ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.188.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 188

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
9 ta' Lulju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/363/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO)

1

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 648/2013 tal-4 ta’ Lulju 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prés-salés de la baie de Somme (DPO)]

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 649/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 1122/2009 u (UE) Nru 65/2011 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għat-tressiq tard ta’ applikazzjonijiet uniċi b’konnessjoni mal-mergħat Alpini fiż-żoni muntanjużi tal-Awstrija għall-2013

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 650/2013 tat-8 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/364/PESK tat-8 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

9

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja – Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Mejju 2013

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO)

(2013/363/Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kisbet l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u l-(KEDO) għandu jiġi konkluż,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kummissjoni jew il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Enerġija huwa b’dan awtorizzat jiffirma l-Ftehim u jwettaq il-passi neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim li għandu jiġi konkluż f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “il-Komunità”, u

L-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP TAL-ENERĠIJA FIL-PENIŻOLA KOREANA,

minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “il-KEDO”,

Billi:

(1)

Il-KEDO twaqqfet skont il-Ftehim tad-9 ta’ Marzu 1995 dwar it-twaqqif tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Enerġija fil-Peniżola Koreana, kif emendat fid-19 ta’ Settembru 1997, bejn il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Korea, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika;

(2)

Il-ħames Ftehim konkluż bejn il-Komunità u l-KEDO skada fil-31 ta’ Mejju 2012;

(3)

Wara d-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proġett tal-KEDO tar-reatturi nukleari li jużaw l-ilma ordinarju, u wara d-deċiżjoni tal-2007 li jaqdi d-dmirijiet tas-Segretarjat b’persunal imnaqqas ħafna u b’faċilitajiet tal-uffiċċju minimi, fl-2011, il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO ddeċieda li l-KEDO tkompli bl-organizzazzjoni lil hinn mill-31 ta’ Mejju 2012;

(4)

Kemm il-Komunità u kemm il-KEDO esprimew ix-xewqa li jkomplu l-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jimplimentaw it-tmiem tal-proġett tal-LWR, u li jsir ix-xoljiment xieraq tal-KEDO;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’xi Artikolu hawn taħt, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ qabel bejn il-Komunità u l-KEDO, li skada fil-31 ta’ Mejju 2012, għandhom jibqgħu japplikaw skont dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni Komunitarja

Ma għandu jkun hemm l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-baġit tal-KEDO skont dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Tul ta’ żmien

Dan il-Ftehim se jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2013. Se jiġġedded awtomatikament kull sena għal perjodu ta’ sena oħra, sakemm parti ma tinnotifikax lill-parti l-oħra li tixtieq ittemm il-Ftehim mill-anqas xahar qabel id-data tal-iskadenza tiegħu. Jista’ jintemm ukoll b’effett immedjat wara l-irtirar mill-KEDO minn kwalunkwe Membru ieħor bħalissa rrappreżentat fil-Bord Eżekuttiv. Il-Ftehim ma għandux jiġġedded wara l-31 ta’ Mejju 2015.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mal-iffirmar tiegħu mill-Komunità u l-KEDO, u għandu jkun effettiv mill-1 ta’ Ġunju 2012.

Magħmul fi Brussell fir-raba’ jum ta’ Lulju elfejn u tlettax, f’żewġ oriġinali

Għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Günther OETTINGER

Magħmul fi New Jersey fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Ġunju elfejn u tlettax, f’żewġ oriġinali

Għall-Organizzazzjoni dwar l-Iżvilupp tal-Enerġija tal-Peniżola Koreana

David WALLACE


REGOLAMENTI

9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 648/2013

tal-4 ta’ Lulju 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prés-salés de la baie de Somme (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

B’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni minn Franza biex id-denominazzjoni “Prés-salés de la baie de Somme” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Prés-salés de la baie de Somme” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 257, 25.8.2012, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

FRANZA

Prés-salés de la baie de Somme (DPO)


9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 649/2013

tat-8 ta’ Lulju 2013

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 1122/2009 u (UE) Nru 65/2011 fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammonti tal-għajnuna għat-tressiq tard ta’ applikazzjonijiet uniċi b’konnessjoni mal-mergħat Alpini fiż-żoni muntanjużi tal-Awstrija għall-2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (3), fl-Artikolu 23(1) tiegħu, jipprevedi t-tnaqqis li għandu jiġi applikat fil-każ tat-tressiq tard ta’ applikazzjoni għall-għajnuna kif ukoll ta’ dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li huma kostituttivi għall-eliġibbiltà għall-għajnuna.

(2)

Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (4), l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 japplikaw mutatis mutandis għat-talbiet għall-pagamenti skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011.

(3)

L-Awstrija implimentat sistema ta’ applikazzjoni unika għall-għajnuna li, b’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, tkopri għadd ta’ applikazzjonijiet għall-pagamenti u ċerti applikazzjonijiet għall-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(4)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, l-Awstrija stabbiliet il-15 ta’ Mejju 2013 bħala l-aħħar jum li fih jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet uniċi għall-2013.

(5)

Biex tkun tista’ tiġi implimentata s-sistema ta’ kontroll, it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħbula tar-raba’ jiġu identifikati b’mod affidabbli u jeżiġi li l-applikazzjoni unika jkollha magħha dokumenti li jidentifikaw il-ħbula tar-raba’.

