ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.193.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
16 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tal-firma tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (2013-2018)

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 670/2013 tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 671/2013 tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 672/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta’ bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

6

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 673/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 674/2013 tal-15 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2013

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/377/UE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 li taħtar l-Ombudsman Ewropew

17

 

 

2013/378/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPOL COPPS/1/2013 tad-9 ta’ Lulju 2013 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

18

 

 

2013/379/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EU BAM Rafah/1/2013 tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

19

 

 

2013/380/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2013 li taħtar membru supplenti Rumen fil-Kumitat tar-Reġjuni

20

 

 

2013/381/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2013 li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/382/PESK tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/383/PESK tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/384/PESK tal-15 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/325/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel

29

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/1


Informazzjoni dwar id-data tal-firma tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (2013-2018)

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire iffirmaw, fis-27 ta’ Ġunju 2013 fi Brussell, il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd.

Għaldaqstant il-Protokoll japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Lulju 2013 skont l-Artikolu 13 tiegħu.


REGOLAMENTI

16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 670/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun previst li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tat-tessut waqt l-importazzjoni fl-Unjoni, id-detentur ikun jista’ għal perjodu ta’ 60 jum ikompli jinvoka tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tat-tessut waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’ għal perjodu ta’ 60 jum jibqa’ jinvoka t-tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett magħmul minn bosta pannelli ta’ drapp tat-tessut minsuġ fitt (tila), meħjutin flimkien biex jifformaw “forma” tridimensjonali, li fiha madwar 2,70 × 2,70 × 1,60 m, bi sporġenza dekorattiva fuq kull naħa bi strixxa dejqa meħjuta matul ix-xifer. F’kull rokna fuq in-naħa ta’ ġewwa hemm but żgħir biex iżomm l-oġġett f’postu fuq qafas. Għandu wkoll żigarelli tad-drapp tul l-ħjatat biex jorbtuh mal-qafas.

L-oġġett huwa ppreżentat mingħajr qafas, lasti jew aċċessorji.

6306 90 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6306  u 6306 90 00 .

L-intestatura 6306 tkopri firxa ta’ oġġetti tat-tessut normalment magħmula minn kanvas b’saħħtu, minsuġ fitt (ara wkoll in-noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 6306 , l-ewwel paragrafu).

Minħabba l-karatteristiċi tiegħu (disinn tridimensjonali, il-materjal użat, id-daqs, l-irfinatura), l-oġġett huwa maħsub li jsir kopertura ta’ barra.

L-oġġett huwa preżentat mingħajr qafas, lasti jew aċċessorji, iżda għandu l-karattru essenzjali ta’ kopertura ta’ barra (eż. għandu kopertura tal-kanvas fis-saqaf li toffri protezzjoni mill-elementi) skont it-tifsira ta’ GIR 2 (a).

Il-klassifikazzjoni bħala tinda taħt is-subintestatura 6306 22 00 jew 6306 29 00 hija eskluża, minħabba li ma għandux naħat jew ħitan, li jippermettu l-formazzjoni ta’ post magħluq (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 6306 (4)).

Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6306 90 00 bħala “oġġett ieħor għall-ikkampjar”.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 671/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun ipprovdut li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’ għal perjodu ta’ 60 jum ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (2)

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’ għal perjodu ta’ 60 jum jibqa’ jinvoka t-tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett li huwa magħmul minn drapp lixx, li t-tul tiegħu huwa ta’ madwar 26 ċm × 32 ċm, magħmul minn diversi materjali tessili, fil-forma ta’ għasfur.

Il-parti prinċipali tal-oġġett huwa magħmul minn saff wieħed ta’ drapp tal-pil long-looped li fuq naħa għandu meħjut miegħu ġewnaħ ta’ materjal tessili minsuġ, forma ta’ kuruna, fuq naħa waħda. Fuq in-naħa l-oħra, id-drapp tal-pil long-looped huwa mberfel b’żigarella magħmula minn materjal tessili minsuġ meħjuta miegħu. Biċċa drapp minsuġ ta’ forma trijangolari hi meħjuta fuq id-drapp tal-pil long-looped u tirrappreżenta l-munqar. L-għajnejn huma stampati fuq ħoloq u żewġ biċċiet ta’ drapp ta’ tessut minsuġ maqtugħin fil-forma ta’ riġlejn huma meħjutin mad-drapp tal-pil. Materjal tessili maqtugħ b’mod dekorattiv jirrappreżenta d-denb.

Fuq it-tarf ta’ fuq tad-drapp tal-pil hemm imwaħħla ħoloq numerati u faxex ta’ materjal tessili minsuġ b’diversi kuluri.

