ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.200.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
25 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 704/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 705/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 707/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 708/2013 tat-23 ta' Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 709/2013 tal-24 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2013 tal-24 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

14

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2013 tal-24 ta' Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 712/2013 tal-24 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 704/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Hu f'loku li jkun ipprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Unità ta' kontroll elettronika għal vultaġġ li jitħaddem mhux ogħla minn 1 000  V (l-hekk imsejjaħ "Body Control Module"), mfassala bħala komponent tas-sistema ta' kontroll elettronika ta' vettura bil-mutur bid-dimensjonijiet ta' madwar 16 × 13 × 3 cm, li tinkludi:

kontrollur tal-memorja programmabbli b'komponenti attivi u passivi, pereżempju, transisters, dajowds, proċessur, resisters, kapasiters u indakters,

riċevitur inkorporat u antenna mehmuża.

L-unità tirċievi sinjali minn buttuni operati manwalment u minn sensuri (pereżempju, sensuri tax-xita u sensuri tar-ritratti), tipproċessahom u fuq din il-bażi tikkontrolla bosta apparati fil-vettura, pereżempju, il-wajpers tal-windskrin, it-tisħin tat-twieqi, id-dawl ta' ġewwa, il-bozoz ta' quddiem u ta' wara għaċ-ċpar, id-dwal li jintużaw matul il-jum. Tikkontrolla wkoll l-attivazzjoni ta' apparati ta' sinjalar, pereżempju, ifakkrek fiċ-ċinturin tas-sikurezza u twissija ta' sewqan eċċessiv.

Tirċievi sinjali minn kontroll mill-bogħod f'forma ta' ċavetta li jippermetti li l-bibien jissakkru jew jinfetħu.

8537 10 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatur Magħquda, Nota 2(f) tat-Taqsima XVII u tat-test fil-kodiċi NM 8537 , 8537 10  u 8537 10 99 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8512 hija eskluża hekk kif l-unità ma għandha l-ebda tagħmir ta' sinjalazzjoni viżwali jew bil-ħoss iżda tattivata biss tali tagħmir.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intetatura 9032 hija eskluża wkoll hekk kif l-unità ma teżegwix il-funzjoni ta' kontroll awtomatiku ta' kwantitajiet elettriċi jew mhux elettriċi (ara n-Nota 7 tal-Kapitolu 90).

L-unità hija mfassla biex twettaq żewġ funzjonijiet jew aktar, b'mod komplimentari jew b'mod alternattiv koperti mill-kodiċi NM 8537 10 91  u 8537 10 99 . Twettaq il-funzjoni ta' kontrollur b'memorja programmabbli li jintuża għall-kontroll elettriku ta' magni, pereżempju, il-wajpers tal-windskrin u t-tisħin tat-twieqi (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) taħt l-intestatura 8537 , il-punt (3), u n-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda (NSNM) taħt is-sottointestatura 8537 10 91 ). Twettaq ukoll il-funzjoni ta' kontroll elettriku tal-attivazzjoni ta' apparati ta' sinjalar, pereżempju, ifakkrek fiċ-ċinturin tas-sikurezza u twissija ta' sewqan eċċessiv. Hekk kif iż-żewġ funzjonijiet huma importanti ndaqs għat-tħaddim tal-unità, mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzonji prinċipali tal-unità.

Għalhekk l-unità għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000  V.

2.

Unità ta' kontroll elettronika għal vultaġġ li jitħaddem mhux ogħla minn 1 000  V (l-hekk imsejjħa "Automatic transmission" (ATM)), mfassla bħala komponent tas-sistema ta' kontroll elettronika ta' vettura bil-mutur, bid-dimensjonijiet ta' madwar 8 × 6 × 3 cm.

Tinkludi kontrollur b'komponenti attivi u passivi, pereżempju, transisters, dajowds, proċessur, resisters, kapasiters u indakters. Il-kontrollur mhuwiex programmabbli.

L-unità tirċievi sinjali minn sensuri li jirreġistraw il-pożizzjoni tal-gerliver, tipproċessahom u fuq din il-bażi tikkontrolla liema ger għandu jintuża għat-trażmissjoni awtomatika ta' vettura bil-mutur.

8537 10 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(f) tat-Taqsima XVII u tat-test fil-kodiċi tan-NM 8537 , 8537 10  u 8537 10 99 .

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8537 10 91 hija eskluża hekk kif l-unità tintuża biss għal kontroll elettriku biex jintgħażel liema ger għandu jintuża għat-trażmissjoni awtomatika ta' vettura bil-mutur u l-kontrollur mhuwiex programmabbli.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9032 hija eskluża wkoll hekk kif l-unità ma teżegwix il-funzjoni ta' kontroll awtomatiku ta' kwantitajiet elettriċi jew mhux elettriċi (ara n-Nota 7 tal-Kapitolu 90).

