|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.164.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 550/2013
tal-11 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona Kattegat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tas-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi mqiegħed f’post ieħor, ttrasbordat, jew żbarkat ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
04/TQ39 |
|
Stat Membru |
L-Isvezja |
|
Stokk |
COD/03AS. |
|
Speċi |
Merluzz (Gadus morhua) |
|
Żona |
Kattegat |
|
Data |
27.5.2013 |
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 551/2013
tal-11 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja għas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew huma rreġistritati fiha eżawrew il-kwota ta’ nofs il-perjodu allokata lilhom għall-perjodu qabel l-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta’ Ġunju 2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-perjodu qabel l-1 ta’ Lulju 2013 allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness sat-30 ta’ Ġunju 2013 inkluża. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi mqiegħed f’post ieħor, ittrasbordat jew żbarkat ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti bejn dawk id-dati.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
03/TQ40 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru) |
|
Stokk |
RED/N3M |
|
Speċi |
Redfish (Sebastes spp) |
|
Żona |
NAFO 3M |
|
Data tal-Għeluq |
3.5.2013 sat-30.6.2013 |
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 552/2013
tat-12 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tat-20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
05/DSS |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk |
ALF/3X14- |
|
Speċi |
Alfonsinos (Beryx spp.) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
|
Data |
1.6.2013 |
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 553/2013
tat-13 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali tal-V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Partikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
06/TQ40 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk |
USK/567EI. |
|
Speċi |
Tusk (Brosme brosme) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tal-V, VI u VII |
|
Data |
1.6.2013 |
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 554/2013
tat-13 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fil-VIIb-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tas-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. Patikolarment, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNESS
|
Nru |
07/TQ39 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk |
HAD/7X7A34 |
|
Speċi |
Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) |
|
Żona |
VIIb-k, VIII, IX u X; Ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 |
|
Data |
1.6.2013 |
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 555/2013
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bożnja u Ħerzegovina
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(3) u l-Artikolu 42(2)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn kontrolli veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (2) jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal regoli tas-saħħa fir-rigward ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-ħtieġa li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jinżamm l-aċċess għall-port Kroat ta’ Ploče. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (3) li tfassal lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati u tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni, u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji tas-sistema TRACES. Peress li l-arranġamenti għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali inkwistjoni li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi jista’ jsir b’mod effettiv biss billi jkun hemm aċċess mill-postijiet ta’ spezzjoni, fil-fruntiera Kroata, ta’ Nova Sela u Ploče, huwa meħtieġ li dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hekk kif il-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tagħhom jiġu ssodisfati. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 għandu jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:
“Artikolu 29a
Rekwiżiti speċifiċi għat-tranżitu, fil-Kroazja, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. It-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom li jkunu ġejjin mill-Bożnja u Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, bit-triq, direttament bejn il-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Ploče, għandu jiġi awtorizzat jekk ikunu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:
|
(a) |
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(b) |
id-dokumenti li jakkompanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati ‘GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS’ fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(c) |
ikunu hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ dħul. |
2. Il-ħatt jew ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni m’għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi għad-Deċiżjoni 2009/821/KE li jdaħħlu l-ismijiet ta’ Nova Sela u Ploče fl-Anness I tagħha.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 556/2013
