

Zytech Engineering Technology Co. Ltd

B924

‘ANNESS II

L-elementi li ġejjin ikunu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta’ merkanzija li hija soġġetta għall-Impenn:

1.

L-Intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTI GĦAL IMPENN”.

2.

L-isem tal-Kumpanija li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.

6.

Id-deskrizzjoni f’lingwa ċara u eżatta tal-oġġetti u:

in-numru ta’ kodiċi tal-prodott (PCN),

speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi NM;

il-kwantità (għandha tingħata f’unitajiet espressi f’Watt għal moduli u ċelluli jew partijiet għal wejfers),

7.

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ, inkluż:

prezz għal kull unità (Watt għal moduli u ċelluli jew partijiet għal wejfers),

it-termini applikabbli għall-ħlas,

it-termini applikabbli għall-kunsinna,

ir-roħs u r-ribass totali.

8.

L-isem tal-Kumpanija li taġixxi bħala importatur li lilha tinħareġ il-fattura direttament mill-Kumpanija.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-Kumpanija li tkun ħarġet il-Fattura Kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Unjoni Ewropea tal-merkanzija koperta minn din il-fattura qed isir fil-kamp ta’ applikazzjoni u skont il-kundizzjonijiet tal-impenn offrut minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE. Jien niddikjara li l-informazzjoni provduta f’din ilfattura hija kompluta u korretta.”

‘ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA’ IMPENN TA’ ESPORTAZZJONI

Il-punti li ġejjin ikunu indikati fiċ-Ċertifikat ta’ Impenn ta’ Esportazzjoni li jinħaeġ minn CCCME għal kull Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta’ merkanzija li hija soġġetta għall-Impenn:

1.

L-isem, l-indirizz, in-numri tal-faks u tat-telefon tal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u ta’ Prodotti Elettroniċi (CCCME).

2.

L-isem tal-kumpanija msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/423/UE li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu rilaxxati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, inklużi:

in-numru ta’ kodiċi tal-prodott (PCN),

l-ispeċifikazzjoni teknika tal-oġġetti, in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpannija (CPC) (jekk applikabbli),

il-kodiċi NM;

7.

Il-kwantità preċiża f’unitajiet esportati espressi f’Watt (għal moduli u ċelluli jew partijiet (għal wejfers),

8.

In-numru u d-data tal-iskadenza (tliet xhur wara l-ħruġ) taċ-ċertifikat.

9.

L-isem tal-uffiċjal ta’ CCCME li jkun ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li din il-liċenzja hi mogħtija għal esportazzjonijiet diretti lejn l-Unjoni Ewropea tal-merkanzija koperta mill-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li hu soġġett għall-impenn u li ċ-ċertifikat ikun maħruġ fil-kamp ta’ applikazzjoni u skont it-termini tal-impenn offrut minn [kumpanija] u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’dan iċ-ċertifikat hi korretta u li l-kwantità koperta b’dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu tal-impenn.”

10.

Data.

11.

Il-firma u s-siġill ta’ CCCME.

‘ANNESS IV

L-elementi li ġejjin ikunu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti li huma soġġetti għad-dazji tal-antidumping:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL DAZJI TAL-ANTIDUMPING”

2.

L-isem tal-Kumpanija li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtha l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni.

6.

Id-deskrizzjoni f’lingwa ċara u eżatta tal-oġġetti u:

in-numru ta’ kodiċi tal-prodott (PCN),

speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi NM;

il-kwantità (għandha tingħata f’unitajiet espressi f’Watt għal moduli u ċelluli) jew partijiet għal wejfers),

7.

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ, inkluż:

il-prezz għal kull unità (Watt għal moduli u ċelluli jew partijiet għal wejfers),

it-termini applikabbli għall-ħlas,

it-termini applikabbli għall-kunsinna,

ir-roħs u r-ribass totali.

8.

