|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.167.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 559/2013
tat-18 ta’ Ġunju 2013
li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(1) u (4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012. |
|
(2) |
Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi, kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, li għalih japplikaw l-Artikoli 2(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti għalihom fih. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar persuna waħda elenkata. Sabiex jimplimenta d-deċiżjoni tal-Kumitat, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/293/PESK tat-18 ta' Ġunju 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (2). |
|
(4) |
L-entrata rilevanti għal dik il-persuna fl-Anness 1 għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandha tiġi emendata skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
P. HOGAN
(2) Ara paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
L-entrata għall-persuna imniżżla hawn taħt fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandha tiġi sostitwita bis-segwenti:
|
L-Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-inklużjoni |
|
“Maġġur Idrissa DJALÓ |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 18 ta’ Diċembru 1954 Kariga uffiċjali: Konsulent ta’ protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati u sussegwentament, Kurunell u Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati Passaport: AAISO40158 Data tal-ħruġ: 2.10.2012 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data ta’ skadenza: 2.10.2015 |
Punt ta’ Kuntatt għall-“Kmand Militari” li refa’ r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta’ April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari. |
18.7.2012” |
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 560/2013
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Traditional Grimsby Smoked Fish (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tar-Renju Unit għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Traditional Grimsby Smoked Fish”, irreġistrata taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 986/2009 (2). |
|
(2) |
L-applikazzjoni tikkonċerna emenda fil-metodu tal-produzzjoni sabiex tipprovdi flessibbiltà fl-għejjun tal-materji primi biex issa jinkludu flettijiet kif ukoll ħut sħiħ frisk. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 50 u 52 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Traditional Grimsby Smoked Fish” fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament hija approvata.
Artikolu 2
Il-verżjoni kkonsolidata tad-dokument uniku li fih il-punti prinċipali tal-ispeċifikazzjoni hija stipulata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
L-emenda li ġejja fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Traditional Grimsby Smoked Fish” ġiet approvata:
Il-ħut frisk u sħiħ u l-flettijiet is-soltu jinġiebu mill-Iżlanda, mill-Gżejjer Faroe u min-Norveġja, iżda jistgħu jinġiebu wkoll minn żoni oħra.
ANNESS II
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel (1)
“TRADITIONAL GRIMSBY SMOKED FISH”
Nru tal-KE: UK-PGI-0105-01022-23.7.2012
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
“Traditional Grimsby Smoked Fish”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Ir-Renju Unit
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.7: |
Ħut, molluski u krustaċi friski, u prodotti magħmulin minnhom |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
It-“Traditional Grimsby Smoked Fish” huwa ddefinit bħala flettijiet tal-merluzz u l-bakkaljaw, b’piż ta’ bejn 200 u 700 gramma, li ġew affumikati fil-kesħa skont il-metodu tradizzjonali fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-lewn tagħhom ivarja minn lewn il-krema sa beġ, b’konsistenza xotta, u b’togħma affumikata u kemxejn mielħa. Jinbiegħu lil firxa wiesgħa ta’ ħwienet, f’forma pproċessata, fi kraten magħmulin apposta (b’piż ta’ inqas minn 5 kili) jew f’pakketti individwali fil-vakwu.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Ħut sħiħ u flettijiet tal-merluzz u l-bakkaljaw, li jiżnu bejn 200 u 700 gramma
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Mhux applikabbli
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita
It-tmelliħ u l-affumikar tal-ħut ifflettjat.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.
Il-ħut affumikat jiġi ppakkjat waħda fuq l-oħra bil-karta bejniethom fi kraten magħmulin apposta jew f’pakketti individwali fil-vakwu sabiex jibqgħu friski.
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
Mhux applikabbli
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-belt ta’ Grimsby, kif iddefinita mill-fruntieri amministrattivi tagħha, fid-distrett ta’ Lincolnshire tal-Grigal.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-karatteristiċi tat-“Traditional Grimsby Smoked Fish” huma marbutin maż-żona ġeografika fir-rigward tat-tradizzjoni, tar-reputazzjoni, tal-proċess tal-affumikar u tal-ħiliet ta’ dawk involuti fil-proċess. Dawn il-ħiliet ilhom jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Il-port ta’ Grimsby huwa uniku fl-Ingilterra billi jinsab fuq promontorju li jifred l-Estwarju tal-Humber mill-Baħar tat-Tramuntana. Din il-pożizzjoni ġeografika tesponi l-port għal irjieħ xotti u kesħin mill-baħar u mill-estwarju, li jgħinu fil-proċess tal-affumikar tradizzjonali tal-ħut billi jżommu l-medja tat-temperaturi massimi tas-sajf taħt l-20 grad Celsius, temperatura ferm aktar kiesħa minn ta’ ġewwa.
Mar-Renju Unit kollu, il-belt ta’ Grimsby hija sinonoma mal-ipproċessar tal-ħut. Il-port u l-belt huma kburin bil-fatt li għal aktar minn seklu, ħafna negozjanti tal-ħut setgħu jipprovdu l-biċċa l-kbira mit-tipi ta’ ħut f’kull naħa tal-pajjiż, u aktar reċentement anki fuq il-kontinent Ewropew. It-“Traditional Grimsby Smoked Fish” huwa wieħed mill-prodotti ewlenin assoċjati mal-port.
Hemm provi li t-tradizzjoni u l-proċessi involuti jmorru lura sa tmiem is-seklu 19. Fir-Renju Unit, Grimsby ilha sinonima mal-ħut affumikat mill-1850, meta l-ferrovija l-ewwel ippermettiet it-trasport rapidu tal-ħut affumikat sa Londra u eventwalment sa kull rokna tal-pajjiż. Ma hemmx xi ngħidu, dak iż-żmien ma kien jeżisti l-ebda tagħmir għat-tkessiħ jew biex isir is-silġ li llum jintuża tant fil-preżervazzjoni tal-prodotti friski u li jitħassru. Sabiex il-prodotti ma jiħżinux u tittawwal id-data tal-iskadenza tal-konsum tagħhom, l-għażla kienet bejn it-tmelliħ, it-tnixxif, l-affumikar, jew it-tagħqid ta’ dawn kollha. L-affumikar tradizzjonali tal-ħut fi Grimsby baqa’ popolari minkejja l-preferenza ta’ fran mekkaniċi f’naħat oħra tal-pajjiż.
Għall-parti l-kbira tal-ewwel nofs tas-seklu 20, il-port ta’ Grimsby kien l-ikbar port tas-sajd fid-dinja. Il-pożizzjoni tagħha fost toponimi bħal Vigo, Esbjerg, Boulogne-sur-Mer u Bremerhaven, li magħhom il-belt ta’ Grimsby hija marbuta f’ġemellaġġ, ma tistax tinċaħad. Illum, il-belt għadha l-ikbar ċentru tal-produzzjoni tal-ħut fir-Renju Unit, b’106 kumpaniji membri fil-Grimsby Fish Merchants Association (l-Assoċjazzjoni tan-Negozjanti tal-Ħut ta’ Grimsby). Din il-bażi kummerċjali varjata sa minn dejjem kienet il-qawwa tal-port, u wasslet għar-rwol fundamentali tas-swieq tal-ħut ta’ Grimsby fil-bejgħ tal-ħut frisk mhux biss fir-Renju Unit iżda wkoll fil-livell Ewropew.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
It-“Traditional Grimsby Smoked Fish” huma flettijiet tal-merluzz u l-bakkaljaw, li jiżnu bejn 200 u 700 gramma. Il-lewn tagħhom ivarja minn lewn il-krema sa beġ, b’konsistenza xotta, u b’togħma affumikata u kemxejn mielħa. Il-flettijiet tal-ħut ġew affumikati fil-kesħa skont il-metodi tradizzjonali u s-sengħa li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra:
|
|
L-ifflettjar tal-ħuta sħiħa bl-idejn, |
|
|
It-tmelliħ tal-flettijiet tal-ħut, |
|
|
Il-flettijiet tal-ħut jitqiegħdu fiċ-ċmiemen tat-tidħin f’għoli xieraq għall-proċess tal-affumikar fil-kesħa. |
|
|
Is-sies taċ-ċumnija tat-tidħin jinkesa bis-serratura, li titqabbad biex tibda ġġammar. Il-monitoraġġ tar-rata li biha l-ħut jiġi ffumikat hija dipendenti fuq il-qies tal-ħuta, u t-temperatura u l-umdità ambjentali. |
|
|
Il-monitoraġġ regolari tal-proċess tal-affumikar minn affumikaturi tas-sengħa jsir sabiex jiġi żgurat li l-ħut jiġi affumikat b’mod bilanċjat, billi jiċċaqlaq u jitneħħa l-ħut meta meħtieġ. |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
Il-pożizzjoni ta’ Grimsby fuq ix-xatt tal-Lvant għandha vantaġġ ieħor, billi huwa wieħed mill-inqas postijiet fir-Renju Unit esposti għall-irjieħ tal-Lbiċ li jġibu magħhom xita umda u jiddominaw fil-biċċa l-kbira tal-pajjiż. Grimsby għandha klima marittima, u dan ifisser li għalkemm tesperjenza varjazzjonijiet żgħar fit-temp staġonali, it-temp jaf jinbidel faċilment minn jum għal ieħor.
L-esperjenza u l-għarfien espert meħtieġa għall-affumikar tajjeb tal-ħut skont il-metodu tradizzjonali jistgħu jinkisbu biss wara ħafna snin, u ta’ spiss jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra. Dan jikkuntrasta mal-forn mekkaniku modern, li huwa forn magħluq imsaħħan b’mod elettroniku, irregolat sempliċiment permezz ta’ buttuni jduru. Bis-saħħa ta’ dawn is-sorsi sostenibbli u tal-pożizzjoni ġeografika strateġika u vantaġġjuża ta’ Grimsby fil-qalba ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni tal-ħut imkessaħ, tista’ tiġi ggarantita provvista ta’ kuljum ta’ ħut frisk affumikat f’kull roqgħa tal-pajjiż.
Grimsby hija xxurtjata fis-sens illi l-ħut jista’ jinġieb minn żona tant wiesgħa li xerrej imġarrab normalment jaf isib ħut xieraq għall-affumikar ikun xi jkun il-perjodu tas-sena. Biex il-ħut jiġi affumikat b’suċċess, l-affumikatur għandu jħalli wisa’ għal ħafna tipi ta’ ħut, l-istaġun u t-temp. Fi Grimsby, bis-saħħa ta’ ġenerazzjoniet ta’ għarfien espert, l-affumikatur tradizzjonali tal-ħut jaf jipproduċi prodott ta’ kwalità konsistenti sempliċement bl-użu ta’ għajnejh u ta’ idejh biss.
Fil-biċċa l-kbira t-“Traditional Grimsby Smoked Fish”, huwa mfaħħar ħafna mill-industrija tal-ikel bħal Waitrose li l-bejjiegħ tal-ħut tagħha ddikjara li bl-“Ifran tal-lum ma toħroġx dik it-togħma. Bil-ħut tradizzjonali, wieħed qisu qed jiekol xi ħaġa kompletament differenti. Għandu togħma tal-għaġeb. Ma jirbħilha ħadd. Affumikata. Rikka. Perfetta.” Il-metodi tal-affumikar tal-ħut tradizzjonali huma apprezzati mill-kokijiet ukoll. Rick Stein jistqarr li “Meta żort Grimsby bqajt mistagħġeb bil-ħila involuta fl-affumikar tal-ħut tradizzjonali. Ma għandux x’jaqsam mat-tnixxif bil-forn ikkontrollat bil-kompjuter.”
Il-kok Mitch Tonks jemmen ukoll li l-metodu tal-affumikar tradizzjonali jagħmel id-differenza kollha fit-togħma tal-ħut u jtejjeb il-kwalitajiet organolettiċi tiegħu; “Jikkuraw il-ħut tagħhom bil-mod tradizzjonali u jaffumikawh fi ċmiemen antiki, u ninsab ċert li dan jgħin fit-togħma. Jużaw biss merluzz kbir u r-riżultat huwa taħlita perfetta ta’ ħut affumikat u ħelu.”
Il-ħut affumikat ta’ Grimsby jiġi servut f’ħafna mill-ifjen postijiet tal-ikel fil-pajjiż, inkluż il-J Sheekey, Scott’s u anke r-ristorant Delia Smith’s Norwich City Football Club. Jintbagħtu wkoll provvisti regolari lid-dar Irjali. Jgħidu li r-Reġina kilitu għall-fatra ta’ filgħodu fl-għodwa ta’ wara ż-żwieġ tagħha fl-1947 mal-Prinċep Filippu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://archive.defra.gov.uk/foodfarm/food/industry/regional/foodname/products/documents/grimsby-fish-spec-120619.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 561/2013
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Schwarzwälder Schinken (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
|
(2) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Schwarzwälder Schinken”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/97 (3). |
|
(3) |
Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
IL-ĠERMANJA
Schwarzwälder Schinken (IĠP)
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 562/2013
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Queijo Serra da Estrela (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
|
(2) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Portugall għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Queijo Serra da Estrela” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 197/2008 (4). |
|
(3) |
L-applikazzjoni għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni. L-applikazzjoni titlob li l-“Queijo Serra da Estrela” ikun jista’ jiġi kkummerċjalizzat f’daqs iżgħar (0,5 kg). B’hekk id-dijametru minimu tal-ġobon minn 11-il ċm jiċkien għal 9 ċm. Huwa mitlub ukoll it-twaħħil obbligatorju tal-marka tal-kaseina nnumerata, li jippermetti t-traċċabbiltà aħjar tal-prodott. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. L-emenda hija minuri; il-Kummissjoni tista’ għalhekk tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura deskritta fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Queijo Serra da Estrela” hija b’dan emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS I
Fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Queijo Serra da Estrela”, hija approvata l-emenda li ġejja:
|
|
Deskrizzjoni tal-prodott: Il-Portugall qed jitlob li jkun jista’ jikkummerċjalizza l-prodott “Queijo Serra da Estrela” f’daqs iżgħar (0,5 kg), li huwa d-daqs minimu sabiex il-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tiegħu jkunu ppreservati. Għalhekk minn 11-il ċm, id-dijametru tal-ġobon ġie mċekken għal 9 ċm. |
|
|
Prova tal-oriġini: L-applikazzjoni titlob li jkun obbligatorju t-twaħħil ta’ marka tal-kaseina nnumerata li tippermetti t-traċċabbiltà aħjar tal-prodott, u li tikkonferma r-reġjun tal-oriġini u l-istabbiliment ta’ relazzjoni bejn kull lott ta’ ħalib li jidħol, dejjem skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, u kull lott ta’ “Queijo Serra da Estrela” prodott. |
|
|
Il-marki ta’ kaseina huma skont il-mudell approvat mill-grupp ta’ produtturi, li jagħmluh disponibbli għall-produtturi kollha interessati, mingħajr diskriminazzjoni, b’tali mod li ma jistax ikun hemm duplikazzjoni tan-numerazzjoni jew tas-serje. Il-marki ma jistgħux jiġu ttrasferiti minn ġobna għal oħra u ma jkunux jisitgħu jintużaw meta jitneħħew. |
ANNESS II
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1)
“QUEIJO SERRA DA ESTRELA”
Nru tal-KE: PT-PDO-0217-0213 – 17.1.2011
IĠP () DPO (X)
1. Isem
“Queijo Serra da Estrela”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Portugall
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
|
Klassi 1.3. – |
Ġobnijiet |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1
Ġobon li jsir bit-taqtir bil-mod tal-baqta, wara t-tagħqid tal-ħalib pur tan-nagħġa tar-razez Bordaleira Serra da Estrela u/jew Churra Mondegueira, bl-użu tal-fjura tal-kardun Cynara cardunculus bħala t-tames. Il-perjodu minimu tal-maturazzjoni tal-ġobon “Queijo Serra da Estrela” huwa ta’ 30 jum. Wara minimu ta’ 120 jum id-denominazzjoni tal-oriġini “Queijo Serra da Estrela” tiġi kkwalifikata bħala “Velho” (matur).
