ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.172.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
2013/309/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 li temenda l-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE rigward ċerti rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini (notifikata bid-dokument C(2013) 3704) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
2013/310/UE |
|
|
* |
||
|
|
2013/311/UE |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 596/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom (1),
Wara li kkunsidra il-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK tipprevedi ċerti miżuri restrittivi skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ("UNSCR") 1267 (1999) u 1333 (2000), kif aġġornati regolarment mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit mir-UNSCR 1267 (1999) u 1989 (2011). Id-Deċiżjoni 2011/487/PESK (2), adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, emendat il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Unjoni huma ppreżentati fir-Regolament (KE) Nru 881/2002 (3) li jipprevedi għall-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, entitajiet, korpi jew gruppi assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida. |
(2) |
Fil-21 ta’ Frar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ("Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet") iddeċieda, skont il-paragrafu 32 tar-UNSCR 2083 (2012) li jneħħi persuna naturali waħda, mil-lista ta' persuni, entitajiet, korpi jew gruppi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Madankollu, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li qabel ma jneħħi l-iffriżar ta' assi li jkunu ġew iffriżati bħala riżultat tal-elenkar ta' dik il-persuna, l-Istati Membri għandhom jissottomettu talba lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet biex ineħħu l-iffriżar ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi u għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jiġux ittrasferiti, direttament jew indirettament, lil persuna naturali jew ġuridika, entità, korp jew grupp jew inkella jintużaw għal finijiet ta' terroriżmu, skont ir-UNSCR 1373 (2001). |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet, huwa meħtieġ li jinżammu ċertu restrizzjonijiet fuq il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' dik il-persuna u li tiġi stipulata l-eżenzjoni addizzjonali mill-miżuri ta’ ffriżar skont il-paragrafu 32 tar-UNSCR 2083 (2012). |
(4) |
Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 2a, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-Artikolu 2 ma japplikax għal fondi jew riżorsi ekonomiċi meta:
|
(3) |
Fl-Artikolu 7(1)(a), il-kliem li ġejjin huma miżjuda wara r-referenza għall-Anness I: "u Anness Ia" |
(4) |
Fl-Artikolu 7d(2), il-kliem "L-Anness I għandu jinkludi" huma sostitwiti b' dan li ġej: "L-Anness I u l-Anness Ia għandhom jinkludu" |
(5) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(6) |
Anness ġdid huwa miżjud skont l-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il President
C. ASHTON
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(2) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 73.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS I
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija mħassra:
“Usama Muhammed Awad Bin Laden (magħruf ukoll bħala (a) Usama Bin Muhammed Bin Awad, Osama Bin Laden, (b) Ben Laden Osama, (c) Ben Laden Ossama, (d) Ben Laden Usama, (e) Bin Laden Osama Mohamed Awdh, (f) Bin Laden Usamah Bin Muhammad, (g) Shaykh Usama Bin Ladin, (h) Usamah Bin Muhammad Bin Ladin, (i) Usama bin Laden, (j) Usama bin Ladin, (k) Osama bin Ladin, (l) Osama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (m) Usama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (n) Abu Abdallah Abd Al Hakim, (o) Al Qaqa). Titolu: (a) Shaykh, (b) Hajj. Data ta' Twelid: (a) 30.7.1957 (b) 28.7.1957, (c) 10.3.1957, (d) 1.1.1957, (e) 1956, (f) 1957. Post tat-Twelid: (a) Jeddah, l-Arabja Sawdija, (b) il-Jemen. Nationality: Ċittadinanza Sawdija rtirata, ċittadinanza Afgana mogħtija mir-reġim tat-Taliban. Informazzjoni oħra: Ikkonfermat li miet fil-Pakistan f’Mejju 2011. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.”
ANNESS II
“ANNESS IA
Persuna naturali msemmija fl-Artikolu 2(3a)
Usama Muhammed Awad Bin Laden (magħruf ukoll bħala (a) Usama Bin Muhammed Bin Awad, Osama Bin Laden, (b) Ben Laden Osama, (c) Ben Laden Ossama, (d) Ben Laden Usama, (e) Bin Laden Osama Mohamed Awdh, (f) Bin Laden Usamah Bin Muhammad, (g) Shaykh Usama Bin Ladin, (h) Usamah Bin Muhammad Bin Ladin, (i) Usama bin Laden, (j) Usama bin Ladin, (k) Osama bin Ladin, (l) Osama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (m) Usama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (n) Abu Abdallah Abd Al Hakim, (o) Al Qaqa). Titolu: (a) Shaykh, (b) Hajj. Data ta' Twelid: (a) 30.7.1957 (b) 28.7.1957, (c) 10.3.1957, (d) 1.1.1957, (e) 1956, (f) 1957. Post tat-Twelid: (a) Jeddah, l-Arabja Sawdija, (b) il-Jemen. Nationality: Ċittadinanza Sawdija rtirata, ċittadinanza Afgana mogħtija mir-reġim tat-Taliban. Informazzjoni oħra: Ikkonfermat li miet fil-Pakistan f’Mejju 2011. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.”
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 597/2013
tad-19 ta’ Ġunju 2013
li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rogal świętomarciński (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mill-Polonja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Rogal świętomarciński”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1070/2008 (2). |
(2) |
It-talba għandha l-għan li temenda l-Ispeċifikazzjoni, billi tnaqqas il-limitu minimu tal-firxa tal-piż tal-prodott. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri l-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Rogal świętomarciński” hija b’dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-Dokument Uniku kkonsolidat li jinkludi l-elementi ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 290, 31.10.2008, p. 16.
ANNESS I
L-emenda li ġejja għall-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Rogal świętomarciński” ġiet approvata:
Il-limitu minimu tal-medda ta’ piżijiet għar-“Rogal świętomarciński” qed jitnaqqas għal 150 g, u l-piż tal-prodott għalhekk se jkun 150-250 g.
L-emenda proposta hija ddettata minn bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, li għal xi żmien kienu qed jitolbu croissant li jiżen anqas. Id-drawwiet tal-ikel nbidlu u minħabba d-daqs attwali tiegħu, ir-“Rogal świętomarciński” huwa meqjus bħala prodott tal-ħelu kbir wisq, speċjalment hekk kif inhu moħmi u kkonsmat illum il-ġurnata matul is-sena, u mhux biss f’Jum San Martin. It-tnaqqis tal-limitu minimu tal-piż se jagħti spinta lid-domanda u b’hekk iwessa’ l-firxa tal-konsumaturi, u dan għandu jgħin ukoll biex ixerred l-informazzjoni dwar l-iskema IĠP.
Il-karatteristiċi speċifiċi tar-“Rogal świętomarciński”, hekk kif definiti fil-punt 5.2 tad-Dokument Uniku, u t-togħma tiegħu, mhuma se jiġu affetwati bl-edba mod mit-tnaqqis tal-piż.
Din l-emenda tfisser ukoll li teħtieġ li titħassar is-sentenza li ġejja marbuta mad-dimensjonijiet tal-croissant fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku: “(Huwa ...) joqgħod b’kaxxa ta’ bejn wieħed u ieħor 14 × 14 ċm, b’għoli fl-eħxen punt tiegħu ta’ madwar 7 ċm, u b’wisa’ ta’ bejn wieħed u ieħor 10 ċm.” Din hija konsegwenza tal-bidla fil-piż permess tal-prodott, u ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni sabiex jinżammu l-qisien indikati f’dan il-każ. Lanqas ma hemm raġuni biex jiġu indikati dimensjonijiet oħra, billi dawn ikunu diffiċli li jiġu speċifikati fid-dawl ta’ tali firxa wiesgħa ta’ piżijiet. Dan huwa parzjalment minħabba l-proċess tal-ħami, hekk kif il-furnara artiġjanali m’għandhom l-ebda influwenza fuq il-punt safejn l-għaġina tiżdied fil-volum. Għandu jiġi rrimarkat li t-tħassir tal-ħtiġijiet marbutin mad-dimensjonijiet tal-prodott bl-ebda mod m’huma se jaffettwaw l-għamla speċifika tagħha, li għandha tinżamm irrispettivament mill-piż tiegħu.
