ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.199.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 199

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
24 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 701/2013 tal-11 ta’ Lulju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [East Kent Goldings (DPO)]

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-akkreditament tal-laboratorji uffiċjali li jwettqu t-testijiet uffiċjali għat-Trichinella u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 ( 1 )

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 703/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

5

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art ( ĠU L 8, 13.1.2010 )

7

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 701/2013

tal-11 ta’ Lulju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [East Kent Goldings (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “East Kent Goldings” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “East Kent Goldings” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12, ĠU L 335M, 13.12.2008, pp. 213-250.

(3)  ĠU C 285, 21.9.2012, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.8.   Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

IR-RENJU UNIT

East Kent Goldings (DPO)


24.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 702/2013

tat-22 ta’ Lulju 2013

dwar miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-akkreditament tal-laboratorji uffiċjali li jwettqu t-testijiet uffiċjali għat-Trichinella u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi bidliet sinifikanti fir-regoli u l-proċeduri għall-kontrolli uffiċjali. Huwa japplika mill-1 ta’ Jannar 2006. Madankollu, l-applikazzjoni b’effett immedjat minn dik id-data ta’ għadd ta’ regoli u proċeduri minn dawn kienet se ġġib magħha diffikultajiet prattiċi f’ċerti każijiet.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorji li jwettqu analiżi tal-kampjuni li jittieħdu waqt il-kontrolli uffiċjali jridu jkunu akkreditati skont ċerti standards Ewropej imsemmijin f’dak ir-Regolament. Madankollu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi ċerti miżuri tranżitorji, fosthom deroga minn dak ir-rekwiżit għal-laboratorji, biex jippermetti tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-implimentazzjoni s-sħiħa tar-regoli u tal-proċeduri l-ġodda. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 japplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-iġjene (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 (3), maħruġ fit-28 ta’ Lulju 2009 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Rapport”), “jimmira li jippreżenta l-esperjenza miksuba b’mod fattwali, inklużi d-diffikultajiet li l-partijiet interessati ltaqgħu magħhom fl-2006, fl-2007 u fl-2008 matul l-implimentazzjoni tal-pakkett [dwar l-iġjene]”.

(4)

Ir-rapport jinkludi l-esperjenzi miksuba b’rabta mal-miżuri tranżitorji, inklużi dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Ir-rapport jindika li għad hemm diffikultajiet b’rabta mal-akkreditament tal-laboratorji li jkunu jinsabu fil-biċċeriji.

(5)

Dawk id-diffikultajiet iridu jiġu indirizzati billi ssir analiżi tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Għalhekk, eżatt wara li r-rapport ġie ppublikat, tnediet valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja t-tali analiżi.

(6)

Fis-6 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (4). Dik il-proposta tipprevedi r-revoka tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u tipprevedi deroga possibbli mill-akkreditament għal-laboratorji uffiċjali li l-unika attività tagħhom hija li jiċċekkjaw hemmx Trichinella fil-laħam.

(7)

Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-laboratorji li jwettqu t-testijiet uffiċjali għat-Trichinella u li jinsabu fil-biċċeriji jew fl-istabbilimenti li jittrattaw it-tjur jeħtieġu iżjed żmien biex jiksbu akkreditament sħiħ, minħabba li l-akkreditament huwa proċess kumpless u iebes. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi miżuri tranżitorji oħrajn sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw dak ir-Regolament il-ġdid.

(8)

Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għal perjodu tranżitorju ieħor li matulu għandhom ikomplu japplikaw il-miżuri tranżitorji li hemm stabbiliti dal-ħin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009. Fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 għandu jitħassar kif xieraq.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għal perjodu tranżitorju mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-awtorità kompetenti tista’ taħtar laboratorju li jwettaq testijiet uffiċjali għat-Trichinella u li jkun jinsab f’biċċerija jew fi stabbiliment li jittratta t-tjur, dejjem jekk il-laboratorju, għalkemm ma jkunx akkreditat skont l-istandards Ewropej imsemmijin fil-punt (a) ta’ dak il-paragrafu:

(a)

juri li beda l-proċeduri meħtieġa għall-akkreditament skont l-Artikolu 12(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u li qed isegwihom; u

(b)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti garanziji sodisfaċenti li huwa għandu fis-seħħ skemi ta’ kontroll tal-kwalità għall-analiżi tal-kampjuni li jwettaq għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali.

L-Istati Membri li japplikaw din il-miżura tranżitorja għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun seħħ fil-proċess ta’ akkreditament ta’ kull laboratorju maħtur ta’ dan it-tip sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Artikolu 3

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1162/2009 għandu jitħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.

(3)  COM(2009) 403 final.

(4)  COM(2013) 265 finali.