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010 u (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikolari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (4) li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (5) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti tat-tjur, laħam frisk, ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib u ċerti prodotti komposti li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-ħtieġa li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jinżamm l-aċċess għall-port Kroat ta’ Ploče. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (6) li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni, u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces. Peress li l-arranġamenti għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010 u (UE) Nru 28/2012 li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi jistgħu jsiru b’mod effettiv biss billi jkun hemm aċċess mill-postijiet ta’ spezzjoni, fil-fruntiera Kroata, ta’ Nova Sela u Ploče, huwa meħtieġ li dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hekk kif ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tagħhom. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 798/2008
Fir-Regolament (KE) Nru 798/2008, jiżdied l-Artikolu 18a li ġej:
“Artikolu 18a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 4(4), it-tranżitu dirett bit-triq għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji ta’ laħam, ikkapuljat u laħam tat-tjur separat bil-magni inkluż l-għasafar li ma jtirux u l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bla patoġeni li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi, fejn ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(b) |
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja, kif previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kelmiet ‘GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERZI, BISS’ fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (*1) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul. |
2. Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 206/2010
Fir-Regolament (UE) Nru 206/2010, jiżdied l-Artikolu 17a li ġej:
“Artikolu 17a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 16, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(b) |
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul. |
2. Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Unjoni ma għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”
Artikolu 3
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 605/2010
Fir-Regolament (UE) Nru 605/2010, jiżdied l-Artikolu 7a li ġej:
“Artikolu 7a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 6, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(b) |
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul. |
2. Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Unjoni ma għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”
Artikolu 4
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 28/2012
Fir-Regolament (UE) Nru 28/2012, jiżdied l-Artikolu 5a li ġej:
“Artikolu 5a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 4, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji ta’ prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 3 li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(b) |
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul. |
2. Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.”
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi tad-Deċiżjoni 2009/821/KE li jdaħħlu l-entrati ta’ Nova Sela u Ploče fl-Anness I tagħha.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2013
tas-17 ta’ Ġunju 2013
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 jistabbilixxi qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea, inkluż id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ u l-aċċess għal data kunfidenzjali. |
|
(2) |
Il-benefiċċji ta’ data miġbura għall-għanijiet tal-istatistika Ewropea għandhom ikunu massimizzati, inter alia billi jittejjeb l-aċċess għal data kunfidenzjali mir-riċerkaturi għal skopijiet xjentifiċi. |
|
(3) |
Ħafna mistoqsijiet imqajma fl-oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali u politiċi jistgħu jitwieġbu b’mod adegwat biss fuq il-bażi ta’ data dettaljata u rilevanti u li tippermetti analiżi fil-fond. Il-kwalità u l-puntwalità tat-tagħrif dettaljat disponibbli għar-riċerka saru, f’dan il-kuntest, komponenti importanti tal-għarfien ibbażat fuq ix-xjenza u tal-governanza tas-soċjetà. |
|
(4) |
Il-komunità tar-riċerka għandha, għalhekk, tgawdi minn aċċess usa’ għal data kunfidenzjali li tintuża għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-Istatistika Ewropea, għall-analiżi fl-interess tal-progress xjentifiku, mingħajr ma jiġi kompromess il-livell għoli ta’ ħarsien li teħtieġ data statistika kunfidenzjali. |
|
(5) |
Korpi bl-għan li jippromwovu u jipprovdu aċċess għad-data fl-interess tar-riċerka xjentifika f’oqsma soċjalment u politikament rilevanti jistgħu jikkontribwixxu għall-proċess ta’ rilaxx ta’ data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi, u b’hekk titjieb l-aċċessibbiltà tad-data kunfidenzjali. |
|
(6) |
L-approċċ ta’ ġestjoni tar-riskju għandu jkun l-aktar mudell effiċjenti bil-għan li tinkiseb firxa usa’ ta’ data kunfidenzjali disponibbli għal skopijiet xjentifiċi filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta’ dawk li wieġbu u tal-unitajiet statistiċi. |
|
(7) |