6307 90 10

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 7(f) u 8(a) għat-Taqsima XI, nota 2(A) għat-Taqsima XI, Nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90  u 6307 90 10 .

Il-prodott mhuwiex intenzjonat essenzjalment għall-gost ta’ trabi jew tfal żgħar, minħabba li la l-forma tal-oġġett, u lanqas in-numerar u t-tikketti ma jintgħarfu minnhom bħala, iżda jservi pjuttost bħala ċarruta biex it-tarbija tikkalma biha. Għalhekk, dan l-Artikolu ma jistax jiġi kklassifikat bħala “ġugarelli oħra” taħt l-intestatura 9503 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9503 (D) l-ewwel paragrafu).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 10 bħala “oġġetti oħrajn manifatturati - maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted)”.

(ara l-illustrazzjonijiet Nri 665 A u 665 b) (*)

 

 


Image

Image

665 A

665 B


(*)  Ir-ritratti jservu biss skop ta’ informazzjoni.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 672/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta’ bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd involuti f’sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (bastimenti tas-sajd IUU) kif ukoll proċeduri għall-istabbiliment ta’ lista tal-Unjoni ta’ dawn il-bastimenti. L-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi għat-teħid ta’ azzjonijiet kontra bastimenti tas-sajd inklużi f’dik il-lista.

(2)

Il-lista tal-Unjoni ta’ bastimenti tas-sajd IUU ġiet stabbilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 (2) u sussegwentement emendata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2011 (3) u (UE) Nru 1234/2012 (4).

(3)

Skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-lista tal-Unjoni għandha tinkorpora wkoll bastimenti tas-sajd inklużi fil-listi ta’ bastimenti IUU adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

(4)

L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kollha adottaw il-prinċipju li jippubblikaw lista ta’ bastimenti tas-sajd IUU u li jaġġornaw il-lista rispettiva tagħhom fil-laqgħat annwali tagħhom (5).

(5)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, hekk kif jaslu l-listi tal-bastimenti tas-sajd preżunti jew ikkonfermati bħala li huma involuti fis-sajd IUU mingħand l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-Unjoni.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet il-listi aġġornati mil-laqgħat annwali tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

(7)

Meta jitqies li l-istess bastiment jista’ jkun imniżżel taħt ismijiet u/jew bnadar differenti skont iż-żmien tal-inklużjoni tiegħu fil-listi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-lista aġġornata tal-Unjoni għandha tinkludi l-ismijiet u/jew il-bnadar differenti kif stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rispettivi.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 468/2010 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010 għandha tinbidel bit-test imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 29.5.2010, p. 22.

(3)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 14.

(4)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 38.

(5)  L-aħħar aġġornamenti: CCAMLR: il-lista IUU tal-2012 kif adottata fil-laqgħa annwali CCAMLR-XXXI mill-24 ta’ Ottubru sal-1 ta’ Novembru 2012 u aġġornata fit-3 ta’ April 2013; SEAFO: SEAFO, fil-lista IUU tagħha, tinkludi l-listi ta’ CCAMLR, NEAFC-B u NAFO; ICCAT: il-lista IUU tal-2013 kif adottata fil-laqgħa annwali f’Novembru 2012 (ir-Rakkomandazzjoni 11-18); IATTC: il-lista tal-2012 kif adottata fit-83 laqgħa tal-IATTC f’Ġunju 2012; NEAFC: il-lista IUU B AM 2012-8rev1 kif adottata fil-31 laqgħa annwali bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru 2012; NAFO: matul l-34 Laqgħa annwali tagħha bejn is-17 u l-21 ta’ Settembru 2012, in-NAFO wettqet reviżjoni tal-lista ta’ bastimenti IUU u nnutat li ma kien meħtieġ ebda tibdil fil-lista. Sussegwentement, wara d-deċiżjoni tan-NEAFC li tħassar il-bastiment “RED” mil-lista IUU tagħha, fil-21 ta’ Diċembru 2012 in-NAFO ħassret dan il-bastiment mil-lista IUU tagħha; WCPFC: il-lista tal-bastimenti IUU tad-WCPFC għall-2013 kif kienet fis-6 ta’ Diċembru 2012 (effettiva mis-6 ta’ Frar 2013).