L-isem u l-firma tal-uffiċjal tal-Kumpanija li tkun ħarġet il-Fattura Kummerċjali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5

(3)  Ara l-paġna 26 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali


3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 749/2013

tat-2 ta’ Awwissu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0709 93 10

TR

118,5

ZZ

118,5

0805 50 10

AR

86,5

BO

73,4

CL

73,3

TR

71,0

UY

86,3

ZA

90,8

ZZ

80,2

0806 10 10

CL

140,3

EG

185,9

MA

180,7

TR

178,1

ZZ

171,3

0808 10 80

AR

151,0

BR

85,6

CL

132,0

CN

71,5

NZ

125,9

US

149,4

ZA

118,2

ZZ

119,1

0808 30 90

AR

129,1

CL

138,2

NZ

148,9

TR

158,9

ZA

107,4

ZZ

136,5

0809 29 00

CA

303,6

TR

323,7

ZZ

313,7

0809 30

TR

149,4

ZZ

149,4

0809 40 05

BA

50,3

XS

60,5

ZZ

55,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/14


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali, biex iqisu l-ħtiġijiet ta’ nfiq li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2013/419/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod, u b’mod partikolari l-punt 29 tiegħu (1),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

It-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) jistipula dispożizzjonijiet tranżitorji fi kwistjonijiet baġitarji.

(2)

Il-Konferenza tal-Adeżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 approvat ir-riżultati tan-negozjati li ddeterminaw il-ħtiġijiet tan-nefqa, li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013.

(3)

L-adeżjoni tal-Kroazja tirrikjedi aġġustament tal-qafas finanzjarju pluriennali 2007–2013 għas-sena 2013 u żieda tal-limiti massimi ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-sena 2013 bl-ammont totali ta’ EUR 603 miljun fi prezzijiet attwali, maqsumin f’EUR 47 miljun għas-subintestatura 1a, EUR 450 miljun għas-subintestatura 1b, EUR 31 miljun għas-subintestatura 3b u EUR 75 miljun għall-intestatura 6, li għandha tiġi kkumpensata bis-sħiħ bi tnaqqis fil-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-sena 2013 skont l-intestatura 5 għall-istess ammont.

(4)

L-adeżjoni tal-Kroazja tirrikjedi wkoll l-aġġustament tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2013, billi jiżdied b’ammont ta’ EUR 374 miljun fi prezzijiet attwali.

(5)

Il-qafas finanzjarju għall-Unjoni Ewropea maqbul fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod għandu jiġi aġġustat biex iqis l-adeżjoni tal-Kroazja għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(6)

L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq (3),

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

L-Anness I għall-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

(3)  Għal dan il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għal prezzijiet tal-2004.


ANNESS

QAFAS FINANZJARJU 2007–2013

(miljuni ta’ EUR — prezzijiet kostanti 2004)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Totali 2007-2013

1.

Tkabbir sostenibbli

50 865

53 262

55 879

56 435

55 693

57 708

59 111

388 953

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

12 018

12 580

11 306

12 677

13 112

79 692

1b

Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

42 461

43 667

43 861

43 855

44 387

45 031

45 999

309 261

2.

Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

51 962

54 685

51 023

53 238

52 136

51 901

51 284

366 229

li minnhom: nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 375

1 503

1 645

1 797

2 014

10 791

3a

Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

785

910

1 050

1 200

1 390

6 625

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

624

4 166

4.

UE bħala attur globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni  (1)

6 633

6 818

6 816

6 999

7 044

7 274

7 106

48 690

6.

Kumpensi

419

191

190

0

0

0

63

863

Approprjazzjonijiet ta’ impenn totali

117 277

122 683

122 022

125 184

123 857

126 359

127 607

864 989

bħala perċentwali tad-DGN

1,08  %

1,09  %

1,06  %

1,06  %

1,03  %

1,03  %

1,01  %

1,05  %

 

Approprjazzjonijiet ta’ pagament totali

115 142

119 805

109 091

119 245

116 394

120 649

120 731

821 057

bħala perċentwali tad-DGN

1,06  %

1,06  %

0,95  %

1,01  %

0,97  %

0,98  %

0,96  %

1,00  %

Marġini disponibbli

0,18  %

0,18  %

0,29  %

0,22  %

0,26  %

0,25  %

0,27  %

0,23  %

Limitu massimu tar-riżorsi proprji bħala perċentwali tad-DGN

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,23  %

1,23  %

1,23  %

1,23  %

1,23  %


(1)  In-nefqa fuq il-pensjonijiet inkluża taħt il-limitu massimu ta’ din l-intestatura hija kkalkolata bil-kontribuzzjonijiet tal-persunal fl-iskema rilevanti mnaqqsa, li ma taqbiżx il-EUR 500 miljun skont il-prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.