Il-protezzjoni fiżika u loġika tad-data kunfidenzjali għandha tkun żgurata permezz ta’ miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi. Dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu daqshekk eċċessivi li jillimitaw l-utilità tad-dejta għall-iskop ta’ riċerka xjentifika. |
|
(8) |
Għal dan il-għan, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu u jissanzjonaw kull ksur tal-kunfidenzjalità tal-istatistika. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament jiżgura, b’mod partikulari, rispett sħiħ għad-dritt għal ħajja privata u tal-familja għall-protezzjoni ta’ data personali (l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea). |
|
(10) |
Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2), u għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3). |
|
(11) |
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (5). |
|
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta’ użu ta’ data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (6) għandu jiġi rrevokat. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika (il-Kumitat ESS), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom jista’ jingħata l-aċċess għad-data kunfidenzjali trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) għall-finjiet tal-analiżi statistika għal raġunijiet xjentifiċi, u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika sabiex jiġi ffaċilitat tali aċċess.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi” tfisser data li tippermetti biss l-identifikazzjoni indiretta tal-unitajiet tal-istatistika, li jieħdu l-forma jew ta’ fajls b’użu sikur jew fajls b’użu xjentifiku; |
|
(2) |
“fajls b’użu sikur” tfisser data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi li għalihom l-ebda metodi oħra ta’ kontroll ta’ żvelar statistiku ma’ ġew applikati; |
|
(3) |
“fajls b’użu xjentifiku” tfisser data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi li għalihom ġew applikati metodi ta’ kontroll ta’ żvelar statistiku sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ identifikazzjoni tal-unità statistika għal livell xieraq skont l-aħjar prattika attwali; |
|
(4) |
“metodi ta’ kontroll tal-iżvelar tal-istatistika” tfisser metodi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żvelar ta’ tagħrif dwar l-unitajiet ta’ statistika, normalment bir-restrizzjoni jew bil-modifika tal-ammont tad-data rrilaxxata; |
|
(5) |
“faċilitajiet ta’ aċċess” tfisser l-ambjent fiżiku jew virtwali u l-qafas organizzattiv tiegħu fejn jingħata l-aċċess għal data kunfidenzjali għal finijiet xjentifiċi; |
|
(6) |
“awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika” tfisser l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra f’kull Stat Membru responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea kif maħtura skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali
Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tagħti aċċess għal data kunfidenzjali għal raġunijiet xjentifiċi miżmuma minnha għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-Istatistika Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, bil-kundizzjoni li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-aċċess jintalab minn xi entità tar-riċerka rikonoxxuta; |
|
(b) |
tkun ġiet ippreżentata proposta ta’ riċerka xierqa; |
|
(c) |
tkun ġiet indikata it-tip ta’ rikjesta għal data kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi; |
|
(d) |
l-aċċess ikun ipprovdut jew mill-Kummissjoni (Eurostat) jew minn faċilità oħra ta’ aċċess akkreditata mill-Kummissjoni (Eurostat); |
|
(e) |
tkun tat l-approvazzjoni tagħha l-awtorità nazzjonali tal-istatistika li pprovdiet id-data rilevanti. |
Artikolu 4
Entitajiet ta’ riċerka
1. Ir-rikonoxximent tal-entitajiet ta’ riċerka għandu jkun ibbażat fuq kriterji li jirreferu għal:
|
(a) |
l-għan tal-entità; il-valutazzjoni tal-għan tal-entità għandha titwettaq fuq il-bażi tal-istatut, il-missjoni jew id-dikjarazzjoni tal-iskop tagħha; l-għan tal-entità għandha tinkludi referenza għar-riċerka; |
|
(b) |
ir-rekord jew reputazzjoni stabbilita tal-entità bħala korp li jipproduċi riċerka ta’ kwalità u jagħmilha disponibbli għall-pubbliku; l-esperjenza tal-entità fit-twettiq ta’ proġetti ta’ riċerka għandha tkun evalwata fuq il-bażi ta’, inter alia, listi ta’ pubblikazzjonijiet u proġetti ta’ riċerka disponibbli fejn kienet involuta l-entità; |
|
(c) |
l-arranġamenti interni organizzattivi għar-riċerka; l-entità tar-riċerka għandha tkun organizzazzjoni separata b’personalità legali, immirata fuq ir-riċerka jew b’dipartiment tar-riċerka fi ħdan l-organizzazzjoni; l-entità tar-riċerka għandha tkun indipendenti, awtonoma fil-formulazzjoni ta’ konklużjonijiet xjentifiċi u sseparata mill-oqsma ta’ politika tal-korp li tappertjeni għalih; |
|
(d) |
is-salvagwardji jkunu fis-seħħ biex jiżguraw is-sigurtà tad-data; l-entità tar-riċerka teknika u infrastrutturali għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ infrastruttura biex wieħed jiżgura s-sigurtà tad-data. |
2. Għandu jiġi ffirmat impenn ta’ kunfidenzjalità għar-riċerkaturi kollha tal-entità li se jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-aċċess, l-obbligi tar-riċerkaturi, il-miżuri għar-rispett tal-kunfidenzjalità tad-data statistika u s-sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur ta’ dawn l-obbligi minn rappreżentant maħtur kif jixraq tal-entità tar-riċerka.
