ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.202.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 202

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
27 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Tagħrif marbut mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi

1

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 721/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 li jamenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 723/2013 tas-26 ta’ Lulju 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol l-użu tal-Estratti tal-klin (E 392) f’ċerti prodotti tal-laħam u l-ħut b’kontenut żgħir ta’ xaħam ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2013 tas-26 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet dwar diversi polioli ( 1 )

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2013 tas-26 ta’ Lulju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti, il-qtates u l-klieb (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) ( 1 )

17

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 726/2013 tas-26 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/399/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUTM Mali/1/2013 tad-19 ta’ Lulju 2013 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

22

 

 

2013/400/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP NESTOR/3/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

23

 

 

2013/401/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP SAHEL Niger/1/2013 tat-23 ta' Lulju 2013 li testendi l-mandat tal-Kap tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger)

24

 

 

2013/402/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2013 dwar il-miżura SA.20112 (C 35/2006) implimentata mill-Isvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening (notifikata bid-dokument C(2013) 1913)  ( 1 )

25

 

 

2013/403/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2013 li tapprova ċerti programmi emendati għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonosi għas-sena 2013 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument C(2013) 4663)

30

 

 

2013/404/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2013 li tawtorizza lill-Ġermanja li tipprojbixxi l-użu ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb elenkati fil-Katalogu Komuni ta’ varjetajiet tal-ispeċijiet ta’ pjanti agrikoli fuq it-territorju tagħha, skont id-Direttiva 2002/53/KE (notifikata bid-dokument C(2013) 4702)

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/1


Tagħrif marbut mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013, wara li fit-13 ta' Mejju 2013 tlestiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013, billi l-proċedura prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim tlestiet fl-14 ta' Mejju 2013.


REGOLAMENTI

27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 721/2013

tat-22 ta’ Lulju 2013

li jamenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijieT ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri kumpensatorji eżistenti

(1)

F’April tal-2011 skont Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 405/2011, (2) (“ir-Regolament definittiv”), il-Kunsill impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx (“SSB”) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi KN 7222 20 21 , 7222 20 29 , 7222 20 31 , 7222 20 39 , 7222 20 81  u 7222 20 89  u joriġinaw mill-Indja. L-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament definittiv minn issa ‘l quddiem hija imsemmija l-“investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Il-miżuri defninttivi jikkonsistu minn ad valorem dazju kompensatorju li jvarja minn 3,3 % sa 4,3 % impost fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, 4,0 % rata ta’ dazju imopsta fuq kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u rata ta’ dazju residwa ta’ 4,3 % imposta fuq il-kumpaniji l-oħra kollha fl-Indja.

1.2.   Il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali

(3)

Talba għal reviżjoni interim parzjali ġiet ippreżentata minn Viraj Profiles Vpl. Ltd., u produttur ta’ esportazzjoni li jinsab l-Indja (“l-applikant”). It-talba hija limitata fil-portata għall-investigazzjoni tas-sussidju safejn għandu x’jaqsam l-applikant. L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza prima facie li turi li ċ-ċirkostanzi rigward is-sussidju li fuqu ġew stabbiliti l-miżuri kienu nbidlu b’mod sinifikattiv u li dawn il-bidliet kienu ta’ natura dewwiema.

(4)

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali u ħabbret, permezz ta’ notifika ppubblikata fl-9 ta’ Awwissu 2012 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (“in-Notifika tal-Inizazzjoni”), il-bidu ta’ reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tagħha huwa limitat għall-eżami tas-sussidjar fir-rigward tal-applikant.

1.3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni għal reviżjoni

(5)

L-investigazzjoni ta’ reviżjoni tas-sussidju kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sal-30 ta’ Ġunju 2012 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew il-“PIR”).

1.4.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(6)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, il-Gvern tal-Indja (“GTI”) u l-EUROFER bħala r-rappreżentant tal-industrija tal-Unjoni fl-inverstigazzjoni oriġinali (“l-industrija tal-Unjoni”) tal-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(7)

Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet fl-istadju tal-bidu kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ingħata kas tagħhom.

(8)

Biex tkun tista’ tikseb it-tagħrif meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant. Barra minn hekk, kien mibgħut kwestjonarju lill-GTI.

(9)

Risposti għall-kwestjonarju ġew irċevuti mill-applikant u mill-GTI.

(10)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidjar. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-applikant.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(11)

Il-prodott taħt reviżjoni huwa l-istess prodott bħal dak definit fl-investigazzjoni oriġinali, l-aktar staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li ma jinħadmux aktar minn imsawrin u mlestija kesħin, minbarra staneg u vireg ta’ wiċċ maqtugħ tond b’dijametru ta’ 80 mm jew aktar li bħalissa jaqa taħt il-kodiċi KN7222 20 21 , 7222 20 29 , 7222 20 31 , 7222 20 39 , 7222 20 81  u 7222 20 89  u joriġinaw fl-Indja.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   Introduzzjoni

(12)

Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-GTI u l-partijiet interessati u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin li allegatament uża l-applikant.

(a)

Skema ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni ta’ oġġetti kapitali (Export Promotion Capital Goods scheme, “EPCGS”);

(b)

Skema ta’ Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (“EOUS”);

(c)

L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”).

(13)

Skemi (a) u (b) huma bbażati fuq l-Att 1992 (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-Kummerċ Barrani (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“L-Att tal-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika dwar il-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b’mod regolari. Id-dokument tal-Politika dwar il-Kummerċ Barrani relevanti għall-PIR huwa l-“Politika dwar il-Kummerċ Barrani 2009-2014”. (FTP 09-14). Barra minn hekk, il-GTI stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-Politika ta’ Kummerċ Ħieles 09-14 fil-“Manwal ta’ Proċeduri, Volum I” (“HOP I 09-14”) li huwa aġġornat fuq bażi regolari.

(14)

L-ECS speċifikata hawn fuq taħt (c) hija bbażata fuq it-Taqsimiet 21 u 35 A tal-Att tal-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Attività Bankarja, li tippermetti lir-Reserve Bank of India jidderieġi lill-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti għall-esportazzjoni.

(15)

Aktar minn hekk wara l-allegazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-Kummissjoni investigat jekk l-applikant:

(a)

kienx qiegħed jibbenefika mill-Iskema ta’ Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (“EDES”),

(b)

kienx qiegħed juża programmi ta’ sussudju lokali tal-Istat ta’ Maharashtra,

(c)

kienx qiegħed jibbenefika minn dispożizzjonijiet ta’ dħul għal ħlas mhux adegwat,

(d)

kienx qiegħed jibbenefika minn inċentivi relatati ma’ ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku,

(e)

kienx qiegħed jibbenefika minn xiri ta’ materja prima irħisa minn kumpaniji relatati ‘il barra mill-pajjiż.

(16)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni vverifikat li l-iskemi li ġejjin investigaw l-investigazzjoni oriġinali:

(a)

L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (“DEPBS”)

(b)

Skema ta’ Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (“AAS”)

għad m’humiex qed jintużaw mill-applikant.

3.2.   Sejbiet

3.2.1.   Skema ta’ Prodotti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni

(17)

L-investigazzjoni rrivelat li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR. Madankollu, instab li l-inċentivi li rċevew kienu insinifikanti f’0,02 %. Għalhekk ġie kkunsidrat li ma kienx neċessarju li jiġi evalwat l-ammont ta’ kumpens ta’ din l-iskema.

3.2.2.   Skema ta’ Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni

(18)

Instab li l-applikant kellu l-istatus ta’ EOU u rċieva s-sussidji taħt din l-iskema fil-PIR.

(19)

Rigward din l-iskema l-kumpanija ddikjarat li l-Kummissjoni għandha tiddevja mill-metodu ta’ kalkoli tal-benefiċċju riċevt taħt l-EOU użat fl-investigazzjoni oriġinali. Il-kumpanija sostniet li ċerti benefiċċji taħt l-iskema EOU għandhom ikunu trattati bħala skema ta’ ħlas lura ta’ dazju mhux permissibbli. fi ħdan it-tifsira ta’ Anness II u III tar-Regolament bażiku u għalhekk m’għandhomx ikunu kumpensabbli.

(20)

Madankollu, peress li nstab li irrelevantement liema metodu ta’ kalkolu jintuża, ir-rata ta’ sussidju stabbilita fejn tidħol din l-iskema mhux ser taqbeż iż-0,22 % li twassal għal marġini ta’ sussidju totali taħt de minimis level, ġie deċiż li din it-talba ma tiġix analizzata aktar fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni tar-reviżjoni.

3.2.3.   L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni

(21)

Instab li l-applikant ma kienx qiegħed juża din l-iskema matul il-PIR.

3.2.4.   Skema ta’ Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku

(22)

L-investigazzjoni rrivelat li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR. Madankollu, instab li l-inċentivi li rċevew kienu insinifikanti. Għalhekk ġie kkunsidrat li ma kienx neċessarju li jiġi evalwat l-ammont ta’ kumpens ta’ din l-iskema.

3.2.5.   Programmi ta’ Sussudju Lokali tal-Istat ta’ Maharashtra,

(23)

Instab li l-applikant ma kienx qiegħed juża din l-iskema matul il-PIR.

