|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.144.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
Werrej |
|
III Atti oħrajn |
Paġna |
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
|
1/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
3/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
4/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
5/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
6/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
7/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
8/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
9/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
10/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
11/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
12/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
13/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
14/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
15/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
16/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
17/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
18/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
19/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
20/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
21/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
22/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
23/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
24/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
26/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
27/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
28/2013/ |
|
|
|
* |
||
|
|
|
29/2013/ |
|
|
|
* |
|
|
|
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 1/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 456/2012 tat-30 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2012/5/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/204/UE tad-19 ta’ April 2012 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Latvja bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi u ta’ ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja u l-Portugall bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, ħielsa mill-bruċellożi u ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/253/UE tal-10 ta’ Mejju 2012 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE fir-rigward tal-kriterji ġenerali biex territorju jkun jista’ jitqies li hu ħieles mill-bluetongue (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/303/UE tal-11 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mil-lewkożi bovina enzootika (5) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/304/UE tal-11 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tal-idrofobija (6) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(9) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9a (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE) fil-Parti 3.1:
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) fil-Parti 3.2:
|
|
3. |
Dan li ġej jiżdied wara l-punt 54 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE) fil-Parti 4.2:
|
|
4. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:
|
|
5. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 16a (id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE) fil-Parti 8.1: “, kif emendat minn:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 456/2012, id-Direttiva 2012/5/UE u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/204/UE, 2012/253/UE, 2012/303/UE u 2012/304/UE fil-lingwa Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 141, 31.5.2012, p. 7.
(3) ĠU L 109, 21.4.2012, p. 26.
(4) ĠU L 125, 12.5.2012, p. 51.
(5) ĠU L 152, 13.6.2012, p. 48.
(6) ĠU L 152, 13.6.2012, p. 50.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 2/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/489/UE tal-24 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Awstrija, tal-Belġju, tal-Brażil, tal-Kolombja, tal-Kroazja u tan-Nikaragwa fir-rigward tal-BSE (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim:
|
“— |
32012 D 0489: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/489/UE tal-24 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 231, 28.8.2012, p. 13).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/489/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 231, 28.8.2012, p. 13.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 3/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2012 tal-15 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 496/2011 fir-rigward tal-kontenut minimu tal-benżoat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2012 tal-15 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 554/2008 fir-rigward tal-kontenut minimu u tad-doża minima rakkomandata ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ 6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-oġġetti tal-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 1zzzzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2008):
|
|
2. |
Dan li ġej jżidied mal-punt 2ze (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011): “, kif emendat minn:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2012 u (UE) Nru 414/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 128, 16.5.2012, p. 4.
(2) ĠU L 128, 16.5.2012, p. 5.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 4/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/68/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li jridu jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/340/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju skont id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE fir-rigward tal-ispezzjoni tal-għelieqi taħt superviżjoni uffiċjali għaż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa mrobbija ta’ ġenerazzjonijiet li ġew qabel iż-żerriegħa bażika (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/90/KE) u 15 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/91/KE) fil-Parti 1:
|
|
2. |
Taħt l-intestatura “ATTI LI GĦANDHOM JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI EFTA U MILL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA” jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 82 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/680/UE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2011/68/UE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/340/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 175, 2.7.2011, p. 17.
(2) ĠU L 166, 27.6.2012, p. 90.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 5/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 451/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-addittivi tal-magħlef iffermentat (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 610/2012 tad-9 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2012 tas-17 ta’ Settembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co Ltd) (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 837/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-fitażi (numru EC 3.1.3.26) prodotta mill- Aspergillus oryzae (DSM 22594) bħala addittiv fl-ikel tat-tjur, tal-ħnienes miftuma, tal-ħnieżer tas-simna u tal-ħanżiriet (id-dententur tal-awtorizzazzjoni huwa DSM Nutritional Products) (4) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus brevis (DSMZ 21982) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (5) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 839/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-urea bħala addittiv fl-għalf għar-ruminanti (6) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(8) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009): “, kif emendat minn:
|
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 52 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE):
|
Artikolu 2
Li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat minn:
|
— |
32012 R 0610: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 610/2012 tad-9 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 178, 10.7.2012, p. 1).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 451/2012, ir-Regolament (UE) Nru 610/2012, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 832/2012, (UE) Nru 837/2012, (UE) Nru 838/2012 u (UE) Nru 839/2012, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 140, 30.5.2012, p. 55.
