ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.205.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
1 ta' Awwissu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 tal-31 ta’ Lulju 2013 li jintroduċi miżuri ta’ protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem ( 1 )

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2013 tal-31 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 745/2013 tal-31 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2013

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/411/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE

8

 

 

2013/412/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2013 li ġġedded is-sħubija tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u li tħassar id-Deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku

11

 

 

2013/413/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2013 li tawtorizza lill-Istati Membri li tipprevedi għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa tal-Libanu (notifikata bid-dokument C(2013) 4683)

13

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 

*

Avviż lill-qarrejja – kif tirreferi għall-atti(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 743/2013

tal-31 ta’ Lulju 2013

li jintroduċi miżuri ta’ protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

Is-servizz tal-awditjar tal-Kummissjoni, l-Uffiċju Alimentari u Veterinarju wettaq awditu ta’ segwitu fit-Turkija biex jevalwa l-kontrolli uffiċjali tal-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-molluski bivalvi intenzjonati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-awditjar identifika bosta nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u b’mod partikolari nuqqasijiet sinifikanti ta’ analiżijiet fil-laboratorji uffiċjali fejn saritilhom żjara. Konsegwentement, l-awtorità kompetenti Torka ma tistax tiggarantixxi b’mod affidabbli li qed jintlaħqu l-istandards tas-saħħa tal-Unjoni għall-molluski bivalvi kollha esportati lejn l-Unjoni.

(2)

Barra minn hekk, l-Istati Membri rrapportaw għadd kbir ta’ konsenji mhux konformi ta’ molluski bivalvi li oriġinaw fit-Turkija li ma kinux qed jissodisfaw l-istandards mikrobijoloġiċi tal-Unjoni.

(3)

Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem, jixraq li l-molluski bivalvi li joriġinaw fit-Turkija jiġu suġġettati għal verifiki adattati, bil-għan li jiġi evitat li l-prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem jitqiegħdu fis-suq. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu l-konsenji konċernati taħt detenzjoni uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni sakemm jirċievu r-riżultati ta’ dawn il-verifiki.

(4)

Il-ħajja fis-suq tassew qasira tal-molluski bivalvi ħajjin u mkessħin jagħmluha impossibbli li jsir ittestjar fil-fruntiera tal-Unjoni bħala miżura tal-kummerċ inqas restrittiva. Il-konsenji ta’ dawk il-molluski ma jkunux tajbin għall-konsum mill-bniedem qabel ma jkunu disponibbli r-riżultati tal-laboratorju. Għalhekk, jixraq li l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi ħajjin u mkessħin li joriġinaw mit-Turkija jiġu sospiżi fl-Unjoni sakemm l-awtoritajiet Torok ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu l-garanziji neċessarji.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu japplika għal molluski bivalvi ħajjin, imkessħin, iffriżati u pproċessati intenzjonati għall-konsum mill-bniedem u li joriġinaw fit-Turkija.

Artikolu 2

L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ molluski bivalvi ħajjin u mkessħin mit-Turkija.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, billi jużaw pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni u metodi ta’ detezzjoni xierqa, għandhom iwettqu testijiet fuq il-konsenji tal-molluski bivalvi ffriżati u pproċessati li joriġinaw fit-Turkija kif jistipula l-paragrafu 2.

Dawk it-testijiet għandhom jitwettqu fil-post ta’ spezzjoni fuq il-frutiera tad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji konċernati.

2.   L-Istati Membri għandhom iwettqu t-testijiet neċessarji biex jidentifikaw:

(a)

il-livell ta’ kontaminazzjoni ta’ Escherichia coli fil-konsenji kollha tal-molluski bivalvi ffriżati;

(b)

il-preżenza ta’ bijotossini tal-baħar fil-konsenji kollha tal-molluski bivalvi ffriżati jew ipproċessati.

3.   Il-konsenji suġġettati għat-testijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jibqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera sakemm jaslu u jiġu vvalutati r-riżultati ta’ dawk it-testijiet.

4.   Jekk it-testijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jindikaw li konsenja għandha l-probabbiltà li tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tikkonfiska u teqred il-konsenji.

