|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.192.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 665/2013
tat-3 ta’ Mejju 2013
li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tad-19 ta' Mejju 2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2010/30/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti ddelegati fir-rigward tat-tikkettar ta' prodotti marbuta mal-enerġija li jirrappreżentaw potenzjal sostanzjali għall-iffrankar tal-enerġija u jippreżentaw differenzi estensivi fil-livelli ta' prestazzjoni b’funzjonalià ekwivalenti. |
|
(2) |
L-enerġija użata minn vacuum cleaners tammonta għal parti sinifikanti tad-domanda totali tal-enerġija fl-Unjoni. Il-kamp tal-applikazzjoni biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tal-vacuum cleaners huwa sostanzjali. |
|
(3) |
Vacuum cleaners li jnaddfu l-likwidi, dawk li jnaddfu l-likwidi u fix-xott, dawk robot, industrijali, dawk ċentrali u li jaħdmu bil-batterija u magni li jillustraw l-art u vacum cleaners għal barra kollha għandhom karatteristiċi partikolari u għalhekk għandhom jiġu eżentati mill-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
L-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta għandha tinkiseb bis-saħħa ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti inkluż, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (2). |
|
(5) |
Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta tal-vacuum cleaners. |
|
(6) |
Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti fir-rigward tad-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda għall-vacuum cleaners. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament għandu jispeċifika wkoll ir-rekwiżiti fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-bejgħ mill-bogħod, għar-reklami u għall-materjal promozzjonali tekniku tal-vacuum cleaners. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jsir provvediment għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp tal-applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-għoti ta' informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għal vacuum cleaners li jitqabbdu mal-mejn tal-elettriku, inklużi vacuum cleaners ibridi.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
|
(a) |
vacuum cleaners li jnaddfu l-likwidi, dawk li jnaddfu l-likwidi u fix-xott, dawk li jaħdmu bil-batterija, dawk robot, industrijali, jew ċentrali; |
|
(b) |
magni li jillustraw l-art; |
|
(c) |
vacuum cleaners għal barra. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
"vacuum cleaner" tfisser apparat li jneħħi l-ħmieġ minn fuq wiċċ li jeħtieġ jitnaddaf permezz ta' fluss tal-arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata fl-unità; |
|
2. |
"vacuum cleaners ibridi" tfisser vacuum cleaner li jista' jitħaddem kemm bil-mejn tal-elettriku u bil-batteriji; |
|
3. |
"vacuum cleaner li jnaddaf il-likwidi" tfisser vacuum cleaner li jneħħi materjal niexef u/jew imxarrab (ħmieġ) minn fuq wiċċ bl-applikazzjoni ta' deterġent b'bażi tal-ilma jew ta' stim fuq il-wiċċ li jeħtieġ jitnaddaf, u jneħħieh, flimkien mal-ħmieġ permezz ta' fluss ta' arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata fl-unità, inklużi tipi magħrufin l-aktar bħala spray-extraction vacuum cleaners; |
|
4. |
"vacuum cleaner li jnaddaf il-likwidi u fix-xott" tfisser vacuum cleaner imfassal sabiex ineħħi volum ta' aktar minn 2,5 litri, ta' likwidu, flimkien mal-funzjonalità ta' vacuum cleaner li jnaddaf fix-xott; |
|
5. |
"vacuum cleaner li jnaddaf fix-xott" tfisser vacuum cleaner imfassal biex ineħħi ħmieġ li huwa prinċipalment xott (trab, fibra, ħjut), inklużi tipi mgħammra b’żennuna attiva li taħdem bil-batterija; |
|
6. |
"żennuna attiva li taħdem bil-batteriji" tfisser parti fit-tarf li jnaddaf, fornuta b'tagħmir li jiċċaqlaq u li jaħdem bil-batteriji biex jgħin fit-tneħħija tal-ħmieġ; |
|
7. |
"vacuum cleaner li jaħdem bil-batteriji" tfisser vacuum cleaner li jaħdem bil-batteriji biss; |
|
8. |
"vacuum cleaner robot" tfisser vacuum cleaner li jaħdem bil-batteriji li jkun kapaċi jaħdem mingħajr intervent mill-bniedem f'perimetru definit, li jikkonsisti f’parti mobbli u stazzjon fiss u/jew aċċessorji oħra biex jgħinu fit-tħaddim tiegħu; |
|
9. |
"vacuum cleaner industrijali" tfisser vacuum cleaner iddisinjat biex ikun parti minn proċess ta' produzzjoni, iddisinjat għat-tneħħija ta' materjal perikoluż, iddisinjat għat-tneħħija ta' materjal skabruż mill-industriji tal-bini, funderiji, minjieri jew mill-industriji tal-ikel, bħala parti minn magni jew għodod industrijali u/jew vacuum cleaner industrijali b’tarf wiesa' aktar minn 0,50 m; |
|
10. |
"vacuum cleaner kummerċjali" tfisser vacuum cleaner għal skopijiet ta' tindif professjonali u maħsub biex jintuża minn persuni sekulari, persunal tat-tindif jew naddafa li jaħdmu b'kuntratt, f'uffiċini, ħwienet, sptarijiet u ambjenti tal-lukandi, iddikjarati fid-Dikjarazzjoni tal-Konformità mill-manifattur bħala tali li jappartjenu għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
|
11. |
"vacuum cleaner ċentrali" tfisser vacuum cleaner bis-sors tal-pressjoni baxxa b'lokazzjoni fissa (ma tiċċaqqlaqx) u bil-konnessjonijiet tal-pajp (il-hose) impoġġijja f'pożizzjonijiet fissi fil-bini; |
|
12. |
"magna li tillostra l-art" tfisser tagħmir elettriku li huwa mfassal biex jipproteġi, jillixxa u/jew jagħmel ċerti tipi ta’ art tleqq, ġeneralment imħaddem flimkien ma' lostru li jkun jingħorok fuq l-art permezz tal-apparat u normalment mgħammar ukoll b’funzjonalità awżiljarja ta' vacuum cleaner; |
|
13. |
"vacuum cleaner għal barra" tfisser apparat li huwa mfassal għall-użu barra sabiex jiġbor f'kontenitur apposta terrapien bħal biċċiet tal-ħaxix u weraq permezz ta' fluss ta' arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata fl-unità u li jista’ jinkludi apparat tat-tqattigħ u li jista' jintuża wkoll bħala blower. |
|
14. |
"vacuum cleaner ta' daqs sħiħ li jaħdem bil-batteriji" tfisser vacuum cleaner li jaħdem bil-batteriji, li meta jkun iċċarġjat għal kollox, jista' jnaddaf art b'erja ta' 15 m2 bl-applikazzjoni ta’ żewġ daqqiet doppji għal kull parti ta' art mingħajr iċċarġjar mill-ġdid; |
|
15. |
"vacuum cleaner bl-ilma bħala filter" tfisser vacuum cleaner li jnaddaf fix-xott u li juża aktar minn 0,5 litru ilma bħala l-mezz ewlieni tal-iffiltrar, fejn l-arja miġbuda hija sfurzata tgħaddi mill-ilma biex b'hekk il-materjal niexef jinqabad fl-ilma kif ikun għaddej; |
|
16. |
"vacuum cleaner għad-djar" tfisser vacuum cleaner maħsuba għall-użu fid-djar jew f'sitwazzjonijiet domestiċi, iddikjarat mill-manifattur bħala tali fid-Dikjarazzjoni tal-Konformità li tikkonċerna d-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
17. |
"vacuum cleaner bi skopijiet ġenerali" tfisser vacuum cleaner li jiġi b’żennuna fissa jew tal-anqas b'żennuna waħda li tinqala' maħsub għat-tindif kemm ta' twapet kif ukoll ta' art iebsa, jew fornuta bit-tnejn li huma jiġifieri tal-anqas b’żennuna waħda li tinqala' mfassla speċifikament għat-tindif tat-twapet u tal-anqas żennuna waħda li tinqala' għat-tindif ta' art iebsa; |
|
18. |
"vacuum cleaner għal art iebsa" tfisser vacuum cleaner fornut b'żennuna fissa mfassla speċifikament għat-tindif ta' art iebsa, jew fornut biss b'żennuna waħda li tinqala' jew aktar, imfasslin speċifikament għat-tindif ta' art iebsa; |
|
19. |
"vacuum cleaner għat-twapet" tfisser vacuum cleaner fornut b'żennuna fissa mfassla speċifikament għat-tindif tat-twapet, jew fornut biss b'żennuna waħda jew aktar li tinqala' imfasslin speċifikament għat-tindif tat-twapet; |
|
20. |
"vacuum cleaner ekwivalenti" tfisser mudell ta' vacuum cleaner li jitqiegħed fis-suq u jkollu l-istess potenza input, l-istess konsum annwali ta' enerġija, l-istess trab miġbur mit-twapet u minn fuq art iebsa, l-istess emissjoni mill-ġdid tat-trab, l-istess livell fil-qawwa tal-ħoss, l-istess durabilità tal-pajp u l-istess ħajja tal-mutur operazzjonali bħal mudell ieħor ta' vacuum cleaner li jitqiegħed fis-suq mill-istess manifattur imma b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti. |
Artikolu 3
Responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien
1. Il-fornituri għandhom jiżguraw li mill-1 ta' Settembru 2014:
|
(a) |
kull vacuum cleaner ikun fornut b'tikketta stampata fil-format u bil-kontenut kif stipulat fl-Anness II; |
|
(b) |
tkun disponibbli skeda tal-prodott, kif stabbilit fl-Anness III; |
|
(c) |
id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness IV, tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq talba tagħhom |
|
(d) |
jekk tkun qed tingħata informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kull reklamar għal mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner għandu jindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; |
|
(e) |
kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni dwar mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner li tiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ dak il-mudell. |
2. Il-format tat-tikketta stipulata fl-Anness II se japplika skont l-iskeda li ġejja:
|
(a) |
għal vacuum cleaners li tqiegħdu fis-suq mill-1 ta' Settembru 2014 it-tikketti għandhom ikunu skont it-tikketta 1 tal-Anness II; |
|
(b) |
għal vacuum cleaners li tqiegħdu fis-suq mill-1 ta' Settembru 2017 it-tikketti għandhom ikunu skont it-tikketta 2 tal-Anness II. |
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tan-negozjanti
In-negozjantigħandhom jiżguraw li mill-1 ta' Settembru 2014:
|
(a) |
Kull mudell ippreżentat fil-punt tal-bejgħ għandu tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3 li tidher fuq barra tal-apparat jew imdendla miegħu b'mod li tkun viżibbli b'mod ċar; |
|
(b) |
il-vacuum cleaners offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs f’postijiet fejn l-utent aħħari ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri, kif speċifikat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/30/UE, jiġu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni pprovduta mill-fornituri skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament; |
|
(c) |
jekk tkun qed tingħata informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kull reklamar għal mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner għandu jindika l-informazzjoni dwar il-prezz jew il-klassi tal-effiċjenza enerġetika; |
|
(d) |
kwalunkwe materjal tekniku ta' pubbliċità dwar mudell speċifiku ta' vacuum cleaner li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' dak il-mudell. |
Artikolu 5
Metodi ta' kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VI.