3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/16


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Lulju 2013

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (FEG/2013/000 TA 2013 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

(2013/420/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali lil ħaddiema li ngħataw is-sensja li jbatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistipula li 0,35 % tal-ammont massimu annwali jista’ jsir disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk qed tipproponi li timmobilizza l-ammont ta’ EUR 750 000.

(4)

Il-FEG għandu, għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni) għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 750 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Ġunju 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR, fir-rigward tal-proposta biex tiġi emendata l-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti koperti mill-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)

(2013/421/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti koperti mill-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 ġiet approvata f’isem l-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 (1) u daħlet fis-seħħ fl-Unjoni fl-20 ta’ Ġunju 1983 (2).

(2)

Verżjoni konsolidata tal-Konvenzjoni TIR ġiet ippubblikata bħala Anness fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE (3), skont liema l-Kummissjoni għandha tippubblika emendi futuri tal-Konvenzjoni TIR f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tindika d-dħul fis-seħħ tagħhom.

(3)

Wara deliberazzjonijiet twal, f’Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) iddeċieda li kien hemm bżonn isiru xi modifikazzjonijiet għall-Konvenzjoni TIR. Dawn il-modifiki jikkonċernaw l-Artikolu 6 u l-introduzzjoni ta’ Parti III ġdida fl-Anness 9 tal-Konvenzjoni TIR li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati minn organizzazzjoni internazzjonali li tkun awtorizzata tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u li tistampa u tqassam Carnets TIR.

(4)

L-emendi proposti għall-Konvenzjoni TIR jintroduċu definizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali u jiddefinixxu b’mod ċar il-proċess ta’ awtorizzazzjoni tagħha. L-introduzzjoni ta’ parti III ġdida fl-Anness 9, se tikkomplimenta l-għan ta’ dak l-Anness billi tiddefinixxi b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ dawk kollha involuti fis-sistema TIR u żżid it-trasparenza fl-immaniġġjar tagħha. L-introduzzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti fit-test ġuridiku għall-Konvenzjoni TIR ser tissimplifika wkoll it-test tal-ftehim bil-miktub bejn l-UNECE u l-organizzazzjoni internazzjonali skont in-Nota ta’ Spjegazzjoni 0.6.2 bis 2 għall-Artikolu 6 paragrafu 2 tal-Konvenzjoni TIR.

(5)

Fi ħdan il-Kumitat tal-Leġiżlazzjoni Doganali (Koordinazzjoni Ġinevra), id-delegati tal-Istati Membri kollha esprimew opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-emenda.

(6)

Fil-53 sessjoni tiegħu fi Frar 2012, il-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR adotta l-emendi proposti tal-Konvenzjoni TIR, soġġett għat-tlestija tal-proċeduri interni tal-Unjoni.

(7)

Fil-5 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat Amministrattiv ittrażmetta lis-Segretarju Ġenerali, skont l-Artikolu 59(1) u (2) tal-Konvenzjoni TIR, proposti ta’ emendi għall-Artikoli 6.2bis u l-Anness 9 tat-test tal-Konvenzjoni TIR, adottati fit-tlieta u ħamsin sessjoni tiegħu li saret f’Ġinevra fid-9 ta’ Frar 2012. Fl-10 ta’ Lulju 2012, is-Segretarju Ġenerali ħareġ in-Notifika Depożitarja C.N.358.2012.TREATIES, fejn ikkomunika li jekk sal-10 ta’ Lulju 2013 ħadd mill-Partijiet Kontraenti ma jkun innotifika xi oġġezzjoni għall-emendi proposti, dawn se jidħlu fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2013.

(8)

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar l-emendi proposti għandha għalhekk tiġi ddeterminata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz ta’ Anness mill-Kumitat Amministrattiv mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

L-emendi għall-Konvenzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea filwaqt li tiġi indikata d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)   ĠU L 252, 14.9.1978, p. 1.

(2)   ĠU L 31, 2.2.1983, p. 13.

(3)   ĠU L 165, 26.6.2009, p. 1.


ANNESS

Fl-Artikolu 6, qiegħed jiddaħħal paragrafu ġdid kif ġej:

Artikolu 6, paragrafu 2 bis

Modifika tal-paragrafu 2 bis biex jiġi jinqara:

2 bis   Organizzazzjoni internazzjonali tkun awtorizzata mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà tal-organizzazzjoni u l-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji. L-awtorizzazzjoni se tingħata jekk l-organizzazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 9, Taqsima III. Il-Kumitat Amministrattiv jista’ jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk dawn il-kundizzjonjiet u r-rekwiżiti ma jibqgħux issodisfati.