Għalhekk l-unità għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000  V.

3.

Unità ta' kontroll elettronika għal vultaġġ li jitħaddem mhux ogħla minn 1 000  V (l-hekk imsejjħa "Smart Key"), mfassla bħala komponent tas-sistema ta' kontroll elettronika ta' vettura bil-mutur, bid-dimensjonijiet ta' madwar 15 × 12 × 4 cm, li tinkludi:

kontrollur tal-memorja programmabbli b'komponenti attivi u passivi, pereżempju, transisters, dajowds, proċessur, resisters, kapasiters u indakters,

riċevitur inkorporat għall-komunikazzjoni mat-transponder (biex tinstab iċ-ċavetta) bejn iċ-ċavetta u l-unità.

L-unità hija konnessa ma' antenna li hija diġà inkorporata fil-vettura li tippermettilha li tinduna jekk iċ-ċavetta tkunx viċin il-vettura.

L-unità tirċievi sinjali minn buttuni operati manwalment u mill-antenna, tipproċessahom u fuq din il-bażi tikkontrolla apparati, pereżempju, issakkar jew tiftaħ il-bibien tal-vettura u tistartja l-magna. Tikkontrolla wkoll kif jinxtegħlu l-apparati ta' sinjalar, pereżempju, il-funzjonijiet ta' kontroll għal aċċess mingħajr ċavetta fosthom twissija akustika meta ċ-ċavetta elettronika tinħareġ mill-vettura.

8537 10 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(f) tat-Taqsima XVII u tat-test fil-kodiċi NM 8537 , 8537 10  u 8537 10 99 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intetatura 8512 hija eskluża hekk kif l-unità ma għandhiex tagħmir viżwali u ta' ħoss ta' sinjalar iżda tixgħel biss tali tagħmir.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intetatura 9032 hija eskluża wkoll hekk kif l-unità ma teżegwix il-funzjoni ta' kontroll awtomatiku ta' kwantitajiet elettriċi jew mhux elettriċi (ara n-Nota 7 tal-Kapitolu 90).

L-unità hija mfassla biex twettaq żewġ funzjonijiet jew aktar, b'mod komplimentari jew b'mod alternattiv koperti mill-kodiċi NM 8537 10 91  u 8537 10 99 . Twettaq il-funzjoni ta' kontrollur ta' memorja programmabbli użat għall-kontroll elettriku ta' makkinarju, pereżempju, isakkar jew jiftaħ il-bibien tal-vettura u jixgħel il-magna (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 8537 , il-punt (3), u n-NSNM tas-sottointestatura 8537 10 91 ). Twettaq ukoll il-funzjoni ta' kontroll elettriku li jixgħel l-apparati ta' sinjalar, pereżempju, il-funzjonijiet ta' kontroll ta' aċċess mingħajr ċavetta fosthom twissija akustika meta ċ-ċavetta elettronika tinħareġ mill-vettura. Hekk kif iż-żewġ funzjonijiet huma importanti ndaqs għat-tħaddim tal-unità, mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzjoni prinċipali tal-unità.

Għalhekk l-unità għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000  V.


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 705/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat li jinżamm fl-idejn (l-hekk imsejjaħ “Handset tal-passiġġieri tal-inġenji tal-ajru”) li jkun fih unità ta’ kontroll li tinkorpora mikrofonu u lawdspiker, diversi buttuni fuq quddiem u wara, displej, qarrej tal-karta manjetiku u sokit tal-konnessjoni, għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000  V, b’dimensjonijiet ta’ madwar 16 × 4 × 2,5 ċm.

L-apparat huwa ddeżinjat biex jiġi istallat fis-sit tal-passiġġieri ta’ inġenju tal-ajru biex iwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

jaġixxi bħala apparat tal-swiċċis u l-kontroll għal diversi apparati esterni, pereżempju, apparat awdjo/vidjo, konsols tal-logħob jew servizzi oħra abbord,

għal telefonati permezz tan-netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni abbord billi jikkonverti l-pulsazzjonijiet tal-frekwenzi tal-awdjo f’mewġ tal-ħoss u viċi versa,

jaqra d-dejta minn swipe kards.

L-apparat ma jistax jiġi konness direttament ma' netwerk tal-komunikazzjoni.

8537 10 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8537 , 8537 10  u 8537 10 99 .