24.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 703/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

TR

116,3

ZZ

116,3

0709 93 10

TR

131,1

ZZ

131,1

0805 50 10

AR

87,6

TR

70,0

UY

86,4

ZA

88,6

ZZ

83,2

0806 10 10

CL

51,4

EG

168,7

TR

169,6

ZZ

129,9

0808 10 80

AR

168,0

BR

112,4

CL

124,1

CN

95,8

NZ

134,2

US

165,4

ZA

158,0

ZZ

136,8

0808 30 90

AR

96,7

CL

140,8

CN

77,3

NZ

162,9

TR

174,5

ZA

118,8

ZZ

128,5

0809 10 00

TR

192,1

ZZ

192,1

0809 29 00

TR

313,7

ZZ

313,7

0809 30

TR

178,6

ZZ

178,6

0809 40 05

BA

58,4

MK

99,6

TR

118,8

XS

95,4

ZZ

93,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


Rettifika

24.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/7


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 8 tat-13 ta’ Jannar 2010 )

F’paġna 37, is-sub kriterju 2.2(b):

Flok:

“(b)

Sustanzi kimiċi klassifikati bħala ta’ ħsara għall-ambjent mill-manifattur/fornitur kimiku skont is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-UE (it-28 Emenda għad-Direttiva 67/548/KEE) għandhom jikkonformaw ma’ dawn iż-żewġ limiti li ġejjin:

sustanzi kimiċi klassifikati bħala ta’ ħsara għall-ambjent skont id-Direttiva 1999/45/KE ma għandhomx jiġu miżjuda ma’ sustanzi u preparazzjonijiet għal trattamenti tal-wiċċ.

Madankollu, il-prodotti jistgħu jinkludu sa 5 % ta’ komposti organiċi volatili (VOC) kif inhu definit fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (2) (il-VOC huma kwalunkwe kompost organiku li f’293.15K ikollu pressa tal-fwar ta’ 0.01kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti skont il-kundizzonijiet partikolari tal-użu). Jekk il-prodott jirrikjedi li jiġi dilwit, il-kontenut tal-prodott dilwit ma għandux jeċċedi l-valuri tal-limitu msemmija hawn fuq.

il-kwantità applikata (żebgħa/verniċ li għadu ma nixifx) ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara l-ambjent ma għandhiex teċċedi l-14 g/m2 tal-erja tal-wiċċ u l-kwantità applikata (żebgħa/verniċ li għadu ma nixifx) ta’ VOC ma għandhiex teċċedi l-35 g/m2.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenti li jappoġġjaw din id-dikjarazzjoni, li jinkludu:

riċetta kompluta bit-tqassim tal-kwantitajiet u numri CAS għas-sustanzi kostitwenti,

il-metodu tal-ittestjar u r-riżultati tat-testijiet għas-sustanzi kollha preżenti fil-prodott, skont id-Direttiva 67/548/KEE,

dikjarazzjoni li turi li s-sustanzi kostitwenti kollha ġew iddikjarati,

in-numru ta’ kisi u l-kwantità applikata għal kull kisja għal kull metru kwadru ta’ wiċċ.

Il-gradi standard ta’ effettività li ġejjin huma użati sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-prodott għat-trattament tal-wiċċ u tal-kwantità applikata: apparat li jisprejja mingħajr riċiklaġġ 50 %, apparat li jisprejja b’riċiklaġġ 70 %, sprejjar elettrostatiku 65 %, sprejjar, qanpiena/diska 80 %, kisi bir-romblu 95 %, kisi komplut 95 %, kisi bil-vakwu 95 %, tgħaddis 95 %, tlaħliħ 95 %.”

aqra:

“(b)

Sustanzi kimiċi klassifikati bħala ta’ ħsara għall-ambjent mill-manifattur/fornitur kimiku skont is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-UE (it-28 Emenda għad-Direttiva 67/548/KEE) għandhom jikkonformaw ma’ dawn iż-żewġ limiti li ġejjin:

sustanzi kimiċi klassifikati bħala ta’ ħsara għall-ambjent skont id-Direttiva 1999/45/KE ma għandhomx jiġu miżjuda ma’ sustanzi u preparazzjonijiet għal trattamenti tal-wiċċ.

Madankollu, il-prodotti jistgħu jinkludu sa 5 % ta’ komposti organiċi volatili (VOC) kif inhu definit fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (2) (il-VOC huma kwalunkwe kompost organiku li f’293.15K ikollu pressa tal-fwar ta’ 0.01kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti skont il-kundizzonijiet partikolari tal-użu). Jekk il-prodott jirrikjedi li jiġi dilwit, il-kontenut tal-prodott dilwit ma għandux jeċċedi l-valuri tal-limitu msemmija hawn fuq.

il-kwantità applikata (żebgħa/verniċ li għadu ma nixifx) ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent b’konformità mad-Direttiva 1999/45/KE ma għandhiex teċċedi l-14 g/m2 tal-erja tal-wiċċ u l-kwantità applikata (żebgħa/verniċ li għadu ma nixifx) ta’ VOC ma għanduhiex teċċedi l-35 g/m2.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenti li jappoġġjaw din id-dikjarazzjoni, li jinkludu:

riċetta kompluta bit-tqassim tal-kwantitajiet u numri CAS għas-sustanzi kostitwenti,

il-metodu tal-ittestjar u r-riżultati tat-testijiet għas-sustanzi kollha preżenti fil-prodott, skont id-Direttiva 67/548/KEE,

dikjarazzjoni li turi li s-sustanzi kostitwenti kollha ġew iddikjarati,

in-numru ta’ kisi u l-kwantità applikata għal kull kisja għal kull metru kwadru ta’ wiċċ.

Il-metodu tal-applikazzjoni:

Il-gradi standard ta’ effettività li ġejjin huma użati sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-prodott għat-trattament tal-wiċċ u tal-kwantità applikata: apparat li jisprejja mingħajr riċiklaġġ 50 %, apparat li jisprejja b’riċiklaġġ 70 %, sprejjar elettrostatiku 65 %, sprejjar, qanpiena/diska 80 %, kisi bir-romblu 95 %, kisi komplut 95 %, kisi bil-vakwu 95 %, tgħaddis 95 %, tlaħliħ 95 %.”


24.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.