Artikolu 6
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness VII meta jevalwaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, il-klassijiet tal-prestazzjoni tat-tindif, il-klassi tal-emissjoni mill-ġdid tat-trab, il-konsum annwali tal-enerġija u l-livell tal-qawwa tal-ħoss iddikjarati.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ. Ir-reviżjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fl-Anness VII, jekk il-vacuum cleaners ta' daqs sħiħ li jaħdmu bil-batteriji għandhomx ikunu inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni u jekk hux vijabbli li jintużaw metodi ta' kejl għall-konsum annwali tal-enerġija, għat-trab miġbur u għall-emissjoni mill-ġdid tat-trab li huma bbażati fuq kejl b'kontenitur parzjalment mimli pjuttost milli b’kontenitur vojt.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Dan ir-Regolament għandu japplika għal vacuum cleaners bl-ilma bħala filters mill-1 ta' Settembru 2017.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(2) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
ANNESS I
Il-klassijiet għall-effiċjenza enerġetika, il-prestazzjoni tat-tindif u l-emissjoni mill-ġdid tat-trab
1. Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' vacuum cleaner għandha tkun iddeterminata skont il-konsum annwali tagħha tal-enerġija kif stipulat fit-Tabella 1. Il-konsum annwali tal-enerġija ta’ vacuum cleaner għandu jkun iddeterminat skont l-Anness VI.
Tabella 1
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
|
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika |
Konsum annwali tal-enerġija (AE) [kWh/sena] |
|
|
It-tikketta numru 1 |
It-tikketta numru 2 |
|
|
A+++ |
Mhux applikabbli |
AE ≤ 10,0 |
|
A++ |
Mhux applikabbli |
10,0 < AE ≤ 16,0 |
|
A+ |
Mhux applikabbli |
16,0 < AE ≤ 22,0 |
|
A |
AE ≤ 28,0 |
22,0 < AE ≤ 28,0 |
|
B |
28,0 < AE ≤ 34,0 |
28,0 < AE ≤ 34,0 |
|
C |
34,0 < AE ≤ 40,0 |
34,0 < AE ≤ 40,0 |
|
D |
40,0 < AE ≤ 46,0 |
AE > 40,0 |
|
E |
46,0 < AE ≤ 52,0 |
Mhux applikabbli |
|
F |
52,0 < AE ≤ 58,0 |
Mhux applikabbli |
|
G |
AE > 58,0 |
Mhux applikabbli |
2. Klassijiet tal-prestazzjoni tat-tindif
Il-klassi tal-prestazzjoni tat-tindif ta' vacuum cleaner għandha tiġi ddeterminata skont it-trab miġbur (dpu) tagħha kif stipulat fit-Tabella 2. It-trab miġbur ta' vacuum cleaner għandu jkun iddeterminat skont l-Anness VI.
Tabella 2
Klassijiet tal-prestazzjoni tat-tindif
|
Klassi tal-prestazzjoni tat-tindif |
Trab miġbur minn fuq tapit (dpuc ) |
Trab miġbur minn fuq art iebsa (dpuhf ) |
|
A |
dpuc ≥ 0,91 |
dpuhf ≥ 1,11 |
|
B |
0,87 ≤ dpuc < 0,91 |
1,08 ≤ dpuhf < 1,11 |
|
C |
0,83 ≤ dpuc < 0,87 |
1,05 ≤ dpuhf < 1,08 |
|
D |
0,79 ≤ dpuc < 0,83 |
1,02 ≤ dpuhf < 1,05 |
|
E |
0,75 ≤ dpuc < 0,79 |
0,99 ≤ dpuhf < 1,02 |
|
F |
0,71 ≤ dpuc < 0,75 |
0,96 ≤ dpuhf < 0,99 |
|
G |
dpuc < 0,71 |
dpuhf < 0,96 |
3. Emissjoni mill-ġdid tat-trab
Il-klassi tal-emissjoni mill-ġdid tat-trab ta' vacuum cleaner għandha tiġi ddeterminata skont l-emissjoni mill-ġdid tat-trab tagħha kif stabbilit fit-Tabella 3. L-emissjoni mill-ġdid tat-trab ta' vacuum cleaner għandu jkun iddeterminat skont l-Anness VI.
Tabella 3
Emissjoni mill-ġdid tat-trab
|
Klassi tal-emissjoni mill-ġdid tat-trab |
Emissjoni mill-ġdid tat-trab (dre) |
|
A |
dre ≤ 0,02 % |
|
B |
0,02 % < dre ≤ 0,08 % |
|
C |
0,08 % < dre ≤ 0,20 % |
|
D |
0,20 % < dre ≤ 0,35 % |
|
E |
0,35 % < dre ≤ 0,60 % |
|
F |
0,60 % < dre ≤ 1,00 % |
|
G |
dre > 1,00 % |
ANNESS II
It-tikketta
1. IT-TIKKETTA NUMRU 1
1.1. Vacuum cleaners bi skopijiet ġenerali
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
I, II
III
IV
V, VIII
VI, VII
665/2013 - I
|
I. |
L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali; |
|
II. |
L-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, fejn l-"identifikatur tal-mudell" tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur; |
|
III. |
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif stipulata fl-Anness I; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-vacuum cleaner għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika relevanti; |
|
IV. |
Il-medja tal-konsum annwali tal-enerġija, kif iddefinit fl-Anness VI; |
|
V. |
Il-klassi tal-emissjoni mill-ġdid tat-trab, iddeterminata skont l-Anness I; |
|
VI. |
Il-klassi tal-prestazzjoni tat-tindif ta' tapit, iddeterminata skont l-Anness I; |
|
VII. |
Il-klassi tal-prestazzjoni tat-tindif ta' art iebsa, iddeterminata skont l-Anness I; |
|
VIII. |
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, kif iddefinit fl-Anness VI. |
Id-disinn tat-tikketti għandu jkun skont il-punt 4.1 ta' dan l-Anness. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata "ekotikketta tal-UE" skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista’ tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
1.2. Vacuum cleaners għal art iebsa
I, II
III
IV
V, VIII
VI, VII
665/2013 - I
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
|
I. |
L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali; |
|
II. |
L-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, fejn l-"identifikatur tal-mudell" tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur; |
|
III. |
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif stipulata fl-Anness I; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-vacuum cleaner għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika relevanti; |
|
IV. |
Il-medja tal-konsum annwali tal-enerġija, kif iddefinit fl-Anness VI; |
|
V. |
Il-klassi tal-emissjoni mill-ġdid tat-trab, iddeterminata skont l-Anness I; |
|
VI. |
Is-sinjal tal-esklużjoni; |
|
VII. |
Il-klassi tal-prestazzjoni tat-tindif ta' art iebsa, iddeterminata skont l-Anness I; |
|
VIII. |
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, kif iddefinit fl-Anness VI. |
Id-disinn tat-tikketti għandu jkun skont il-punt 4.2 ta' dan l-Anness. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata "ekotikketta tal-UE" skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
1.3. Vacuum cleaners tat-twapet
I, II
III
IV
V, VIII
VI, VII
665/2013 - I
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
|
I. |
Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali; |
|
II. |
L-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, fejn l-"identifikatur tal-mudell" tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ vacuum cleaner minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur; |
|
III. |
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif stipulata fl-Anness I; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-vacuum cleaner għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika relevanti; |
|
IV. |
Il-medja tal-konsum annwali tal-enerġija, kif iddefinit fl-Anness VI; |
|
V. |
Il-klassi tal-emissjoni mill-ġdid tat-trab, iddeterminata skont l-Anness I; |
|
VI. |
Il-klassi tal-prestazzjoni tat-tindif tat-twapet, iddeterminata skont l-Anness I; |
|
VII. |
Is-sinjal tal-esklużjoni; |
|
VIII. |
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, kif iddefinit fl-Anness VI. |
Id-disinn tat-tikketti għandu jkun skont il-punt 4.3 ta' dan l-Anness. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata "ekotikketta tal-UE" skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
2. IT-TIKKETTA NUMRU 2
2.1. Vacuum cleaners bi skopijiet ġenerali
I, II
III
IV
V, VIII
VI, VII
665/2013 - II
L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1.1 għandha tiġi inkluża f'din it-tikketta.
Id-disinn tat-tikketti għandu jkun skont il-punt 4.1 ta' dan l-Anness. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata "ekotikketta tal-UE" skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
2.2. Vacuum cleaners għal art iebsa
I, II
III
IV
V, VIII
VI, VII
665/2013 - II
L-informazzjoni li mniżżla fil-punt 1.2 għandha tiġi inkluża f'din it-tikketta:
Id-disinn tat-tikketti għandu jkun skont il-punt 4.2 ta' dan l-Anness. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata "ekotikketta tal-UE" skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta tal-UE.
2.3. Vacuum cleaners għat-twapet
I, II
III
IV
V, VIII
VI, VII
665/2013 - II
L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1.3 għandha tiġi inkluża fit-tikketta.
Id-disinn tal-ekotikketta għandu jkun skont il-punt 4.3 ta' dan l-Anness. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata "ekotikketta tal-UE" skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta
3. DISINN TAT-TIKKETTA
3.1. Id-disinn tat-tikketti għal vacuum cleaners bi skopijiet ġenerali għandhom ikunu dawn li ġejjin:
665/2013 - I
Fejn:
|
(a) |
It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 75 mm u għolja 150 mm. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet. |
|
(b) |
L-isfond għandu jkun abjad. |
|
(c) |
Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK – cyan (blu jagħti fl-aħdar), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed. |
|
(d) |
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn t’hawn fuq):
|
3.2. Id-disinn tat-tikketti għal vacuum cleaners għal art iebsa għandu jkunu dan li ġej:
665/2013 - I
Fejn:
Id-deskrizzjoni tad-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 4.1 ta' dan l-Anness ħlief għall-punt Numru 9 fejn għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
|
|
Prestazzjoni tat-tindif fuq it-tapit:
|
3.3. Id-disinn tat-tikketti għal vacuum cleaners għat-twapet għandu jkunu dan li ġej:
665/2013 - I
Fejn:
Id-deskrizzjoni tad-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 4.1 ta' dan l-Anness ħlief għall-punt Numru 10 fejn għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
|
|
Prestazzjoni tat-tindif fuq art iebsa:
|
ANNESS III
L-iskeda
|
1. |
It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-vacuum cleaner għandu jingħata fl-ordni li ġejja u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:
|
|
2. |
Skeda ta’ prodott waħda tista’ tkopri għadd ta’ mudelli ta’ vacuum cleaners fornuti mill-istess fornitur. |
|
3. |
L-informazzjoni mogħtija fl-iskeda tista’ tingħata fil-forma ta’ kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u iswed. Meta dan ikun il-każ, għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 li ma tkunx diġà tidher fuq it-tikketta. |
ANNESS IV
Dokumentazzjoni teknika
|
1. |
Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3 għandha tinkludi:
|
|
2. |
Fejn l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell ta' vacuum cleaner partikolari tkun inkisbet permezz ta' kalkolu abbażi ta' ta' vacuum cleaner ekwivalenti, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta' dawn il-kalkoli u tat-testijiet imwettqa mill-fornituri biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta' vacuum cleaners ekwivalenti fejn l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi. |
|
3. |
L-informazzjoni li tinsab f'din id-dokumentazzjoni teknika tista' tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE. |
ANNESS V
It-tagħrif li għandu jingħata f’każijiet fejn l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri
|
1. |
It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:
|
|
2. |
Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness III. |
|
3. |
Id-daqs u t-tipa li bihom jiġi stampat jew muri t-tagħrif kollu msemmi f’dan l-Anness għandhom ikunu jistgħu jinqraw. |
ANNESS VI
Il-metodi tal-kejl u l-kalkolu
1. Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom jitwettqu permezz ta' proċedura ta' kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta' kejl u kalkolu l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi armonizzati stipulati f'dokumenti li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri stabbilit b'dan l-Anness.