3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, f’koperazzjoni mal-Kumitat tal-ESS, tistabbilixxi linji gwida għall-valutazzjoni tal-entitajiet ta’ riċerka, inkluż l-impenn ta’ kunfidenzjalità msemmi fl-Artikolu 4 (2). Fejn ikun ġustifikat kif jixraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-linji gwida, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tal-ESS.
4. Rapporti dwar il-valutazzjonijiet tal-entitajiet ta’ riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.
5. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha żżomm u tippubblika fuq il-websajt tagħha lista aġġornata ta’ entitajiet ta’ riċerka rikonoxxuti.
6. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha twettaq valutazzjonijiet mill-ġdid b’mod regolari tal-entitajiet tar-riċerka inklużi fil-lista.
Artikolu 5
Proposta għar-riċerka
1. Il-proposta għar-riċerka għandha tindika b’dettall suffiċjenti:
|
(a) |
l-għan leġittimu tar-riċerka; |
|
(b) |
l-ispjegazzjoni għaliex dan l-għan ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat billi tintuża data mhux kunfidenzjali; |
|
(c) |
l-entità li qed titlob l-aċċess; |
|
(d) |
ir-riċerkaturi individwali li se jkollhom aċċess għad-dejta; |
|
(e) |
il-faċilitajiet għall-aċċess li jkunu se jintużaw; |
|
(f) |
is-settijiet ta’ data li se jiġu aċċessati, il-metodi biex jiġu analizzati u |
|
(g) |
r-riżultati mistennija mir-riċerka li tkun se tiġi ppubblikata jew imxerrda b’mod ieħor. |
2. Il-proposta għar-riċerka għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet individwali ta’ kunfidenzjalità iffirmati mir-riċerkaturi li se jkollhom aċċess għad-data.
3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’koperazzjoni mal-Kumitat tal-ESS, tistabbilixxi linji gwida għall-valutazzjoni tal-proposti tal-entitajiet tar-riċerka. Fejn ikun ġustifikat kif jixraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-linji gwida, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tal-ESS.
4. Rapporti dwar il-valutazzjonijiet tal-proposti ta’ riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li ttrażmettew id-data kunfidenzjali kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat).
Artikolu 6
Pożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika
1. L-approvazzjoni tal-awtorità nazzjonali tal-istatistika li ttrażmettiet id-data kunfidenzjali kkonċernata għandha tintalab għal kull proposta ta’ riċerka qabel ma jingħata l-aċċess. L-awtorità nazzjonali tal-istatistika għandha tissottometti l-pożizzjoni tagħha lill-Eurostat fi żmien erba’ ġimgħat mid-data li l-awtorità nazzjonali tal-istatistika tkun irċeviet ir-rapport rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-proposta tar-riċerka.
2. L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li ttrażmettew id-data kunfidenzjali kkonċernata u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom, kull fejn hu possibbli, jaqblu dwar is-simplifikazzjoni tal-proċedura tal-konsultazzjoni u t-titjib tal-puntwalità ta’ din il-proċedura.
