ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.194.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
17 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 675/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pomodoro di Pachino (IĠP)]

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 676/2013 tas-16 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2013 tas-16 ta’ Lulju 2013 li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/385/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2013 li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa fid-Deċiżjoni 2011/492/UE dwar il-Ginea Bissaw u li temenda dik id-Deċiżjoni

6

 

 

2013/386/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2013 li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti għar-Repubblika tal-Ginea bid-Deċiżjoni 2011/465/UE u li temenda dik id-Deċiżjoni

8

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 675/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pomodoro di Pachino (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Pomodoro di Pachino”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2003. (3)

(3)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament(KE) Nru 510/2006. Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, u l-emenda għandha għalhekk tiġi approvata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 3.

(4)  ĠU C 308, 12.10.2012, p. 17.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Pomodoro di Pachino (IĠP)


17.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 676/2013

tas-16 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

18,5

ZZ

18,5

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 93 10

MA

60,4

TR

130,8

ZZ

95,6

0805 50 10

AR

84,1

CL

81,7

TR

70,0

UY

80,9

ZA

100,1

ZZ

83,4

0808 10 80

AR

147,8

BR

118,6

CL

128,8

CN

96,0

NZ

138,8

US

143,5

ZA

115,0

ZZ

126,9

0808 30 90

AR

126,6

CL

133,7

CN

70,6

TR

174,5

ZA

118,3

ZZ

124,7

0809 10 00

TR

188,5

ZZ

188,5

0809 29 00

TR

332,0

US

793,8

ZZ

562,9

0809 30

TR

184,6

ZZ

184,6

0809 40 05

BA

159,0

ZZ

159,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


17.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 677/2013

tas-16 ta’ Lulju 2013

li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin bejn it-2 u l-10 ta' Lulju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn l-10 u t-12 ta' Lulju 2013 jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 629/2013.

(2)

Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 629/2013 huwa meħtieġ li jiġi stabbilit koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 629/2013 bejn it-2 u l-10 ta' Lulju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn l-10 u t-12 ta' Lulju 2013 għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 53,134774 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 29.6.2013, p. 55.


DEĊIŻJONIJIET

17.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2013

li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa fid-Deċiżjoni 2011/492/UE dwar il-Ginea Bissaw u li temenda dik id-Deċiżjoni

(2013/385/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), kif emendat l-aħħar f’Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Waqt li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-AKP-KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE (4), il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ngħalqu u ttieħdu miżuri xierqa, kif speċifikat fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/387/UE (5), id-Deċiżjoni 2011/492/UE ġiet estiża bi tnax-il xahar, sad-19 ta’ Lulju 2013.

(3)

L-elementi essenzjali ċitati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għadhom qed jinkisru u l-kundizzjonijiet attwali fil-Ginea Bissaw ma jiżgurawx ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt.

(4)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2011/492/UE għandha tiġi emendata biex testendi iktar il-perijodu tal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/492/UE jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi fid-19 ta’ Lulju 2014.

Hija ser terġa’ tkun eżaminata b’mod regolari, minn tal-anqas kull sitt xhur, preferibbilment fid-dawl ta’ missjonijiet ta’ sorveljanza mwettqa mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.”

Artikolu 2

L-ittra fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE tat-18 ta’ Lulju 2011 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 203, 6.8.2011, p. 2).

(5)  ĠU L 387, 17.7.2012, p. 1.


ANNESS

Sinjuri,

Wara l-konsultazzjonijiet li saru fi Brussell fid-29 ta’ Marzu 2011 fil-qafas tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, l-Unjoni Ewropea fit-18 ta’ Lulju 2011 iddeċidiet, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE li tadotta miżuri xierqa, inkluża skema ta’ impenji reċiproċi biex gradwalment terġa’ tibda l-kooperazzjoni tal-UE.

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/387/UE tas-16 ta’ Lulju 2012, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/492/UE ġiet estiża b’sena, sad-19 ta’ Lulju 2013.

Tnax-il xahar wara dik l-estensjoni, l-Unjoni Ewropea tikkunsidra li ma sar l-ebda progress sinifikanti u għaldaqstant iddeċidiet li testendi l-perijodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2011/492/UE sad-19 ta’ Lulju 2014.

L-Unjoni Ewropea tixtieq għal darba oħra tenfasizza l-importanza li hi tagħti lill-koperazzjoni futura mal-Ginea Bissaw u tikkonferma r-rieda tagħha li tkompli bid-djalogu u li fil-futur qrib tagħmel progress lejn sitwazzjoni fejn terġa’ ssir possibbli kooperazzjoni sħiħa.

Għoddni dejjem tiegħek,

Għall-Kunsill

C. ASHTON

President

Għall-Kummissjoni

A. PIEBALGS

Kummissarju


17.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2013

li testendi l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti għar-Repubblika tal-Ginea bid-Deċiżjoni 2011/465/UE u li temenda dik id-Deċiżjoni

(2013/386/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (2) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/465/UE (4) tistabbilixxi miżuri xierqa għar-Repubblika tal-Ginea (minn hawn ‘il quddiem il-“Ginea”) skont l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

(2)

Din id-Deċiżjoni, estiża u emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/404/UE (5), tistabbilixxi żewġ kundizzjonijiet biex terġa’ tibda l-kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Ginea, jiġifieri t-tfassil ta’ skeda ta’ żmien dettaljata u l-adozzjoni tagħha mill-awtoritajiet kompetenti għaż-żamma tal-elezzjonijiet parlamentari sal-aħħar tal-2012, u ż-żamma ta’ elezzjonijiet parlamentari ħielsa u trasparenti.

(3)

Wara t-trasmissjoni mill-President tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti tal-Ginea ta’ skeda ta’ żmien elettorali għaż-żamma tal-elezzjonijiet fit-12 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill ikkunsidra li l-ewwel punt ta’ riferiment minnhom kien intlaħaq.

(4)

Il-perijodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2011/465/UE, kif estiż u emendat bid-Deċiżjoni 2012/404/UE, huwa sad-19 ta’ Lulju 2013.

(5)

Fit-13 ta’ April 2013, digriet presidenzjali stabbilixxa t-30 ta’ Ġunju 2013 bħala d-data tal-elezzjonijiet parlamentari. L-iskadenza legali għall-pubblikazzjoni tar-riżultati finali tal-elezzjonijiet mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Ginea tmur lil hinn mid-19 ta’ Lulju 2013.

(6)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi estiż il-perijodu tal-applikazzjoni tal-miżuri xierqa stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/465/UE għal perijodu ta’ 12-il xahar. Huwa neċessarju wkoll li tiġi estiża sa tmiem Ottubru 2013 l-iskadenza stabbilita fiha għaż-żamma tal-elezzjonijiet parlamentari fil-Ginea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/465/UE, id-data “19 ta’ Lulju 2013” hija mibdula bid-data “19 ta’ Lulju 2014”.

Artikolu 2

L-iskadenza għall-impenn tar-Repubblika tal-Ginea li żżomm elezzjonijiet parlamentari liberi u trasparenti, kif stabbilit fil-miżuri xierqa fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/465/UE, hija estiża sal-31 ta’ Ottubru 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(4)  ĠU L 195, 27.7.2011, p. 2.

(5)  ĠU L 188, 18.7.2012, p. 17.


17.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.