L-apparat ma jistax jiġi konness direttament ma' netwerk tal-komunikazzjoni. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8517 bħala sett tat-telefon jew tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew ir-riċezzjoni ta’ vuċijiet, immaġnijiet jew forom oħra ta’ dejta oħra hija eskluża.

L-apparat huwa magna komposta, magħmula minn magni klassifikati taħt intestaturi differenti tat-Taqsima XVI. Bis-saħħa tan-Nota 3 għat-Taqsima XVI u minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, il-komponent li jwettaq il-funzjoni tal-kontroll elettriku jitqies li huwa l-funzjoni prinċipali, peress li jintuża prinċipalment għall-għażla u l-kontroll ta' diversi apparati esterni. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8471 bħala qarrej tal-kards jew taħt l-intestatura 8518 bħala mikrofonu u lawdspiker hija eskluża.

Għalhekk, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000  V.


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 706/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Unità ta’ kontroll li tikkonsisti f’montatura ta’ ċirkwiti stampati li fiha ċirkwiti integrati (pereżempju, kontrollur miksub permezz tat-teknoloġija tas-semikundutturi), elementi passivi (pereżempju, reżisters, kapasiters u indutturi), elementi attivi (pereżempju dijodi u tranżisturi) u sink tas-sħana għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000  V, f’qafas b’dimensjoni ta’ madwar 24 × 13 × 5 ċm.

Wara li jitwaħħal is-software xieraq, l-unità tal-kontroll hi inkorporata f’magna tal-ħasil li l-funzjonijiet tagħha hija maħsuba li tikkontrolla (pereżempju, l-istartjar u t-twaqqif tal-mutur u sistema tat-tisħin tal-ilma, il-ftuħ u l-għeluq tal-valvoli tal-ilma).

8537 10 91

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a) tat-Taqsima XVI u tat-test tal-kodiċijiet tan-NM 8537 , 8537 10  u 8537 10 91 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8450 bħala parti minn magna tal-ħasil hija eskluża minħabba li l-unità hija prodott inkluż f’intestatura tal-Kapitlu 85.

Billi l-unità tikkonsisti f’montatura ta’ ċirkwiti stampati ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċirkwiti integrati elettroniċi stabbiliti fin-Nota 8(b) tal-Kapitlu 85. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8542 għalhekk hija eskluża wkoll.

Peress li l-unità hija programmabbli u tintuża għall-kontroll elettriku tal-funzjonijiet ta’ magna tal-ħasil, għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8537 10 91 bħala kontrolluri tal-memorja li jistgħu jkunu pprogrammati għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000  V.


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 707/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pajpijiet iwweldjati tal-azzar mingħajr ligi, b’sezzjoni trasversali ċirkolari, b’tul ta’ 3 jew 6 m, bi ħxuna tal-ħajt ta’ 2,6 sa 3,6 mm u dijametru estern ta’ ta’ 33,7 sa 114,2 mm bix-xquq fiż-żewġ titruf.

Maħsuba biex jintużaw bħala pajpijiet f’sistemi ta’ bexxixi.

 (*) Ara l-istampa.

7306 30 77

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċijiet NM 7306 , 7306 30  u 7306 30 77 .

Minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet objettivi tiegħu, il-prodott jissodisfa t-termini tal-intestatura 7306 . Din l-intestatura tkopri wkoll pajpijiet u tubi li jintużaw, pereżempju, f’mafni fil-Kapitolu 84 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 7306 ).

L-użu maħsub tal-pajpijiet mhuwiex inerenti mal-karatteristiċi objettivi tagħhom peress li mhumiex ta’ forma partikolari, mhumiex magħmula f’artikli identifikabbli speċifiċi u għalhekk, meta jiġu ppreżentati, ma jistgħux jiġu identifikati bħala partijiet ta’ apparat mekkaniku għat-tfigħ, it-tixrid u l-bexx ta’ likwidi jew trabijiet tal-8424 . Ix-xquq iservu biss biex jgħaqdu l-pajpijiet. Konsegwentament, il-klassifikazzjoni bħala partijiet ta’ apparat mekkaniku tal-intestatura 8424 hija eskluża.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 7306 30 77 bħala tagħmir dentali.

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 708/2013

tat-23 ta' Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fi żmien il-perjodu stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7,9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19,10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (imsejjaħ “strixxa LED”) li jikkonsisti minn dajowds li jitfgħu d-dawl (LEDs), tranżisters, reżistenzi u dajowds ta' protezzjoni. L-elementi huma mmuntati f'ċirkwit stampat fil-forma ta' strixxa metallika flessibbli b'faxx adeżiv protett fil-qiegħ minn karta li tinqala' b'dimensjonijiet ta' bejn wieħed u ieħor 17 × 1 ċm. L-elementi huma konnessi ma' xulxin.