Il-karatteristiċi ewlenin huma dawn li ġejjin:
|
|
Queijo Serra da Estrela |
Queijo Serra da Estrela Velho (vieux) |
|
Għamla u konsistenza |
Ċilindru baxx (ċatt) regolari bi ġnub imbewqa ‘l barra, xi tbewwiq fuq u mingħajr xoffa definita |
Ċilindru baxx regolari xi ftit imbewwaq fil-ġnub jew xejn, mingħajr xoffa |
|
Qoxra |
Lixxa u kważi ratba |
Lixxa, ftit imkemmxa u iebsa jew iebsa ħafna |
|
Piż |
bejn 0,5 u 1,7 kg |
0,7 sa 1,2 kg |
|
Dijametru |
minn 9 sa 20 ċm |
minn 11 sa 20 ċm |
|
Għoli |
minn 4 sa 6 ċm |
minn 3 sa 6 ċm |
|
Sensazzjoni |
Magħluq, bil-konsistenza tal-butir, jitlef is-sura meta jinqata’, kumpatt, kremuż u lixx, mingħajr toqob jew ftit li xejn |
Magħluq bit-toqob jew mingħajr, tal-konsistenza daqsxejn niexfa u li titfarrak, lixx |
|
Kulur |
Abjad jew kemxejn safrani |
Bejn safrani u oranġjo/kannella, jiskura minn barra ‘l ġewwa |
|
Karatteristiċi sensorjali |
Togħma tajba, nadifa u daqsxejn aċiduża |
Togħma pjaċevoli, li ddum fil-ħalq, bejn qawwija u ftit qawwija u kemm kemm mielħa/imħawra |
|
Proteina |
bejn 26 u 33 % |
bejn 36 u 43 % |
|
Xaħam |
bejn 45 u 60 % |
> 60 % |
|
Umdità |
bejn 61 u 69 % |
bejn 49 u 56 % |
|
Rmied |
bejn 5 u 6,5 % |
bejn 7 u 8 % |
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-materja prima utlizzata hija esklussivament:
|
— |
il-ħalib tan-nagħġa tar-razza Bordaleira Serra da Estrela u/jew Churra Mondegueira, taż-żona ġeografika ddefinita. Il-kondizzjonijiet għat-trobbija u tal-għalf tal-annimali huma soġġetti għal regoli speċifiċi; |
|
— |
melħ għall-ikel, |
|
— |
tames ta’ bażi veġetali, jiġifieri tal-fjura tal-kardun (Cynara cardunculus, L). |
3.4. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
Huma awtorizzati biss sistemi ta’ produzzjoni li huma estensivi jew semiestensivi, u dik l-aktar ipprattikata hija t-trobbija fl-apert. L-annimali jirgħu fiż-żona li hija assoċjata ma’ veġetazzjoni karatteristika u salvaġġa li tvarja minn foresti tal-prinjoli għal mergħat. Prattika regolari hija ċ-ċaqliq tal-merħla fejn l-annimali jiġu ttrasferiti għal erjas (jew mergħat) oħrajn (fl-istess żona ġeografika skont iż-żmien tas-sena u skont l-għalf li jkun disponibbli. Normalment speċijiet oħra ta’ rigħi u ta’ għalf jitkabbru wkoll fir-reġjun u jintużaw bħala supplementi ta’ għalf għan-nagħaġ tal-lokal matul il-perjodi meta jkun hemm anqas disponibbiltà ta’ ikel. Madankollu, u f’każijiet biss ta’ kundizzjonijiet estremi tal-klima u tal-ħamrija (pereżempju borra jew nixfa), jista’ jintuża għalf sempliċi jew komposti li jsaħħu d-dieta tal-annimali, l-aktar fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu tal-ġestazzjoni jew fl-eqqel tal-perjodu tat-treddigħ. L-użu ta’ dan l-għalf huwa awtorizzat mill-grupp tal-produtturi u jiġi kkontrollat kemm f’termini ta’ kwanitità kif ukoll ta’ kwalità mill-korp taċ-ċertifikazzjoni.
3.5. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika definita
Billi l-annimali jrid ikollhom oriġini ġenetika u territorjali ċċertifikata, id-dieta tagħhom hija rregolata minn regoli stretti f’termini tal-kwalità u tal-kwantità ta’ ragħa, l-ambjent naturali tagħhom huwa kruċjali għall-ksib tal-ħalib u tal-ġobon bil-karatteristiċi meħtieġa, l-istadji kollha fil-produzzjoni huma kkontrollati regolarment kemm rigward it-traċċabbiltà tal-prodott kif ukoll fir-rigward tal-kwalitajiet organolettiċi tal-prodott finali, u billi l-istadji ta’ manifattura u ta’ maturazzjoni huma operazzjonijiet delikati mill-perspettiva tat-traċċabbiltà kif ukoll tal-awtentiċità, tal-iġjene u tal-kwalitajiet sensorjali tal-prodott finali, il-passi kollha fil-produzzjoni tal-“Queijo Serra da Estrela” għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, mit-twelid tal-annimali sal-imballaġġ tal-ġobon, tkun xi tkun il-preżentazzjoni kummerċjali użata.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Peress li l-“Queijo Serra da Estrela” huwa prodott ħaj li jkompli jiżviluppa anki wara li jiġi ppreservat, maqtugħ u ppakkeġġat, dawn l-operazzjonjiet jistgħu jsiru biss fir-reġjun tal-oriġini, minħabba l-ħtieġa li:
|
— |
jiġu ggarantiti l-awtentiċità u l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodott, li jiddefinixxu l-kwalità speċjali ta’ dawn il-ġobnijiet – karatteristiċi li kapaċi jagħrfuhom biss il-produtturi, in-nies tal-post u l-konsumaturi regolari; |
|
— |
tiġi vvalutata l-kwalità ta’ kull ġobna, individwalment, qabel ma tgħaddi minn xi waħda mill-operazzjonijiet imsemmija hawn fuq; |
|
— |
tkun żgurata li l-ġobon, ukoll jekk maqtugħ, jibqa’ jkollu konsistenza kremuża. Sabiex dan jinkiseb, jeħtieġ li jintgħażlu l-ġobniet li jkunu waslu sal-livell ta’ maturazzjoni xieraq meta titwettaq l-operazzjoni kkonċernata; |
|
— |
tiġi żgurata li, għall-“queijo velho”, il-biċċiet maqtugħin ikollhom il-konsistenza meħtieġa, mingħajr ma jinqasmu. Sabiex dan jinkiseb, jeħtieġ li matul il-fażi tal-maturazzjoni jintgħażlu l-ġobniet li jkolhom it-togħma u l-konsistenza kif jixraq, għax dan huwa ż-żmien propizju għall-qtugħ tal-ġobon; |
|
— |
jiġi ggarantit li tinżamm il-fama tradizzjonali tal-prodott, b’tali mod li ma tiġix misruqa u lanqas ma jiġi mqarraq il-konsumatur; |
|
— |
jiġi ggarantit li l-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-iġjene tal-prodott jinżammu kostantement u matul l-operazzjonijiet differenti; |
|
— |
jiġi assigurat il-kontroll xieraq tal-operazzjonijiet f’konformità mar-rekwiżiti regolatorji; |
|
— |
jiġi ggarantit li kull ġobna jew porzjon ta’ ġobon jista’ jiġi intraċċat lura għall-istabbiliment tal-produzzjoni jew l-azjenda agrikola mnejn ikun inħareġ, biex b’hekk tiġi żgurata l-oriġini ġeografika tal-prodott. |
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Flimkien mal-kliem obbligatorju meħtieġ bil-liġi, dawn li ġejjin huma wkoll obbligatorji:
|
— |
il-kliem “QUEIJO SERRA DA ESTRELA – Denominazzjoni protetta tal-oriġini”, jew l-istess kliem flimkien mad-deskrizzjoni “VELHO” għall-ġobniet li l-maturazzjoni tagħhom tkun damet aktar minn 120 jum; |
|
— |
il-marka ta’ ċertifikazzjoni b’fuqha l-isem tal-prodott, l-isem tal-korp ta’ kontroll u taċ-ċertifikazzjoni, u n-numru tas-serje li jiffaċilita t-traċċabbiltà tal-prodott. |
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika definita
Iż-żona ġeografika hija limitata għall-muniċipalitajiet ta’ Carregal do Sal, Celorico da Beira, Fornos de Algodres, Gouveia, Mangualde, Manteigas, Nelas, Oliveira do Hospital, Penalva do Castelo u Seia u għad-distretti amminstrattivi ta’ Carapito, Cortiçada, Dornelas, Eirado, Forninhos, Penaverde u Valverde, għall-muniċipalità ta’ Aguiar da Beira, għad-distretti amminstrattivi ta’ Anceriz, Barril do Alva, Cerdeira, Coja, Pomares u Vila Cova do Alva, għall-muniċipalità ta’ Arganil, għad-distretti amminstrattivi ta’ Aldeia de Carvalho, Cortes do Meio, Erada, Paul, Sarzedo, Unhais da Serra u Verdelhos, għall-muniċipalità ta’ Covilhã, għad-distretti amminstrattivi ta’ Aldeia Viçosa, Cavadoude, Corujeira, Fala, Famalicão, Fernão Joanes, Maçainhas de Baixo, Mizarela, Pero Soares, Porto da Carne, São Vicente, Sé Seixo Amarelo, Trinta, Vale de Estrelas, Valhelhas, Videmonte, Vila Cortez do Mondego u Vila Soeiro, għall-muniċipalità ta’ Guarda, għad-distretti amminstrattivi ta’ Midões, Póvoa de Midões u Vila Nova de Oliveirinha, għall-muniċipalità ta’ Tábua, għad-distretti amminstrattivi ta’ Canas de Santa Maria, Ferreirós do Dão, Lobão da Beira, Molelos, Mosteiro de Fráguas, Nandufe, Parada de Gonta, Sabugosa, São Miguel do Outeiro, Tonda u Tondela, għall-muniċipalità ta’ Tondela, għad-distretti amminstrattivi ta’ Aldeia Nova, Carnicães, Feital, Fiães, Freches, Santa Maria, São Pedro, Tamanho, Torres, Vila Franca das Naves u Vilares, għall-muniċipalità ta’ Trancoso u għad-distretti amminstrattivi ta’ Fragosela, Loureiro de Silgueiros, Povolide u São João de Lourosa, u għall-muniċipalità ta’ Viseu.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Ir-reġjun kollu kemm hu jinsab fuq l-għoljiet ta’ Beira, b’kundizzjonijiet agroklimatiċi kkaratterizzati minn xtiewi kesħin b’ħafna xita u bi ftit borra, u minn sjuf sħan u xotti.
Minbarra s-siġar msemmija qabel, dan ir-reġjun fih arbuxelli u veġetazzjoni li jikkostitwixxu d-dieta tal-annimali li jirgħu. Il-veġetazzjoni hija komposta l-aktar minn art miksija minn siġar żgħar [erica, ulex (ġinestruni), cytisus (ġummar) u ġenista (ġenista salvaġġa jew genistas purgans)] Il-mergħa naturali tikkonsisti minn haxix salvaġġ u l-mergħa kkultivata hija magħmula l-aktar minn silla bajda u minn silla sotterranja. Fir-rigward tal-fjuri, l-ispeċi acidophilus tiddomina u tikkonsisti l-aktar minn ħaxix u legumi li jifilħu għall-kesħa, għall-aċidità u għall-ħamrija b’livell baxx ta’ fertilità. Il-kultivazzonijiet tal-għalf li jintużaw l-aktar huma essenzjalment dawn li ġejjin: ħafur, segala, qamħirrun, sorgu tal-għalf u ħaxix tal-art mistagħdra jew sikrana annwali.
Ir-reġjun huwa l-lokal tal-oriġini taż-żewġ razez utilizzati esklussivament għall-produzzjoni ta’ dan il-ġobon: il-“Bordaleira Serra da Estrela” u l-’“Churra Mondegueira”. L-annimali ilhom għal sekli sħaħ jibbenefikaw bis-sħiħ mill-mergħat salvaġġi ta’ dan ir-reġjun.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Bis-saħħa tal-għarfien tal-produtturi tiegħu, il-“Queijo Serra da Estrela” jinkiseb esklussivament mill-ħalib pur, u bl-użu tal-fjura tal-kardun bħala tames naturali.
Il-“Queijo Serra da Estrela” għandu karatteristiċi distinti dovuti għall-kundizzjonijiet tal-produzzjoni deskritti hawn fuq. Huwa kkummerċjalizzat fil-forma ta’ ċilindru ċatt regolari, ftit imbewwaq mal-ġnub fuq il-wiċċ ta’ fuq tiegħu u mingħajr tarf definit, bil-qoxra lixxa, kemxejn ratba u b’konsistenza magħluqa li tfakkrek fil-butir u jitlef il-forma tiegħu meta jinqata’. Huwa magħqud sew, kremuż u lixx b’xi toqob ‘l hemm u ’l hawn, u huwa tal-kulur abjad jew isfar ċar. Togħma tajba, nadifa u daqsxejn aċiduża. Dawn il-karatteristiċi jitjiebu b’mod naturali matul il-proċess ta’ maturazzjoni, li jwassal għall-produzzjoni tal-“Queijo Serra da Estrela” Velho, li jippreżenta l-kwalitajiet li ġejjin: qoxra bejn lixxa u kemxejn raffa, konsistenza minn iebsa sa iebsa ħafna, magħluqa jew bi ftit toqob, massa niexfa u li titfarrak ftit, lixx, bejn safrani skur u oranġjo/kannella, jiskura minn barra għal ġewwa; togħma tajba u persistenti, nadifa, bejn qawwija u qawwija ħafna u xi ftit pikkanti/mielħa.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)
Il-kundizzjonijiet tal-klima u tal-ħamrija tar-reġjun ta’ Serra da Estrela ppermettew fuq kollox l-iżvilupp ta’ attivitajiet agrikoli u tal-forestrija, u fosthom l-attività prinċipali tat-trobbija tan-nagħaġ mir-razez lokali “Bordaleira Serra da Estrela” u “Churra Mondegueria”. Il-ħalib tagħhom jintuża għall-produzzjoni tal-ġobniet u l-ġobon kremuż magħrufin (requeijão) tas-Serra da Estrela, bil-karatteristiċi distinti f’termini ta’ kulur, aroma, togħma u konsistenza.
Ir-reġjun u l-ġobniet li jiġu prodotti fih kienu ssemmew minn awturi Rumani. Ġew deskritti wkoll bħala l-aħjar ikel abbord il-bastimenti fi Żmien l-Iskoperti; u ssemmew ukoll fi drammi tas-Seklu XVI.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
[L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]
http://www.dgadr.pt/images/docs/val/dop_igp_etg/Valor/CE_QueijoSE_Versao_Comissao.pdf
(1) Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 563/2013
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arroz del Delta del Ebro/Arròs del Delta de l’Ebre (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
|
(2) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1059/2008 (3). |
|
(3) |
Ladarba l-emenda kkonċernata mhix minuri, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tal-istess Regolament u għalhekk l-emenda għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
SPANJA
Arroz del Delta del Ebro/Arròs del Delta de l’Ebre (DPO)
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 564/2013
tat-18 ta’ Ġunju 2013
dwar it-tariffi u l-imposti dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-istruttura u l-ammont tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (minn issa’l quddiem ‘l-Aġenzija’), kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-pagament għandhom jiġu stabbiliti. |
|
(2) |
L-istruttura u l-ammont tat-tariffi għandhom iqisu x-xogħol meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 528/2012 li għandu jsir mill-Aġenzija. It-tariffi għandhom ikunu ffissati f’livell li jiżgura li d-dħul derivat minnhom, meta magħqud ma’ sorsi oħra ta’ dħul għall-Aġenzija, jkun biżżejjed biex ikopri l-ispiża tas-servizzi mogħtija. |
|
(3) |
Mill-Artikolu 80(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 isegwi li l-istruttura u l-ammont tat-tariffi għandhom iqisu jekk l-informazzjoni ġietx ippreżentata b’mod konġunt jew b’mod separat. Sabiex jiġi rifless l-ammont ta’ xogħol attwali tal-Aġenzija u tiġi promossal-preżentazzjoni konġunta tal-informazzjoni, huwa xieraq li tiġi imposta tariffa waħda biss għal kull applikazzjoni, f’każ li diversi persuni japplikaw flimkien għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva jew għat-tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ sustanza attiva. |
|
(4) |
Biex jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (2) [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (minn issa ‘l quddiem ‘SMEs’) stabbiliti fl-Unjoni, għandhom japplikaw tariffi mnaqqsa għall-approvazzjoni, it-tiġdid tal-approvazzjoni jew l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u għall-awtorizzazzjoni jew it-tiġdid ta’ prodott bijoċidali għal dawn il-kumpaniji. Il-livelli tat-tnaqqis għandhom iqisu l-proporzjon sinifikanti ta’ SMEs fis-settur tal-bijoċidi flimkien mal-interess li jkunu evitati tariffi eċċessivi għal intrapriżi oħra filwaqt li jiġi żgurat li x-xogħol tal-Aġenzija huwa ffinanzjat b’mod sħiħ. Għall-fini tal-iskoraġġiment ta’ applikazzjonijiet għal prodotti li fihom sustanzi attivi li jissodisfaw wieħed mill-kriterji ta’ sostituzzjoni elenkati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kif ukoll ta’ sustanzi attivi bħal dawn, it-tnaqqis ma għandux japplika għall-applikazzjonijiet għal tali prodotti bijoċidali jew sustanzi attivi. |
|
(5) |
B’kunsiderazzjoni tax-xogħol tal-Aġenzija meħtieġ biex tittratta appell magħmul skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa xieraq li tiġi imposta tariffa għal appelli bħal dawn skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 77(1) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, biex jiġi evitat li jkunu penalizzati persuni li jressqu appelli ġustifikati, huwa xieraq li dawn it-tariffi jingħataw lura meta l-appell ikollu bażi soda. |
|
(6) |
B’kunsiderazzjoni tax-xogħol imnaqqas meħtieġ mill-Aġenzija f’każijiet fejn l-applikazzjonijiet jiġu miċħuda qabel jew waqt il-validazzjoni, jew jiġu rtirati waqt il-valutazzjoni tagħhom, huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal rifużjoni parzjali tal-ħlasijiet f’każijiet bħal dawn. |
|
(7) |
Għall-fini tal-iskoraġġiment ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi li huma alternattivi xierqa għal sustanzi attivi approvati li jissodisfaw wieħed mill-kriterji ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal rimborż tat-tariffa għal applikazzjonijiet bħal dawn. |
|
(8) |
It-tariffa għall-applikazzjonijiet għall-inklużjoni fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ta’ sustanzi attivi li ma jagħtux lok għal tħassib għandha tqis l-istima tax-xogħol meħtieġ mill-Aġenzija biex tittratta applikazzjonijiet bħal dawn, kif ukoll l-interess pubbliku fl-għoti tal-permess sabiex jiġu awtorizzati prodotti li fihom sustanzi bħal dawn. |
|
(9) |
Għall-fini tal-iskoraġġiment ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjoni jew it-tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ sustanzi attivi li jissodisfaw wieħed mill-kriterji ta’ sostituzzjoni elenkati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 kif ukoll applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jew it-tiġdid ta’ prodotti li jeħtieġu valutazzjoni komparattiva skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, u għall-fini tal-kontribut għall-finanzjament tar-rinunzji u t-tnaqqis previsti minn dan ir-Regolament, huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal żieda fit-tariffi għal applikazzjonijiet bħal dawn. |
|
(10) |
Fid-dawl tax-xogħol tal-Aġenzija meħtieġ biex tittratta talba għal opinjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ bidla skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa xieraq li tiġi imposta tariffa għal talbiet bħal dawn. Madankollu, sabiex ikun evitat, kemm jista’ jkun, li jiġu ppenalizzati applikanti li t-talbiet tagħhom sabiex bidla tiġi kklassifikata bħala minuri jew amministrattiva jkunu ġġustifikati, huwa xieraq li jingħata tnaqqis fit-tariffa għall-applikazzjoni sussegwenti għal bidla, meta t-talba twassal għal rakkomandazzjoni biex il-bidla tiġi kklassifikata bħala bidla amministrattiva jew minuri. |
|
(11) |
Minħabba li x-xogħol tal-Aġenzija meħtieġ biex tittratta l-preżentazzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista ta’ persuni rilevanti msemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa xieraq li tiġi imposta tariffa għal preżentazzjonijiet bħal dawn. L-ammont ta’ xogħol meħtieġ għal preżentazzjoni bħal din se jvarja b’mod sinifikanti skont jekk il-persuna rilevanti tressaqx ittra ta’ aċċess jew dossier ġdid, minħabba li, fil-każ tal-aħħar, l-Aġenzija jkollha tivverifika li d-dossier huwa konformi mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew, fejn xieraq, l-Anness IIA tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4). Huwa xieraq li t-tariffa tiġi ddifferenzjata skont dan. |
|
(12) |
Minħabba x-xogħol tal-Aġenzija meħtieġ biex tittratta talba għall-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 66(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa xieraq li tiġi imposta tariffa għal talbiet bħal dawn. |
|
(13) |
Peress li l-baġit tal-Aġenzija huwa mfassal u implimentat f’euro u l-kontijiet tagħha huma ppreżentati wkoll f’euro skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6) u skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tal-24 ta’ Settembru 2008 (7), huwa xieraq li t-tariffi jiġu imposti f’euro biss. |
|
(14) |
Mill-Artikolu 80(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 isegwi li l-iskadenzi għall-ħlas tat-tariffi għandhom jiġu ffissati filwaqt li jitqiesu d-dati ta’ skadenza tal-proċeduri msemmija f’dak ir-Regolament. |
|
(15) |
It-tariffi stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti f’intervalli xierqa, bl-għan li t-tariffi jkunu allinjati mar-rata tal-inflazzjoni u mal-ispejjeż attwali li l-Aġenzija tagħmel biex tipprovdi s-servizz. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom iqisu l-esperjenza akbar tal-Aġenzija fit-trattament tal-applikazzjonijiet skont ir-Regolament u l-effiċjenzi miksuba permezz ta’ din l-esperjenza. |
|
(16) |
Il- Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali msemmija fl-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ma tax opinjoni dwar il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament. Peress li att ta’ implimentazzjoni kien meqjus li hu meħtieġ, il-president issottometta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat ta’ appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat ta’ appell ma tax opinjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
TARIFFI
Artikolu 1
Tariffi għal xogħol fir-rigward ta’ sustanzi attivi
L-Aġenzija għandha timponi t-tariffi previsti fit-Tabella 1 tal-Anness I għal xogħol meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 li għandu jitwettaq fir-rigward tal-approvazzjoni u t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, kif ukoll l-inklużjoni fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Tariffi għal xogħol fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali
L-Aġenzija għandha timponi t-tariffi previsti fit-Tabella 1 tal-Anness II għal xogħol meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 li għandu jitwettaq fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodotti bijoċidali.