(2) ĠU L 178, 10.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 251, 18.9.2012, p. 27.
(4) ĠU L 252, 19.9.2012, p. 7.
(5) ĠU L 252, 19.9.2012, p. 9.
(6) ĠU L 252, 19.9.2012, p. 11.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 6/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klopiralid, id-dimetomorf, il-fenpirażammina, il-folpet u l-pendimetalina f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li ma jawtorizzax ċerti stqarrijiet sanitarji li jsiru dwar l-ikel, ħlief dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu u l-livelli ta’ użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (4) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jippermetti li jsiru ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (5) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal bifenażat, bifentrina, boskalid, kadusafos, klorantraniliprol, klorotalonil, klotijanidin, ċiprokonażol, deltametrina, dikamba, difenokonażol, dinokap, etossażol, fenpirossimat, flubendiammid, fludiossonil, glifosat, metalaksil-M, meptildinokap, novaluron, tijametossam, u triażofos f’ċerti prodotti jew fuqhom (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Polidestrożju (E 1200) fil-birra (7) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Lisożima (E 1105) fil-birra (8) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 472/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esteri tal-gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa (9) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-ispinetoram (XDE-175) f’ċerti prodotti jew fuqhom (10) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(12) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32012 R 0322: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2012 tas-16 ta’ April 2012 (ĠU L 105, 17.4.2012, p. 1), |
|
— |
32012 R 0441: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4), |
|
— |
32012 R 0473: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 144, 5.6.2012, p. 25).” |
Artikolu 2
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 54zzzzzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011):
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012, ir-Regolamenti (UE) Nru 322/2012, (UE) Nru 379/2012, (UE) Nru 380/2012, (UE) Nru 432/2012, (UE) Nru 441/2012, (UE) Nru 470/2012, (UE) Nru 471/2012, (UE) Nru 472/2012 u (UE) Nru 473/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 102, 12.4.2012, p. 2.
(2) ĠU L 105, 17.4.2012, p. 1.
(3) ĠU L 119, 4.5.2012, p. 12.
(4) ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14.
(5) ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1.
(6) ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4.
(7) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 16.
(8) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 19.
(9) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 22.
(10) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 25.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 7/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/19/KE tat-12 ta’ Marzu 2009 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE li tirrigwarda l-interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32009 L 0019: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/19/KE tat-12 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 17).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/19/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 70, 14.3.2009, p. 17.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 8/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza closantel (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza triklabendażol (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32012 R 0221: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 221/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 75, 15.3.2012, p. 7), |
|
— |
32012 R 0222: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2012 tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 75, 15.3.2012, p. 10).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 221/2012 u (UE) Nru 222/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 75, 15.3.2012, p. 10.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 9/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32012 R 0618: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 618/2012 tal-10 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 179, 11.7.2012, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 618/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 179, 11.7.2012, p. 3.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 10/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (1) kif ikkoreġut bil-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 95/13/KE (2) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 4c (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/13/KE) jinbidel b’dan li ġej: “ 32012 R 0392: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56.” |
|
2. |
Jitħassar it-test tat-Taqsima 3 tal-Appendiċi 1 u t-Taqsima 3 tal-Appendiċi 2. |
Artikolu 2
L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 11c (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/13/KE) jinbidel b’dan li ġej: “ 32012 R 0392: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56 (3). (3) Elenkat hawn għall-finijiet ta’ tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni.” " |
|
2. |
Jitħassar it-test tat-Taqsima 3 tal-Appendiċi 5 u t-Taqsima 3 tal-Appendiċi 6. |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012, hekk kif ikkoreġuti mill-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013 dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 136, 21.6.1995, p. 28.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 11/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ (1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 298, 16.11.2010, p. 87, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 6a (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“6b. |
32010 R 1015: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21), kif ikkoreġut bil-ĠU L 298, 16.11.2010, p. 87. |
|
6c. |
32010 R 1016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 31). |
|
6d. |
32011 R 0327: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 8).” |
Artikolu 2
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 26b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:
|
“26c. |
32010 R 1015: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21), kif ikkoreġut bil-ĠU L 298, 16.11.2010, p. 87. |
|
26d. |
32010 R 1016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 31). |
|
26e. |
32011 R 0327: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal fannijiet b’muturi ta’ potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 8).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1015/2010, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 298, 16.11.2010, p. 87, (UE) Nru 1016/2010 u (UE) Nru 327/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21.