3.2.6.   Oħrajn

(24)

L-investigazzjoni ma rrivelatx benefiċċji oħra għall-applikant fil-PIR relatati mat-termini ta’ materja prima u xiri ta’ enerġija li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI u għalhekk jistgħu jiġu trattati bħala sussidji fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 3(1)(a)(ii) u Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk l-allegazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni mniżżlin fil-premessa (15) punti c-e nstab li huma rrelevanti fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni.

4.   L-AMMONT TAS-SUSSIDJI KUMPENSABBLI

(25)

Huwa mfakkar li l-investigazzjoni oriġinali stabbiliet l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli għall-applikant, espressi ad valorem, f’4,3 %.

(26)

Matul il-PIR l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli għall-applikant espressi ad valorem, li jirriżultaw minn skema waħda biss ta’ sussidju instab li huwa ta’ 0,22 %.

(27)

Wara li ġie meqjus dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni kienet li l-livell tas-sussidjar fir-rigward tal-applikant produttur esportatur ikkonċernat naqas.

(28)

Ġie eżaminat ukoll jekk iċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward tal-iskemi eżaminati jistgħux jiġu kkunsidrati li huma ta’ natura dejjiema.

(29)

Kif imsemmi hawn fuq, is-sejbiet rigward l-iskema EPCGS matul din ir-reviżjoni interim ikkonfermaw is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali fejn is-sussidju mogħti taħt din l-iskema instab li kien insinifikanti.

(30)

Barra minn hekk, filwaqt li fl-investigazzjoni oriġinali il-benefiċċju ewlieni tal-applikant kien mogħti taħt l-iskema EUO, il-benefiċċju taħt din l-iskema waqa’ matul il-PIR. Inkisbet evidenza li din il-bidla hija ta’ natura dewwiema minħabba li għandha x’taqsam mal-livell imnaqqas ta’ tariffa tad-dwana fuq skart tal-azzar li ma jissaddadx u ferro-nikil, żewġ materji primi użati mill-applikant għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

5.   MIŻURI KOMPENSATORJI

(31)

Abbażi ta’ dak li jidher hawn fuq, hemm indikazzjonijiet li l-applikant se jkompli jirċievi s-sussidji fil-futur, f’ammont li jkun inqas mill-de minimislivell. B’hekk huwa kkunsidrat xieraq li tiġi emendata r-rata ta’ dazju kompensatorja applikabbli għall-applikant sabiex jiġi rifless il-livell preżenti ta’ sussidjar. Din ir-rata ta’ dazju għandha tkun stabbilita f’0 % għall-applikant.

(32)

Fir-rigward tar-rata ta’dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi imsemmija fl-Anness għar-Regolament definittiv, qed jiġi nnutat li l-arranġamenti dettaljati kurrenti tal-iskemi investigati u l-kumpens tagħhom ma nbidlux fir-rigward tal-investigazzjoni preċedenti. Għalhekk, m’hemmx raġuni biex ikun ikkalkulat mill-ġdid is-sussidju u r-rati tad-dazju ta’ dawn il-kumpaniji. Konsegwentement, ir-rati tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji msemmija fl-Anness tar-Regolament definittiv ma jinbidlux.

(33)

Fir-rigward tar-rata ta’ dazju tal-kumpaniji l-oħra kollha, qed jiġi nnutat li fl-investigazzjoni oriġinali il-livell tagħha kien stabbilit fil-livell tal-ogħla marġini ta’ sussidju individwali li jeżisti għall-kumpaniji tal-kampjun. Dan ikkorrisponda mal-marġini ta’ sussidju tal-applikant Ladarba l-marġini tal-applikant inbidel wara din ir-reviżjoni interim, ir-rata tal-kumpaniji l-oħra kollha għandha tiġi riveduta u stipulata fl-ogħla marġini ta’ sussidju li jmiss. Peress li l-ogħla rata li jmiss hija dik applikabbli għall-kumpaniji mniżżlin fl-Anness, ir-rata ta’ dazju għall-kumpaniji l-oħra kollha għandha tkun stabbilita f’dak il-livell, jiġifieri 4 %.

6.   ŻVELAR

(34)

Il-GTI u l-partijiet interessati l-oħra kienu infurmati bil-fatti essenzjali u konsiderazzjonijiet li fuqhom kien maħsub li għandha ssir il-proposta għall-emendar tar-rata tad-dazju applikabbli għall-applikant.

(35)

Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ingħata kas tagħhom.

(36)

Il-partijiet kollha interessati li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 405/2011 huwa sostitwit b’li ġej:

“2.   Ir-rata ta’ dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Chandan Steel Ltd., Mumbai

3,4

B002

Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai;

Precision Metals, Mumbai;

Hindustan Inox Ltd., Mumbai;

Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd., Mumbai

3,3

B003

Viraj Profiles Vpl. Ltd., Thane

0

B004

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

4,0

B005

Il-kumpaniji l-oħra kollha

4,0

B999 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)   ĠU L 108, 28.4.2011, p. 3.

(3)   ĠU C 239, 9.8.2012, p. 2.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 722/2013

tal-25 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Rota b’dijametru ta’ madwar 20 cm u wiegħsa 5 cm, li tikkonsisti minn rim tal-plastik u tajer tal-plastik solidu.

Ir-rim għandu toqba fin-nofs u ball bearing magħmul mill-azzar tal-karbonju.

Ir-rota tista’ tintrama fuq bosta prodotti bħall vetturi għall-ġarr ta’ persuni b’diżabbiltà, walkers/rollators u sodod tal-isptar.

 (*1) ara l-imaġini

3926 90 97

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1,3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 .

L-użu ewlieni maħsub tar-rota mhuwiex inerenti għall-karatteristiċi oġġettivi tagħha, peress li tista’ tintuża bl-istess mod fuq oġġetti ta’, pereżempju, l-intestatura 8713 (vetturi għall-ġarr ta’ persuni b’diżabbiltà), l-intestatura 9021 (walkers/rollators) u l-intestatura 9402 (sodod tal-isptar). Għalhekk il-klassifikazzjoni bħala parti ta’ prodott speċifiku hija eskluża.

Ir-rota hija magħmula minn oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti (plastik u azzar tal-karbonju). Il-komponent li jagħti lir-rota l-karatteristiċi essenzjali huwa r-rim magħmul mill-plastik, peress li jikkontribwixxi l-akbar parti tal-istruttura tar-rota.

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 , bħala prodotti oħra magħmula minn plastik.

Image 1

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 723/2013

tas-26 ta’ Lulju 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol l-użu tal-Estratti tal-klin (E 392) f’ċerti prodotti tal-laħam u l-ħut b’kontenut żgħir ta’ xaħam

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista’ tiġi emendata bil-proċedura komuni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, għall-enżimi tal-ikel u għall-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(4)

Fit-3 ta’ Frar 2012 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Estratti tal-klin (E 392) bħala antiossidant fil-preparazzjonijiet tal-laħam, tal-laħam b’kontenut żgħir ta’ xaħam ipproċessat kemm ittrattat bis-sħana kif ukoll mhux ittrattat bis-sħana, u ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati b’kontenut żgħir ta’ xaħam, inklużi l-molluski u l-krustaċji, u tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(5)

L-antiossidanti huma sustanzi li jħarsu l-ikel milli jiddeterjora minħabba l-ossidazzjoni, bħas-snuħija tax-xaħam u t-tibdil fil-kulur. Il-livelli massimi attwali tal-użu tal-Estratti tal-klin (E 392) awtorizzati f’laħam ipproċessat u fil-ħut u l-prodotti tal-ħut ipproċessati, inklużi l-molluski u l-krustaċji, huma stabbiliti skont il-kontenut tax-xaħam fil-kategoriji tal-ikel rispettivi (ħlief għaz-zalzett imnixxef u l-laħam deidratat). Il-livell massimu permess tal-użu tal-Estratti tal-klin (E 392) stabbilit skont il-kontenut tax-xaħam fil-kategoriji tal-ikel rispettivi ma jiżgurax protezzjoni biżżejjed tal-ikel b’kontenut żgħir ta’ xaħam peress li hemm dożaġġ minimu kritiku ta’ dan l-antiossidant biex jinkiseb l-effett mixtieq. Bħalissa, l-Estratti tal-klin (E 392) jistgħu jintużaw f’dożaġġi effettivi fil-prodotti b’kontenut akbar ta’ xaħam. Madanakollu, anki l-prodotti b’xaħam baxx jistgħu jkunu soġġetti għal ossidazzjoni qawwija minħabba proporzjon għoli ta’ aċidi xaħmin mhux saturati. Għalhekk, jixraq li l-livell massimu tal-użu tal-Estratti tal-klin (E 392) jiġi stabbilit 15 mg/kg għall-prodotti b’kontenut ta’ xaħam mhux aktar minn 10 % filwaqt li l-livell massimu permess jibqa’ 150 mg/kg espress abbażi tax-xaħam għall-prodotti b’kontenut ta’ xaħam aktar minn 10 %.