ANNESS II
DOKUMENT UNIKU KKONSOLIDAT
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)
“ROGAL ŚWIĘTOMARCIŃSKI”
Nru tal-KE: PL-PGI-0105-01023-24.7.2012
IĠP (X) DPO ()
1. Isem
“Rogal świętomarciński”
L-isem “Rogal świętomarciński” jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, u huwa l-isem użat skont id-drawwa biex jiddeskrivi croissant moħmija f’Poznań, il-kapitali reġjonali tal-Wielkopolska, u fi ftit bliet tal-madwar. L-isem ta’ din il-pasta ġej minn tradizzjoni tal-ħami u mill-konsum tagħha f’Jum San Martin (il-11 ta’ Novembru), bil-mili karatteristiku tagħha żviluppat fiż-żona inkwistjoni.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Polonja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.4. |
Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Ir-“Rogal świętomarciński” għandu għamla ta’ nofs qamar miksi bil-ġelu u mraxxax bil-ġewż imqatta’ rqiq. Trasversalment huwa ovali. Jiżen bejn 150 u 250 g. Il-kulur tal-wiċċ tiegħu jvarja minn dehbi skur sa kannella ċar. L-għaġna hija lewn il-krema u l-mili huwa kannella lewn il-krema – li jvarja bejn kannella pallidu u kannella lewn il-krema skur. L-għaġna moħmija hija ta’ konsistenza elastika u li tisfolja, u trasversalment hija poruża, b’saffi viżibbli. Lejn in-nofs, ir-rollijiet tal-għaġna jintefgħalhom mili taż-żerriegħa tal-pepprin. Fiċ-ċentru tagħha, l-għaġina timtela b’mili taż-żerriegħa tal-pepprin li tinħass umda meta tmissha. It-togħma u r-riħa karatteristika – ħelwa b’kemxejn togħma tal-lewż – ġejjin mill-ingredjenti, li jinkludu: l-għaġna bil-ħmira u l-mili taż-żerriegħa tal-pepprin.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Jintużaw dawn l-ingredjenti biex isir ir-“Rogal świętomarciński”:
— |
Għall-għaġina: dqiq tal-qamħ, marġerina, ħalib, bajd, zokkor, ħmira, melħ, togħma tal-lumi. |
— |
Għall-mili: ġulġlien abjad, zokkor, frak, polpa tal-bajd, marġerina, żbib, ġewż jew frott ieħor jixbhu, frott fix-xiropp jew frott imqadded (ċiras ħelu, lanġasa, qxur tal-larinġ), togħma tal-lewż. |
— |
Ingredjenti oħrajn (saff dekorattiv): ġelu, ġewż imqatta’ rqiq. |
Id-dqiq għandu jinkludi aktar minn 27 % ta’ gluten elastiku. Dan jagħmilha aktar faċli biex tinfetaħ l-għaġina u biex tinkiseb il-konsistenza sfiljurata wara li jinfirxu s-saffi u jsir il-ftuħ bil-marġerina.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita
— |
Tagħmil tal-għaġina tal-ħmira |
— |
Tagħmil tal-għaġina tal-croissant |
— |
Preparazzjoni tal-mili biż-żerriegħa tal-pepprin |
— |
Mili u fformar f’għamla ta’ nofs qamar |
— |
Ħami |
— |
Tiżjin |
3.6. Regoli speċifiċi rigward it-tqattigħ, it-tħakkik, l-imballaġġ, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Ir-“Rogal świętomarciński” jista’ jinbiegħ mingħajr imballaġġ. Jekk jintuża imballaġġ, it-tikketta “Rogal świętomarciński” għandha tinkludi wkoll is-simbolu ta’ indikazzjoni ġeografika protetta u l-kliem “Indikazzjoni ġeografika protetta”.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-belt ta’ Poznań, kif iddefinita mill-fruntieri ammministrattivi, id-distrett ta’ Poznań u d-distretti li ġejjin tal-Provinċja ta’ Wielkopolskie:
Chodzież, Czarnków, Gniezno, Gostyń, Grodzisk, Jarocin, Kalisz, u l-belt ta’ Kalisz,
Koło, Konin, u l-belt ta’ Konin, kościan, Krotoszyn, Leszno, u l-belt ta’ Leszno, Nowy Tomyśl, Oborniki, Ostrów, Piła, Pleszew, Rawicz, Słupca, Szamotuły, Śrem, Środa, Wągrowiec, Wolsztyn, Września.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
L-isem “Rogal świętomarciński” ġej mit-tradizzjoni tal-ħami u tal-konsum ta’ croissants b’mili karatteristiku f’Jum San Martin (il-11 ta’ Novembru). Din id-drawwa toriġina f’Poznań u fiż-żona tal-madwar.
Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Martin imorru lura għas-seklu 16, u huma marbutin mat-tmiem tal-istaġun agrikolu ta’ dik is-sena partikolari. It-triq prinċipali f’Poznań hija msemmija għal San Martin, u kull sena jsiru festi biex jonorawh. Dawn il-festi jifformaw parti mill-patrimonju tal-komunità kollha tal-belt.
Il-fama tar-“Rogal świętomarciński” kienet stabbilita mid-dulċiera u l-furnara f’Poznań, il-kapitali tal-Wielkopolska, u ż-żona tal-madwar. Il-furnara ilhom 150 sena joffru dan il-prodott lill-abitanti tal-belt f’Jum San Martin. It-tradizzjoni xterdet fid-distretti fil-viċinat tal-Provinċja ta’ Wielkopolskie.
Tul iż-żmien, ir-“Rogal świętomarciński” sar disponibbli matul is-sena, iżda l-produzzjoni u l-konsum tiegħu għadhom ikkonċentrati madwar Jum San Martin.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-karatteristiċi tipiċi tar-“Rogal świętomarciński” huma marbutin mal-għarfien u l-ħiliet tal-produtturi, li jaħmuh skont speċifikazzjoni. Il-prodott għandu kwalità speċifika li tirriżulta mid-dehra esterna, l-għamla, it-togħma u r-riħa, u l-użu ta’ ingredjent speċjali – iż-żrieragħ tal-pepprin abjad – għall-mili.
Għall-croissant tintuża għaġna bbażata fuq il-ħmira. Din hija għaġna tal-ħmira li, wara li togħla u toqgħod, tkun mifruxa flimkien mal-marġerina, li tipproduċi għaġna tal-croissant li, waqt il-ħami, tikseb konsistenza karatteristrika ħafifa u li tisfolja. Bi qbil mar-riċetta msemmija “tlieta għal tlieta”, żewġ terzi tal-għaġna tinfirex b’saff tal-marġerina u mbagħad l-għaġna tintlewa fi tlieta sabiex ikun hemm tliet saffi ta’ għaġna li bejniethom ikun hemm żewġ saffi ta’ xaħam. Imbagħad tinfirex u tintlewa fi tlieta għal darbtejn jew tintlewa darba f’erba’. Dan jipproduċi s-saffi li huma karatteristika tal-għaġna tal-croissant.
Il-mili biż-żerriegħa tal-pepprin abjad, li miegħu tiżdied it-togħma tal-lewż, jiddistingwi b’mod ċar ir-“Rogal świętomarciński” minn għaġniet ħelwin oħrajn. Iż-żerriegħa tal-pepprin abjad hija ingredjent speċjali u rarament użata.
Dawn li ġejjin huma essenzjali għan-natura eċċezzjonali tal-prodott:
— |
l-għaġina li tisfolja tal-croissant tinkludi l-ingredjenti li ġejjin: dqiq tal-qamħ, marġerina, ħalib, bajd, zokkor, ħmira, melħ, togħma tal-lumi. |
— |
il-mili, magħmul l-aktar minn żerriegħa tal-pepprin abjad, li miegħu jiżdiedu: zokkor, frak tal-kejk sponge, polpa tal-bajd, marġerina, żbib, ġewż, frott fix-xiropp jew frott imqadded (ċiras ħelu, lanġas, qxur tal-larinġ) u togħma tal-lewż. |
— |
il-metodu ta’ kif tintlewa l-għaġna, il-mili tagħha bil-mili taż-żerriegħa tal-pepprin, kif tiġi ddekorata bil-ġelu u kif jintefa’ fuqha ġewż mqatta’ rqiq, jinfluwenzaw ukoll l-għamla unika finali u l-apparenza ġenerali tal-għaġina. |
Il-kombinazzjoni ta’ dawn l-ingredjenti u l-għaġina speċifika li tisfolja jagħmel lir-“Rogal świętomarciński” prodott eċċezzjonali u uniku.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
L-istorja, it-tradizzjoni tal-ħami u r-reputazzjoni tar-“Rogal świętomarciński”:
Ir-“Rogal świętomarciński” ilha 150 sena tgawdi minn popolarità u suċċess li tmur lura f’Poznań. Fil-mentalità taċ-ċittadini ta’ Poznań u l-viżitaturi ta’ din il-belt fuq ix-xmara Warta, il-prodott huwa assoċjat maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Martin fil-11 ta’ Novembru. Il-bosta leġġendi u tradizzjonijiet marbutin mal-ħami ta’ din il-pasta bdew jixhdu r-reputazzjoni tal-prodott.