ANNESS

“PARTI B

Bastimenti elenkati f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tal-IMO (1)/Referenza tal-RFMO

Isem il-bastiment (isem preċedenti) (2)

L-Istat tal-Bandiera jew it-Territorju tal-Bandiera [skont l-RFMO] (2)

Elenkat fl-RFMO (2)

20060010 (ICCAT)

ACROS NO. 2

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

20060009 (ICCAT)

ACROS NO. 3

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

7306570

ALBORAN II (WHITE ENTERPRISE [NAFO/NEAFC]WHITE, ENTERPRISE, ENXEMBRE, ATALAYA, REDA IV, ATALAYA DEL SUR [SEAFO])

Il-Panama (il-bandiera preċedenti: St. Kitts & Nevis [NAFO/NEAFC]St. Kitts & Nevis, il-Ġibiltà [SEAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO

7424891

ALDABRA (OMOA I)

It-Tanżanija (il-bnadar preċedenti: it-Togo, il-Ħonduras)

CCAMLR, SEAFO

7036345

AMORINN (ICEBERG II, NOEMI, LOME)

Mhux magħruf (il-bnadar preċedenti: it-Togo, il-Beliże)

CCAMLR, SEAFO

12290 (IATTC)20110011 (ICCAT)

BHASKARA No 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT

12291 (IATTC)20110012 (ICCAT)

BHASKARA No 9

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT

20060001 (ICCAT)

BIGEYE

Mhux magħruf

ICCAT

20040005 (ICCAT)

BRAVO

Mhux magħruf

ICCAT

9407 (IATTC)20110013 (ICCAT)

CAMELOT

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT

6622642

CHALLENGE (MILA, PERSERVERANCE [CCAMLR]/MILA, ISLA, MONTANA CLARA, PERSEVERANCE [SEAFO])

Il-Panama (il-bnadar preċedenti: il-Ginea Ekwatorjali, ir-Renju Unit)

CCAMLR, SEAFO

125 (IATTC)20110014 (ICCAT)

CHIA HAO No 66

Mhux magħruf (il-bandiera preċedenti: il-Beliże)

IATTC, ICCAT

20080001 (ICCAT)

DANIAA (CARLOS)

Ir-Repubblika tal-Ginea (Conakry)

ICCAT

8422852

DOLPHIN (OGNEVKA)

Mhux magħruf (il-bnadar preċedenti: ir-Russja, il-Ġeorgia [NAFO]ir-Russja [NEAFC, SEAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO

6163 (IATTC)

DRAGON III

Mhux magħruf

IATTC

8604668

EROS DOS (FURABOLOS)

Il-Panama (il-bnadar preċedenti: Spanja, is-Seychelles [SEAFO]is-Seychelles [NAFO/NEAFC])

NEAFC, NAFO, SEAFO

7355662

FU LIEN No 1

Il-Ġeorġja

WCPFC

20080005 (ICCAT)

GALA I (MANARA II/ROAGAN)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Libja)

ICCAT

6591 (IATTC)

GOIDAU RUEY No 1

Mhux magħruf (il-bandiera preċedenti: il-Panama)

IATTC

7020126

GOOD HOPE (TOTO, SEA RANGER V)

In-Niġerja (il-bandiera preċedenti: il-Beliże)

CCAMLR, SEAFO

6719419

GORILERO (GRAN SOL)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: Sjerra Leone, il-Panama [NAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO

20090003 (ICCAT)

GUNUAR MELYAN 21

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7322926

HEAVY SEA [CCAMLR]HEAVY SEAS [SEAFO]

(SHERPA UNO, DUERO, KETA)

Il-Panama (il-bandiera preċedenti: l-Urugwaj)

CCAMLR, SEAFO

20100004 (ICCAT)

HOOM XIANG 11

Mhux magħruf (il-bandiera preċedenti: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

7322897

HUANG HE 22 (SIMA QIAN BARU 22, DORITA, MAGNUS, THULE, EOLO, RED MOON, BLACK MOON, INA MAKA, GALAXY, CORVUS)

It-Tanzanija [CCAMLR]Mhux magħruf [SEAFO] (il-bnadar preċedenti: l-Urugwaj, St Vincent u l-Grenadini, il-Ginea Ekwatorjali, is-Sjerra Leone, il-Korea ta’ Fuq (DPRK), il-Panama)

CCAMLR, SEAFO

9319856

HUIQUAN (WUTAISHAN ANHUI 44, YANGZI HUA 44, TROSKY, PALOMA V [SEAFO 1/CCAMLR])WUTAISHAN ANHUI 44 (YANGZI HUA 44, PALOMA V, JIAN YUAN, TROSKY [SEAFO 2])

It-Tanżanija (il-bnadar preċedenti: il-Mongolja, in-Namibja, l-Urugwaj [CCAMLRSEAFO 2])

CCAMLR, SEAFO

7332218

IANNIS I (MOANA MAR, CANOS DE MECA [SEAFO])

Il-Panama [NAFO, SEAFO]Mhux magħruf [NEAFC]

NEAFC, NAFO, SEAFO

6803961

ITZIAR II (MARE, NOTRE DAME, GOLDEN SUN, SEABULL 22, CARMELA, GOLD DRAGON)