Il-kuntatti fuq it-truf strixxa ippreparati għall-issaldjar (pereżempju, wajers) jippermettu konnessjoni ma’ provvista tal-enerġija ta’ 12 V DC.

L-artikolu jarmi d-dawl meta jiġi fornut b’kurrent elettriku.

L-artiklu huwa tagħmir tad-dawl intenzjonat għall-użu, pereżempju, fl-għamara.

 (*) Ara l-istampa.

9405 40 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 9405 , 9405 40  u 9405 40 99 .

Minħabba li l-artiklu jikkonsisti f’montaturi ta’ ċirkwiti stampati (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-sottointestatura 8443 99 10 li tkopri l-montaturi elettroniċi), la jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-materjali semikondutturi u lanqas ta' LED diskreta fi ħdan it-tifsira tal-intestatura 8541 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8541 hija eskluża.

L-oġġett għandu l-karatteristiċi oġġettivi kollha ta’ tagħmir tad-dawl tal-intestatura 9405 . Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8543 hija eskluża.

Meta jitqiesu l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu l-Artikolu għandha l-karattru essenzjali ta’ vettura kompleta tagħmir tad-dawl ta’ titlu 9405 bħala funzjoni li teħtieġ biss li jkun imqabbad ma’ provvista ta’ enerġija.

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9405 40 99 bħala tagħmir (fittings) oħrajn tad-dawl.

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 709/2013

tal-24 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2010 (2) ikklassifika hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost” taħt il-kodiċi NM 8533 40 10 bħal resistors varjabbli oħrajn.

(2)

Il-prodott ikklassifikat fir-Regolament (UE) Nru 717/2010 għandu jitqies bħala resistor fiss għaliex ir-reżistenza tiegħu mhix varjabbli minn sistema ta' kontroll, iżda tiddependi biss fuq it-temperatura. Huwa għalhekk meħtieġ li tinbidel il-klassifikazzjoni tal-prodott għall-kodiċi NM 8533 21 00.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 717/2010 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (UE) Nru 717/2010 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax mar-Regolament (UE) Nru 717/2010, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (3).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 11.8.2010, p. 24.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi - NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost”) magħmul minn:

termistur b’kapaċità li tlaħħaq ma’ vultaġġ tal-elettriku li ma jaqbiżx l-20W, magħluq ġo kontenitur propju tiegħu.

bolt biex ikun jista' jitwaħħal,

mekkaniżnu biex jiffaċilita t-twaħħil tax-xaft fis-sistema tal-egżost tal-vettura,

kejbil tal-elettriku, imdawwar b’materjal reżistenti għas-sħana, li bih il-prodott jista’ jitqabbad ma’ plakka li tippermetti konnessjoni bejnu u bejn is-sistema tal-vettura li timmaniġġja l-magna.

It-termistru huwa kapaċi jbiddel ir-reżistenza li għandu skont it-temperatura. Meta mqabbad, dan il-bdil fir-reżistenza jipproduċi bdil fil-kurrent tal-elettriku, li huwa trażmess lis-sistema li timmaniġġja l-magna.

Il-prodott ma jistax jikkonverti l-eżitu tal-kurrent tal-elettriku f'kejl tat-temperatura jew juri t-temperatura.

8533 21 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u d-diċitura tal-kodiċijiet NM 8533  u 8533 21 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9025 bħala termometru jew bħala parti minnu hija eskluża peress li l-prodott la jista' jkejjel t-temperatura u lanqas ma jista' juriha.

Il-prodott huwa resistor mhux lineari li r-reżistenza tiegħu tinbidel skont it-temperatura u mhix varjabbli minn sistema ta' kontroll (ara wkoll in-noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8533 (A) (5) u (B)).

Għaldaqstant irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8533 21 00 bħala resistors fissi oħrajn għal kapaċità ta’ mmaniġġar ta’ enerġija mhux aktar minn 20 W.”


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 710/2013

tal-24 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7,9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19,10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat (hekk imsejħa “riċevitur tal-kanali b’messaġġi dwar it-traffiku (TMC)”) li jinkludi rċevitur tal-FM, kejbil tal-antenna (antenna) u provvista ta’ enerġija. Dan ikun mgħammar b’konnettur USB.