Artikolu 4

L-infiq kollu mġarrab bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi mgħoddi lill-operatur jew lir-rappreżentant tiegħu responsabbli mill-konsenja fil-mument tal-preżentazzjoni ta’ dik il-konsenja fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-4 ta’ Awwissu 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 744/2013

tal-31 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

147,7

ZZ

147,7

0709 93 10

TR

115,9

ZZ

115,9

0805 50 10

AR

84,6

BO

73,4

CL

73,3

TR

71,0

UY

86,3

ZA

97,2

ZZ

81,0

0806 10 10

CL

140,3

EG

222,7

MA

158,2

MX

242,3

TR

174,4

ZZ

187,6

0808 10 80

AR

176,4

BR

131,1

CL

118,3

CN

99,8

NZ

133,0

US

149,4

ZA

120,3

ZZ

132,6

0808 30 90

AR

125,2

CL

143,8

NZ

177,1

TR

159,1

ZA

120,2

ZZ

145,1

0809 29 00

CA

303,6

TR

314,3

ZZ

309,0

0809 30

TR

148,7

ZZ

148,7

0809 40 05

BA

55,4

TR

115,1

XS

63,5

ZZ

78,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 745/2013

tal-31 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Awwissu 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Awwissu 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2013

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

17.7.2013-30.7.2013

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

221,06

154,21

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

244,39

234,39

214,39

Primjum tal-Golf

49,37

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

30,98

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

17,28  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

49,90  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Lulju 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE

(2013/411/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, inter alia, jemenda l-Anness XIII tiegħu.

(3)

L-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-modi kollha tat-trasport.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE b’ċerti adattamenti għall-Istati tal-EFTA taż-ŻEE.

(5)

L-adattamenti għall-Istati tal-EFTA taż-ŻEE jirrigwardaw l-applikabbiltà tal-emendi mdaħħla bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 fl-Artikoli 5, 11 u 13a tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 (4), l-Artikolu 9a(2) (c), l-Artikolu 9a(2) (i) u l-Artikolu 9a(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 (5) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 (6).

(6)

L-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(6)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…

ta’

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-ispazju tal-ajru fejn l-Islanda hija responsabbli għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru hija kompletament fi ħdan ir-reġjun ICAO NAT, fejn l-ippjanar reġjonali u ftehimiet reġjonali ġew stabbiliti, li jippermetti l-funzjonament tat-tip FAB, u jaqdu l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti operattivi li jvarjaw minn fir-reġjuni ICAO EUR u AFI.

(3)

Għalhekk l-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 66t (Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Jiżdid it-test li ġej:

‘, kif emendant minn:

32009 R 1070: Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 300, 14.11.2009. p. 34).”

(ii)

It-test tal-adattament (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(a)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 5:

“6.   L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-kumitat stabbilit skont il-paragrafu 1, minbarra għad-dritt tal-vot.

7.   L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha jkollha ‘status’ ta’ osservatur fil-Kumitat dwar Ajru Uniku Ewropew.”’

(iii)

Adattament (b) huwa nnumerat bħala adattament (h).

(iv)

L-adattamenti li ġejjin huma inseriti:

‘(b)

Fl-Artikolu 11, il-kliem “madwar il-Komunità kollha” għandhom jinqraw “reġjonali jew nazzjonali” fir-rigward tal-Islanda.

(c)

Fir-rigward tal-Islanda, l-Artikolu 11 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

(d)

L-ewwel sentenza fl-Artikolu 11(2) għandha taqra kif ġej:

“Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jista’ jaħtar lil Eurocontrol jew korp ieħor imparzjali u kompetenti biex jaġixxi bħala “korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni”. Jekk il-Kummissjoni tkun ħatret korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni, il-Kumitat Permanenti tal-Istati EFTA għandu jagħmel ħilitu biex jaħtar l-istess entità taħt kundizzjonijiet simili li jissodisfaw l-istess kompiti f’dak li jirrigwarda l-Istati EFTA.”

(e)

Fl-Artikolu 11(3)(c), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Jekk blokka ta’ spazju tal-ajru funzjonali tkopri wieħed jew aktar Stati Membri tal-UE u wieħed jew aktar tal-Istati tal-EFTA, il-kompiti u s-setgħat stabbiliti f’dan il-punt għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE u mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA. Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom, f’dan ir-rigward, jikooperaw bil-għan li jiġu adottati pożizzjonijiet identiċi.”