Mali (il-bnadar preċedenti: it-Togo, il-Ginea Ekwatorjali, in-Nigerja, in-Namibja, il-Bolivja [CCAMLR])

CCAMLR, SEAFO

9505 (IATTC)

JYI LIH 88

Mhux magħruf

IATTC

7905039

KESHAN (BAIYANGDIAN, PACIFIC DUCHESS [CCAMLR])BAIYANGDIAN (PACIFIC DUCHESS [SEAFO])

It-Tanzanija [SEAFO]il-Mongolja [CCAMLR] (il-bandiera preċedenti: it-Tanzanija [CCAMLR])

CCAMLR, SEAFO

7905443

KOOSHA 4 (EGUZKIA)

L-Iran (il-bandiera preċedenti: Spanja [CCAMLR])

CCAMLR; SEAFO

9037537

LANA (ZEUS, TRITON-1, KINSHO MARU No. 18)

Mhux magħruf (il-bnadar preċedenti: il-Ġappun, Sjerra Leone, il-Mongolja, it-Togo)

CCAMLR, SEAFO

20060007 (ICCAT)

LILA NO. 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

7388267

LIMPOPO (ROSS, ALOS, LENA, CAP GEORGE, CONBAROYA, TERCERO [SEAFO]LENA, ALOS, ROSS [CCAMLR])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: it-Togo, il-Gana, is-Seychelles)

CCAMLR, SEAFO

20040007 (ICCAT)

MADURA 2

Mhux magħruf

ICCAT

20040008 (ICCAT)

MADURA 3

Mhux magħruf

ICCAT

7325746

MAINE (MAPOSA NOVENO, GUINESPA I [SEAFO])

Ir-Repubblika tal-Ginea (Conakry)

NEAFC, NAFO, SEAFO

20060002 (ICCAT)

MARIA

Mhux magħruf

ICCAT

9435 (IATTC)20110002 (ICCAT)

MARTA LUCIA R

Il-Kolombja

IATTC, ICCAT

20060005 (ICCAT)

MELILLA NO. 101

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

20060004 (ICCAT)

MELILLA NO. 103

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

7385174

MURTOSA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: it-Togo [NAFO/NEAFC,]/il-Portugall [SEAFO])

NEAFC, NAFO, SEAFO

14613 (IATTC)20110003 (ICCAT)C-00545 (WCPFC)

NEPTUNE

Il-Ġeorġja

IATTC, ICCAT, WCPFC

20060003 (ICCAT)

No 101 GLORIA (GOLDEN LAKE)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT

20060008 (ICCAT)

No 2 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

20060011 (ICCAT)

No 3 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

20040006 (ICCAT)

OCEAN DIAMOND

Mhux magħruf

ICCAT

7826233 20090001 (ICCAT)

OCEAN LION

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ginea Ekwatorjali)

IOTC, ICCAT

8713392

OCTOPUS 1 (PISCIS, SOUTH BOY, GALE, ULYSES, THOR 33, YIN PENG, CHU LIM, THE BIRD, PION)

Il-Mongolja (il-bnadar preċedenti: l-Urugwaj, il-Ginea Ekwatorjali, il-Korea ta’ Fuq, il-Mongolja, it-Togo, il-Ħonduras [CCAMLR])

CCAMLR, SEAFO

11369 (IATTC)

ORCA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC

20060012 (ICCAT)

ORIENTE NO. 7

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ħonduras)

ICCAT

5062479

PERLON (CHERNE, SARGO, HOKING, BIGARO, LUGALPESCA)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: l-Urugwaj, il-Mongolja, it-Togo)

CCAMLR, SEAFO

6607666

RAY (KILLY, TROPIC, CONSTANT, ISLA GRACIOSA)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Beliże, il-Mongolja, il-Ginea Ekwatorjali, l-Afrika t’Isfel) [CCAMLR]il-Beliże (il-bnadar preċedenti: l-Afrika t’Isfel, il-Ginea Ekwatorjali, il-Mongolja) [SEAFO]

CCAMLR, SEAFO

6706084

RED (KABOU)

Il-Panama (il-bnadar preċedenti: il-Portugall, ir-Repubblika tal-Ginea (Conakry))

SEAFO

95 (IATTC)

REYMAR 6

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC

9042001

SHAANXI HENAN 33 (XIONG NU BARU 33, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, CARRAN, DRACO-1)

It-Tanżanija (il-bnadar preċedenti: l-Urugwaj, it-Togo, il-Korea ta’ Fuq (DPRK), il-Panama)

CCAMLR, SEAFO

20080004 (ICCAT)

SHARON 1 (MANARA I/POSEIDON)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Libja)

ICCAT

20050001 (ICCAT)

