|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.168.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Mejju 2013
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
(2013/296/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/353/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(2) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi hu b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, skont l-avviż previst fl-Artikolu 2 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tkun marbuta bil-Ftehim (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi
L-UNJONI EWROPEA,
u
IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008,
BIX-XEWQA li jkomplu jiffaċilitaw il-kuntatti tal-persuni,
FILWAQT LI JAGĦRFU l-importanza tal-introduzzjoni ta’ reġim ta’ vvjaġġar ħieles mill-viża għaċ-ċittadini r-Repubblika tal-Moldova fiż-żmien dovut, sakemm il-kondizzjonijiet għall-mobbiltà ġestita tajjeb u sigura jkunu fis-seħħ,
FILWAQT LI JQISU u l-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,
FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim ma japplikawx għad-Danimarka,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, hu emendat skont id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu:
|
(1) |
Fit-titolu, il-kelma “Komunità” hi sostitwita bil-kliem “l-Unjoni”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 2(1) u (2) u fl-Artikolu 3 il-punt (e), il-kelma “Komunitarja” hi sostitwita bil-kliem “tal-Unjoni Ewropea”. |
|
(3) |
L-Artikolu 4, il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “1. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul ta’ aktar minn darba b’terminu ta’ validità ta’ ħames snin għal dawn il-kategoriji ta’ persuni:
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment huma manifestament limitati għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul aktar minn darba hu limitat għal dak il-perjodu, partikolarment meta
ikun inqas minn ħames snin. 2. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta’ dħul aktar minn darba bit-terminu ta’ validità ta’ sena għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta’ qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta’ dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:
B’deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment huma manifestament limitati għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul aktar minn darba hu limitat għal dak il-perjodu. 3. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul aktar minn darba bit-terminu ta’ validità ta’ minimu ta’ sentejn (2) u massimu ta’ 5 snin għall-kategoriji ta’ ċittadini msemmija fil-paragrafu 2, jekk kemm-il darba fis-sentejn ta’ qabel ikunu wżaw tajjeb il-viżi ta’ dħul aktar minn darba għal sena, skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat li żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment huma manifestament limitati għal perjodu iqsar, li f’dan il-każ it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul aktar minn darba hu limitat għal dak il-perjodu.” |
|
(5) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Preżentazzjoni ta’ applikazzjoni mingħajr il-preżenza tal-applikant Il-konsulati tal-Istati Membri jistgħu jneħħu r-rekwiżit biex jidhru personalment, meta jkunu jafu lill-applikant għall-integrità u l-affidabbiltà tiegħu, sakemm l-applikant ma jkunx meħtieġ li jidher personalment għal ġbir tal-identifikaturi bijometriċi.”. |
|
(7) |
L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’ dan li ġej: “Artikolu 8 Tluq f’każ ta’ dokumenti mitlufa jew misruqa Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova li jkunu tilfu d-dokumenti ta’ identità tagħhom, jew li jkunu nsterqulhom dawn id-dokumenti waqt li jkunu qegħdin fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova jew l-Istati Membri, jistgħu jħallu t-territorju tar-Repubblika tal-Moldova jew l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ identità validi li jippermettu l-qsim tal-fruntiera, maħruġa minn missjonijiet diplomatiċi jew pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Moldova mingħajr viża jew awtorizzazzjoni oħra.”. |
|
(8) |
Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 12(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(11) |
Fl-Artikolu 14, għandu jiddaħħal l-ewwel paragrafu li ġejja: “Ir-Repubblika tal-Moldova tista’ ddaħħal mill-ġdid il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-Istati Membri kollha u mhux għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ Stati Membri individwali.”. |
Artikolu 2
Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2012, f’żewġ kopji fl-ilsna uffiċjali tal-Partijiet, kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiċi.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
Pentru Uniunea Europeană
3a Република Молдова
Por la República de Moldavia
Za Moldavskou republiku
For Republikken Moldova
Für die Republik Moldau
Moldova Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία της Μολδαβίας
For the Republic of Moldova
Pour la République de Moldavie
Per la Repubblica moldova
Moldovas Republikas vārdā –
Moldovos Respublikos vardu
A Moldovai Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tal-Moldova
Voor de Republiek Moldavië
W imieniu Republiki Mołdawii
Pela República da Moldova
Pentru Republica Moldova
Za Moldavskú republiku
Za Republiko Moldavijo
Moldovan tasavallan puolesta
För Republiken Moldavien
Pentru Republica Moldova
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR KOOPERAZZJONI FEJN JIDĦLU DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR
Il-Partijiet jaqblu li l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim, meta jkun qed jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta’ sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rispettivi dwar il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet jaqblu li jinformaw lil xulxin b’mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar.
ID-DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR ID-DOKUMENTI LI GĦANDHOM IKUNU PPREŻENTATI META SSIR L-APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA GĦAL ŻJARA QASIRA
L-Unjoni Ewropea se tistabbilixxi lista armonizzata ta’ dokumenti ta’ appoġġ, skont il-punt a tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 48 tal-Kodici dwar il-Viżi, sabiex tiżgura li l-applikanti mir-Repubblika tal-Moldova jkunu meħtieġa li jippreżentaw, fil-prinċipju, l-istess dokumenti ta’ appoġġ. L-Unjoni Ewropea se tinforma lir-Repubblika tal-Moldova fil-Kumitat, meta tali lista ġiet stabbilita. L-Unjoni Ewropea ser tinforma wkoll liċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova skont l-Artikolu 47 paragrafu 1 lit. a tal-Kodiċi tal-Viża.
DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-KOOPERAZZJONI MA’ FORNITURI ESTERNI TAS-SERVIZZI
L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li testernalizza l-proċess tal-applikazzjonijiet għall-viżi biss meta tkux tista’ tagħmel mod ieħor, meta jkun hemm ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni lokali, bħal meta l-għadd kbir ta’ applikanti ma jippermettix li l-ġbir tal-applikazzjonijiet u tad-dejta jiġi organizzat f’waqtu u f’kondizzjonijiet deċenti; jew ma jkunx possibbli li tiġi żgurata kopertura territorjali tajba tal-pajjiż terz ikkonċernat b’xi mod ieħor; u fejn forom oħra ta’ kooperazzjoni jirriżultaw mhux adatti għall-Istat Membru konċernat.
ID-DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR L-IFFAĊILITAR GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA
L-Unjoni Ewropea tinnota s-suġġeriment tar-Repubblika tal-Moldova li tagħti definizzjoni usa’ tal-kunċett tal-membri tal-familja li għandhom jibbenefikaw minn faċilitazzjoni ta’ viża kif ukoll dwar l-importanza li tagħti r-Repubblika tal-Moldova lis-simplifikazzjoni tal-moviment ta’ din il-kategorija ta’ persuni.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà ta’ numru estiż ta’ persuni li għandhom konnessjonijiet familjari (b’mod partikolari l-aħwa u wliedhom) ma’ ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova legalment residenti fit-territorji tal-Istati Membri jew ma’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, l-Unjoni Ewropea tistieden lill-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fil-Kodiċi dwar il-Viżi biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta’ viżi lil din il-kategorija ta’ persuni, inkluż b’mod partikolari, is-simplifikazzjoni tad-dokumenti ta’ evidenza mitluba għall-applikanti, l-eżenzjonijiet mit-tariffi tal-ipproċessar u, fejn xieraq, il-ħruġ ta’ viżi ta’ dħul aktar minn darba.
ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ISVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN
Il-Partijiet jinnotaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera u l-Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim tat-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-assoċazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-progress tal-acquis ta’ Schengen.
F’tali ċirkostanzi, ikun mixtieq li l-awtoritajiet tal-Isvizzera u l-Liechtenstein u r-Repubblika tal-Moldova jikkonkludu, bla dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra f’termini simili għall-Ftehim emendat.
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Mejju 2013
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
(2013/297/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/428/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Lulju 2012, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(2) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tipproċedi/jipproċedu, f’isem l-Unjoni, skont l-avviż previst fl-Artikolu 2 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) ĠU L 199, 26.7.2012, p. 1.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
L-UNJONI EWROPEA,
min-naħa l-waħda, u
L-UKRAINA,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008,
BIX-XEWQA li jkomplu jiffaċilitaw il-kuntatti bejn il-persuni,
FILWAQT LI JGĦARFU l-importanza tal-introduzzjoni ta’ reġim ta’ vvjaġġar ħieles mill-viża għaċ-ċittadini tal-Ukraina fiż-żmien dovut, sakemm ikun hemm fis-seħħ il-kondizzjonijiet għall-mobbiltà ġestita tajjeb u fiż-żgur,
FILWAQT LI JQISU d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viża) (1), li, b’mod partikolari jipprevedi li tingħata motivazzjoni obbligatorja għaċ-ċaħda għall-viża u d-dritt ta’ appell għall-applikanti f’każ ta’ rifjut,
FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,
FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim ma japplikawx għad-Danimarka,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, hu emendat skont id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu:
|
(1) |
Fit-titolu, il-kelma “Komunità” hi sostitwita bil-kelma “Unjoni”. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 1(2), jiddaħħal l-ewwel subparagrafu li ġej: L-Ukraina tista’ ddaħħal mill-ġdid il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-Istati Membri kollha u mhux għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ Stati Membri individwali. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 2(1) u (2), il-kelma “Komunità” hi sostitwita bil-kliem “Unjoni Ewropea”. |
|
(4) |
Fl-Artikolu 3 il-punt (e), il-kelma “Komunitarja” hi sostitwita bil-kliem “tal-Unjoni Ewropea”. |
|
(5) |
L-Artikolu 4(1) hu emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 sa 3, huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta’ diversi dħul b’terminu ta’ validità ta’ ħames snin għal dawn il-kategoriji ta’ persuni:
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża ta’ diversi dħul hu limitat għal dak il-perjodu, partikolarment meta
ikun inqas minn ħames snin. 2. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta’ diversi dħul b’perjodu ta’ validità ta’ sena għal dawn il-kategoriji ta’ ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta’ qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta’ dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-tul ta’ żmien tal-validità tal-viża ta’ diversi dħul hu limitat għal dak il-perjodu. 3. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta’ diversi dħul b’perjodu ta’ validità minimu ta’ sentejn u massimu ta’ ħames snin għall-kategoriji ta’ ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn ta’ qabel ikunu użaw tajjeb il-viżi ta’ diversi dħul għal sena, skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat li żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment tkun manifestament limitata għal perjodu iqsar, li f’dan il-każ il-perjodu tal-validità tal-viża ta’ diversi dħul jkun limitat għal dak il-perjodu.”. |
|
(7) |
L-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 12(1) hu emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.
Magħmul fi Brussell, fit-23 jum ta’ Lulju fis-sena elfejn u tnax, f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, u bl-Ukrain, u kull wieħed minn dawk it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Європейське Спiвтовариство
За Украйна
Por Ucrania
Za Ukrajinu
For Ukraine
Für die Ukraine
Ukraina nimel
Για την Ουκρανία
For Ukraine
Pour l'Ukraine
Per l'Ucraina
Ukrainas vārdā
Ukrainos vardu
Ukrajna részéről
Għall-Ukrajna
Voor Oekraïne
W imieniu Ukrainy
Pela Ucrânia
Pentru Ucraina
Za Ukrajinu
Za Ukrajino
Ukrainan puolesta
På Ukrainas vägnar
За Украïнy
DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR ID-DOKUMENTI LI GĦANDHOM IKUNU PPREŻENTATI META SSIR L-APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA GĦAL ŻJARA QASIRA
L-Unjoni Ewropea se tistabbilixxi lista armonizzata ta’ dokumenti ta’ appoġġ, skont l-Artikolu 48(1)(a) tal-Kodici dwar il-Viżi, sabiex tiżgura li l-applikanti mill-Ukraina jkunu meħtieġa li jippreżentaw, fil-prinċipju, l-istess dokumenti ta’ appoġġ.
ID-DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR L-IFFAĊILITAR GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA
L-Unjoni Ewropea tinnota s-suġġeriment tal-Ukraina biex tingħata definizzjoni usa’ tal-kunċett ta’ membri tal-familja li għandhom jibbenefikaw mill-iffaċilitar ta’ viża kif ukoll tinnota l-importanza li l-Ukraina tagħti lis-simplifikazzjoni tal-moviment ta’ din il-kategorija ta’ persuni.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà ta’ għadd estiż ta’ persuni li għandhom konnessjonijiet familjari (b’mod partikolari l-aħwa u wliedhom) ma’ ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fit-territorji tal-Istati Membri jew ma’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, l-Unjoni Ewropea tistieden lill-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fil-Kodiċi dwar il-Viżi biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta’ viżi lil din il-kategorija ta’ persuni, inkluż b’mod partikolari, is-simplifikazzjoni tad-dokumenti ta’ prova mitluba għall-applikanti, l-eżenzjonijiet mit-tariffi tal-ipproċessar u, fejn xieraq, il-ħruġ ta’ viżi ta’ diversi dħul.
ID-DIKJARAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR L-ARTIKOLU 10 (2) TAL-FTEHIM
L-Unjoni Ewropea tista’ tinvoka sospensjoni parzjali tal-Ftehim u partikolarment l-Artikolu 10(2), skont il-proċedura stipulata permezz tal-Artikolu 14(5) tal-Ftehim, jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10(2) tkun abbużata mill-Ukraina jew twassal għal theddida għas-sigurtà pubblika. Jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10(2) tkun sospiża, l-Unjoni Ewropea tibda konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Ftehim bil-ħsieb li ssolvi l-problemi li jkunu wasslu għas-sospensjoni.
ID-DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ISVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN
Il-Partijiet jinnotaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera u l-Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim tat-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-assoċazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-progress tal-acquis ta’ Schengen.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun mixtieq li l-awtoritajiet tal-Isvizzera u tal-Liechtenstein u tal-Ukraina jikkonkludu, bla dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra b’termini simili għall-Ftehim emendat.
REGOLAMENTI
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 570/2013
tas-17 ta’ Ġunju 2013
li japprova s-sustanza attiva ġeranjol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva 91/414/KEE (2) fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-ġeranjol, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/266/UE (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fis-7 ta’ Marzu 2008, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Eden Research PLC għall-inklużjoni tas-sustanza attiva ġeranjol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2011/266/UE ikkonfermat li d-dossier kien ‘komplut’ fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2011. |
|
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva ġeranjol (4) fil-15 ta’ Ottubru 2012. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie ffinalizzat fis-17 ta’ Mejju 2013 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ġeranjol. |
|
(5) |
Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-ġeranjol huma mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-ġeranjol jiġi approvat. |
|
(6) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn tal-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab iktar informazzjoni ta’ konferma. |
|
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
|
(8) |
Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-ġeranjol. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi. |
|
(9) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva ġeranjol, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-ġeranjol bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Mejju 2014.
Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-ġeranjol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kollha huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-ġeranjol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-ġeranjol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) Il-Ġurnal tal-EFSA (2012); 10(11):2915. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
|
Ġeranjol Nru tal-CAS 106-24-1 Nru tas-CIPAC 968 |
(E) 3,7-dimetil-2,6-ottadjen-1-ol |
≥ 980 g/kg |
L-1 ta’ Diċembru 2013 |
It-30 ta’ Novembru 2023 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-ġeranjol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-17 ta’ Mejju 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti:
Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju. L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma fir-rigward:
L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sat-30 ta’ Novembru 2015. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||
|
“46 |
Ġeranjol Nru tal-CAS 106-24-1 Nru tas-CIPAC 968 |
(E) 3,7-dimetil-2,6-ottadjen-1-ol |
≥ 980 g/kg |
L-1 ta’ Diċembru 2013 |
It-30 ta’ Novembru 2023 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-ġeranjol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-17 ta’ Mejju 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti:
Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju. L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma fir-rigward:
L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sat-30 ta’ Novembru 2015. |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.”