(f)

Fl-Artikolu 11(3)(e), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Jekk il-valutazzjoni tikkonċerna miri ta’ prestazzjoni, li huma relatati ma’ wieħed jew aktar Stati Membri tal-UE u wieħed jew aktar Stati tal-EFTA, il-valutazzjoni għandha ssir mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE. Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikooperaw bil-għan li jippreżentaw b’mod konġunt ir-riżultati lill-Kumitat dwar Ajru Uniku.”

(g)

Fl-Artikolu 13a, fir-rigward tal-Istati EFTA, “l-Istati Membri u l-Kummissjoni” għandu jaqra “l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.’

2.

It-test tal-punt 66u (Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat b’dan li ġej:

(i)

Jiżdid it-test li ġej:

‘, kif emendant minn:

32009 R 1070: Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 300, 14.11.2009. p. 34).’

(ii)

L-adattamenti (a), (b), (c) u (d) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (d), (e), (f) u (g).

(iii)

L-adattamenti li ġejjin huma inseriti:

‘(a)

Fir-rigward tal-Islanda, l-Artikolu 9a(2)(c) għandu jaqra kif ġej:

“jiżguraw konsistenza man-netwerk Ewropew tar-rotot stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-ispazju tal-ajru jew in-netwerk tar-rotot stabbilit fir-reġjun ICAO NAT;”

(b)

Fir-rigward tal-Islanda, l-Artikolu 9a(2)(i) għandu jaqra kif ġej:

“jiffaċilitaw il-konsistenza ma’ miri ta’ prestazzjoni reġjonali jew nazzjonali.”

(c)

Fl-Artikolu 9a(6), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jevalwaw kemm jiġu sodisfati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 minn blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru li jinvolvu wieħed jew aktar Stati Membri tal-UE u wieħed jew aktar Stati tal-EFTA, u għandhom jikooperaw bil-għan li jippreżentaw riżultat konġunt lill-Kumitat dwar Ajru Uniku għal diskussjoni. Jekk il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jsibu li l-blokka tal-ispazju tal-ajru ma tissodisfax ir-rekwiżiti għandhom jidħlu fi djalogu mal-Istati Membri kkonċernati u l-Istati tal-EFTA rispettivament bil-għan li jilħqu kunsens dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni.”’

3.

It-test tal-punt 66v (Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat b’dan li ġej:

(i)

Jiżdid it-test li ġej:

‘, kif emendant minn:

32009 R 1070: Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 300, 14.11.2009. p. 34).’

(ii)

It-testi tal-adattamenti (a) u (b) huma mħassra.

(iii)

Adattament (c) huwa nnumerat bħala adattament (d).

(iv)

L-adattamenti li ġejjin huma inseriti:

‘(a)

Fl-Artikolu 6(2), il-kelma “Kummissjoni” għandha, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA tiġi sostitwita bil-kliem “Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA”.

(b)

Fl-Artikolu 6(2) (b), it-tielet subparagrafu, il-kliem “wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Ajru Uniku u” għandhom, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ma japplikawx.

(c)

Fl-Artikolu 6(2)(b), it-tielet subparagrafu, jiżdied dan li ġej:

“Jekk il-Kummissjoni nnominat maniġer tan-Netwerk, il-Kumitat Permanenti tal-Istati EFTA għandhom jagħmlu ħilithom biex jaħtru l-istess entità taħt kundizzjonijiet simili li jissodisfaw l-istess ħidmiet f’dak li jirrigwarda l-Istati EFTA.”’

4.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 66w (Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

‘, kif emendant minn:

32009 R 1070: Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 300, 14.11.2009. p. 34).’

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1070/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ f’[…], dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Supplement taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

(*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Lulju 2013

li ġġedded is-sħubija tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u li tħassar id-Deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku

(2013/412/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 134(2) tiegħu,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 134(2) tat-Trattat, kif emendat mill-Artikolu 11 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, jipprevedi li l-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu jikkonsisti minn tnejn u erbgħin membru.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012 (1), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għall-perijodu mit-23 ta’ Jannar 2013 sat-22 ta’ Jannar 2018. Madankollu, bis-saħħa tal-Artikolu 26(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, is-sħubija tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandha tiġġedded kompletament mal-adeżjoni tal-Kroazja. Għalhekk, għandhom jinħatru membri tal-Kumitat ġodda u d-Deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012 għandha titħassar.