(6)

Fl-2008 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-Estratti tal-klin (E 392) meta jintużaw bħala addittiv tal-ikel (3) u kkonkludiet li l-użi proposti u l-livelli tal-użu ma joħolqux tħassib għas-sigurtà. Fi stima konservattiva tal-esponiment fid-dieta ġie preżunt mill-Awtorità li l-Estratti tal-klin jistgħu jintużaw fil-livell massimu tal-użu (jiġifieri 150 mg/kg fi prodotti pproċessati tal-laħam, tjur u ħut/frott tal-baħar) fl-ikel kollu propost f’kull kategorija tal-ikel. Din is-suppożizzjoni kopriet ukoll laħam ipproċessat kemm ittrattat bis-sħana kif ukoll mhux ittrattat bis-sħana, u ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi l-molluski u l-krustaċji b’kontenut ta’ xaħam mhux aktar minn 10 %.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx suxxettibbli li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Fid-dawl tal-opinjoni tal-2008 tal-Awtorità li ssemmiet qabel, l-istabbiliment tal-livell massimu tal-użu tal-Estratti tal-klin (E 392) fi 15 mg/kg għal laħam ipproċessat kemm ittrattat bis-sħana kif ukoll mhux ittrattat bis-sħana, u ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati, inklużi l-molluski u l-krustaċji, b’kontenut ta’ xaħam mhux aktar minn 10 %, jikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li mhix suxxettibbli li tħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, u għalhekk ma hemmx bżonn li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(8)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)   The EFSA Journal (2008) 721, 1-29.


ANNESS

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-kategorija tal-ikel 08.2.1 “Laħam ipproċessat mhux ittrattat bis-sħana”, l-annotazzjoni dwar l-addittiv “E 392 — Estratti tal-klin — ħlief iz-zalzett imnixxef” tinbidel b’li ġej:

 

“E 392

Estratti tal-klin

15

(46)

laħam biss b’kontenut ta’ xaħam mhux aktar minn 10 %, ħlief iz-zalzett imnixxef

 

E 392

Estratti tal-klin

150

(41) (46)

laħam biss b’kontenut ta’ xaħam aktar minn 10 %, ħlief iz-zalzett imnixxef”

(2)

Fil-kategorija tal-ikel 08.2.2 “Laħam ipproċessat ittrattat bis-sħana”, l-annotazzjoni dwar l-addittiv “E 392 — Estratti tal-klin — ħlief iz-zalzett imnixxef” tinbidel b’li ġej:

 

“E 392

Estratti tal-klin

15

(46)

laħam biss b’kontenut ta’ xaħam mhux aktar minn 10 %, ħlief iz-zalzett imnixxef

 

E 392

Estratti tal-klin

150

(41) (46)

laħam biss b’kontenut ta’ xaħam aktar minn 10 %, ħlief iz-zalzett imnixxef”

(3)

Fil-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi l-molluski u l-krustaċji”, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 392 tinbidel b’li ġej:

 

“E 392

Estratti tal-klin

15

(46)

ħut u prodotti tal-ħut biss, inklużi l-molluski u l-krustaċji, b’kontenut ta’ xaħam mhux aktar minn 10 %

 

E 392

Estratti tal-klin

150

(41) (46)

ħut u prodotti tal-ħut biss, inklużi l-molluski u l-krustaċji, b’kontenut ta’ xaħam aktar minn 10 %”


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 724/2013

tas-26 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet dwar diversi polioli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi speċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni, inkella wara talba.

(3)

Fid-29 ta’ Novembru 2011 tressqet applikazzjoni għall-emenda ta’ speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw diversi polioli li sussegwentement saret disponibbli għall-Istati Membri.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-Mannitol (E 421 (i)) u l-Mannitol manifatturat bil-fermentazzjoni (E 421 (ii)). Sabiex tintlaħaq aktar ċarezza u koerenza, l-addittiv tal-ikel ‘Mannitol (E 421 (i))’ attwalment awtorizzat għandha jingħata l-isem ġdid ‘Mannitol mill-idroġenazzjoni’ u konsegwentement id-definizzjoni tiegħu għandha tinbidel. Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-additiv tal-ikel għandha tiġi emendata.

(5)

Isomalt (E 953) huwa manifatturat fi proċess ta’ żewġ stadji li fih iz-zokkor huwa l-ewwel trasformat f’isomaltulożju u mbagħad idroġenat. Il-forma kristallina tinkiseb minn proċess ta’ tnixxif wara. Saret talba biex tiġi inkludi forma differenti ta’ isomalt, soluzzjonijiet ilmija ta’ isomalt, fl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 231/2012. Il-forma proposta tikkonforma ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet u hija disponibbli għall-użu kummerċjali. Dik il-forma ta’ isomalt tiffranka l-flus u l-ħin għall-industrija u konsegwentement hija ta’ interess, pereżempju, għad-dulċiera. Għaldaqstant, id-deskrizzjoni tal-Isomalt (E 953) fl-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi emendata.

(6)

L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 231/2012 jipprovdu li wieħed mill-kriterji tal-purità għall-polioli huwa l-livell ta’ demineralizzazzjoni jew residwi minerali, ikkaratterizzata minn kloridi, sulfati u/jew irmied issulfat. L-istess poliolis jintużaw bħala eċċipjenti għall-prodotti farmaċewtiċi, u l-Farmakopea Ewropea adottat il-konduttività bħala l-metodu biex tevalwa l-livell ta’ demineralizzazzjoni tal-polioli. Permezz ta’ dan, porzjoni tripliċi (ta’ kloruri, sulfati u/jew irmied issulfat) ġiet sostitwita b’waħda biss, aktar sempliċi biex issir, kosteffikaċi u tagħmel inqas ħsara lill-ambjent. Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu emendati għall-addittivi tal-ikel Sorbitol (E 420 (i)), xropp tas-Sorbitol (E 420 (ii)), Mannitol (E 421 (i)), Mannitol manifatturat bil-fermentazzjoni (E 421 (ii)), Isomalt (E 953), Maltitol (E 965 (i)), xropp tal-Maltitol (E 965 (ii)), Ksilitol (E 967) u Eritritol (E 968) billi jitħassru l-kriterji dwar kloruri, sulfati u rmied sulfatat u jiġu sostiwiti bikriterju uniku, il-konduttività.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel, ħlief fejn l-aġġornament inkwistjoni x’aktarx ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-aġġornamenti konċernati ma jħallux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 420 (i) Sorbitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 1,5 % (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 20 μS/ċm (fuq 20 % ta’ soluzzjoni ta’ solidi niexfa) f’temperatura ta’ 20 °C

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % (espress bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xott)

Zokkor totali

Mhux aktar minn 1 % (espress bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xott)

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)”

(2)

Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 420 (ii) xroppSorbitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 31 % (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 10 μS/cm (fuq il-prodott kif inhu) f’temperatura ta’ 20 °C

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % (espress bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xott)

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)”

(3)

L-entrata għall-addittiv tal-ikel E 421(i) Mannitol hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

E 421 (i).MANNITOL MILL-IDROĠENAZZJONI”

(b)

id-definizzjoni tinbidel b’dan li ġej:

Definizzjoni

Immanifatturat bl-idroġenazzjoni katalitika ta’ soluzzjonijiet ta’ karboidrati li jkun fihom il-glukożju u/jew il-fruttożju

Il-prodott fih minimu ta’ 96 % mannitol. Il-parti tal-prodott li mhux mannitol magħmula prinċipalment minn sorbitol (2 % mass.), maltitol (2 % mass.) u isomalt (deidrat ta’ mannitol-1,1 GPM (1-O-alfa-D-Glukopiranosil-D-): 2 % mass. u 1,6 GPS (6-O-alfa-D-Glukopiranosil-D-Sorbitol): 2 % mass.). L-impuritajiet mhux speċifikati ma għandhomx jirrappreżentaw iktar minn 0,1 % kull wieħed.”

(c)

l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 0,5 % (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 20 μS/ċm (fuq 20 % ta’ solidi niexfa soluzzjoni) f’temperatura ta’ 20 °C

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % (espressi bħala glukożju)

Zokkor totali

Mhux aktar minn 1 % (espressi bħala glukożju)

Nikil

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg”

(4)

Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 421(ii) mannitol manifatturat bil-fermentazzjoni l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Arabitol

Mhux iktar minn 0,3 %

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 0,5 % (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 20 μS/ċm (fuq 20 % ta’ solidi niexfa soluzzjoni) f’temperatura ta’ 20 °C

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % (espressi bħala glukożju)

Zokkor totali

Mhux aktar minn 1 % (espressi bħala glukożju)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg”

(5)

L-entrata għall-addittiv tal-ikel E 953 Isomalt hija emendata kif ġej:

(a)

l-ispeċifikazzjoni fir-rigward id-deskrizzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

Deskrizzjoni

Mingħajr riħa, abjad, kemmxejn igroskopiku, massa kristallina jew ilmija b’konċentrazzjoni minima ta’ 60 %”

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 7 % għall-prodott solidu (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 20 μS/ċm (fuq 20 % ta’ solidi niexfa soluzzjoni) f’temperatura ta’ 20 °C

D-Mannitol

Mhux iktar minn 3 %

D-Sorbitol

Mhux iktar minn 6 %

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % (espress bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xott)

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)”

(6)

Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 965 (i) Maltitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Dehra tas-soluzzjoni ilmija

Is-soluzzjoni tkun trasparenti u bla kulur

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 1 % (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 20 μS/ċm (fuq 20 % ta’ solidi niexfa soluzzjoni) f’temperatura ta’ 20 °C

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,1 % (espress bħala glukożju fuq bażi anidruża)

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg (espress fuq bażi anidruża)

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg (espress fuq bażi anidruża)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg (espress fuq bażi anidruża)”

(7)

Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 965 (ii) xropp tal-Maltitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Dehra tas-soluzzjoni ilmija