Fl-Anness 9, qiegħda tiddaħħal Part III ġdida kif ġej:

Anness 9, parti III ġdida

Tidħol il-parti III ġdida biex jiġi jinqara:

Awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 6, biex tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u biex tistampa u tqassam Carnets TIR

Kondizzjonijiet u rekwiżiti

1.

Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rrispettati minn organizzazzjoni internazzjonali sabiex tkun awtorizzata, skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni, mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u biex tistampa u tqassam Carnets TIR huma:

(a)

Prova ta’ kompetenza professjonali tajba u l-pożizzjoni finanzjarja għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u ta’ kapaċijiet organizzazzjonali biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni permezz ta’ sottomissjonijiet annwali ta’ rapporti finanzjarji konsolidati awditjati kif xieraq minn awdituri indipendenti rikonoxxuti internazzjonalment;

(b)

Nuqqas ta’ reati serji jew ripetuti kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali.

2.

Skont l-awtorizzazzjoni, l-organizzazzjoni internazzjonali għandha:

(a)

tipprovdi lill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni TIR permezz tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali affiljati mal-organizzazzjoni internazzjonali b’kopji ċertifikati tal-kuntratt tal-garanzija globali u bi prova tal-kopertura tal-garanzija;

(b)

tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni dwar ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti għall-ħruġ tal-Carnets TIR mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali;

(c)

tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR, fuq bażi annwali, b’dejta dwar il-pretensjonijiet ippreżentati, pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti;

(d)

tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni sħiħa u kompluta dwar il-funzjonament tas-sistema TIR, b’mod partikolari, imma mhux limitata għal, informazzjoni f’waqtha u fondata tajjeb dwar ix-xejriet fl-għadd ta’ operazzjonijiet TIR mhux terminati, pretensjonijiet ippreżentati, pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti li jistgħu jagħtu lok għal tħassib rigward il-funzjonament tajjeb tas-sistema TIR jew li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fit-tkomplija tal-operat tas-sistema internazzjonali ta’ garanziji;

(e)

tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’dejta statistika dwar l-għadd ta’ Carnets TIR imqassma lil kull Parti Kontraenti, kategorizzati skont it-tip;

(f)

tipprovdi lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR bid-dettalji tal-prezz tad-distribuzzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali għal kull tip ta’ Carnet TIR;

(g)

tieħu l-passi kollha possibbli biex tnaqqas ir-riskju tal-falsifikazzjoni tal-Carnets TIR;

(h)

tieħu azzjoni korrettiva xierqa f’każijiet fejn jiġu identifikati difetti jew nuqqasijiet fil-Carnet TIR u tirrapportahom lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR;

(j)

tipparteċipa bis-sħiħ fil-każijiet fejn il-Bord Eżekuttiv tat-TIR jintalab jiffaċilita soluzzjoni għal tilwim;

(k)

tiżgura li kwalunkwe problema li tinvolvi attivitajiet ta’ frodi jew diffikultajiet oħra fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni TIR tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR;

(l)

timmaniġġja s-sistema ta’ kontroll tal-Carnets TIR, prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni, flimkien mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali garanti affiljati mal-organizzazzjoni internazzjonali u l-awtoritajiet Doganali u tinforma lill-Partijiet Kontraenti u lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni dwar il-problemi li jinqalgħu fis-sistema;

(m)

tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR bl-istatistika u d-dejta dwar il-prestazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll kif previst fl-Anness 10;

(n)

tikkonkludi, mhux inqas minn xahrejn qabel id-data proviżorja tad-dħul fis-seħħ jew it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni, ftehim bil-miktub mas-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mandat minn u f’aġir għan-nom tal-Kumitat Amministrattiv, li għandu jinkludi l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali tad-dmirijiet tagħha stabbiliti f’dan il-paragrafu.

3.

Meta l-organizzazzjoni internazzjonali tkun infurmata minn assoċjazzjoni garanti dwar pretensjoni għal pagament, hija għandha, fi żmien perjodu ta’ tliet (3) xhur tinforma lill-assoċjazzjoni garanti dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-pretensjoni.

