ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.154.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 154

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
6 ta' Ġunju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2013 tal-5 ta’ Ġunju 2013 li jelenka isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti [Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta (STG)]

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 516/2013 tal-5 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/263/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

5

 

 

2013/264/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2013 li taħtar żewġ membri Taljani u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

6

 

 

2013/265/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2013 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

7

 

 

2013/266/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2013 li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fis-sitt u s-seba’ reġjun

8

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja — Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 515/2013

tal-5 ta’ Ġunju 2013

li jelenka isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti [Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2).

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba li għamlet Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Billi lill-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda oġġezzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,, l-isem “Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta” ġie ppublikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(3)  ĠU C 257, 25.8.2012, p. 4.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

SPANJA

Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta (STG)


6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 516/2013

tal-5 ta’ Ġunju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

41,5

MA

51,3

MK

65,0

TN

23,4

TR

71,2

ZZ

50,5

0707 00 05

AL

41,5

MK

31,8

TR

142,5

ZZ

71,9

0709 93 10

TR

143,5

ZZ

143,5

0805 50 10

AR

103,9

TR

69,0

ZA

108,2

ZZ

93,7

0808 10 80

AR

181,8

BR

109,2

CL

119,3

CN

95,9

NZ

136,8

US

155,7

ZA

119,6

ZZ

131,2

0809 10 00

TR

197,2

ZZ

197,2

0809 29 00

TR

456,6

US

781,2

ZZ

618,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Mejju 2013

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

(2013/263/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom biex jevitaw l-iżvijar tal-prekursuri tad-droga mill-kummerċ legali, sabiex jiġġieldu kontra l-manifattura illeċita ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Federazzjoni Russa għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga, (il-“Ftehim”). In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill u ġew konklużi b’suċċess.

(3)

Il-Ftehim għandu jiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari livell ogħli ta’ protezzjoni għall-ipproċessar u t-trasferiment tad-data personali bejn il-Partijiet tiegħu.

(4)

Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (il-“Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna(i) bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita minn rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Grupp ta’ Esperti Konġunt ta’ Segwitu stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  It-test tal-Ftehim se jkun ippubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Mejju 2013

li taħtar żewġ membri Taljani u membru supplenti Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/264/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Renata POLVERINI u s-Sur Gianfranco VITAGLIANO saru vakanti żewġ siġġijiet ta’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Paolo VALENTINI PUCCITELLI sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Paolo di LAURA FRATTURA, Presidente della Regione Molise

Is-Sur Nicola ZINGARETTI, Presidente della Regione Lazio

kif ukoll

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Stefano Bruno GALLI, Consigliere Regione Lombardia.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Mejju 2013

li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/265/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Giuseppe CASTIGLIONE, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Guerino TESTA, Presidente della Provincia di Pescara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/8


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Ġunju 2013

li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fis-sitt u s-seba’ reġjun

(2013/266/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 48(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/274/UE tal-24 ta’ April 2012 li tiddetermina t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (2), is-sitt reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha għandhom jibdew jinkludi l-Komoros, il-Ġibuti, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Kenja, il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles, is-Somalja, is-Sudan t’Isfel, is-Sudan, it-Tanżanija u l-Uganda; u s-seba’ reġjun jinkludi l-Angola, il-Botswana, il-Lesoto, il-Malawi, il-Możambik, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel, is-Sważiland, iż-Żambja u ż-Żimbabwe.

(2)

L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jiġbru u jitrażmettu d-dejta li għaliha qed issir referenza fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament VIS lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f’dawk iż-żewġ reġjuni, inklużi arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-dejta f’isem Stat Membru ieħor.

(3)

Billi l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament VIS hija għalhekk sodisfatta, huwa għalhekk meħtieġ li tkun iddeterminata d-data meta l-VIS għanda tibda topera fis-sitt u s-seba’ reġjuni.

(4)

Quddiem il-ħtieġa sabiex tiġi stipulata data għall-bidu tal-VIS fil-futur qrib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar stess li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Minħabba li r-Regolament VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament VIS fil-liġi nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex tieħu sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim milħuq bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(9)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(11)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat ma’, l-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(12)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat ma’, l-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża għandha tibda topera fis-sitt u s-seba’ reġjuni skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/274/UE fis-6 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’mod konformi mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)  ĠU L 134, 24.5.2012, p. 20.

(3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(4)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.


6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.