Artikolu 7
Data kunfidenzjali għal għanijiet speċifiċi
1. Jista’ jingħata aċċess għal fajls b’użu sikur sakemm ir-riżultati tar-riċerka ma jkunux rilaxxati mingħajr iċċekkjar minn qabel biex jiġi żgurat li mhux qed jiżvelaw data kunfidenzjali. Jista’ jingħata aċċess għal fajls b’użu sikur biss fi ħdan il-faċilitajiet ta’ aċċess tal-Kummissjoni (Eurostat) jew faċilitajiet oħra ta’ aċċess akkreditati mill-Kummissjoni (Eurostat) biex jipprovdu aċċess għal fajls b’użu sikur.
2. Jista’ jingħata aċċess għal fajls b’użu xjentifiku sakemm ikunu fis-seħħ is-salvagwardji xierqa fl-entità ta’ riċerka li qed titlob aċċess. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika informazzjoni dwar is-salvagwardji meħtieġa.
3. F’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tħejji settijiet ta’ data għall-użu fir-riċerka li jimmiraw it-tipi differenti ta’ data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi. Meta jħejju sett tad-dejta għall-użu fir-riċerka, il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom iqisu r-riskju u l-impatt ta’ żvelar illegali ta’ data kunfidenzjali.
Artikolu 8
Faċilitajiet ta’ aċċess
1. Jista’ jingħata aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi permezz ta’ faċilitajiet ta’ aċċess akkreditati mill-Kummissjoni (Eurostat).
2. Il-faċilità ta’ aċċess għandha tinsab fi ħdan l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. B’eċċezzjoni, il-faċilitajiet ta’ aċċess jistgħu jitqiegħdu barra mill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, soġġetti għall-approvazzjoni espliċita minn qabel tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali li pprovdew id-data kkonċernata.
3. Il-faċilitajiet ta’ aċċess ta’ akkreditament għandhom ikunu ibbażati fuq kriterji li jirreferu għall-iskop tal-faċilità tal-aċċess, l-istruttura organizzattiva tagħha u l-istandards tas-sikurezza tad-data u tal-ġestjoni tad-data.
4. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’kooperazzjoni mal-Kumitat tal-ESS, tistabbilixxi linji gwida għall-valutazzjoni tal-faċilitajiet ta’ aċċess. Fejn ikun ġustifikat kif jixraq, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġġorna l-linji gwida, skont l-arranġamenti proċedurali approvati mill-Kumitat tal-ESS.
5. Rapporti dwar il-valutazzjonijiet tal-entitajiet ta’ riċerka għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. Ir-rapporti għandhom jinkludu rakkomandazzjoni dwar it-tip ta’ data kunfidenzjali li l-aċċess għaliha jista’ jiġi pprovdut permezz tal-faċilità ta’ aċċess. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkonsulta l-Kumitat tal-ESS qabel ma tiddeċiedi dwar l-akkreditazzjoni ta’ faċilità ta’ aċċess.
6. Għandu jiġi iffirmat kuntratt bejn rappreżentant maħtur b’mod xieraq tal-faċilità ta’ aċċess jew tal-organizzazzjoni li tospita l-faċilità ta’ aċċess u l-Kummissjoni (Eurostat) li jiddetermina l-obbligi tal-faċilità ta’ aċċess fir-rigward tal-protezzjoni tad-data kunfidenzjali u l-miżuri ta’ organizzazzjoni. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun informata b’mod regolari dwar l-attivitajiet imwettqa mill-faċilitajiet ta’ aċċess.
7. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha żżomm u tippubblika fuq il-websajt tagħha lista ta’ faċilitajiet ta’ aċċess akkreditati.