Skont waħda minn dawn il-leġġendi, l-ewwel persuna li ħmiet ir-“Rogal świętomarciński” f’Poznań kienet id-dulċier Józef Melzer, li ħeġġeġ lill-kap tiegħu jaħmi croissants, li mbagħad tqassmu lill-fqar tal-belt. Jintqal li huwa ġietu l-idea f’Novembru 1891 wara li semal-priedka ta’ Dun Jan Lewicky, il-qassis fil-parroċċa ta’ San Martin, li ħadem biex il-qaddis patrun tal-parroċċa, li jippersonifika l-imħabba lejn il-proxxmu, u li huwa wkoll il-qaddis patrun tal-furnara, ikun iċċelebrat permezz ta’ xi att ta’ ħniena lejn il-fqar ta’ Poznań.
L-għamla tal-croissant għandha wkoll l-għeruq tradizzjonali tagħha; l-oriġini tagħha hija attribwita għaż-żmien tar-rebħa tar-Re Jan III Sobieski fuq it-Torok fil-bibien ta’ Vjenna. Fl-1683, ir-Re Jan III Sobieski tal-Polonja ħataf bosta bnadar tat-Torok, li fuqhom jidher in-nofs qamar; din l-għamla serviet bħala mudell għall-ħami tar-“Rogal świętomarciński”, għall-kommemorazzjoni ta’ din ir-rebħa. Skont leġġenda oħra ta’ Poznań, l-għamla talludi għan-nagħla mitlufa taż-żiemel ta’ San Martin.
L-aktar referenza antika magħrufa għall-ħami tal-croissants f’Jum San Martin tmur lura għal referenza fil-Gazeta Wielkiego Księstwa Poznańskiego [Gazzetta tal-Gran Dukat ta’ Poznan] tal-10 ta’ Novembru 1852 għad-dulċier Antoni Pfitzner, li kien fetaħ il-ħanut tiegħu tliet snin qabel fi Triq Wrocławska f’Poznań.
“Għada, il-Ħamis, croissants mimlijin disponibbli għal prezzijiet varji fil-ħanut tad-dulċier A. Pfitzner fi Triq Wrocławska.”
L-ewwel użu rreġistrat tal-isem “Rogal świętomarciński” jinstab f’aħbar għall-istampa mill-11 ta’ Novembru 1860.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, it-tradizzjoni tal-ħami tar-“Rogal świętomarciński” tkompliet mid-dulċiera u l-furnara privati f’Poznań. Il-Liġi dwar in-Nazzjonalizzazzjoni tat-3 ta’ Jannar 1946 ma kinitx tkopri ditti żgħar tas-snajja’. It-tip ta’ mili użat fl-għaġina nbidel f’dak iż-żmien. Minħabba d-diffikultajiet li kienu qed jaffettwaw il-fornimenti, l-ingredjenti biex isir mili mil-lewż prattikament saru mhux disponibbli, u d-dulċiera u l-furnara bdew jibdlu l-mili mil-lewż bil-mili taż-żerriegħa tal-pepprin abjad.
Mis-sittinijiet tas-seklu li għadda, il-gazzetti rrapportaw regolarment il-kwantità ta’ croissants mikulin miċ-ċittadini ta’ Poznań fil-11 ta’ Novembru. Bis-saħħa ta’ dan is-sors ta’ informazzjoni, illum huwa magħruf li l-konsum kiber minn 10 tunnellati fil-bidu tas-sittinijiet għal xi 42,5 tunnellata fl-1969. Illum, jinbiegħu bejn wieħed u ieħor 250 tunnellata tal-prodott f’Jum San Martin mill-produtturi f’Poznań, waqt li l-bejgħ annwali huwa bejn wieħed u ieħor ta’ 500 tunnellata.
Ir-“Rogal świętomarciński” sar simbolu ta’ Poznań, li jiġi servit lill-mistednin uffiċjali. Fl-2004, huwa ngħata premju mill-Organizzazzjoni Pollakka għat-Turiżmu, u ġie deskritt kif ġej:
“… pasta tradizzjonali magħmula permezz ta’ riċetta unika u moħmija biss f’Poznań għal Jum Saint Martin…”. Din l-informazzjoni turi r-reputazzjoni ta’ dan il-prodott speċifiku u r-rabta tiegħu ma’ Poznań u r-reġjun kollu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.minrol.gov.pl/pol/Jakosc-zywnosci/Produkty-regionalne-i-tradycyjne/Zlozone-wnioski-o-rejestracje-Produkty-regionalne-i-tradycyjne/OGLOSZENIE-MINISTRA-ROLNICTWA-I-ROZWOJU-WSI-z-dnia-29-maja-2012-roku
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 598/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 564/2012 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura akkoppjata stipulata fl-Artikolu 68(1)(a)(i) sa (iv) fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) ta’ dak ir-Regolament għal 3,5 % tal-livell massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri kkonċernati. |
(2) |
Il-limiti massimi baġitarji għall-appoġġ stipulati fl-Artikolu 68(1)(a)(i) sa (iv) u l-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-sena kalendarja 2012 huma stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2012 (2). |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2012 (3) jistipula ċert derogi għall-Portugall fir-rigward tad-data ta’ għeluq għar-reviżjoni tad-deċiżjoni dwar l-appoġġ speċifiku għall-2012 fir-rigward tad-data ta’għeluq għan-notifika ta’ tali reviżjoni, u fir-rigward tal-kundizzjonijiet applikabbli għal attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali u fir-rigward tal-informazzjoni li jkun hemm fl-applikazzjoni għall-għajnuna |
(4) |
Fl-4 ta’ Jannar 2013, il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ appoġġ emendati li bi ħsiebu japplika għall-2012. |
(5) |
Skont l-informazzjoni sottomessa, il-Portugall għandu l-ħsieb:
|
(6) |
Dawk l-emendi jaffettwaw il-livell ta’ appoġġ stipulat fl-Artikolu 68(1)(a)(i) sa (iv) u l-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u għalhekk il-limitu massimu baġitarju għall-Portugall stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 564/2012. |
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 564/2012 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. Peress li l-emendi japplikaw għas-sena 2012, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 564/2012, ir-ringiela li tikkonċerna l-Portugall hija mibdula b’dan li ġej:
“Il-Portugall |
20 200 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(2) ĠU L 168, 28.6.2012, p. 26.