SOUTHERN STAR 136 (HSIANG CHANG)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: St. Vincent u l-Grenadini)

ICCAT

9405 (IATTC)

TA FU 1

Mhux magħruf

IATTC

6818930

TCHAW (CONDOR, INCA, VIKING, CISNE AZUL, REX [CCAMLR]CONDOR, INCA, VIKING, CISNE AZUL, REX, PESCAMEX III, AROSA CUARTO [SEAFO])

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Beliże, is-Seychelles, it-Togo)

CCAMLR, SEAFO

13568 (IATTC)

TCHING YE No 6 (EL DIRIA I)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC

6905408

THUNDER (ARTIC RANGER, RUBIN, TYPHOON-1, KUKO)

In-Niġerja (il-bnadar preċedenti: ir-Renju Unit, is-Seychelles, il-Mongolja, it-Togo [CCALMR]

CCAMLR, SEAFO

7321374 7325930 (SEAFO)

TRINITY (YUCATAN BASIN, EXEMBRE, FONTENOVA, JAWHARA [NEAFC]) YUCATAN BASIN (ENXEMBRE, FONTE NOVA, JAWHARA [SEAFO/NAFO])

Il-Gana (il-bnadar preċedenti: Panama, il-Marokk) [NEAFC] Panama (il-bnadar preċedenti): il-Marokk [NAFO] Ġibiltà, il-Marokk [SEAFO])

NEAFC, NAFO, NEAFC, NAFO, SEAFO

129 (IATTC)

WEN TENG No 688 (jidher li nbidel għal MAHKOIA ABADI No 196)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Beliże)

IATTC

 

YU FONG 168

It-Tajwan

WCPFC

20090002 (ICCAT)

YU MAAN WON

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Ġeorġja)

IOTC, ICCAT


(1)  Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Għal kwalunkwe tagħrif ieħor ikkonsulta s-siti tal-Internet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs)”


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 673/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

18,5

ZZ

18,5

0707 00 05

TR

105,8

ZZ

105,8

0709 93 10

MA

60,4

TR

129,5

ZZ

95,0

0805 50 10

AR

80,2

CL

81,7

TR

70,0

UY

80,9

ZA

102,8

ZZ

83,1

0808 10 80

AR

139,0

BR

103,9

CL

129,3

CN

96,0

NZ

140,0

US

140,9

ZA

111,2

ZZ

122,9

0808 30 90

AR

116,6

CL

139,8

CN

74,5

ZA

123,0

ZZ

113,5

0809 10 00

TR

191,7

ZZ

191,7

0809 29 00

TR

341,4

US

793,8

ZZ

567,6

0809 30

TR

194,4

ZZ

194,4

0809 40 05

BA

195,8

ZZ

195,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 674/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00, 1001 11 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Lulju 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Lulju 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2013

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

28.6.2013-12.7.2013

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

231,88

164,51

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

259,10

249,10

229,10

Primjum tal-Golf

54,37

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

36,97

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

17,17  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

50,94  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/17


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-3 ta’ Lulju 2013

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

(2013/377/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-kompiti tal-Ombudsman (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 204 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013,

IDDEĊIEDA:

li jaħtar lil Emily O’REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-tmiem tal-leġiżlatura.

Magħmul fi Strasburgu, it-3 ta’ Lulju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ


(1)  ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)  ĠU C 96, 4.4.2013, p. 24.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2013/378/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tt-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap ta' Missjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK estendiet il-mandat tal-EUPOL COPPS sat-30 ta' Ġunju 2014.

(3)

Fit-3 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni EUPOL COPPS/1/2012 (2), li taħtar lis-Sur Kenneth DEANE bħala Kap ta' Missjoni tal-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013.

(4)

Fl-14 ta' Ġunju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Kenneth DEANE bħala Kap ta' Missjoni tal-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Kenneth DEANE bħala Kap ta' Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b'dan estiż sat-30 ta' Ġunju 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

(2)  ĠU L 186, 14.7.2012, p. 31.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EU BAM RAFAH/1/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

(2013/379/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż b’mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-23 ta’ Mejju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Gerhard SCHLAUDRAFF bħala Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/355/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (2) estendiet il-mandat ta’ EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Gerhard SCHLAUDRAFF huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 16.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Lulju 2013

li taħtar membru supplenti Rumen fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/380/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Liviu Nicolae DRAGNEA, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Cătălin Ioan NECHIFOR, Președintele Consiliului Județean Suceava, județul Suceava.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Lulju 2013

li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/381/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Helmut Max JAHN fit-22 ta’ Lulju 2013, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni b’effett mit-23 ta’ Lulju 2013 għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Jörg DUPPRÉ, Landrat des Landkreises Südwestpfalz, Präsident des Deutschen Landkreistages.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/382/PESK