(3)

Sabiex ikun jista’ jagħmel użu sħiħ mill-firxa wiesgħa ta’ kompetenzi meħtieġa fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku jista’, soġġett għar-regoli interni tiegħu, isejjaħ lill-membri supplenti biex jipparteċipaw fil-laqgħat tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għall-perijodu mill-25 ta’ Lulju 2013 sal-24 ta’ Lulju 2018:

 

Rosa ALBA

 

Vanni ANTONI

 

Kathrin APEL

 

Evgenia BENOVA

 

Bernard BONIN

 

Michel BOURGUIGNON

 

Frank BRISCOE

 

Panicos DEMETRIADES

 

Daniela DIACONU

 

Tony DONNÉ

 

James DRAKE

 

Juan ESPOSITO

 

János GADÓ

 

Carlos HIDALGO VERA

 

Kyriakos HIZANIDIS

 

Sue ION

 

Eugene KENNEDY

 

Jan Leen KLOOSTERMAN

 

Wolfgang LIEBERT

 

Peter LĺŠKA

 

Merle LUST

 

Jens-Peter LYNOV

 

Gabriel MARBACH

 

José MARQUES

 

Emilio MÍNGUEZ

 

Martin MURRAY

 

Jerzy Wiktor NIEWODNICZAŃSKI

 

Milan PATRĺK

 

Pavol PAVLO

 

Rainer SALOMAA

 

Jean-Paul SAMAIN

 

Edouard SINNER

 

Borut SMODIŠ

 

Thomas SUNN PEDERSEN

 

Tonči TADIĆ

 

Ioan URSU

 

Eugenijus USPURAS

 

Theo VAN RENTERGEM

 

Carlos VARANDAS

 

Franck-Peter WEISS

 

Roman ZAGÓRSKI

 

Sándor ZOLETNIK

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012 hija b’dan imħassra b’effett mill-25 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (ĠU C 360, 22.11.2012, p. 2).


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Lulju 2013

li tawtorizza lill-Istati Membri li tipprevedi għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa tal-Libanu

(notifikata bid-dokument C(2013) 4683)

(2013/413/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt (12), tal-Parti A tal-Anness III tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina mil-Libanu. Skont l-Artikolu 15(1) ta’ dik id-Direttiva, madankollu, jistgħu jingħataw derogi minn dik il-projbizzjoni jekk ma jkunx hemmx riskju ta’ tifrix ta’ organiżmi ta’ ħsara.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 25.2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-patata sakemm ma toriġinax f’pajjiżi magħrufa li huma ħielsa mill-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckermann u Kotthoff) Davis et al. minn hawn ‘il quddiem “l-organiżmu ta’ ħsara konċernat”, jew li japplikaw id-dispożizzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni għall-ġlieda kontra dak l-organiżmu. Il-Libanu ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet. Skont l-Artikolu 15(1) ta’ dik id-Direttiva, madankollu, jistgħu jingħataw derogi minn dik il-projbizzjoni jekk ma jkunx hemmx riskju ta’ tifrix ta’ organiżmi ta’ ħsara.

(3)

L-informazzjoni mogħtija mil-Libanu u miġbura fil-pajjiż matul missjoni mwettqa f’Marzu 2006 mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, u l-informazzjoni sussegwenti pprovduta mil-Libanu, uriet li l-patata, barra dik il-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina mir-reġjuni ta’ Akkar u Bekaa titkabbar skont kondizzjonijiet fitosanitarji adegwati.

(4)

Għalhekk, għandha tiġi permessal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ patata, barra mill-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa mil-Libanu kemm-il darba din tissodisfa l-kondizzjonijiet li jassiguraw li l-organiżmu ta’ ħsara konċernat ma jkunx preżenti fuq il-patata meta tiġi introdotta fit-territorju tal-Unjoni. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkonċernaw il-produzzjoni f’żoni ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara konċernat, it-twettiq ta’ stħarriġiet ta’ dawk iż-żoni, il-produzzjoni minn żerriegħa tal-patata ċċertifikata, it-tqandil, il-ħżin, l-imballaġġ u r-rekwiżiti tat-tħejjija.