Is-soluzzjoni tkun trasparenti u bla kulur

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 31 % (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 10 μS/cm (fuq il-prodott kif inhu) f’temperatura ta’ 20 °C

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % (espress bħala glukożju fuq bażi anidruża)

Nikil

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg”

(8)

Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 967 Ksilitol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 1 % (metodu Karl Fischer)

Konduttività

Mhux aktar minn 20 μS/ċm (fuq 20 % ta’ solidi niexfa soluzzjoni) f’temperatura ta’ 20 °C

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,2 % (espress bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xott)

Alkoħoli polidriċi oħrajn

Mhux aktar minn 1 % (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg (espress fuq bażi ta’ piż xott)”

(9)

Fl-entrata għall-addittiv tal-ikel E 968 Eritritol, l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tal-purità huma sostitwiti b’dan li ġej:

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 0,2 % (70 °C, 6 sigħat, f’dessikatur b’vakum)

Konduttività

Mhux aktar minn 20 μS/ċm (fuq 20 % ta’ solidi niexfa soluzzjoni) f’temperatura ta’ 20 °C

Sustanzi li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala D-glukożju

Ribitol u gliċerol

Mhux iktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux aktar minn 0,5 mg/kg”


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 725/2013

tas-26 ta’ Lulju 2013

dwar l-awtorizzazzjoni tal-klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti, il-qtates u l-klieb (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u jistipula r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti tat-tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-klorur tal-ammonju kien awtorizzat f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf mingħajr limitu taż-żmien għall-użu fl-għalf tal-qtates u tal-klieb u b’limitu taż-żmien għall-użu fl-għalf tal-annimali domestiċi kollha minbarra l-qtates u l-klieb bid-Direttiva tal-Kummissjoni 86/525/KEE (3). Dak l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u l-klieb u, skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għal użu ġdid tiegħu għar-ruminanti, bit-talba li l-addittiv jiddaħħal fil-kategorija tal-addittivi msejħa “addittivi teknoloġiċi”. Dik l-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ Mejju 2012 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-klorur tal-ammonju ma jħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Hija rrikonoxxiet il-fatt li l-klorur tal-ammonju huwa aċidifikant qawwi tal-awrina u li ż-żieda tiegħu fl-għalf tar-ruminanti, tal-qtates u tal-klieb tirriżulta fi tnaqqis tal-pH fl-awrina. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-klorur tal-ammonju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. B’hekk, l-użu ta’ dan l-addittiv għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn din l-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-klorur tal-ammonju speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi msejħa “addittivi żootekniċi”, u li jifforma parti mill-grupp funzjonali msejjaħ “addittivi żootekniċi oħrajn”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

L-addittiv speċifikat fl-Anness għall-użu fl-għalf tal-qtates u tal-klieb u l-għalf li jkun fih dak l-addittiv, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel is-16 ta’ Awwissu 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-16 ta’ Awwissu 2013 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)   ĠU L 310, 5.11.1986, p. 19.

(4)   The EFSA Journal 2012; 10(6):2738.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

f’mg għal kull kg tal-għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħrajn (tnaqqis tal-pH fl-awrina)

4d8

BASF SE

Klorur tal-ammonju

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Klorur tal-ammonju ≥ 99,0 %

(għamla solida)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

 

Klorur tal-ammonju ≥ 99,0 %

 

NH4Cl, Numru tal-CAS: 12125-02-9

 

Klorur tas-sodju ≤ 0,5 %

 

Prodott permezz ta’ sinteżi kimika

 

Metodu tal-analiżi  (1)

Kwantifikazzjoni tal-klorur tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf: titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (il-monografija 0007 tal-farmakopea Ewropea) jew titrazzjoni bin-nitrat tal-fidda (il-monografija msejħa “klorur tal-ammonju” tal-JECFA).

Ruminanti

10 000 għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur

5 000 għal perjodu li jaqbeż it-tliet xhur

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Għas-sigurtà, waqt li wieħed ikun qed iqandel is-sustanza, għandu juża apparat ta’ protezzjoni għan-nifs, apparat ta’ protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti u lbies protettiv.

3.

It-taħlit ta’ klorur tal-ammonju minn sorsi differenti ma għandux jaqbeż il-livelli massimi permessi fl-għalf komplut għar-ruminanti.

Is-16 ta’ Awwissu 2023

Qtates u klieb

5 000


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fis-sit tal-Internet tal-Laboratorju ta’ Referenza fl-indirizz elettroniku li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 726/2013

tas-26 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

147,7

ZZ

147,7

0709 93 10

TR

123,3

ZZ

123,3

0805 50 10

AR

85,8

CL

73,3

TR

70,0

UY

91,8

ZA

90,7

ZZ

82,3

0806 10 10

CL

206,7

EG

219,9

MA

188,7

MX

242,3

TR

170,7

ZZ

205,7

0808 10 80

AR

179,9

BR

110,4

CL

127,5

CN

96,2

NZ

144,0

US

156,0

ZA

120,9

ZZ

133,6

0808 30 90

AR

104,3

CL

147,8

CN

77,3

NZ

112,3

TR

179,1

ZA

115,4

ZZ

122,7

0809 10 00

TR

186,3

ZZ

186,3

0809 29 00

TR

338,7

ZZ

338,7

0809 30

TR

150,8

ZZ

150,8

0809 40 05

BA

62,3

TR

115,1

XS

70,8

ZZ

82,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUTM MALI/1/2013

tad-19 ta’ Lulju 2013

dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

(2013/399/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika ta' EUTM Mali, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Bis-saħħa tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2013/34/CFSP, il-Brigadier Ġeneral François LECOINTRE inħatar Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali.

(3)

Fid-19 ta' Ġunju 2013, Franza pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Bruno GUIBERT bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali biex jissostitwixxi l-Brigadier Ġeneral François LECOINTRE.

(4)

Fit-28 ta' Ġunju 2013, il-Kumitat Militari tal-UE irrakkomandali l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Bruno GUIBERT bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Bruno GUIBERT huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) mill-1 ta' Awwissu 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2013.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP NESTOR/3/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

(2013/400/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni EUCAP NESTOR/1/2012 li taħtar lis-Sur DE MONTAIGNE DE PONCINS bħala Kap tal-EUCAP NESTOR mis-17 ta' Lulju 2012.

(3)

Fit-12 ta' Lulju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Etienne DE MONTAIGNE DE PONCINS bħala Kap tal-EUCAP NESTOR mis-16 ta' Lulju 2013 sal-15 ta' Lulju 2014, biex jieħu post is-Sur Jacques LAUNAY.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Etienne DE MONTAIGNE DE PONCINS huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini ta' Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) mis-16 ta' Lulju 2013 sal-15 ta' Lulju 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mis-16 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 187, 17.07.2012, p. 40.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP SAHEL NIGER/1/2013

tat-23 ta' Lulju 2013

li testendi l-mandat tal-Kap tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger)

(2013/401/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP SAHEL Niger) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9 (1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Lulju 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP SAHEL Niger/1/2012 (2), li taħtar lill-Ġeneral Francisco ESPINOSA NAVAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP SAHEL Niger mis-17 ta' Lulju 2012 sas-16 ta' Lulju 2013.

(3)

Fid-9 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/368/PESK (3) li testendi l-perijodu kopert bl-ammont ta’ referenza finanzjarja ta' EUCAP SAHEL Niger sal-31 ta' Ottubru 2013.

(4)

Fit-12 ta' Lulju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tal-Ġeneral Francisco ESPINOSA NAVAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP SAHEL Niger mis-17 ta' Lulju 2013 sal-31 ta' Ottubru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tal-Ġeneral Francisco ESPINOSA NAVAS bħala Kap tal-missjoni tal- EUCAP SAHEL Niger, huwa b'din estiż sal-31 ta' Ottubru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mis-17 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUCAP SAHEL/Niger/1/2012 tas-17 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger) (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 17).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/368/PESK tad- 9 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 189, 10.7.2013, p. 13).


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ April 2013

dwar il-miżura SA.20112 (C 35/2006) implimentata mill-Isvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening

(notifikata bid-dokument C(2013) 1913)

(Il-verżjoni Svediża biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/402/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu108 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ilment irreġistrat fl-14 ta’ Novembru 2005, il-fondazzjoni Den Nya Välfärden informat lill-Kummissjoni dwar bejgħ ta’ biċċa art mill-Muniċipalità ta’ Åre lill-Konsum Jämtland Ekonomisk Förening (“Konsum”), li allegatament jinvolvi għajnuna illegali mill-istat (“il-bejgħ kontestat”).

(2)

Permezz tal-ittra datata t-3 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Svediżi, li kienet sottomessa permezz ta’ ittri datati t-2 u t-28 ta’ Marzu 2006.

(3)

Permezz tal-ittra datata t-3 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-ilmentatur, li kienet sottomessa permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Frar 2006.

(4)

Permezz ta' ittra datata d-19 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni informat lill-Isvezja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-bejgħ kontestat (2).

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(6)

L-Isvezja ssottomettiet kummenti permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Settembru 2006. Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti mingħand partijiet interessati.

(7)

Permezz tal-ittra datata l-24 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Svediżi, li kienet sottomessa permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Frar 2007.

(8)

Fit-30 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali (“id-deċiżjoni”) (4), li tikkonkludi li l-bejgħ kontestat jinvolvi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE (5).