2. Definizzjonijiet tekniċi
|
(a) |
"test tal-art iebsa" tfisser test ta' żewġ ċikli tat-tindif fejn it-tarf li jnaddaf tal-vacuum cleaner li jkun qed jopera fuq il-ġbid massimu jgħaddi minn fuq folja tal-injam bħala żona tat-test bl-istess wisa’ daqs it-tarf li jnaddaf u b'tul xieraq, li huwa test ta' fil dijagonali (45°), fejn jiġu mkejla u rreġistrati kontinwament b'rata xierqa tal-kampjun, iż-żmien li jgħaddi, il-konsum tal-elettriku u l-pożizzjoni relattiva taċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf maż-żona tat-test u fejn x'ħin jispiċċa kull ċiklu ta' tindif jiġi vvalutat b'mod xieraq in-nuqqas fil-massa tal-fil tat-test; |
|
(b) |
"fil tat-test" tfisser inserzjoni f'forma ta’ U, u li tista' tinqala', ta' dimensjonijiet adattati li jimtlew bi trab artifiċjali fil-bidu ta' ċiklu ta' tindif; |
|
(c) |
"test tat-twapet" tfisser test b'ammont xieraq ta' ċikli ta' tindif fuq pjattaforma tat-test b'tapit Wilton fejn it-tarf li jnaddaf tal-vacuum cleaner li jkun qed jopera fuq il-ġbid massimu jgħaddi minn fuq l-erja tat-test li tkun tal-istess wisa’ daqs it-tarf li jnaddaf u b'tul xieraq, maħmuġ bi trab imdeffes apposta għat-test u mqassam indaqs u f'ammont medju, fejn jiġu mkejla u rreġistrati kontinwament b'rata xierqa tal-kampjun, iż-żmien li jgħaddi, il-konsum tal-elettriku u l-pożizzjoni relattiva taċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf maż-żona tat-test u fejn x'ħin jispiċċa kull ċiklu ta' tindif jiġi vvalutat b'mod xieraq iż-żieda fil-massa tal-kontenitur tat-trab tal-apparat; |
|
(d) |
"il-wisa' tat-tarf li jnaddaf" f'm, bi preċizzjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, tfisser il-wisa’massimu estern tat-tarf li jnaddaf; |
|
(e) |
"ċiklu tat-tindif" tfisser sekwenza ta' ħames(5) daqqiet doppji bil-vacuum cleaner fuq erja speċifika ta' art għat-test ("tapit" jew "art iebsa"); |
|
(f) |
"daqqa doppja" tfisser moviment parallel wieħed 'l quddiem u wieħed b'lura bit-tarf li jnaddaf, imwettaq b'veloċita uniformi tad-daqqa tat-test u b'tul speċifikat għad-daqqa tat-test; |
|
(g) |
"veloċita tad-daqqa tat-test" f’m/h tfisser il-veloċità adegwata għall-ittestjar tat-tarf li jnaddaf, preferibbilment magħmula minn operatur elettromekkaniku. Prodotti bi truf li jnaddfu li jduru weħidhom għandhom jippruvaw jaslu qrib kemm jista' jkun tal-veloċità xierqa, iżda hija permessa devjazzjoni meta jkun iddikjarat hekk b'mod ċar fid-dokumentazzjoni teknika; |
|
(h) |
"tul tad-daqqa tat-test" f’m tfisser it-tul tal-erja tat-test flimkien mad-distanza koperta miċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf meta mmexxi fuq iż-żoni ta' aċċelerazzjoni xierqa qabel u wara l-erja tat-test; |
|
(i) |
"it-trab miġbur" (dpu), bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, tfisser il-proporzjon tal-massa artifiċjali mingħajr trab, iddeterminat għal tapit permezz taż-żieda fil-massa tal-kontenitur tat-trab tal-apparat, u għal art iebsa permezz tat-tnaqqis fil-massa tat-test tal-fil, wara għadd ta' daqqiet doppji bit-tarf li jnaddaf fuq il-massa ta' trab artifiċjali inizjalment applikata fuq l-erja tat-test, għal korrezzjoni tat-tapit għall-kundizzjonijiet speċifiċi tat-test u għall-korrezzjoni tal-art iebsa għat-tul u l-pożizzjonar tat-test tal-fil; |
|
(j) |
"sistema ta' vacuum cleaner ta' referenza" tfisser tagħmir tal-laboratorju li jaħdem bl-elettriku użat biex jitkejjel it-trab miġbur ta' referenza u kalibrat minn fuq it-twapet b'parametri relatati tal-arja biex tittejjeb ir-riproduċibilità tar-riżultati tat-test; |
|
(k) |
"il-qawwa ta' input nominali" f’W tfisser il-potenza elettrika input iddikjarata mill-manifattur, fejn għal apparat li jista' jintuża wkoll għal għanijiet oħra għajr dawk ta' tindif bil-vakum, tapplika biss il-potenza elettrika input rilevanti għat-tindif bil-vakum; |
|
(l) |
"emissjoni mill-ġdid tat-trab" tfisser il-proporzjon, espress bħala persentaġġ bi preċiżjoni sa żewġ (2) ċifri wara l-punt deċimali, tal-għadd ta' partikuli kollha ta' trab ta' daqs minn 0,3 sa 10 μm li joħorġu minn vacuum cleaner mal-għadd ta' partikuli kollha ta' trab tal-istess firxa ta' daqs li jidħlu fid-daħla minn fejn tinġibed l-arja, meta pprovduta b'ammont speċifiku ta' trab ta' dik il-firxa ta' daqs ta' partikuli. Il-valur ma jinkludix biss it-trab imkejjel fl-iżbokk tal-vacuum cleaner iżda wkoll it-trab imtajjar xi mkien ieħor jew minn tnixxijiet, jew iġġenerat mill-vacuum cleaner stess; |
|
(m) |
"il-livell tal-qawwa tal-ħoss" tfisser l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja, espress f'dB(A) re 1 pW u aġġustat għall-eqreb numru sħiħ. |
3. Konsum annwali tal-enerġija
Il-konsum annwali tal-enerġija AE jiġi kkalkulat, f'kWh/sena u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, kif ġej:
|
|
għal vacuum cleaners tat-twapet:
|
|
|
għal vacuum cleaners għal art iebsa:
|
|
|
għal vacuum cleaners bi skopijiet ġenerali:
|
Fejn:
|
— |
ASEc hija l-medja tal-konsum tal-enerġija speċifika f'Wh/m2 matul it-test tat-tapit, ikkalkulat kif previst hawn taħt; |
|
— |
ASEhf hija l-medja tal-konsum tal-enerġija speċifika f'Wh/m2 matul it-test tal-art iebsa, ikkalkulat kif previst hawn taħt; |
|
— |
dpuc huwa t-trab miġbur minn fuq it-tapit, iddeterminat skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness; |
|
— |
dpuhf huwa t-trab miġbur minn fuq art iebsa, iddeterminat skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness; |
|
— |
l-għadd standard ta' kompiti ta' tindif fis-sena huwa 50; |
|
— |
il-wiċċ li jitnaddaf f'abitazzjoni standard f'm2 huwa 87 |
|
— |
l-għadd standard ta' drabi li vacuum cleaner jgħaddi minn fuq kull punt fl-art huwa 4 (żewġ daqqiet doppji); |
|
— |
il-fattur ta' konverżjoni minn Wh għal kWh huwa 0,001; |
|
— |
l-istandard tat-trab miġbur huwa 1; |
|
— |
id-differenza standard bejn it-trab miġbur wara ħames u wara żewġ daqqiet doppji hija 0,20. |
Il-medja tal-konsum tal-enerġija speċifika (ASE)
Il-medja tal-konsum tal-enerġija speċifika matul it-test tat-tapit (ASEc ) u matul it-test tal-art iebsa (ASEhf ) għandha tiġi ddeterminata bħala medja tal-konsum speċifiku tal-enerġija (SE) tal-għadd ta’ ċikli ta' tindif li jikkostitwixxu t-test tat-tapit u tal-art iebsa rispettivament.. L-ekwazzjoni ġenerali għall-konsum speċifiku ta’ enerġija SE fl-erja tat-test f'Wh/m2, bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, applikabbli għal vacuum cleaners tat-twapet, tal-art iebsa u għal dawk bi skopijiet ġenerali bis-suffissi xierqa, huwa:
Fejn:
|
— |
P huwa l-medja tal-qawwa f’W, bi preċiżjoni sat-tieni (2) ċifra wara l-punt deċimali, matul iż-żmien f'ċiklu ta' tindif li ċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf ikun miexi fuq l-erja tat-test; |
|
— |
NP huwa l-qawwa medja ekwivalenti f’W, bi preċiżjoni sat-tieni (2) ċifra wara l-punt deċimali, ta' żennuni attivi li jaħdmu bil-batteriji, jekk hemm, tal-vacuum cleaner, ikkalkulat kif jidher hawn taħt; |
|
— |
t huwa l-ħin totali f'sigħat, bi preċiżjoni sar-raba' (4) ċifra wara l-punt deċimali, f’ċiklu ta' tindif waqt li ċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf, jiġifieri punt fin-nofs bejn il-ġenb, quddiem u wara tat-tarf li jnaddaf, ikun miexi fuq l-erja tat-test; |
|
— |
A huwa l-erja tal-wiċċ f'm2, bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, mgħoddija mit-tarf li jnaddaf f'ċiklu ta' tindif, ikkalkulata bħala 10 darbiet il-prodott tal-wisa' tat-tarf li jnaddaf u t-tul xieraq tal-erja tat-test. Jekk vacuum cleaner domestika għandu tarf li jnaddaf usa' minn 0,320 m, allura ċ-ċifra ta' 0,320 m għandha tkun sostitwita għal wisa' tat-tarf li jnaddaf f'din il-kalkolazzjoni. |
Għal testijiet tal-art iebsa s-suffiss hf u l-ismijiet tal-parametri SEhf, Phf, NPhf, thf u Ahf għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq. Għal testijiet tat-twapet is-suffiss c u l-ismijiet tal-parametri SEc, Pc, NPc, tc u Ac għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq. Għal kull wieħed miċ-ċikli ta' tindif, il-valuri SEhf, Phf, NPhf, thf , Ahf u/jew SEc, Pc, NPc, tc , Ac , kif applikabbli, għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.