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/168/PESK (1) biex ħatar lis-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ieħor ta’ 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-RSUE fl-Afganistan huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-mandat tar-RSUE jista’ jiġi terminat qabel dan, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għolti għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Ir-RSUE għandu jirrappreżenta lill-Unjoni u jippromovi l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-Afganistan, b’koordinazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan. B’mod aktar speċifiku, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u jmexxi l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Afganistan u l-Pakistan, sa fejn dan ikun jikkonċerna lill-Afganistan, b’hekk jaħdem mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan;

(b)

jappoġġa d-djalogu politiku bejn l-Unjoni u l-Afganistan;

(c)

jappoġġa r-rwol ċentrali li għandha n-Nazzjonijiet Uniti (NU) fl-Afganistan b’enfasi partikolari fuq il-kontribut għal assistenza internazzjonali kkoordinata aħjar, b’hekk jippromovi l-implimentazzjoni tal-Communiqués tal-Konferenzi ta’ Londra, Kabul, Bonn, Istanbul, Chicago u Tokjo, kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jitwettaq il-mandat, ir-RSUE għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan:

(a)

jippromovi l-fehmiet tal-Unjoni dwar il-proċess politiku u l-iżviluppi fl-Afganistan;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib ma’, u jappoġġa l-iżvilupp ta’, istituzzjonijiet Afgani rilevanti, b’mod partikolari l-Gvern u l-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet lokali. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma’ gruppi politiċi Afgani oħra u atturi rilevanti oħra fl-Afganistan;

(c)

iżomm kuntatt mill-qrib ma’ partijiet interessati internazzjonali u reġjonali rilevanti fl-Afganistan, b’mod partikolari mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU u r-Rappreżentant Ċivili Superjuri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u ma’ msieħba u organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn;

(d)

jagħti parir dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Afganistan u l-Pakistan, sa fejn dan jikkonċerna l-Afganistan, u tal-Konferenzi ta’ Kabul, Bonn, Istanbul, Chicago u Tokjo, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

il-bini tal-kapaċità ċivili, b’mod partikolari fil-livell subnazzjonali,

il-governanza tajba u l-istabbiliment tal-istituzzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari ġudikatura indipendenti,

ir-riformi elettorali,

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż it-tisħiħ ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji, tal-armata nazzjonali u tal-forza tal-pulizija, u partikolarment l-iżvilupp tas-servizz tal-pulizija ċivili,

il-promozzjoni tat-tkabbir, l-aktar permezz tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali,

ir-rispett għall-obbligi tal-Afganistan fir-rigward tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi u għad-drittijiet tan-nisa u t-tfal,

ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt;

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika, fis-soċjetà ċivili u, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-proċess ta’ paċi,

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, inkluża l-kooperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-proliferazzjoni tal-armamenti u l-armi ta’ qerda massiva u materjali relatati,

il-faċilitazzjoni ta’ assistenza umanitarja u r-ritorn b’mod ordnat ta’ refuġjati u ta’ persuni spostati internament, u

it-tisħiħ tal-effikaċja tal-preżenza u l-attivitajiet tal-Unjoni fl-Afganistan u l-kontribut għall-formulazzjoni tar-rapporti ta’ implimentazzjoni regolari ta’ kull sena dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE, kif mitlubin mill-Kunsill;

(e)

jipparteċipa b’mod attiv f’fora ta’ koordinazzjoni lokali bħall-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni u Monitoraġġ, waqt li jżomm lill-Istati Membri mhux parteċipanti infurmati bis-sħiħ dwar id-deċiżjonijiet meħudin f’dawk il-livelli;

(f)

jagħti pariri dwar is-sehem u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni f’konferenzi internazzjonali dwar l-Afganistan;

(g)

jieħu rwol attiv fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ inizjattivi rilevanti, inklużi l-Proċess ta’ Istanbul u l-Konferenza Reġjonali għall-Kooperazzjoni Ekonomika dwar l-Afganistan (RECCA);

(h)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f’żoni milquta mill-konflitt, speċjalment billi ikunu mmonitorjati u indirizzati l-iżviluppi f’dan ir-rigward;

(i)

jipprovdi, skont kif ikun meħtieġ, appoġġ għal proċess ta’ paċi inklużiv u mmexxi mill-Afganistan li jwassal għal soluzzjoni politika konsistenti mal-“linji l-ħomor” maqbula fil-Konferenza ta’ Bonn.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti kompetenti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014 għandu jkun ta’ EUR 6 585 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront u regolarment dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew għas-SEAE jistgħu wkoll jiġu ssekondati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal ikuntrattat internazzjonalment għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni mandanti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiż ospitanti, skont kif ikun meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont kif ikun meħtieġ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Siġurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali li jkunu speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni tal-moviment sigur ta’ persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona tal-missjoni, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport ta’ progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill skont kif meħtieġ. Ir-rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F’konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista’ jkun involut fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, konsistenza u effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b’mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali u mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Pakistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni b’aġġornamenti regolari.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