(9)

Id-deċiżjoni ġiet appellata minn Konsum. Fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-244/08, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha teżamina mill-ġdid il-miżura u tieħu deċiżjoni ġdida dwar bejgħ kontestat.

(10)

Permezz tal-ittra datata t-22 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Svediżi, li ġiet ipprovduta permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ April 2012.

(11)

Wara s-sottomissjoni tal-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Svediżi f’April 2012, Den Nya Välfärden issottomettiet kummenti permezz ta’ ittra ddatata l-21 ta’ Mejju 2012.

(12)

Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Mejju 2012, Lidl Sverige KB (“Lidl”) provda informazzjoni supplimentari b'żieda mal-kummenti sottomessi minn Den Nya Välfärden. Barra minn hekk, Den Nya Välfärden provdiet aktar informazzjoni f’laqgħa mal-Kummissjoni, li seħħet fil-25 ta’ Ġunju 2012.

(13)

Permezz ta' ittra datata l-5 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni talbet aktar kjarifikazzjoni mingħand l-awtoritajiet Svediżi, li wieġbu permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Jannar 2013.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   Il-partijiet involuti

(14)

Il-muniċipalità ta’ Åre (“il-Muniċipalità”) tinsab fil-Kontea ta’ Jämtland, l-Isvezja, u għandha madwar 10 100 abitant.

(15)

Konsum, l-allegat benefiċjarju tal-bejgħ kontestat, huwa soċjetà kooperattiva li jbiegħ prodotti għall-konsumatur, inklużi ikel u merċa, fil-Kontea ta' Jämtland kollha. Fl-1 ta’ Jannar 2006, Konsum ingħaqad ma’ Konsum Nord ekonomisk förening. Iż-żewġ kumpaniji jikkollaboraw mal-Kooperativa förbundet, li hija assoċjazzjoni ta’ soċjetajiet kooperattivi Svediżi. Il-Kooperativa förbundet hija l-kumpanija prinċipali tal-Grupp KF li jippossjedi, fost l-oħrajn, bejjiegħa bl-imnut Norveġiżi.

(16)

Åre Centrum AB (“Åre Centrum”) hija kumpanija immobiljari privata li topera b’mod indipendenti mill-Muniċipalità. Fiż-żmien tal-bejgħ kontestat, Åre Centrum kienet proprjetà ta’ SkiStar AB u intrapriżi oħra f’Åre. Mill-2007, Åre Centrum saret parti mill-kumpanija privata DIÖS Fastigheter AB.

(17)

L-ilmentatur, Den Nya Välfärden, huwa fondazzjoni Svediża li hija prinċipalment finanzjata mill-Konfederazzjoni tal-Intrapriżi Svediżi. Il-missjoni tagħha huwa, fost affarijiet oħra, li tiddefendi l-interessi tal-intrapriżi Svediżi billi timmonitorja l-funzjonament tal-kompetizzjoni ħielsa fl-Isvezja. Fl-ilment tagħha dwar il-bejgħ kontestat, Den Nya Välfärden qed taġixxi f’isem membru tagħha, Lidl.

(18)

Lidl kien l-ewwel operatur barrani fis-settur tal-ikel li daħal fis-suq Svediż fl-2003 u huwa kompetitur dirett ta’ Konsum fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u l-merċa.

2.2.   Il-Bejgħ kontestat

(19)

L-ilment jikkonċerna l-bejgħ ta’ biċċa art mill-Muniċipalità lill-Konsum fil-5 ta’ Ottubru 2005 bi prezz li allegatament kien taħt il-valur tas-suq.

(20)

Dan il-bejgħ kien parti minn tranżazzjoni akbar ta' proprjetà, li kienet tinvolvi għadd ta’ bejgħ differenti ta' art u għadd ta’ partijiet differenti. Dan il-bejgħ kellu l-għan li jimplimenta pjan majjistru ta’ żvilupp (minn hawn ’il quddiem “il-PMŻ), li kien adottat mill-Muniċipalità fil-21 ta’ Ġunju 2005. Wieħed mill-għanijiet tal-PMŻ kien li jimplimenta ċerti xogħlijiet ta' żvilupp sabiex tinħoloq żona mingħajr traffiku madwar il-pjazza ċentrali ta’ Åre (“Åre Torg”). F’dan ir-rigward, Åre Centrum intgħażlet bħala kuntrattur biex twettaq il-modernizzazzjoni ta’ Åre Torg skont il-PMŻ.

(21)

Bħala parti minn dan il-pjan, f’Ottubru 2005 seħħew it-tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' art li ġejjin:

1)

B’kuntratt bid-data l-4 ta’ Ottubru 2005, Konsum biegħ il-proprjetà tiegħu f’Åre Torg (denominazzjoni Mörviken 2:91) (6) lill-Åre Centrum għal SEK 8,5 miljuni (madwar EUR 910 000).

2)

Permezz tal-kuntratti datati t-3 u l-5 ta’ Ottubru 2005, il-Muniċipalità biegħet art lill-Konsum li kienet magħmula mill-unitajiet ta' proprjetà Åre Prästbord 1:30, 1:68 u 1:69 (7) fl-erja ta’ Produkthuset għal SEK 2 miljuni (madwar EUR 213 000) (“il-bejgħ kontestat”).

3)

B’kuntratt bid-data l-4 ta’ Ottubru 2005, Åre Centrum biegħet plott art lill-Konsum għal SEK 1 miljun (madwar EUR 107 000) b’denominazzjoni Åre Prästbord 1:76 (8), maġenb l-unitajiet ta’ proprjetà msemmija qabel Åre Prästbord 1:30, 1:68 u 1:69.

(22)

Fil-bidu, il-prezz tal-plott art kontestat kellu jiġi stabbilit għal SEK 1 fil-laqgħa tal-Eżekuttiv Muniċipali tal-24 ta’ Awwissu 2005. Madankollu, b’telefonata segwita b’imejl datata t-23 ta’ Awwissu 2005, Lidl għamel offerta ta’ SEK 6,6 miljuni (madwar EUR 710 602) għall-istess plott art, għalhekk il-prezz tal-bejgħ kien negozjati mill-ġdid mill-Muniċipalità u Konsum minn SEK 1 għal SEK 1 miljun (madwar EUR 107 000). Madankollu, il-prezz ta’ SEK 1 miljun ġie revokat wara appell imressaq minn żewġ membri tal-Kunsill Muniċipali fil-Qorti Amministrativa tal-Kontea.

(23)

Prezz ta’ SEK 2 miljuni għall-plott art kontestat kien finalment approvat mill-Bord Eżekuttiv Muniċipali fil-5 ta’ Ottubru 2005. Fl-istess jum ġie ffirmat minn Konsum u l-Muniċipalità l-ftehim finali tal-bejgħ.

2.3.   L-ilment

(24)

Skont l-ilmentatur, il-bejgħ kontestat ma kienx preċedut minn proċedura formali tal-offerti u ma twettqitx valwazzjoni indipendenti ta’ espert. Il-bejgħ kontestat huwa, fil-fehma tiegħu, bi ksur tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’dan ir-rigward, l-ilmentatur jiddikjara, b’mod partikolari, li l-offerta ta' Lidl kienet kredibbli, vinkolanti u direttament komparabbli mal-offerta li għamel Konsum u aċċettata mill-Muniċipalità. L-ilmentatur jikkonsidra li meta ma aċċettatx l-offerta ta' Lidl, il-Muniċipalità biegħet il-plott art taħt il-valur tagħha fis-suq. L-ilmentatur jallega li l-għajnuna tammonta għal SEK 4.6 miljun (madwar EUR 495 268), jew id-differenza bejn l-offerta ta' Lidl u l-prezz tal-bejgħ.

3.   KUMMENTI MINGĦAND IL-PARTIJIET INTERESSATI

(25)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti mingħand il-partijiet interessati.

4.   KUMMENTI ADDIZZJONALI MINGĦAND L-ILMENTATUR

(26)

Permezz ta’ ittra bid-data tal-21 ta’ Mejju 2012, l-ilmentatur iddikjara li Konsum ħallas SEK 861/m2 (madwar EUR 92) għall-art akkwistata mingħand Åre Centrum meta mqabbel ma’ SEK 312/m2 (madwar EUR 34) għall-art mixtrija mingħand il-Muniċipalità. Skont l-ilmentatur, dan jikkostitwixxi evidenza addizzjonali li l-bejgħ kontestat sar taħt il-valur tas-suq u li operatur privat kien ibigħ l-art bi prezz ogħla.

5.   KUMMENTI MINGĦAND L-ISVEZJA

(27)

Skont l-awtoritajiet Svediżi, il-bejgħ lil Konsum kien parti minn serje ta’ tranżazzjonijiet ta' art, li b'mod speċjali kienu jinvolvu l-bejgħ minn Konsum ta’ plott ta’ art f’żona oħra ta’ Åre (Åre Torg), li kienet maħsuba biex tintuża mill-Muniċipalità għal ċerti skopijiet ta’ żvilupp.