L-ekwivalenti tal-qawwa f'żennuni attivi li jaħdmu bil-batteriji (NP)
L-ekwazzjoni ġenerali għall-medja tal-ekwivalenti tal-qawwa f'żennuni attivi li jaħdmu bil-batteriji NP f'W, applikabbli għal vacuum cleaners tat-twapet, tal-art iebsa u għal dawk bi skopijiet ġenerali bis-suffissi xierqa, huwa:
Fejn:
|
— |
E huwa l-konsum tal-elettriku meħtieġ, f'Wh bi preċizzjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, biex żennuna attiva, tal-vacuum cleaner, li taħdem bil-batterija terġa' tiċċarġja l-batterija kompletament sal-istat oriġinali tagħha wara ċiklu ta' tindif; |
|
— |
tbat huwa l-ħin totali f'sigħat, bi preċiżjoni sar-raba' (4) ċifra wara l-punt deċimali, f'ċiklu ta' tindif li fih iż-żennuna attiva, tal-vacuum cleaner, li taħdem bil-batterija tiġi attivata, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
Fil-każ li l-vacuum cleaner ma jkunx mgħammar b'żennuna attiva li taħdmu bil-batterija il-valur ta' NP ikun żero.
Għal testijiet tal-art iebsa s-suffiss hf u l-ismijiet tal-parametri NPhf, Ehf, tbathf għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq. Għat-testijiet tat-twapet is-suffiss c u l-ismijiet tal-parametri NPc, Ec, tbatc għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta' hawn fuq. Għal kull wieħed miċ-ċikli ta' tindif, il-valuri ta’ Ehf, tbathf u/jew Ec, tbatc , kif applikabbli, għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.
4. It-trab miġbur
It-trab miġbur minn fuq art iebsa (dpuhf ) għandu jkun iddeterminat bħala l-medja tar-riżultati taż-żewġ ċikli tat-tindif f'test tal-art iebsa.
It-trab miġbur minn fuq tapit (dpuc ) għandu jkun iddeterminat bħala l-medja tar-riżultati taċ-ċikli tat-tindif f'test tat-twapet. Għall-korrezzjoni tad-devjazzjonijiet mill-proprjetajiet oriġinali tat-test tat-twapet, it-trab miġbur minn fuq it-tapit (dpuc ) għandu jkun ikkalkolat kif ġej:
Fejn:
|
— |
dpum huwa t-trab miġbur mill-vacuum cleaner imkejjel; |
|
— |
dpucal huwa t-trab miġbur tas-sistema ta' vacuum cleaner ta’ referenza mkejjel meta t-test tat-twapet kien f’kundizzjoni oriġinali; |
|
— |
dpuref huwa t-trab miġbur mis-sistema ta' vacuum cleaner ta' referenza u mkejjel; |
Il-valuri ta’ dpum , għal kull wieħed miċ-ċikli ta' tindif, dpuc, dpucal u dpuref għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.
5. Emissjoni mill-ġdid tat-trab
L-emissjoni mill-ġdid tat-trab għandha titkejjel meta l-vacuum cleaner ikun qed jaħdem fuq l-ogħla influss ta' arja.
6. Il-livell tal-qawwa tal-ħoss
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss għandu jkun iddeterminat fuq it-tapit.
7. Vacuum cleaners ibridi
Għal vacuum cleaners ibridi l-kejl kollu għandu jiġi esegwit mal-vacuum cleaner li jaħdem permezz tal-mejn tal-elettriku u ma' kwalunkwe żennuna attiva li taħdem bil-batterija biss.
ANNESS VII
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja:
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss għal kull mudell. |
|
2. |
Il-mudell tal-vacuum cleaner għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli jekk il-valuri u l-klassijiet li jidhru fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-prodott jikkonformaw mal-valuri fid-dokumentazzjoni teknika u jekk l-ittestjar tal-parametri rilevanti tal-mudell elenkat fit-Tabella 4 juri konformità għal dawk il-parametri kollha. |
|
3. |
F'każ li ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell magħżula b'mod każwali Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta' mudell wieħed jew aktar li jkunu ġew elenkati bħala vacuum cleaner ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur. |
|
4. |
Il-mudell tal-vacuum cleaner għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli jekk l-ittestjar tal-parametri tal-mudell relevanti elenkat fit-Tabella 4 juri konformità għal dawk il-parametri kollha. |
|
5. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli kollha ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala mhux konformi ma' dan ir-Regolament. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stipulati fl-Anness VI.
It-tolleranzi tal-verifika definiti f’dan l-Anness jirreferu biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa fuq il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fl-iskeda tal-prodott ma għandhomx jiffavorixxu lill-fornitur iktar mill-valuri rraportati fid-dokumentazzjoni teknika.
Tabella 4
|
Parametru |
Tolleranzi tal-verifika |
|
Konsum annwali tal-enerġija |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex aktar minn 10 % ogħla mill-valur iddikjarat. |
|
It-trab miġbur minn fuq it-twapet |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex aktar minn 0,03 anqas mill-valur iddikjarat. |
|
It-trab miġbur minn fuq l-art iebsa |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex aktar minn 0,03 anqas mill-valur iddikjarat. |
|
Emissjoni mill-ġdid tat-trab |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex aktar minn 15 % ogħla mill-valur iddikjarat. |
|
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex ogħla mill-valur iddikjarat. |
(1) il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 3.
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 666/2013
tat-8 ta’ Lulju 2013
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi. |
|
(2) |
L-Artikolu 16(2), tad-Direttiva 2009/125/KE jistipula li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżuri ta’ implimentazzjoni għal apparat domestiku, inklużi vacuum cleaners. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ vacuum cleaners li tipikament jintużaw fid-djar u f’bini kummerċjali. L-istudju tħejja flimkien mal-partijiet interessati tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(4) |
Vacuum cleaners li jnaddfu l-likwidi, dawk li jnaddfu l-likwidi u fix-xott, dawk robot, industrijali, dawk ċentrali u li jaħdmu bil-batterija u magni li jillustraw l-art u vacum cleaners għal barra kollha għandhom karatteristiċi partikolari u għalhekk għandhom jiġu eżentati mill-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(5) |
L-aspetti ambjentali tal-prodotti koperti, identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, huma l-konsum tal-enerġija waqt l-użu, it-trab miġbur, l-emissjoni mill-ġdid tat-trab, l-istorbju (il-livell tal-qawwa tal-ħoss) u d-durabilità. Ġie stmat li fl-Unjoni, il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament kien ta’ 18 TWh, fl-2005. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi dan mistenni jiżdied għal 34 TWh fl-2020. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija mill-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti. |
|
(6) |
L-istudju ta’ tħejjija juri li r-rekwiżiti dwar parametri oħra tal-ekodisinn li jissemmew fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex neċessarji fil-każ ta’ vacuum cleaners. |
|
(7) |
Il-konsum tal-enerġija tal-vacuum cleaners għandu jsir aktar effiċjenti billi jiġu applikati teknoloġiji mhux proprjetarji eżistenti li huma kosteffiċjenti u li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u tat-tħaddim ta’ dawk il-prodotti. |
|
(8) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija waqt il-fażi tal-użu għandhom jikkumpensaw għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali matul il-fażi tal-produzzjoni tal-prodott u tar-rimi tiegħu. |
|
(9) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. Din l-introduzzjoni għandha ssir fi żmien fejn jistgħu jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir li diġà qiegħed fis-suq, u billi jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin u għall-manifatturi, b’mod partikolari għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu fil-ħin. |
|
(10) |
Ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament hija ppjanata li ssir fi żmien ħames (5) snin wara li jidħol fis-seħħ u f’relazzjoni ma’ żewġ dispożizzjonijiet mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2016. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Ekodisinn għal fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW (2), għandu jiġi emendat biex jeskludi fannijiet integrati f’vacuum cleaners mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu, sabiex iżommu rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-istess prodotti milli jiġu inklużi f’żewġ regolamenti separati. |
|
(12) |
Il-kejl tal-parametri relevanti tal-prodott għandu jsir permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-iktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (3). |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
|
(14) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni li tkun fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE safejn din l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(15) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi għall-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp tal-applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ vacuum cleaners li jitqabbdu mal-mejn tal-elettriku, inklużi vacuum cleaners ibridi.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
|
(a) |
vacuum cleaners li jnaddfu l-likwidi, dawk li jnaddfu l-likwidi u fix-xott, dawk li jaħdmu bil-batterija, dawk robot, industrijali, jew ċentrali; |
|
(b) |
magni li jillustraw l-art; |
|
(c) |
vacuum cleaners għal barra. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“vacuum cleaner” tfisser apparat li jneħħi l-ħmieġ minn fuq wiċċ li jeħtieġ jitnaddaf permezz ta’ fluss tal-arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata fl-unità; |