(5)

Il-patata għandha tiġi introdotta fl-Unjoni minn punti tad-dħul magħżula, biex jiġu żgurati kontrolli effettivi u tnaqqis ta’ kwalunkwe riskju fitosanitarju.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ spezzjoni sabiex jiġu żgurati l-kontrolli tar-riskju fitosanitarju. Għandu jiġi stabbilit jekk it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar għandhomx jitwettqu skont l-iskema eżistenti tal-ittestjar stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata (2).

(7)

Il-patata għandha tiġi introdotta u ttrasportata biss fl-Unjoni jekk tkun ittikkettata kif xieraq b’tali mod li jiġu indikati l-oriġini Libaniża u informazzjoni rilevanti oħra, bil-għan li din il-patata ma titħalliex titħawwel u biex ikunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-patata.

(8)

L-Istati Membri għandhom, wara kull staġun tal-importazzjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet li jkunu saru, sabiex l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tkun tista’ tiġi vvalutata.

(9)

Id-deroga għandha tkun għal perjodu limitat.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni biex tingħata deroga

B’deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 12 tal-Parti A tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, u mill-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva flimkien mal-punt 25.2. tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tagħom tal-patata, kif stabbilit fil-Punt 12 tal-Parti A tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, (minn hawn ‘il quddiem: “patata”) li toriġina fir-reġjuni ta’ Akkar jew Bekaa tal-Libanu, li tissodisfa il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ċertifikat fitosanitarju

Iċ-ċertifikat fitosanitarju, kif stabbilit fl-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2000/29/KE, għandu jinħareġ fil-Libanu. Taħt “Dikjarazzjoni addizzjonali”, dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni “Skont ir-rekwiżiti tal-UE stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/413/UE”;

(b)

in-numru tal-lott;

(c)

l-isem taż-żona ħielsa mill-pest fit-tifsira tal-punt (1) tal-Anness.

Artikolu 3

Punti ta’ dħul

1.   Patata koperta minn awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 1 tista tiddaħħal biss fl-Unjoni minn punt tad-dħul, magħżul għal tali introduzzjoni mill-Istat Membru li fih ikun jinsab il-punt tad-dħul.

2.   Il-punti ta’ dħul u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjali responsabbli msemmi fid-Direttiva 2000/29/KE inkarigat minn kull punt ta’ dħul għandhom jiġu notifikati mill-Istat Membru lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u l-Libanu.

Artikolu 4

Spezzonijiet mill-Istati Membri

1.   Minn kull lott tal-kunsinna, għandhom jittieħdu kampjuni għall-eżaminazzjoni uffiċjali fir-rigward tal-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckermann and Kotthoff) Davis et al., minn hawn’ il quddiem “l-organiżmu ta’ ħsara konċernat”. Kull kampjun għandu jkun magħmul tal-anqas minn 200 tuberu. Fil-każ li lott jaqbeż il-25 tunnellata metrika, għandu jittieħed kampjun għal kull 25 tunnellata u, barra minn hekk, għall-parti li tibqa’ tal-lott.

2.   Il-korpi uffiċjali responsabbli għandhom jagħmlu eżami viżwali tal-kampjuni għal sintomi tal-organiżmu ta’ ħsara konċernat fuq tuberu maqtugħ.

Matul dak l-eżami, il-lottijiet kollha tal-kunsinna konċernata għandhom jibqgħu taħt kontroll uffiċjali u ma għandhomx jiġu mċaqilqa jew użati.

3.   Fil-każ li s-sintomi tal-organiżmu ta’ ħsara konċernat jiġu identifikati waqt l-eżami msemmi fil-paragrafu 2, għandhom jitwettqu testijiet, li jiddeterminaw jekk l-organiżmu ta’ ħsara konċernat ikunx preżenti, skont il-punt 1.1. u l-punti 4. sa 10. tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE.

Filwaqt li dawk it-testijiet jitwettqu, il-lottijiet kollha tal-kunsinna konċernata, u l-kunsinni l-oħrajn kollha li fihom lott li joriġina mill-istess żona ħielsa mill-pest u li jinsabu taħt il-kontroll tal-korp uffiċjali responsabbli konċernat, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll uffiċjali, u ma għandhomx jiġu mċaqilqa jew użati.