(3) ĠU L 357, 28.12.2012, p. 7.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 599/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 578/2010 f’dak li għandu x’jaqsam mal-ammonti ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni, li mhumiex koperti miċ-ċertifikati, ta’ ċerti prodotti agrikoli fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat u n-notifikazzjoni, mill-Istati Membri, ta’ ċerta dejta relatata
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li mhumiex fl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2) jipprevedi esportaturi żgħar jiġu eżentati milli jippreżentaw ċertifikat ta’ rifużjoni sa ammonti totali stabbiliti fil-livell individwali u globali. Huwa jipprevedi wkoll li ċertifikati ta’ rifużjoni li tkun saret applikazzjoni għalihom u, f’ċerti każijiet, iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa, għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni. |
(2) |
Tnaqqis riċenti fir-rati ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni, minħabba l-effetti konġunti tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni u l-movimenti fil-prezzijiet tal-komodità agrikola fis-suq dinji, wasslu għal sitwazzjoni fejn saru anqas applikazzjonijiet jew ma saret l-ebda applikazzjoni għaċ-ċertifikati ta’ rifużjoni u għaldaqstant naqset il-pressjoni fuq il-baġit tal-Unjoni għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat. Fiċ-ċirkostanzi fejn l-Unjoni ma tinsabx fil-periklu li tikser l-impenji internazzjonali tagħha, huwa xieraq li tiġi ssimplifikata s-sistema tal-għoti ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv. |
(3) |
Għalhekk huwa xieraq li jiżdied il-limitu tal-ħlas li taħtu l-esportaturi ż-żgħar huma eżentati milli jissottomettu ċertifikat ta’ rifużjoni fil-livell individwali u globali. Huwa wkoll xieraq li jiġu sospiżi l-obbligi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-ammonti ta’ ċertifikati ta’ rifużjoni li ġew applikati sabiex meta r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi kollha jiġu sospiżi, mhux stabbiliti jew ugwali għal żero, li jinnotifikaw ċerti ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa meta l-ebda ċertifikat ta’ rifużjoni ma jkun maħruġ u, meta jkun involut l-ebda ammont, l-obbligu li jinnotifikaw ċertu tagħrif biex ikunu ggarantiti l-funzjonament u l-ġestjoni tas-sistema taċ-ċertifikati ta’ rifużjoni u li javżaw lill-Kummissjoni li ma ngħataw l-ebda ammonti. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 578/2010 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 578/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 42(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Ma hemmx bżonn ta’ ċertifikati għal esportazzjonijiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet mill-operatur matul is-sena tal-baġit u li ma jwasslux għal ħlas ta’ iktar minn EUR 200 000.”; |
(2) |
L-Artikolu 43(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Għal kull perjodu tal-baġit, l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1) għandhom ikunu eliġibbli għall-ħlas ta’ rifużjoni fi ħdan il-limitu ta’ riserva totali ta’ EUR 80 miljun għal kull sena tal-baġit.”; |
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 53a li ġej: “Artikolu 53a 1. Meta r-rifużjoni applikabbli għal kull prodott bażiku elenkat fl-Anness I tkun ġiet sospiża, ma tkunx ġiet stabbilita jew tkun ugwali għal żero, matul wieħed mill-perjodi msemmija fl-Artikolu 29(1)(a) sa (f), l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw b’rabta ma’ dan il-perjodu u previst fl-Artikolu 30 u l-Artikolu 34(2) għandu jiġi sospiż. 2. Meta l-ebda ċertifikat ta’ rifużjoni ma jkun inħareġ matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 51(1)(c) u (d), l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw kif previst mill-Artikolu 51(1)(c) u (d) għandu jiġi sospiż. 3. Meta l-ebda ammont ma jkun involut, l-obbligi għall-Istati Membri li jinnotifikaw kif previst mill-Artikolu 51(1)(a) u (b), l-Artikolu 51(2), l-Artikolu 52 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 53 u biex jinformaw li ma ngħataw l-ebda ammonti kif previst mit-tieni sentenza tal-Artikolu 53, għandhom jiġu sospiżi.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 600/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ analiżijiet iżotopiċi fuq il-prodotti tal-inbid fil-Kroazja għal perjodu tranżitorju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikulari l-Artikolu 41(1) tiegħu (2),
Billi:
(1) |
Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-analiżi iżotopika tal-prodotti tal-inbid li għandha titwettaq hekk kif imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (3). Analiżi iżotopika bħal din hija metodu analitiku użat għall-kontroll tas-settur tal-inbid u biex wieħed jikkumbatti l-frodi f’dan is-settur u teħtieġ għarfien xjentifiku u tagħmir tekniku speċjali ħafna. Il-Kroazja mhijiex mgħammra biex twettaq dan il-metodu ta’ analiżi. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ kontroll, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jwettaq l-analiżi f’isem il-Kroazja għal perjodu li jippermetti ’l dan il-pajjiż jikseb l-għarfien u t-tagħmir meħtieġa biex iwettaq dan il-kompitu. |
(2) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 89
Għal perjodu li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2015, sakemm jiġi stabbilit it-tagħmir analitiku adegwat, il-Kroazja għandha tibgħat il-kampjuni tal-inbid tagħha liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-analiżi.
Il-Kroazja tista’ taħtar korp kompetenti li jkun awtorizzat ikollu aċċess għat-tagħrif dwar il-kampjuni fit-territorju tagħha.”.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.
(2) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.
(3) ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 601/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
L-aċetat tal-kobalt, il-karbonat tal-kobalt bażiku u s-sulfat tal-kobalt kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE. Imbagħad, dawk l-addittivi tal-għalf iddaħħlu fir-Reġistru tal-Komunità tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-aċetat tal-kobalt, il-karbonat tal-kobalt bażiku u s-sulfat tal-kobalt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 10(2), ġiet ippreżentata applikazzjoni għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-karbonat tal-kobalt bażiku f’forma ta’ pellikola granulata għall-ispeċi tal-annimali kollha. It-tielet nett, f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-kobalt għar-ruminanti, iż-żwiemel u l-fniek. Għall-ħames komposti ta’ kobalt intalab biex l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi”. It-tliet applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Ġunju 2012 (3) (4) u tat-22 ta’ Mejju 2012 (5) li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew tal-ambjent, u li huma sorsi effettivi ta’ kobalt għall-ispeċi fil-mira rispettivi. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala’ l-ebda tħassib għall-utenti dwar is-sikurezza sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni biex tiġi evitata l-inalazzjoni. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki għall-komposti tal-kobalt diġà awtorizzati, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex jippreparaw lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi nutrittivi”, u mill-grupp funzjonali, “komposti ta’ mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness li kienu awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE u l-għalf li jkun fih dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta' Jannar 2014 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Lulju 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) EFSA Journal 2012; 10(7):2791.
(4) EFSA Journal 2012; 10(7):2782.
(5) EFSA Journal 2012; 10(6):2727.
ANNESS
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Kontenut tal-element (Co) f’mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikronutrijenti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3b801 |
— |
Aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat |
|
ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żoo |
— |
— |
1 (total) |
|
Il-15 ta' Lulju 2023 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
3b802 |
— |
Karbonat tal-kobalt(II) |
|
ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żoo |
— |
— |
1 (total) |
|
Il-15 ta' Lulju 2023 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
3b803 |
— |
Idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat |
|
ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żoo |
— |
— |
1 (total) |
|
Il-15 ta' Lulju 2023 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
3b804 |
— |
Idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat |
|
ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żoo |
— |
— |
1 (total) |
|
Il-15 ta' Lulju 2023 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
3b805 |
— |
Sulfat tal-kobalt(II), etaidrat |
|
ruminanti b’kirxa funzjonali, l-ispeċi ekwina (equidae), lagomorfi, rodituri, rettili erbivori u mammiferi taż-żoo |
— |
— |
1 (total) |
|
Il-15 ta' Lulju 2023 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
(2) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(3) ĠU L 393, 30.12. 1989, p. 18.