|
2. |
“vacuum cleaner ibridu” tfisser vacuum cleaner li jista’ jitħaddem kemm permezz tal-mejn tal-elettriku kif ukoll permezz ta’ batteriji; |
|
3. |
“vacuum cleaner li jnaddaf il-likwidi” tfisser vacuum cleaner li jneħħi materjal niexef u/jew imxarrab (ħmieġ) minn fuq wiċċ bl-applikazzjoni ta’ deterġent b’bażi tal-ilma jew ta’ stim fuq il-wiċċ li jeħtieġ jitnaddaf, u jneħħieh, flimkien mal-ħmieġ permezz ta’ fluss ta’ arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata fl-unità, inklużi tipi magħrufin l-aktar bħala spray-extraction vacuum cleaners; |
|
4. |
“vacuum cleaner li jnaddaf il-likwidi u fix-xott” tfisser vacuum cleaner imfassal sabiex ineħħi volum ta’ aktar minn 2,5 litri, ta’ likwidu, flimkien mal-funzjonalità ta’ vacuum cleaner li jnaddaf fix-xott; |
|
5. |
“vacuum cleaner li jnaddaf fix-xott” tfisser vacuum cleaner imfassal biex ineħħi ħmieġ li huwa prinċipalment xott (trab, fibra, ħjut), inklużi tipi mgħammra b’żennuna attiva li jaħdmu bil-batterija; |
|
6. |
“żennuna attiva li taħdem bil-batterija” tfisser parti fit-tarf li jnaddaf, fornuta b’tagħmir li jiċċaqlaq u li taħdem bil-batterija biex jgħin fit-tneħħija tal-ħmieġ; |
|
7. |
“vacuum cleaner li jaħdem bil-batterija” tfisser vacuum cleaner li jaħdem bil-batterija biss; |
|
8. |
“vacuum cleaner robot” tfisser vacuum cleaner li jaħdem bil-batterija li jkun kapaċi jaħdem mingħajr intervent mill-bniedem f’perimetru definit, li jikkonsisti f’parti mobbli u stazzjon fiss u/jew aċċessorji oħra biex jgħinu fit-tħaddim tiegħu; |
|
9. |
“vacuum cleaner industrijali” tfisser vacuum cleaner maħsub biex ikun parti minn proċess ta’ produzzjoni, iddisinjat biex ineħħi materjal perikoluż, iddisinjat biex ineħħi mases ta’ trabijiet mill-industriji tal-bini, funderiji, minjieri u tal-ikel, jew bħala parti minn magni jew għodod industrijali u/jew vacuum cleaner kummerċjali b’tarf wiesa’ aktar minn 0,50 m; |
|
10. |
“vacuum cleaner kummerċjali” tfisser vacuum cleaner għal skopijiet ta’ tindif professjonali u maħsub biex jintuża minn persuni sekulari, persunal tat-tindif jew naddafa li jaħdmu b’kuntratt, f’uffiċini, ħwienet, sptarijiet u ambjenti tal-lukandi, iddikjarati fid-Dikjarazzjoni tal-Konformità mill-manifattur bħala tali li jappartjenu għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
11. |
“vacuum cleaner ċentrali” tfisser vacuum cleaner bis-sors tal-pressjoni baxxa b’lokazzjoni fissa (ma tiċċaqlaqx) u bil-konnessjonijiet tal-pajp (il-hose) impoġġija f’pożizzjonijiet fissi fil-bini; |
|
12. |
“magna li tillostra l-art” tfisser tagħmir elettriku li huwa mfassal biex jipproteġi, jillixxa u/jew jagħmel ċerti tipi ta’ art tleqq, ġeneralment imħaddem flimkien ma’ lostru li jkun jingħorok fuq l-art permezz tat-tagħmir u normalment mgħammar ukoll b’funzjonalità awżiljarja ta’ vacuum cleaner; |
|
13. |
“vacuum cleaner għal barra” tfisser apparat li huwa mfassal għall-użu barra sabiex jiġbor f’kontenitur apposta terrapien bħal biċċiet tal-ħaxix u weraq permezz ta’ fluss ta’ arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata fl-unità u li jista’ jinkludi apparat tat-tqattigħ u li jista’ jintuża wkoll bħala blower; |
|
14. |
“vacuum cleaner ta’ daqs sħiħ li jaħdem bil-batterija” tfisser vacuum cleaner li jaħdem bil-batterija li meta jkun iċċarġjat għal kollox, jista’ jnaddaf art b’erja ta’ 15 m2 bl-applikazzjoni ta’ daqqiet doppji għal kull parti ta’ art mingħajr iċċarġjar mill-ġdid; |
|
15. |
“vacuum cleaner bl-ilma bħala filter” tfisser vacuum cleaner li jnaddaf fix-xott u li juża aktar minn 0,5 ta’ litru ilma bħala l-mezz ewlieni tal-iffiltrar, fejn l-arja miġbuda hija sfurzata tgħaddi mill-ilma biex b’hekk il-materjal niexef jinqabad fl-ilma kif ikun għaddej; |
|
16. |
“vacuum cleaner għad-djar” tfisser vacuum cleaner maħsuba għall-użu fid-djar jew għall-użu domestiku, iddikjarat mill-manifattur bħala tali fid-Dikjarazzjoni tal-Konformità li tikkonċerna d-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
17. |
“vacuum cleaner bi skopijiet ġenerali” tfisser vacuum cleaner li jiġi b’żennuna fissa jew tal-anqas b’żennuna waħda li tinqala’ maħsub għat-tindif kemm ta’ twapet kif ukoll ta’ art iebsa, jew fornut bit-tnejn li huma jiġifieri tal-anqas b’żennuna waħda li tinqala’ mfassla speċifikament għat-tindif tat-twapet u tal-anqas żennuna waħda li tinqala’ għat-tindif ta’ art iebsa; |
|
18. |
“vacuum cleaner għal art iebsa” tfisser vacuum cleaner fornut b’żennuna fissa mfassla speċifikament għat-tindif ta’ art iebsa, jew fornut biss b’żennuna waħda li tinqala’ jew aktar, imfasslin speċifikament għat-tindif ta’ art iebsa; |
|
19. |
“vacuum cleaner għat-twapet” tfisser vacuum cleaner fornut b’żennuna fissa mfassla speċifikament għat-tindif tat-twapet, jew fornut biss b’żennuna waħda jew aktar li tinqala’/jinqalgħu mfasslin speċifikament għat-tindif tat-twapet; |
|
20. |
“vacuum cleaner ekwivalenti” tfisser mudell ta’ vacuum cleaner li jitqiegħed fis-suq u jkollu l-istess potenza input ta’ enerġija, l-istess konsum annwali ta’ enerġija, l-istess trab miġbur mit-twapet u minn fuq art iebsa, l-istess emissjoni mill-ġdid tat-trab, l-istess livell fil-qawwa tal-ħoss, l-istess durabilità tal-pajp u l-istess ħajja tal-mutur operazzjonali bħal mudell ieħor ta’ vacuum cleaner li jitqiegħed fis-suq mill-istess manifattur imma b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal vacuum cleaners huma stipulati fl-Anness I. Dawn għandhom japplikaw skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
|
(a) |
mill-1 ta’ Settembru 2014: kif indikat fl-Anness I, il-punt 1(a) u l-punt 2; |
|
(b) |
mill-1 ta’ Settembru 2017: kif indikat fl-Anness I, il-punt 1(b) u l-punt 2. |
2. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi kopja tal-kalkoli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
3. Fejn l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ vacuum cleaner ġiet miksuba b’kalkolu abbażi ta’ vacuum cleaner ekwivalenti, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dettalji ta’ dawn il-kalkoli u tat-testijiet imwettqa mill-manifatturi għall-verifika tal-eżattezza tal-kalkoli mwettqa. F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ vacuum cleaners ekwivalenti fejn l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika tagħhom tkun inkisbet bl-istess bażi ta’ kalkolu.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE biex jiċċekkjaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Punti ta’ riferiment indikattivi
Il-punti ta’ riferiment indikattivi għal vacuum cleaners bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.
Artikolu 7
Reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ. Ir-reviżjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fl-Anness III, jekk il-vacuum cleaners ta’ daqs sħiħ li jaħdmu bil-batterija għandhomx ikunu inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni u jekk hux possibbli li jiġu stipulati l-konsum annwali tal-enerġija, ir-rekwiżiti dwar it-trab miġbur u l-emissjoni mill-ġdid tat-trab li huma bbażati fuq kejl b’kontenitur parzjalment mimli pjuttost milli b’kontenitur vojt.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn dwar id-durabbiltà tal-pajp u l-ħajja operattiva tal-mutur u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2016.
Artikolu 8
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 327/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 327/2011 huwa emendat kif ġej:
Dan li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 1(3):
|
“(e) |
imfassal sabiex jopera b’effiċjenza enerġetika ottimali ta’ 8 000 rotazzjoni fil-minuta jew aktar.” |
Dan li ġej għandu jitħassar mill-Artikolu 3(4):
|
“(a) |
bl-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija meta jkunu qed jaħdmu bi 8 000 dawra kull minuta jew aktar.” |
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(3) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
ANNESS I
Rekwiżiti tal-Ekodisinn
1. Rekwiżiti speċifiċi tal-Ekodisinn
Il-vacuum cleaners għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
mill-1 ta’ Settembru 2014:
Dawn il-limiti ma għandhomx japplikaw għal vacuum cleaners li jużaw l-ilma bħala filter. |
|
(b) |
mill-1 ta’ Settembru 2017:
|
Il-konsum annwali tal-enerġija, il-potenza ta’ input nominali, id-dpuc (it-trab miġbur minn fuq tapit), id-dpuhf (it-trab miġbur minn fuq art iebsa), l-emissjoni mill-ġdid tat-trab, il-livell tal-qawwa tal-ħoss, id-durabilità tal-pajp u l-ħajja operattiva tal-mutur huma mkejla u kkalkulati skont l-Anness II.
2. Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi
|
(a) |
Id-dokumentazzjoni teknika, il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet u s-siti elettroniċi b’aċċess ħieles tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, jew l-importaturi għandu jkollhom l-elementi li ġejjin:
|
|
(b) |
Id-dokumentazzjoni teknika u parti mill-websajts b’aċċess liberu tal-manifatturi għall-professjonisti, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, jew l-importaturi għandu jkollhom dawn l-elemnti li ġejjin:
|
ANNESS II
Metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu
1. Għall-finijiet ta’konformità u ta’ valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom jitwettqu permezz ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl u kalkolu l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inklużi l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri stabbiliti f’dan l-Anness.