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 571/2013
tad-19 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
43,1 |
|
TR |
61,2 |
|
|
ZZ |
52,2 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
32,3 |
|
TR |
121,6 |
|
|
ZZ |
77,0 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
106,4 |
|
TR |
148,0 |
|
|
ZZ |
127,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
92,3 |
|
TR |
102,5 |
|
|
ZA |
101,6 |
|
|
ZZ |
98,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
179,4 |
|
BR |
111,5 |
|
|
CL |
136,7 |
|
|
CN |
96,0 |
|
|
NZ |
133,3 |
|
|
US |
145,5 |
|
|
UY |
165,4 |
|
|
ZA |
118,6 |
|
|
ZZ |
135,8 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
342,4 |
|
TR |
236,9 |
|
|
ZZ |
289,7 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
376,9 |
|
US |
660,1 |
|
|
ZZ |
518,5 |
|
|
0809 30 |
IL |
214,0 |
|
MA |
207,9 |
|
|
TR |
179,1 |
|
|
ZZ |
200,3 |
|
|
0809 40 05 |
CL |
149,9 |
|
IL |
308,9 |
|
|
ZA |
118,0 |
|
|
ZZ |
192,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 572/2013
tad-19 ta’ Ġunju 2013
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Gunju tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Gunju tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ Luljo sat-30 ta’ Settembru 2013 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Luljo sat-30 ta’ Settembru 2013 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2013-30.9.2013 (f’%) |
|
P1 |
09.4067 |
2,031859 |
|
P3 |
09.4069 |
0,379603 |
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 573/2013
tad-19 ta’ Ġunju 2013
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Gunju tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Gunju tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ Luljo sat-30 ta’ Settembru 2013 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Luljo sat-30 ta’ Settembru 2013 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.7.2013-30.9.2013 (f’%) |
|
1 |
09.4410 |
0,271371 |
|
2 |
09.4411 |
0,276168 |
|
3 |
09.4412 |
0,333671 |
|
4 |
09.4420 |
0,373693 |
|
6 |
09.4422 |
0,375379 |
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 574/2013
tad-19 ta’ Ġunju 2013
li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2013 tal-31 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin bejn l-4 u l-11 ta' Ġunju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn il-11 u l-14 ta' Ġunju 2013 jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 505/2013. |
|
(2) |
Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 505/2013 huwa meħtieġ li jiġi stabbilit koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 505/2013 bejn l-4 u l-11 ta' Ġunju 2013 u nnotifikati lill-Kummissjoni bejn il-11 u l-14 ta' Ġunju 2013 għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 22,108861 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
DEĊIŻJONIJIET
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Settembru 2012
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31883 (2011/C) (ex N516/516) li l-Awstrija implimentat u li qed tippjana li timplimenta għall-Österreichischen Volksbanken AG
(notifikata bid-dokument C(2012) 6307)
(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/298/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2)(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2008 (2) il-Kummissjoni approvat l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija, li mbagħad ġiet imtawla erba’ darbiet u li skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2011 (3). |
|
(2) |
F’April 2009 l-Österreichische Volksbanken AG (minn hawn ’il quddiem "ÖVAG" ingħatat kapital li jlaħħaq EUR 1 biljun skont l-iskema ta’ appoġġ għall-banek tal-Awstrija. Barra minn hekk, l-ÖVAG ippreżentat tliet ħarġiet ta’ strumenti tad-dejn li ġew garantiti mill-Istat skont din l-iskema fis-suq, kull wieħed ta’ EUR 1 biljun, fid-9 ta’ Frar, it-18 ta’ Marzu u l-14 ta’ Settembru rispettivament. L-Awstrija provdiet dawk il-miżuri ta’ għajnuna bil-preżunzjoni li l-ÖVAG kien bank stabbli u ppreżentat pjan ta’ vijabbiltà fid-29 ta’ Settembru 2009 |
|
(3) |
Meta l-Kummissjoni għamlet eżami tal-għajnuna mill-Istat, ikkonkludiet li l-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fl-Anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u salvagwardji kontra tgħawwiġ mhux xieraq tal-kompetizzjoni (4) (minn hawn 'il quddiem il-“Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”) indikat li l-bank ma setax jibqa' jitqies bħala wieħed stabbli fit-tifsira ta’ din il-Komunikazzjoni fil-waqt tar-rikapitalizzazzjoni. Għaldaqstant intalab pjan ta’ ristrutturar. Filwaqt li żammet il-pożizzjoni tagħha li l-ÖVAG kienet soda, l-Awstrija bagħtet pjan ta' ristrutturar għall-ÖVAG fit-2 ta’ Novembru 2010 (il-"pjan inizjali ta’ ristrutturar"). Sussegwentement, dan il-pjan ġie sostitwit minn għadd ta’ sottomissjonijiet ta’ informazzjoni. |
|
(4) |
Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Diċembru 2011 (5), il-Kummissjoni infurmat lill-Awstrija li kienet iddeċiedet li tniedi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 1 biljun u l-garanzija ta’ EUR 3 biljun mogħtija lill-Awstrija favur l-ÖVAG u talbet lill-Awstrija tippreżenta pjan emendat ta’ ristrutturar. |
|
(5) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura (minn hawn ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Frar 2012. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati. |
|
(7) |
Fit-28 ta’ Marzu 2012, l-Awstrija ppreżentat pjan ta’ ristrutturar. Qabel ma ppreżentat dan il-pjan, l-Awstrija bagħtet diversi sottomissjonijiet ta’ informazzjoni b’mod partikolari fis-16 ta’ Diċembru 2011, kif ukoll fl-1, fit-13 u fis-16 ta’ Marzu 2012. |
|
(8) |
Bejn April 2012 u Awwissu 2012, l-Awstrija u l-Kummissjoni ddiskutew il-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar u l-miżuri ta’ għajnuna f’serje ta’ laqgħat, telekonferenzi u skambji oħra ta’ informazzjoni. Il-verżjoni finali tal-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar intbagħtet fl-4 ta’ Settembru 2012 (il-“pjan il-ġdid ta’ ristrutturar”). |
|
(9) |
Fl-4 ta’ Settembru 2012, l-Awstrija ressqet impenji, li huma mehmużin mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
2. DESKRIZZJONI
2.1. Il-benefiċjarji u d-diffikultajiet tagħhom
|
(10) |
L-ÖVAG huwa istitut ċentrali tal-Volksbanken tal-Awstrija (kooperattivi lokali tal-kreditu) li jipprovdihom b’servizzi ċentralizzati tal-back-office, ġestjoni tal-likwidità u prodotti finanzjarji. Il-Volksbanken huma banek universali li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom ivarja minn lokali sa reġjonali. Flimkien mal-ÖVAG, bħala l-istituzzjoni prinċipali tagħhom, dawn jiffurmaw il-grupp Volksbank. Huma għandhom is-sjieda ta’ 60.2 % tal-ÖVAG permezz ta’ entità holding komuni. Sidien oħra jinkludu d-DZ Bank (23.8 %), l-ERGO Versicherungsgruppe AG (9.5 %) u r-Raiffeisen Zentralbank Österreich AG ("RZB", l-istitut ċentrali tal-grupp Raiffeisen, it-tieni grupp kooperattiv Awstrijak) (5.8 %). Iż-0,6 % li jifdal huma f’forma ta’ sjieda mifruxa (6). Fl-aħħar tal-2008 l-ÖVAG kien ir-raba’ l-akbar bank tal-Awstrija b’karta bilanċjali li tlaħħaq EUR 52,9 biljun (7), u bi klassifikazzjoni Aa3 mill-Moody’s u klassifikazzjoni A minn Fitch (8). |
|
(11) |
Is-suq ġeografiku l-aktar importanti tal-ÖVAG huwa l-Awstrija. Il-bank kien attiv ukoll f'għadd ta' pajjiżi fl-Ewropea Ċentrali u fil-Lvant tal-Ewropa (CEE) fejn l-ishma tas-suq tiegħu, minbarra fir-Rumanija, kienu żgħar. Sa punt limitat, l-ÖVAG huwa attiv ukoll fil-Ġermanja fil-banek korporattivi u fil-finanzjament tal-beni immobbli. |
|
(12) |
Sa reċentement l-ÖVAG kienet topera f’ħames segmenti tan-negozju: il-banek korporattivi, il-banek kummerċjali, il-proprjetà immobbli, is-swieq finanzjarji u l-portafoll bankarju/operazzjonijiet oħra. L-ÖVAG abbandunat il-finanzjament pubbliku u l-finanzjament tal-infrastruttura fl-2008, meta biegħet is-sehem tagħha f’Kommunalkredit Austria AG ("KA") lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ammont nominali ta’ EUR 1. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, wieħed isib aktar dettalji dwar il-mudell tan-negozju preċedenti tal-ÖVAG (9). |
|
(13) |
Il-problemi tal-ÖVAG kienu diversi. Kif diġà ġie identifikat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ (10), il-fatturi li ġejjin ikontribwixxew għad-diffikultajiet tal-ÖVAG: l-esponiment tagħha għall-pajjiżi CEE permezz tas-sussidjarji tal-banek kummerċjali aggruppati f’VB International ("VBI"); l-involviment tagħha fil-finanzi pubbliċi u l-finanzjament tal-infrastruttura, portafoll tal-investiment li jinkludi fost l-oħrajn strumenti maħruġin minn Lehmann Brothers u mill-banek tal-Islanda u dipendenza fuq il-finanzjament bl-ingrossa. Dawn il-fatturi wasslu għal telf sinifikanti tal-ÖVAG fl-2008 and 2009 u wasslu biex fl-2009 l-Awstrija nediet miżuri ta' appoġġ lill-bank. |
|
(14) |
Fl-2009 l-ÖVAG kienet diġà nediet proċess ta’ ristrutturar, li fost l-oħrajn kien immirat lejn is-separazzjoni tal-bank mill-attivitajiet li kienu l-kawża prinċipali tal-problemi. Madankollu, xi wħud mir-riskji li kienu jirriżultaw mill-portafoll tal-legati affettwaw il-bank għal darba oħra fl-2011. B'mod partikolari dawn kienu:
|
|
(15) |
L-impatt tat-telf elenkat fil-premessa (14) wassal biex għat-tieni darba l-Awstrija salvat lill-ÖVAG, bi qbil mal-azzjonisti oriġinali fis-27 ta' Frar 2012. Barra minn hekk, l-ÖVAG irrevediet il-pjan ta’ ristrutturar oriġinali tagħha u għażlet li tagħmel ristrutturar aktar radikali. |
2.2. Il-miżuri ta’ għajnuna
2.2.1. Il-miżuri ta’ għajnuna tal-2009
|
(16) |
Fl-2009, il-pożizzjoni tal-likwidità u tal-kapital tal-ÖVAG kienet imsaħħa skont l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija b’rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 1 biljun u garanziji tal-Istat li jkopru strumenti tad-dejn li jlaħħqu EUR 3 biljun. Bis-saħħa tal-implimentazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni, sa tmiem l-2009, il-proporzjon tal-Grad 1 tal-ÖVAG żdied għal 9.2 % u l-proporzjon tal-ekwità għal 12.5 %. |
|
(17) |
F’April 2009, l-Awstrija ssottoskriviet ċertifikati ta’ parteċipazzjoni (Partizipationsscheine, "PS") tal-ÖVAG li jammontaw għal EUR 1 biljun ("rikapitalizzazzjoni tal-2009") B’dan l-istrument, l-Istat ma jiksibx drittijiet tal-vot iżda jikseb kupun preferenzjali u privileġġ ta’ konverżjoni. L-istrument huwa wieħed perpetwu u jiġi trattat bħala kapital prinċipali tal-Grad 1. |
|
(18) |
Kif inhu stipulat fl-iskema ta’ appoġġ għall-banek tal-Awstrija, il-PS għandhom kupun preferenzjali ta’ 9.3 % kull sena. Fis-sitt u s-seba’ sena wara s-sottoskrizzjoni tal-istrumenti, il-kupun jiżdied b’50 punt bażi kull sena, imbagħad fit-tmien sena jiżdied b’75 punt bażi u mid-disa’ sena finanzjarja ’l quddiem b’100 punt bażi. Dan jiżdied biss għal massimu ta’ EURIBOR ta’ 12-il xahar flimkien ma’ 1 000 punt bażi kull sena. Il-pagament tal-kupun huwa soġġett għall-profitt li jagħmel il-bank u d-deċiżjoni tal-ÖVAG li tiddistribwih. Il-kupuni li ma jitħallsux f’sena partikolari ma jiġux diferiti għal sena oħra. Il-PS jassorbu t-telf fi proporzjon mal-kapital totali li jassorbi t-telf. |
|
(19) |
Il-bank għandu d-dritt li jifdi l-PS kollha jew segmenti minnhom fi kwalunkwe ħin. Il-prezz tal-fidwa fl-ewwel 10 snin finanzjarji mis-sottoskrizzjoni jammonta għal 100 % tal-valur nominali taċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni, u wara dawn l-10 snin għal 150 % (12). |
|
(20) |
L-Istat għandu d-dritt li jibdel il-PS f’ishma ordinarji tal-ÖVAG. Għalkemm sal-1 ta’ Jannar 2019 konverżjoni bħal din kienet soġġetta għal qbil mill-bank, il-kunsens tal-bank mhuwiex neċessarju f’dawn il-każijiet:
|
|
(21) |
L-ÖVAG ibbenefikat minn garanziji tal-gvern skont l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija u ħarġet EUR 3 biljun ta' bonds b'garanzija mill-Istat fl-2009. Tabella 1 Ħruġ ta’ dejn tal-ÖVAG garantit mill-Istat fl-2009
|
||||||||||||||||||||||||||||||
2.2.2. Il-miżuri ta’ għajnuna tal-2012
|
(22) |
Id-daqs tat-telf irrappurtat mill-ÖVAG għall-2011 se jwassal biex jittieħdu aktar miżuri tal-għajnuna mill-Istat, li jikkonsistu minn injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 250 miljun f’għamla ta’ ishma ordinarji (ir-"rikapitalizzazzjoni tal-2012") u garanzija tal-assi bil-għan li l-kapital jiżdied b’EUR 100 miljun ("garanzija tal-assi") |
|
(23) |
Iż-żieda fil-kapital għandha ssir f’żewġ passi. L-ewwel nett, il-kapital tal-bank jitnaqqas b’70 % biex jiġi bbilanċjat it-telf akkumulat. Dan it-tnaqqis fil-kapital inaqqas ukoll pro rata l-PS li l-Awstrija injettat fl-2009. Fit-tieni stadju, l-ÖVAG jirċievi kapital ġdid li jlaħħaq EUR 484 miljun. EUR 250 miljun minn dan l-ammont għandu jiġi sottoskritt mill-Awstrija u l-bqija mill-Volksbanken. L-Awstrija u l-Volksbanken jissottoskrivu l-ishma bil-prezz ta’ EUR 2.181 għal kull sehem. B’riżultat ta’ dan, l-Istat jikseb sehem ta’ 43.4 % fil-bank u jsir it-tieni l-akbar azzjonist wara l-Volksbanken (50.2%) L-ishma tal-azzjonisti l-oħrajn, li ma jipparteċipawx fl-injezzjoni tal-kapital, jiġu dilwiti: DZ-Bank: 3,8 %, ERGO: 1.5 %, RZB: 0.9 %, sjieda mifruxa: 0,1 %. |
|
(24) |
Flimkien mal-injezzjoni tal-kapital ta’ EUR 250 miljun, l-Awstrija se tipprovdi garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun, li se sservi biex iżżid il-kapital tal-ÖVAG bl-istess ammont, u li se tiġi rimunerata bir-rata ta’ 10 % kull sena (jiġifieri bħal injezzjoni tal-kapital). L-għan tal-garanzija tal-assi huwa li jitnaqqas il-proviżjonament jew il-bżonnijiet ta’ tniżżil fil-valur tal-bank u li tiġi protetta l-bażi tal-kapital tiegħu. Il-miżura tvarja mill-miżuri standard tal-assi danneġġati, minħabba li l-garanzija se tkun strutturata b’tali mod li tinfluwenza d-dispożizzjonijiet dwar it-telf mis-self li l-bank kien diġà stabbilixxa għat-telf mistenni fuq l-assi koperti. Il-garanzija għalhekk se tingħata għal telf (mill-kotba) li diġà ġġarrab. |
|
(25) |
L-ÖVAG se tkun tista’ tieħu l-garanzija u titlob rikors mill-Istat (il-garanti) jekk tipprovdi evidenza li d-dejn huwa irrekoverabbli jew li d-debitur daħal fi proċedimenti formali ta’ insolvenza; dan japplika biss jekk ir-rikors ikun neċessarju biex jiġi evitat li dak il-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (13) tal-grupp ÖVAG (14) jaqa’ taħt il-livell ta’ 11 % sal-31 ta’ Diċembru 2015. Il-livell limitu CET1 jitbaxxa għal 10 % jekk sal-istess data l-ÖVAG ikun biegħ kompletament l-ishma tiegħu f’Volksbank Romania S.A ("VBRO") jew f’VB Leasing International Holding GmbH ("VBLI"). |
|
(26) |
Ir-rikors skont il-garanzija mhux se jkun permess qabel il-31 ta’ Diċembru 2015. Il-pagamenti li jidħlu u li jkunu relatati mal-assi koperti għandhom isiru vis-à-vis kwalunkwe pretensjoni li l-bank jista’ jkollu kontra l-Istat, jekk dawn jaqbżu l-valur mhux danneġġat u mhux garantit tal-assi. |
|
(27) |
L-obbligi ta’ ħlas tal-Istat li jirriżultaw mill-użu ta’ garanzija se jiġu diferiti sal-31 ta’ Lulju 2016, mingħajr ma jiġi impost interess għall-pagamenti diferiti. Kull ammont li jinġibed għandu jitħallas lura lill-Istat, hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja tal-bank tippermetti dan. |
|
(28) |
Il-garanzija se tiġi rimunerata b’tariffa ta’ 10 % fis-sena (15) fuq l-ammont totali mogħti mit-30 ta’ Settembru 2012 sal-1 ta’ Jannar 2016. Għall-ammonti użati, ir-rimunerazzjoni se tiġi sostitwita minn tariffa ta’ 10 % fis-sena, li se titħallas minn xħin l-ammonti jintużaw sa xħin l-ammont użat jitħallas kompletament lill-Istat. Ir-rimunerazzjoni tal-aħħar hija marbuta mal-profitt li jagħmel il-bank u ma’ konformità ma’ proporzjon CET1 ta’ 10 %; din mhijiex kumulattiva. |
|
(29) |
Ir-responsabbiltà tal-Istat skont dik il-garanzija se tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2016; dan ma jgħoddx għal kwalunkwe talba li titressaq qabel din id-data. |
2.3. Il-Mudell tan-negozju l-ġdid
|
(30) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid, l-ÖVAG se tintegra mill-qrib mal-Volksbanken. Se tiġi stabbilita sistema ta’ responsabbiltà konġunta ("Verbundmodell") bejn l-ÖVAG u l-Volksbanken Il-funzjonijiet tal-ÖVAG jitnaqqsu għal dawk ta’ istitut ċentrali tas-settur tal-Volksbanken. Dan se jikkonċentra fuq l-għoti ta' servizzi lill-Volksbanken permezz ta’: pooling tal-likwidità, għajnuna fl-għoti ta' self fuq skala ikbar u l-għoti ta' prodotti tat-teżor għall-Volksbanken u l-klijenti tagħhom. B’hekk, it-total fuq il-karta bilanċjali tagħha kif ukoll il-kumplessità tal-mudell tan-negozju tagħha se jitnaqqsu sinifikattivament. L-attivitajiet li kkawżaw problemi lill-bank jew li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ istitut ċentrali tal-Volksbanken huma abbattuti jew se jiġu divestiti. Il-bank jiġma' dawn l-attivitajiet f’segment tal-istralċ mhux prinċipali. |