4.

L-informazzjoni kollha miksuba, direttament jew indirettament, mill-organizzazzjoni internazzjonali skont il-Konvenzjoni, li min-natura tagħha tkun kunfidenzjali jew li tiġi pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ segretezza professjonali u ma għandhiex tintuża jew tiġi pproċessata la għal xi għan kummerċjali u lanqas għal kwalunkwe skop ieħor ħlief dak li għalih tkun ġiet ipprovduta jew żvelata lil kwalunkwe parti terza mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew l-awtorità li provdietha. Tali informazzjoni tista’, madankollu, tiġi żvelata mingħajr permess lill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, fejn ikun hemm awtorizzazzjoni jew obbligu li tagħmel hekk skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jew internazzjonali jew b’konnessjoni ma’ proċeduri legali. L-iżvelar jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni għandhom isiru b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta fis-seħħ.

5.

Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkollu d-dritt jirrevoka l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2 bis f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti. Jekk il-Kumitat Amministrattiv jiddeċiedi li jirrevoka l-awtorizzazzjoni, id-deċiżjoni ssir effettiva l-aktar kmieni sitt (6) xhur wara d-data tar-revoka.

6.

L-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali skont it-termini stabbiliti hawn fuq għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-organizzazzjoni skont il-Konvenzjoni.

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2013) 4880)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/422/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Dik id-Direttiva teħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw annimali u prodotti mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu mill-anqas jinkludi l-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness I

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) imressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tagħha għall-annimali u l-prodotti mill-annimali indikati f’dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

(4)

L-Armenja ppreżentat pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, fil-lista għandha tiġi inkluża annotazzjoni għall-għasel għall-Armenja.

(5)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (3), il-Majott ma jibqax pajjiż jew territorju barrani u mill-1 ta’ Jannar 2014 isir reġjun ultraperiferiku skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-annotazzjoni għall-Majott għandha titħassar f’din id-data.

(6)

San Marino fil-preżent huwa inkluż fil-lista għall-bovini u l-għasel. Dan il-pajjiż terz għarraf lill-Kummissjoni li huwa interessat li jesporta l-laħam tal-porċini lejn l-Unjoni. San Marino pprovda l-garanziji mitluba għall-porċini fil-lista b’nota f’qiegħ il-paġna li tindika li pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra approvaw l-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni. Għalhekk fil-lista għandha tiġi inkluża annotazzjoni għal San Marino għall-porċini, bir-referenza xierqa għan-nota f’qiegħ il-paġna.

(7)

Id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)   ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40.

(3)   ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Tjur tal-kaċċa

Tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

X (1)

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

Il-Brunej

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falklands

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GH

Il-Gana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Il-Groenlandja

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

 

X (1)

 

 

 

 

 

KG

Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (3)

X (3)

X (3)

 

X (3)

X

X (3)

 

 

 

 

 

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

YT (7)

Il-Majott

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Ħalib tal-iġmla biss.

(2)  Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo (din l-indikazzjoni hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(7)  Entrata mħassra fl-1 ta’ Jannar 2014.”


3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Awwissu 2013

li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2013/423/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Il-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 (2), imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ).

B.   IMPENN

1.   Offerta ta’ impenn

(2)

Wara l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji, grupp ta’ produtturi esportaturi li jikkooperaw, inklużi l-kumpaniji relatati tagħhom fir-RPĊ u fl-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (minn hawn ‘il quddiem is-“CCCME”), offrew impenn konġunt dwar il-prezzijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. L-offerta ta’ impenn kienet appoġġjata mill-awtoritajiet Ċiniżi.

2.   Evalwazzjoni tal-offerta ta’ impenn

(3)

L-offerta ta’ impenn ġiet eżaminata fil-kuntest ta’ ċirkostanzi tas-suq li nbidlu mill-mument tas-sottomissjoni tal-offerta ta’ impenn sal-perjodu tal-investigazzjoni, fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. Il-bidliet osservati jirrigwardaw tnaqqis kemm fil-livelli tal-prezzijiet kif ukoll fil-konsum fis-suq tal-Unjoni, u huma marbutin ma’ diversi fatturi stabbiliti kif ukoll analizzati fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji.