Artikolu 9
Kwistjonijiet ta’ organizzazzjoni
1. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tinforma b’mod regolari lill-Kumitat tal-ESS dwar il-miżuri amministrattivi, tekniċi u organizzattivi meħuda biex jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika ta’ data kunfidenzjali u biex tissorvelja u timpedixxi r-riskju ta’ żvelar illegali jew kwalunkwe użu lil hinn mill-finijiet li għalihom l-aċċess ġie mogħti.
2. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha:
|
(a) |
linji gwida għall-valutazzjoni tal-entitajiet tar-riċerka, proposti ta’ riċerka u faċilitajiet ta’ aċċess; |
|
(b) |
il-lista tal-entitajiet ta’ riċerka rikonoxxuti; |
|
(c) |
il-lista tal-faċilitajiet ta’ aċċess akkreditati; |
|
(d) |
il-lista ta’ settijiet ta’ data għall-użu fir-riċerka mad-dokumentazzjoni rilevanti u l-metodi ta’ aċċess disponibbli. |
Artikolu 10
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 831/2002 huwa rrevokat.
Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(4) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 558/2013
tas-17 ta’ Ġunju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
49,2 |
|
TR |
57,0 |
|
|
ZZ |
53,1 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
27,2 |
|
TR |
142,5 |
|
|
ZZ |
84,9 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
138,4 |
|
ZZ |
138,4 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
93,4 |
|
TR |
102,5 |
|
|
ZA |
84,7 |
|
|
ZZ |
93,5 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
159,9 |
|
BR |
113,2 |
|
|
CL |
133,4 |
|
|
CN |
95,9 |
|
|
NZ |
138,6 |
|
|
US |
145,5 |
|
|
ZA |
88,2 |
|
|
ZZ |
125,0 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
342,4 |
|
TR |
216,8 |
|
|
ZZ |
279,6 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
411,1 |
|
US |
660,1 |
|
|
ZZ |
535,6 |
|
|
0809 30 |
IL |
214,0 |
|
MA |
207,9 |
|
|
TR |
174,9 |
|
|
ZZ |
198,9 |
|
|
0809 40 05 |
CL |
151,0 |
|
IL |
308,9 |
|
|
ZA |
104,7 |
|
|
ZZ |
188,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces minħabba l-Adeżjoni tal-Kroazja
(notifikata bid-dokument C(2013) 3474)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/290/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (1), tistabbilixxi fl-Anness I tagħha l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE (2) u 97/78/KE (3), u fl-Anness II tagħha l-lista ta’ unitajiet ċentrali, unitajiet reġjonali u unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/821/KE, adottata mill-Kummissjoni, tibqa’ valida wara l-1 ta’ Lulju 2013 u għalhekk teħtieġ li tiġi adattata għall-adeżjoni tal-Kroazja. L-adattamenti meħtieġa mhumiex stipulati fl-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja (4) u għalhekk jeħtieġu li jiġu adottati qabel l-adeżjoni ma’ din id-Deċiżjoni sabiex ikunu applikabbli mid-data tal-adeżjoni. |
|
(3) |
Il-proċess ta’ tkabbir se jirriżulta f’modifikazzjoni sinifikanti tal-fruntiera fuq l-art tal-Unjoni l-ġdida ma’ pajjiżi terzi ġirien, bl-estensjoni tal-fruntiera kostali sabiex tinkludi aktar kosta tal-baħar Mediterran, u biż-żieda ta’ ajruport internazzjonali. |
|
(4) |
Il-lokazzjonijiet proposti mressqa bħala postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ma’ pajjiżi terzi fil-Kroazja kienu s-suġġett ta’ verifiki permezz tas-servizz ta’ verifika tal-Kummissjoni (li qabel kien magħruf bħala s-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni), l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO). Huwa meqjus li dawn il-lokazzjonijiet se jitlestew skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni sal-adeżjoni. Għalhekk il-lokazzjonijiet proposti fil-Kroazja għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati fl-Istati Membri stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(5) |