(4) ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
(5) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 602/2013
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
45,1 |
TR |
98,7 |
|
ZZ |
71,9 |
|
0707 00 05 |
MK |
27,7 |
TR |
123,3 |
|
ZZ |
75,5 |
|
0709 93 10 |
MA |
102,6 |
TR |
127,0 |
|
ZZ |
114,8 |
|
0805 50 10 |
AR |
89,4 |
BR |
96,4 |
|
TR |
78,7 |
|
ZA |
140,2 |
|
ZZ |
101,2 |
|
0808 10 80 |
AR |
173,6 |
BR |
122,2 |
|
CL |
133,2 |
|
CN |
71,7 |
|
NZ |
147,1 |
|
US |
156,1 |
|
UY |
165,4 |
|
ZA |
123,0 |
|
ZZ |
136,5 |
|
0809 10 00 |
IL |
342,4 |
TR |
224,5 |
|
ZZ |
283,5 |
|
0809 29 00 |
TR |
351,0 |
ZZ |
351,0 |
|
0809 30 |
TR |
179,1 |
ZZ |
179,1 |
|
0809 40 05 |
CL |
195,6 |
IL |
308,9 |
|
ZA |
404,4 |
|
ZZ |
303,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/306/PESK
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/328/PESK (1) biex jaħtar lis-Sinjura Patricia FLOR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2013. |
(2) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar. |
(3) |
Il-mandat tar-RSUE ser jiġi implimentat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il mandat tas-Sinjura Patricia FLOR bħala r-RSUE għall-Asja Ċentrali huwa b'dan estiż sat-30 ta' Ġunju 2014. Il-mandat tar-RSUE jista' jiġi terminat qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta’ politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Asja Ċentrali. Dawn l-objettivi jinkludu:
(a) |
il-promozzjoni ta' relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn il-pajjiżi tal-Unjoni u tal-Asja Ċentrali abbażi ta’ valuri u interessi komuni kif jinsabu fi ftehimiet rilevanti; |
(b) |
kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fir-reġjun; |
(c) |
kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Asja Ċentrali; |
(d) |
l-indirizzar ta' minaċċji ewlenin, speċjalment ta' problemi speċifiċi b'implikazzjonijiet diretti għall-Ewropa; |
(e) |
titjib fl-effikaċja u viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun, anke permezz ta' koordinazzjoni iżjed mill-qrib ma' sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, bħall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u n-Nazzjonijiet Uniti. |
Artikolu 3
Mandat
1. Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
(a) |
tippromwovi l-koordinazzjoni politika tal-Unjoni fuq bażi ġenerali fl-Asja Ċentrali u tgħin biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni fir-reġjun; |
(b) |
tagħmel monitoraġġ, f'isem ir-RGħ, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u mal-Kummissjoni, tal-proċess ta' implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali, komplementat b’rapporti sussegwenti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali, tagħmel rakkomandazzjonijiet u tirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari; |
(c) |
tgħin lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta' politika komprensiva fir-rigward tal-Asja Ċentrali; |
(d) |
issegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi tiżviluppa u żżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-mezzi ta' komunikazzjoni tal-massa; |
(e) |
tħeġġeġ lill-Kazakastan, il-Kirgiztan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan biex jikkooperaw fir-rigward ta' kwistjonijiet reġjonali ta' interess komuni; |
(f) |
tiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni adatti mal-atturi interessati ewlenin fir-reġjun u mal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai (SCO), il-Komunità Ekonomika Ewrasjana (EURASEC), il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u Miżuri li Jkattru l-Kunfidenza fl-Asja (CICA), l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), il-Programm ta' Kooperazzjoni Ekonomika Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CAREC) u ċ-Ċentru ta' Informazzjoni u Koordinazzjoni Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CARICC); |
(g) |
tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f'żoni affettwati minn kunflitt, speċjalment permezz tal-monitoraġġ u l-indirizzar tal-iżviluppi f'dan ir-rigward; |
(h) |
tikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-OSKE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti billi tiżviluppa kuntatti mal-awtoritajiet u ma' atturi lokali oħra bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, partiti politiċi, minoritajiet, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom; |
(i) |
tagħti l-kontribut tagħha għall-formulazzjoni ta' aspetti tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni relattivament għas-sigurtà tal-enerġija, għas-sigurtà fuq il-fruntieri, inklużi l-attivitajiet anti-narkotiċi, u għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, l-ambjent u l-bidla fil-klima fir-rigward tal-Asja Ċentrali; |
(j) |
tippromwovi s-sigurtà reġjonali ġewwa l-fruntieri tal-Asja Ċentrali hekk kif jibdew jiġu rtirati t-truppi tal-Forza Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurtà (ISAF). |
2. Ir-RSUE għandha tappoġġa l-ħidma tar-RGħ u żżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fir-reġjun.
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li taġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandha taħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-SEAE u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 1 050 000.
2. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandha tkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra
1. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandha tkun responsabbli mill-formazzjoni ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi l-konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandha żżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni mandanti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
4. Il-persunal tar-RSUE għandu jkun kolokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew id-delegazzjonijiet/rappreżentazzjonijiet f'pajjiżi terzi tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, skont kif ikun meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE tingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont kif ikun meħtieġ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat u s-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, notevolment billi:
(a) |
tistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni; |
(b) |
tiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni; |
(c) |
tiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel ma jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona tal-missjoni, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE; |
(d) |
tiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u tipprovdi lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtaġġ
Ir-RSUE għandha tipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandha tirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill skont kif ikun meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE tista’ tipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandha tikkontribwixxi għall-unità, konsistenza u effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandha tgħin sabiex ikun żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu ngaġġati konsistentement, għall-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk tar-RSUE għall-Afganistan. Ir-RSUE għandha tipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha. Ir-RSUE għandha wkoll iżżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.
Artikolu 13
Assistenza fir-rigward ta' talbiet
Ir-RSUE u l-persunal tagħha għandhom jassistu fil-provvediment ta' elementi bħala rispons għal kwalunkwe talba u kwalunkwe obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali għall-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali preċedenti, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali fini.
Artikolu 14
Reviżjoni
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandha tippreżenta lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-RGħ rapport ta' progress sal-aħħar ta' Diċembru 2013, u, fi tmiem il-mandat tar-RSUE, rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 165, 26.6.2012, p. 59.
(2) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/307/PESK
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/424/PESK (1) li taħtar lis-Sur Bernardino LEÓN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-RSUE) għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2013. |
(2) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar. |
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u tista' tfixkel il-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Bernardino LEÓN bħala r-RSUE għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran huwa b'dan estiż sat-30 ta' Ġunju 2014. Il-mandat tar-RSUE jista' jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtá (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta’ politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fir-rigward tal-Viċinat tan-Nofsinhar kif stipulati fid-Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar u l-11 ta' Marzu 2011, fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar u l-20 ta' Ġunju 2011, u b'kont meħud tal-proposti tar-RGħ u tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħhom tat-8 ta' Marzu u l-25 ta' Mejju 2011.
Dawk l-objettivi jinkludu:
(a) |
t-tisħiħ tad-djalogu politiku tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għas-sħubija u r-relazzjoni usa' mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, partikolarment dawk li għaddejin minn riforma politika u transizzjoni għad-demokrazija. |
(b) |
kontribut għar-rispons tal-Unjoni għall-iżviluppi fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, partikolarment dawk li għaddejin minn riforma politika u transizzjoni għad-demokrazija b'mod partikolari billi jsaħħu d-demokrazija u t-tiswir ta’ istituzzjonijiet, tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, tal-paċi u ta’ kooperazzjoni reġjonali, anke permezz tal-politika tal-Viċinat Ewropew u tal-Unjoni għall-Mediterran; |
(c) |
it-tisħiħ tal-effikaċja, preżenza u viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun u fil-fora internazzjonali rilevanti. |
(d) |
l-istabbiliment ta' koordinazzjoni mill-qrib ma' msieħba lokali rilevanti u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali bħall-Unjoni Afrikana, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Islamika, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rilevanti, in-Nazzjonijiet Uniti u s-settur privat. |
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika msemmija fl-Artikolu 2, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
(a) |
isaħħaħ ir-rwol politiku ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran partikolarment dawk li għaddejin minn riforma politika u transizzjoni għad-demokrazija, b'mod partikolari billi jsaħħaħ id-djalogu mal-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll mas-soċjetà ċivili u interlokuturi rilevanti oħrajn, u jippromwovi l-għarfien fost l-imsieħba fl-approċċ tal-Unjoni; |
(b) |
iżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet kollha involuti fil-proċess ta' trasformazzjoni demokratika fir-reġjun, jippromwovi l-istabbilizzazzjoni u r-rikonċiljazzjoni b'rispett sħiħ tal-appartenenzi lokali u jikkontribwixxi għall-maniġġar u l-prevenzjoni ta' kriżijiet; |
(c) |
jikkontribwixxi għal koerenza, konsistenza u koordinazzjoni aħjar tal-linji ta' politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tar-reġjun; |
(d) |
jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-koordinazzjoni ma' msieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali u għas-sostenn tal-kooperazzjoni reġjonali. Jgħin lir-RGħ, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mill-Istati Membri, b’kontribut fil-ħidma tat-Task Force u laqgħat ta' segwitu għar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran; |
(e) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, anke tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitt Armat, kif ukoll il-Linji Gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u tfajliet u fil-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom, u għall-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, anke bil-monitoraġġ u r-rappurtar dwar żviluppi, u bit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rigward. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti relevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 945 000.
2. In-nefqa għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun l-oġġett ta’ kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni Ewropea għal kull infiq.
Artikolu 6
Struttura u kompożizzjoni tal-grupp
1. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għat-twaqqif ta’ skwadra. L-iskwadra għandha tinkludi konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tibagħtu jew tas-SEAE,, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
4. Il-persunal tar-RSUE għandu jkun kolokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew id-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri prattikabbli raġonevoli kollha, f'konformità mal-mandat u abbażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ġeografika ta’ responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, partikolarment billi:
(a) |
jiġi stabbilit pjan ta' sigurtà li jkun speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jipprevedi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, u l-immaniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà, u li jipprevedi pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni tal-missjoni; |
(b) |
jiġi żgurat li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni; |
(c) |
jiġi żgurat li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE; |
(d) |
jiġi żgurat li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u li l-Kunsill, ir-RGħ u l-Kummissjoni jingħatawlhom rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tan-nofs it-terminu u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtaġġ
Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lill-KPS u lir-RGħ rapporti orali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-KPS jew tar-RGħ, ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut f'infurmar lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri ikunu użati b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni sħiħa mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ Rappreżentanti Speċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea li jkunu attivi fir-reġjun, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet ta' Missjonijiet tal-Istati Membri, li għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm kollegament wkoll ma’ atturi oħrajn, kemm internazzjonali kif ukoll reġjonali, fuq il-post.