Artikolu 3
Tariffi oħra
1. L-Aġenzija għandha timponi t-tariffi previsti fl-Anness III għal xogħol meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 li għandu jitwettaq fir-rigward tal-istabbiliment tal-ekwivalenza teknika, l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku, it-talbiet għall-inklużjoni fil-lista ta’ persuni rilevanti, u t-talbiet għal trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni sottomessa lill-Aġenzija.
2. L-Aġenzija għandha timponi t-tariffi annwali previsti fl-Anness III għal kull prodott bijoċidali jew familja ta’ prodotti bijoċidali awtorizzat(a) mill-Unjoni. It-tariffa annwali għandha tingħata fl-ewwel anniversarju u f’kull anniversarju sussegwenti tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni. Għandha tirrelata mas-sena preċedenti.
Artikolu 4
Tariffi għall-appelli kontra deċiżjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012
1. Għal kwalunkwe appell kontra deċiżjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, l-Aġenzija għandha timponi tariffa kif stabbilit fl-Anness III.
2. Appell jitqies li wasal għand il-Bord tal-Appell meta l-Aġenzija tkun irċeviet it-tariffa rilevanti.
3. Jekk l-appell jitqies bħala mhux ammissibbli mill-Bord tal-Appell, it-tariffa ma titraddx lura.
4. L-Aġenzija għandha tħallas lura t-tariffa imposta skont il-paragrafu 1 jekk id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jirrettifika deċiżjoni skont l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jew jekk l-appell jiġi deċiż favur l-appellant.
Artikolu 5
Il-possibbiltà ta’ rimborż għall-alternattivi għal sustanzi attivi approvati li jissodisfaw wieħed mill-kriterji ta’ esklużjoni
1. Malli applikant jippreżenta applikazzjoni lill-Aġenzija għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, li tista’ tkun alternattiva xierqa, fi ħdan it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għal sustanza attiva approvata li tissodisfa wieħed mill-kriterji ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament, huwa jista’ jitlob rimborż tat-tariffa li għandha titħallas lill-Aġenzija.
2. Meta tiġi riċevuta l-opinjoni mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjoni dwar jekk is-sustanza attiva hijiex alternattiva xierqa fi ħdan it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba.
3. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li s-sustanza attiva hija alternattiva xierqa, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-applikant dwar dan u tagħti r-rimborż sħiħ tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU II
APPOĠĠ GĦALL-SMEs
Artikolu 6
Rikonoxximent tal-istatus ta’ SME
1. Qabel ma tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-Aġenzija għall-approvazzjoni, it-tiġdid jew l-inklużjoni fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ta’ sustanza attiva jew għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodott bijoċidali jew familja ta’ prodotti bijoċidali, ippreżentata skont l-Artikoli 7(1), 13(1), 28(4), 43(1) jew 45(1) ta’ dak ir-Regolament rispettivament, li fiha talba għal tnaqqis għall-SME, l-applikant prospettiv għandu jippreżenta lill-Aġenzija l-elementi rilevanti li jippruvaw l-intitolament għal dan it-tnaqqis bis-saħħa tal-istatus ta’ SME fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
2. Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni, it-tiġdid jew l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kwistjoni għandha tiġi ddeterminata b’referenza għall-manifattur tas-sustanza attiva li hija rappreżentata mill-applikant prospettiv. F’każ ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott jew it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ prodott, il-kwistjoni għandha tiġi determinata b’referenza għad-detentur prospettiv tal-awtorizzazzjoni.
3. L-Aġenzija għandha tippubblika lista tal-elementi rilevanti li tkun tressqet skont il-paragrafu 1.
4. Fi żmien 45 jum mill-wasla tal-elementi kollha rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi liema status ta’ SME, jekk ikun hemm, jista’ jiġi rikonoxxut.
5. Rikonoxximent ta’ intrapriża bħala SME għandu jkun validu għall-applikazzjonijiet ippreżentati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal sentejn.
6. Jista’ jitressaq appell, skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kontra deċiżjoni tal-Aġenzija skont il-paragrafu 4.
Artikolu 7
Tnaqqis fit-tariffa
1. Għandu jingħata tnaqqis fit-tariffi pagabbli lill-Aġenzija kif stipulat fit-Tabella 2 tal-Anness I u fit-Tabella 2 tal-Anness II lill-SMEs stabbiliti fl-Unjoni.
2. It-tnaqqis għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni, it-tiġdid tal-approvazzjoni jew l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għandu jingħata biss meta s-sustanza attiva mhijiex kandidata għas-sostituzzjoni.
3. It-tnaqqis għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jew it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali għandu jingħata biss meta l-prodott ma jkunx fih sustanza attiva li tkun kandidata għas-sostituzzjoni.
KAPITOLU III
PAGAMENTI
Artikolu 8
Mod ta’ pagament
1. It-tariffi previsti minn dan ir-Regolament għandhom jitħallsu f’euro.
2. Il-pagamenti għandhom ikunu effettwati biss wara li l-Aġenzija tkun ħarġet fattura.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-pagamenti dovuti skont l-Artikolu 4 għandhom isiru fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-appell.
4. Il-pagamenti għandhom isiru permezz ta’ trasferiment fil-kont bankarju tal-Aġenzija.
Artikolu 9
Identifikazzjoni tal-pagament
1. Kull pagament, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti msemmija fl-Artikolu 8(3), għandu jindika n-numru tal-fattura fil-qasam ta’ referenza.
2. Il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 8(3) għandhom jindikaw, fil-qasam ta’ referenza, l-identità tal-appellant(i) u, jekk disponibbli, in-numru tad-deċiżjoni li qed tiġi appellata.
3. Jekk l-għan tal-pagament ma jistax jiġi stabbilit, l-Aġenzija għandha tiffissa data ta’ skadenza li għandha tiġi rispettata minn min qed iħallas sabiex tinnotifika bil-miktub dwar l-għan tal-pagament. Jekk l-Aġenzija ma tirċevix notifika dwar l-għan tal-pagament qabel id-data ta’ skadenza stipulata, il-pagament għandu jitqies bħala li ma jgħoddx u l-ammont ikkonċernat għandu jitħallas lura lil min ikun ħallas.
Artikolu 10
Data tal-pagament:
1. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, it-tariffi għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha tiġi nnotifikata l-fattura mill-Aġenzija.
2. Id-data li fiha jiġi ddepożitat l-ammont kollu tal-pagament f’kont bankarju miżmum mill-Aġenzija għandha titqies bħala d-data li fiha sar il-pagament.
3. Il-pagament għandu jitqies li sar fil-ħin meta ġiet prodotta biżżejjed evidenza dokumentarja li turi li min qed iħallas ordna t-trasferiment fil-kont bankarju indikat fuq il-fattura qabel ma skadiet id-data ta’ skadenza rilevanti. Konferma tal-ordni tat-trasferiment maħruġa minn istituzzjoni finanzjarja għandha titqies bħala evidenza suffiċjenti.
Artikolu 11
Pagament insuffiċjenti
1. Jitqies li data ta’ skadenza ġiet osservata biss jekk jitħallas l-ammont sħiħ tat-tariffa fiż-żmien dovut.
2. Meta fattura jkollha x’taqsam ma’ grupp ta’ tranżazzjonijiet, l-Aġenzija tista’ tattribwixxi kwalunkwe pagament inqas minn dak sħiħ lil kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet rilevanti. Il-kriterji għall-attribuzzjoni tal-pagamenti għandhom jiġu stipulati mill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija.
Artikolu 12
Rifużjoni tal-ammonti li tħallsu żejda
1. L-arranġamenti għar-rifużjoni lil min qed iħallas ta’ ammonti mħallsa żejda ta’ tariffa għandhom jiġu stipulati mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u ppubblikati fuq il-websajt tal-Aġenzija.
Madankollu, fejn ammont imħallas żejjed ma jaqbiżx il-EUR 200 u l-parti kkonċernata ma talbitx espressament għal rifużjoni, l-ammont imħallas żejjed ma għandux jingħata lura.
2. Ma għandux ikun possibbli li ammont imħallas żejjed u li ma jingħatax lura jingħadd bħala kontribuzzjoni lejn pagamenti futuri lill-Aġenzija.
Artikolu 13
Rifużjonijiet ta’ ammonti fil-każ tal-applikazzjonijiet miċħuda qabel jew waqt il-validazzjoni jew l-irtirar matul il-valutazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tħallas lura 90 % mit-tariffa miġbura meta applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva jew għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali, ippreżentata skont l-Artikolu 7(1) jew 43(1) rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jew applikazzjoni għal bidla minuri jew maġġuri ta’ prodott, tiġi miċħuda qabel jew matul il-fażi ta’ validazzjoni.
2. L-Aġenzija għandha tħallas lura 75 % mit-tariffa miġbura meta applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva jew għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali, ippreżentata skont l-Artikolu 7(1) jew 43(1) rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jew applikazzjoni għal bidla minuri jew maġġuri ta’ prodott, tiġi rtirata qabel l-Awtorità Kompetenti ta’ evalwazzjoni ma tkun bagħtet ir-rapport ta’ valutazzjoni tagħha lill-Aġenzija.
It-tariffa miġbura mhux se tiġi rimborżata fejn applikazzjoni tiġi rtirata wara li l-Awtorità Kompetenti tal-evalwazzjoni tkun bagħtet ir-rapport ta’ valutazzjoni tagħha lill-Aġenzija.
3. L-arranġamenti għar-rifużjoni tal-ammont li jifdal lil min ikun qed iħallas għandhom jiġu stipulati mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u ppubblikati fuq il-websajt tal-Aġenzija.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Rimborż tar-rapporteurs
Il-membri tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali li jaġixxu bħala rapporteurs għandhom jiġu rimborżati permezz tat-tariffi mħallsa skont l-Artikolu 80(2) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jaġixxu bħala l-awtorità kompetenti ta’ evalwazzjoni.
Artikolu 15
Imposti
1. Suġġett għal opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni, l-Aġenzija tista’ bid-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija tagħha tistabbilixxi imposti għal servizzi amministrattivi jew tekniċi li tipprovdi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 fuq it-talba ta’ Parti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li ma jimponix imposta fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew fuq pajjiżi li jitolbu l-għajnuna mill-Aġenzija.
2. L-imposti għandhom jiġu stabbiliti f’tali livell li jkopru l-ispejjeż tas-servizzi mogħtija mill-Aġenzija u m’għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ biex ikopru dawk l-ispejjeż.
3. L-imposta għandha titħallas fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija.
Artikolu 16
Stima provviżorja
Il-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija (9) għandu, meta jkun qed jipproduċi stima tan-nefqa u tad-dħul ġenerali għas-sena finanzjarja ta’ wara skont l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jinkludi stima provviżorja speċifika tad-dħul minn tariffi u imposti minn attivitajiet fdati lill-Aġenzija skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 li tkun separata mid-dħul minn kwalunkwe sussidju mill-Unjoni.
Artikolu 17
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tariffi u l-imposti msemmija f’dan ir-Regolament kull sena b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni kif stabbilita skont l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. L-ewwel reviżjoni għandha titwettaq mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015.
Il-Kummissjoni għandha wkoll iżżomm dan ir-Regolament taħt reviżjoni kontinwa fid-dawl ta’ informazzjoni sinifikanti li ssir disponibbli f’dak li għandu x’jaqsam mas-suppożizzjonijiet bażiċi għad-dħul u l-infiq antiċipati tal-Aġenzija. Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament bil-ħsieb li temendah, jekk xieraq, waqt li tqis b’mod partikolari r-riżorsi meħtieġa mill-Aġenzija u dawk meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għal servizzi ta’ natura simili. Ir-reviżjoni għandha tqis l-impatti fuq l-SMEs, u tirrevedi r-rati ta’ tnaqqis permessibbli tat-tariffa għall-SMEs, fejn xieraq.
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(3) ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4.
(4) ĠU L 123, 24.2.1998, p. 1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) MB/53/2008 finali.