|
(31) |
Il-karta bilanċjali se titnaqqas minn EUR 91 biljun fi tmiem Settembru 2008 (16), għal EUR 19-il biljun fis-sena 2017, li minnhom EUR [12-15] (*1) biljun se jagħmlu parti min-negozju prinċipali l-ġdid (filwaqt li l-bqija huma negozju mhux prinċipali abbattut). L-assi ppeżati skont ir-riskju (“RWA” - risk-weighted assets) se jonqsu minn EUR 35,2 biljun fl-2008 għal EUR [9-12] biljun fl-2017 fil-każ bażi. |
|
(32) |
Il-"Verbundmodell" hija sistema ta’ responsabbiltà konġunta bi trasferiment irregolat kif xieraq tal-likwidità bejn il-membri tagħha ("Liquiditätsverbund"), ikkumbinata ma’ protezzjoni finanzjarja konġunta tal-kredituri tal-membri kollha ("Haftungsverbund"). Fl-istess waqt il-Verbunmodell tipprevedi l-manutenzjoni tal-indipendenza legali tal-banek assoċjati, filwaqt li tippermetti li l-membri tagħha jagħmlu użu mill-infrastruttura organizzazzjonali kondiviża tan-“netwerk”. |
|
(33) |
F’dan ir-rigward, l-ÖVAG bħala istitut ċentrali għandha tiżgura u tikkontrolla s-solvenza u l-likwidità tal-banek kooperattivi li huma parti mill-"Verbund" abbażi tal-kontijiet ikkonsolidati. Barra minn hekk, l-ÖVAG hija responsabbli, fost l-oħrajn, għar-rappreżentazzjoni tal-interess tal-grupp kollu, għar-relazzjonijiet pubbliċi fuq livell ta' grupp u għall-appoġġ f'ċerti funzjonijiet tal-back-office, bħal pereżempju tranżazzjonijiet f'titoli, il-loġistika, twaqqif ta' standards għall-grupp biex ikun hemm konformità u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Barra minn hekk, il-bank se jingħatawlu aktar funzjonijiet ("Verbundfunktionen") li jidher li huma neċessarji min-naħa regolatorja għall-grupp kollu jew għal raġunijiet ta’ effiċjenza. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, responsabbiltà għall-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti regolatorji li għandhom jiġu rispettati b’mod kollettiv (pereżempju s-solvenza, il-likwidità, il-proċess intern ta’ adegwatezza tal-kapital għall-"Verbund", l-awditjar intern). Dawn jinkludu wkoll għoti ta’ appoġġ għall-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (individwalizzati). |
|
(34) |
Skont l-Att tal-Banek tal-Awstrija (17), is-sistema ta’ responsabbiltà konġunta timplika li l-ÖVAG fir-rwol tiegħu bħala istitut ċentrali jassumi responsabbiltà għall-obbligi kollha tal-"Verbund", filwaqt li r-responsabbiltà tal-banek kooperattivi individwali għall-"Verbund" hija limitata għall-parti tal-fondi tagħhom li taqbeż il-minimu regolatorju meħtieġ biex jiġu koperti r-RWA tagħhom stess. Dak il-“kapital eċċessiv” tal-banek kooperattivi kollha tal-"Verbund" sal-31 ta’ Diċembru 2011 jammonta għal EUR [450-500] miljun jekk jiġi kkalkolat abbażi ta’ proporzjon ta’ CET1 ta’ 8 %u għal EUR [600-650] miljun jekk jiġi kkalkolat abbażi ta’ CET1 ta’ 7 %. |
|
(35) |
Karatteristika importanti oħra tal-“Verbundmodell” hija dik tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-likwidità. Dik il-kooperazzjoni fir-rigward tal-likwidità skont il-kundizzjonijiet tal-liġi Awstrijaka tfisser, fost l-oħrajn, li l-banek kooperattivi huma obbligati li jżommu 14 % tad-depożiti tagħhom mal-ÖVAG bħala riżerva minima. Barra minn hekk, l-ÖVAG jista’ jiġbor kollateral mill-Volksbanken (self ipotekarju) li jista’ jintuża għall-finanzjament tal-bonds kopert. Bħalissa, il-banek kooperattivi għandhom EUR [2.5-5] biljun f’assi li potenzjalment jistgħu jintużaw bħala kollateral. Element sinifikanti ieħor biex tiġi żgurata pożizzjoni stabbli tal-likwidità tal-ÖVAG kien it-trasferiment tal-pjattaforma tal-ibbankjar onlajn Livebank, minn wieħed mill-Volksbanken lokali għall-ÖVAG fl-2011. Min-naħa dan se jipprovdi lill-ÖVAG b’aċċess dirett għad-depożiti fil-livell tal-konsumatur u għalhekk inaqqas id-dipendenza tiegħu fuq il-finanzjament bl-ingrossa, li kien wieħed mis-sorsi tal-problemi tal-ÖVAG. It-tieni nett, dan se jippermetti li s-settur tal-Volksbanken ikollu dehra ta’ bbankjar onlajn ċentralizzat, skont il-Verbundmodell. |
|
(36) |
Is-segment prinċipali huwa magħmul minn tliet segmenti: in-negozju tal-kreditu/sottoskrizzjoni, is-swieq finanzjarji u l-portafoll bankarju/operazzjonijiet oħra. L-ÖVAG tistenna li l-assi totali tas-segment prinċipali jlaħħqu EUR [12-15] biljun fl-2017 (EUR 16.8 blijun fi tmiem l-2012) u RWA ta’ [4-6] biljun sa tmiem l-2017. |
|
(37) |
Is-segment Negozju tal-Kreditu/Sottoskrizzjoni jinkludi tliet unitajiet; il-Verbundbank tal-kreditu, il-VB Factoring u l-kiri tal-prodotti fl-Awstrija ("Mobilienleasing") (minn hawn ’il quddiem "VBLF"). L-ÖVAG tikkunsidra dik il-parti min-negozju prinċipali tagħha mal-banek kooperattivi. L-attivitajiet kummerċjali huma ffukati fuq l-Awstrija. |
|
(38) |
Il-Verbundbak tal-Kreditu jinkludi n-negozju tas-self tal-kreditu u s-self sindikat mal-Verbundenbanken (18). Is-servizzi mogħtija miż-żewġ sussidjarji VB Factoring u VBLF huma kkunsidrati bħala funzjonijiet ċentrali għall-"Verbund" ukoll. VBLF hija waħda mill-fornituri prinċipali tas-servizzi tal-kiri fil-qasam tal-karozzi, it-trakkijiet u l-awtomazzjoni tal-uffiċċji fl-Awstrija. Minħabba r-rabta tiegħu mal-banek kooperattivi, VBLF se tkun parti mill-istrateġija tan-negozju futura tal-ÖVAG. L-ÖVAG għandu sjieda totali ta’ VB Factoring li hija sussidjarja tiegħu, u li tipprovdi servizzi għall-biċċa l-kbira tan-negozju ta’ fatturament li jsir mill-banek kooperattivi. |
|
(39) |
Is-segment Swieq Finanzjarji jinkludi, b’mod partikolari, l-unitajiet Teżor tal-Grupp, Investimenti tal-Volksbank, Immo KAG u l-Ibbankjar Onlajn (Livebank). Is-segment Swieq Finanzjarji huwa responsabbli mill-ġestjoni tal-likwidità fuq medda qasira u dik fuq medda twila, l-innegozjar tat-titoli u l-innegozjar fil-kambju, kif ukoll għall-kontroll tar-riskji marbutin mal-likwidità u l-prezzijiet tas-suq. Barra minn hekk, dan huwa fornitur għall-banek kooperattivi u għall-klijenti istituzzjonali domestiċi u barranin. |
|
(40) |
Is-segment Portafoll bankarju/Operazzjonijiet oħra jikkonsisti mill-unitajiet Swieq Kapitali u Ġestjoni tar-Responsabbiltà tal-Assi. Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-kumpanija VB Services für Banken GesmbH (fornitur tas-servizzi barrani) u ta’ diversi kumpaniji holding ġew assenjati f’dak is-segment. |
|
(41) |
Is-segment mhux prinċipali jinkludi l-parteċipazzjonijiet u l-oqsma ta’ qabel tan-negozju kollha li ma għandhomx jagħmlu parti min-negozju prinċipali tal-ÖVAG. L-assi totali ta’ dak is-segment għandhom baġit ta’ EUR 11.7 biljun fis-sena 2012 (RWA: EUR 11.0-il biljun) fl-2012 u EUR [3-5] biljun (RWA: EUR [3-5] biljun) fl-2017. L-ÖVAG tistenna li tnaqqas l-RWA ta’ dak is-segment għal mhux inqas minn EUR 1 biljun sal-2026. Il-portafolli assenjati għal dak is-segment huma abbattuti jew se jiġu ċeduti. |
|
(42) |
Il-parti abbattuta tas-segment mhux prinċipali tinkludi, b’mod partikolari, il-portafoll tal-finanzjament korporattiv li jinkludi partijiet kunsiderevoli min-negzoju attwali ta’ Self Korporattiv tas-CEE, id-diviżjonijiet kollha tal-Finanzjament b’Self fl-Awstrija u s-CEE u l-linji kummerċjali; Finanzjament tal-Proġetti Internazzjonali u Bbankjar Korporattiv, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx relatat man-negozju tas-sottoskrizzjoni mal-banek kooperattivi. Il-fergħa ta’ Frankfurt mhix se tibqa’ parti mil-portafoll prinċipali tal-ÖVAG. Barra minn hekk, il-portafoll tal-beni immobbli b’mod ġenerali ġie abbattut u mhux se jibqa’ parti mill-mudell tan-negozju tal-bank. Il-portafoll tal-beni immobbli ta’ Europolis, kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi fil-qasam tal-beni immobbli, kien diġà mibjugħ fl-2010. |
|
(43) |
Parti oħra minn dan is-segment hija VBLI, sussidjarja ta’ kera li minnha l-ÖVAG għandha sjieda ta’ 50 % (19). Il-grupp VBLI jwettaq negozju ta’ kera fi tmien pajjiżi tas-CEE u fix-Xlokk tal-Ewropa. Huwa għandu wkoll sehem żgħir ta’ 8 % f’kumpanija tal-kiri fl-Ungerija, li l-azzjonist prinċipali fiha huwa VR-Leasing. VBLI kien negozju kumplementari għan-negozju tal-kreditu internazzjonali mwettaq minn VBI. Minħabba li l-attivitajiet tal-ibbankjar internazzjonali twaqqfu, il-bank beħsiebu jbigħ il-parteċipazzjoni tiegħu f’VBLI sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017]. Sabiex jiffaċilita l-bejgħ, l-ÖVAG kienet diġà ssottoskriviet il-parteċipazzjoni tagħha fil-kontijiet tal-IFRS bi [30-60] % sa EUR [50-70] miljun. Jekk sa tmiem l-2014 il-bejgħ ta’ VBLI ma jkunx jidher realistiku, in-negozji l-ġodda kollha jieqfu sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017] u VBLI se tiġi likwidata skont il-qafas legali rilevanti (20). |
|
(44) |
Parti oħra mis-segment mhux prinċipali huwa VBRO, li kien eskluż mill-bejgħ ta’ VBI fl-2010. L-assi totali li għandu, jagħmlu lil VBRO s-seba' l-akbar bank fir-Rumanija. Il-bank huwa attiv fis-suq Rumen, b'fokus sod fuq il-kreditu marbut mal-ipoteka għall-klijenti tan-negozju bl-imnut u negozji iżgħar, li prinċipalment huwa denominat b'muniti barranin. Bħalissa VBRO qed jiġi ristrutturat mill-ÖVAG. Fl-2011, l-istruttura tal-fergħat ġiet organizzata mill-ġdid u dan wassal għal tnaqqis sinifikanti fil-fergħat. In-numru tal-ħaddiema fin-netwerk tal-fergħat tnaqqas b’25 %. Fl-ambjent ta’ bħalissa, l-akkwiżizzjoni tad-depożiti u s-servizzi ta’ tranżazzjoni tal-ħlasijiet tingħata prijorità, filwaqt li n-negozju tas-self jitnaqqas b’mod sinifikanti. L-istrateġija l-ġdida tan-negozju timmira li tiżviluppa lil VBRO f’bank universali b’taħlita ta’ prodotti aktar ibbilanċjata u tnaqqis tal-persentaġġ kumparattivament għoli ta’ self ipotekarju f’muniti barranin. Huwa ppjanat li d-dipendenza ta’ VBRO fuq il-finanzjament mill-azzjonisti tiegħu titnaqqas u jiġi mtejjeb il-proporzjon tas-self meta mqabbel mad-depożiti. Il-pjan jinkludi wkoll strateġija determinata ta’ suċċess għas-self improduttiv. Minkejja li VBRO qed jippjana li jiġġenera riżultati pożittivi tul il-perjodu ta' ristrutturar, il-pjan ta' ristrutturar jimmira lejn riżultati aktar newtrali u mhux daqstant ambizzjużi. L-ÖVAG qed tippjana li ċċedi lil VBRO sa tmiem [2013-2017] Sabiex tiffaċilita l-bejgħ, l-ÖVAG kienet diġà ssottoskriviet il-parteċipazzjoni tagħha fil-kontijiet tal-IFRS għal [0-50] %. Jekk sa tmiem [2013-2017] il-bejgħ ta’ VBRO ma jkunx jidher realistiku, in-negozji l-ġodda kollha jieqfu sal-31 ta' Diċembru [2013-2017] u VBRO jiġi likwidat skont il-qafas legali rilevanti (21). Alternattivament, partijiet minn VBRO jistgħu jinbiegħu sal-31 ta' Diċembru [2013-2017] u jiġu likwidati biss il-portafolli li jifdal skont il-qafas legali rilevanti. (22) |
|
(45) |
Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-ibbankjar f’Malta għandhom jieqfu sa tmiem [2013-2017]. Jekk sa tmiem [2013-2017] ma jkunx sar bejgħ, in-negozji l-ġodda kollha jieqfu sal-31 ta' Diċembru [2013-2017] u l-attivitajiet jiġu likwidati skont il-qafas legali rilevanti (23). Anki l-parteċipazzjoni f’RZB se titwaqqaf, l-aktar tard, sa tmiem [2013-2017]. Jekk il-parteċipazzjoni f’RZB ma tkunx inbiegħet sa dik id-data, Fiduċjarju taċ-Ċessjoni awtorizzat kif xieraq jassumi responsabbiltà tal-proċess tal-bejgħ (24). |
|
(46) |
L-ÖVAG provdiet informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-likwidità tagħha f’Mejju 2012 u ppreżentat miżuri li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ finanzjament ta’ bħalissa u dawk futuri. |
|
(47) |
Fir-rigward tad-dipendenza preċedenti tagħha fuq il-finanzjament bl-ingrossa mhux assigurat, l-ÖVAG tiddikjara li dan sar prinċipalment minħabba sussidjarji li kienu tassew dipendenti fuq il-finanzjament mogħti mill-ÖVAG. Din il-problema kienet diġà ġiet indirizzata, sa ċertu punt, fil-bejgħ ta' VBI fl-2011 (tnaqqis fil-bżonnijiet ta’ finanzjament b’EUR 1.1 biljun). Barra minn hekk, ir-ristrutturar ta’ VBRO u l-bejgħ sussegwenti tiegħu, flimkien mal-bejgħ ta' VBLI, huma ħielsa sa EUR 2.4 biljun oħra ta’ likwidità. |
|
(48) |
Il-bank wera li implimenta miżuri li jagħtuh aċċess għal aktar sorsi ta’ finanzjament jew li jtaffu l-bżonnijiet ta’ likwidità tiegħu. L-akkwiżizzjoni tal-Livebank (minn wieħed mill-Volksbanken) tat lill-ÖVAG aċċess għal EUR 470 miljun ta’ finanzjament fil-livell tal-konsumatur, u b’hekk tnaqqset id-dipendenza passata tal-ÖVAG fuq il-finanzjament bl-ingrossa. L-azzjonisti f'minoranza ħadu impenji f'miżuri (25) li għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-bżonnijiet tal-finanzjament. Fl-aħħar nett, l-istabbiliment tal-Verbundmodell flimkien mal-Volksbanken jippermetti lill-ÖVAG tnaqqas il-bżonnijiet finanzjari bi EUR 2.7 biljun (26). Barra minn hekk, se tkun tista’ tuża xi assi tal-Volksbanken assoċjati bħala kollateral għall-bonds koperti jekk dan ikun meħtieġ (attwalment EUR [2-4] biljun) |
2.4. Kontribuzzjoni ta’ azzjonisti oħrajn u investituri ibridi
|
(49) |
DZ Bank, Ergo u RZB ma pparteċipawx fl-injezzjoni tal-kapital, iżda ħadu l-impenn li jikkontribwixxu għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-ÖVAG b’dan il-mod:
|
|
(50) |
Barra minn hekk, l-azzjonisti storiċi (27) jipparteċipaw fit-telf tal-passat permezz tat-tnaqqis fil-kapital ta’ 70 %. Barra minn hekk, dawn ġew dilwiti b’mod sinifikanti fl-aħħar rikapitalizzazzjoni (28). Barra minn hek il-Volksbanken jikkontribwixxu għaż-żieda reċenti fil-kapital b’kapital ġdid li jlaħħaq EUR 230 miljun. |
|
(51) |
Sabiex jiġi żgurat li s-sidien tal-bank jipparteċipaw fir-rikostituzzjoni ta’ bażi adegwata ta’ kapital tul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-bank se jżomm id-dividendi u mhux se jħallas il-kupuni fuq il-kapital ibridu li mhuwiex obbligat li jħallas legalment. Dan huwa kkumplementat minn limitu strett fuq id-dividendi li jistgħu jitħallsu mill-banek kooperattivi tul il-perjodu ta' ristrutturar, bħala appoġġ biex jinġabar il-kapital fil-"Verbund". |
|
(52) |
L-ÖVAG provdiet informazzjoni dwar eżerċizzju ta’ xiri lura marbut ma’ strumenti ibridi maħruġin minn żewġ sussidjarji tal-ÖVAG u li jlaħħqu l-ammont ta’ EUR 300 miljun. Bejn Mejju u Lulju 2012, l-ÖVAG offriet li tixtri lura dawk l-istrumenti mingħand l-investituri għal madwar 40 % tal-valur nominali tagħhom. Il-prezz offrut għax-xiri lura kien idderminat abbażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti flimkien ma’ primjum ta’ mhux aktar minn 10 punti perċentwali, li ġie miżjud bħala inċentiv biex l-investituri jipparteċipaw fix-xiri lura. It-tranżazzjoni saret f’nofs Lulju 2012. Din wasslet biex kważi 80 % tal-valur nominali tal-istrumenti jinxtara lura u għal profitt għall-ÖVAG wara tnaqqis tal-kostijiet tat-tranżazzjoni ta’ EUR 129.9 miljun. |
2.5. Programmar finanzjarju
|
(53) |
L-Awstrija ppreżentat pjan tan-negozju dettaljat għal bejn l-2012 u l-2017. Il-pjan jinkludi xenarju ta’ referenza u xenarju f’każ ta’ stress; dan huwa bil-għan li juri l-abbiltà tal-ÖVAG li terġa’ ssir vijabbli fuq terminu twil taż-żmien. |
|
(54) |
Il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid huwa bbażat fuq preżunzjonijiet fir-rigward tal-evoluzzjoni taż-żona tal-ewro, it-tkabbir tal-PDG tagħha, il-bidliet fir-rati ta’ interess fuq medda qasira u medda twila ta’ żmien, li b’mod ġenerali huma f’konformità mal-aspettattivi ta’ atturi importanti tas-suq u istituzzjonijiet internazzjonali, bħal pereżempju il-FMI. L–inflazzjoni fiż-żona ewro, il-prezzijiet taż-żejt u r-rata tal-kambju tal-EUR/USD u l-EUR/CHF huma parti mill-preżunjonijiet ukoll. L-ippjanar jassumi rkupru moderat ta’ tkabbir fil-PDG fl-2013 u wara. |
|
(55) |
Kif jidher fit-Tabella 2 fix-xenarju ta’ referenza l-ÖVAG huwa mistenni jtejjeb ir-riżultati tiegħu b’mod kontinwu sal-2016. Tabella 2 Dejta finanzjarja prinċipali tal-ÖVAG – Xenarju ta’ referenza (f’EUR miljuni u % rispettivament)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(56) |
Ir-redditu fuq l-ekwità (return on equity - RoE) tal-bank jiżdied tul il-perjodu ta’ ristrutturar għal livell ta’ 8.0 % wara t-taxxa. Il-bank jiddikjara li l-livell ta’ RoE ta’ 8 % wara t-taxxa, jirrappreżenta rimunerazzjoni adegwata u orjentata lejn is-suq tal-kapital, meta wieħed jikkunsidra l-mudell tan-negozju tal-bank prinċipali bi profil baxx tar-riskju. B’mod partikolari, il-bank mhuwiex involut f’tali attivitajiet volatili bħall-banek tal-investimenti jew l-innegozjar tal-proprjetà, iżda jiffoka fuq ir-rwol tiegħu ta' istitut ċentrali għall-banek kooperattivi lokali. |