Artikolu 13
Analiżi
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta' progress sal-aħħar ta' Diċembru 2013, u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat meta dan jintemm.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 188, 19.7.2011, p. 24.
(2) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/308/PESK
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. |
(2) |
Il-Kunsill iqis li sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu politiku, il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq is-Sur Uladzimir Uladzimiravich Makei skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi sospiża waqt li jżomm il-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Bjelorussja. Is-sospensjoni għandha tkun soġġetta għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
(3) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċizjoni Nru 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 8
1. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(1), safejn dawn japplikaw għas-Sur Uladzimir Uladzimiravich Makei, għandhom jiġu sospiżi waqt li jżomm il-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Bjelorussja.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2013. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu."
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Ġunju 2013
li temenda l-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE rigward ċerti rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini
(notifikata bid-dokument C(2013) 3704)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/309/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (1), u b’mod partikolari il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE (2) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina (“l-embrijuni”). Din id-Deċiżjoni tistipula wkoll garanziji li għandhom jingħataw fir-rigward ta’ mard speċifiku tal-annimali minn ċerti pajjiżi terzi elenkati f’dak l-Anness. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/168/KE tipprevedi wkoll li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ embrijuni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikati veterinarji fl-Annessi II, III u IV ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
L-Iżrael huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE bħala pajjiż awtorizzat għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ embrijuni bovini derivati in vivo u dawk prodotti in vitro. Madankollu, għal dawn l-aħħar snin m’hemmx dokumentazzjoni dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni. |
(4) |
F’Novembru 2012, l-Iżrael innotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bl-ewwel każijiet tal-marda tal-infafet fil-ġilda f’baqar tal-ħalib. F’Marzu 2013, l-Iżrael informa lill-OIE li l-marda kompliet tinfirex lejn in-nofsinhar u l-punent ta’ fejn seħħ it-tfaqqigħ inizjali u minn dak iż-żmien kompliet taffettwa aktar merħliet li jipproduċu l-ħalib. |
(5) |
Il-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda virili elenkata bħala marda li għandha tiġi notifikata b’mod obbligatorju fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3). Il-marda tal-infafet fil-ġilda attwalment mhijiex preżenti fl-Unjoni. |
(6) |
Skont l-Artikolu 4.7.14 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, il-marda tal-infafet fil-ġilda hija inkluża fil-Kategorija 4, li telenka l-mard jew l-aġenti patoġeniċi li għalihom saru studji li jindikaw li r-riskju tat-trażmissjoni permezz ta’ trasferiment ta’ embrijuni jista’ ma jkunx negliġibbli anki jekk l-embrijuni jiġu ttrattati tajjeb bejn il-ġbir u t-trasferiment skont il-Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kummerċ tal-embrijuni bovini u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi hija konformi ma’ dak il-Manwal. |
(7) |
L-Artikolu 11.12.10 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE jistabbilixxi rakkomandazzjonijiet rigward l-importazzjoni ta’ embrijuni u ooċiti ta’ annimali bovini minn pajjiżi meqjusa infettati mill-marda tal-infafet fil-ġilda. |
(8) |
Bħalissa ma hemm l-ebda rekwiżit li jikkonċerna l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE. Għaldaqstant jeżisti r-riskju li l-marda tista’ tiġi introdotta fl-Unjoni permezz tal-importazzjoni tal-embrijuni minn pajjiżi terzi fejn il-marda tal-infafet fil-ġilda hija preżenti. |
(9) |
Huwa għaldaqstant xieraq li r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li huma marbuta mal-marda tal-infafet fil-ġilda, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, ikunu inklużi fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji stipulati fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE. |
(10) |
L-Annessi II, III u IV tad-Direttiva 2006/168/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Biex jiġi evitat kull tfixkil tal-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati veterinarji maħruġa skont id-Deċiżjoni 2006/168/KE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huma mibdula bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Settembru 2013, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ kunsinni ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina minn pajjiżi terzi li jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013 skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi II, III u IV tad-Deċiżjoni 2006/168/KE fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.
(2) ĠU L 57, 28.2.2006, p. 19.
(3) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.
ANNESS
ANNESS II
Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni derivati in vivo ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina miġbura b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS III
Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina kkonċepiti bl-użu ta’ semen konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407KEE
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet ta’ embrijuni prodotti in vitro ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina konċepiti bl-użu ta’ semen li ġejja minn ċentri ta’ ġbir jew ħżin tas-semen approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-UE U TAL-ICAO
tal-21 ta’ Settembru 2011
dwar l-adozzjoni ta’ Anness dwar is-skurezza tal-avjazzjoni tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni msaħħa
(2013/310/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-UE U TAL-ICAO,
Wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, iffirmat f’Montreal u fi Brussell fit-28 ta’ April u fl-4 ta’ Mejju 2011 (il-MoC tal-UE u tal-ICAO), u b’mod partikolari l-Artikolu 7.3(c) tiegħu,
Billi
huwa xieraq li jiġi inkluż Anness dwar is-Sikurezza tal-Avjazzjoni fil-MoC tal-UE u tal-ICAO,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni b’dan qed jiġi adottat u għandu jifforma parti integrali mill-MoC tal-UE u tal-ICAO.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Montreal, il-21 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt tal-UE u tal-ICAO
Il-Presidenti
Għall-Unjoni Ewropea
Matthias RUETE
Għall-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali
Raymond BENJAMIN
ANNESS
“ANNESS I
IS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
1. Għanijiet
1.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-kuntest tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni (MOC) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) iffirmat f’Montréal fis-27 ta’ Settembru 2010. |
1.2. |
B’mod konsistenti mal-impenn tagħhom li jiksbu l-ogħla livelli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni fid-dinja kollha u għall-armonizzazzjoni dinjija tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati tas-sikurezza (SARPs), il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw mill-qrib fi spirtu ta’ trasparenza u djalogu biex jikkoordinaw l-attivitajiet tas-sikurezza tagħhom. |
2. Ambitu
2.1. |
Sabiex jilħqu l-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 1.2, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:
|
2.2. |
Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.1 għandha tiġi żviluppata f’dawk l-oqsma fejn tiġi eżerċitata l-kompetenza tal-UE. |
3. Implimentazzjoni
3.1. |
Il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw mekkaniżmi u proċeduri miftiehma b’mod reċiproku biex jimplimentaw kooperazzjoni b’mod effikaċi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2.1. Dawn l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom ikunu adottati mill-Kumitat Konġunt. |
4. Djalogu
4.1. |
Il-Partijiet għandhom jorganizzaw laqgħat u telekonferenzi fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ sikurezza u ta’ interess reċiproku, u fejn xieraq, jikkoordinaw attivitajiet. |
5. Trasparenza, Skambju ta’ Informazzjoni, Aċċess għal Bażijiet ta’ Dejta
5.1. |
Il-Partijiet għandhom iħeġġu, suġġett għar-regoli applikabbli, it-trasparenza fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ partijiet terzi. |
5.2. |
Il-Partijiet għandhom ikunu trasparenti fil-kooperazzjoni tagħhom u jikkollaboraw fl-attivitajiet ta’ sikurezza permezz tal-iskambju ta’ dejta rilevanti u xierqa dwar is-sikurezza, informazzjoni u dokumentazzjoni dwar is-sikurezza, billi jipprovdu aċċess għal bażijiet ta’ dejta rilevanti u billi jiffaċilitaw parteċipazzjoni reċiproka fil-laqgħat. Għal dan l-għan, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni, għall-provvediment ta’ aċċess għal bażijiet ta’ dejta u li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun waslitilhom mill-Parti l-oħra f’konformità mal-Artikolu 6 tal-MOC. |