ANNESS I
Tariffi li jirrelataw ma’ sustanzi attivi
Tabella 1
Tariffi standard
|
Deskrizzjoni ġenerali tal-kompitu; id-dispożizzjoni rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
Kundizzjoni speċifika jew deskrizzjoni tal-kompitu |
Tariffa (EUR) |
|
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva; l-Artikolu 7(2) |
Tariffa għall-ewwel tip ta’ prodott li għalih hija approvata dik is-sustanza attiva |
120 000 |
|
Tariffa addizzjonali għal kull tip ta’ prodott addizzjonali |
40 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull tip ta’ prodott (kemm fuq l-ewwel tip ta’ prodott kif ukoll kwalunkwe tip ta’ prodott addizzjonali) jekk is-sustanza attiva tkun kandidata għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
20 000 |
|
|
Tariffa għall-emenda ta’ approvazzjoni, minbarra ż-żieda ta’ tip ta’ prodott. |
20 000 |
|
|
Tiġdid ta’ approvazzjoni; l-Artikolu 13(3) |
Tariffa għall-ewwel tip ta’ prodott li għalih qed jintalab it-tiġdid ta’ dik is-sustanza attiva |
15 000 |
|
Tariffa addizzjonali għal kull tip ta’ prodott addizzjonali |
1 500 |
|
|
Tariffa addizzjonali għall-ewwel tip ta’ prodott li għalih jintalab it-tiġdid ta’ dik is-sustanza attiva fil-każ li jinstab li hija meħtieġa evalwazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
25 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull tip ta’ prodott addizzjonali fil-każ li jinstab li hija meħtieġa evalwazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
2 500 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull tip ta’prodott (kemm fuq l-ewwel tip ta’ prodott kif ukoll kwalunkwe tip ta’ prodott addizzjonali) jekk is-sustanza attiva tkun kandidata għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
20 000 |
|
|
Inklużjoni fl-Anness I ta’ sustanza attiva; l-Artikolu 28 |
Tariffa għall-ewwel inklużjoni fl-Anness I ta’ sustanza attiva |
10 000 |
|
Tariffa għall-emenda ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I |
2 000 |
|
|
Notifika skont l-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
Tariffa għal kull kombinazzjoni ta’ sustanza/tip ta’ prodott. It-tariffa għan-notifika għandha titnaqqas mill-applikazzjoni sussegwenti skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
10 000 |
Tabella 2
Tnaqqis fit-tariffa għal applikazzjonijiet għall-approvazzjoni, it-tiġdid ta’ approvazzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I ta’ sustanzi attivi jekk il-manifattur tas-sustanza attiva jkun SME stabbilita fl-Unjoni, ħlief meta s-sustanza attiva hija kandidata għas-sostituzzjoni
|
Tip ta’ intrapriża |
Tnaqqis (% tat-tariffa standard) |
|
Intrapriża mikro |
60 |
|
Intrapriża żgħira |
40 |
|
Intrapriża ta’ daqs medju |
20 |
ANNESS II
Tariffi għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodotti bijoċidali
Tabella 1
Tariffi standard
|
Deskrizzjoni ġenerali tal-kompitu; id-dispożizzjoni rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
Kundizzjoni speċifika jew deskrizzjoni tal-kompitu |
Tariffa (EUR) |
|
Għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, prodott wieħed; l-Artikolu 43(2) |
Tariffa għal kull prodott mhux identiku għall-prodott(i) rappreżentattiv(i) ivvalutat(i) għall-fini tal-approvazzjoni tas-sustanza (jew mhux identiku għal wieħed minn dawn il-prodotti) |
80 000 |
|
|
Tariffa għal kull prodott identiku għall-prodott(i) rappreżentattiv(i) ivvalutat(i) għall-fini tal-approvazzjoni tas-sustanza (jew identiku għal wieħed minn dawn il-prodotti) |
40 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull prodott meta tkun meħtieġa valutazzjoni komparattiva skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
40 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull prodott meta l-awtorizzazzjoni mitluba hija provviżorja skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
10 000 |
|
Għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, familja ta’ prodotti bijoċidali; l-Artikolu 43(2) |
Tariffa għal kull familja |
150 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull familja meta tkun meħtieġa valutazzjoni komparattiva skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
60 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull familja meta l-awtorizzazzjoni mitluba hija provviżorja skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
15 000 |
|
Notifika lill-Aġenzija ta’ prodott addizzjonali fi ħdan familja ta’ prodotti bijoċidali; l-Artikolu 17(6) |
Tariffa għal kull prodott addizzjonali |
2 000 |
|
Awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta prodott bijoċidali li jkun l-istess; l-Artikolu 17(7) |
Tariffa għal kull prodott li jikkostitwixxi “prodott l-istess” fi ħdan it-tifsira tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
2 000 |
|
Bidla maġġuri ta’ prodott awtorizzat jew ta’ familja ta’ prodotti; l-Artikolu 50(2) |
Tariffa għal kull applikazzjoni |
40 000 |
|
Bidla minuri ta’ prodott awtorizzat jew ta’ familja ta’ prodotti; l-Artikolu 50(2) |
Tariffa għal kull applikazzjoni |
15 000 |
|
Bidla amministrattiva ta’ prodott awtorizzat jew ta’ familja ta’ prodotti; l-Artikolu 50(2) |
Tariffa għal kull notifika |
2 000 |
|
Rakkomandazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ bidla ta’ prodott awtorizzat jew ta’ familja ta’ prodotti; l-Artikolu 50(2) |
Tariffa għal kull talba skont ir-Regolament (UE) Nru 354/2013. Jekk ir-rakkomandazzjoni hija li l-bidla tiġi kklassifikata bħala bidla amministrattiva jew minuri, it-tariffa għat-talba għandha titnaqqas mill-applikazzjoni jew in-notifika sussegwenti skont ir-Regolament (UE) Nru 354/2013. |
2 000 |
|
It-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, prodott wieħed; l-Artikolu 45(3) |
Tariffa għal kull prodott |
5 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull prodott fil-każ li jinstab li hija meħtieġa evalwazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
15 000 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull prodott meta tkun meħtieġa valutazzjoni komparattiva skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
40 000 |
|
It-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, il-familja ta’ prodotti bijoċidali; l-Artikolu 45(3) |
Tariffa għal kull familja ta’ prodotti |
7 500 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull familja ta’ prodotti fil-każ li jinstab li hija meħtieġa evalwazzjoni sħiħa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
22 500 |
|
|
Tariffa addizzjonali għal kull familja ta’ prodotti meta tkun meħtieġa valutazzjoni komparattiva skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
60 000 |
Tabella 2
Tnaqqis fit-tariffa għall-applikazzjonijiet għall-għoti u t-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodotti bijoċidali jew ta’ familji ta’ prodotti bijoċidali, jekk id-detentur prospettiv tal-awtorizzazzjoni huwa SME stabbilita fl-Unjoni, ħlief meta l-prodott ikun fih sustanza attiva li tkun kandidata għas-sostituzzjoni
|
Tip ta’ intrapriża |
Tnaqqis (% tat-tariffa standard) |
|
Intrapriża mikro |
30 |
|
Intrapriża żgħira |
20 |
|
Intrapriża ta’ daqs medju |
10 |
ANNESS III
Tariffi oħra
|
Deskrizzjoni ġenerali tal-kompitu; id-dispożizzjoni rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
Kundizzjoni speċifika jew deskrizzjoni tal-kompitu |
Tariffa (EUR) |
|
Ekwivalenza teknika; l-Artikolu 54(3) |
Tariffa, meta d-differenza bejn is-sorsi tas-sustanza attiva hija limitata għal bidla tal-post tal-manifattura, u l-applikazzjoni hija bbażata biss fuq dejta analitika |
5 000 |
|
Tariffa, meta d-differenza bejn is-sorsi tas-sustanza attiva tmur lil hinn minn bidla tal-post tal-manifattura, u l-applikazzjoni hija bbażata biss fuq dejta analitika |
20 000 |
|
|
Tariffa meta ma jkunux ġew issodisfati kundizzjonijiet preċedenti. |
40 000 |
|
|
Tariffa annwali għal prodotti bijoċidali awtorizzati mill-Unjoni; l-Artikolu 80(1)(a) |
Tariffa għal kull awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodott bijoċidali |
10 000 |
|
Tariffa għal kull awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ familja ta’ prodotti bijoċidali |
20 000 |
|
|
Tariffa għall-Preżentazzjoni ta’ Rikonoxximent Reċiproku; l-Artikolu 80(1)(a) |
Tariffa għal kull prodott jew familja ta’ prodotti ikkonċernat(a) minn applikazzjoni għal rikonoxximent reċiproku għal kull Stat Membru fejn huwa mitlub ir-rikonoxximenti reċiproku |
700 |
|
Appell; l-Artikolu 77(1) |
Tariffa għal kull appell |
2 500 |
|
Sottomissjoni għall-inklużjoni fil-lista ta’ persuni rilevanti; l-Artikolu 95 |
Tariffa għal kull preżentazzjoni ta’ ittra ta’ aċċess għal dossier li jinstab diġà komplet mill-Aġenzija jew minn Awtorità Kompetenti ta’ evalwazzjoni |
2 000 |
|
Tariffa għal kull preżentazzjoni ta’ ittra ta’ aċċess għal parti ta’ dossier li jinstab diġà komplet mill-Aġenzija jew minn Awtorità Kompetenti ta’ evalwazzjoni, flimkien ma’ dejta komplimentari |
20 000 |
|
|
Tariffa għal kull preżentazzjoni ta’ dossier ġdid |
40 000 |
|
|
Talbiet skont l-Artikolu 66(4) sottomessi lill-Aġenzija |
Tariffa għal kull oġġett li għalih tintalab il-kunfidenzjalità |
1 000 |
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 565/2013
tat-18 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 273/2008, (KE) Nru 566/2008, (KE) Nru 867/2008, (KE) Nru 606/2009, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 1333/2011 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 491/2007
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (2), jistabbilixxi regoli komuni għan-notifika ta’ informazzjoni u dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jkopru b’mod partikolari l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 jistabbilixxi ukoll prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta’ informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġibbiltà matul iż-żmien tad-dokumenti, u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-obbligu li jintużaw dawn is-sistemi tal-informazzjoni għandu jiġi pprovdut f’kull Regolament li jistabbilixxi obbligu speċifiku ta’ notifika. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. |
|
(3) |
Diversi obbligi ta’ notifika jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta’ dik is-sistema, b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 tat-23 ta’ Novembru 2006, dwar regoli speċjali għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti ppriservati tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (3), (KE) Nru 273/2008 tal-5 ta’ Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ metodi għall-analiżi u għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (4), (KE) Nru 566/2008, tat-18 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tal-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew anqas (5), (KE) Nru 867/2008 tat-3 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta’ ħidma tagħhom u l-finanzjament ta’ dawn (6), (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (7), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (8). |
|
(4) |
Fl-interess tal-amministrazzjoni effiċjenti u meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza, uħud min-notifiki għandhom jiġu ssimplifikati, speċifikati jew jitħassru. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2007 tat-3 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 dwar il-komunikazzjoni tad-dejta dwar iż-żrieragħ (9) ikopri notifiki biss li ma għadhomx utli minħabba t-tmiem tal-għajnuna speċifika għal ċerti speċijiet ta’ żrieragħ. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jipprevedi fl-Artikolu 135 tiegħu, notifika tal-ġranet tas-suq tradizzjonali għas-swieq rappreżentattivi. Peress li s-sistema elettronika ta’ notifika tippermetti n-notifika ta’ kuljum tal-prezzijiet, ma għadux neċessarju li jiġu notifikati l-ġranet tas-suq tradizzjonali. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1333/2011 (10) jipprevedi fl-Artikolu 9 tiegħu, obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni tal-lista tal-kummerċjanti li qed jikkumerċjalizzaw il-banana li jingħataw eżenzjoni mill-kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Din in-notifika ma tatx prova li hija utli biex tiżgura l-konformità ma’ dawk l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-banana. Għaldaqstant, din għandha titħassar. |
|
(8) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 273/2008, (KE) Nru 566/2008, (KE) Nru 867/2008, (KE) Nru 606/2009, (KE) u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, u (UE) Nru 1333/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. Ir-Regolament (KE) Nru 491/2007 għandu jitħassar. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1731/2006 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Miżuri addizjonali ta’ kontroll
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw miżuri iktar dettaljati għal kontroll tal-produzzjoni tal-prodotti ppriservati u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. B’mod partikolari, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jeskludu kwalunkwe possibbiltà ta’ sostituzjoni tal-materja prima użata jew tal-prodotti imsemmija.
2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*1).
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 19 jitħassar; |
|
(2) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 19a li ġej: “Artikolu 19a Notifiki In-notifiki pprovduti fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(1) u fl-Anness III C għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*2). |
Artikolu 3
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 566/2008 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Notifiki
In-notifiki pprovduti fl-Artikolu 4(1) u (3), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(1) u (2) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*3).
Artikolu 4
Fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 867/2008, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“4. Il-komunikazzjonijiet ipprovduti f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*4).
Artikolu 5
Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 4, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. In-notifika tal-informazzjoni jew dokumenti lill-Kummmissjoni pprovduta fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-paragrafi 3 u 4, għandha issir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*5). |
|
(2) |
Il-Punt 2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness IA jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fil-punt 3 tal-Anness I B, il-parti A, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, minn qabel u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 792/2009, dwar l-informazzjoni teknika kollha neċessarja għall-inbejjed ikkonċernati, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tagħhom u l-kwantitajiet annwali prodotti.” |
|
(4) |
Fil-punt 3 tal-Anness I C, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej: “L-istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-derogi lill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 792/2009. Il-Kummissjoni għandha wara tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.” |
Artikolu 6
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 134, il-punt (a) tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Jitħassar l-Artikolu 135. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 146, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. In-notifiki pprovduti fl-Artikolu 9(2), l-Artikolu 18(3) u (4), l-Artikolu 97, l-Artikolu 128, l-Artikolu 129(1), l-Artikolu 130, l-Artikolu 131 u f’dan l-Artikolu u t-talba pprovduta fl-Artikolu 92(1), għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.” |
|
(4) |
It-titolu tal-Anness XVII jinbidel b’dan li ġej: “Is-swieq rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 134(1)(a)”. |
Artikolu 7
Fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011, jitħassar it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.
Artikolu 8
Jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 491/2007.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12.
(5) ĠU L 160, 19.6.2008, p. 22.
(7) ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 566/2013
tat-18 ta’ Ġunju 2013
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jelenka r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tar-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 ġie emendat diversi drabi, l-aħħar darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 156/2012 (2) biex jiġu aġġornati r-regoli ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali. |
|
(3) |
Il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni b'emendi addizzjonali għal-lista stabbilita fl-Anness I. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (3), dan ir-Regolament għandu, skont id-dritt internazzjonali, japplika fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, l-annotazzjoni għall-Polonja tinbidel b’li ġej:
|
“— |
fil-Polonja: L-Artikolu 1103 il-punt 4 u l-Artikolu 1110 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Kodeksu postępowania cywilnego) safejn dawn jistabbilixxu ġuriżdizzjoni esklussivament fuq il-bażi ta' waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin: ir-rikorrent ikun ċittadin Pollakk jew ikollu r-residenza, domiċilju jew uffiċċju rreġistrat abitwali tiegħu fil-Polonja.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 567/2013
tat-18 ta’ Ġunju 2013
li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi elenkati f’dak l-Anness kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2012 (3) l-indirizz tal-Internet indikat għal ċerti korpi ta’ kontroll mhuwiex korrett jew ma għadux korrett. |
|
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi lista ta’ korpi ta’ kontroll u ta’ awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ ekwivalenza. Fir-rigward ta’ wħud mill-korpi ta’ kontroll jew awtoritajiet ta’ kontroll it-test ta’ dak l-Anness kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2013 (4) jinkludi żbalji rigward il-kategoriji tal-prodotti indikati għal ċerti pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Barra minn hekk, għal korp ta’ kontroll partikolari l-indirizz tal-Internet kif indikat fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mhuwiex korrett. |
|
(4) |
L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet ikkorreġuti rigward AGRECO R.F. GÖDERZ GmbH għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 508/2012 u d-dispożizzjonijiet ikkorreġuti rigward IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști and Organización Internacional Agropecuaria għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2013. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkorreġut kif ġej:
|
(1) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punt (1) tal-Anness II huwa applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2012 u l-punti (3) u (4) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkorreġut kif ġej:
|
(1) |
Fil-Punt 5 tat-test dwar “il-Kanada”, l-entrata rigward CA-ORG-002 tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-test dwar “il-Kosta Rika”, il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
It-test rigward “l-Indja” jiġi kkorreġut kif ġej:
|
|
(4) |
Fil-punt 5 tat-test dwar il-“Ġappun”, l-entrata rigward JP-BIO-005 tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(5) |
Fil-punt 5 tat test dwar it-Tuneżija, l-entrata rigward TN-BIO-004 tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(6) |
Fil-punt 5 tat-test dwar l-Istati Uniti, l-entrati rigward US-ORG-005, US-ORG-023, US-ORG-028 u US-ORG-055 jinbidlu b’dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu kkorreġut kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt 3 tat-test dwar “AGRECO R.F. GÖDERZ GmbH”, l-entrata għall-Gana tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-test dwar “BioAgriCert”, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fit-test dwar “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd Ști”, il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(4) |
Fil-punt 3 tat-test dwar “Organización Internacional agropecuaria”, l-entrata għall-Arġentina tinbidel b’dan li ġej:
|
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 568/2013
tat-18 ta’ Ġunju 2013
li japprova s-sustanza attiva timol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għat-timol, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/266/UE (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fis-7 ta’ Marzu 2008, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni minn Eden Research PLC għall-inklużjoni tas-sustanza attiva timol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/266/UE ikkonfermat li d-dossier kien ‘komplut’ fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2011. |
|
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva timol (4) fil-15 ta’ Ottubru 2012. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irreveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie ffinalizzati fis-17 ta’ Mejju 2013 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-timol. |
|
(5) |
Minn bosta eżamijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu t-timol huma mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi tagħhom li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, huwa xieraq li t-timol jiġi approvat. |
|
(6) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, hemm bżonn tal-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab iktar informazzjoni ta’ konferma. |
|
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
|
(8) |
Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-timol. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi. |
|
(9) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva timol, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-timol bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Mejju 2014.