2. Definizzjonijiet tekniċi
|
(a) |
“test tal-art iebsa” tfisser test ta’ żewġ ċikli tat-tindif fejn it-tarf li jnaddaf tal-vacuum cleaner li jkun qed jopera fuq il-ġbid massimu jgħaddi minn fuq folja tal-injam bħala żona tat-test bl-istess wisa’ daqs it-tarf li jnaddaf u b’tul xieraq, li huwa test ta’ fil dijagonali (45o), fejn jiġu mkejla u rreġistrati kontinwament b’rata xierqa tal-kampjun, iż-żmien li jgħaddi, il-konsum tal-elettriku u l-pożizzjoni relattiva taċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf maż-żona tat-test u fejn x’ħin jispiċċa kull ċiklu ta’ tindif jiġi vvalutat b’mod xieraq in-nuqqas fil-massa tal-fil tat-test; |
|
(b) |
“fil tat-test” tfisser inserzjoni f’forma ta’ U, u li tista’ tinqala’, ta’ dimensjonijiet adattati li jimtlew bi trab artifiċjali apposta fil-bidu ta’ ċiklu ta’ tindif; |
|
(c) |
“test tat-twapet” tfisser test b’numru adattat ta’ ċikli ta’ tindif fuq pjattaforma tat-test b’tapit Wilton fejn it-tarf li jnaddaf tal-vacuum cleaner li jkun qed jopera fuq il-ġbid massimu jgħaddi minn fuq l-erja tat-test li tkun tal-istess wisa’ daqs it-tarf li jnaddaf u b’tul xieraq, maħmuġ bi trab imdeffes apposta għat-test li jkun ta’ kompożizzjoni adattat u mqassam indaqs u f’ammont medju, fejn jiġu mkejla u rreġistrati kontinwament b’rata xierqa tal-kampjun, iż-żmien li jgħaddi, il-konsum tal-elettriku u l-pożizzjoni relattiva taċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf maż-żona tat-test u fejn x’ħin jispiċċa kull ċiklu ta’ tindif jiġi vvalutat b’mod xieraq iż-żieda fil-massa tal-kontenitur tat-trab tal-apparat; |
|
(d) |
“il-wisa’ tat-tarf li jnaddaf” f’m, bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, tfisser il-wisa’ massima esterna tat-tarf li jnaddaf; |
|
(e) |
“ċiklu tat-tindif” tfisser sekwenza ta’ ħames (5) daqqiet doppji bil-vacuum cleaner fuq erja speċifika ta’ art għat-test (“tapit” jew “art iebsa”); |
|
(f) |
“daqqa doppja” tfisser moviment parallel wieħed ‘l quddiem u wieħed lura bit-tarf li jnaddaf, imwettaq b’veloċita uniformi tad-daqqa tat-test u b’tul speċifikat tad-daqqa tat-test; |
|
(g) |
“veloċità tad-daqqa tat-test” f’m/h tfisser il-veloċità adegwata għall-ittestjar tat-tarf li jnaddaf, preferibbilment magħmula minn operatur elettromekkaniku. Prodotti bi truf li jnaddfu li jduru weħidhom għandhom jippruvaw jaslu qrib kemm jista’ jkun tal-veloċità xierqa, iżda hija permessa devjazzjoni meta jkun iddikjarat dan b’mod ċar fid-dokumentazzjoni teknika; |
|
(h) |
“tul tad-daqqa tat-test” f’m tfisser it-tul tal-erja tat-test flimkien mad-distanza koperta miċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf meta mmexxi fuq iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni xierqa qabel u wara l-erja tat-test; |
|
(i) |
“it-trab miġbur” (dpu), bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, tfisser il-proporzjon tal-massa artifiċjali mingħajr trab, iddeterminat għal tapit permezz taż-żieda fil-massa tal-kontenitur tat-trab tal-apparat, u għal art iebsa permezz tat-tnaqqis fil-massa tat-test tal-fil, wara għadd ta’ daqqiet doppji bit-tarf li jnaddaf fuq il-massa ta’ trab artifiċjali inizjalment applikata fuq l-erja tat-test, għal korrezzjoni tat-tapit għall-kundizzjonijiet speċifiċi tat-test u għall-korrezzjoni tal-art iebsa għat-tul u l-pożizzjonar tat-test tal-fil; |
|
(j) |
“sistema ta’ vacuum cleaner ta’ referenza” tfisser tagħmir tal-laboratorju li jaħdem bl-elettriku użat biex jitkejjel it-trab miġbur ta’ referenza u kalibrat minn fuq it-twapet b’parametri relatati tal-arja biex tittejjeb ir-riproduċibilità tar-riżultati tat-test; |
|
(k) |
“il-potenza ta’ input nominali” f’W tfisser il-potenza elettrika input iddikjarata mill-manifattur, fejn għal apparat li jista’ jintuża wkoll għal għanijiet oħra għajr dawk ta’ tindif bil-vakum, tapplika biss il-potenza elettrika input relevanti għat-tindif bil-vakum; |
|
(l) |
“emissjoni mill-ġdid tat-trab” tfisser il-proporzjon, espress bħala persentaġġ bi preċiżjoni sa żewġ (2) ċifri wara l-punt deċimali, tal-għadd ta’ partikuli kollha ta’ trab ta’ daqs minn 0,3 sa 10 μm li joħorġu minn vacuum cleaner mal-għadd ta’ partikuli kollha ta’ trab tal-istess firxa ta’ daqs li jidħlu fid-daħla minn fejn tinġibed l-arja, meta pprovduta b’ammont speċifiku ta’ trab ta’ dik il-firxa ta’ daqs ta’ partikuli. Il-valur ma jinkludix biss it-trab imkejjel fl-iżbokk tal-vacuum cleaner iżda wkoll it-trab imtajjar xi mkien ieħor jew minn tnixxijiet, jew iġġenerat mill-vacuum cleaner stess; |
|
(m) |
“il-livell tal-qawwa tal-ħoss” tfisser l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja, espress f’dB(A) re 1 pW u aġġustat għall-eqreb numru sħiħ. |
3. Konsum annwali tal-enerġija
Il-konsum annwali tal-enerġija AE jiġi kkalkulat, f’kWh/sena u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, kif ġej:
|
|
għal vacuum cleaners tat-twapet:
|
|
|
għal vacuum cleaners għal art iebsa:
|
|
|
għal vacuum cleaners bi skopijiet ġenerali:
|
fejn:
|
— |
ASEc hija l-medja tal-konsum speċifiku ta’ enerġija f’Wh/m2 matul it-test tat-tapit, ikkalkulat kif previst hawn taħt, |
|
— |
ASEhf hija l-medja tal-konsum speċifiku ta’ enerġija f’Wh/m2 matul it-test tal-art iebsa, ikkalkulat kif previst hawn taħt, |
|
— |
dpuc huwa t-trab miġbur minn fuq it-tapit, iddeterminat skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness, |
|
— |
dpuhf huwa t-trab miġbur minn fuq art iebsa, iddeterminat skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness, |
|
— |
l-għadd standard ta’ kompiti ta’ tindif ta’ siegħa fis-sena huwa 50, |
|
— |
il-wiċċ li jitnaddaf f’abitazzjoni standard f’m2 huwa 87, |
|
— |
l-għadd standard ta’ drabi li vacuum cleaner jgħaddi minn fuq kull punt fl-art huwa 4 (żewġ daqqiet doppji), |
|
— |
il-fattur ta’ konverżjoni minn Wh għal kWh huwa 0,001, |
|
— |
l-istandard tat-trab miġbur huwa 1, |
|
— |
id-differenza standard bejn it-trab miġbur wara ħames u wara żewġ daqqiet doppji hija 0,20. |
Il-medja tal-konsum tal-enerġija speċifika (ASE)
Il-medja tal-konsum tal-enerġija speċifika matul it-test tat-tapit (ASEc ) u matul it-test tal-art iebsa (ASEhf ) għandha tiġi ddeterminata bħala medja tal-konsum speċifiku tal-enerġija (SE) tan-numru ta’ ċikli ta’ tindif li jikkostitwixxu t-test tat-tapit u tal-art iebsa rispettivament. L-ekwazzjoni ġenerali għall-konsum speċifiku ta’ enerġija SE fl-erja tat-test f’Wh/m2, bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, applikabbli għal vacuum cleaners tat-twapet, tal-art iebsa u għal dawk bi skopijiet ġenerali bis-suffissi xierqa, huwa:
fejn:
|
— |
P huwa l-medja tal-potenza f’W, bi preċiżjoni sat-tieni (2) ċifra wara l-punt deċimali, matul iż-żmien f’ċiklu ta’ tindif li ċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf ikun miexi fuq l-erja tat-test, |
|
— |
NP huwa l-potenza medja ekwivalenti f’W, bi preċiżjoni sat-tieni (2) ċifra wara l-punt deċimali, ta’ żennuni attivi li jaħdmu bil-batterija, jekk hemm, tal-vacuum cleaner, ikkalkulat kif jidher hawn taħt, |
|
— |
t huwa l-ħin totali f’sigħat, bi preċiżjoni sar-raba’ (4) ċifra wara l-punt deċimali, f’ċiklu ta’ tindif waqt li ċ-ċentru tat-tarf li jnaddaf, jiġifieri punt fin-nofs bejn il-ġenb, quddiem u wara tat-tarf li jnaddaf, ikun miexi fuq l-erja tat-test, |
|
— |
A huwa l-erja tal-wiċċ f’m2, bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, mgħoddija mit-tarf li jnaddaf f’ċiklu ta’ tindif, ikkalkulata bħala 10 darbiet il-prodott tal-wisa’ tat-tarf li jnaddaf u t-tul xieraq tal-erja tat-test. Jekk vacuum cleaner domestiku għandu tarf li jnaddaf usa’ minn 0,320 m, allura ċ-ċifra ta’ 0,320 m għandha tkun sostitwita għal wisa’ tat-tarf li jnaddaf f’din il-kalkolazzjoni. |
Għal testijiet tal-art iebsa s-suffiss hf u l-ismijiet tal-parametri SEhf, Phf, NPhf, thf u Ahf għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq. Għat-testijiet tat-twapet is-suffiss c u l-ismijiet tal-parametri SEc, Pc, NPc, tc u Ac għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq. Għal kull wieħed miċ-ċikli ta’ tindif, il-valuri ta’ SEhf, Phf, NPhf, thf , Ahf u/jew SEc, Pc, NPc, tc , Ac kif applikabbli,għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.
L-ekwivalenti tal-potenza f’żennuni attivi li jaħdmu bil-batterija (NP)
L-ekwazzjoni ġenerali għall-medja tal-ekwivalenti tal-potenza f’żennuni attivi li jaħdmu bil-batterija NP f’W, applikabbli għal vacuum cleaners tat-twapet, tal-art iebsa u għal dawk bi skopijiet ġenerali bis-suffissi xierqa, huwa:
fejn:
|
— |
E huwa l-konsum tal-elettriku meħtieġ, f’Wh bi preċiżjoni sat-tielet (3) ċifra wara l-punt deċimali, biex iż-żennuna attivai tal-vacuum cleaners li jaħdmu bil-batterija jerġgħu jiċċarġjaw il-batterija kompletament sal-istat oriġinali tagħha wara ċiklu ta’ tindif, |
|
— |
tbat huwa l-ħin totali f’sigħat, bi preċiżjoni sar-raba’ (4) ċifra wara l-punt deċimali, f’ċiklu ta’ tindif li fih iż-żennunai attiva tal-vacuum cleaner li jaħdem bil-batterija tjiġi attivatai, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
Fil-każ li l-vacuum cleaner ma jkunx mgħammar b’żennuni attivi li jaħdmu bil-batterija l-valur ta’ NP ikun żero.
Għal testijiet tal-art iebsa s-suffiss hf u l-ismijiet tal-parametri NPhf , u għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq. Għat-testijiet tat-twapet is-suffiss c u l-ismijiet tal-parametri NPc, Ec, tbatc għandhom jintużaw fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq. Għal kull wieħed miċ-ċikli ta’ tindif, il-valuri ta’ Ehf, tbathf u/jew Ec, tbatc kif applikabbli, għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika għal kull wieħed miż-żewġ ċikli ta’ tindif.
4. It-trab miġbur
It-trab miġbur minn fuq art iebsa (dpuhf ) għandu jkun iddeterminat bħala l-medja tar-riżultati taż-żewġ ċikli tat-tindif f’test tal-art iebsa.