6. Parteċipazzjoni f’attivitajiet dwar is-sikurezza
6.1. |
Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness, kull Parti għandha, kif xieraq, tistieden lill-Parti l-oħra biex tipparteċipa f’attivitajiet u laqgħat relatati mas-sikurezza bl-għan li jkunu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib. Il-modalitajiet għal din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-arranġamenti ta’ ħidma miftiehma mill-Partijiet. |
7. Koordinazzjoni tal-USOAP tal-ICAO u l-Ispezzjonijiet ta’ Standardizzazzjoni tal-UE
7.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fl-oqsma tal-USOAP u l-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni sabiex jiżguraw użu effikaċi ta’ riżorsi limitati u jevitaw duplikazzjoni ta’ sforzi, filwaqt li jippreżervaw l-universalità u l-integrità tal-USOAP tal-ICAO. |
7.2. |
Sabiex tkun ivverifikata konformità mill-Istati Membri tal-UE mal-Istandards relatati mas-sikurezza tal-ICAO u l-ħarsien tal-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO, u biex jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 7.1, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu qafas għat-twettiq, kif xieraq ta’:
|
7.3. |
Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw il-mekkaniżmi u l-proċeduri meħtieġa għall-implimentazzjoni effikaċi tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 7.2. Dawn l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jindirizzaw, inter alia, l-aspetti li ġejjin:
|
8. Qsim ta’ informazzjoni u analiżi dwar is-sikurezza
8.1. |
Mingħajr ħsara għar-regoli applikabbli tagħhom, il-Partijiet għandhom jaqsmu ma’ xulxin dejta rilevanti dwar is-sikurezza miġbura permezz tal-USOAP u sorsi oħra, bħall-attivitajiet ta’ approċċ ta’ monitoraġġ kontinwu tal-ICAO, l-Ispezzjonijiet ta’ Standardizzazzjoni tal-EASA u l-ispezzjonijiet SAFA, kif ukoll analiżi magħmula abbażi ta’ din id-dejta. |
8.2. |
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw mill-qrib fi kwalunkwe azzjoni meħuda biex tkun żgurata konformità aktar effikaċi mas-SARPs fl-UE u fi Stati oħra. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni, l-iffaċilitar ta’ djalogu bejn il-Partijiet ikkonċernati, żjarat jew spezzjonijiet fuq il-post, u l-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe attività ta’ assistenza teknika. |
9. Kwistjonijiet regolatorji
9.1. |
Kull Parti għandha tiżgura li l-parti l-oħra tinżamm infurmata dwar il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, ir-rekwiżiti u l-prattiki rrakkomandati rilevanti kollha tagħha li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness, kif ukoll kwalunkwe modifika tiegħu. |
9.2. |
Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin f’ħin adegwat dwar kwalunkwe modifika proposta għal-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, ir-rekwiżiti u l-prattiki rrakkomandati rilevanti tagħhom, safejn dawn il-modifiki jista’ jkollhom impatt fuq dan l-Anness. Fid-dawl ta’ dawn il-modifiki, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta emendi għal dan l-Anness, kif meħtieġ, skont l-Artikolu 7 tal-MOC. |
9.3. |
Fl-isfond tal-armonizzazzjoni dinjija tar-regolamenti u l-istandards dwar is-sikurezza, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kwistjonijiet regolatorji tekniċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni matul l-istadji differenti tat-tfassil ta’ regoli jew il-proċessi tal-iżvilupp tas-SARP, u għandhom jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fl-entitajiet tekniċi assoċjati, fejn xieraq. |
9.4. |
L-ICAO għandha tipprovdi lill-UE informazzjoni fil-ħin dwar deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-ICAO li jaffettwaw is-SARPs relatati mas-sikurezza, billi tipprovdi aċċess sħiħ għall-Ittri lill-Istati u l-Bullettini Elettroniċi tagħha. |
9.5. |
Fejn xieraq, l-UE għandha tipprova tiżgura li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE tkun f’konformità mas-SARPs relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-ICAO. |
9.6. |
Minkejja l-obbligi tal-Istati Membri tal-UE bħala Stati Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-UE għandha fejn xieraq, tiddjaloga mal-ICAO biex tipprovdi informazzjoni teknika f’każijiet meta jitfaċċaw kwistjonijiet relatati mal-konformità mal-Istandards tal-ICAO u l-ħarsien tal-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO skont l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. |
10. Proġetti u Programmi ta’ Assistenza Teknika
10.1. |
Il-Partijiet għandhom jikkoordinaw assistenza lill-Istati fi sforz biex jiżguraw l-użu effikaċi tar-riżorsi u jevitaw sforz iddupplikat, u għandhom jiskambjaw informazzjoni u dejta dwar proġetti u programmi ta’ assistenza teknika relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
10.2. |
Il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet konġunti biex iniedu u jikkoordinaw sforzi internazzjonali biex jidentifikaw donaturi li huma lesti u li huma kapaċi jikkontribwixxu assistenza teknika mmirata lejn Stati li għandhom nuqqasijiet ta’ sikurezza sinifikanti. |
10.3. |
Il-kontribuzzjonijiet tal-UE għandhom b’mod partikolari jkunu diretti lejn programmi u proġetti mmirati lejn l-assistenza ta’ Stati u entitajiet tal-avjazzjoni ċivili reġjonali biex isolvu nuqqasijiet ta’ sikurezza sinifikanti, jimplimentaw is-SARPs tal-ICAO, jiżviluppaw kooperazzjoni regolatorja u jsaħħu sistemi tal-Istat ta’ sorveljanza tas-sikurezza, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ sistemi reġjonali ta’ sorveljanza tas-sikurezza. |
11. Kooperazzjoni reġjonali
11.1. |
Il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lill-attivitajiet immirati lejn l-aċċellerazzjoni tal-istabbiliment ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali ta’ Sorveljanza tas-Sikurezza meta l-approċċ reġjonali joffri opportunitajiet għat-titjib tal-proċessi tal-kosteffiċjenza, tas-sorveljanza u/jew tal-istandardizzazzjoni. |
12. Assistenza Esperta
12.1. |
Mingħajr ħsara għall-iskemi ta’ assistenza esperta żviluppati barra l-ambitu ta’ dan l-Anness, l-UE għandha tipprova tagħmel disponibbli għall-ICAO esperti b’għarfien espert tekniku pruvat fl-oqsma rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, fuq talba, biex iwettqu kompiti u jipparteċipaw f’attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan l-Anness. Il-kundizzjonijiet ta’ assistenza esperta bħal din għandhom ikunu speċifikati f’arranġament ta’ ħidma bejn il-Partijiet. |
13. Taħriġ
13.1. |
Fejn xieraq, kull Parti għandha tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ persunal tal-Parti l-oħra fi kwalunkwe programm ta’ taħriġ relatat mas-sikurezza tal-avjazzjoni li tipprovdi. |
13.2. |
Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni u materjali relatati ma’ programmi ta’ taħriġ relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni u, fejn xieraq, jikkoordinaw u jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ. |
13.3. |
Fil-qafas tal-attivitajiet koperti mill-Artikolu 10 ta’ dan l-Anness, il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni fi programmi ta’ taħriġ ta’ apprentisti li jiġu minn Stati jew reġjuni li lilhom tkun qed tiġi pprovduta assistenza teknika minn waħda mill-Partijiet. |
14. Analiżi
14.1. |
Il-Partijiet għandhom janalizzaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness fuq bażi regolari u, skont kif meħtieġ, jikkunsidraw kwalunkwe politika rilevanti jew żviluppi regolatorji. |
14.2. |
Kwalunkwe analiżi ta’ dan l-Anness għandha titwettaq mill-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 7 ta’ dan l-MOC. |
15. Dħul fis-Seħħ, Emendi u Terminazzjoni
15.1. |
Dan l-Anness għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt u għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm ikun terminat. |
15.2. |
Arranġamenti ta’ ħidma miftiehma skont dan l-Anness għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt. |
15.3. |
Kwalunkwe emenda għal, jew terminazzjoni ta’ arranġamenti ta’ ħidma adottati skont dan l-Anness għandhom ikunu miftiehma fi ħdan il-Kumitat Konġunt. |
15.4. |
Dan l-Anness jista’ jkun terminat fi kwalunkwe ħin minn kwalunkwe Parti. Din it-terminazzjoni għandha tkun effettiva sitt xhur wara l-wasla lil parti waħda ta’ notifika bil-miktub tat-terminazzjoni mill-parti l-oħra, sakemm in-notifika ta’ terminazzjoni msemmija ma tkunx ġiet irtirata bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ sitt xhur. |
15.5. |
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk l-MOC jiġi terminat, dan l-Anness u kwalunkwe arranġament ta’ ħidma adottat skont l-Artikolu, għandu jiġi terminat fl-istess ħin.” |
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-UE U TAL-ICAO
tat-18 ta’ Marzu 2013
dwar l-adozzjoni ta’ anness dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jkun mal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni msaħħa
(2013/311/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-UE U TAL-ICAO,
Wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni msaħħa (l-MoC tal-ICAO), li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Marzu 2012 u b’mod partikolari l-Artikolu 7.3(c) tiegħu,