(4)

Il-bidliet fil-livelli tal-prezzijiet f’impenn, kultant jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ metodu ta’ indiċjar li jgħaqqad il-prezzijiet ta’ importazzjoni minimi mal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi kif ikkwotati f’sorsi rikonoxxuti u disponibbli pubblikament. Madankollu, f’dan il-każ ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda korrelazzjoni bejn il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u dawk tal-prodotti finali li tippermetti li jkun hemm metodu affidabbli ta’ indiċjar. Sabiex jiġi indirizzat it-tibdil stabbilit fil-livelli tal-prezzijiet, kellu jiġi stipulat metodu alternattiv, u ġew użati bħala referenza rapporti tal-prezzijiet minn bażijiet tad-dejta rappreżentattivi u pubblikament disponibbli (Bloomberg (3) u pvXchange (4)) li jispeċjalizzaw fis-settur ikkonċernat.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-impenn jista’ jseħħ, l-esportaturi Ċiniżi ppreżentaw offerta ta’ impenn konġunta, bi prezz wieħed minimu ta’ importazzjoni għall-moduli fotovoltajċi, u prezz għal kull wieħed mill-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers).

(6)

Barra minn hekk, l-esportaturi Ċiniżi, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ qlib għal kumpaniji oħra u jagħmluha possibbli u prattika sabiex l-għadd ta’ esportaturi parteċipanti jiġu mmonitorjati, offrew li jiżguraw li l-volum tal-importazzjonijiet magħmula taħt impenn jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor fuq livell annwali mal-prestazzjoni attwali tagħhom fis-suq.

(7)

L-esportaturi offrew impenn dwar il-prezz. Sabiex jiġi vvalutat jekk dan l-impenn dwar il-prezz ineħħix l-effett dannuż tad-dumping, il-Kummissjoni analizzat, inter alia, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni attwali u l-livell ta’ dazju provviżorju. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-impenn dwar il-prezz ineħħi l-effett dannuż tad-dumping.

(8)

L-effett dannuż tad-dumping għalhekk jiġi eliminat permezz tal-impenn dwar il-prezzijiet li jkopri l-importazzjonijiet fil-livell relatat annwali, u barra minn hekk b’dazju provviżorju ad valorem miġbur minn fuq importazzjonijiet ogħla mil-livell annwali kif hemm referenza għalih fil-premessa 6 ta’ hawn fuq.

(9)

Is-CCCME sejra wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u ddettaljata dwar il-bejgħ lill-Unjoni mill-kumpaniji li jippreżentaw l-offerta ta’ impenn konġunta, li jfisser li l-impenn jista’ jiġi mmonitorjat b’mod effettiv mill-Kummissjoni. Minħabba r-rwol attiv tas-CCCME, l-appoġġ mogħti mill-awtoritajiet Ċiniżi u x-xibka ta’ sigurtà fil-forma tal-livell annwali msemmi fil-premessa 6, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni jiġi limitat u jista’ jingħeleb mill-konsiderazzjonijiet marbutin mal-bżonn li tiġi żgurata provvista fis-suq tal-Unjoni.

C.   IL-KUMMENT TAL-PARTIJIET U L-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN

1.   Il-kummenti tal-partijiet

(10)

L-offerta ta’ impenn qiegħda għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati. S’issa ma wasal l-ebda kumment kontra l-aċċettazzjoni tagħha.

(11)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-impenn offrut mill-produtturi esportaturi huwa aċċettabbli. Il-kumpaniji kkonċernati u s-CCCME ġew infurmati bil-fatti essenzjali, bil-kunsiderazzjonijiet u bl-obbligi li fuqhom tkun ibbażata l-aċċettazzjoni.

(12)

Barra minn hekk, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel monitoraġġ b’mod effettiv li l-impenn qed jiġi osservat, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju antidumping tkun bil-kundizzjoni li:

(a)

tiġi ppreżentata fattura kummerċjali mill-kumpanija elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni kif ukoll ċertifikat maħruġ mis-CCCME li jkun fih mill-inqas l-elementi elenkati fl-Anness II u fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 rispettivament;

(b)

il-prodotti importati jkunu mmanifatturati, ttrasportati u mogħnija b’fattura direttament mill-kumpaniji elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jew mill-affiljati tagħhom fl-Unjoni li jaġixxu bħala importatur u jirrilaxxaw il-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni kif imsemmi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, jew jgħadduha lill-ewwel klijent indipendenti li jaġixxi bħala importatur u jirrilaxxa l-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni;

(c)

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati għand id-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura kummerċjali.