(28)

Permezz tal-bejgħ tal-art, Konsum rialloka l-ħanut tiegħu lil hinn minn Åre Torg, u b’hekk ippermettiet lill-Muniċipalità tilħaq l-għanijiet tagħha kif stabbiliti fil-PMŻ, jiġifieri l-ħolqien ta’ żona ħielsa mit-traffiku madwar iż-żona ta’ Åre Torg. Kieku aċċettat l-offerta ta' Lidl minflok, il-Muniċipalità ma kinitx tkun tista' tilħaq l-għan tal-PMŻ, minħabba li Konsum kien jibqa' fil-postu f’Åre Torg. Għalhekk l-offerta ta' Lidl ma setgħetx titqies paragunabbli ma' dik ta' Konsum. Barra minn hekk l-awtoritajiet Svediżi ma kkunsidrawx l-offerta ta' Lidl bħala serja u vinkolanti minħabba s-sottomissjoni tard tagħha u n-nuqqas ta’ dettalji suffiċjenti.

(29)

Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Svediżi jqisu li l-bejgħ kontestat sar skont il-valur tas-suq. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Svediżi ressqu żewġ rapporti ta’ esperti biex isostnu l-fehmiet tagħhom: rapport ta’ evalwazzjoni mħejji minn Ernst & Young Real Estate f’Mejju 2003 u rapport ta’ evalwazzjoni ex post imħejji minn PriceWaterhouse Coopers (PwC) f’April 2012 li jevalwa l-valur tal-art fi żmien il-bejgħ f’Ottubru 2005.

(30)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta' Ernst & Young twettaq f’Mejju 2003. Huwa bbażat fuq analiżi tal-fluss tal-flus filwaqt li jitqiesu parametri bħal pereżempju l-użu maħsub tal-art, l-iżvilupp ġejjieni tas-suq fil-qasam, l-ispejjeż tal-operat u tal-manutenzjoni għal proprjetajiet simili, eċċ. Biex stabbilixxa l-valur tas-suq, ir-rapport isemmi u jivvaluta ċerti plottijiet ta' art, li wieħed minnhom (Åre Prästbord 1:76) jinsab maġenb l-art mixtrija minn Konsum mingħand il-Muniċipalità (Åre Prästbord 1:30, 1:68 u 1:69). Dan ir-rapport ivalwa l-plott ta' maġenb din l-art għal madwar SEK 1 000/m2 gross area (madwar EUR 110).

(31)

Skont l-awtoritajiet Svediżi, il-plott ta' maġenb dak li jirreferi għalih ir-rapport ta’ Ernst & Young huwa paragunabbli mal-art mibjugħa mill-Muniċipalità lill-Konsum fl-2005. Fl-aħħar, il-prezz stmat għandu jikkorrispondi għal prezz tal-bejgħ finali tat-tranżazzjoni kontestata ta’ SEK 1 200/m2 gross floor area (madwar EUR 129).

(32)

F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Svediżi jenfasizzaw li meta stipulat il-prezz, il-Muniċipalità qieset il-valur għal kull metru kwadru ta’ gross area. Dan kien minħabba l-fatt li l-partijiet kellhom il-ħsieb jibnu bini kummerċjali fuq l-art. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet Svediżi jqisu li l-prezzijiet ikkalkolati mill-ilmentatur u preżentati bħala evidenza li l-bejgħ kontestat sar taħt il-valur tas-suq (ara l-premessa (26)) ma għandhomx jitqiesu, għaliex jirreferu għall-prezz tal-art għal kull metru kwadru tal-erja totali.

(33)

Skont l-awtoritajiet Svediżi, iż-żmien li għadda bejn id-data tal-valwazzjoni ta' Ernst & Young u d-data tat-tranżazzjoni reali (sentejn u nofs) ġie meqjus, għalkemm suq għal ħwienet mibnijin ġodda f’Åre kien wieħed żgħir jekk mhux noneżistenti. Biex jissostanzjaw dan, l-awtoritajiet Svediżi semmew indiċi tal-prezz tal-konsumatur fin-nuqqas ta’ statistika uffiċjali tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli għaż-żmien u ż-żona konċernati. L-awtoritajiet Svediżi jikkonkludu li l-istima ta' Ernst & Young hija fi kwalunkwe każ komparabbli mal-prezz finali tal-bejgħ.

(34)

Barra minn hekk, bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni tat-22 ta’ Marzu 2012, l-awtoritajiet Svediżi provdew valwazzjoni esperta ex post ġdida li tħejjiet minn PwC f’April 2012. Ir-rapport ta’ PwC jikkonkludi li l-valur fis-suq tal-art involuta (9) fi żmien il-bejgħ (Ottubru 2005) kien ta’ bejn SEK 1,65 u SEK 2,474 miljuni (madwar EUR 177 000 u EUR 265 000). Biex wasal għal din il-firxa ta' valur, ir-rapport juża analiżi tal-prezzijiet lokali ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu proprjetajiet simili.

(35)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Svediżi semmew sentenza tal-Qorti Amministrattiva tal-Kontea ta’ Jämtland tal-24 ta’ Mejju 2006 li kkonfermat il-legalità tad-deċiżjoni tal-Muniċipalità li tapprova l-bejgħ tal-art lill-Konsum għal SEK 2 miljuni. Il-Qorti Amministrattiva tal-Kontea ddeċidiet li d-deċiżjoni kienet legali u li ma kinitx tiffavorixxi lill-Konsum għar-raġunijiet li ġejjin:

L-offerta ta' Lidl waslet eżatt qabel il-Kunsill tal-Muniċipalità adotta d-deċiżjoni tiegħu;

Il-bejgħ kien jikkonċerna art li kienet soġġetta għal kondizzjonijiet speċjali tal-użu, skont il-PMŻ applikabbli għaż-żona;

Ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-prezz tal-bejgħ kien taħt il-valur tas-suq;

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Muniċipalità trid titqies bħala parti minn pjan akbar ta' riallokazzjoni ta' negozji 'l bogħod miċ-ċentru tal-belt. Dan il-pjan kien jinkludi l-bejgħ kontestat ta’ art lill-Konsum.

(36)

Bi tweġiba għall-allegazzjonijiet tal-ilmentatur li ma seħħewx tranżazzjonijiet tal-proprjetà u li Konsum xorta jidher li huwa sid il-proprjetà immobbli Åre Mörviken 2:91, l-awtoritajiet Svediżi jallegaw li t-tranżazzjonijiet kienu segwiti bi proċess ta’ tqassim mill-ġdid tal-proprjetajiet kollha involuti. Għalhekk, wara li tlestew it-tranżazzjonijiet, il-proprjetajiet differenti bidlu l-ismijiet bejniethom fir-reġistru tal-proprjetà. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Svediżi jindikaw illi l-proprjetajiet mibjugħa mill-Muniċipalità u Åre Centrum AB lill-Konsum bidlu isimhom minn Åre Prästbord 1:30, 1:68, 1:76, u parti 1:69, għal Mörviken 2:91.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

6.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-istat

(37)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jgħid li “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(38)

Skont każistika stabbilita (10), il-bejgħ minn awtoritajiet pubbliċi ta’ art jew bini lil impriża jew individwu involut f’attività ekonomika, jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-istat, b’mod partikolari fejn ma jsirx bil-valur tas-suq, jiġifieri, fejn ma tinbiegħx bil-prezz li investitur privat, li jopera f’kondizzjonijiet kompetittivi normali, x’aktarx li jistipula.

(39)

Il-Kummissjoni tinnota, f’dan ir-rigward, li tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' art għandhom, fil-prinċipju, jiġu vvalutati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’ għajnuna Statali fil-bejgħ ta’ artijiet u bini ta’ awtoritajiet pubbliċi (11) (“il-Komunikazzjoni dwar il-Bejgħ tal-Art”), li tipprovdi sett ta’ linji gwida għall-Istati Membri biex jiżguraw li l-bejgħ tal-art u l-bini mill-awtoritajiet pubbliċi jkun ħieles minn għajnuna mill-istat.

(40)

Il-Komunikazzjoni dwar il-Bejgħ tal-Art tipprevedi żewġ metodi biex jiġi eskluż li kemm għajnuna f'dawn it-tranżazzjonijiet: l-ewwel, bejgħ ta’ art jew bini wara proċedura tal-offerti ppubbliċizzata sew, miftuħa u mingħajr kondizzjonijiet b'mod suffiċjenti, paragunabbli ma' irkant, li taċċetta l-aħjar offerta jew l-unika waħda; u, it-tieni, rapport ta' valwazzjoni ex ante mħejji minn espert indipendenti. Dawn iż-żewġ metodi jimmiraw li jiżguraw li l-prezz li bih tinbiegħ art minn awtorità pubblika jirrifletti b’mod adegwat, kemm jista’ jkun, il-valur tas-suq ta’ dik l-art, u għalhekk ikun konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (MEIP), sabiex tiġi eliminata l-possibilità li l-bejgħ jagħti vantaġġ ekonomiku lix-xerrej tal-art. Ma jistax jiġi eskluż, madankollu, li jistgħu jiġu applikati metodi oħra ta’ valwazzjoni f’każijiet bħal dawn sakemm ikun żgurat li l-prezz realment imħallas mix-xerrej fuq il-bażi ta’ dawk il-metodi jirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-valur tas-suq ta’ dik l-art (12).

(41)

F’dan il-każ, la kien hemm proċedura tal-offerti miftuħa u mingħajr kondizzjoni u lanqas valwazzjoni ex ante minn espert indipendenti mħejjija għall-finijiet tal-bejgħ kontestat. Il-Komunikazzjoni dwar il-Bejgħ tal-Art għalhekk mhijiex direttament applikabbli. Bħala konsegwenza, il-valur tas-suq tal-plott art irid jiġi dedott minn informazzjoni disponibbli oħra.