Billi
huwa xieraq li jiġi inkluż anness dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fl-MoC tal-ICAO,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni b’dan qed jiġi adottat u għandu jifforma parti integrali mill-MoC tal-ICAO.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Montreal, it-18 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kumitat Konġunt tal-UE u tal-ICAO
Il-Presidenti
Għall-Unjoni Ewropea
Matthias RUETE
Għall-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali
Raymond BENJAMIN
ANNESS
“ANNESS II
IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI
1. Għanijiet
1.1. |
Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni fil-qafas tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni (MoC) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) li ġie ffirmat f’Montreal fit-28 ta’ April 2011 u fi Brussell fl-4 ta’ Mejju 2011. |
1.2. |
B’mod konsistenti mal-impenn tagħhom li jiksbu livell xieraq u sostenibbli ta’ sigurtà tal-avjazzjoni fuq bażi dinjija, notevolment permezz tal-Istandards u l-Prattiki Rrakkomandati (SARPs) tal-ICAO, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw mill-qrib fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
2. Kamp ta’ applikazzjoni
2.1. |
Sabiex jilħqu l-għanijiet speċifikati fil-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw billi:
|
3. Implimentazzjoni
3.1. |
Il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw mekkaniżmi u proċeduri miftiehma b’mod reċiproku biex jimplimentaw il-kooperazzjoni b’mod effettiv fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2.1. Dawn l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt. |
4. Djalogu
4.1. |
Il-Partijiet għandhom jorganizzaw laqgħat u/jew telekonferenzi fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess reċiproku rigward is-sigurtà tal-avjazzjoni u, fejn ikun xieraq, biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom. |
5. Qsim ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, ta’ riċerka/studji u ta’ analiżi
5.1. |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tagħhom, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw liema informazzjoni u analiżi jistgħu jaqsmu bejniethom abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-programmi ta’ awditjar u ta’ spezzjonar rispettivi tagħhom, kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ qsim biex tkun iggarantita l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tasal mingħand il-Parti l-oħra skont l-Artikolu 6 tal-MoC. |
5.2. |
Il-Partijiet għandhom jikkollaboraw bejniethom fl-attivitajiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni permezz tal-iskambju ta’ dejta li tkun rilevanti u xierqa u ta’ riċerka, studji, informazzjoni u dokumentazzjoni, u billi jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni reċiproka fil-laqgħat. |
6. Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni
6.1. |
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness, kull Parti għandha tistieden lill-Parti l-oħra tipparteċipa, skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti, f’attivitajiet u laqgħat relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni, kif xieraq, bl-għan li jkunu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib. Il-modalitajiet għal din il-parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti ta’ ħidma miftiehma bejn il-Partijiet. |
7. Kwistjonijiet regolatorji
7.1. |
Kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra tkun infurmata dwar il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, ir-rekwiżiti u l-prattiki rrakkomandati rilevanti kollha tagħha li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness, kif ukoll dwar kwalunkwe modifika tagħhom. |
7.2. |
Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin, fil-ħin, dwar kwalunkwe modifika proposta għal-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards, ir-rekwiżiti u l-prattiki rrakkomandati rilevanti tagħhom, safejn dawn il-modifiki jista’ jkollhom impatt fuq dan l-Anness. |
7.3. |
Bl-għan li jkun hemm armonizzazzjoni dinjija tar-regolamenti u l-istandards marbutin mas-sigurtà tal-avjazzjoni, il-Partijiet għandhom jinformaw lil xulxin dwar il-kwistjonijiet regolatorji tekniċi fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni matul l-istadji differenti tal-proċess tat-tfassil tar-regoli jew tal-proċess tal-iżvilupp tas-SARP, u huma jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-korpi tekniċi assoċjati, fejn dan ikun xieraq. |
7.4. |
Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin b’informazzjoni f’waqtha dwar deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jaffettwaw is-sigurtà tal-avjazzjoni. |
7.5. |
L-UE għandha, fejn xieraq, tiddjaloga mal-ICAO biex tipprovdi informazzjoni teknika f’każijiet fejn l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE twassal għal kwistjonijiet relatati mal-konformità mal-Istandards tal-ICAO u mal-ħarsien tal-Prattiki Rrakkomandati tal-ICAO. |
8. Assistenza teknika
8.1. |
Il-Partijiet għandhom jikkoordinaw l-assistenza għall-Istati bejniethom fi sforz biex jiżguraw l-użu effettiv tar-riżorsi u jevitaw li jsir sforz doppju, u għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar proġetti u programmi ta’ assistenza teknika relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
8.2. |
Il-Partijiet għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jassistu lill-Istati tal-UE u lil Stati oħrajn, skont kif jitqies xieraq, fit-titjib tal-livell ta’ implimentazzjoni effettiva tagħhom tal-elementi kritiċi tas-sistemi ta’ sorveljanza tas-sigurtà tal-Istati u tal-livell ta’ konformità tagħhom mal-SARPs tal-ICAO. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju tal-informazzjoni, l-iffaċilitar tad-djalogu bejn il-Partijiet ikkonċernati u l-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe attività ta’ assistenza teknika, iżda ma għandhiex tkun limitata għalihom biss. |
9. Kooperazzjoni reġjonali
9.1. |
Il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lill-attivitajiet li jkunu mmirati lejn l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SARPs fejn l-approċċ reġjonali jkun joffri opportunitajiet għal iktar kosteffiċjenza u għal titjib fil-proċessi tas-sorveljanza u/jew tal-istandardizzazzjoni. |
10. Assistenza min-naħa tal-esperti
10.1. |
Mingħajr preġudizzju għall-iskemi ta’ assistenza min-naħa tal-esperti żviluppati barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Anness, il-Partijiet għandhom jippruvaw iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ xulxin esperti b’għarfien espert tekniku f’oqsma rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni, meta jintalbu jagħmlu dan, biex dawn iwettqu kompiti u jipparteċipaw f’attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Anness. Il-kundizzjonijiet ta’ assistenza bħal din min-naħa tal-esperti għandhom ikunu speċifikati f’arranġament ta’ ħidma bejn il-Partijiet. |
11. Taħriġ
11.1. |
Fejn xieraq, kull Parti għandha tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ persunal mill-Parti l-oħra fi kwalunkwe programm tat-taħriġ relatat mas-sigurtà tal-avjazzjoni li hija tipprovdi. |
11.2. |
Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-materjal marbut mal-programmi tat-taħriġ relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni u, fejn ikun xieraq, jikkoordinaw u jikkooperaw bejniethom fl-iżvilupp ta’ programmi tat-taħriġ. |
11.3. |
Fil-qafas tal-attivitajiet koperti fl-Artikolu 9 ta’ dan l-Anness, il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-parteċipazzjoni, fi programmi tat-taħriġ, ta’ apprentisti li jiġu minn Stati jew reġjuni li jkunu qed jingħataw assistenza teknika minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet. |
12. Analiżi
12.1. |
Il-Partijiet għandhom janalizzaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness fuq bażi regolari u jikkunsidraw kwalunkwe żvilupp fil-politika jew żvilupp regolatorju rilevanti, skont il-bżonn. |
12.2. |
Kwalunkwe analiżi ta’ dan l-Anness għandha titwettaq mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 7 ta’ dan l-MoC. |
13. Dħul fis-seħħ, emendi u terminazzjoni
13.1. |
Dan l-Anness għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tiegħu mill-Kumitat Konġunt u għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm jiġi tterminat. |
13.2. |
L-arranġamenti ta’ ħidma miftiehma skont dan l-Anness għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħhom mill-Kumitat Konġunt. |
13.3. |
Kwalunkwe emenda fl-arranġamenti ta’ ħidma adottati skont dan l-Anness jew terminazzjoni tagħhom għandha tkun miftiehma mill-Kumitat Konġunt. |
13.4. |
Dan l-Anness jista’ jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin minn kwalunkwe Parti. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li parti waħda tirċievi notifika bil-miktub tat-terminazzjoni mingħand il-parti l-oħra, sakemm in-notifika ta’ terminazzjoni msemmija ma tkunx ġiet irtirata bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ sitt xhur. |
13.5. |
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk l-MoC jiġi tterminat, dan l-Anness u kwalunkwe arranġament ta’ ħidma adottat skont dan l-Anness għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.” |
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.