|
(57) |
L-ÖVAG ipprovdiet xenarju f’każ ta’ stress f’livell ta’ grupp ibbażat fuq preżunzjoni tas-suq anqas favorevoli. Fost l-oħrajn ġew preżunti, apprezzament addizzjonali tad-dollaru Amerikan meta mqabbel mal-ewro u t-tidjgħif tal-leu Rumen meta mqabbel mal-ewro, żieda tar-rati tal-interess aktar bil-mod milli mistenni fil-każ ta' bażi, deterjorament addizzjonali ta' xi klassifikazzjonijiet sovrani u tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fiż-żona Euro. Skont l-istimi tal-bank, dawk l-iżviluppi flimkien jistgħu jwasslu għal użu addizzjonali ta’ kapital li jlaħħaq EUR [600-650] miljun u għal tnaqqis tal-proporzjon CET1 tal-ÖVAG's CET għar-riskji inġenerali għal to [6.0-7.0] % fl-2017. Tabella 3 Dejta finanzjarja prinċipali tal-ÖVAG – Xenarju f’każ ta’ stress (f’EUR miljuni u % rispettivament)
|
|
(58) |
Barra minn hekk, il-bank ipprovda xenarji sensittivi stbbiliti minn konsulent estern, fejn l-iżviluppi avversi addizzjonali ġew preżunti: bejgħ b’dewmien ta’ VBRO bi […] prezz ta’ EUR […] miljun, żieda tal-kostijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tiegħu; inabbiltà li jinbiegħ VBLI; kwalità aktar baxxa tal-assi fis-segmenti mhux prinċipali (żieda fl-RWA b’20 %, żieda fid-dispożizzjonijiet kontra r-riskji b’50 % u danni fuq investimenti ta’ EUR 100 miljun); żieda fl-RWA b’10% fis-segment prinċipali; l-ebda żieda fil-profitti bejn l-2016 u l-2017. |
|
(59) |
Il-konsulent sab li kieku dawk il-kundizzjonijiet ta’ stress kellhom jimmaterjalizzaw kollha, l-ÖVAG ikollha nuqqas ta' kapital ta’ EUR [150-200] miljun (31) bejn l-2017 u l-2018, li madankollu ma jkunx kopert mill-kapital regolatorju eċċessiv tal-banek kooperattivi (jiġifieri l-"Haftungsverbund") li jammonta għal EUR [650-750] miljun bejn l-2017 u l-2018. Għalhekk, b’mod ġenerali, ix-xenarju avvers jista’ jiġi ġestit mill-bank. |
|
(60) |
Skont il-projezzjonijiet finanzjarji tal-ÖVAG, il-kostijiet amministrattivi tiegħu se jitnaqqsu minn EUR 166 miljun fl-2012 għal EUR 105.5 miljun fl-2017, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 36 %. Madankollu, barra mill-miżuri ta’ ottimizzazzjoni tal-kostijiet (bħall-għeluq tal-fergħa ta’ Frankfurt u l-uffiċċji tar-rappreżentanti ta’ IK fis-CEE; sinerġiji li jirriżultaw mill-fużjoni tal-ÖVAG u IK; tnaqqis fil-persunal, okkupanza tal-bini u spejjeż tal-konsultazzjoni; outsourcing tal-infrastruttura tal-IT), dan l-impatt jinkludi l-effetti tal-bejgħ u tat-tnaqqis tal-operazzjonijiet fis-segment mhux prinċipali. Għalhekk, il-bank ipprovda wkoll informazzjoni dwar ir-riżultati mistennija tal-miżuri għat-tnaqqis tal-kostijiet fis-segment prinċipali. L-ottimizzazzjoni tal-kostijiet għandha tirriżulta fi tnaqqis annwali fil-kostijiet bi EUR 15-il miljun sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, li jirrappreżenta madwar 12 % tal-kostijiet totali fl-2012. |
|
(61) |
Bħala parti mit-tnaqqis fil-kapital fl-2012, il-PS mogħtija mill-Awstrija fl-2009 tnaqqsu għal EUR 300 miljun. Il-bank beħsiebu jifdi 50 % ta’ dak l-ammont fl-2017 u l-50 % li jifdal fil-bidu tal-2018. Jekk ikun neċessarju li jsir dan biex tkun tista’ ssir dik it-tifdija, il-Volksbanken jipprovdu lill-ÖVAG bil-mezzi rilevanti. |
3. RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(62) |
Il-Kummissjoni tfakkar li fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar għall-ÖVAG mas-suq intern billi kellha, abbażi tal-pjan ta’ ristrutturar, dubji serji jekk l-ÖVAG setgħetx terġa’ ssir vijabbli fit-terminu ta’ żmien twil (32). Il-Kummissjoni esprimiet dubji wkoll jekk kienx żgurat qsim tal-piżijiet adegwat u jekk it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni kienx limitat biżżejjed (33). |
4. L-OPINJONI TAL-AWSTRIJA
|
(63) |
L-Awstrija tenfasizza li l-ÖVAG huwa bank ta’ rilevanza sistemika, li l-insolvenza tiegħu kien ikollha implikazzjonijiet negattivi kbar għas-sistema bankarja tal-Awstrija u l-ekonomija reali tal-Awstrija. Dik il-valutazzjoni ġiet ikkonfermata b’ittra mill-Österreichische Nationalbank, il-bank ċentrali tal-Awstrija. |
|
(64) |
L-Awstrija ma tiċħadx li l-mizuri deskritti fit-taqsima 2.2 għandhom karattru ta' għajnuna. |
|
(65) |
L-Awstrija tgħid li l-mizuri deskritti fit-taqsima 2.2.1 ingħataw f’konformità mal-iskema ta’ għajnuna lill-banek approvata tal-Awstrija. Hija tenfasizza li meta saret ir-rikapitalizzazzjoni l-ÖVAG ma kienx bank f’diffikultà fit-tifsira tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, l-Awstrija qablet li tipprezenta pjan ta’ ristrutturar għall-bank. |
|
(66) |
Barra minn hekk, l-Awstrija ma tikkuntestax li t-tieni mizura ta’ rikapitalizzazzjoni maqbula fis-27 ta’ Frar 2012 u l-garanzija tal-assi (“il-mizura tal-2012”) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Madankollu, hi tqis li dawn huma kompatibbli mas-suq intern abbazi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, billi huma meħtieġa biex jirrimedjaw it-taqlib fl-ekonomija ta' Stat Membru u huma kompatibbli mal-komunikazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni. |
|
(67) |
B’mod partikolari, l-Awstrija pprovdiet informazzjoni u dejta tas-suq kumparattiva li abbażi tagħha targumenta li l-miżuri tal-2012 jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012 (34), tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati l-miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (il-“Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011”) |
|
(68) |
Fir-rigward tal-miżura tar-rikapitalizzazzjoni tal-2012, il-valur tal-kumpanija tal-ÖVAG (bank mhux elenkat) qabel ir-rikapitalizzazzjoni tal-2012 kien stmat abbażi ta’ approċċ ta’ valutazzjoni xierqa bbażata fuq is-suq, li kien approċċ price-to-book (P/B) ta’ grupp tal-pari. Abbażi tad-dejta li tista’ tiġi osservata għal grupp tal-pari xieraq, l-Awstrija ddeterminat multiplu tal-P/B (35), li jwassal għal valur tal-kumpanija fil-firxa ta’ EUR [270-300] miljun sa EUR = [320-360] miljun. Wara li titqies ir-rikapitalizzazzjoni mill-Volksbanken, il-valur tal-kumpanija jkun fil-firxa ta’ bejn EUR [500-530] miljun u EUR [550-580] miljun li jissarraf fi prezz għal kull sehem ta’ EUR [3-4]. Billi l-Awstrija ssottoskriviet l-ishma bi prezz ta’ EUR 2,2, il-firxiet tal-iskont effettiv huma bejn [35 % u 45 %]. L-Awstrija tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ dak l-iskont tindirizza b’mod adegwat ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 8 tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011 li l-injezzjonijiet tal-kapital mill-Istat għandhom jiġu sottoskritti bi skont suffiċjenti aġġustat għad-dilwizzjoni. |
|
(69) |
Fir-rigward tal-garanzija tal-assi, l-Awstrija ssostni li hija timmira esklużivament li żżid l-kapital tal-ÖVAG b’EUR 100 miljun. Billi din hija kumparabbli mar-rikapitalizzazzjoni u rimunerata b’rata ta’ 10 % kull sena, hija konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. |
|
(70) |
Fl-opinjoni tal-Awstrija l-pjan ta’ ristrutturar jassigura li l-vijabbiltà fit-tul tal-ÖVAG terġa’ tinkiseb, l-ÖVAG tipprovdi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u li t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jkun limitat b’miżuri strutturali u ta’ mġiba sostanzjali. |
|
(71) |
L-Awstrija pprovdiet għadd ta’ impenji li huma elenkati fl-Anness u li jikkostitwixxu parti integrali minn din id-Deċiżjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-impenji jiġu implimentati, se jinħatar fiduċjarju ta’ monitoraġġ, li l-attivitajiet tiegħu se japplikaw tul il-perjodu ta’ ristrutturar li jintemm fl-2017. L-impenji jinkludu diversi restrizzjonijiet ta’ mġiba għall-ÖVAG bħal projbizzjonijiet fuq id-dividendi u l-kupuni (36), projbizzjoni fuq ir-riklamar tal-għajnuna mill-Istat mogħtija u projbizzjoni fuq il-price leadership għall-pjattaforma onlajn tagħha "Livebank" (37), projbizzjoni fuq l-akkwisti (38), u impenn li tiġi vvalutata r-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord bl-għan li tiġi stabbilita struttura ta’ inċentiva għall-iżvilupp sostenibbli (39). Barra minn hekk, l-impenji jikkostitwixxu l-obbligu li VBLI jiġi ċedut sa [2013-2017], VBRO u l-attivitajiet bankarji f’Malta sa [2013-2017] u l-parteċipazzjoni f’RZB sa [2013-2017] (40). |
5. IL-VALUTAZZJONI
5.1. L-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat
|
(72) |
Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, kull għajnuna ta’ kwalunkwe forma mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li twassal għal tgħawwiġ jew theddida ta’ tgħawwiġ għall-kompetittività billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, u li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri għandha tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(73) |
Biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: għandha tkun iffinanzjata minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat; għandha tagħti vantaġġ li jkun jista’ jiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, il-miżura għandha tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni, u l-miżura għandu jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni tfakkar li fid-deċiżjonijiet dwar l-iskema ta' appoġġ lill-banek tal-Awstrija, diġà kienet stabbilixxiet li l-garanziji tal-likwidità u l-injezzjonijiet tal-kapital mogħtija skont l-iskema ta' appoġġ lill-banek tal-Awstrija jikkostitwixxu għajnuna. L-Awstrija ma argumentatx rigward din il-kwalifika. |
|
(75) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-miżuri ta’ appoġġ maqbulin fis-27 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-premessa (73) huma ssodisfati wkoll fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 250 miljun u l-garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun. |
|
(76) |
Il-miżuri tal-2012 ingħataw mill-Awstrija u għalhekk huma direttament attribwibbli għall-Istat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn jirriżultaw mir-riżorsi tal-Istat. |
|
(77) |
Il-miżuri tal-2012 jippermettu lill-ÖVAG tikseb il-kapital (u tabilħaqq il-garanzija tal-assi de facto tipprovdi lill-bank bil-kapital) f’sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, fejn kieku ma setgħetx issib dak il-kapital bl-istess kundizzjonijiet fis-suq. Il-Kummissjoni tinnota li minoranza tal-azzjonisti tal-ÖVAG (il-Grupp ERGO, RZB u DZ Bank) iddeċidew li ma jipparteċipawx fir-rikapitalizzazzjoni tal-ÖVAG. Il-Volksbanken ipparteċipaw fiż-żieda tal-kapital. Madankollu, bħala azzjonisti f’maġġoranza eżistenti u minħabba li għandhom rabta kummerċjali mill-qrib mal-ÖVAG, kienu qed jinvestu b’kunsiderazzjonijiet ekonomiċi differenti minn dawn tal-Istat. Tabilħaqq, insolvenza tal-ÖVAG kien ikollha konsegwenzi kbar għall-Volksbanken, li potenzjalment jheddu l-eżistenza tagħhom stess. F’dan il-kuntest huma pparteċipaw fis-salvataġġ tal-ÖVAG sabiex jiżguraw il-futur kummerċjali tagħhom stess. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li l-miżuri tal-2012 jagħtu vantaġġ lill-ÖVAG. Barra minn hekk, il-vantaġġ huwa selettiv billi minnu jibbenefika bank wieħed biss. |
|
(78) |
Minħabba li l-ÖVAG hija attiva fis-settur finanzjarju, li huwa miftuħ għal kompetizzjoni internazzjonali intensa, kull vantaġġ mir-riżorsi tal-Istat lill-bank għandu l-potenzjal li jaffettwa l-kummerċ fl-Unjoni u li jagħweġ il-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-Awstrija lanqas argumentat dwar din il-valutazzjoni. |
|
(79) |
Il-miżuri tal-kapital tal-2009 u l-2012 ilaħħqu EUR 1,350 miljun u jirrappreżentaw 3,8 % tal-RWA tal-bank fi tmiem l-2008 (EUR 35,2 biljun). Barra minn hekk, ingħataw garanziji li jammontaw għal EUR 3,0 biljun lill-bank mingħand l-Awstrija. |
5.2. Bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern
|
(80) |
Skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE, l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk tkun maħsuba li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw il-banek huma xierqa biex jirrimedjaw dan it-taqlib. Din il-valutazzjoni ġiet ikkonfermata fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni – ir-Rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarjai fil-kriżi finanzjarja kurrenti: Tnaqqis tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u salvagwardji kontra tgħawwiġ mhux neċessarju tal-kompetizzjoni (41) (minn hawn 'il quddiem "il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar"). Il-Kummissjoni għadha tikkunsidra li r-rekwiżiti biex l-għajnuna mill-Istat tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, huma ssofdisfati fid-dawl ta' diffikultà ġdida fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat din l-opinjoni f’Diċembru 2011 bl-adotazzjoni tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni li testendi l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja. |
|
(81) |
Fir-rigward tal-ekonomija tal-Awstrija, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li fl-approvazzjoni tagħha tal-iskema tal-Awstrija (42) u fl-approvazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Awstrija lil banek individwali (43), hemm theddida ta’ xkiel serju fl-ekonomija Awstrijaka u li l-appoġġ tal-Istat lill-banek huwa xieraq biex jirrimedja dan ix-xkiel. Għaldaqstant, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat (44). |
|
(82) |
Il-kumpatibbiltà tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, partikolarment rigward ir-rimunerazzjoni tagħhom, għandha l-ewwel tiġi vvalutata abbażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011. |
5.3. Konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011
|
(83) |
Fir-rigward tal-PS mogħtija fl-2009, jista’ jiġi nnutat li dawn ingħataw skont it-termini stipulati fl-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija għat-tali tip ta’ strumenti. Il-Kummissjoni tinnota li barra minn hekk l-istess huwa minnu għall-garanziji ta’ finanzjament mill-ġdid mogħtija dak iż-żmien (45). |
|
(84) |
Fir-rigward tal-injezzjoni tal-kapital fl-2012, skont l-Anness tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011, iż-żidiet fil-kapital għall-banek mhux elenkati (bħall-ÖVAG) għandhom, fejn ma jkunx hemm prezz tas-suq li jista’ jiġi osservat, jiġu vvalutati abbażi ta’ approċċ xieraq (inkluż approċċ price-to-earnings (P/E) għal grupp ta’ pari jew metodoloġiji ta’ valutazzjoni oħrajn li huma aċċettati b’mod ġenerali) ta’ valutazzjoni bbażata fuq is-suq. |
|
(85) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Awstrija pprovdiet kalkolazzjonijiet bbażati fuq l-approċċ price-to-book biex tiddetermina l-valur tal-ÖVAG qabel ir-rikapitalizzazzjoni tal-2012. Il-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011 issemmi b’mod espliċitu l-approċċ price-to-earnings biss, iżda tirreferi wkoll għal metodoloġiji ta’ valutazzjoni oħrajn li huma aċċettati b'mod ġenerali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għażla tal-approċċ price-to-book hija ġġustifikata f’dan il-każ partikolari. L-ewwel nett, l-approċċ price-to-book ukoll huwa metodu ta’ valutazzjoni bbażat fuq is-suq stabbilit. It-tieni nett, minħabba l-volatilità passata tar-riżultati tal-ÖVAG, it-twaqqif tal-valur tal-bank stabbilit fuq bażi aktar stabbli jidher li huwa l-approċċ korrett. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni rrevediet b’mod kritiku l-grupp tal-pari magħżul mill-Awstrija u l-firxa stabbilita ta' multipli tal-P/B applikabbli u tikkunsidrahom raġonevoli. |
|
(87) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni mbagħad analizzat jekk l-azzjonisti tal-ÖVAG kinux akkwistaw sehem xieraq fil-bank waqt ir-rikapitalizzazzjoni, meta jitqiesu l-valuri tal-kumpanija aktar baxxi fil-firxa (EUR [270-300] miljun). Il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk jista’ jiġi konkluż li l-Istat, li kkontribwixxa għar-rikapitalizzazzjoni tal-bank, kiseb sehem xieraq fil-bank anki jekk jiġi meqjus l-aktar valur baxx tal-kumpanija, jista’ jiġi konkluż li l-miżuri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kummissjoni anki jekk il-valur tal-kumpanija jkun fil-fatt ogħla mill-valur l-aktar baxx fil-firxa. Qabel ma tagħmel dik il-valutazzjoni, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll li l-fornitur il-ġdid tal-kapital jirċievi skont suffiċjenti. |
|