Sa dik id-data dawn għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih it-timol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kollha huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih it-timol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-31 ta’ Mejju 2015; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih it-timol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) The EFSA Journal (2012); 10(11):2916. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||
|
Timol Nru tal-CAS 89-83-8 Nru tas-CIPAC 969 |
5-metil-2-propan-2-il-fenol |
≥ 990 g/kg |
L-1 ta’ Diċembru 2013 |
It-30 ta’ Novembru 2023 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-timol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-17 ta’ Mejju 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti:
Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju. L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma fir-rigward:
L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sat-30 ta’ Novembru 2015. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||
|
“47 |
Timol Nru tal-CAS 89-83-8 Nru tas-CIPAC 969 |
5-metil-2-propan-2-il-fenol |
≥ 990 g/kg |
L-1 ta’ Diċembru 2013 |
It-30 ta’ Novembru 2023 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-timol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tas-17 ta’ Mejju 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti:
Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju. L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma fir-rigward:
L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni bħal din sat-30 ta’ Novembru 2015.” |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/37 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 569/2013
tat-18 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
56,9 |
|
TR |
74,3 |
|
|
ZZ |
65,6 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
27,2 |
|
TR |
139,4 |
|
|
ZZ |
83,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
141,1 |
|
ZZ |
141,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
100,0 |
|
TR |
102,5 |
|
|
ZA |
110,2 |
|
|
ZZ |
104,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
170,8 |
|
BR |
97,0 |
|
|
CL |
134,6 |
|
|
CN |
95,8 |
|
|
NZ |
141,7 |
|
|
US |
145,5 |
|
|
UY |
165,4 |
|
|
ZA |
108,2 |
|
|
ZZ |
132,4 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
342,4 |
|
TR |
236,5 |
|
|
ZZ |
289,5 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
382,4 |
|
US |
660,1 |
|
|
ZZ |
521,3 |
|
|
0809 30 |
IL |
214,0 |
|
MA |
207,9 |
|
|
TR |
174,9 |
|
|
ZZ |
198,9 |
|
|
0809 40 05 |
CL |
149,1 |
|
IL |
308,9 |
|
|
ZA |
117,4 |
|
|
ZZ |
191,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/39 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/293/PESK
tat-18 ta' Ġunju 2013
li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(1) u 5(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK. |
|
(2) |
Il-Kunsill wettaq rieżami sħiħ tal-listi ta' persunistipulati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, li għaliha japplikaw l-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 2(1) u (2) ta' dik id-Deċiżjoni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha. |
|
(3) |
Fl-20 ta' Marzu 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar persuna waħda soġġetta għall-projbizzjoni tal-ivvjaġġar impost skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012). |
|
(4) |
Id-dettalji dwar dik il-persuna fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK huma b'dan emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
P. HOGAN
ANNESS
Id-dettalji tal-persuna kif jinsabu hawn taħt fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-inklużjoni |
|
Maġġur Idrissa DJALÓ |
Nazzjonalità: Il-Ginea Bissaw D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954 Kariga uffiċjali: Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati u sussegwentament, Kurunell u Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati Passaport: AAISO40158 Data tal-ħruġ: 2.10.2012 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data ta' skadenza: 2.10.2015 |
Punt ta' Kuntatt għall-"Kmand Militari" li refa' r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-"Kmand Militari", billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari. |
18.7.2012 |
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2012
dwar għajnuna mill-istat SA 26374 (C 49/08) (ex N 402/08) implimentatat mill-Polonja għal PZL Dębica S.A.
(notifikata bid-dokument C(2012) 9464)
(Il-verżjoni bil-Pollakk biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/294/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunisdrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikulari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq (1),
Billi:
I. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta’ ittra ddatata t-13 ta’ Awwissu 2008, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni b’miżuri li ppjanat biex tagħti appoġġ għar-ristrutturar ta’ PZL Dębica S.A. (‘PZL Dębica’ jew ‘il-kumpanija’). Permezz ta’ ittra ddatata t-3 ta’ Ottubru 2008 il-Kummissjoni talbet lill-Polonja biex tissottometti ċerti dokumenti li kienu neqsin. Dawn ġew provduti fl-20 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra ddatata d-19 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem "it-TFUE") fil-konfront tal-miżuri msemmija (‘id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura’). |
|
(3) |
Id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura. Ebda parti interessata ma kkummentat dwar id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura. |
|
(4) |
L-awtoritajiet Pollakki issottomettew informazzjoni addizzjonali bi tweġiba għad-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura fit-12 ta’ Frar 2009, fid-9 ta’ lulju 2010, fis-16 ta’ Mejju 2011, fis-7 ta’ Ġunju 2011 u fit-8 ta’ Ġunju 2011. |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Awwissu 2011 il-Polonja talbet lill-Kummissjoni biex ma tkomplix tevalwa l-għajnuna notifikata sal-31 ta’ Ottubru 2011. Fl-10 ta’ Ottubru 2011 il-Polonja irtirat uħud mill-miżuri notifikati jiġifieri injezzjoni ta’ kapital u self preferenzjali li t-tnejn kellhom suppost jingħataw mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali li hija tal-Istat. |
|
(6) |
Fit-2 ta’ Novembru 2011 il-Polonja ssottomettiet rapport bil-għan li tistabbilixxi li l-kumplament tan-notifika, jiġifieri d-differiment tad-dejn tas-sigurtà soċjali, kien jissodisfa l-kriterju ta’ kreditur privat u għaldaqstant ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(7) |
Permezz ta’ ittra ddatata s-26 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni talbet lill-Polonja tipprovdi spjegazzjonijiet addizzjonali dwar għadd ta’ punti. Il-Polonja wieġbet permezz ta’ ittra ddatata l-31 ta’ Awwissu 2012, li fiha infurmat lill-Kummissjoni li fl-1 ta’ Marzu 2012 kien intlaħaq ftehim dwar id-differiment tad-dejn tas-sigurtà soċjali u li d-dejn pendenti dovut lill-Uffiċċju lokali tal-Marixxall kien tħallas lura fl-14 ta’ Awwissu 2012. |
|
(8) |
L-aħħar informazzjoni li pprovdew l-awtoritajiet Pollakki kienet fis-6 ta’ Diċembru 2012. |
II. IL-BENEFIĊJARJU U L-PJANI TA’ RISTRUTTURAR
1. Il-Benefiċjarju
|
(9) |
PZL Dębica għandha 212-il impjegat. Hija kumpanija ta’ daqs medju attiva l-aktar fil-produzzjoni ta’ apparat tat-tkessiħ bħal kompressuri, unitajiet għas-silġ u refriġeraturi, apparat li jkessaħ l-arja u l-likwidi, kondensaturi f’forma ta’ sprej u evaporattivi, kondensaturi shell-and-tube vertikali u orizzontali, tagħmir għat-tankijiet: separaturi tal-likwidu, tankijiet orizzontali, tagħmir ta’ tkessiħ bejn stadju u ieħor, separaturi taż-żejt u valvoli refriġeranti. |
|
(10) |
Il-kumpanija tinsab fil-Provinċja ta’ Podkarpackie, reġjun kopert mill-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat. Twaqqfet fl-1938 u ilha kumpanija azzjonarja sa mill-1995. Fl-1999 l-ishma tal-kumpanija kienu tat-Teżor (25.08 %) u tal-impjegati (74.92 %). Fl-2006 il-kumpanija ġie kompletament privatizzata: l-ishma tagħha kienu fil-biċċa l-kbira f’idejn l-impjegati attwali u preċedenti u l-eredi tagħhom. Fl-2010 investitur privat, Eurotech, akkwista sehem ta’ 16.7 % f’PZL Dębica. |
|
(11) |
Is-sehem tal-kumpanija mis-suq Pollakk tal-apparat tat-tkessiħ huwa żgħir (inqas minn 1 % fl-2006). Fl-2006 l-esportazzjonijiet kienu jammontaw għal 15.6 % tal-bejgħ globali, li minnhom 6.8 % marru barra mill-Unjoni Ewropea. Fis-suq Pollakk, il-kumpanija tiffaċċja kompetizzjoni qawwija minn għadd ta’ kumpaniji, pereżempju York International, GEA GRASSO Refrigeration Division, Mycom International Refrigeration (Ltd), MOSTOSTAL Wrocław S.A., Aerzen Maschinenfabrik GmbH u Zakład Metalowy PILZNO. |
2. L-ewwel pjan ta’ ristrutturar
|
(12) |
Skont l-awtoritajiet Pollakki, id-diffikultajiet finanzjarji tal-kumpanija jmorru lura sal-2002. F’dak iż-żmien ġie adottat pjan ta’ ristrutturar għall-2002-07. Il-pjan ġie aġġornat f’Ottubru 2003 u kien jinkludi l-miżuri li ġejjin:
|
|
(13) |
Minħabba limiti baġitarji, il-Fond għar-Ristrutturar tal-Impriżi ma setax jagħti lil PZL Dębica is-self miftiehem (premessa (12)c)). Għaldaqstant, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ddeċieda li jiddefferixxi l-kumplament tas-self li kien dovut lilu (ara l-premessa (12)d)). Bħala riżultat ta’ dan, PZL Dębica ma wettqitx ir-ristrutturar finanzjarju li kien fil-qalba tal-pjan. |
|
(14) |
Minkejja dan, il-kumpanija rnexxielha timplimenta l-elementi l-oħrajn tal-pjan ta’ ristrutturar, bir-riżultat li sa mill-2006 kienet għamlet profitt modest. Ir-riżultati finanzjarji tal-kumpanija bejn l-2002 u l-2011 huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 1 hawn taħt. Tabella 1 Ir-riżultati finanzjari ta’ PZL Dębica 2002-11 (f’miljuni ta’ PLN)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. It-tieni pjan ta’ ristrutturar
|
(15) |
Wara li ma ġiex implimentat ir-ristrutturar finanzjarju tal-ewwel pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni ġiet notifikata bit-tieni pjan ta’ ristrutturar f’Awwissu 2008. Fil-biċċa l-kbira tiegħu, dan it-tieni pjan kien imfassal biex jimplimenta r-ristrutturar finanzjarju tal-kumpanija. Dan kien jipprevedi l-miżuri li ġejjin:
|
III. ID-DEĊIŻJONI LI JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA
|
(16) |
Id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri li ġejjin, li kienu jiffurmaw parti mill-ewwel pjan ta’ ristrutturar, mas-suq intern:
Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar il-klassifikazzjoni tal-miżuri elenkati fit-Tabella ta’ hawn taħt bħala għajnuna de minimis. |
|
(17) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar kienx jinkludi l-elementi kollha meħtieġa biex PZL Dębica terġa’ tikseb il-vjabbiltà u jekk perjodu ta’ 12-il sena għar-ristrutturar kienx twil iżżejjed fid-dawl tal-punt 35 tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikutà (4) (‘Il-Linji Gwida R&R’). |
|
(18) |
Minħabba l-għajnuna mogħtija diġà taħt l-ewwel pjan (premessi (12)a) u (12)b)), il-Kummissjoni qajmet dubju wkoll dwar l-eliġibbiltà tal-kumpanija għal għajnuna ġdida ta’ ristrutturar (ara l-premessa (15)) fid-dawl tal-prinċipju tal-ewwel darba għall-aħħar darba (stipulat fit-Taqsima 3.3 tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar). |
|
(19) |
Fid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura l-Kummissjoni stqarret li l-Polonja ma kienet ippreżentatilha ebda dokument li huwa legalment vinkolanti għall-miżuri li dan il-pajjiż kien ikklassifika bħala miżuri ta’ qabel l-adeżjoni (premessi (16)a u (16)c)) li abbażi tiegħu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kienu ntrabtu li jagħtu l-għajnuna. |
|
(20) |
Fir-rigward tal-ammont proprju tal-għajnuna diġà mogħtija lill-kumpanija, il-Kummissjoni esprimiet ukoll id-dubji tagħha dwar jekk l-għajnuna de minimis mogħtija fl-2006 setgħetx tiġi kkunsidrata bħala tali, minħabba li din ingħatat lil kumpanija f’diffikultà, li skont l-Artikolu 1(1)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis (5), ma kinitx tikkwalifika għal tali għajnuna. |
|
(21) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddubitat jekk il-miżuri proposti ta’ kumpens setgħux jiġu aċċettati minħabba li dawn kienu assoċjati mar-restawr tal-vjabbiltà fit-terminu twil tal-kumpanija u bħala tali ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala miżuri ta’ kumpens. Il-Kummissjoni stqarret ukoll li l-Polonja ma kinitx uriet bil-prova li l-attivitajiet li ġew abbandunati ma kinux qed jagħmlu telf. |
IV. IL-KUMMENTI TAL-ISTAT MEMBRU
|
(22) |
Dan il-kapitolu jinkludi biss il-kummenti tal-awtoritajiet Pollakki rigward il-miżuri li ma ġewx irtirati fl-andament tal-investigazzjoni. |
1. It-tul tal-istrutturar
|
(23) |
Rigward it-tul tal-proċess tar-ristrutturar, l-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li ż-żewġ pjani ta’ ristrutturar għandhom jiġu ttrattati bħala pjan wieħed minħabba li l-falliment tal-ewwel pjan ma kienx dovut għall-kumpanija u t-tieni pjan ta’ ristrutturar essenzjalment kompla r-ristrutturar finanzjarju inkomplet tal-ewwel pjan. |
2. Il-priċipju tal-ewwel darba għall-aħħar darba
|
(24) |
Il-Polonja rtirat il-miżuri ta’ għajnuna elenkati taħt il-premessi (15)a) u (15)b) minħabba li, skont id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura, l-għoti ta’ dawn il-miżuri seta’ potenzjalment ikun inkompatibbli mal-prinċipju tal-ewwel darba għall-aħħar darba. L-awtoritajiet Pollakki spjegaw li l-irtirar kien konsegwenza tal-fatt li PZL Dębica kienet tilfet l-istatus ta’ kumpanija kbira. Bħala kumpanija b’inqas minn 250 impjegat, PZL Dębica ma baqgħetx tikkwalifika għal finanzjament mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali, li tipprovdi finanzjament għal kumpaniji kbar biss. Madankollu, id-differiment tad-dejn dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali u t-tħassir tad-dejn lill-Uffiċċju tal-Marixxall ma ġewx irtirati. L-argumenti tal-Polonja rigward dawn il-miżuri huma spjegati hawn taħt. |
3. Għajnuna mwegħda qabel l-adeżjoni
|
(25) |
Rigward it-tliet miżuri kklassifikati fid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura bħala għajnuna mwegħda qabel l-adeżjoni mal-UE (il-premessi (16)a) sa (16)c) ta’ din id-Deċiżjoni), il-Polonja pprovdiet evidenza dokumentata biex tissostanzja dak li kienet qed issostni li l-għajnuna kienet ingħatat qabel l-adeżjoni u għaldaqstant ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna ġdida. |
|
(26) |
Rigward id-dejn dovut lill-Kunsill Muniċipali ta’ Dębica, il-Polonja ssottomettiet att notarili li jikkonferma li d-dejn kien tħallas fil-31 ta’ Mejju 2004 permezz ta’ trasferiment ta’ proprjetà lill-Kunsill Muniċipali ta’ Dębica. L-att notarili kien jirreferi għall-ħlas tas-somma ewlenija ta’ PLN 1 116 788,60 u mgħax li jammonta għal PLN 592 669,80 (6). |
|
(27) |
Il-Polonja spjegat ukoll li din il-miżura ma kinitx ġiet inkluża fl-ewwel pjan ta’ ristrutturar għaliex l-applikazzjoni għall-għajnuna li ssottomettiet PZL Dębica lill-Kunsill Muniċipali ta’ Dębica kienet ġiet miċħuda. |
|
(28) |
Rigward id-dejn ta’ PLN 914 552,15 dovut lill-Eżattorija, il-Polonja ppreżentat deċiżjoni ddatata l-20 ta’ Ottubru 2003 dwar il-kundizzjonijiet ta’ ristrutturar iffirmati mill-Kap tal-Eżattorija lokali. Skont dik id-deċiżjoni is-somma ta’ PLN 636 729,85, flimkien ma’ imgħax li jammonta għal PLN 277 822,30, kellhom jitħassru. |
|
(29) |
Il-Polonja spjegat li l-istqarrija fid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura li din l-għajnuna kienet ġiet imwegħda qabel l-adeżjoni iżda ma ngħatatx ma kinitx korretta għal diversi raġunijiet. |
|
(30) |
L-ewwel nett, il-Polonja spjegat il-mekkaniżmu għall-għoti ta’ għajnuna kif previst fl-Att dwar ir-Ristrutturar tad-Dejn Pubbliku tal-Impriżi tat-30 ta’ Awwissu 2002 (7) (‘l-Att tal-2002’). Skont dak l-Att, wara applikazzjoni ta’ impriża f’diffikultà, awtorità tal-għoti tista’ tagħti deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ ristrutturar (‘deċiżjoni dwar ir-ristrutturar’). Din id-deċiżjoni tagħti lill-benefiċjarju id-dritt li jirċievi għajnuna. Effettivament il-ħlas jew it-tħassir tad-dejn (jiddependi mill-miżura) iseħħ abbażi ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni fejn l-awtorità tal-għoti tirrikonoxxi li r-ristrutturar kien ġie finalizzat (‘deċiżjoni ta’ implimentazzjoni’). Skont l-awtoritajiet Pollakki, din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni sservi biex tikkonferma li l-benefiċjarju (i) issottometta programm aġġornat ta’ ristrutturar flimkien ma’ informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija, (ii) ħallas miżata ta’ ristrutturar u (iii) ma akkumulax dejn ġdid vis-à-vis l-awtorità tal-għoti. Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni mhix ħlief dokument amministrattiv li jikkonferma li l-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni tar-ristrutturar kienu ġew osservati. Skont l-Att tal-2002, l-awtorità tal-għoti tikkontrolla l-konformità mal-kundizzjonijiet tar-ristrutturar mhux iktar kmieni minn 15-il xahar wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni tar-ristrutturar. |
|
(31) |
It-tieni, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-Eżattorija ma kinitx ħarġet deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għal PZL Dębica. Skont il-Polonja, dan kien minħabba l-inċertezza min-naħa ta’ xi awtoritajiet pubbliċi dwar kif għandhom jiġu interpretati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mill-1 ta’ Mejju 2004 ’l quddiem. Għaldaqstant, xi awtoritajiet kienu ddeċidew li jistennew sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet pożizzjoni dwar dawn il-miżuri. Il-Polonja ssottomettiet dikjarazzjoni mill-Kap tal-Eżattorija fil-kwistjoni li tikkonferma li dak kien il-każ għal PZL Dębica. |