4.   Fejn tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat f’kampjun skont il-paragrafu 3, kwalunkwe fdal tal-estratt tal-patata għandu jinżamm u jiġi kkonservat kif xieraq u l-lott konċernat ma għandux jiddaħħal fl-Unjoni.

Il-kumplament tal-lottijiet kollha msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jiġi ttestjat skont il-punt 1.1. u l-punti 4. sa 10. tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE;

5.   Fir-rigward ta’ lottijiet li fil-kampjuni tagħhom ma jinsabilhom l-ebda sintomu ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat matul l-eżami msemmi fil-paragrafu 2, għandhom jitwettqu testijiet għal infezzjoni moħbija fuq il-lottijiet kollha skont il-punt 1.2 u l-punti 3. sa 10. tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE;

Matul l-ittestjar dak il-lott għandu jibqa’ taħt il-kontroll uffiċjali u ma għandux jiġi mċaqlaq jew użat.

Fejn il-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat tiġi konfermata f’kampjun kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe fdal tal-estratt tal-patata għandu jinżamm u jiġi kkonservat kif xieraq u l-lott konċernat ma għandux jiddaħħal fl-Unjoni.

Artikolu 5

Notifika ta’ suspett jew sejbiet konfermati

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u lil-Libanu bil-każijiet fejn hija ssusspettata l-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat bħala riżultat ta’ test ta’ skrining rapidu, kif imsemmi fil-punt 1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE, jew it-test ta’ skrining kif imsemmi fil-punt 1.2 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u lil-Libanu bil-każijiet fejn hija kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat skont il-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE;

Artikolu 6

Ittikkettar

1.   Il-patata għandha tiddaħħal u tiġi ttrasportata biss fl-Unjoni b’tikketta, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, li tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

indikazzjoni li toriġina mil-Libanu;

(b)

l-isem taż-żona ħielsa mill-pest;

(c)

l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-produttur;

(d)

in-numru tal-lott;

2.   It-tikketta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ taħt il-kontroll tal-organizazzjoni Libaniża tal-protezzjoni tal-pajnti.

Artikolu 7

Ir-rimi tal-iskart

L-iskart li jirriżulta minn imballaġġ jew l-iproċessar tal-patata fl-Unjoni għandu jintrema b’tali mod li jiġi żgurat li l-organiżmu ta’ ħsara konċernat ma jistax jistabbilixxi u jinfirex.

Artikolu 8

Notifika tal-obbligi tal-importaturi

1.   L-importatur għandu, suffiċjentement bil-quddiem, jgħarraf lill-korp uffiċjali responsabbli tal-punt tad-dħul fl-Istat Membru konċernat bl-intenzjoni tiegħu li jdaħħal il-kunsinna.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-elementi li ġejjin:

(a)

Il-kwantità tal-kunsinna(i) konċernat(i);

(b)

Id-data prevista tal-introduzzjoni;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-importatur.

Artikolu 9

Irrapurtar dwar l-importazzjonijiet

L-Istat Membru li jimporta għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-informazzjoni dwar l-ammonti filwaqt li jindika l-lottijiet, il-kunsinni u t-tunnellati, importati skont din id-Deċiżjoni bejn l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.

Artikolu 10

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Ottubru 2014.

Artikolu 11

Data ta’ skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2015.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 259, 4.10.1993, p. 1.


ANNESS

IR-REKWIŻITI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 1

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-patata li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (1) sa (9).

(1)   Żoni ta’ produzzjoni

Il-patata tiġi kkoltivata fir-reġjuni Akkar jew Bekaa f’żoni li ġew uffiċjalment iddikjarati mill-organizzazzoni Libaniża tal-protezzjoni tal-pajnti, skont l-Istandard Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji Nru 4 dwar ir-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pest (1), li huma ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara konċernat (“żoni ħielsa mill-pest”) u kkomunikati mil-Libanu lill-Kummissjoni kull sena.