Fl-istess ħin bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja, ċerti Stati Membri, partikolarment l-Ungerija u s-Slovenja mhux se jibqa’ jkollhom fruntieri ma’ pajjiżi terzi. Riżultat ta’ dan ċerti postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fuq l-art f’dawn l-Istati Membri se jsiru mingħajr użu. Għalhekk il-lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’dawn iż-żewġ Stati Membri stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Barra minn hekk, il-proċess ta’ tkabbir se jirriżulta f’żieda ta’ unitajiet veterinarji lokali fil-Kroazja għall-użu ta’ Traces. Għalhekk dawn l-unitajiet veterinarji lokali għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ unitajiet lokali tal-Istati Membri fi Traces, stipulata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(7) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni (KE) Nru 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-emendi stipulati f’dan l-Anness għandhom jidħlu fis-seħħ soġġetti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat innifsu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II fil-parti wara Franza, għandha tiżdied din il-parti għall-Kroazja: “ Страна: ХЪРВАТИЯ — Šalis: KROATIJA — Země: CHORVATSKO — Ország: HORVÁTORSZÁG — Land: KROATIË — Pajjiż: KROAZJA — Land: KROATIEN — Land: KROATIEN — Riik: HORVAATIA — Kraj: CHORWACJA — Χώρα: ΚΡΟΑΤΙΑ — País: CROACIA — Country: CROATIA — Țara: CROAȚIA — País: CROÁCIA — Krajina: CHORVÁTSKO — Pays: CROATIE — Zemlja: HRVATSKA — Država: HRVAŠKA — Paese: CROAZIA — Maa: KROATIA — Valsts: HORVĀTIJA — Land: KROATIEN ЛОКАЛНА ЕДИНИЦА - VIETINIAI VIENETAI - MÍSTNÍ JEDNOTKA - HELYI EGYSÉGEK - LOKALE ENHEDER - UNITA’ LOKALI - ÖRTLICHE EINHEITEN - LOKALE EENHEDEN - KOHALIK ASUTUS - JEDNOSTKA LOKALNA - ΤΟΠΙΚΕΣ ΜΟΝΑΔΕΣ - UNIDADES LOCAIS - LOCAL UNITS - UNITĂȚI LOCALE - UNIDADES LOCALES - MIESTNA JEDNOTKA - UNITÉS LOCALES - LOKALNE JEDINICE - OBMOĆNA ENOTA - UNITÀ LOCALI - PAIKALLISET YKSIKÖT - LOKĀLĀ VIENĪBA - LOKALA ENHETER
|
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/25 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta’ Lulju 2013
(notifikata bid-dokument C(2013) 3475)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/291/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Kroazja u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kroazja hija mistennija li tissieħeb fl-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013. Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali se jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1). Madankollu, ċerti prodotti introdotti fil-Kroazja li joriġinaw mill-annimali qabel dik id-data ma jikkonformawx mar-regoli rilevanti stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Xi wħud minn dawn il-prodotti ġew rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja filwaqt li oħrajn għadhom ma tqegħdux taħt il-proċedura doganali u għadhom taħt superviżjoni doganali. |
|
(3) |
Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Kroazja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li jiġu stipulati miżuri tranżitorji għat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti. |
|
(4) |
Dawk il-prodotti għandhom jitqiegħdu fis-suq domestiku tal-Kroazja taħt kundizzjonijiet xierqa biss. Partikolarment, meta wieħed iqis li s-sistema ta’ traċċabilità mhijiex biżżejjed, dawk il-prodotti li mhumiex konformi ma għandhomx jiġu pproċessati mill-istabbilimenti awtorizzati li jibagħtu l-prodotti tagħhom lill-Stati Membri oħra. |
|
(5) |
Il-prodotti li ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma għandhomx jiġu introdotti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti kkonċernati ma jiġux soġġetti għall-kummerċ fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli xierqa skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2). |
|
(6) |
L-esportazzjoni ta’ tali prodotti lill-pajjiżi terzi għandha tikkonforma mal-arranġamenti xierqa u titwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3). |
|
(7) |
Wara sena mid-data tal-adeżjoni, prodotti li jkunu għadhom ma ġewx rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa u tqegħdu fis-suq fil-Kroazja jew esportati, u jkunu għandhom maħżuna taħt superviżjoni doganali għandhom jinqerdu. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(b) |
ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(b) |
ġew introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta’ Lulju 2013. |
Artikolu 2
Prodotti li joriġinaw mill-annimali rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja qabel l-1 ta’ Lulju 2013
Prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li jkunu ġew rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja qabel l-1 ta’ Lulju 2013 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tal-Kroazja għal perjodu ta’ sena minn dik id-data, bil-kundizzjoni li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