|
(32) |
It-tielet, il-Polonja indikat li d-deċiżjoni tal-20 ta’ Ottubru 2003 mill-Eżattorija kienet tat id-dritt li d-dejn ta’ PZL Dębica jitħassar. Il-Polonja rreferiet għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2008 rigward it-tarzna ta’ Gdynia (8) bħala sostenn għad-dikjarazzjoni tagħha li jrid jiġi applikat l-ordinament ġuridiku domestiku sabiex ikun determinat jekk id-dokument inkwistjoni kkonferiex id-dritt għall-għajnuna. Il-Polonja rreferiet ukoll għall-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji tal-għajnuna u indikat li jekk l-awtorità tal-għoti kellha tonqos milli toħroġ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dan seta’ jiġi kkontestat fil-qorti minn PZL Dębica. F’dan ir-rigward, il-Polonja rreferiet għas-sentenzi tal-Qorti Suprema u tal-Qorti Amministrattiva Suprema li kkonfermaw li d-deċiżjonijiet ta’ ristrutturar kienu jgħabbu lill-Istat bl-obbligu u li d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni ma setgħux ikollhom impatt fuq dak l-obbligu minħabba li kienu mandatarji, jiġifieri mhux suġġetti għal diskrezzjoni amministrattiva (9). |
|
(33) |
Barra minn hekk, il-Polonja ssottomettiet dikjarazzjoni mill-Kap tal-Eżattorija lokali li PZL Dębica ssodifat l-obbligi legali neċessarji sabiex tkun tista’ toħroġ id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (imsemmija fil-premessa (30)), iżda li kienet tiddikjara li l-Eżattorija kienet qed tistenna l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(34) |
Il-miżura msemmija fil-premessa (16)c) hija ttrattata fit-Titolu 5 hawn taħt – Differiment tad-dejn dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali. |
4. De minimis
|
(35) |
L-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li l-miżuri kollha de minimis kienu ngħataw lill-kumpanija fl-2006 meta r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għal għajnuna de minimis kien fis-seħħ (10) (ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 ma daħalx fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2007); skont ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 ma kienx projbit li tingħata għajnuna de minimis lil kumpaniji f’diffikultà finanzjarja. |
|
(36) |
B’referenza għad-dubji li qajmet il-Kummissjoni rigward il-mekkaniżmu tal-kalkolu, l-awtoritajiet Pollakki spjegaw il-formula li ntużat biex jiġu kkalkulati l-elementi tal-għajnuna indikati fir-Regolament Pollakk tat-11 ta’ Awwissu 2004 (11). Din il-formula tikkunsidra d-differenza bejn ir-rata ta’ referenza u r-rata użata biex tiġi kkalkulata l-imposta għal ħlas tard. Ġie pprovdut kalkolu aġġornat tal-element tal-għajnuna de minimis (ara Tabella 2). Tabella 2 Għajnuna de minimis – skont il-Polonja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(37) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-Eżattorija biss kienet ipprovdiet garanzija għall-għanijiet tad-differiment. Din kienet tkopri 100 % tal-valur nominali tad-differiment. Il-Polonja indikat ukoll li anke jekk 600 punt bażi kellhom jingħaddu mar-rata, skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u skont għall-1997 (12), il-valur tal-għajnuna de minimis kien jibqa’ ħafna iktar baxx mil-livell limitu ta’ EUR 100 000. |
5. Id-differiment tad-dejn dovut lill-Uffiċċju tas-Siġurtà Soċjali
|
(38) |
Rigward id-differiment tad-dejn fil-forma ta’ obbligi ta’ sigurtà soċjali, li żdiedu fiż-żewġ pjani ta’ ristrutturar, l-awtoritajiet Pollakki fakkru l-ewwel li dan id-dejn żdied bħala konsegwenza tal-falliment tar-ristrutturar finanzjarju previst fl-ewwel pjan ta’ ristrutturar. Skont dak il-pjan id-dejn dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kellu jitħallas fil-forma ta’: (i) ħlas lura ta’ PLN 3 890 000 bl-użu tas-self mill-Fond għar-Ristrutturar tal-Impriżi u (ii) differiment ta’ PLN 1 364 600 oħra. Kif iddikjarat hawn fuq (ara l-premessa (13)) ir-ristrutturar finanzjarju ta’ dan id-dejn falla. |
|
(39) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki nnutaw li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kien iddeċieda li jipparteċipa fit-tieni pjan ta’ ristrutturar, li kien jipprovdi għal (i) il-ħlas lura ta’ PLN 5.5 miljuni minn self li kellu jingħata mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali u (ii) id-differiment ta’ PLN 3 miljuni oħra. Kif indikat hawn fuq (ara l-premessa (5)) PZL Dębica ma rċevietx is-self imwiegħed u l-Polonja irtirat il-parti korrispondenti tan-notifika. |
|
(40) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li d-dejn ta’ PZL Dębica dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, bħall-fondi kollha dovuti lil awtoritajiet pubbliċi, kien iġġenera mgħax kkalkulat mill-formula deskritta fl-Artikolu 56 tal-Kodiċi Fiskali Polakka tad-29 ta’ Awwissu 1997 (13). Ir-rata ta’ mgħax hija ekwivalenti għal 200 % tar-rata bażi ppubblikata mill-Bank Nazzjonali tal-Polonja, flimkien ma’ 2 % (200 punt bażi)(ara t-Tabella 3 hawn taħt). Ir-rata ma tistax tkun inqas minn 8 %; f’dan il-każ kienet bejn l-10 % u s-46 %. Tabella 3 It-tibdiliet fir-rati ta’ mgħax mill-2000 sal-2012
|
|
(41) |
Il-Polonja ssottomettiet tabelli dettaljati li jispjegaw it-tibdil fid-dejn dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali. Sommarju tat-tibdil sal-31 ta’ Awwissu 2012 jinsab fit-Tabella 4. Il-Polonja indikat li minkejja d-dejn, li kien fil-parti l-kbira akkumulat fl-2000-05, il-kumpanija għamlet pagamenti kurrenti sinifikanti lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, jiġifieri iktar minn PLN 16-il miljun bejn l-2000 u Awwissu 2012. Tabella 4 It-tibdiliet fid-dejn dovut lill-Uffiċċju tas-Siġurtà Soċjali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(42) |
L-awtoritajiet Pollakki pprovdew ukoll informazzjoni fuq il-miżuri l-oħra li ħa l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali biex jiggarantixxi u jirkupra d-dejn.
Tabella 5 Il-bejgħ tal-assi ta’ PZL Dębica
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(43) |
F’Ottubru 2011, wara li ġew irtirati wħud mill-miżuri notifikati jiġifieri l-injezzjoni ta’ kapital u s-self preferenzjali, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni bl-evalwazzjoni tagħha li d-differiment tad-dejn rigward is-sigurtà soċjali (ara l-premessa (15)c) bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar notifikat) kien jissodisfa l-kriterju ta’ kreditur privat u għaldaqstant ma kienx jikkostitwixxi għajnina mill-Istat. |
|
(44) |
Għal dak il-għan, fl-2011 PZL Dębica ikkummissjonat studju minn ‘Consulting’, kumpanija indipendenti bbażata f’Katowice. Ir-rapport ippreżenta analiżi tal-kriterju ta’ kreditur privat ibbażat fuq it-tqabbil bejn dawn iż-żewġ xenarji:
|
|
(45) |
F’Awwissu 2012 il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li fl-1 ta’ Marzu 2012 kien ġie konkluż ftehim bejn PZL Dębica u l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali dwar id-differiment tad-dejn ibbażat fuq il-kriterju tal-kreditur privat. Il-Polonja spjegat li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kien ikkunsidra l-vantaġġi ta’ kull alternattiva bil-għan li jimmassimizza l-irkupru tad-dejn. Il-ftehim ikopri l-ammont dovut dakinhar ta’ PLN [7 000 000 – 13 000 000], li jinkludi dejn ta’ PLN [3 500 000 – 6 500 000] u mgħax ta’ PLN [3 500 000 – 6 500 000]. Ma’ dak l-ammont ġiet miżjuda tariffa ta’ differiment ta’ PLN [1 000 000 – 1 700 000]. Id-differiment jipprovdi għall-ħlas lura f’96 rata mensili, li minnhom disgħa diġà tħallsu. Fl-2012 il-Polonja ssottomettiet it-tqabbil segwenti tal-alternattivi disponibbli lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (Tabella 6). Tabella 6 Tqabbil tal-alternattivi għall-irkupru tad-dejn ta’ PZL Dębica dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (f’PLN)
|
|
(46) |
Il-Polonja rrimarkat li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali għadu jżomm ipoteka fuq l-assi tal-kumpanija għall-valur totali ta’ PLN 6 243 002,55. Skont il-ftehim, kwalunkwe bejgħ ta’ assi awtomatikament inaqqas l-ammont differit, u b’hekk il-ħlas lura jkun jista’ jsir iktar iktar kmieni mis-96 xahar previsti. |
6. Dejn dovut lill-Uffiċċju tal-Marixxall
|
(47) |
Il-Polonja kkonfermat li d-dejn dovut lill-Uffiċċju lokali tal-Marixxall imsemmi fit-tieni pjan ta’ ristrutturar kien tħallas fl-14 ta’ Awwissu 2012. Dan kien jikkonsisti f’dejn ta’ PLN 61 104,97 li sar bejn l-1999 u l-2001 u mgħax ta’ PLN 103 566,29 li kien akkumula sa dakinhar. |
V. EVALWAZZJONI
|
(48) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, għajnuna mill-Istat hija mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi fi kwalunkwe forma li toħloq distorsjoni jew thedded il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti b’tali mod li jkollha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(49) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 197(1) tat-Trattat huma kumulattivi u għalhekk sabiex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat il-kundizzjonijiet kollha jridu jitwettqu. |
|
(50) |
Abbażi tad-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura, il-Kummissjoni se tevalwa l-miżuri li ġejjin:
|
1. Il-miżuri li ġew irtirati
|
(51) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (14), Stat Membru jista’ jirtira n-notifika wara li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali f'ħin tajjeb qabel ma l-Kummisjsoni tkun ħadet deċiżjoni dwar il-karattru tal-għajnuna tal-miżura notifikata u għalhekk tingħalaq il-proċedura. |
|
(52) |
L-awtoritajiet Pollakki rtiraw tnejn mill-miżuri li jridu jiġu implimentati skont it-tieni pjan ta’ ristrutturar, jiġifieri injezzjoni ta’ kapital u self preferenzjali li jammontaw għal PLN 10.5 miljuni (ara l-premessi (15)a) u (15)b)). Għaldaqstant, b’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni f’dawn il-miżuri trid tingħalaq. |
2. Il-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni
|
(53) |
Il-miżuri ta’ għajnuna li ngħataw qabel u li mhumiex applikabbli wara l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE ma jistgħux jiġu eżaminati mill-Kummissjoni, la taħt il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 108 tat-Trattat u lanqas taħt il-mekkaniżmu interim. Dak il-mekkaniżmu la jeħtieġ u lanqas jawtorizza lill-Kummissjoni li tanalizza l-miżuri ta’ għajnuna li ma jibqgħux applikabbli wara l-adeżjoni. |
|
(54) |
Għajnuna mogħtija mill-Polonja hija kkunsidrata li ngħatat qabel l-adeżjoni jekk l-awtorità kompetenti tkun adottat ftehim legalment vinkolanti qabel l-1 ta’ Mejju 2004 li permezz tiegħu intrabtet li tagħti l-għajnuna. Għajnuna individwali mhijiex applikabbli wara l-adeżjoni jekk l-iskopertura ekonomika preċiża tal-Istat kienet magħrufa qabel ingħatat l-għajnuna. |
|
(55) |
Jekk, min-naħa l-oħra, il-miżuri ngħataw wara l-adeżjoni, dawn jikkostitwixxu għajnuna ġdida u l-kompatibbiltà tagħhom tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(56) |
Barra miż-żewġ miżuri imsemmijin fid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura bħala miżuri ta’ qabel l-adeżjoni (ara l-premessi (12)a) u (12)b)) il-Polonja ssostni li d-deċiżjoni ta’ tħassir li ħarġet l-Eżattorija lokali fl-2003 li tkopri l-ammont ta’ PLN 914 522,15 għandha tiġi ttrattata bħala għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni wkoll. |
|
(57) |
Bi tweġiba għat-tħassib tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura b’konnessjoni mal-fatt li ebda dokument tal-għotja ma ġie pprovdut, il-Polonja pprovdiet dokument dwar l-għoti tal-għajnuna ddatat l-20 ta’ Ottubru 2003 u ċċarat il-mekkaniżmu għall-għoti tal-għajnuna skont l-Att tal-2002 (ara l-premessa (30)). |
|
(58) |
L-awtoritajiet Pollakki pprovdew lill-Kummissjoni b’analiżi tal-liġi Pollakka filwaqt li indikaw li d-deċiżjoni tal-2003 dwar ir-ristrutturar tikkostitwixxi dokument legalment vinkolanti li abbażi tiegħu l-Eżattorija għandha l-obbligu li tħassar l-arretrati tat-taxxi. Mad-deċiżjoni dwar ir-ristrutturar ġew marbuta għadd ta’ kundizzjonijiet oġġettivament verifikabbli (ara l-premessa (28)). L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li PZL Dębica tosserva dawk il-kundizzjonijiet. Fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li t-tħassir tad-dejn ingħata qabel l-adeżjoni tal-Polonja mal-UE. |
3. Id-dejn imħallas minn PZL Dębica
|
(59) |
Fl-andament tal-investigazzjoni l-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li PZL Dębica kienet ħallset id-dejn segwenti:
|
|
(60) |
Il-Polonja pprovdiet konferma li dawn id-djun kienu ġew imħallsa. |
|
(61) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li bħala parti min-negozjati tar-ristrutturar mal-kredituri pubbliċi li wasslu biex l-ewwel pjan ta’ ristrutturar jiġi aġġornat f’Ottubru 2003, PZL Dębica kienet tablet lill-Kunsill Muniċipali ta’ Dębica biex jinkludi fil-pjan ta’ ristrutturar l-ammont ta’ PLN 1 116 788,60 li hija kellha tagħti lill-Kunsill. Il-Kunsill Muniċipali ta’ Dębica rrifjuta li jagħmel dan u l-kumpanija rnexxielha tħallas id-dejn fil-31 ta’ Mejju 2004, xahar wara li l-Polonja ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. |
|
(62) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-dejn kien suġġett għal imgħax kompost b’rata għolja minn 44 % sa 13.5 % (ara Tabella 3). L-imgħax akkumulat mħallas minn PZL Dębica fil-31 ta’ Marzu 2004 kien jammonta għal PLN 592 669,80. |
|
(63) |
Ir-rata ta’ rkupru li kienet tiġi applikata mill-Kummissjoni għal għajnuna li tkun ingħatat kontra l-liġi lil kumpanija fil-Polonja bejn l-1 u l-31 ta’ Mejju 2004 kienet tkun ta’ 7.62 % (15). Din hija rata ħafna iktar baxxa mir-rata tal-imgħax applikata għad-dejn mill-Polonja. |
|
(64) |
Fuq il-bażi li d-dejn tħallas kollu u li r-rata tal-imgħax ta’ 13.5 % applikata għad-dejn bejn l-1 u l-31 ta’ Mejju 2004 kienet ħafna ogħla mir-rata ta’ rkupru ta’ 7.62 % applikata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-irkupru kien komplet skont l-Avviż mill-Kummissjoni ‘Lejn implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi’ (16) (‘l-avviż ta’ rkupru’). L-ammont tal-imgħax imħallas jaqbeż l-ammont tal-imgħax li kien ikollu bżonn jitħallas fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, ikkalkulati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 689/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (17). Il-Kummissjoni għalhekk sempliċement tieħu nota tal-ħlas tad-dejn, mingħajr ħsara għall-klassifikazzjoni ta’ din il-miżura fil-futur għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ewwel darba għall-aħħar darba. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-2007 l-Uffiċċju lokali tal-Marixxall iddeċieda li jħassar id-dejn, li għaldaqstant ġie inkluż fit-tieni pjan ta’ ristrutturar. It-tieni pjan ta’ ristrutturar ġie nnotifikat lill-Kummissjoni. |
|
(66) |
Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tinnota li d-dejn kien suġġett għal imgħax kompost b’rata minn 46 % sa 10 % (ara Tabella 3). L-imgħax totali imħallas minn PZL Dębica fl-14 ta’ Awwissu 2012 kien jammonta għal PLN 103 566,29, kważi d-doppju tal-ammont tad-dejn oriġinali ta’ PLN 103 566,29. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li differiment de facto seħħ bejn l-1999 (meta saret l-ewwel parti tad-dejn) u l-2012 (meta d-dejn tħallas) u li b’hekk l-Uffiċċju lokali tal-Marixxall ikkonferixxa vantaġġ fuq il-kumpanija, li kienet diġà f’diffikultajiet serji, billi taffa l-piż assoċjat mal-attivitajiet normali tan-negozju, li jinkludi l-ħlas lura ta’ dejn lill-awtoritajiet pubbliċi. |
|
(68) |
Ir-rata ta’ rkupru li kienet tiġi applikata mill-Kummissjoni għal għajnuna li tkun ingħatat kontra l-liġi lil kumpanija fil-Polonja wara l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE sa meta din tħallas id-dejn kienet tkun ta’ 5.26 % u 7.62 % (18). Din hija rata ħafna iktar baxxa mir-rata ta’ imgħax applikata għad-dejn mill-Polonja. |
|
(69) |
Abbażi tal-fatt li d-dejn tħallas kollu u r-rata tal-imgħax ta’ bejn l-10 % u s-16 % applikata għad-dejn ta’ PZL Dębica bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-14 ta’ Awwissu 2012 kienet ħafna ogħla mir-rata ta’ rkupru applikata mill-Kummissjoni ta’ bejn 5.26 % u 7.62 %, il-Kummissjoni tikkonkludi li, irrispettivament mill-legalità tal-għajnuna, l-irkupru ġie finalizzat b’konformità mal-avviż ta’ rkupru tal-Kummissjoni. L-ammont tal-imgħax li fil-fatt tħallas jaqbeż l-ammont ta’ imgħax li kien ikollu jitħallas skont ir-Regolament (KE) Nru 794/2004. |
4. Il-miżuri mogħtija wara l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE:
4.1. De minimis
|
(70) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni b’ħames miżuri għat-total ta’ PLN 20 873,65, li, skont hi, kellhom jiġu ttrattati bħala għajnuna de minimis (elenkati fit-Tabella 2). Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 69/2001. |
|
(71) |
Il-Kummissjoni tagħraf li r-Regolament (KE) Nru 69/2001, li ppermetta li jingħataw sa EUR 100 000 (madwar PLN 400 000), ma kienx espliċitament jeskludi impriżi f’diffikultà. Madankollu, ir-Regoalment fil-fatt kien speċifikament jipprevedi li s-self, li jista’ jiġi mqabbel mad-differimenti, għandu jkun ‘kopert b'garanzija normali u […] ma jinvolvix riskju aktar minn dak li hu normali’ (premessa 6). F’dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-differiment tal-Eżattorija tat-8 ta’ Settembru 2006 biss kien konformi ma’ dak ir-rekwiżit. |