(2)   Stħarriġ ta’ żoni ħielsa mill-pest

Żoni ħielsa mill-pesti huma suġġetti għal stħarriġ annwali sistematiku u rappreżentattiv biex jiġi identifikat l-organiżmu ta’ ħsara konċernat, imwettaq mill-awtoritajiet Libaniżi, matul il-ħames snin ta’ qabel il-produzzjoni u matulha.

L-istħarriġ iseħħ fuq l-għelieqi tal-patata li jinsabu f’żoni ħielsa mill-pest, u fuq il-patata maħsuda f’dawk iż-żoni.

L-istħarriġ għandu jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

(a)

spezzjonijiet viżwali tal-għelieqi matul l-istaġun li fih tikber il-veġetazzjoni;

(b)

eżami viżwali tal-patata maħsuda għal sintomi ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat fuq tuberu maqtugħ;

(c)

ittestjar fil-laboratorji fuq patata sintomatika u asintomatika.

L-istħarriġ ma juri l-ebda sejba tal-organiżmu li jagħmel il-ħsara konċernat jew l-ebda evidenza oħra li tista’ tindika li ż-żona mhix żona ħielsa mill-pest fit-tifsira tal-punt (1). Ir-riżultati tal-istħarriġ jingħataw lill-Kummissjoni ġaladarba ssir talba għalihom.

(3)   Produtturi

Il-patata titkabbar minn produtturi reġistrati mill-organizzazzjoni Libaniża tal-protezzjoni tal-pajnti.

(4)   Il-produzzjoni minn żerriegħa tal-patata ċċertifikata

Il-patata tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

titkabbar minn żerriegħa tal-patata ċċertifikata fl-Unjoni u importata fil-Libanu minn hemm;

(b)

titkabbar minn żerriegħa tal-patata importata fil-Libanu minn pajjiż terz jew partijiet tiegħu, li għalihom, id-dħul fl-Unjoni taż-żerriegħa tal-patata mhux ipprojbit skont l-Anness III tad-Direttiva 2000/29/KE, u tiġi ċċertifikata f’dak il-pajjiż terz.

(5)   Għelieqi ta’ produzzjoni

Il-patata titkabbar f’għelieqi fejn l-ebda patata, minbarra dik imsemmija fil-punt 4, ma tkabbret matul il-ħames snin ta’ qabel.

(6)   Tqandil

Il-patata titqandel bl-użu ta’ makkinarju li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jintuża biss biex iqandel il-patata li tissodisfa l-punti 1 sa 5;

(b)

fil-każ li jkun intuża għal finijiet minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a), li jkun tnaddaf u ġie ddiżinfettat b’mod xieraq qabel ma jiġi użat għall-finijiet imsemmija fil-punt (a).

(7)   Il-ħażna

Il-patata tinħażen f’faċilitajiet ta’ ħażna li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn huma użati biss għall-ħażna tal-patata li tissodisfa il-punti (1) sa (6);

(b)

fil-każ li jintużaw għal għanijiet oħra minn dawk imsemmija fil-punt (a), dawn ikunu suġġetti għal miżuri xierqa tal-iġjene qabel ma jintużaw għall-finijiet imsemmija fil-punt (a).

(8)   Imballaġġ

Il-materjal tal-imballaġġ użat għall-patata huwa jew ġdid jew imnaddaf u ddiżinfettat.

(9)   Preparazzjoni tal-patata u l-lottijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni

Il-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-preparazzjoni tagħha:

(a)

Hija ħielsa minn ħamrija, weraq u debris ieħor ta’ pjanti;

(b)

din hija ppreżentata għall-introduzzjoni fl-Unjoni bħala lottijiet, kull lott hu magħmul minn patata prodotta minn produttur wieħed u maħsuda f’żona unika kif speċifikat fil-punt 1; kif ukoll

(c)

tinsab f’boroż, f’pakketti jew f’kontenituri oħrajn, li kull waħda minnhom tkun ittikkettata skont l-Artikolu 6.


(1)  ISPM 4. 1995. Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pest. Ruma, l-IPPC, FAO.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.


1.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/s3


NOTA LILL-QARREJJA – KIF TIRREFERI GĦALL-ATTI

Mill-1 ta' Lulju 2013, il-mod ta' kif jiġu ċċitati l-atti nbidel.

Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, il-metodu l-ġdid jibqa' jeżisti flimkien mal-qadim.