(88) |
Fil-fatt, skont il-punti 8 u 9 tal-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011, l-injezzjonijiet tal-kapital għandhom jiġu sottoskritti bi skont suffiċjenti għall-prezz tal-ishma wara aġġustament għall-effett ta' dilwizzjoni, dan jista’ jiġi kwantifikat bl-użu ta’ tekniki tas-suq li huma aċċettati b’mod ġenerali (TERP (46)). Dak l-approċċ huwa applikat għall-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2012. |
|
(89) |
Fil-prattika ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, il-Kummissjoni aċċettat li skont ta’ tal-anqas 25 % huwa aċċettabbli (47). Dan il-valur għandu jiġi aġġustat b’kunsiderazzjoni tad-daqs tal-miżuri li jsaħħu l-kapital fid-dawl tal-kapital eżistenti tal-bank. Il-Kummissjoni tinnota, f’dak ir-rigward, li l-Istat issottoskriva l-kapital bi skont ta’ bejn [35 % u 45 %] (48). |
|
(90) |
Abbażi tal-firxa tal-valutazzjoni tal-kumpanija, il-Kummissjoni kkalkolat l-istruttura teoretika tal-azzjonisti tal-ÖVAG wara l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2012 u qabblitha mal-istruttura tal-azzjonisti tal-bank de facto, maqbula b’riżultat ta’ dik il-miżura. Il-Kummissjoni tosserva li l-istruttura l-ġdida tal-ÖVAG (49), kif ġiet maqbula mill-azzjonisti tiegħu, tagħti lill-Istat li kkontribwixxa l-aktar għar-rikapitalizzazzjoni tal-bank, sehem kemxejn ogħla minn dak li l-Kummissjoni ddeterminat li huwa neċessarju għall-konformità mar-regola dwar l-għajnuna mill-Istat. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rikapitalizzazzjoni tal-2012 tal-ÖVAG hija f’konformità mal-Komunikazzjoni ta’ Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011. |
|
(91) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-garanzija tal-assi, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura tippermetti lill-ÖVAG li taqleb id-dispożizzjonijiet diġà stabbiliti tiegħu ta’ telf mis-self. Fil-fatt il-miżura tippermetti li tiżdied il-bażi tal-kapital. Madankollu, differenti minn miżura tipika ta’ assi danneġġati, ma għandhiex effett fuq l-RWA tal-bank minħabba l-istruttura tal-garanzija li timmira li tnaqqas biss id-dispożizzjonijiet ta’ telf mis-self tal-bank. Barra minn hekk, il-garanzija tal-assi tkopri l-ewwel telf u għalhekk hija differenti minn miżura tal-assi danneġġati standard. Barra minn hekk, kull ammont użat għandu jitħallas lura lill-Istat. Abbażi ta’ dak, billi l-garanzija tinħadem, l-effett tal-miżura huwa li l-bażi tal-kapital tal-ÖVAG tiżdied b’mod temporanju u tiġi protetta; u għalhekk hija simili għal injezzjoni ta’ kapital fl-ÖVAG u għandha tiġi vvalutata kif inhi. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tqis li l-miżura tixbah lil injezzjoni ta' kapital. |
|
(92) |
L-ÖVAG irċeviet garanzija tal-assi li tammonta għal EUR 100 miljun, li se tiġi rimunerata b’tariffa ta’ 10 % kull sena fuq l-ammont totali mogħti u mhux użat (bl-eċċezzjoni tal-kanċellazzjonijiet) mit-30 ta’Settembru 2012 sal-1 ta’ Jannar 2016. Għall-ammonti użati, ir-rimunerazzjoni se tiġi sostitwita b'tariffa ta' 10 % kull sena li għandha titħallas minn xħin l-ammonti jintużaw sa xħin l-ammont jitħallas kompletament lill-Istat. Ir-rimunerazzjoni tal-aħħar hija marbuta ma' jekk il-bank jagħmilx profitti u jekk jikkonformax mal-proporzjon CET1 ta' 10 %. Din mhix kumulattiva. Il-Kummissjoni tinnota li kemm l-istruttura kif ukoll il-livell tar-rimunerazzjoni huma simili għar-rimunerazzjoni li tipikament tkun meħtieġa għal injezzjoni ta’ kapital għal bank f’diffikultà skont il-Komunikazzjoni ta’ Rikapitalizzazzjoni. Il-livell tar-rimunerazzjoni hija konformi wkoll mal-punt 29 tal-iskema tal-Awstrija fuq il-miżuri ta’ għajnuna ta’ emerġenza lill-banek li jinsabu f’diffikultà (50). |
5.4. Kumpatibbiltà mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(93) |
Il-miżuri kollha identifikati bħala għajnuna mill-Istat ingħataw fil-kuntest tar-ristrutturar tal-ÖVAG. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-għoti ta’ għajnuna għar-ristrutturar lill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi kurrenti. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikun kumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja għandu jwassal biex il-bank jerġa’ jsir vijabbli, jinkludi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti u qsim tal-piżijiet u jinkludi biżżejjed miżuri li jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. |
5.4.1. Il-Vijabbiltà
|
(94) |
Pjan ta’ ristrutturar, meta jiġi implimentat kif xieraq, għandu jiżgura li l-istituzzjoni finanzjarja tkun tista’ terġa’ ssir vijabbli fit-tul (ara t-taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). |
|
(95) |
Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-vijabbiltà fit-tul tiġi żgurata jekk il-bank ikun kapaċi jikkompeti fis-suq għall-kapital bil-merti tiegħu stess b’konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Huwa għandu jkun kapaċi jkopri l-kostijiet tiegħu kollha u jipprovdi redditu xieraq fuq l-ekwità, b’kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tiegħu. Il-pjan ta’ ristrutturar irid jidentifika l-kawża tad-diffikultajiet tal-bank u d-dgħufijiet tiegħu u jispjega kif ir-ristrutturar qed jindirizzahom. B’mod partikolari, ir-ristrutturar li jirnexxi jimplika waqfien mill-attivitajiet kollha li kieku strutturalment jibqgħu jagħmlu t-telf fit-terminu medju. |
|
(96) |
F’konformità mal-punti 9 sa 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-Awstrija ppreżentat pjan ta’ ristrutturar komprensiv u ddettaljat li jagħti informazzjoni kompleta dwar il-mudell tan-negozju. Barra minn hekk, il-pjan jidentifika wkoll il-kawża tad-diffikultajiet affaċċjati mill-bank. |
|
(97) |
Fir-rigward tal-mudell tan-negozju, l-ÖVAG se tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività tagħha għar-rwol tagħha bħala istitut ċentrali tal-Volksbanken lokali u reġjonali. Din se tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-likwidità u intermedjazzjoni fl-aċċess għas-swieq kapitali lill-Volksbanken assoċjati, prodotti li jmorru lil hinn mill-kapaċità jew l-għarfien tal-Volksbanken, u faċilitajiet tal-back-office kondiviżi bħall-konformità, il-kummerċjalizzazzjoni jew l-IT. Konsegwentement, l-ÖVAG se tiffoka fuq l-attivitajiet statutorji tagħha u tikkapitalizza fuq il-kompetenzi prinċipali tagħha, filwaqt li twaqqaf l-attivitajiet f’dawk l-oqsma li kienu l-bidu tad-diffikultajiet finanzjarji tiegħu jew li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell tan-negozju l-ġdid li ġie ddefinit. B’mod partikolari, l-ÖVAG twaqqaf l-attivitajiet tagħha relatati mal-proprjetà immobbli u l-partijiet mill-finanzjament korporattiv tagħha u l-portafolli ta’ investiment li mhumiex neċessarji għar-rwol tagħha bħala istitut ċentrali, u tbigħ is-sussidjarji kollha li mhumiex prinċipali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mudell tan-negozju l-ġdid tal-bank huwa adattat biex jiżgura l-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tiegħu fuq terminu twil ta’ żmien. |
|
(98) |
Id-diffikultajiet tal-ÖVAG prinċipalment setgħu jiġu attribwiti lil dawn il-fatturi: l-esponiment tagħha għall-pajjiżi tas-CEE permezz tas-sussidjarji tagħha tal-banek fil-livell tal-konsumatur aggruppati f’VBI; l-involviment tagħha fil-finanzi pubbliċi u l-finanzjament tal-infrastruttura, l-attivitajiet tagħha marbutin mal-proprjetà immobbli u xi partijiet mill-portafoll korporattiv tagħha, il-portafoll tal-investiment tagħha u d-dipendenza tagħha fuq il-finanzjament bl-ingrossa. |
|
(99) |
Fuq nota pożittiva, il-Kummissjoni tirrimarka li l-ÖVAG kienet diġà biegħet is-sussidjarji kollha tagħha barra waħda (VBRO) fl-2011. Il-Kummissjoni tfakkar li fid-dawl tal-bejgħ li ma rnexxiex ta’ VBRO u l-ammont ta’ telf li ġġenera fl-2011, il-Kummissjoni esprimiet dubji fid-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar inizjali kienx se jippermetti lill-bank isolvi l-problemi kollha tiegħu. Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar jidentifika s-sors tal-problemi ta’ VBRO u jindirizzahom bir-ristrutturar ta’ VBRO b’tali mod li s-sussidjarju ma jaffettwax b’mod negattiv il-profittabbiltà tal-ÖVAG u li jsir aktar attraenti għal investitur potenzjali. (51) F’dan ir-rigward hija tinnota li skont il-pjan ta’ ristrutturar, VBRO qed jippjana li jkollu riżultati pożittivi fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, l-ÖVAG niżżlet il-valur tal-VBRO fil-kontijiet tagħha għal [0-50], sabiex jitħaffef il-proċess tal-bejgħ. Għaldaqstant, il-bank ma għadux jaffaċċja telf possibbli jekk prezz tal-bejgħ għoli ta' VBRO ma jintlaħaqx. L-ÖVAG u l-Awstrija ħadu l-impenn li jekk VBRO ma jinbiegħx sa tmiem [2013-2017], ma jinbediex negozju ġdid u dan jiġi likwidat skont il-qafas legali rilevanti. (Alternattivament, partijiet minn VBRO jistgħu jinbiegħu sal-31 ta’ Diċembru [2013-2017] u l-portafolli li jifdal biss jistgħu jiġu likwidati skont il-qafas legali rilevanti.) Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha ċ-ċertezza li r-riskji li jirriżultaw minn VBRO huma diġà mnaqqsin u li se jiġu indirizzati f’limitu ta’ żmien prevedibbli. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li VBRO naqqas l-għadd ta’ fergħat u ħaddiema, kif ukoll in-negozju tas-self tiegħu. |
|
(100) |
Fir-rigward tal-attivitajiet tal-ÖVAG, l-attivitajiet fl-oqsma tal-proprjetà immobbli u tal-finanzi pubbliċi u l-finanzjament tal-infrastruttura, il-Kummissjoni tinnota li s-sussidjarji rilevanti (KA, Europolis) inbiegħu u li t-telf ta’ dawn l-ishma ġie nnutat mill-ÖVAG fil-kontijiet tiegħu. L-attivitajiet marbutin mal-proprjetà immobbli li fadal fl-ÖVAG ġew allokati għall-portafoll mhux prinċipali u qed jiġu abbattuti. |
|
(101) |
Il-waqfien totali tal-attivitajiet imsemmijin fil-premessi (99) u (100) jikkostitwixxi miżura neċessarja u xierqa biex jitneħħa t-tħassib tal-Kummissjoni, billi ċ-ċessjonijiet jistabbilixxu tmiem għal kull telf futur jew esponiment għar-riskji li jirriżultaw minn dawk is-sussidjarji. Barra minn hekk, il-miżuri jilliberaw il-kapaċitajiet ta’ ġestjoni, li jistgħu jerġgħu jintużaw fin-negozju prinċipali tal-bank. |
|
(102) |
Fir-rigward tal-partijiet tal-finanzjament korporattiv u l-portafolli tal-investiment li kienu sorsi ta’ telf fil-passat, il-Kummissjoni tinnota li l-bank innota t-telf neċessarju fil-kontijiet tiegħu. Barra minn hekk, l-esponimenti tas-CDS (52) ġew indirizzati jew hedged. Fl-aħħar nett, dawk l-operazzjonijiet li mhumiex neċessarji biex l-ÖVAG twettaq ir-rwol tagħha bħala istitut ċentrali ġew allokati fil-portafoll mhux prinċipali u qed jiġu abbattuti. |
|
(103) |
Fir-rigward tad-dipendenza passata fuq il-finanzjament bl-ingrossa mhux assigurat, il-Kummissjoni tinnota li l-ÖVAG u s-sidien maġġoritarji tagħha qed jimplimentaw miżuri li se jiżguraw pożizzjoni ta’ likwidazzjoni komda tal-bank. B’mod partikolari, l-istabbiliment tal-pool tal-likwidità mal-Volksbanken reġjonali u ċ-ċessjonijiet tas-sussidjarji, li kienu tassew dipendenti fuq il-finanzjament mill-ġdid tal-ÖVAG għandhom inaqqsu l-bżonnijiet ta’ finanzjament tal-bank b’EUR 6,2 biljun. Barra minn hekk, bl-akkwiżizzjoni tal-Livebank l-ÖVAG kisbet aċċess għal finanzjament fil-livell tal-konsumatur li bħalissa jlaħħaq EUR 470 miljun, u b’hekk naqas b’mod sinifikanti d-dipendenza passata tagħha fuq il-finanzjament bl-ingrossa. .Abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-kuntest tal-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ÖVAG tista’ tiżgura pożizzjoni ta’ finanzjament komda, anki bil-maturità imminenti tal-EUR 1 biljun li jifdal ta’ dejn iggarantit mill-Istat. |
|
(104) |
Skont il-punt 13 tal-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturar, il-bank għandu jkun jista’ jiġġenera redditu xieraq fuq l-ekwità, filwaqt li jkopri l-kostijiet kollha tal-operat normali tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dik il-kundizzjoni hija ssodisfata, kif inhu spjegat fil-premessi (105) sa (107). |
|
(105) |
L-ewwel nett, l-ÖVAG ipprovdiet projezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2017, fejn tat informazzjoni dwar id-dħul, il-kostijiet, id-dispożizzjonijiet tar-riskju, il-profitti u l-pożizzjoni tal-kapital tal-bank. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-projezzjonijiet tal-każ ta’ bażi mogħtija huma bbażati fuq preżunzjonijiet makroekonomiċi sottostanti raġonevoli. Bl-eċċezzjoni tas-sena 2014 (53), il-bank jistenna li se jiġġenera profitti u jtejjeb ir-riżultati annwali tiegħu kontinwament tul il-perjodu ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, fl-2017 ir-RoE se jilħaq livell ta’ 8,0 %, li jidher li huwa livell xieraq ta’ rimunerazzjoni għal bank bi profil tar-riskju bħal dak tal-ÖVAG. Il-proporzjonijiet tal-kapital tal-bank jibqgħu ogħla mir-rekwiżiti regolatorji minimi tul il-perjodu ta’ ristrutturar kollu, fejn il-proporzjon CET1 tjieb minn [9-10] % fl-2012 għal [12-13] % (54) fl-2007. |
|
(106) |
It-tieni nett, il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid juri li l-ÖVAG kapaċi tirreżisti xenarju ta’ stress. Il-preżunzjonijiet tax-xenarju ta’ stress ġew ivvalutati bħala raġonevoli. Billi x-xenarju ta’ stress juri li l-ÖVAG se tmur lil hinn mir-rekwiżiti ta' kapital regolatorju tagħha, il-bank jista' jitqies li qed jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 13 tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar. |
|
(107) |
It-tielet nett, is-segment mhux prinċipali se jiġi abbattut mill-ÖVAG internament, mingħajr separazzjoni legali. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-ÖVAG ikkummissjonat simulazzjonijiet sabiex tikkwantifika impatt massimu possibbli tar-riskji mis-segment mhux prinċipali fuq il-pożizzjoni tal-kapital tagħha. L-analiżi tas-sensittività (55) mogħtija mill-espert turi l-abbiltà tal-ÖVAG li tassorbi l-iżviluppi avversi fil-portafoll mhux prinċipali tagħha, biex il-karti bilanċjali tal-ÖVAG ma jdgħajfux il-vijabbiltà fit-tul tal-bank. |
|
(108) |
L-ÖVAG ippreżentat ukoll strateġija għall-ħruġ parzjali tal-kapital tal-Istat, li jikkostitwixxi l-iskadenza tal-garanzija tal-assi fl-2015 u t-tifdija ta’ EUR 150 miljun ta' PS tal-Istat fl-2017 u l-porzjon li jifdal ta’ EUR 150 miljun immedjatament wara l-31 ta’ Diċembru 2017. Għaldaqstant, l-ÖVAG se żżomm il-profitti tagħha tul il-perjodu ta’ ristrutturar biex tibni l-pożizzjoni tal-kapital tagħha. Din l-akkumulazzjoni ta' kapital għandha tippermetti lill-bank jaffaċċja t-terminazzjoni tal-garanzija tal-assi fl-2015 u li jifdi l-PS tal-Istat skont l-iskadenza maqbula bil-mezzi ta' kapital tiegħu stess, filwaqt li jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji tal-kapital. Il-Kummissjoni tinnota li fil-kuntest tal-projezzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ bażi, il-bank provda informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-kapital tiegħu sal-2018 (56), fejn wera li l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ ħruġ twassal għal CET1 u proporzjonijiet tal-ekwità ta’ [12-13] % u [14-15] % rispettivament. Il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tal-Volksbanken assoċjati li jappoġġaw lill-ÖVAG biex tiffinalizza l-istrateġija ta’ ħruġ għall-PS tal-Istat (57). Skont l-analiżi tas-sensittività mogħtija mill-bank, li kieku l-iżvilupp avvers fi-segment mhux prinċipali tal-ÖVAG kellu jimmaterjalizza, il-Volksbanken assoċjati jkollhom biżżejjed fondi proprji biex jippermettu lill-ÖVAG tifdi l-PS tal-Istat filwaqt li tibqa’ konformi mar-rekwiżiti regolatorji. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-istrateġija ta’ ħruġ flimkien ma’ RoE xieraq miksubin sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ÖVAG tintemm permezz ta’ ħlas lura, skadenza jew rimunerazzjoni b’termini tas-suq. |
|
(109) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid sottomess mill-Awstrija għall-ÖVAG jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar fir-rigward tal-irkupru tal-vijabbiltà fit-tul u b’hekk jitnaqqsu d-dubji espressi f’dak ir-rigward fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. |
5.4.2. Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piż
|
(110) |