|
(72) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Polonja ma pprovdietx informazzjoni biżżejjed biex tippermetti l-verifika tal-mekkaniżmu tal-kalkolu tal-għajnuna de minimis u tal-ammont tal-għajnuna ppreżentat mill-Polonja bħala l-‘ammont tal-għajnuna’ fit-Tabella 2. B’mod partikolari, ma ġietx provduta informazzjoni dettaljata dwar l-applikazzjoni tar-rati ta’ referenza u tar-rati użati għall-kalkolu tal-imposta fuq il-pagament tard, li kienu jippermettu li jiġu kkontrollati l-kalkoli li saru skont il-formula applikata mill-Polonja (ara l-premessa (36)). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra l-ammont nominali tat-tliet differimenti mogħtija mis-Sindku ta’ Dębica fis-7 ta’ April, fit-28 ta’ Lulju u fil-5 ta’ Ottubru 2006, li għalihom ma ngħatat ebda garanzija, bħala l-ammonti li jridu jiġu kkunsidrati għall-finijiet de minimis. L-ammont ta’ PLN 264 186 kien is-suġġett ta’ żewġ deċiżjonijiet ta’ differiment mis-Sindku ta’ Dębica. Peress li dawn id-deċiżjonijiet kienu jirrigwardaw l-istess suġġett, l-ammont se jiġi kkunsidrat darba biss. |
|
(73) |
Fil-każ tad-differiment ta’ sebat ijiem mogħti mill-Eżattorija fit- 8 ta’ Settembru 2006, li għalih ingħatat garanzija li tkopri 100 % tal-ammont differit ta’ PLN 614 550, il-Kummissjoni kkalkulat l-element ta’ għajnuna billi żiedet 400 punt bażi mar-rata ta’ referenza ta’ 5.56 %, kif previst fl-avviż tal-Kummissjoni tal-1997 dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u ta’ skont (19). L-għajnuna f’dan il-każ tammonta għal PLN 1 126. |
|
(74) |
Għal dak li jirrigwarda d-deċiżjoni ta’ tħassir maħruġa mis-Sindku ta’ Dębica fil-5 ta’ Ottubru 2006, dan jammonta għal għotja fi flus u għaldaqstant għandu jiġi kkunsidrat kollu kemm hu. |
|
(75) |
Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, il-valur totali tal-għajnuna huwa ta’ PLN 369 788 (madwar EUR 93 437 (20)) (ara Tabella 7) Minħabba li t-total huwa inqas minn EUR 100 000, dawn il-miżuri huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 69/2001. Il-Polonja kkonfermat li PZL Dębica ma kienet irċeviet ebda għajnuna de minimis. Tabella 7 Għajnuna de minimis
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
4.2. Id-differiment tad-dejn dovut lill-Uffiċċju tas-Siġurtà Soċjali
|
(76) |
L-Artikolu 107(1) tat-Trattat ikopri interventi f’diversi modi li jnaqqsu l-kosti normali ta’ kumpanija u li, mingħajr ma jkunu sussidju fis-sens strett tal-kelma, huma simili fil-karattru u għandhom l-istess effett. Huwa stabbilit fil-każistika li l-komportament ta’ korp pubbliku b’responsabbiltà għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jittollera l-pagament tard ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet jikkonferixxi fuq impriża li tkun f’diffikutà finanzjarja serja vantaġġ kummerċjali billi jtaffi l-piż assoċjat mal-applikazzjoni normali tas-sistema tas-sigurtà soċjali li ma jistax jitneħħa għal kollox permezz ta’ mgħax u imposti fuq l-inadempjenza applikati għall-pagament tard (21). |
|
(77) |
F’dan il-każ l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ppermetta lil PZL Dębica takkumula ammont sinifikanti ta’ dejn fl-2000-05. It-tibdil fid-dejn totali, inkluż l-imgħax, huma spjegati fit-Tabella 4. |
|
(78) |
Bħala rimarka preliminari il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għajnuna mill-Istat lil PZL Dębica setgħet ingħatat bis-saħħa tan-nuqqas li jiġi infurzat bis-sħiħ id-dejn pubbliku ta’ PZL Dębica dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (22). |
|
(79) |
Il-Polonja ssostni li d-differiment tad-dejn mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ma jinvolvix għajnuna mill-Istat minħabba li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali aġixxa bħala kreditur privat meta f’Mazu 2012 qabel mad-differiment tal-ammont totali li kien dovut, li kellu jitħallas b’konformità ma’ skeda ta’ pagamenti f’96 rata. Il-Polonja ssottomettiet analiżi tal-kriterju ta’ kreditur privat, imwettqa f’Ottubru 2011 u li tikkonferma, fl-opinjoni tagħha, li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali imur aħjar jekk jiddefferixxi l-pretensjonijiet tiegħu fuq PZL Dębica milli jekk jinfurzahom. Il-Polonja ssostni wkoll li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, li pparteċipa fiż-żewġ pjani ta’ ristrutturar, dejjem kellu biżżejjed informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja u l-prospetti ta’ PZL Dębica’ u dejjem aġixxa f’għarfien sħiħ tal-pożizzjoni tal-kumpanija. Fl-aħħar nett, il-Polonja rreferiet għal għadd ta’ azzjonijiet li ħa l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali biex jiggarantixxi u jinforza d-dejn. Skont il-Polonja, dan jikkonferma li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali aġixxa bħal kreditur privat u fittex li jirkupra l-pretensjoni tiegħu. |
|
(80) |
Skont każistika stabbilita, il-kundizzjonijiet li miżura trid tissodisfa sabiex tiġi trattata bħala ‘għajnuna’ għall-finijiet tal-Artikolu 107 tat-Trattat ma jiġux soddisfati jekk l-impriża pubblika benefiċjarja tista’, f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, tikseb l-istess vantaġġ bħal dak li huwa għad-dispożizzjoni tagħha permezz ta’ riżorsi statali. Fil-każ ta’ impriżi pubbliċi, dik l-evalwazzjoni ssir billi jiġi applikat fil-prinċipju, il-kriterju ta’ investitur privat (f’dan il-każ, il-kriterju ta’ kreditur privat (23)). Jekk Stat Membru jibbaża ruħu fuq dak il-kriterju matul proċedura amministrattiva, irid, jekk ikun hemm dubju, jistabbilixxi b’mod l-aktar ċar u fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva u verifikabbli li l-miżura fil-fatt tissodisfa dak il-kriterju (24). Bil-għan li tistabbilixxi jekk ingħatax vantaġġ li seta’ jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Polonja trid għaldaqstant tipprovdi evidenza li turi li l-awtoritajiet pubbliċi aġixxew bl-istess mod bħala kreditur privat ipotetiku, li ma kienx jittollera n-nuqqas ta’ pagament u li kien jieħu azzjoni effettiva biex jinforza d-dejn anke jekk dan kien jirriżulta fi proċedimenti ta’ insolvenza. |
|
(81) |
Il-kreditur privat ipotetiku kien jikkontrolla mill-qrib il-qagħda ekonomika tad-debitur; in-nuqqas ta’ pjan ta’ ristrutturar u l-prospetti fqar ta' ritorn għall-vjabbiltà kienu jħaffu l-irkupru tad-dejn. |
|
(82) |
Isegwi għalhekk li sabiex jiġi determinat jekk ingħatatx għajnuna mill-Istat minn awtoritajiet pubbliċi, irid jiġi stabbilit li f’dan il-każ l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fittex li jirkupra l-flejjes kollha dovuti lilu mingħajr ma jagħmel telf finanzjarju u li billi ddeċieda li ma japplikax għall-falliment tal-kumpanija l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kellu l-intenzjoni li jimmassimizza l-irkupru għall-ammonti dovuti lilu bħal ma kien jagħmel il-kreditur privat ipotetiku (25). |
|
(83) |
Il-Kummissjoni se tanalizza r-rapport li ssottomettiet il-Polonja dwar id-deċiżjoni li ttieħdet fl-2012 biex jiġi ffirmat il-ftehim tad-differiment. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kien ħalla d-dejn jakkumula għal għadd ta’ snin. Tabilħaqq, l-informazjoni li pprovdiet il-Polonja tirrigwarda l-perjodu sħiħ mit-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ ristrutturar (u anke qabel) sal-ikkummissjonar tal-istudju f’Ottubru 2011 bil-ħsieb li jiġi konklu ftehim dwar id-differiment. Fid-dawl tan-notifika tal-2008 rigward it-tieni pjan ta’ ristrutturar, il-kumpanija ma fittxitx attivament li tagħmel ftehim mal-kredituri. Il-Kummissjoni trid għalhekk tivverifika wkoll li l-komportament tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali bejn it-tmien tal-ewwel perjodu ta’ ristrutturar u meta ġie ffirmat il-ftehim tad-differiment jgħaddi mill-kriterju tal-kreditur privat. |
|
(84) |
Fil-premessi segwenti l-Kummissjoni se tirreferi għal (i) l-involviment tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fl-ewwel pjan ta’ ristrutturar, (ii) l-infurzar parzjali tad-dejn mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali bejn l-2007 u l-2012 wara li falla l-ewwel pjan ta’ ristrutturar, u (iii) il-ftehim ta’ differiment tal-1 ta’ Marzu 2012. L-ewwel pjan ta’ ristrutturar ġie approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti qabel ma l-Polonja daħlet fl-Unjoni Ewropea u jkopri l-aktar il-perjodu tal-pre-adeżjoni. L-evalwazzjoni ta’ punti (ii) u (iii) hija deċiżiva għall-konklużjoni li tikkonċerna l-komportament tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni madankollu se tiffoka mill-ġdid fuq it-tibdil fil-qagħda ta’ PZL Dębica taħt l-ewwel pjan ta’ ristrutturar, minħabba li huwa vitali li hi tifhem kif evolviet din is-sitwazzjoni. |
|
(85) |
Kif issemma qabel, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ddeċieda li jipparteċipa fl-ewwel pjan ta’ ristrutturar imħejji u approvat fl-2002, jiġifieri qabel il-Polonja daħlet fl-UE. Il-pjan kien jinkludi r-ristrutturar tad-dejn finanzjarju dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali. Abbażi ta’ dak il-pjan ta’ ristrutturar, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali qabel li jiddifferixxi dejn ta’ PLN 1 364 600, filwaqt li ammont akbar PLN 3 890 000 kellu jitħallas permezz ta’ self mill-Fond għar-Ristrutturar tal-Impriżi. Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa (13)) PZL Dębica ma rċevitx finanzjament mill-Fond. Bħala riżultat l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ddeċieda li ma jiddifferixxix il-parti li kien fadal tad-dejn u fl-2006 hedded li jibda proċedimenti biex il-kumpanija tiġi ddikjarata falluta. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni tinnota li minkejja l-falliment tar-ristrutturar finanzjarju u tal-arretrati finanzjarji fi tmiem l-ewwel pjan ta’ ristrutturar, fl-2006 PZL Dębica irnexxielha tirreġistra profitt modest (ara Tabella 1). Dan jikkonferma li l-isforzi tal-kumpanija fir-ristrutturar organizzattiv u teknoloġiku taw il-frott. |
|
(87) |
Barra minn hekk, mill-2001 ‘l hinn l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali stabbilixxa garanzija fuq għadd ta’ assi ta’ PZL Dębica li kienu jkopru d-dejn li kien qiegħed jiżdied. Il-valur tal-ipoteka laħaq il-PLN 11.6-il-miljun fl-2007, li jkopru 100 % tad-dejn. |
|
(88) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li sa mill-2003 l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali beda jinforza d-dejn permezz tal-bejgħ tal-assi ta’ PZL Dębica (kif turi t-Tabella 5). L-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ddeċieda, madankollu, li ma jipproċedix b’bejgħ bl-għaġla, li ħafna drabi jiġġenera ammonti iktar baxxi milli normalment ikun il-każ. Tabilħaqq, fil-kuntest tat-tnaqqis fid-domanda għall-assi finanzjarji bħala riżultat tal-klima ekonomika attwali, dan il-fenomenu seta’ biss jikkarga. Minflok, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali qabel li jsir bejgħ ikkontrollat organizzat mill-kumpanija. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kellu jaqbel mal-bejgħ fuq il-bażi ta’ offerta minn parti terza u l-profitt nett mill-bejgħ imbagħad ġie trasferit lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali. L-evidenza li pprovdiet il-Polonja twassal għall-konklużjoni li minkejja li l-bejgħ immexxi minn PZL Dębica ġġenera valuri tas-suq, il-proċess tal-bejgħ kien iktar kajman minn bejgħ bl-għaġġla. Bejn l-2004 u l-2006 l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali rkupra iktar minn PLN 1.6 miljun permezz tal-bejgħ ikkontrollat tal-assi ta’ PZL Dębica. |
|
(89) |
Il-falliment tar-ristrutturar finanzjarju fl-ewwel pjan ta’ ristrutturar u d-dejn dejjem jiżdied ta’ PZL Dębica wassal lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali biex jikkunsidra serjament ix-xenarju ta’ falliment fl-aħħar tal-2006. Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa (42)c)) fl-20 ta’ Novembru 2006 l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali informa lill-kumpanija bl-intenzjoni tiegħu li japplika għall-falliment ta’ PZL Dębica. Wara li fit-12 ta’ Diċembru 2006 PZL Dębica ippreżentat informazzjoni lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, dik it-theddida ma twettqitx. Il-Kummissjoni evalwat jekk l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali aġixxiex bħal kreditur privat ipotetiku bejn l-2007 (meta ntemm l-ewwel perjodu ta’ ristrutturar) u l-2012 (meta l-ftehim ta’ differiment ġie konkluż). |
|
(90) |
Il-Kummissjoni l-ewwel evalwat l-informazzjoni li ppreżentat PZL Dębica lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fit-12 ta’ Diċembru 2006. Il-kumpanija ppreżentat analiżi dettaljata tal-qagħda ekonomika u finanzjarja tagħha u dettalji tal-prospetti futuri tagħha. Il-Kummissjoni tinnota li l-punti segwenti ppreżentati mill-kumpanija lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ikunu importanti biex kreditur privat ipotetiku jevalwa l-qagħda tad-debitur u jiddetermina x'azzjoni xierqa jista’ jieħu biex jimmassimizza l-irkupru tad-dejn, u għalhekk ikunu mmonitorjati mill-kreditur:
|
|
(91) |
Il-Kumissjoni tinnota li abbażi tal-informazzjoni dettaljata ppreżentata hawn fuq li tindika l-perkors tat-tkabbir għal PZL Dębica u d-dħul tanġibbli għall-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali, kien raġonevoli li wieħed jassumi li iktar kien se jiġi rkuprat billi l-kumpanija titħalla tkompli bl-operat tagħha milli tiġi mġiegħla tidħol f’likwidazzjoni. Minkejja dan, il-Kummissjoni tinnota li, bħala kwistjoni ta’ prudenza, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ma qabilx mas-sospensjoni tal-proċedimenti tal-infurzar, li skont PZL Dębica kienu qed joħonqu l-proċess ta’ ristrutturar. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali għalhekk aġixxa bħala kreditur privat, li kien jagħżel kors ta’ azzjoni li kien jippermettilu jimmassimizza l-irkupru tad-dejn. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-2008 l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali żamm mat-tieni pjan ta’ ristrutturar u għalhekk iffirma favur id-differiment ta’ parti mid-dejn. Il-kumplament tad-dejn kellu jitħallas bħala riżultat ta’ injezzjoni ta’ fondi mill-Aġenzija għall-Iżvilupp Industrijali li hija tal-Istat. Madankollu, l-obbligu ta’ perjodu sospensiv ġie rispettat u l-miżuri ma ġewx implimentati. Il-Kummissjoni tinnota li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ma bbażax ruħu fuq l-implimentazzjoni tat-tieni pjan ta’ ristrutturar bħala soluzzjoni għad-dejn pendenti, iżda kompla bil-kors ta’ azzjoni li kien qabad fl-2007, kif deskritt hawn fuq. |
|
(93) |
Fl-2007 u 2008 grazzi għall-bejgħ taħt kontroll tal-assi ta’ PZL Dębica, flimkien mal-flejjes imsemmijin fil-premessa (88), l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali rkupra iktar minn PLN 5.4 miljuni (ara Tabella 5). Skont il-Polonja, in-nuqqas ta’ bejgħ tal-assi tal-kumpanija wara l-2008, minkejja l-fatt li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kellu ipoteka fuq tliet proprjetajiet immobbli li kienu jiswew iktar minn PLN 6 miljuni b’kollox, irid jitqies fil-kuntest ekonomiku li fih seħħ il-bejgħ tal-assi ta’ PZL Dębica. Il-Polonja sostniet li l-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fl-iskala ta’ attività kummerċjali fir-reġjun taw kontribut għan-nuqqas ta’ interess fl-assi ta’ PZL Dębica u għamilha diffiċli li dawn jinbiegħu bi prezz ikkunsidrat aċċettabbli mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali. |
|
(94) |
Min-naħa l-oħra, kif innutat hawn fuq, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali żamm is-sekwestru tal-kont ta’ PZL Dębica, li bejn l-2007 u l-2010 ġieblu PLN 475 369 oħra. |
|
(95) |
Tabilħaqq, l-infurzar dejjem għaddej ġieb lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali iktar minn PLN 7 miljuni fil-perjodu li qed jiġi analizzat (ara l-premessa (96)b)); il-fatt li l-irkupru tad-dejn ħa iktar żmien kien indirizzat mir-rata tal-imgħax kompost applikata għad-dejn. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk bejn l-2007 u l-2012 PZL Dębica kinitx onorat l-impenji li ħadet meta f’Jannar 2007 l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ddeċieda li ma jibdiex proċedimenti ta’ insolvenza kontra tagħha. Il-Kummissjoni tinnota li:
|
|
(97) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li r-ritorn ta’ PZL Dębica għall-profittabbiltà fl-2006, il-prospetti tajba għal vjabbiltà fit-terminu twil u t-twettiq kontinwu tal-obbligi finanzjarji kurrenti tagħha sa mill-2006, kif ukoll id-dħul ta’ investitur privat fl-2010, huma fatturi importanti li kreditur privat jikkunsidra biex jiddeċiedi jekk l-azzjoni adottata fl-2007 komplietx tkun l-aħjar triq biex jiġi massimizzat l-irkupru. |
|
(98) |
Il-Polonja ssottomettiet analiżi tal-kriterju tal-kreditur privat immexxi minn konsulent estern f’Ottubru 2011, jiġifieri qabel it-transazzjoni ta’ differiment fl-1 ta’ Marzu 2012. Ir-rapport iqabbel żewġ alternattivi: (i) l-infurzar tal-pretensjonijiet finanzjarji kollha mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali u (ii) jitħallas id-dejn lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali billi jiġi differit l-ammont totali dovut. It-test tal-kriterju jikkonkludi li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali għandu jagħżel id-differiment, li jiggarantixxi l-irkupru tal-ammont kollu tad-dejn, filwaqt li x-xenarju ta’ likwidazzjoni jwassal għall-irkupru ta’ madwar 60 %-70 % tad-dejn. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni analizzat b’mod kritiku dan ir-rapport u l-assunzjonijiet li fih. |