6.2.   L-offerta ta' Lidl

(42)

Offerta konkreta fl-istess żmien minn kompetitur normalment hija indikatur aħjar tal-valur tas-suq ta’ biċċa art mill-valur tal-art estimat minn espert indipendenti, peress li din tirrifletti kemm is-suq huwa lest li jħallas għall-art fid-data tal-bejgħ. Madankollu, biex tali offerta tikkostitwixxi indikatur affidabbli tal-valur tas-suq tal-art trid tkun kredibbli, vinkolanti u komparabbli mal-offerta aċċettata, filwaqt li jitqies il-kuntest speċifiku tat-transazzjoni involuta.

(43)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kredibilità u natura vinkolanti tal-offerta ta' Lidl ġew ikkontestati mill-awtoritajiet Svediżi. L-awtoritajiet Svediżi enfasizzaw li l-espressjoni ta’ interess ta' Lidl waslet b'imejl fil-jum ta' qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv tal-Muniċipalità li jsir il-bejgħ kontestat u li kienet nieqsa minn biżżejjed dettall.

(44)

Taħt dawn iċ-ċirkostanzi l-Kummissjoni tqis li l-kredibbiltà tal-offerta ta' Lidl tabilħaqq tista' tiġi ddubitata. Madankollu, anke jekk l-offerta ta' Lidl titqies kredibbli, din ma tkunx kompletament komparabbli mal-offerta ta’ Konsum. Dan huwa għaliex Lidl u Konsum ma kinux f’sitwazzjoni simili fir-rigward tal-plott art kontestata. Pjuttost, fir-rigward ta’ Konsum, il-bejgħ kontestat kien parti minn sett ta’ tranżazzjonijiet immobiljari li kellu l-għan li jimplimenta l-PMŻ msemmi hawn fuq fil-Muniċipalità biex tinħoloq żona mingħajr traffiku madwar Åre torg.

(45)

F’dan ir-rigward, isegwi mill-każistika li għandu jitqies l-kuntest li fih issir tranżazzjoni sabiex jiġi vvalutat jekk il-bejgħ ta’ art jew bini minn awtorità pubblika lil impriża jkunx fih elementi ta’ għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (13).

(46)

Filwaqt li Lidl kien interessat biss f'li jikseb il-plott art kontestat, Konsum, skont l-awtoritajiet Svediżi, ma kienx jitbiegħed minn Åre Torg kieku ma setax jakkwista ż-żewġ plottijiet ta’ art maġenb xulxin f’Åre Prästbord. Fil-fatt, il-bejgħ kontestat kien jifforma parti minn serje ta’ operazzjonijiet interkonnessi ta' proprjetà immobbli li kienu jsegwu l-istess għan skont il-pjan ta’ żvilupp tal-Muniċipalità għaż-żona, jiġifieri tqassim mill-ġdid ta’ proprjetajiet meqjusa neċessarji biex tinħoloq żona mingħajr traffiku madwar Åre Torg. Barra minn hekk, kuntrarjament għall-ftehim konkluż bejn Konsum u l-Muniċipalità, l-offerta ta' Lidl ma fiha l-ebda referenza jew speċifikazzjoni marbuta mal-PMŻ. Kieku ġiet aċċettata l-offerta ta' Lidl kien jinħoloq riskju li ma jintlaħqux l-miri stabbiliti fil-PMŻ u għalhekk, mill-perspettiva tal-Muniċipalità, iż-żewġ offerti ma jistgħux jitqiesu komparabbli.

(47)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li, minħabba l-kuntest tal-bejgħ kontestat, l-offerta ta' Lidl ma tipprovdix l-aqwa sostituzzjoni disponibbli biex jiġi ddeterminat il-valur fis-suq tal-plott art.

6.3.   Il-valwazzjonijiet tal-esperti

(48)

L-awtoritajiet Svediżi argumentaw li m’hemmx rapport uffiċjali dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli għal Åre fi żmien il-bejgħ kontestat minħabba n-nuqqas ta’ fis-suq tal-proprjetà immobbli għal tranżazzjonijiet ta’ dak it-tip. Minflok, l-awtoritajiet Svediżi ssottomettew valwazzjoni ta’ plott art li jmiss imħejjija minn Ernst & Young f’Mejju 2003. Filwaqt li dik il-valwazzjoni twettqet minn valwatur indipendenti tal-assi fuq il-bażi ta’ standards ta’ valwazzjoni ġeneralment aċċettati, din saret kważi sentejn u nofs qabel il-bejgħ kontestat, għalhekk il-valur tal-art seta’ nbidel b’mod sinifikanti matul dak il-perjodu.

(49)

Wara talba mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Svediżi provdew rapport espert addizzjonali tal-valur tas-suq tal-plott art konċernata. Din il-valwazzjoni ex post ġdida, imwettqa minn PwC fl-2012, testima l-valur tas-suq tal-plott art fiż-żmien il-bejgħ kontestat, jiġifieri f’Ottubru 2005. Ir-rapport jikkonferma li l-asserzjoni tal-awtoritajiet Svediżi li fiż-żmien il-bejgħ kontestat kważi ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni fiż-żona b’karatteristiċi simili li minnhom jista' jinħadem il-valur tas-suq tal-proprjetà kontestata. Madankollu, biex wasal għal stima tal-valur tas-suq tal-proprjetà, ir-rapport japplika analiżi tal-prezzijiet lokali ta’ tranżazzjonijiet bi proprjetajiet simili. Ir-rapport jikkonkludi li l-valur tas-suq tal-proprjetà kontestat f’Ottubru 2005 kienet bejn SEK 1,65 u SEK 2,475 miljuni.

(50)

Billi dan ir-rapport kien imwettaq minn valwatur indipendenti tal-assi fuq il-bażi ta’ standards ta' valwazzjoni ġeneralment aċċettati, jiġifieri l-metodu komparattiv (jiġifieri analiżi ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu proprjetajiet simili), biex jiġi evalwat il-valur tas-suq tal-plott art kontestata fid-data tal-bejgħ kontestat, il-Kummissjoni tqis li din l-istima tikkostitwixxi l-aqwa sostituzzjoni disponibbli biex jiġi determinat il-valur fis-suq tal-plott art kontestat. Fuq il-bażi ta’ dik l-istima, il-prezz tax-xiri mħallas minn Konsum lill-Muniċipalità għall-plott art — SEK 2 miljuni — jinsab fil-firxa meqjusa li tikkostitwixxi l-valur tas-suq f’Ottubru 2005.

(51)

Finalment, il-Kummissjoni tqis ukoll il-fatt li l-partijiet ikkonsidraw il-prezz kull metru kwadru gross area meta stipulaw il-prezz tal-plott art konċernata. F’dan ir-rigward, il-prezz ta’ SEK 1 000/m2 gross floor area, kif evalwat fir-rapport ta’ Ernst & Young, jidher li huwa komparabbli ma’ SEK 1 200/m2 gross floor area miftiehem għall-bejgħ kontestat.

(52)

Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-bejgħ tal-unitajiet ta' proprjetà Åre Prästbord 1:30, 1:68 u 1:69 fiż-żona ta' Produkthuset mill-Muniċipalità lill-Konsum fil-5 ta’ Ottubru 2005 għal SEK 2 miljuni sar bil-prezz tas-suq u għalhekk dak il-bejgħ ma fih l-ebda għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li l-Isvezja implimentat favur Konsum Jämtland Ekonomisk Förening ma tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)   ĠU C 204, 26.8.2006, p. 5.

(2)  Każ C 35/2006.

(3)   ĠU C 204, 26.8.2006, p. 5.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2008 dwar għajnuna mill-Istat C 35/2006 (ex NN 37/06) implimentata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening (ĠU L 126, 14.5.2008, p. 3).

(5)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE; iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, rispettivament, fejn xieraq.

(6)  L-art ingħatat isem ġdid wara t-tranżazzjoni.

(7)  L-art ingħatat isem ġdid wara t-tranżazzjoni.

(8)  L-art ingħatat isem ġdid wara t-tranżazzjoni.

(9)  Åre Prästbord 1:30, 1:68 u 1:69.

(10)  Il-kawża C-239/09 Seydaland Vereinigte Agrarbetriebe [2010] Ġabra I-13083, il-paragrafu 34 u l-Kawża C-290/07 P Il-Kummissjoni vs Scott [2010] Ġabra I-7763, il-paragrafu 68; Il-Kawża T-244/08 Konsum Nord ekonomisk förening v il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-0000, paragrafu 61.

(11)   ĠU L 209, 10.7.1997, p. 3.

(12)  Il-Kawża C-239/09 Seydaland Vereinigte Agrarbetriebe & Co. KG v BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH [2010] Ġabra I-13083, paragrafu 39.

(13)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-244/08 Konsum Nord ekonomisk förening v il-Kummissjoni [2011] ECR II 00000, paragrafu 57.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/30


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Lulju 2013

li tapprova ċerti programmi emendati għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonosi għas-sena 2013 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni

(notifikata bid-dokument C(2013) 4663)

(2013/403/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (2) tistipula li biex jiġu approvati skont il-miżura finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom jissodisfaw tal-anqas il-kriterji mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/761/UE tat-30 ta’ Novembru 2012 li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013 (3) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (4), kif ġiet emendata dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/76/UE (5), tistipula li ċerti Stati Membri jistgħu jwaqqfu l-ittestjar ta’ annimali bovini b’saħħithom li nqatlu. Dan se jkollu impatt sinifikanti fuq l-għadd ta’ testijiet li jridu jitwettqu taħt il-programmi tagħhom għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE — transmissible spongiform encephalopathies), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE — bovine spongiform encephalopathy) u tal-iscrapie approvati għas-sena 2013 u tnaqqas b’mod sinifikanti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament relatati.