L-apparat jirċievi sinjali telemetriċi li jkun fihom informazzjoni dwar it-traffiku bl-użu ta’ kanal ta’ messaġġi dwar it-traffiku permezz ta’ frekwenza FM tax-xandir bir-radju. L-apparat jiġi konness permess ta’ konnettur USB ma’ sistema ta’ riċezzjoni ta’ pożizzjonament globali (GPS), li tipproċessa s-sinjali telemetriċi riċevuti u li juri l-informazzjoni tat-traffiku fuq l-iskrin.

L-apparat ma jirċivix sinjali ta’ xandir tal-ħoss.

8517 69 39

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8517 , 8517 69 u 8517 69 39 .

Peress li l-apparat jaħdem biss meta jiġi konness ma’ GPS, b’mod li jżid il-funzjonalità tal-GPS, jitqies bħala aċċessorju ta’ GPS u għandu għalhekk jiġi kklassifikat fuq il-merti tiegħu stess.

L-apparat ma jirċivix sinjali ta’ xandir tal-ħoss. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8527 bħala apparat ta’ riċezzjoni ta’ xandir bir-radju hija eskluża.

L-apparat ma jinġarrx peress li jaħdem biss meta jiġi konness ma’ GPS. Barra minn hekk, l-apparat ma jistax waħdu jwettaq il-funzjoni ta’ sejħa, ta’ twiddib jew ta’ ippejġjar peress li huwa biss jirċievi sinjali telemetriċi. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt is-sottointestatura 8517 69 31 bħala riċevituri li jinġarru għal sejħiet, twiddib jew ippejġjar hija eskluża.

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8517 69 39 bħala tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew forom ta’ data oħra, inkluż apparat għal komunikazzjoni f’netwerk ikkollegat bil-wajer jew netwerk bla fil (ara wkoll in-noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM għas-subintestatura 8517 69 39 , punt 6).


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 711/2013

tal-24 ta' Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Ġugarell f’forma ta’ figorin mhux immuntat tal-plastik, twil madwar 4,5 ċm, li jikkonsisti f’żewġ partijiet. Huwa ppreżentat f’kontenitur tal-plastik f’forma ta’ bajda li tikkonsisti f’żewġ nofsijiet separabbli li jinagħqdu sew flimkien fit-truf.

Dan il-figorin għandu karatteristiċi umanojdi ta’ raġel. Ma għandux partijiet li jiċċaqalqu jew ħwejjeġ li jistgħu jinqalgħu u jżomm il-pożizzjoni tiegħu mingħajr appoġġ.

Il-figorin jirrappreżenta saħħar minn serje tal-komiks u jifforma parti minn kollezzjoni ta’ karattri oħra mis-serje.

9503 00 95

Il-klassifika hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a), 5(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 9503 00  u 9503 00 95 .

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 9503 00 21 bħala pupi hija eskluża, minħabba li l-prodott mhuwiex pupa. Pupa huwa mudell ta’ karattru uman maskil jew femminil, tipikament ta’ tarbija, tifel jew tifla żgħira jew mudelli tal-moda. Figorini riġidi żgħar li jistgħu jżommu l-pożizzjoni tagħhom mingħajr appoġġ ma jitqisux bħala pupi.

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 9503 00 49 bħala ġugarelli li jirrappreżentaw annimali jew kreaturi mhux umani, apparti milli dawk mimlija, hija wkoll eskluża, peress li l-karatteristiċi oġġettivi tal-karattru rappreżentati mill-figorin huma dawk ta’ raġel; ma għandu l-ebda karatteristika ta’ annimal jew mhux umana.

Huwa figorin umanojdu li jirrapprżenta karattru tal-kotba tal-komiks (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-kodiċijiet NM minn 9503 00 81 sa 9503 00 99 ). Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9503 00 95 , bħal ġugarelli oħra tal-plastik.


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 712/2013

tal-24 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

124,7

ZZ

124,7

0709 93 10

TR

128,9

ZZ

128,9

0805 50 10

AR

86,2

CL

73,3

TR

70,0

UY

72,5

ZA

95,2

ZZ

79,4

0806 10 10

CL

51,4

EG

185,0

TR

169,6

ZZ

135,3

0808 10 80

AR

177,7

BR

112,3

CL

125,7

CN

79,0

NZ

134,1

US

165,6

ZA

131,6

ZZ

132,3

0808 30 90

AR

97,6

CL

151,4

CN

77,3

NZ

162,9

TR

246,0

ZA

102,1

ZZ

139,6

0809 10 00

TR

193,0

ZZ

193,0

0809 29 00

TR

320,9

ZZ

320,9

0809 30

TR

171,7

ZZ

171,7

0809 40 05

BA

69,9

TR

118,8

XS

74,4

ZZ

87,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.