Kif jidher fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-banek u l-azzjonisti tagħhom jeħtieġ li jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista' jkun possibbli sabiex jiżguraw li l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu neċessarju. Għaldaqstant, il-banek għandhom jiżguraw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbigħu l-assi, filwaqt li l-azzjonisti għandhom jassorbu t-telf tal-bank fejn dan ikun possibbli. Il-miżuri li daħal għalihom l-ÖVAG jiżguraw li jintużaw ir-riżorsi proprji u li l-azzjonisti oriġinali u l-investituri privati li jkollhom kapital ibridu tal-bank jikkontribwixxu għar-ristrutturar. |
|
(111) |
Il-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar ma għandux elementi li jissuġġerixxu li l-għajnuna tmur lil hinn mill-mezzi meħtieġa biex ikopru l-kostijiet li jirriżultaw mill-irkupru tal-vijabbiltà. L-għajnuna li ngħatat hija meħtieġa biex tiżgura li l-ÖVAG ikollha buffers tal-kapital raġonevoli lil hinn mir-rekwiżiti minimi stipulati mill-qafas tas-CRD IV/CRR (58) fil-każ bażi u tkun tista’ tikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti f’xenarju ta’ stress. L-impenji mogħtija mill-bank u mill-Awstrija jiżguraw li l-miżuri tal-għajnuna riversibbli (PS u l-garanzija tal-assi) jintemmu hekk kif il-pożizzjoni tal-kapital tal-bank tippermetti dan, b’bidu minn tmiem l-2015 (59). |
|
(112) |
Il-Kummissjoni tinnota li, fir-rigward tal-kontribuzzjoni biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ ristrutturar permezz tar-riżorsi interni ġġenerati mill-ÖVAG, il-bank implimenta u se jkompli jimplimenta miżuri biex jitnaqqsu l-kostijiet (60). Fis-segment prinċipali dawk il-miżuri ta’ tnaqqis ta’ kostijiet se jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet annwali bi EUR 15-il miljun sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, li jirrappreżenta madwar 12 % tal-kostijiet totali fl-2012. Fl-ÖVAG b’mod ġenerali (inkluż is-segment mhux prinċipali), il-kost se jitnaqqas b’mod aktar sinifikanti (EUR 105,5 miljun fl-2017 meta mqabbel ma’ EUR 166 miljun fl-2012, li jirrappreżenta tnaqqis b’36 %) (61). |
|
(113) |
Barra minn hekk, il-kostijiet tar-ristrutturar huma ffinanzjati minn proċedimenti miċ-ċessjoni tal-ishma f’segmenti mhux prinċipali profittabbli (RZB, sussidjarji fil-livell tal-konsumatur fl-Awstrija (diġà kienu implimentati bejn l-2009 u l-2010), VBLI). |
|
(114) |
Il-Punt 24 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jispeċifika li rimunerazzjoni adegwata tal-kapital tal-Istat hija wkoll mezz ta’ kif tinkiseb il-kondiviżjoni tal-piżijiet. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li fil-premessa (90) stabbilixxiet li l-Istat, li kkontribwixxa għar-rikapitalizzazzjoni tal-2012, kiseb sehem xieraq fil-bank. Dak is-sehem kien ibbażat fuq il-valur tal-kumpanija ddeterminat b’mod oġġettiv permezz ta’ approċċ P/B ibbażat fuq is-suq. Barra minn hekk, kif inhu stabbilit fil-premessa (89) il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-2012 hija sottoskritta bi skont suffiċjenti, li hija forma ta’ rimunerazzjoni ex-ante tal-injezzjoni tal-kapital. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-livell tar-rimunerazzjoni huwa xieraq flimkien ma' miżuri oħra ta' kondiviżjoni tal-piż. |
|
(115) |
Fir-rigward tal-PS tal-Istat li jifdal ta’ EUR 300 miljun, il-Kummissjoni tfakkar li l-PS tal-Istat ingħataw mill-ÖVAG fil-kuntest tal-iskema tal-appoġġ lill-banek tal-Awstrija u r-rimunerazzjoni tal-istrument ġiet stabbilita skont dik l-iskema. Il-Kummissjoni tosserva li fis-sitt u s-seba sena finanzjarji sħaħ wara s-sottoskrizzjoni tal-istrumenti, il-kupun jiżdied kull sena b’50 punt bażi, li jfisser kupun ta’ 9,8 % fl-2016 u ta’ 10,3 % fl-2017 (62). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tifdija ta’ dawk l-istrumenti fl-2017 u l-2018 se teħtieġ il-ħlas lura ta’ 100 % tal-valur nominali miżjud bil-punti perċentwali li l-kupun tal-PS kien jonqsu biex jilħaq il-valur kuntrattwali, meta l-profitti annwali distribwibbli kienu jkunu biżżejjed għall-pagament iżda minflok inżammu mill-bank. (63) Abbażi tal-projezzjonijiet finanzjarji tal-bank, wieħed jista’ raġonevolment jistenna li l-ammont tal-fidwa mħallas lill-Istat fl-2017 u l-2018 se jinkludi r-rimunerazzjoni tal-kapital tal-PS attribwibbli għall-aħħar snin tal-perjodu ta’ ristrutturar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ÖVAG se tħallas ir-rimunerazzjoni fuq il-PS tal-Istat, li hija adattata għall-profil tar-riskju tal-ÖVAG. |
|
(116) |
Fir-rigward tal-garanzija tal-assi, il-Kummissjoni tinnota li l-bank se jħallas tariffa ta’ 10 % kull sena fuq l-ammont tal-garanzija, jiġifieri EUR 100 miljun. F’termini ta’ kontabbiltà, it-tariffa hija partita ta’ spiża regolari u din ma tiddependix fuq il-profittabbiltà tal-bank. Barra minn hekk, kull ammont użat bħala parti mill-garanzija jiġi rimunerat bil-livell ta’ 10 % sakemm dan jitħallas. Minħabba l-karattru affidabbli u l-livell tat-tariffa, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rimunerazzjoni tal-garanzija tal-assi, li fil-fatt għandha l-karattru ta' żieda fil-kapital temporanja, hija adattata. |
|
(117) |
Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li s-sidien tal-bank jipparteċipaw kemm jista’ jkun fir-rikostituzzjoni ta’ bażi ta’ kapital adattat tul il-perjodu ta’ ristrutturar, l-Awstrija ħadet l-impenn li l-bank se jżomm id-dividendi u mhux se jħallas il-kupuni li mhux obbligat bil-liġi li jħallas sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar jew lil hinn minnu jekk il-PS tal-Istat ma tkunx tħallas sa dakinhar. Għalhekk, skont il-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-ÖVAG ma għandhiex tuża l-għajnuna mill-Istat biex tagħmel ħlasijiet minn fondi proprji jekk ma jkunx hemm biżżejjed profitti biex isiru dawn il-ħlasijiet. |
|
(118) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ÖVAG offriet li tixtri lura strumenti ibridi minn investituri privati bil-prezz li jikkorrespondi għal madwar 40 % tal-valur nominali (64). Il-prezz offrut għax-xiri lura kien iddeterminat abbażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti u kellu primjum ta’ mhux aktar minn 10 punti perċentwali, li ġie miżjud bħala inċentiv għall-investituri biex jipparteċipaw fix-xiri lura. L-offerta ġiet aċċettata għal kważi 80 % tal-valur nominali totali tal-istrumenti, li wara li ġew ikkunsidrati l-kostijiet tat-tranżazzjoni, l-ÖVAG baqagħlha profitt ta’ EUR 130 miljun. L-istrumenti pendenti li jifdal huma suġġetti għall-projbizzjoni fuq il-kupuni spjegata fil-premessa (117). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li kondiviżjoni tal-piżijiet mill-investituri ibridi tal-ÖVAG hija żgurata u r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’dak ir-rigward intlaħqu. |
|
(119) |
Aspett ieħor jikkonċerna l-Grupp ERGO, RZB u DZ Bank, l-azzjonisti minoritarji tal-ÖVAG. Il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel dawn ġew dilwiti sinifikattivament fiż-żieda tal-kapital tal-2012. It-tieni nett, kif inhu spjegat fil-premessa (49), huma impenjaw ruħhom li jappoġġaw ir-ristrutturar tal-bank billi jħallu l-faċilitajiet għal-likwidità li ġew provduti qabel għad-dispożizzjoni tal-ÖVAG u sussidjarji komuni miegħu, jieħdu l-portafolli tal-assi u jappoġġaw lill-ÖVAG fl-isforzi tagħha biex tbigħ dawk is-sussidjarji komuni magħha (VBRO u VBLI), biex b’hekk jitħaffef it-tnaqqis tal-attivitajiet mhux prinċipali. |
|
(120) |
Għalhekk it-tnaqqis fil-kostijiet, il-bejgħ ta’ sussidjarji mhux prinċipali profittabbli u l-iżgurar ta’ rimunerazzjoni adegwata kemm għall-miżuri tal-kapital u kemm għall-garanzija tal-assi, jirrappreżentaw kontribuzzjoni proprja biżżejjed mill-ÖVAG għall-kostijiet tar-ristrutturar tagħha. It-telf imġarrab mid-detenturi tal-kapital, id-dilwizzjoni tal-azzjonisti oriġinali u l-miżuri li bihom jikkontribwixxu għar-ristrutturar tal-ÖVAG, kif ukoll iż-żamma tal-profitti, jiżguraw il-kondiviżjoni xieraq tal-piżijiet. Billi l-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid jista’ jiġi kkunsidrat bħala pjan li jipprevedi kontribuzzjoni proprja xierqa u kondiviżjoni tal-piżijiet, id-dubji espressi fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ f’dan ir-rigward tnaqqsu. |
5.4.3. Miżuri biex jiġi limitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni
|
(121) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrikjedi li l-pjan ta’ ristrutturar jinkludi l-miżuri li jillimitaw it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u tiżgura settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawn għandhom jindirizzaw ukoll kwistjonijiet relatati mal-periklu morali u jassiguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax sabiex jiġi ffinanzjata mġiba li xxekkel il-kompetizzjoni. |
|
(122) |
Il-Punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jiddikjara li meta jiġi vvalutat l-ammont ta’ għajnuna u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kemm l-ammont relattiv u kemm dak assolut tal-għajnuna mill-Istat mogħtija, kif ukoll il-livell tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-pożizzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja fis-suq wara r-ristrutturar. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-ÖVAG irċeviet kapital mill-Istat ekwivalenti għal 3,8 % tal-RWA. Barra minn hekk, l-ÖVAG kisbet garanziji ta’ likwidità li jammontaw għal 5,4 % tal-karta bilanċjali tal-bank. Għaldaqstant, l-ammont ta’ għajnuna lill-benefiċjarju hija sinifikanti. Konsegwentement, mhumiex meħtieġa miżuri sinifikanti sabiex jillimitaw it-tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni anki meta tiġi kkunsidrata l-kontribuzzjoni proprja xierqa u l-kondiviżjoni tal-piżijiet tal-benefiċjarju u l-azzjonisti tiegħu tul il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(123) |
Fil-pjan ta’ ristruttur il-ġdid, it-tnaqqis fil-karta bilanċjali previst reġa’ żdied meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali. L-ÖVAG se tnaqqas il-karta bilanċjali tagħha abbażi ta’ paragun mal-assi fi tmiem l-2008 b’67 % minn EUR 55,8 biljun għal EUR 18,4 biljun fl-2017. Jekk l-assi totali tas-segment prinċipali biss jitqiesu (EUR [12-15] biljun fl-2017) it-tnaqqis jammonta għal [60-80] %. F’termini ta’ RWA, il-bank se jnaqqas id-daqs tiegħu b’71 % (EUR 35.2 biljun fl-2008 vs. EUR 10.1 biljun fl-2017). EUR [4-6] biljun minn dawn l-RWA ta’ EUR 10,1 biljun jirrelataw mas-segment prinċipali, li jfisser tnaqqis tal-RWA b’[70-90] % meta jiġi kkunsidrat biss is-segment prinċipali. |
|
(124) |
Għal dak il-għan, l-ÖVAG qiegħda tipprova tbigħ għadd sinifikanti ta’ sussidjarji domestiċi u barranin. Dak il-bejgħ jeħtieġ li jsir sad-data speċifikata fl-impenji fl-Anness; inkella – is-sussidjarji ma jkunux jistgħu jieħdu sehem f’negozji ġodda. Ħarsa ġenerali lejn l-iktar bejgħ importanti fit-Tabella 4: Tabella 4 L-iktar bejgħ importanti
|
|
(125) |
Dan il-bejgħ jinkludi s-sussidjarji internazzjonali kollha tal-bank. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bejgħ ta’ KA, li kien jeħtieġ salvataġġ mill-Istat fl-2007, ikkontribwixxa għall-istabilizzazzjoni tal-ÖVAG. Għalhekk KA ma jistax jitqies bħala miżura li tillimita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, id-daqs tal-karta bilanċjali u l-volum tal-RWA meħud bħala punt ta’ referenza għall-kalkolu tat-tnaqqis tad-daqs tal-bank ma jinkludux lill-KA (65). |
|
(126) |
Barra minn hekk KA se jillikwida l-fergħa tiegħu ta’ Frankfurt. |
|
(127) |
Kollox ma’ kollox, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali tal-bank b’aktar min-nofs huwa biżżejjed biex jiġi limitat adegwatement it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna. |
|
(128) |
Barra minn dawk il-miżuri strutturali b'kopertura wiesgħa, l-Awstrija u l-ÖVAG qablu wkoll dwar diversi restrizzjonijiet ta’ mġiba. Il-bank ħa l-impenn li josserva l-projbizzjonijiet fuq l-akkwiżizzjoni u r-reklamar, il-projbizzjoni fuq l-innegozjar tal-proprjetà u t-tmexxija fil-prezzijiet relatati mal-Livebank, il-pjattaforma tal-ibbankjar onlajn tiegħu. Dan għandu jiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex tiffinanzja mġiba li tmur kontra l-kompetizzjoni (66). |
|
(129) |
Barra minn hekk, l-Awstrija ħadet l-impenn li l-ÖVAG, f’ismha stess, ma tagħmilx negozju fuq in-naħa tal-assi ma’ partijiet terzi barra mis-settur tal-Volksbanken u l-klijenti tagħhom. Hija tista’ taġixxi biss fil-Volksbankenverbund (67). Flimkien mal-bejgħ tas-sussidjarji profittabbli (VBLI, sussidjarji fil-banek fil-livell tal-konsumatur fl-Awstrija), din ir-restrizzjoni stretta tal-kamp ta’ attivitajiet tal-ÖVAG fis-swieq prinċipali tagħha toffri opportunità biex l-atturi l-oħrajn jespandu l-preżenza tagħhom tas-suq. |
|
(130) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi (122)-(129) u fid-dawl tal-konklużjoni li l-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet huma xieraq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskala u n-natura proposti mill-Awstrija u l-ÖVAG huma biżżejjed biex jillimitaw it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni kkawżat mill-għajnuna lill-ÖVAG. Għaldaqstant, id-dubji mqajmin f’dak ir-rigward fid-Deċiżjoni tal-ftuħ huma mnaqqsin. |
5.5. Monitoraġġ
|
(131) |
B’mod konformi mat-taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, jinħtieġu rapporti regolari sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid qiegħed jiġi implimentat kif suppost. L-Awstrija se tiżugura li l-ÖVAG taħtar fiduċjarju ta’ monitoraġġ li jgħin lill-Kummissjoni fl-obbligi tagħha li tivverifika l-implimentazzjoni xierqa tad-deċiżjoni. Il-Fiduċjarju se jipprovdi rapporti ta’ monitoraġġ kull sitt xhur. L-ewwel rapport għandu jintbagħat mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis li l-monitoraġġ kif suppost tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar huwa żgurat. |
6. KONKLUŻJONIJIET
|
(132) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżuri fil-pjan il-ġdid ta’ ristrutturar, flimkien mal-impenji tal-Anness (68), se jippermettu lill-ÖVAG tiżgura l-vijabbiltà tagħha fit-tul huma biżżejjed fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kontribuzzjoni proporja u huma xierqa u proporzjonati biex jibbilanċjaw l-effetti ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni tal-miżuri tal-għajnuna eżaminati fid-Deċiżjoni preżenti. Il-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat jissodisfa l-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u, għaldaqstant, il-miżuri tal-għajnuna jistgħu jitqiesu kumpatibbli mas-suq intern. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri li ġejjin implimentati jew pjanati mill-Awstrija jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:
|
a) |
il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 1 biljun u EUR 250 miljun lill-Österreichische Volksbanken AG mill-Awstrija; |
|
b) |
il-garanziji ta’ likwidità mogħtija mill-Awstrija lill-Österreichische Volksbanken AG fl-ammont ta’ EUR 3 biljun |
|
c) |
il-garanzija tal-assi lill-Österreichische Volksbanken AG mill-Awstrija bl-effett ta’ salvataġġ tal-kapital ta’ EUR 100 miljun. |
2. L-għajnuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kumpatibbli mas-suq intern, fit-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
L-Awstrija għandha tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 jiġi implimentat kollu, inklużi l-impenji stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) ĠU C 46, tas-17.2.2012, p. 3.
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat Nru 557/2008 – Maßnahmen nach dem Finanzmarktstabilitäts- und dem Interbankmarktstärkungsgesetz für Kreditinstitute und Versicherungsunternehmen in Österreich, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 2
(3) L-ewwel estensjoni tal-iskema, inklużi ċerti emendi, ġiet approvata fit-30 ta’ Ġunju 2009 (ĠU C 172, 24.7.2009, p. 4), it-tieni estensjoni saret fis-17 ta’ Diċembru 2009 (ĠU C 28, 4.2.2010, p. 6), it-tielet estensjoni saret fil-25 ta’ Ġunju 2010 (ĠU C 250, 17.9.2010, p. 4) u r-raba’ estensjoni saret fis-16 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 20, 21.1.2011, p. 3).
(4) Ara l-punt 13b u l-Anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, ĠU C 10, tal-15.1.2009, p. 2.
(5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.318833 – Ristrutturar tal-Österreichischen Volksbanken AG (ĠU. C 46 tas-17.2.2012, p. 3).
(6) Dawn il-perċentwali jiddeskrivu l-istruttura tad-drittijiet tal-vot u jeskludu l-ishma tat-teżor tal-ÖVAG. Qabel it-tnaqqis tal-kapital b’70 % u ż-żieda ppjanata fil-kapital ta’ EUR 484 miljun l-ÖVAG kellu 1.63 % tal-ishma tiegħu stess.
(7) Fl-aħħar tal-2007 kienu diġà EUR 78,6 biljun. Sors: Ir-rapport annwali tal-ÖVAG tal-2009.