It-trab miġbur minn fuq tapit (dpuc ) għandu jkun iddeterminat bħala l-medja tar-riżultati taċ-ċikli tat-tindif f’test tat-twapet. Għall-korrezzjoni tad-devjazzjonijiet mill-proprjetajiet oriġinali tat-test tat-twapet, it-trab miġbur minn fuq it-tapit (dpuc ) għandu jkun ikkalkolat kif ġej:
fejn:
|
— |
dpum huwa t-trab miġbur mill-vacuum cleaner imkejjel, |
|
— |
dpucal huwa t-trab miġbur tas-sistema ta’ vacuum cleaner ta’ referenza mkejjel meta t-test tat-twapet kien f’kundizzjoni oriġinali, |
|
— |
dpuref huwa t-trab miġbur mis-sistema ta’ vacuum cleaner ta’ referenza u mkejjel. |
Il-valuri ta’ dpum , għal kull wieħed miċ-ċikli ta’ tindif,dpuc, dpucal u dpuref għandhom jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.
5. L-emissjoni mill-ġdid tat-trab
L-emissjoni mill-ġdid tat-trab għandha tiġi ddeterminata waqt li l-vacuum cleaner ikun qed jitħaddem bl-influss massimu tal-arja.
6. Il-livell tal-qawwa tal-ħoss
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss għandu jkun iddeterminat fuq it-tapit.
7. Id-durabilità tal-pajp
Il-pajp għandu jkun meqjus utli wara 40 000 oxxillazzjoni taħt pressjoni jekk ma jkollux ħsara viżibbli wara dawk l-oxxillazzjonijiet. Għandu jiġi sfurzat permezz ta’ piż ta’ 2,5 kilogramm.
8. It-tul tal-ħajja operattiva tal-mutur
Il-vacuum cleaner għandu jitħaddem b’kontenitur tat-trab nofsu mimli b’mod intermittenti f’perjodi ta’ 14-il minuta fejn jaħdem għal 30 sekonda u jintefa għal 30 sekonda. Il-kontenitur tat-trab u l-filtri għandhom jinbidlu f’intervalli tal-ħin addattati. It-test jista’ jitwaqqaf wara 500 siegħa u għandu jitwaqqaf wara 600 siegħa. Għandu jiġi rreġistrat il-ħin totali tal-ħidma li jkun inkluż fid-dokumentazzjoni teknika. Il-fluss tal-arja, il-potenza tal-input u tal-vakum għandhom jiġu ddeterminati f’intervalli xierqa u l-valuri operattivi għandhom, flimkien mal-ħajja operattiva tal-mutur, jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.
9. Vacuum cleaners ibridi
Għal vacuum cleaners ibridi l-kejl kollu għandu jiġi esegwit mal-vacuum cleaner li jaħdem permezz tal-mejn tal-elettriku u ma’ kwalunkwe żennuni attivi li jaħdmu bil-batterija biss.
ANNESS III
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ 2009/125/KE:
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss għal kull mudell. |
|
2. |
Il-mudell tal-vacuum cleaner għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jekk il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Anness u jekk l-ittestjar tal-parametri tal-mudell relevanti elenkat fl-Anness I u fit-Tabella 1 juri konformità għal dawk il-parametri kollha. |
|
3. |
F’każ li ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw tliet unitajiet addizzjonali magħżula b’mod każwali. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell wieħed jew aktar li, skont l-Artikolu 4, ikunu ġew elenkati bħala vacuum cleaner ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur. |
|
4. |
Il-mudell tal-vacuum cleaner għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jekk l-ittestjar tal-parametri tal-mudell relevanti elenkat fl-Anness I u fit-Tabella 1 juri konformità ma’ dawk il-parametri kollha. |
|
5. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell flimkien mal-vacuum cleaners ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stipulati fl-Anness II.
It-tolleranzi tal-verifika definiti f’dan l-Anness jirreferu biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew l-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika.
Tabella 1
|
Parametru |
Tolleranzi tal-verifika |
|
Konsum annwali tal-enerġija |
Il-valur stabblit (1) ma jaqbiżx il-valur iddikjarat b’aktar minn 10 %. |
|
It-trab miġbur minn fuq it-twapet |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex aktar minn 0,03 anqas mill-valur iddikjarat. |
|
It-trab miġbur minn fuq l-art iebsa |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex aktar minn 0,03 anqas mill-valur iddikjarat. |
|
L-emissjoni mill-ġdid tat-trab |
Il-valur stabblit (1) ma jaqbiżx il-valur iddikjarat b’aktar minn 15 %. |
|
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex ogħla mill-valur iddikjarat. |
|
Il-ħajja operattiva tal-mutur |
Il-valur stabblit (1) mhuwiex aktar minn 5 % anqas mill-valur iddikjarat. |
(1) il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 3.
ANNESS IV
Parametri ta’ riferiment
Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għal vacuum cleaners domestiċi, f’termini tal-konsum tal-enerġija speċifiku tagħhom, huwa vacuum cleaner wieqaf ta’ 650 W bit-tarf li jnaddaf b’wisa’ ta’ 0,28 m, li jittraduċi ruħu f’konsum speċifiku ta’ enerġija ta’ 1,29 Wh/m2, għalkemm b’livell tal-qawwa tal-ħoss stmat aktar minn 83 dB.
Id-dejta dwar it-trab miġbur u l-emissjoni mill-ġdid tat-trab għall-magna msemmija hawn fuq u konformi mal-metodi definiti u ta’ referenza f’dan ir-Regolament mhijiex disponibbli. L-aħjar valur tat-trab miġbur attwalment disponibbli fis-suq huwa madwar 1,08 għal art iebsa bil-fil, u 0,90 fuq tapit. L-aħjar valur tal-emissjoni mill-ġdid tat-trab attwalment disponibbli fis-suq huwa madwar 0,0002 %. L-aħjar livell tal-qawwa tal-ħoss huwa 62 dB.
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/35 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 667/2013
tat-12 ta’ Lulju 2013
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Eli Lilly and Company Ltd.) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 162/2003
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistjipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 tar-Regolament jistipula l-valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Id-diklażuril, numru CAS 101831-37-2, kien awtorizzat għal għaxar snin skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq it-tiġieġ imrobbija għall-bajd mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2003 (3). Dik il-preparazzjoni wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “koċċidjostatiċi u istomonostatiċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-partikularitajiet u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2013 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet, li skont il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, id-diklażuril ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-addittiv huwa effettiv biex jikkontrolla l-koċċidjożi fit-tiġieġ mrobbija għall-bajd. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni tad-diklażuril, numru CAS 101831-37-2, turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 162/2003 għandu jitħassar. |
|
(7) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “koċċidjostatiċi u istomonostatiċi”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 162/2003 huwa rrevokat.
Artikolu 3
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta’ Frar 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ Awwissu 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(4) EFSA Lournal 2013; 11(3):3106.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
Limiti Massimi ta’ Residwu (MRls) fl-għalf rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Koċċidijostatiċi u istomonostatiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
51771 |
Eli Lilly and Company Ltd. |
Diklażuril 0,5 g/100 g (Clinacox 0,5 %) |
|
Tiġieġ imrobbija għall-bajd |
16-il ġimgħa |
1 |
1 |
|
It-2 ta’ Awwissu 2023 |
Ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 37/2010 (3) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 668/2013
tat-12 ta’ Lulju 2013
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal 2,4-DB, dimetomorf, indossakarb, u piraklostrobina f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-2,4-DB, indossakarb u piraklostrobina, il-limiti massimi ta’ residwi (MRLs — maximum levels for residues) huma stipulati fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għad-dimetomorf, l-MRLs huma stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Ċerti adattamenti tekniċi għandhom isiru, b’mod partikolari l-isem tas-sustanza attiva ‘2,4 DB’ għandu jinbidel u jsir ‘2,4-DB’. L-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(3) |
Għall-2,4-DB, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”, issottomettiet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (2). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-ħabba tax-xgħir, il-ħabba tal-ħafur, il-ħabba tas-segala u l-ħabba tal-qamħ, għal-laħam, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjali, l-annimali bovini, in-nagħaġ u l-mogħoż, kif ukoll għall-ħalib tal-baqar, il-ħalib tan-nagħaġ u l-ħalib tal-mogħoż xi informazzjoni ma kinetx disponibbli u kienet meħtieġa iktar konsiderazzjoni mill-amministraturi tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom ikunu stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew il-livell identifikat mill-Awtorità. Dawk l-MRLs se jiġu riveduti filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Għad-dimetomorf, l-Awtorità ssottomettiet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (3). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu. L-Awtorità rrakkomandat li tnaqqas l-MRLs għall-ananas, il-patata, il-basal żgħir, il-ħjar, il-ħjar żgħir, il-qara’ bagħli, il-bettieħ, il-ġidra, l-iskalora, iċ-ċikwejra, il-fażola (friska, mingħajr miżwed), iż-żerriegħa tal-peprin u ż-żerriegħa tal-lift, għal-laħam, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjal, l-annimali bovini, in-nagħaġ u l-mogħoż, kif ukoll għal-laħam tat-tjur, ix-xaħam tat-tjur, il-fwied tat-tjur, il-ħalib tal-baqar, il-ħalib tan-nagħaġ, il-ħalib tal-mogħoż u l-bajd tal-għasafar. Għal prodotti oħrajn huwa rrakomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew jibqa’ dak eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-għollieq, il-lampun u l-ispinaċi xi informazzjoni ma kinetx disponibbli u kienet meħtieġa iktar konsiderazzjoni mill-amministraturi tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom ikunu stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew il-livell identifikat mill-Awtorità. Dawk l-MRLs se jiġu riveduti filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-ħxejjex tal-basla — oħrajn, l-MRLs għandhom ikunu ffissati f’livell differenti minn dak identifikat mill-Awtorità, ladarba ma hemmx riskju għall-konsumaturi u abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali dwar prattiċi agrikoli tajbin ipprovduta mill-Ġermanja. Fir-rigward tat-tewm, il-basal, l-għenieqed tal-basal, il-brokkli, il-kaboċċa kkabuċċata, il-kaboċċa mwerrqa, il-ħass, l-iskalora, l-ispinaċi, il-weraq tal-pitravi u l-karfus, wara s-sottomissjoni tal-opinjoni msemmija fl-ewwel sentenza, l-Awtorità ssottomettiet iktar opinjonijiet dwar l-MRLs (4) (5). Jixraq li dawn l-opinjonijiet jiġu kkunsidrati. |
|
(5) |
Għall-indossakarb, l-Awtorità ssottomettiet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (6). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu. L-Awtorità rrakkomandat li tnaqqas l-MRLs għall-mirtilli, il-passolina, ir-ribes, il-ballerini, it-tut, l-għanżalor, il-frott tas-sebuqa, il-kaboċċi ta’ Brussell, il-kaboċċa kkabuċċata, l-iskalora, il-karawett, iż-żerriegħa tal-lift u l-ħabba tal-qamħirrum. Għal prodotti oħrajn huwa rrakomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew jibqa’ dak eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għat-tuffieħ, il-brokkli, il-pastard, il-valerjanella, l-aruka, ir-rukola il-weraq u r-raħs tal-kaboċċa mwerrqa, il-laħam tat-tjur, ix-xaħam tat-tjur, il-fwied tat-tjur u l-bajd tal-għasafar xi informazzjoni ma kinetx disponibbli u li kienet meħtieġa iktar informazzjoni mill-amministraturi tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom ikunu stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew il-livell identifikat mill-Awtorità. Dawk l-MRLs se jiġu riveduti filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-frawli, il-lampun, il-kaboċċa Ċiniża, il-valerjanella, il-fażola (friska, bil-miżwed), il-qaqoċċ selvaġġ, il-bużbież u r-rabarbu, wara s-sottomissjoni tal-opinjoni msemmija fl-ewwel sentenza, l-Awtorità ssottomettiet opinjoni ulterjuri dwar l-MRLs (7). Jixraq li din l-opinjoni tiġi kkunsidrata. |