(2) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 31.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 12/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (1), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/877/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (2) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim. |
|
(3) |
L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 24a (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/952/KE):
|
|
2. |
Jitħassar it-test tal-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE). |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/877/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91.
(2) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 13/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/92/KE tħassar id-Direttiva 90/377/KEE (2) tal-Kunsill, li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b’hekk għandha konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Annessi IV u XXI tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) fl-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:
“ 32008 L 0092: Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9) (3).
(3) Elenkat hawn għal-finijiet ta’ tagħrif biss: għall-applikazzjoni ara l-Anness XXI dwar l-istatistika.” "
Artikolu 2
It-test tal-punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:
“ 32008 L 0092: Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9).
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:
Il-Liechtenstein għandu jkun eżentat mill-obbligi previsti f’din id-Direttiva, ħlief għall-obbligu li jipprovdi d-dejta dwar il-prezz industrijali għall-kategorija tal-konsumaturi industrijali IC fir-rigward tal-elettriku u għall-kategorija tal-konsumaturi industrijali I3 fir-rigward tal-gass. Din id-dejta (bi 3 livelli ta’ prezzijiet: prezzijiet bl-eċċezzjoni ta’ taxxi u dazji; prezzijiet bl-eċċezzjoni tal-VAT u taxxi oħra rikoverabbli; prezzijiet inklużi t-taxxi, dazji u VAT kollha) tiġi provduta kull sitt xhur fi żmien xahrejn wara l-perjodu ta’ referenza bl-użu ta’ kwestjonarji adattati provduti mill-Eurostat.”
Artikolu 3
It-testi tad-Direttiva 2008/92/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9.
(2) ĠU L 185, 17.7.1990, p. 16.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 14/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness VI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness VI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 2 (ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendant minn:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 465/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 15/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 (1) jemenda r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li t-tnejn huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-Regolament (UE) Nru 1244/2010 għandu jissemma fil-punt 2 tal-Anness VI. |
|
(2) |
L-Anness VI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VI tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32010 R 1244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 16/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentzzjoni tal-Kummissjoni 2012/194/UE tal-11 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/961/KE dwar l-użu, min-naħa ta’ emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ ċerti pajjiżi terzi u l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjajru biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati (1) tagħhom trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 23c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/961/KE) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendant minn:
|
— |
32012 D 0194: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/194/UE tal-11 ta’ April 2012 (ĠU L 103, 13.4.2012, p. 49).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/194/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 103, 13.4.2012, p. 49.
(*1) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 17/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 310/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied mal-punt 29e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendant minn:
|
— |
32012 R 0310: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 310/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 103, 13.4.2012, p. 11).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 310/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 103, 13.4.2012, p. 11.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 18/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE li jinkludi l-lista prevista fl-Artikolu 101
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07 tat-2 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-Fatturazzjoni) (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Biex il-Ftehim ŻEE jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE irid jiġi estiż sabiex jinkludi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni), stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07, filwaqt li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE irid jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta’ assoċjazzjoni ma’ dan il-Forum. |
|
(3) |
L-Anness IX u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied mal-punt 31ec (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“31ed. |
32010 D 1203(02): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07 tat-2 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni) (ĠU C 326, 3.12.2010, p. 13). Il-Modalitajiet għal assoċjazzjoni tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim: Kull Stat tal-EFTA jista’ jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni).” |
Artikolu 2
Il-punt li ġej jiżdied fil-Protokoll 37 (li jinkludi l-lista prevista fl-Artikolu 101) mal-Ftehim ŻEE:
|
“38. |
Il-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni) (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU C 326, 3.12.2010, p. 13.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 19/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 37dj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“37dk. |
32011 D 0665: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi ferrovijarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 20/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE tat-23 ta’ April 2012, dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2012/226/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 42ed (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE) fl-Anness XIII mal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:
“ 32012 D 0226: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE tat-23 ta’ April 2012, dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (ĠU L 115, 27.4.2012, p. 27).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
It-tabelli stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiġu supplimentati kif ġej: Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.1:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.2:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.3:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.4:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.5:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.6:
|
|
(b) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ma japplikawx għall-infrastruttura ferrovjarja eżistenti fit-territorju tal-Liechtenstein.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2012/226/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 115, 27.4.2012, p. 27.