(13)

Meta ma jiġu ppreżentati l-ebda fattura jew ċertifikat ta’ dan it-tip jew meta ma jkunux jikkorrispondu mal-prodott ippreżentat lid-dwana, jew meta fattura kummerċjali li jkun fiha mill-inqas l-elementi tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 tiġi ppreżentata, ir-rata xierqa tad-dazju ta’ antidumping għandha titħallas minflokhom.

(14)

Kull meta, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha ta’ impenn wara ksur, billi tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara li l-fatturi tal-impenn rilevanti mhumiex validi, jidħol fis-seħħ dejn doganali hekk kif tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni biex it-tranżazzjonijiet joħorġu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

(15)

L-importaturi għandhom ikunu konxji li d-dejn doganali jista’ jidħol fis-seħħ bħala riskju normali tan-negozju hekk kif tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni għall-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, kif deskritt fil-premessi (11) (12), anki jekk l-offerta ta’ impenn mill-manifattur li kienu qed jixtru mingħandu direttament jew indirettament tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni.

(16)

Skond l-Artikolu 14(7) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni kull meta jkun hemm indikazzjoni li l-impenn inkiser.

(17)

Fil-każ ta’ ksur jew irtirar tal-impenn jew fil-każ ta’ rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju provviżorju tal-antidumping impost skont l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku japplika awtomatikament permezz tal-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-impenn offrut mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME), b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa hawnhekk aċċettat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Awwissu 2013.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(3)  Informazzjoni disponibbli bi ħlas għall-abbonati tas-Servizz Professjonali ta’ Bloomberg biss.

(4)  http://www.pvxchange.com/


ANNESS

Il-lista tal-kumpaniji:

Isem il-kumpannija

Kodiċi Taric Addizzjonali

Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

B798

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co., Ltd.

B801

Xi’an SunOasis (Prime) Company Limited

TBEA SOLAR CO. LTD

XINJIANG SANG’O SOLAR EQUIPMENT

B804

CSI Solar Power (China) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

CSI Cells Co. Ltd

B805

Changzhou NESL Solartech Co. Ltd

B806

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

Changzhou Youze Technology Co., Ltd

B791

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD.

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD.

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD.

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd.

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd.

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd.

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd.

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co., Ltd.

B810

Delsolar (Wujiang) Ltd

B792

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

Era Solar Co. Ltd

B818

ET Solar Industry Limited

ET Energy Co.,Ltd

B819

GD Solar Co. Ltd

B820

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL Solar System (Suzhou) Limited

B850

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd.

B822

Hangzhou Bluesun Solar Energy Technology Co. Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co., Ltd

Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co., Ltd

B825

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd.

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO.,LTD.

B828

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

B835

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp.,Ltd.

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

B793

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Energy Co. Ltd

B842

Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

B843

JingAo Solar Co.Ltd.

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd.

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd.

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd.

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd.

B794

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

B845

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

Kinve Solar Power Co.Ltd (Maanshan)

B849

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

B851

MOTECH (SUZHOU) RENEWABLE ENERGY CO.,LTD

B852

NICE SUN PV CO. LTD

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

B854

Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co.,Ltd

B856

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co.Ltd

B860

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co.,Ltd.

B863

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

B870

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

B870

Shanghai BYD Co. Ltd

BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd

B871

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

Shanghai Chaori International Trading Co., Ltd

B872

SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

B874

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

B875

Shenzhen Sacred Industry Co.Ltd

B878

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Leshan Topray Cell Co. Ltd

B880

Sopray Energy Co. Ltd

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

B881

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD.

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD.

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd.

B882

SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

B883

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd.

B890

Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co..Ltd

B891

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

B796

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co., Ltd.

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co., Ltd.

B893

Xi’an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

B896

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Xi’an LONGi Silicon Materials Corp.

Wuxi LONGi Silicon Materials Co., Ltd.

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yingli Energy (China) Co. Ltd

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

B797

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co.Ltd

B900

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

B903

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

 

 

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

RENESOLA ZHEJIANG LTD

RENESOLA JIANGSU LTD

B921

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922

ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

B923


3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.