(8) Fitch tikkunsidra l-fatt li l-ÖVAG huwa membru tal-iskema tal-protezzjoni tal-Volksbanken Verbund. Għaldaqstant l-ÖVAG għandu l-istess Klassifikazzjoni tal-Ħruġ b’Default għat-terminu qasir u għat-terminu twil bħall-grupp kollu (“A” u “F1” rispettivament).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ ftuħ, il-premessi 7 sa 12.
(10) Id-Deċiżjoni ta’ ftuħ, il-premessi 13 sa 19.
(11) Investkredit Bank AG hija sussidjarja tal-ÖVAG, li tipprovdi self korporattiv, fatturament, finanzjament tal-proġetti, finanzjament tal-kummerċ u tal-esportazzjonijiet. Hemm aktar informazzjoni dwar dan fil-premessa 7 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.
(12) Dan il-valur tal-fidwa jiżdied bil-punti perċentwali li bihom id-dividend fuq il-kapital tal-PS naqas mill-valur kuntrattwali meta l-profitti annwali distribwibbli kienu jkunu biżżejjed għall-pagament iżda minflok dawn inżammu, għalkemm il-bank ma kienx obbligat li jagħmel dan skont rekwiżiti regolatorji jew superviżorji.
(13) Il-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif inhu ddefinit mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja ("Basel III: A global regulatory framework for more resilient banks and banking systems", Diċembru 2010 (rev. Ġunju 2011) http://www.bis.org/publ/bcbs189.htm).
(14) L-ÖVAG u s-sussidjarji/parteċipi tagħha, partikolarment VB Factoring Bank Aktiengesellschaft, VB Leasing Finanzierungsgesellschaft m. b. H. u Volksbank Invest Kapitalanlagegesellschaft m. b. H
(15) Dik it-tariffa tkun partita ta' spiża regolari tal-bank u għaldaqstant ma tiddependix fuq il-profittabbiltà tal-ÖVAG.
(16) Wara l-bejgħ tas-sussidjarju finanzjarju pubbliku tiegħu KA lill-Awstrija, it-total fuq il-karta bilanċjali tal-ÖVAG kien EUR 52.9 biljun fi tmiem l-2008.
(*1) Sigrieti kummerċjali, fejn kien possibbli ingħatat medda fil-[parentiżi].
(17) Abbrevjazzjoni Bankwesengesetz (BWG)
(18) Inkluż is-self sindikat mogħti flimkien ma’ IMMO BANK, li huwa l-ispeċjalist għall-finanzjament tal-proprjetà residenzjali fis-settur tal-Volksbanken.
(19) L-azzjonist l-ieħor huwa VR Leasing (sussidjarju ta’ DZ Bank).
(20) Ara l-punt 6.3 tal-Anness.
(21) Ara l-punt 6.3 tal-Anness.
(22) Ara l-punt 6.3 tal-Anness.
(23) Ara l-punt 6.3 tal-Anness.
(24) Ara l-punt 6.4 tal-Anness.
(25) Ara l-paragrafu 49.
(26) […].
(27) Ara l-paragrafu 10.
(28) Ara l-paragrafu 23.
(29) b’kunsiderazzjoni tal-effett tal-iskadenza tal-garanzija tal-assi;
(30) b’kunsiderazzjoni tal-effett tal-iskadenza tal-garanzija tal-assi u t-tifdija tal-kapital PS.
(31) Dan l-ammont jinkludi l-effett tal-iskadenza ta’ dik il-garanzija tal-assi fl-2015 u t-tifdija tal-PS ta’ EUR 300 miljun.
(32) Ara l-paragrafi 45 sa 62 aktar ‘il fuq.
(33) Id-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 65 sa 69, 73 u 74.
(34) ĠU C 356, tas-6.12.2011, p. 7.
(35) L-għażla tal-grupp tal-pari kienet ibbażata fuq kriterji oġġettivi, bħal għażliet ta’ prodotti kumparabbli u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-attivitajiet.
(36) Ara n-numri 8.2 u 8.3 tal-Anness.
(37) Ara n-numri 8.5 u 8.4 tal-Anness.
(38) Ara n-numru 8.1 tal-Anness.
(39) Ara n-numru 8.6 tal-Anness.
(40) Ara n-numri 6.1 - 6.4 tal-Anness.
(41) ĠU C 195, tad-19.8.2009, p. 9.
(42) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat N 557/2008 – Maßnahmen nach dem Finanzmarktstabilitäts- und dem Interbankmarktstärkungsgesetz für Kreditinstitute und Versicherungsunternehmen in Österreich, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 2; estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 352/2009 ta-30 ta’ Ġunju 2009 (ĠU C 172, 24.7.2009, p. 4), estiża għal darba oħra bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 663/2009 tas-17 ta’ Diċembru 2009 (ĠU C 28, 4.2.2010, p. 6), estiża għal darba oħra bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 241/2010 tal-25 ta’ Ġunju 2010 (ĠU C 250, 17.9.2010, p. 4) u estiża għal darba oħra bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.32018 tas-16 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 20, 21.1.2011, p. 3).
(43) Barra mid-deċiżjonijiet dwar l-iskema ta’ appoġġ lill-banek tal-Awstrija, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-għajnuna mill-Istat N 698/2009, Hypo Group Alpe Adria, ĠU C 85, 31.3.2010, p. 21; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-Għajnuna mill-Istat N 261/2010, It-tieni għajnuna ta’ ristrutturar għal BAWAG, ĠU C 250, 17.9.2010, p. 5; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.32745, Ristrutturar ta’ Kommunalkredit Austria AG, ĠU C 239, 17.8.2011, p. 2.
(44) Jista’ jiġi nnutat ukoll li l-Awstrija tat għajnuna lill-ÖVAG skont l-iskema ta’ salvataġġ tal-banek tal-Awstrija, li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.
(45) Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 2 u 3 ta’ din id-Deċiżjoni.
(46) Theoretical ex-rights price (theoretischer Nach-Rechte-Preis).
(47) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2012 fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34055, Skema ġdida ta’ rikapitalizzazzjoni għal istituzzjoni ta’ kreditu fil-Portugall, għadha ma ġietx ippubblikata.
(48) Minħabba l-applikazzjoni tal-metodoloġija tat-TERP, dak l-iskont diġà jinkludi l-effett ta' dilwizzjoni.
(49) Ara l-paragrafu 23.
(50) Ara n-noti f’qiegħ il-paġna 2 u 3.
(51) Ara l-paragrafu 44.
(52) Swaps ta’ Inadempjenza tal-Kreditu
(53) Għas-sena 2014, il-kontijiet tal-grupp mħejjijin skont l-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja Internazzjonali, l-ÖVAG jistenna telf wara t-taxxi ta’ EUR [10-30] miljun, prinċipalment minħabba entrata straordinarja: il-bejgħ ta’ VBLI bil-prezz ta’ EUR [40-70] miljun, li huwa preżunt li huwa aktar baxx mill-valur fil-kotba tiegħu tal-IFRS ta' EUR [90-120] miljun. Fil-kontijiet tal-ÖVAG bħala entità waħda, imħejjijin skont il-Prinċipji ta; Kontabbiltà Aċċettati b’mod Ġenerali tal-Awstrija, il-valur fil-kotba ta’ VBLI diġà ġie mniżżel għal EUR [40-70] miljun. Għaldaqstant, ir-riżultat tal-ÖVAG għas-sena 2014 skont il-GAAP tal-Awstrija mhix mistennija li tintlaqat mir-rikavati tal-bejgħ u mistenni li jkun pożittiv.
(54) B’kunsiderazzjoni tal-iskadenza tal-garanzija tal-assi fil-2015 u t-tifdija ta’ EUR 150 miljun tal-kapital PS tal-Istat fl-2017.
(55) Ara l-premessi 58 u 59.
(56) Ara l-premessa 55.
(57) Ara l-premessa 60.
(58) It-terminu “CRD IV/CRR” (Id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital IV/ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital) jirreferi għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, kif tittrasponi r-regoli ta’ Basel III fil-liġi tal-Unjoni Ewropea. Basel III,min-naħa l-oħra, huwa standard regolatorju globali dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-bank, l-ittestjar tal-istress u r-riskju tal-likwidità tas-suq, żviluppat u maqbul b'rispons għan-nuqqasijiet fir-regolazzjoni finanzjarja żvelati mill-kriżi reċenti. Fost l-oħrajn, dan jistabbilixxi rekwiżiti tal-kapital kwantittivament u kwalitattivament aktar stretti għall-banek. L-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżiti l-ġodda għandha tibda fl-2013.
(59) Ara l-premessi 25 sa 27.
(60) Ara l-premessa 60.
(61) Madankollu, l-impatt jinkludi l-effetti taċ-ċessjonijiet u t-tnaqqis tal-operazzjonijiet fis-segment mhux prinċipali.
(62) Ara l-premessa 18.
(63) Ara l-premessa 19.
(64) Ara l-premessa 52.
(65) Il-karta bilanċjali tal-ÖVAG u l-RWA, li ttieħdu bħala punt ta’ referenza, huma valuri mill-31 ta’ Diembru 2008; KA inbiegħ lill-Istat f'Novembru 2008.
(66) Billi l-Livebank huwa biss parti min-negozju tal-ÖVAG fejn qed jieħu d-depożiti, projbizzjoni fuq it-tmexxija fil-prezzijiet ma hi neċessarja għall-ebda segment tas-suq ieħor.
(67) Ara l-punt 4.1 tal-Anness
(68) F’każ ta’ kunflitt bejn it-test tad-deċiżjoni u l-Anness, dan għandu jiġi solvut b’kunsiderazzjoni tat-test fid-deċiżjoni.
ANNESS
Lista ta’ impenji fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.31883 Österreichische Volksbanken AG
Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 659/1999, kif ġie emendat, ir-Repubblika tal-Awstrija (l-“Awstrija”) hawnhekk tipprovdi l-impenji li ġejjin b’rabta mal-Österreichische Volksbanken-Aktiengesellschaft ("ÖVAG") sabiex tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), b’deċiżjoni skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex issib għajnuna mogħtija lill-ÖVAG kompatibbli mas-suq intern.
L-impenji għandhom jiġu implimentati fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni.
Dan it-test għandu jiġi interpretat fil-qafas ġenerali tal-liġi tal-Komunità u b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 659/1999, kif ukoll b’kunsiderazzjoni għad-deċiżjoni li magħha l-impenji huma marbuta bħala impenji u/jew kundizzjonijiet u obbligi.
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
|
1.1. |
L-Awstrija għandha tiżgura li l-pjan ta’ ristrutturar (il-“pjan ta’ ristrutturar“) għall-ÖVAG ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 ikun korrett u kompletament implimentat. |
|
1.2. |
L-Awstrija għandha tiżgura li l-impenji (l-“impenji”) elenkati hawn taħt jiġu osservati bis-sħiħ waqt l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar. |
|
1.3. |
Il-fażi tar-ristrutturar għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. L-impenji li ġejjin japplikaw tul il-fażi ta’ ristrutturar, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor. |
2. Is-segment prinċipali u s-segment ta’ stralċ
|
2.1. |
L-ÖVAG stabbilixxiet segment ta' stralċ li fih huma assenjati ċerti assi biex isirilhom stralċ. Is-segment ta’ stralċ għandu jiġi ġestit bħala segment indipendenti b’kontabbiltà separata, f’sens tal-proċedura ta’ rappurtar tiegħu stess. |
3. Tnaqqis fit-total tal-karta bilanċjali u l-RWA
|
3.1. |
Tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali – grupp] Jekk wieħed jibda mit-total tal-karta bilanċjali awditjata tal-ÖVAG ta’ EUR 48 116 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2009, l-assi totali tal-karta bilanċjali tal-grupp għandhom jitnaqqsu għal EUR [26 000-28 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [22 000-24 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR [20 000-22 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [18 000-20 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR 18 390 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
3.2. |
[Tnaqqis tal-RWA – grupp] Jekk wieħed jibda mill-assi totali tal-grupp ippeżati skont ir-riskju (mir-riskju totali) ta’ EUR 29 505 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2009, dawn l-assi għandhom jitnaqqsu għal EUR [16 000-18 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [14 000-16 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR 11 682 miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [10 000-12 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [10 000-12 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
3.3. |
[Tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali – segment prinċipali] L-assi totali tal-karta bilanċjali fis-segment prinċipali għandhom jitnaqqsu għal EUR [15 000-17 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [15 000-17 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR [14 000-16 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [13 000-15 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [13 000-15 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. Dawn l-ammonti jistgħu jinqabżu bi 2 %, sakemm dan ikun ir-riżultat tal-operati tas-sindikat miżjuda fil-livell primarju, rekwiżiti regolatorji ogħla biex tinżamm il-likwidità jew ħtieġa akbar għal finanzjament mill-ġdid tal-istituzzjonijiet primarji minn kif kien previst oriġinarjament. Fejn jinqabżu dawn l-ammonti għandha tintbagħat ġustifikazzjoni soda lill-fiduċjarju ta’ monitoraġġ. |
|
3.4. |
[Tnaqqis fl-RWA – segment prinċipali] L-assi totali ppeżati skont ir-riskju fis-segment prinċipali (ir-riskju totali) għandhom jitnaqqsu għal EUR [5 500-6 500] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 Diċembru 2014, għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [5 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. Dawn l-ammonti jistgħu jinqabżu bi 2 %, sakemm dan ikun ir-riżultat tal-operati tas-sindikat miżjuda fil-livell primarju, rekwiżiti regolatorji ogħla biex tinżamm il-likwidità jew ħtieġa akbar għal finanzjament mill-ġdid tal-istituzzjonijiet primarji minn kif kien previst oriġinarjament. Fejn jinqabżu dawn l-ammonti għandha tintbagħat ġustifikazzjoni soda lill-fiduċjarju ta’ monitoraġġ. |
|
3.5. |
[Tnaqqis tat-total tal-karta bilanċjali – segment tal-istralċ] L-assi totali tal-karta bilanċjali fis-segment tal-istralċ għandhom jitnaqqsu għal EUR [10 000-12 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [6 000-8 000] miljun sal-31 Diċembru 2014, għal EUR [6 000-8 000] sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [5 000-7 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [4 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
3.6. |
[Tnaqqis fl-RWA – segment ta' stralċ] L-assi totali ppeżati skont ir-riskju fis-segment tal-istralċ (riskju totali) għandhom jitnaqqsu għal EUR [11 000-13 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2013, għal EUR [8 000-10 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2014, għal EUR [5 000-7 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2015, għal EUR [5 000-7 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2016, u għal EUR [4 000-6 000] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
3.7. |
L-iskadenzi fis-segment tal-istralċ għandhom jiġu estiżi biss jekk ikun hemm possibbiltà realistika, fattwali u plawsibbli li estensjoni tagħmel il-finanzjament aktar faċli fil-futur. L-estensjonijiet għandhom jingħataw biss tliet darbiet u għal massimu ta’ sena kull waħda; eċċezzjonijiet iġġustifikati b’perjodi ta’ estensjoni itwal għandhom jiġu żvelati lill-fiduċjarju ta’ monitoraġġ u jiġu ġustifikati adegwatement f’kull każ individwali. Fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar l-attivitajiet kollha ta’ stralċ xorta għandhom jintemmu malajr kemm jista' jkun. |
|
3.8. |
Meta jiġu kkalkolati l-ammonti fin-Numri 3.1 – 3.6, il-bidliet minħabba dispożizzjonijiet legali emendati li jirriżultaw mill-applikazzjoni tas-CRD IV/CRR ma għandhomx jiġu kkunsidrati. |
4. Restrizzjoni tal-attivitajiet tan-negozju
|
4.1. |
Fin-negozju prinċipali għandu jitwettaq biss in-negozju relatat mal-assoċjazzjoni. F’dan ir-rigward, “negozju relatat mal-assoċjazzjoni” tfisser li l-ÖVAG (i) għandha taġixxi bħala organizzazzjoni ċentrali għall-Volksbanken u għalhekk għandha tipprovdi s-servizzi direttament lill-istituzzjonijiet assoċjati, u (ii) għandha tipprovdi jew takkwista prodotti u servizzi għall-Volksbanken u għall-klijenti tagħhom. L-ÖVAG ma għandhiex twettaq negozju ta’ kreditu jew ta’ self ma’ klijenti ta’ parti terzi, f’ismha jew b’responsabbiltà tagħha. |
5. Waqfien tal-oqsma tan-negozju
|
5.1. |
[Waqfien tal-oqsma tan-negozju] L-ÖVAG għandha timplimenta l-mudell tan-negozju spjegat fil-pjan ta’ ristrutturar, u f’dan ir-rigward għandha twaqqaf l-oqsma tan-negozju kif inhu deskritt fil-pjan ta’ ristrutturar, u dawn l-oqsma tan-negozju għandhom jitwaqqfu kompletament:
|
|
5.2. |
[Kummerċ f’ismu stess] L-ÖVAG għandha wkoll twaqqaf l-kummerċ proprjetarju ddedikat. Dan ifisser li l-ÖVAG għandha twettaq biss attivitajiet kummerċjali indikati fil-ktieb tal-kummerċ tiegħu li huma meħtieġa biex a) jiġu aċċettati, trasferi u eżegwiti l-ordnijiet tal-bejgħ u tax-xiri tal-klijenti tagħha (i.e. negozju bl-istrumenti finanzjarji bħala servizz) )jew b) għan-negozji biex in-negozju tal-klijenti jew l-interess u l-ġestjoni tal-likwidità fis-settur tat-teżor jiġu hedged jew c) biex it-trasferiment ekonomiku tal-partitajiet fuq il-karta bilanċjali għall-unità tar-ristrutturar jew il-partijiet terzi jkun jista’ jsir. F’kull każ għandu jiġu żgurat li dawn il-partitajiet jiddaħħlu biss fil-limitu totali ta’ EUR 3 miljun ta’ valur fir-riskju / perjodu ta’ parteċipazzjoni ta’ ġurnata / livell ta’ fiduċja ta’ 99 %, u fejn ma jkunx hemm periklu għall-kapaċità li jġarrab ir-riskju jew għas-sitwazzjoni tal-likwidità tal-ÖVAG. Taħt l-ebda ċirkostanza l-ÖVAG ma twettaq attivitajiet kummerċjali li jservu purament biex tagħmel profitt ħlief għall-għanijiet imsemmija fuq. |