(6)

B’reazzjoni għan-nuqqasijiet marbutin mad-determinazzjoni taż-żona eliġibbli tal-ħbula tar-raba’, li nstabu fl-imgħoddi, l-Awtrija bdiet taġġorna s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ (LPIS) għall-mergħat Alpini kif iddefiniti mill-Awstrija, fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(7)

Fl-istaġun xitwi ta’ bejn l-2012 u l-2013, l-Awstrija kellha kundizzjonijiet tat-temp eċċezzjonali li ma ħallewx lill-awtoritajiet jispiċċaw il-proċess ta’ aġġornament tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ għal ħbula tar-raba’ agrikoli ta’ mergħat Alpini f’dawk iż-żoni muntanjużi qabel ma tnieda l-proċess tal-applikazzjoni unika. Iż-żjarat mgħaġġlin fuq il-post ta’ dawk il-ħbula li qegħdin f’altitudni għolja ittardjaw minħabba nżul kbir ta’ borra tard fl-istaġun. Minħabba f’hekk, il-bdiewa li kellhom il-ħsieb li jressqu applikazzjoni unika marbuta mal-ħbula tar-raba’ ta’ mergħat Alpini se jingħataw informazzjoni aġġornata dwar il-ħbula tar-raba’ aktar tard milli previst.

(8)

Din il-qagħda affettwat il-kapaċità tal-applikanti li jressqu l-applikazzjonijiet uniċi għall-għajnuna u talbiet għal pagamenti marbutin mal-ħbula tar-raba’ agrikoli tal-mergħat Alpini fl-Awstrija fil-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 u fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011.

(9)

Minħabba dawn id-diffikultajiet, il-proċess tal-applikazzjonijiet tal-2013 huwa mistenni li jibda aktar tard milli nbeda fis-snin ta’ qabel għall-bdiewa li għandhom ħbula tar-raba’ agrikoli tal-mergħat Alpini. L-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-Kummissjoni dwar il-kapaċità tagħhom li jiffinalizzaw l-aġġornament tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ juri li tinħtieġ deroga sat-28 ta’ Ġunju 2013 biex tippermetti lill-bdiewa u l-benefiċjarji kollha kkonċernati jressqu l-applikazzjonijiet uniċi tagħhom.

(10)

Għaldaqstant jixraq li permezz ta’ deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 ma jsirx tnaqqis fil-pagamenti minħabba t-tressiq tard tal-applikazzjonijiet uniċi għal dawk il-bdiewa li sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013, ikunu ressqu l-applikazzjonijiet uniċi marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed tar-raba’ agrikolu ta’ mergħa Alpina kif iddefiniti mill-Awstrija fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(11)

Bl-istess mod, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, u fejn jirrigwarda talbiet ta’ pagamenti skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed tar-raba’ agrikolu ta’ mergħa Alpina fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jixraq li ma jsirx tnaqqis fil-pagamenti minħabba t-tressiq tard ta’ talbiet għall-pagamenti li jkunu tressqu mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013.

(12)

Minħabba li d-derogi għandhom ikopru l-applikazzjonijiet uniċi mressqin għas-sena tal-għajnuna 2013, jixraq li dan ir-Regolament japplika retroattivament.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 fir-rispett tas-sena ta’ applikazzjoni 2013, ma jsirx tnaqqis fil-pagamenti minħabba t-tressiq tard tal-applikazzjonijiet uniċi għal dawk il-bdiewa li sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013, ikunu ressqu l-applikazzjonijiet uniċi marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed tar-raba’ agrikolu ta’ mergħa Alpina kif iddefiniti mill-Awstrija fiż-żoni muntanjużi magħżulin skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Applikazzjonijiet uniċi bħal dawn, li jitressqu wara t-28 ta’ Ġunju 2013, se jitqiesu mhux ammissibbli.

Artikolu 2

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, fir-rigward tas-sena ta’ applikazzjoni 2013, ma għandux japplika t-tnaqqis stipulat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 fir-rigward ta’ talbiet ta’ pagamenti skont it-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 marbutin ma’ mill-inqas ħabel wieħed ta’ raba’ agrikolu li jinsab fil-mergħat Alpini kif iddefiniti mill-Awstrija fiż-żoni muntanjużi magħżulin b’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 minħabba tressiq tard tat-talbiet għall-pagamenti jekk dawk it-talbiet għall-pagamenti jkunu tressqu sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2013. Talbiet għall-pagamenti bħal dawn, li jitressqu wara t-28 ta’ Ġunju 2013, se jitqiesu mhux ammissibbli.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(3)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(4)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8.


9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 650/2013

tat-8 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0707 00 05

MK

33,9

TR

105,8

ZZ

69,9

0709 93 10

TR

113,4

ZZ

113,4

0805 50 10

AR

82,5

TR

69,0

UY

83,3

ZA

93,6

ZZ

82,1

0808 10 80

AR

125,7

BR

94,3

CL

131,5

CN

96,1

NZ

145,9

US

154,5

ZA

108,7

ZZ

122,4

0808 30 90

AR

111,6

CL

120,4

CN

49,9

NZ

192,6

ZA

112,4

ZZ

117,4

0809 10 00

IL

275,4

TR

205,9

ZZ

240,7

0809 29 00

TR

284,2

ZZ

284,2

0809 30

TR

235,1

ZZ

235,1

0809 40 05

IL

99,1

MA

99,1

ZA

125,3

ZZ

107,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/364/PESK

tat-8 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK (1) li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ sat-30 ta' Ġunju 2012.

(2)

Fl-10 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/372/PESK (2) li estendiet il-missjoni EUJUST LEX IRAQ għal 18-il xahar sal-31 ta' Diċembru 2013.

(3)

L-ammont ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sat-30 ta' Ġunju 2013. Huwa meħtieġ ammont ġdid ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatat mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013.

(4)

Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2010/330/PESK:

"2b.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 15 400 000.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 179, 11.7.2012, p. 22.


9.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.