Artikolu 13

Assistenza fir-rigward ta’ talbiet

Ir-RSUE u l-persunal tiegħu għandhom jassistu fil-provvediment ta’ elementi bħala rispons għal kwalunkwe talba u kwalunkwe obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali għall-Unjoni Ewropea preċedenti fl-Afganistan, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali fini.

Artikolu 14

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2013 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 75, 23.3.2010, p. 22.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/383/PESK

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/697/PESK (1) biex jaħtar lis-Sur Gary QUINCE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Unjoni Afrikana (UA). Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu finali ta’ tnax-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Gary QUINCE bħala r- RSUE għall-UA huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq objettivi komprensivi ta’ politika tal-UE b’appoġġ għall-isforzi Afrikani għall-bini ta’ futur paċifiku, demokratiku u prosperuż kif stabbilit fl-Istrateġija Konġunta Afrika-UE. Dawk l-objettivi jinkludu:

(a)

it-tisħiħ tad-djalogu politiku tal-UE u relazzjoni usa’ mal-UA;

(b)

it-tisħiħ tas-sħubija EU-UA fl-oqsma kollha msemmijin fl-Istrateġija Konġunta Afrika-UE, b’kontribut għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE fi sħubija mal-UA, b’rispett għall-prinċipju ta’ appartenenza Afrikana u b’ħidma aktar mill-qrib mar-rappreżentanti Afrikani f’fora multilaterali f’koordinazzjoni mas-sieħba multilaterali;

(c)

il-ħidma mal-UA u l-provvista ta’ appoġġ lilha permezz tal-appoġġ għall-iżvilupp istituzzjonali u t-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UA, inkluż permezz ta’ assistenza għall-iżvilupp, għall-promozzjoni ta’:

il-paċi u s-sigurtà: il-previżjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni, il-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, l-appoġġ għal sforzi biex jiġu promossi l-paċi u l-istabbiltà, l-appoġġ għar-rikostruzzjoni wara l-konflitti,

id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza: il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; il-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-istat tad-dritt; l-appoġġ, permezz ta’ djalogu politiku u assistenza finanzjarja u teknika, għall-isforzi Afrikani għall-monitoraġġ u t-titjib tal-governanza; l-appoġġ għat-tkabbir ta’ demokrazija parteċipattiva u r-responsabbiltà; l-appoġġ għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u l-promozzjoni ulterjuri tal-isforzi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tat-tfal u l-konflitti armati fl-aspetti kollha tagħha,

it-tkabbir sostenibbli, l-integrazzjoni reġjonali u l-kummerċ: l-appoġġ għall-isforzi lejn l-interkonnettività u l-faċilitazzjoni tal-aċċess tan-nies għall-ilma u l-iġjene, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni; il-promozzjoni ta’ qafas tan-negozju legali stabbli, effiċjenti u armonizzat; l-assistenza biex l-Afrika tiġi integrata fis-sistema dinjija tal-kummerċ, l-assistenza lill-pajjiżi Afrikani biex jikkonformaw mar-regoli u l-istandards tal-EU; l-appoġġ lill-Afrika fil-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima,

l-investiment fin-nies: l-appoġġ tal-isforzi fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u l-edukazzjoni, il-promozzjoni ta’ programmi ta’ skambju, netwerks ta’ universitajiet u ċentri ta’ eċċellenza, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

Barra minn hekk, ir-RSUE ser ikollu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta Afrika-UE li hija maħsuba biex tiżviluppa u tikkonsolida ulterjorment is-sħubija strateġika bejn l-Afrika u l-UE.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-aspetti tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK)/Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 2, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

isaħħaħ l-influwenza ġenerali tal-EUfi, u l-koordinazzjoni ta’, id-djalogu mal-UA u l-Kummissjoni tagħha f’Addis Ababa, dwar il-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet tal-PESK/PSDK koperti mir-relazzjoni EU-UA, b’mod partikolari s-Sħubija ta’ Paċi u Sigurtà u l-appoġġ għall-operazzjonalizzazzjoni tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà;

(b)

jiżgura livell adatt ta’ rappreżentazzjoni politika, li tirrifletti l-importanza tal-EUbħala sieħba politika, finanzjarja u istituzzjonali tal-UA, u l-avvanz f’dik is-sħubija li jkun sar neċessarju minħabba l-profil politiku li qed jikber tal-UA fix-xena dinjija;