ma għandhomx jiġu pproċessati minn stabbilimenti awtorizzati li jibagħtu l-prodotti tagħhom lil Stati Membri oħra; |
|
(b) |
għandu jkollhom marka nazzjonali pprovduta mir-regoli nazzjonali tal-Kroazja fis-seħħ fid-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa u li hija differenti mit-timbru tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew mill-marka ta’ identifikazzjoni msemmija fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
Artikolu 3
Prodotti li joriġinaw mill-annimali introdotti fil-Kroazja iżda mhux rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa qabel l-1 ta’ Lulju 2013
Prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u li ddaħħlu fil-Kroazja qabel l-1 ta’ Lulju 2013 iżda li ma ġewx rilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa qabel dik id-data, jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Kroazja u jistgħu jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tal-Kroazja biss sat-30 ta’ Ġunju 2014, dejjem jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 4
Projbizzjoni ta’ dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali mill-Kroazja lejn Stati Membri oħra
1. Il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 ma għandhomx jintbagħtu mill-Kroazja lil Stati Membri oħra.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, li prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ma jiġux negozjati bejn l-Istati Membri.
Artikolu 5
Esportazzjoni lejn pajjiżi terzi
Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Lulju 2014, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jibqgħu jiġu esportati mill-Kroazja lejn pajjiżi terzi sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa:
|
(a) |
l-esportazzjoni għandha ssir skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
|
(b) |
kull kunsinna għandha toħroġ mit-territorju tal-Kroazja direttament taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti mingħajr ma tgħaddi mit-territorju tal-Istati Membri oħra; |
|
(c) |
kull kunsinna għandha tiġi ttrasportata f’mezz ta’ trasport issiġillat mill-awtorità kompetenti, u s-siġilli għandhom jiġu ċċekkjati fil-punt tal-ħruġ tal-Kroazja. |
Artikolu 6
Qerda ta’ kunsinni taħt is-sorveljanza doganali fl-1 ta’ Lulju 2014
Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li għadhom taħt superviżjoni doganali fl-1 ta’ Lulju 2014, se jinqerdu taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti.
L-ispejjeż kollha mġarrba bil-qerda ta’ dawk il-kunsinni għandhom jitħallsu minn sid il-kunsinna.
Artikolu 7
Applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni mal-Kroazja u soġġetta għal din id-data.
Artikolu 8
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/27 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem li ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina
(notifikata bid-dokument C(2013) 3484)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/292/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-ħtieġa li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jinżamm l-aċċess għall-port Kroat ta’ Ploče. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (3) tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni, u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces. Peress li l-arranġamenti għat-tranżitu, fl-Unjoni, ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina lejn pajjiżi terzi jistgħu jsiru b’mod effettiv biss billi jkun hemm aċċess mill-postijiet ta’ spezzjoni, fil-fruntiera Kroata, ta’ Nova Sela u Ploče, huwa meħtieġ li dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hekk kif ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tagħhom. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2007/777/KE, jiżdied l-Artikolu 6a li ġej:
“Artikolu 6a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 5, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(b) |
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (*1) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul. |
2. Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
|
18.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.