6. Bejgħ
|
6.1. |
[Bejgħ] L-ÖVAG għandha tbigħ kompletament l-entitajiet li ġejjin ("iffirmar") sa mhux aktar tard mill-iskadenzi msemmija:
|
|
6.2. |
Ix-xerrejja tal-entitajiet fin-Numri 6.1.1 - 6.1.4 għandhom ikunu persuni li jkunu legalment u ekonomikament indipendenti mir-Repubblika tal-Awstrija u VB Holding / il-banek fil-livell primarju. |
|
6.3. |
Jekk l-ishma msemmija fin-Numri 6.1.1 to 6.1.3 ma jinbigħux sal-iskadenza stipulata, l-ÖVAG tieħu l-miżuri kollha disponibbli għaliha biex itemm in-negozji l-ġodda f'dawn l-entitajiet u tagħmlilhom stralċ. L-ÖVAG se tagħmel kull ma tista’ biex tilħaq ftehim mas-sħab konġunti tiegħu kmieni biżżejjed (6.1.1 u 6.1.3) biex ittemm in-negozju l-ġdid sal-iskadenzi stipulati. |
|
6.4. |
Jekk l-ishma msemmija fin-Numru 6.1.4 ma jinbigħux sad-data stipulata hemmhekk, aġent tal-bejgħ uffiċjali għandu jorganizza l-bejgħ. |
7. Miżuri minn DZ Bank, ERGO u RZB
|
7.1. |
L-Awstrija għandha tiżgura li Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank (DZ Bank), ERGO Gruppe u Raiffeisen Zentralbank Österreich AG (RZB) jimplimentaw il-miżuri ppjanati, kif inhu stipulat fil-ftehim dwar ir-ristrutturar (il-“ftehim dwar ir-ristrutturar”) milħuq fis-26 ta’ April 2012 bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u DZ Bank AG, ERGO Versicherung AG u ERGO Versicherungsgruppe AG, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG, Volksbanken Holding eingetragene Genossenschaft, Österreichischer Genossenschaftsverband u l-ÖVAG |
8. Regoli ta’ kondotta oħrajn / Governanza Korporattiva
|
8.1. |
[Projbizzjoni fuq l-akkwisti] L-ÖVAG jimpenja ruħu li ma jagħmilx akkwisti. Dan japplika kemm għax-xiri tal-kumpaniji bi struttura legali tagħhom stess, u għall-ishma fil-kumpaniji, kif ukoll għal bundles tal-assi li jirrappreżentaw tranżazzjoni kummerċjali jew fergħa ta’ attività. Dan ma japplikax għal akkwiżizzjonijiet li għandhom isiru sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u/jew relatat mal-assoċjazzjoni, jew fl-interessi ta’ kompetizzjoni effettiva, sakemm dawn ikunu ġew approvati minn qabel mill-Kummissjoni. Dan lanqas ma japplika għall-akkwisti li huma parti, f’termini ta’ ġestjoni tal-obbligi eżistenti tal-klijenti f’diffikultà finanzjarja, min-negozju normali ta' kuljum tal-bank. L-obbligu għandu japplika sa meta jispiċċa l-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
8.2. |
[Projbizzjoni fuq id-dividendi] L-ÖVAG mhux se tħallas dividendi fil-perjodu sas-sena finanzjarja li tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017, b'din is-sena inkluża. Il-pagamenti skont n-Numru 10 mhumiex affettwati minn dan, sakemm dan ikun separabbli fis-sens legali. |
|
8.3. |
[L-ibridi] Sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-ÖVAG ma tistax tagħmel pagamenti fir-rigward ta’ strumenti ta’ ekwità relatati mal-profitti (bħal strumenti finanzjarji ibridi u ċertifikati ta’ parteċipazzjoni fi profitt (Genussscheine)), sakemm dawk il-pagamenti ma jkunux dovuti abbażi ta’ kuntratt jew tal-liġi. Jekk il-karta bilanċjali tal-ÖVAG kellha tindika telf qabel l-aġġustament tar-riżervi u l-qligħ miżmum, l-istrumenti msemmija fuq għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fit-telf skont il-possibbiltajiet provduti mil-liġi superviżorja u ċivili. F’dan ir-rigward, l-ÖVAG għandha timpenja ruħha li ma tużax ir-riżervi fil-każ ta’ telf sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
8.4. |
[Projibizzjoni fuq it-tmexxija fil-prezz] Fil-qasam tas-servizzi ta’ depożitu, il-Live Bank għandu projbizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015 milli joffri kundizzjonijiet oħrajn tar-rati ta’ interess (għall-maturitajiet kollha) mill-kompetitur tiegħu bit-tielet l-aħjar kundizzjonijiet fis-suq Awstrijak għall-ibbankjar onlajn dirett mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
|
8.5. |
[Reklamar] L-ÖVAG ma għandhiex tuża l-għoti tal-miżuri tal-għajnuna jew vantaġġi li jirriżultaw minnhom għal finijiet ta’ reklamar. |
|
8.6. |
[Ir-rimunerazzjoni tal-entitajiet, l-impjegati u l-aġenti essenzjali] L-ÖVAG trid tivverifika l-effett ta’ inċentiv u l-adegwatezza tas-sistemi tar-rimunerazzjoni tagħha u, billi tuża l-possibbiltajiet skont il-liġi ċivili, tiżgura li dawn ma jirriżultawx f’esponiment għal riskji bla bżonn, li huma orjentati lejn objettivi tal-kumpanija sostenibbli u għal perjodu ta’ żmien twil, u li huma trasparenti. |
|
8.7. |
[Regoli oħra ta’ kondotta] L-ÖVAG għandha tkompli l-espansjoni tal-operazzjonijiet tagħha ta’ monitoraġġ tar-riskju u li topera politika kummerċjali li tkun prudenti, soda u orjentata lejn is-sostenibbiltà. |
9. L-ÖVAG u l-istituzzjonijiet primarji
|
9.1. |
[Rimunerazzjoni għar-riżervi tal-likwidità] Skont it-Taqsima 25(13) tal-Att dwar il-Banek tal-Awstrija, l-ÖVAG għandha tħallas rimunerazzjoni għar-riżerva tal-likwidità lill-istituzzjonijiet primarji ta’ mhux aktar mir-rata Euribor għal tliet xhur [40-70] flimkien mal-punti bażi ("pb") għad-depożiti tagħhom. Fl-1 ta’ Jannar 2014 u l-1 ta’ Jannar 2015 ir-rata tal-kostijiet se titnaqqas f’kull każ bi [5-10] pb, u bi [3-7] pb addizzjonali fl-1 ta’ Jannar 2016 u l-1 ta’ Jannar 2017,biex il-kundizzjonijiet ikunu l-istess bħar-rata Euribor tal-tliet xhur flimkien ma’ [20-40] pb mill-1 ta’ Jannar 2017. Bl-approvazzjoni espliċita tal-Kummiissjoni jistgħu jintużaw ukoll komponenti oħrajn tal-ipprezzar tat-trasferiment tal-fondi, sakemm ikun jista’ jintwera li l-profitt mit-tnaqqis tal-interess imħallas fuq ir-riżervi tal-likwidità kif inhu deskritt hawnhekk, ikun tal-anqas intlaħaq. |
|
9.2. |
[Tariffi] L-ÖVAG għandha żżomm it-tariffi kollha li jimponi għall-kummerċ li jinġab permezz tas-sitt elettroniku tal-LiveBank. |
|
9.3. |
[Distribuzzjoni tad-dividendi lill-istituzzjonijiet primarji] Id-dividendi jistgħu jitqassmu lill-istituzzjonijiet primarji fil-qafas stabbilit fil-ftehim dwar ir-ristrutturar, sakemm il-limitu ta’ EUR [7-10] miljun imsemmi hemm taħt Numru 7.2 jitnaqqas għal EUR [5-8] miljun u biss sa fejn, fejn id-dividendi jitqassmu skont Numru 7.2, ikunu saru biżżejjed profitti u jiżdied il-kapital ta’ bażi estern il-ġdid (nett, wara t-tnaqqis tal-pagamenti mill-ġdid) biex tal-anqas ikopru (kumpens għall-profitti mhux miżmumin) l-ammont distribwit (lill-investituri tal-ekwità u lill-Gvern Federali). |
10. Rimunerazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna
|
10.1. |
[Rimunerazzjoni tal-garanzija tal-assi] Il-garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun mogħtija mill-Awstrija għandha tiġi rimunerata b’bonus mhux relatat mal-profitt ta’ 10 % kull sena. |
|
10.2. |
[Rimunerazzjoni tal-kapital ta’ parteċipazzjoni] Il-kapital tal-parteċipazzjoni mogħti mill-Istat għandu jiġi rimunerat kif inhu stipulat fil-ftehim in prinċipju. |
11. L-istrateġija ta’ ħruġ għall-garanzija tal-assi, il-kapital ta’ parteċipazzjoni u l-kapital tal-ishma
|
11.1. |
[Ritorn tal-garanzija tal-assi] Il-garanzija tal-assi ta’ EUR 100 miljun mogħtija mill-Awstrija għandha tiġi stabbilita f’termini tal-maturità tagħha b’tali mod li tispiċċa eżatt wara l-31 ta’ Diċembru 2015 |
|
11.2. |
[Ħlas lura tal-kapital ta’ parteċipazzjoni] L-ÖVAG timpenja ruħha li tieħu kull miżura xierqa biex teħles lir-Repubblika tal-Awstrija minn nofs il-piż tal-pożizzjoni tagħha bħala parteċipant (EUR 150 miljun) fl-ewwel nofs tal-2017 u mill-piż kollu immedjatament wara l-31 ta’ Diċembru 2017, l-aktar tard. Il-banek primarji għandu jkollhom parti fir-realizzazzjoni ta’ dan, sa fejn jippermettu r-rekwiżiti regolatorji minimi. |
|
11.3. |
[Strateġija ta’ ħruġ] L-Awstrija ma tqisx lilha nnifisha bħala sid fuq terminu twil tal-ÖVAG u għalhekk se tipprova tbigħ l-ishma sottoskritti għal darba oħra malajr kemm jista' jkun, b'kunsiderazzjoni tal-interessi baġitarji u d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Banek tal-Awstrija u t-Taqsima 2(3) tal-Att dwar l-Istabbilta tas-Swieq Finanzjarji tal-Awstrija. |
12. Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
|
12.1. |
L-Awstrija ser tiżgura li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ ÖVAG u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-impenji kollha f’dan id-Dokument ta’ Impenji jiġu monitorjati kontinwament minn Fiduċjarju tal-Monitoraġġ indipendenti u biżżejjed kwalifikat li huwa obbligat iżomm il-kunfidenzjalità. |
|
12.2. |
Il-ħatra, il-kompiti, l-obbligi u l-kwittanza tal-Fiduċjarji tal-Monitoraġġ għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fl-anness “Fiduċjarji”. |
|
12.3. |
L-Awstrija ser tiżgura li, fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni jew il-fiduċjarju jkollhom aċċess mhux ristrett għall-informazzjoni kollha li hija neċessarja għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni jew il-Fiduċjarju jistgħu jitolbu lil ÖVAG għal spjegazzjonijiet u kjarifiki. L-Awstrija u ÖVAG ser jikkoperaw bi sħiħ mal-Kummissjoni u mal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li jaġixxi f’isem il-Kummissjoni fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha assoċjati mal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
Anness mal-lista ta’ impenji – Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
A. Ħatra tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
|
(i) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-ÖVAG taħtar fiduċjarju ta’ monitoraġġ biex iwettaq l-obbligi ta’ fiduċjarju ta’ monitoraġġ (“fiduċjarju”) kif inhu stabbilit fil-paragrafu C(x) ta’ dan l-Anness. Il-mandat japplika tul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2017. Fi tmiem il-mandat, il-fiduċjarju għandu jippreżenta rapport finali. |
|
(ii) |
Il-fiduċjarju għandu jkun indipendenti mill-ÖVAG. Il-fiduċjarju għandu jkollu l-għarfien speċjalizzat li huwa meħtieġ sabiex iwettaq il-mandat tiegħu, pereżempju bħala bank ta’ investiment, konsulent jew awditur, u qatt ma għandu jkun espost għal kwalunkwe kunflitt ta’ interess. Il-fiduċjarju ser ikun rimunerat mill-ÖVAG b’mod li ma jimpedixxix it-twettiq indipendenti u effettiv tal-mandat tiegħu. |
|
(iii) |
L-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-ÖVAG tippreżenta l-ismijiet ta’ żewġ persuni jew aktar lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni bħala fiduċjarju ta’ monitoraġġ mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat min-notifika tad-deċiżjoni. |
|
(iv) |
Dawn il-proposti għandhom jinkludu biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-persuni li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-Fiduċjarju propost jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu A(ii), u għandhom b’mod partikolari jinkludu dan li ġej:
|
|
(v) |
Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni li tapprova jew tiċħad il-fiduċjarji proposti u li tapprova l-mandat propost soġġett għal kwalunkwe modifika li tqis neċessarja sabiex il-fiduċjarju jkun jista’ jaqdi l-obbligi tiegħu. Jekk jiġi approvat isem wieħed biss, l-ÖVAG taħtar il-persuna jew l-istituzzjoni kkonċernata bħala fiduċjarju jew tagħmel mezz li dik il-persuna jew istituzzjoni tiġi maħtura, skont il-mandat approvat mill-Kummissjoni. Jekk jiġi approvat aktar minn isem wieħed, l-ÖVAG hija ħielsa li tiddeċiedi liema mill-persuni approvati għandha tiġi maħtura bħala fiduċjarju. Il-fiduċjarju jiġi maħtur fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, skont il-mandat approvat mill-Kummissjoni. |
|
(vi) |
Jekk il-fiduċjarji kollha jiġu miċħuda, l-Awstrija tintrabat li tiżgura li l-ÖVAG tissottometti l-ismijiet ta’ mill-anqas żewġ persuni jew istituzzjonijiet oħra fi żmien ġimagħtejn minn meta tiġi informata dwar iċ-ċaħda, skont ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbiliti fil-paragrafi A(i) u A(iv). |
|
(vii) |
Jekk il-fiduċjarji kollha proposti jiġu miċħuda wkoll mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tinnomina fiduċjarju li l-ÖVAG taħtar jew tara li jinħatar, skont mandat ta’ fiduċjarju approvat mill-Kummissjoni. |
B. Kompiti u obbligi ġenerali
|
(viii) |
Il-fiduċjarju għandu jgħin lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità mal-ÖVAG mal-impenji u tassumi responsabbiltà l-obbligi ta’ fiduċjarju ta’ monitoraġġ speċifikati fid-dokument ta’ impenji. Il-fiduċjarju għandu jwettaq l-obbligi stipulati fil-madat tiegħu skont il-pjan ta’ ħidma, kif ukoll reviżjonijiet tal-pjan ta’ ħidma li ġew approvati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-fiduċjarju jew tal-ÖVAG, tagħti kwalunkwe ordnijiet jew istruzzjonijiet lill-fiduċjarju sabiex tiżgura konformità mal-impenji. L-ÖVAG ma għandux dritt jagħti struzzjonijiet lill-fiduċjarju. |
C. overi u obbligi tal-Fiduċjarji
|
(ix) |
Id-dover tal-Fiduċjarju huwa li jiggarantixxi l-konformità sħiħa u korretta mal-obbligi stabbiliti fl-impenji u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta’ ristrutturar tal-ÖVAG. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-fiduċjarju, tagħti kwalunkwe ordni jew struzzjoni lill-fiduċjarju jew lill-ÖVAG sabiex tiżgura konformità mal-impenji mehmużin ma’ din id-deċiżjoni. |
|
(x) |
Il-fiduċjarju
|
D. Doveri u obbligi tal-ÖVAG
|
(xi) |
L-ÖVAG għandha tipprovdi u titlob lill-konsulenti tagħha jagħtu lill-fiduċjarju kwalunkwe kooperazzjoni, assistenza u informazzjoni li huwa jista’ raġonevolement ikollu bżonn fit-twettiq tal-obbligi tiegħu stipulati fil-mandat. Il-fiduċjarju għandu jkollu aċċess mhux ristrett għal kwalunkwe ktieb, rekord, dokument, maniġment jew persunal ieħor, faċilità, sit u informazzjoni teknika tal-ÖVAG jew tan-negozji li huma neċessarji għat-twettiq tad-doveri tal-fiduċjarju stipulati fil-mandat. L-ÖVAG għandha tagħmel disponibbli lill-fiduċjarju uffiċċju wieħed jew iżjed fil-bini tan-negozju tagħha u l-impjegati kollha tal-ÖVAG għandhom ikunu disponibbli għal-laqgħat mal-Fiduċjarju sabiex jagħtuh l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tad-doveri tiegħu. |
|
(xii) |
Soġġett għall-approvazzjoni ta’ ÖVAG (din l-approvazzjoni ma għandhiex tiġi miżmuma jew imdewma mingħajr raġun) u bi spejjeż tagħha, il-fiduċjarju jista’ jaħtar konsulenti (b’mod partikolari għal pariri korporattivi legali jew finanzjarji), jekk il-fiduċjarju jqis il-ħatra ta’ tali konsulenti neċessarja jew xierqa għat-twettiq tad-doveri u l-obbligi tiegħu skont il-mandat, sakemm kwalunkwe tariffi u spejjeż oħra tal-fiduċjarju jkunu raġonevoli. Jekk l-ÖVAG tirrifjuta li tapprova l-konsulenti proposti mill-fiduċjarju, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-ħatra ta’ tali konsulenti, wara li tkun semgħet lill-ÖVAG. Huwa biss il-fiduċjarju li jkun intitolat li jagħti struzzjonijiet lill-konsulenti. |
E. Sostituzzjoni, kwittanza u ħatra mill-ġdid tal-fiduċjarju
|
(xiii) |
Jekk il-fiduċjarju jwaqqaf il-funzjonijiet tiegħu skont l-impenji jew jekk ikun hemm kwalunkwe raġuni oħra valida, bħal kunflitt ta’ interess tal-fiduċjarju,
|
|
(xiv) |
Jekk il-fiduċjarju jitneħħa skont il-paragrafu E(xiii), huwa jista’ jintalab ikompli jaqdi d-doveri tiegħu sakemm jinħatar fiduċjarju ieħor li lilu tkun ingħaddiet l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-fiduċjarju l-ġdid għandu jinħatar skont il-proċedura msemmija fil-paragrafi A(i) sa A(vi). |
|
(xv) |
Minbarra t-tneħħija skont il-paragrafu E(xiii), il-fiduċjarju għandu jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu ta’ fiduċjarju biss wara li l-Kummissjoni tkun waqfitu mid-doveri tiegħu. Din il-kwittanza sseħħ meta l-obbligi kollha li jkunu ġew fdati lill-fiduċjarju jkunu ġew implimentati. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob il-ħatra mill-ġdid tatl-fiduċjarju tal-monitoraġġ jekk jinstab sussegwentement li r-rimedji rilevanti ma ġewx implimentati kompletament u kif xieraq. |
|
20.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.