(5)

Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit ressqu quddiem il-Kummissjoni programmi emendati għall-approvazzjoni għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u l-iscrapie f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dik l-emenda tad-Deċiżjoni 2009/719/KE.

(6)

Barra minn hekk, l-Ungerija ppreżentat programm emendat għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue li timmodifika l-attivitajiet tagħha f’rabta mal-implimentazzjoni tas-sorveljanza entomoloġika.

(7)

Wara s-sejbien tal-virus Bluetongue serotip 1 li kien qed jiċċirkola f’ċerti żoni tat-territorju tagħha, Spanja ppreżentat programm emendat għall-monitoraġġ u l-eradikazzjoni tal-bluetongue biex jinkludu t-tilqim obbligatorju f’dawk iż-żoni sabiex jikkontrolla din il-marda u jrażżan il-firxa tagħha.

(8)

Il-Greċja ressqet programm emendat għall-eradikazzjoni tal-idrofobija biex tiddefinixxi ż-żoni fejn se jiġi applikat tilqim orali, wara s-sejba ta’ każijiet ta’ idrofobija fit-territorju tagħha.

(9)

Wara l-konklużjoni reċenti ta’ negozjati bilaterali mal-Belarus dwar kooperazzjoni dwar l-idrofobija, il-Polonja ressqet programm emendat għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-idrofobija biex jinkludu attivitajiet ta’ tilqim orali f’ċerti żoni territorjali ta’ dak il-pajjiż terz, sabiex l-Unjoni tiġi mħarsa mill-introduzzjoni mill-ġdid tal-idrofobija minħabba ċ-ċaqliq ta’ annimali selvaġġi infettati li jaqsmu l-fruntieri komuni.

(10)

Il-Kummissjoni vvalutat dawk il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju. Instab li dawn il-programmi jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE. Il-programmi emendati għandhom għalhekk jiġu approvati.

(11)

L-approvazzjoni b’din id-Deċiżjoni tal-programmi emendati għandha impatt fuq l-ammonti meħtieġa biex isiru l-programmi ta’ eradikazzjoni, kontroll u monitoraġġ approvati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE. L-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal xi wħud minn dawn il-programmi għandu għalhekk jiġi aġġustat kif jixraq.

(12)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programmi emendati għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) u l-iscrapie ippreżentati mill-Istati Membri li ġejjin fid-dati li ġejjin huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

Il-Belġju fil-5 ta’ April 2013;

(b)

Ir-Repubblika Ċeka fil-5 ta’ April 2013;

(c)

Id-Danimarka fl-24 ta’ April 2013;

(d)

Il-Ġermanja fl-20 ta’ Marzu 2013;

(e)

L-Estonja fis-26 ta’ Marzu 2013;

(f)

L-Irlanda fit-22 ta’ Marzu 2013;

(g)

Spanja fis-27 ta’ Marzu 2013;

(h)

Franza fid-29 ta’ Marzu 2013;

(i)

Ċipru fid-29 ta’ Marzu 2013;

(j)

Il-Latvja fit-28 ta’ Marzu 2013;

(k)

Il-Lussemburgu fit-3 ta’ April 2013;

(l)

L-Ungerija fis-27 ta’ Marzu 2013;

(m)

L-Awstrija fis-27 ta’ Marzu 2013;

(n)

Is-Slovenja fl-20 ta’ Marzu 2013;

(o)

Is-Slovakkja fis-26 ta’ Marzu 2013;

(p)

Il-Finlandja fit-28 ta’ Marzu 2013;

(q)

L-Isvezja fit-22 ta’ Marzu 2013;

(r)

Ir-Renju Unit fis-7 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 2

Il-programmi emendati għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue f’żoni endemiċi u ta’ riskju għoli sottomessi mill-Istati Membri li ġejjin fid-dati li ġejjin huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(a)

Spanja fis-26 ta’ Marzu 2013;

(b)

L-Ungerija fl-24 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Il-programmi emendati għall-eradikazzjoni tal-idrofobija sottomessi mill-Istati Membri li ġejjin fid-dati li ġejjin huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(a)

Il-Polonja fit-28 ta’ Marzu 2013;

(b)

Il-Greċja fit-28 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(2), il-punt (b)(vii) jinbidel b’dan li ġej:

“(vii)

EUR 500 000 għal Spanja;”

(2)

fl-Artikolu 10(2), il-punt (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma għandux jaqbeż li ġej:

(i)

EUR 290 000 għall- Belġju;

(ii)

EUR 270 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 500 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 300 000 għad- Danimarka;

(v)

EUR 4 700 000 għall- Ġermanja;

(vi)

EUR 60 000 għall- Estonja;

(vii)

EUR 1 210 000 għall- Irlanda;

(viii)

EUR 1 700 000 għall- Greċja;

(ix)

EUR 3 290 000 għall- Spanja;

(x)

EUR 12 600 000 għall- Franza;

(xi)

EUR 4 800 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 230 000 għall- Kroazja;

(xiii)

EUR 1 900 000 għal Ċipru;

(xiv)

EUR 80 000 għal- Latvja;

(xv)

EUR 420 000 għal- Litwanja;

(xvi)

EUR 50 000 għal- Lussemburgu;

(xvii)

EUR 790 000 għall-Ungerija;

(xviii)

EUR 25 000 għal Malta;

(xix)

EUR 2 200 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

(xx)

EUR 500 000 għall-Awstrija;

(xxi)

EUR 2 600 000 għall-Polonja;

(xxii)

EUR 1 100 000 għall-Portugall;

(xxiii)

EUR 1 200 000 għar-Rumanija;

(xxiv)

EUR 160 000 għas-Slovenja;

(xxv)

EUR 250 000 għas-Slovakkja;

(xxvi)

EUR 160 000 għall-Finlandja;

(xxvii)

EUR 210 000 għall-Isvezja;

(xxviii)

EUR 2 520 000 għar-Renju Unit.”

(3)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii) jinbidel b’dan li ġej:

“(ii)

EUR 1 500 000 għall-Greċja;”

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (d)(vii) jinbidel b’dan li ġej:

“(vii)

EUR 6 850 000 għall-Polonja;”

(c)

fil-paragrafu 4, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

ma taqbiżx:

(i)

EUR 1 260 000 għall-parti tal-programm Litwan implimentata fil-Belarus;

(ii)

EUR 1 255 000 għall-parti tal-programm Pollakk implimentata fl-Ukraina;

(iii)

EUR 295 000 għall-parti tal-programm Pollakk implimentat fil-Belarus.”

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)   ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(3)   ĠU L 336, 8.12.2012, p. 83.

(4)   ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35.

(5)   ĠU L 35, 6.2.2013, p. 6.


27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Lulju 2013

li tawtorizza lill-Ġermanja li tipprojbixxi l-użu ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb elenkati fil-Katalogu Komuni ta’ varjetajiet tal-ispeċijiet ta’ pjanti agrikoli fuq it-territorju tagħha, skont id-Direttiva 2002/53/KE

(notifikata bid-dokument C(2013) 4702)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2013/404/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 18 tagħha,

Billi:

(1)

B’konformità mad-Direttiva 2002/53/KE, fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-Katalogu Komuni tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli, il-Kummissjoni ppubblikat ċerti varjetajiet ta’ qanneb.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), fl-Artikolu 39 jistipula li biex ma jitħalliex li jingħata sosteniment għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ illegali, iż-żoni li jintużaw għat-tkabbir tal-qanneb għandhom ikunu eliġibbli biss jekk il-varjetajiet imkabbrin ikollhom kontenut ta’ tetraidrokannabinol li ma jkunx iżjed minn 0,2 %.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (3), fl-Artikolu 40(3), jistipula li jekk, għat-tieni sena, il-medja tal-kampjuni kollha ta’ varjetà partikolari qanneb taqbeż il-kontenut tat-tetraidrokannabinol kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istat Membru għandu jitlob awtorizzazzjoni biex jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ din il-varjetà skont id-Direttiva 2002/53/KE.

(4)

Fil-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand il-Ġermanja għall-awtorizzazzjoni biex tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni tal-varjetajiet ta’ qanneb Bialobrzeskie u Carmagnola, minħabba li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-kontenut tagħhom ta’ tetraidrokannabinol qabeż l-ammont ta’ kontenut awtorizzat ta’ 0,2 %.

(5)

Fuq din il-bażi, it-talba tal-Ġermanja għandha tintlaqa’.

(6)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tinforma lill-Istati Membri l-oħra u taġġorna l-Katalogu Komuni tal-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-pjanti, għandu jkun meħtieġ li l-Ġermanja tinforma lill-Kummissjoni meta tutilizza l-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġermanja hija awtorizzata li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni, f’kull parti tat-territorju tagħha, l-varjetajiet ta’ qanneb Bialobrzeskie u Carmagnola.

Artikolu 2

Il-Ġermanja għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-data minn meta tibda tuża l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).