|
(6) |
Għall-piroklostrobin, l-Awtorità ssottomettiet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (8). L-Awtorità rrakkomandat li tnaqqas l-MRLs għall-iskalora u l-lupini (imnixxfa). Għal prodotti oħrajn huwa rrakomandat li jiżdied il-livell tal-MRLs jew jibqa dak eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-għeneb tal-ikel, il-karfus, iż-żerriegħa tal-qoton u l-kafe’ mhux mitħun xi informazzjoni ma kinetx disponibbli u kienet meħtieġa iktar konsiderazzjoni mill-amministraturi tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom ikunu stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew il-livell identifikat mill-Awtorità. Dawk l-MRLs se jiġu riveduti filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-larinġ, il-kaboċċa mwerrqa, iż-żerriegħa tal-kittien, il-karawett, iż-żerriegħa tal-peprin, il-ġunġlien, iż-żerriegħa tal-lift, iż-żerriegħa tal-mustarda, iż-żerriegħa tal-qoton, l-għosfor, il-fidloqqom, il-kamelina u r-riġnu, wara s-sottomissjoni tal-opinjoni msemmija fl-ewwel sentenza, l-Awtorità ssottomettiet opinjonijiet ulterjuri dwar l-MRLs (9) (10). Jixraq li dawn l-opinjonijiet jiġu kkunsidrati. Fir-rigward taċ-ċirasa, il-ħawħ, l-għanbaqar, il-frawli, l-għollieq, il-lampun, il-mirtilli, il-papaja, il-basal, l-għerq tal-qara’ — qoxra li tittiekel, ix-xgħir, il-ħafur, is-segala, is-sorgu u l-qamħ, wara li l-Awtorità ssottomettiet l-opinjoni msemmija fl-ewwel sentenza, il-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius (CAC — Codex Alimentarius Commission) (11) adottat l-MRLs tal-Kodiċi (CXLs — Codex MRLs) għall-piraklostrobina. Jixraq li dawn is-CXLs jiġu kkunsidrati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk is-CXLs li huma perikolużi għal grupp ta’ konsumaturi Ewropej u li għalihom l-Unjoni ppreżentat riserva lill-CAC (12). |
|
(7) |
Fuq il-bażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti għas-suġġett li qed jiġi kkunsidrat, l-emendi rilevanti fl-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
L-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati. |
|
(9) |
Għandu jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jsiru applikabbli l-MRLs emendati biex lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jingħatalhom iż-żmien iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifiki tal-MRLs. |
|
(10) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u l-Parti A u B tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(11) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta’ dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li kienu prodotti b’mod legali qabel it-2 ta' Frar 2014:
|
(1) |
fir-rigward tas-sustanzi attivi 2,4-DB u dimetamorf fil-prodotti kollha jew fuqhom. |
|
(2) |
fir-rigward tas-sustanza attiva indossakarb fil-prodotti kollha jew fuqhom bl-eċċezzjoni tal-kaboċċa kkabuċċata u l-iskalora (indivja bil-weraq wisgħin), |
|
(3) |
fir-rigward tas-sustanza attiva piraklostrobina fil-prodotti kollha jew fuqhom bl-eċċezzjoni tal-iskalora (indivja bil-weraq wisgħin). |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-2 ta' Frar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Reviżjoni tal-limiti massimi ta’ residwu (MRLs) eżistenti għall-2,4-DB skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal, 2011; 9(10):2420. [35 pp.].
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Reviżjoni tal-limiti massimi ta’ residwu (MRLs) eżistenti għad-dimetomorf skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal, 2011; 9(8):2348. [64 pp.].
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Modifika tal-MRLs eżistenti għad-dimetomorf fil-weraq tal-ispinaċi u tal-pitravi (chard). EFSA Journal, 2011; 9(11):2437. [24 pp.].
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Modifika tal-MRLs eżistenti għad-dimetomorf f’għelejjel varji tal-ħxejjex. EFSA Journal, 2012; 10(7):2845. [35 pp.].
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Reviżjoni tal-limiti massimi ta’ residwu (MRLs) eżistenti għall-indossakarb skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Il-Ġurnal FSA 2011; 9(8):2343. [83 pp.], kif ippubblikat fit-3 ta’ Settembru 2012.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Modifika tal-MRLs eżistenti għall-indossakarb f’għelejjel varji. EFSA Journal, 2012; 10(7):2833. [33 pp.], kif ippubblikat fil-5 ta’ Settembru 2012.
(8) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Reviżjoni tal-limiti massimi ta’ residwu (MRLs) eżistenti għall-piraklostrobina skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal, 2011; 9(8):2344. [92 pp.].
(9) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Modifika tal-MRLs eżistenti għall-piraklostrobina f’għelejjel varji. EFSA Journal, 2011; 9(3):2120. [41 pp.].
(10) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Modifika tal-MRLs eżistenti għall-piraklostrobina fil-kaboċċa mwerrqa u diversi ċereali. EFSA Journal, 2012; 10(3):2606 [36 pp.].
(11) Rapporti tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi jistgħu jinstabu fuq:
http://www.codexalimentarius.org/download/report/777/REP12_PRe.pdf
Programm konġunt tal-FAO/WHO dwar l-istandards alimentari tal-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. Appendiċi II u III. Is-sessjoni numru ħamsa u tletin. Ruma, l-Italja, 2-7 ta’ Lulju 2012.
(12) Appoġġ xjentifiku għat-tħejjija tal-pożizzjoni tal-UE fis-Sessjoni numru 44 tal-Kumitat tal-Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR — Codex Committee on Pesticide Residues). EFSA Journal, 2012; 10(7):2859 [155 pp.].
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fl-Anness III, jitħassru l-kolonni għall-2,4-DB, dimetomorf, indossakarb u piraklostrobina. |
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/72 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2013
tat-12 ta’ Lulju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0707 00 05 |
TR |
105,8 |
|
ZZ |
105,8 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
60,4 |
|
TR |
130,8 |
|
|
ZZ |
95,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
78,6 |
|
TR |
70,0 |
|
|
UY |
89,3 |
|
|
ZA |
102,3 |
|
|
ZZ |
85,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
141,4 |
|
BR |
109,9 |
|
|
CL |
123,4 |
|
|
CN |
95,9 |
|
|
NZ |
136,3 |
|
|
US |
141,4 |
|
|
ZA |
113,5 |
|
|
ZZ |
123,1 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
107,8 |
|
CL |
131,1 |
|
|
CN |
74,5 |
|
|
ZA |
111,3 |
|
|
ZZ |
106,2 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
189,1 |
|
ZZ |
189,1 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
344,6 |
|
US |
793,8 |
|
|
ZZ |
569,2 |
|
|
0809 30 |
TR |
192,3 |
|
ZZ |
192,3 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
195,8 |
|
IL |
99,1 |
|
|
MA |
99,1 |
|
|
ZZ |
131,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/74 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Lulju 2013
li tapprova l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall
(2013/375/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 japplika għal Stati Membri li, fil-waqt tad-dħul fis-seħħ tiegħu, diġà qed jirċievu assistenza finanzjarja, inkluż mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) u/jew il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi regoli għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ aġġustament makroekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu din l-għajnuna finanzjarja, li jeħtieġu li jkunu applikati flimkien mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi l- mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (2) meta l-Istat Membru kkonċernat jirċievi l-assistenza kemm mill-EFSM u kemm minn sorsi oħra. |
|
(3) |
Il-Portugall ingħata assistenza finanzjarja kemm mill-EFSM, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE tat-30 ta’ Mejju 2011 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (3), kif ukoll mill-EFSF. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza l-approvazzjoni tal-aġġornament ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku għall-Portugall skont ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 għandu jsir b’referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE. |
|
(5) |
B’konformità mal-Artikolu 3(10) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew, wettqet is-seba’ reviżjoni sabiex tivvaluta l-progress magħmul mill-awtoritajiet Portugiżi dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma taħt il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku kif ukoll l-effettività u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Bħala konsegwenza ta’ dik ir-reviżjoni, għandhom isiru xi tibdiliet għall-programm ta’ aġġustament makroekonomiku eżistenti. |
|
(6) |
Dawk il-bidliet jinsabu fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/323/UE (4), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri stipulati fl-Artikolu 3(7) sa (9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE li għandhom jittieħdu mill-Portugall bħala parti minn programm ta’ aġġustament makroekonomiku tiegħu huma b’dan approvati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(2) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/75 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Ġunju 2013
li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/13 dwar miżuri temporani marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru
(BĊE/2013/21)
(2013/376/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'mod partikolari l-Artikolu 12.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stipulati f’Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Dokumentazzjoni Ġenerali”). |
|
(2) |
Bis-saħħa tat-Taqsima 1.6 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Bis-saħħa tat-Taqsima 6.3.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew min qed jiggarantixxi jissodisfax il-ħtiġijiet tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin fuq il-bażi ta’ kull informazzjoni li hija tista' tqis relevanti. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/13 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri temporani marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru (2) issospendiet b’mod temporanju, bħala miżura b'eċċezzjoni, il-ħtiġijiet minimi tal-Eurosistema għal limiti minimi ta’ kwalità tal-kreditu applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru. |
|
(4) |
Ir-Repubblika ta’ Ċipru iddeċidiet li tvara eżerċizzju għall-ġestjoni tad-dejn li jinvolvi strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin minnha. |
|
(5) |
L-adegwatezza ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika ta’ Ċipru bħala kollateral għal operazzjonijiet tal-Eurosistema kien effettwat aktar negattivament mid-deċiżjoni li jiġi varat eżerċizzju għall-ġestjoni tad-dejn. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/13 għandha għalhekk titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tħassir ta’ Deċiżjoni BĊE/2013/13
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/13 hija mħassra.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2013.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Ġunju 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
|
13.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.