|
(100) |
L-ewwel, il-Kummissjoni tinnota li l-konklużjonijiet tat-test tal-kriterju huma bbażati fuq l-analiżi ta’ (i) il-qagħda ekonomika u finanzjarja attwali ta’ PZL Dębica, (ii) l-assi tal-kumpanija u l-obbligazzjonijiet tagħha kollha, (iii) il-pożizzjoni tal-kumpanija fis-suq, (iv) ir-riżultati tar-ristrutturar u (v) ir-regoli legali u l-prattika applikabbli għall-proċediment ta’ insolvenza fil-Polonja. |
|
(101) |
Fix-xenarju ta’ likwidazzjoni, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali kien ikun jista’ jirkupra biss madwar 60 % sa 70 % tad-dejn fi 3 jew 4 snin (26). It-tnaqqis fl-ammont li huwa possibbli li jiġi rkuprat jirriżulta l-aktar mill-kosti għoljin tal-likwidazzjoni u l-valur ta’ likwidazzjoni baxx fuq l-assi tal-kumpanija. Rigward il-valur ta’ likwidazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li fix-xenarju ta’ falliment il-valur ta’ dawn l-assi f’bejgħ b’għaġla jonqos b’madwar 50 % minħabba l-fatt li dawn jinbiegħu separatament u ma jintużawx bħala negozju avvjat. It-tnaqqis fid-domanda għal assi industrijali fil-kuntest ta’ kriżi fl-ekonomija reali għandu wkoll impatt fuq iċ-ċifra, iżda din xorta waħda tibqa’ ogħla mid-dħul medju għall-bejgħ tal-assi f’falliment fil-Polonja, li huwa ta’ 26.86 % tal-valur ġust tagħhom |
|
(102) |
Fix-xenarju tad-differiment deskritt fil-premessa (44), ir-rapport jikkunsidra l-elementi li ġejjin bħala importanti mill-perspettiva ta’ kreditur privat li qed iffitex li jimmassimizza l-irkupru tal-ammonti dovuti lilu:
|
|
(103) |
Il-Kummissjoni ma tistax taqbel li tikkunsidra l-aħħar element minħabba li pagamenti obbligatorji futuri ma jistgħux jitqabblu mad-dħul li kumpanija privata tista’ tistenna minn attività ekonomika. Tabilħaqq, il-ġbir ta’ pagamenti soċjali obbligatorji mhuwiex attività ekonomika. |
|
(104) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ftehim li ġie ffirmat jipprevedi għall-irkupru tal-ammont sħiħ li jimmatura fl-1 ta’ Marzu 2012 jiġifieri PLN [7 000 000 – 13 000 000], li jikkonsisti f’dejn ta’ PLN [3 500 000 – 6 500 000] u interessi ta’ PLN [3 500 000 – 6 500 000]. Fuq dak l-ammont ġiet miżjuda tariffa ta’ differiment ta’ PLN [1 000 000 – 1 700 000]. Id-dejn irid jitħallas f’96 rata mensili. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali żamm rahan fuq l-assi ta’ PZL Dębica għall-ammont ta’ PLN 6 243 002,55, li l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali għandu l-ħsieb ibiegħ permezz ta’ proċedura ta’ kontroll simili għall-każ tal-assi preċedenti. Kwalunkwe dħul mill-bejgħ ta’ dawn l-assi jintuża biex inaqqas id-dejn ta’ PZL Dębica dovut lill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rapport ma jqabbilx il-valuri preżenti tal-flussi ta’ dħul bejn l-Alternattiva 1 u l-Alternattiva 2, li b’hekk il-kreditur privat ikun jista’ jiddetermina liema miż-żewġ alternattivi hija iktar ta’ benefiċċju. Il-Kummissjoni kkalkulat dawn il-valuri preżenti għal diversi rati ta’ skont, bl-użu ta’ suppożizzjonijiet konservattivi, jiġifieri tliet snin fil-każ tal-likwidazzjoni tal-kumpanija u tmien snin fil-każ ta’ differiment. Qligħ futur mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali li joriġina minn pagamenti kurrenti ma ġiex inkluż fil-kalkolu tal-Kummissjoni. Għar-rati kollha ta’ skont sinifikattivi investitur privat imur aħjar bix-xenarju ta’ differiment milli fil-każ ta’ likwidazzjoni. |
|
(107) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota wkoll li sa Novembru 2012 PZL Dębica kienet ħallset fil-ħin id-disa’ rati previsti mid-differiment. |
|
(108) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tikkunsidra li meta f’Marzu 2012 l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali qabel mad-differiment, huwa kien qed jaġixxi bħal kreditur privat li jfittex li jikseb il-ħlas ta’ somom ta’ flus dovuti lilu minn debitur f’diffikultajiet finanzjarji. Għalhekk, il-kreditur pubbliku ma kkonferixxiex vantaġġ lil PZL Dębica. Għaldaqstant, il-pagament tad-dejn pendenti fuq il-bażi tad-differiment stipulat fil-ftehim iffirmat bejn il-kumpanija u l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali f’Marzu 2012 ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
VI. KONKLUŻJONI
|
(109) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-miżuri ta’ għajnuna msemmija fil-premessa (52) bħala li ġew irtirati. Għaldaqstant, b’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni f’dawn il-miżuri trid tingħalaq. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-miżuri ta’ għajnuna msemmija fil-premessa (56) bħala li ngħataw qabel ma l-Polonja daħlet fl-UE u mhux applikabbli wara dik id-data. Dawn jistgħu ma jiġux investigati mill-Kummissjoni taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108 tat-Trattat jew taħt il-mekkaniżmu interim. |
|
(111) |
Rigward il-miżuri msemmija fil-premessa (59), il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe għajnuna li saret disponibbli kontra l-liġi se tiġi kkunsidrata rkuprata skont l-avviż ta’ rkupru. |
|
(112) |
Il-miżuri ta’ għajnuna msemmija fil-Tabella 7 jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 69/2001 u li ma jaqbżux il-limitu stipulat minn dak ir-Regolament. |
|
(113) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura msemmija fil-premessi (76) sa (108) ma tikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat istitwita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 C 49/08 (ex N 402/08) rigward għajnuna mill-Istat — L-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil PZL Dębica hija kkunsidrata magħluqa rigward il-miżuri segwenti għal PZL Dębica:
|
a) |
żewġ miżuri li jammontaw għal PLN 4 965 800 u PLN 5 534 200, li l-Polonja nnotifikat fit-13 ta’ Awwissu 2008 u rtirat fl-10 ta’ Ottubru 2011 b’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Proċedurali; |
|
b) |
miżura li tammonta għal PLN 914 522,15 li fir-rigward tagħha l-Eżattorija ħarġet deċiżjoni fl-20 ta’ Ottubru 2003, abbażi tal-fatt li din ingħatat lill-Polonja qabel ma daħlet fl-UE u mhix applikabbli wara dik id-data; |
|
c) |
miżura b’valur nominali ta’ PLN 61 104,97, flimkien ma’ mgħax li jammonta għal PLN 103 566,29, imħallsa fl-14 ta’ Awwissu 2012, li tikkostitwixxi għajnuna kontra l-liġi skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. L-għajnuna ġiet irkuprata fl-14 ta’ Awwissu 2012 mill-Polonja b’konformità mal-avviż ta’ rkupru (27); |
|
d) |
il-ħames miżuri għal PZL Dębica elenkati fit-Tabella 7, għar-raġuni li dawn kienu għajnuna de minimis skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 69.2001; |
|
e) |
id-differiment ta’ PLN [7 000 000 – 13 000 000] mogħti lil PZL Dębica abbażi tal-ftehim tal-1 ta’ Marzu 2012 mal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali dwar id-differiment, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, għar-raġuni li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(3) Il-previżjoni ta’ Awwissu 2012 għas-sena 2012 globalment ibbażata fuq dejta għal Q1 u Q2 tal-2012.
(4) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(5) ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.
(6) Għal dan id-dejn akkumulat fl-2001-2, l-imgħax kien ivarja bejn l-14 % u l-31 % fil-perjodu ta’ differiment 2001-4. Ara t-Tabella 3. Il-Polonja kkoreġiet l-ammont tad-dejn indikat fid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura minn PLN 1 164 900 għal PLN 1 116 788,60.
(7) Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 155, punt 1287, kif emendat.
(8) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 17/05 (ex N 194/05 and PL 34/04) mogħtija mill-Polonja lil Stocznia Gdynia (ĠU L 33, 4.2.2010, p. 1).
(9) Sentenza tal-Qorti Amministrattiva Suprema tat-22 ta’ Frar 2005 fil-kawża I FSK 630/05 u s-sentenza tal-Qorti Suprema tat-12 ta’ Marzu 2007 fil-kawża I UK 288/06.
(10) ĠU L 10, 28.12.2006, p. 30.
(11) Regolament tal-Kabinett tal-11 ta’ Awwissu 2004 dwar il-metopdu speċifiku għall-kalkolu tal-valur tal-għajnuna mill-Istat mogħtija f’diversi formom (Ġurnal tal-Liġijiet Nru 194, punt 1983).
(12) ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.
(13) Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 137, punt 926, kif emendat.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(14) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(15) Għar-rata ta’ rkupru applikabbli ara: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html
(16) ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4.
(17) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.; ara b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11.
(18) Ara n-nota 14 ta’ qiegħ il-paġna.
(19) ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.
(20) Għall-finijiet ta’ konverżjoni l-Kummissjoni użat ir-rati medji tal-kambju tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja fid-data tad-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna. Ara http://www.nbp.pl/home.aspx?c=/ascx/archa.ascx
(21) Kawża C¬256/97 DMT [1999] Ġabra I-3913, paragrafu 30; Kawża T-36/99 Lenzing v Commission [2004] Ġabra II-3597, paragrafu 137.
(22) Cf. C-342/96 Tubacex [1999] Ġabra I-2459, paragrafu 46, C-256/97 DMT [1999] Ġabra I-3913, paragrafu 21, C-480/98 Magefesa [2000] Ġabra I-8717, T-152/99 HAMSA [2002] Ġabra II-3049, paragrafu 167.
(23) Kawża C-124/10 Électricité de France v Commission, Sentenza tal-5.7.2012, għadha mhix pubblikata, paragrafu 78 li jiċċita (ara, għal dan, Kawża C-303/88 L-Italja v Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1433, paragrafu 20; Kawża C-482/99 Franzae v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-4397, paragrafi 68 to 70; u Comitato ‘Venezia vuole vivere’ u Oħrajn v Il-Kummissjoni, għadha mhix pubblikata, paragrafu 91 u l-każistika ċitata).
(24) Kawża C-124/10 Électricité de France v Il-Kummissjoni, Sentenza tal-5.7.2012, għadha mhix pubblikata.
(25) Kawża C-256/97 DM Transports [1999] Ġabra I-3913, paragrafu 30.
(26) Abbażi tad-dejta fuq it-tul tal-proċediment tal-insolvenza pprovduta mill-Uffiċċju Suprem tal-Verifika.
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE, 2009/607/KE, 2009/894/KE, 2009/967/KE, 2010/18/KE u 2011/331/UE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti
(notifikata bid-dokument C(2013) 3550)
(2013/295/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-istima u l-verifikazzjoni relatati mal-għoti ta’ ekotikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija (2) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti u r-rekwiżiti ta’ stima u verifikazzjoni relatati għall-għoti ta’ ekotikketta tal-Komunità għall-midja tat-tkabbir (3) tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tal-12 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (4) tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2013. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra (5) tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE tat-13 ta’ Awwissu 2008 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa (6) tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (7) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ post ta’ kampeġġ (8) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (9) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (10) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lis-servizz ta’ akkomodazzjoni turistika (11) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lis-saqqijiet tas-sodda (12) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta’ Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-kisi iebes (13) tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2013. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam (14) tiskadi fl-1 ta’ Diċembru 2013. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-kisi tessili tal-art (15) tiskadi fl-1 ta’ Diċembru 2013. |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (16) tiskadi fis-27 ta’ Novembru 2013. |
|
(16) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE tas-6 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal sorsi tad-dawl (17) tiskadi fis-6 ta’ Ġunju 2013. |
|
(17) |
Twettqet valutazzjoni biex tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet. Minħabba l-istadji differenti tal-proċess tar-reviżjoni għal dawk id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li jittawlu l-perjodi ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati li huma stabbilixxew. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/567/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE u 2009/598/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjoni 2009/300/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Ottubru 2014. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/894/KE u 2011/331/UE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/563/KE u 2009/568/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Ġunju 2015. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/564/KE u 2009/578/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Novembru 2015. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjonijiet 2009/967/KE u 2010/18/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2015, filwaqt li l-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stipulati fid-Deċiżjoni 2009/607/KE għandu jittawwal sat-30 ta’ Novembru 2017. |
|
(18) |
Id-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE, 2009/607/KE, 2009/894/KE, 2009/967/KE, 2010/18/KE u 2011/331/UE għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(19) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/799/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 6
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”
Artikolu 2
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2007/64/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “midja tat-tkabbir” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”
Artikolu 3
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Ottubru 2014.”
Artikolu 4
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/543/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “żebgħa u l-verniċ ta’ barra”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”
Artikolu 5
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/544/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “żebgħa u l-verniċ ta’ ġewwa”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”
Artikolu 6
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/563/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “xedd tas-saqajn”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2015.”
Artikolu 7
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/564/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ post ta’ kampeġġ”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Novembru 2015.”
Artikolu 8
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/567/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tessili”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”
Artikolu 9
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/568/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “karta assorbenti”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2015.”
Artikolu 10
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/578/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “servizz ta’ akkomodazzjoni turistika”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Novembru 2015.”
Artikolu 11
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/598/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “saqqijiet tas-sodod”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2014.”
Artikolu 12
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/607/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi iebes”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta’ Novembru 2017.”
Artikolu 13
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/894/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “għamara tal-injam”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”
Artikolu 14
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/967/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi tessili tal-art”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2015.”
Artikolu 15
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2010/18/KE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2015.”
Artikolu 16
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/331/UE jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “sorsi tad-dawl”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2014.”
Artikolu 17
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 325, 24.11.2006, p. 28.
(3) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 137.
(5) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 27.
(6) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 39.
(7) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27.
(8) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36.
(9) ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70.
(10) ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87.
(11) ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57.
(12) ĠU L 203, 5.8.2009, p. 65.
(13) ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21.
(14) ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23.
(15) ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1.
|
19.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.