(2) ĠU L 189, 22.7.2010, p. 19.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 21/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2012 tas-27 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 415/2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi ta’ monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (harmonised river information services - RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Li ġej jiżdied mal-punt 49ab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendant minn:
|
— |
32012 R 0689: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2012 tas-27 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 5).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 689/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 202, 28.7.2012, p. 5.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 22/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/505/UE tas-17 ta’ Settembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-Eġittu skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 56jo (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/76/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“56jp. |
32012 D 0505: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/505/UE tas-17 ta’ Settembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-Eġittu skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 57).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/505/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 252, 19.9.2012, p. 57.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 23/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011 tal-25 ta’ Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-merkanzija u l-posta bl-ajru (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta’ kjarifika u simplifikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2012 tat- 3 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-metodi użati għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/5862/UE tas-17 ta’ Awwissu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-merkanzija u l-posta bl-ajru trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/9407/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE fir-rigward tal-merkanzija u l-posta bl-ajru trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/1228/UE tad-29 ta' Frar 2012 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE fir-rigward tal-kjarifika u s-simplifikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi ta’ sigurtà fl-avjazzjoni trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/5672/UE tal-10 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-merkanzija u l-posta bl-ajru trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 5880/2012/UE tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament 774/2010/UE li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-metodi użati għall-iskrinjar tal-persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(9) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:
|
1. |
Jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin fil-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010):
|
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 66hf (id-Deċiżjoni C tal-Kummissjoni (2010) 774 finali):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 859/2011, (UE) Nru 173/2012 u (UE) Nru 711/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 220, 26.8.2011, p. 9.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 24/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/49/UE tas-26 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE u 2011/264/UE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjonijiet tal-enzimi skont l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE u l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punti 2e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE) u 2h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendant minn:
|
— |
32012 D 0049: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/49/UE tas-26 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 36).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2012/49/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013 dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 201/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 (2), skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 26, 28.1.2012, p. 36.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 26/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tal-merkurju metalliku u ta’ ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 jinqara fid-dawl tal-fatt li l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi jaqa’ barra mill-ambitu tal-Ftehim ŻEE u għalhekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jipprojbixxu l-esportazzjoni tal-merkurju mhumiex applikabbli għall-Istati tal-EFTA. Madankollu, peress li d-dispożizzjonijiet dwar il-merkurju bħala skart huma rilevanti għaż-ŻEE, l-Istati tal-EFTA se jikkooperaw biex jiżguraw li l-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun effettiva. |
|
(3) |
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiżdied wara punt 22 (Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
|
“22a. |
32008 R 1102: Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tal-merkurju metalliku u ta’ ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1102/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 27/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 135/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIB tiegħu (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim Żee. |
|
(2) |
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32012 R 0135: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 135/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 (ĠU L 46, 17.2.2012, p. 30).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 135/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 46, 17.2.2012, p. 30.
(*1) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 28/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/97/UE tal-5 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/31/KE fir-rigward ta’ kriterji speċifiċi għall-ħżin ta’ merkurju metalliku meqjus bħala skart (1), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 32d (Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendant minn:
|
— |
32011 L 0097: Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/97/UE tal-5 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 328, 10.12.2011, p. 49).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2011/97/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2013 tal-1 ta’ Frar 2013 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 328, 10.12.2011, p. 49.
(*1) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.
(2) Ara paġna 32 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 29/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2012/6/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji fir-rigward ta’ mikroentitajiet (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 4 (Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32012 L 0006: Id-Direttiva 2012/6/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 3).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2012/6/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/36 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
|
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2013 ġiet irtirata qabel l-adozzjoni u għaldaqstant ma teżistix. |