(c)

jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, jirrappreżenta l-pożizzjonijiet u l-linji politiċi tal-EU, meta l-UA jkollha rwol prinċipali f’sitwazzjoni ta’ kriżi li għaliha ma jkun inħatar l-ebda RSUE;

(d)

jgħin fil-kisba ta’ koerenza, konsistenza u koordinazzjoni aħjar tal-linji politiċi u l-azzjonijiet tal-EUfir-rigward tal-UA, u jikkontribwixxi sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-grupp usa’ ta’ msieħba u r-relazzjoni tiegħu mal-UA;

(e)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-EUdwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti għall-UA b’kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati kif ukoll il-Linji Gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u tal-politika tal-EUdwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-attwazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(f)

isegwi mill-qrib, u jirrapporta dwar, l-iżviluppi rilevanti kollha fil-livell tal-UA;

(g)

iżomm kuntatt mill-qrib mal-Kummissjoni tal-UA, ma’ organi oħra tal-UA, ma’ missjonijiet ta’ organizzazzjonijiet Subreġjonali Afrikani għall-UA u l-missjonijiet tal-Istati Membri tal-UA għall-UA;

(h)

jiffaċilita r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni bejn l-UA u l-organizzazzjonijiet Subreġjonali Afrikani speċjalment f’dawk l-oqsma fejn l-EUqed tipprovdi appoġġ;

(i)

joffri pariri u jipprovdi appoġġ lill-UA fuq talba fl-oqsma deskritti fl-Istrateġija Konġunta Afrika-UE;

(j)

fuq talba, joffri pariri u jipprovdi appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-UA;

(k)

abbażi ta’ diviżjoni ċara tal-kompiti, jikkoordina ma’, u jappoġġa, l-azzjonijiet tar-RSUE li għandhom mandati fl-Istati Membri u r-Reġjuni tal-UA; u

(l)

jżomm kuntatti mill-qrib u jippromovi l-koordinazzjoni ma’ msieħba internazzjonali prinċipali tal-UA preżenti f’Addis Ababa, speċjalment in-Nazzjonijiet Uniti, iżda wkoll ma’ atturi mhux statali dwar il-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet tal-PESK/PSDK koperti mis-sħubija EU-UA.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014 għandu jkun ta’ EUR 585 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi l-konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru tal-UE, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni mandanti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, skont kif ikun meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont kif ikun meħtieġ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tar-RSUE u abbażi tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, notevolment billi:

(a)

jiġi stabbilit pjan ta’ sigurtà li jkun speċifiku għall-missjoni abbażi ta’ gwida mis-SEAE, li jipprevedi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, u l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprevedi pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu mmobbilizzat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel ma jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill skont kif ikun meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F’konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista’ jkun involut fl-għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, konsistenza u effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin sabiex ikun żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu ngaġġati konsistentement, għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni.. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi laqgħat regolari ta’ aġġornament għall-missjonijiet tal-Istati Membri u għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post tal-operazzjonijiet għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet ta’ Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post tal-operazzjonijiet.

Artikolu 13

Assistenza fir-rigward ta’ talbiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-provvediment ta’ elementi bħala rispons għal kwalunkwe talba u kwalunkwe obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali għall-Unjoni Ewropea għall-UA preċedenti, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali fini.

Artikolu 14

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-RGħ, rapport ta’ progress sal-aħħar ta’ Diċembru 2013 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat fi tmiem il-mandat.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 276, 21.10.2011, p. 46.

(2)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/384/PESK

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2012/325/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/450/PESK (1) li taħtar lis-Sinjura Rosalind MARSDEN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan.

(2)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/499/PESK (2) li emendat il-mandat u t-titlu tar-RSUE fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-indipendenza mis-Sudan t’Isfel. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta’ erba’ xhur.

(4)

Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif hemm imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2012/325/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/325/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sinjura Rosalind MARSDEN bħala r-RSUE għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Ottubru 2013. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-RGħ).”;

(2)

Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2013 għandu jkun ta’ EUR 690 000.”;

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Assistenza fir-rigward ta’ pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tagħha għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-assistenza amministrattiva u l-aċċess għall-fajls rilevanti fir-rigward ta’ kwalunkwe pretensjoni li tirriżulta mill-mandat tagħha, kif ukoll mill-mandati tar-RSUE preċedenti għas-Sudan, u għandhom jassistu fil-provvediment ta’ elementi li jwieġbu għal tali pretensjonijiet.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)  ĠU L 211, 12.8.2010, p. 42.

(2)  ĠU L 206, 11.8.2011, p. 50.


16.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.