ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.142.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 142

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
29 ta' Mejju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 492/2013 tat-28 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 533/2007, (KE) Nru 536/2007 u (KE) Nru 442/2009 fejn jidħlu l-kwantitajiet disponibbli għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni skont dawn ir-Regolamenti

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2013 tat-28 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/244/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2013 li taġġusta kull xahar bejn l-1 ta’ Awwissu 2011 u l-1 ta’ Ġunju 2012 il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoniji tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi

5

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja — Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 492/2013

tat-28 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 533/2007, (KE) Nru 536/2007 u (KE) Nru 442/2009 fejn jidħlu l-kwantitajiet disponibbli għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni skont dawn ir-Regolamenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (2), (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika, (3) u (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (4), jiftħu kwoti tariffarji għal ċerti kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur u tal-laħam tal-majjal.

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/125/UE (5), jipprovdi għal aktar kwantitajiet koperti mill-kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-laħam tat-tjur u tal-laħam tal-majjal li jridu jingħataw mill-Unjoni. Għaldaqstant għandhom jiġu aġġustati l-kwantitajiet disponibbli għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni għal-laħam tat-tjur u għal-laħam tal-majjal.

(3)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 533/2007, (KE) Nru 536/2007 u (KE) Nru 442/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 533/2007 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 536/2007 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 442/2009 huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kwota li tibda fl-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.

(4)  ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13.

(5)  ĠU L 69, 13.3.2013, p. 4.


ANNESS I

It-Tabella fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 533/2007 hija emendata kif ġej:

(1)

fir-ringiela tal-Grupp Nru P2, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantitajiet annwali (f’tunnellati)” hija sostitwita bi “8 570”;

(2)

fir-ringiela tal-Grupp Nru P3, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantitajiet annwali (f’tunnellati)” tinbidel bi “2 705”;

(3)

fir-ringiela tal-Grupp Nru P4, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantitajiet annwali (f’tunnellati)” tinbidel bi “1 781”;


ANNESS II

Fit-tabella fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 536/2007, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantità totali mill-1 ta’ Lulju 2006 ’il quddiem (f’tunnellati)” tinbidel bi “21 345” u t-titolu ta’ dik il-kolonna jinbidel bi “Kwantità annwali (f’tunnellati)”.


ANNESS III

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 442/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A tat-tabella, fir-ringiela għall-ordni bin-numru 09.0123, l-annotazzjoni fir-raba’ kolonna “Kwantità f’tunnellati (il-piż tal-prodott)” tinbidel bi “6 135”;

(2)

fil-Parti B tat-tabella, fir-ringiela għall-ordni bin-numru 09.4170, l-entrata fir-raba’ kolonna “Kwantità f’tunnellati (il-piż tal-prodott)” hija sostitwita bi “4 922”.


29.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 493/2013

tat-28 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

56,4

TN

42,7

TR

67,1

ZZ

55,4

0707 00 05

MK

25,8

TR

139,4

ZZ

82,6

0709 93 10

MA

110,7

TR

146,5

ZZ

128,6

0805 10 20

EG

58,6

IL

71,7

MA

56,6

ZZ

62,3

0805 50 10

AR

108,5

TR

114,6

ZA

108,6

ZZ

110,6

0808 10 80

AR

143,6

BR

102,6

CL

120,3

CN

95,7

MK

42,6

NZ

139,4

US

207,5

ZA

113,8

ZZ

120,7

0809 29 00

US

557,8

ZZ

557,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

29.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Mejju 2013

li taġġusta kull xahar bejn l-1 ta’ Awwissu 2011 u l-1 ta’ Ġunju 2012 il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjoniji tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi

(2013/244/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

L-istatistiki disponibbli għall-Kummissjoni juru li għal ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejla fuq il-bażi ta’ koeffiċjent korrettivi u r-rata tal-kambju korrispondenti qabżet il-5 % minn mindu l-korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż tagħhom ta’ impjieg ġew stabbiliti l-aħħar;

(2)

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal f’dan il-każ dawk il-piżijiet jeħtieġ li jiġu aġġustati kull xahar, b’effett mill-1 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Settembru, l-1 ta’ Ottubru, l-1 ta’ Novembru, l-1 ta’ Diċembru 2011 u l-1 ta’ Jannar, l-1 ta’ Frar, l-1 ta’ Marzu, l-1 ta’ April, l-1 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2012,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-munita tal-pajjiż fejn ikunu qed jaħdmu, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness fih ħdax-il tabella mensili li juru liema pajjiżi huma kkonċernati u liema huma d-dati suċċessivi tal-applikazzjoni għal kull wieħed minnhom.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (2) u jikkorrespondu għad-dati rilevanti indikati fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS

Awwissu 2011

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Awwissu 2011

Rata tal-kambju

Awwissu 2011 (*)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Awwissu 2011 (**)

il-Belarus

3 838

7 116,11

53,9

il-Benin

639,0

655,957

97,4

il-Ġeorġja

1,561

2,36590

66,0

l-Indja

44,31

62,8840

70,5

il-Kenja

83,54

129,752

64,4

il-Liberja

1,467

1,42600

102,9

il-Malawi

169,9

217,528

78,1

il-Mawrizju

31,10

40,5968

76,6

il-Możambik

30,25

38,5900

78,4

in-Nikaragwa

16,76

32,1014

52,2

is-Sudan

3,610

3,99934

90,3

is-Sri Lanka

111,7

157,915

70,7

is-Sirja

48,30

68,7600

70,2

it-Tanzanija

1 277

2 238,61

57,0

iċ-Ċad

756,5

655,957

115,3

Trinidad u Tobago

6,634

9,08750

73,0

l-Urugwaj

23,84

26,4790

90,0

il-Venezwela

5,027

6,12417

82,1

il-Vjetnam

14 308

29 354,2

48,7


Settembru 2011

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Settembru 2011

Rata tal-kambju

Settembru 2011 (***)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Settembru 2011 (****)

l-Albanija

81,44

140,420

58,0

il-Belarus

4 171

7 268,69

57,4


Ottubru 2011

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Ottubru 2011

Rata tal-kambju

Ottubru 2011 (*****)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Ottubru 2011 (******)

il-Bangladexx

55,17

101,524

54,3

il-Belarus

4 735

7 491,43

63,2

l-Uganda

2 199

3 815,54

57,6

is-Sjerra Leone

6 007

5 998,80

100,1

il-Jemen

228,2

291,089

78,4


Novembru 2011

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Novembru 2011

Rata tal-kambju

Novembru 2011 (*******)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Novembru 2011 (********)

il-Belarus

5 108

11 830,0

43,2

is-Senegal

625,1

655,957

95,3

Togo

542,5

655,957

82,7


Diċembru 2011

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Diċembru 2011

Rata tal-kambju

Diċembru 2011 (*********)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Diċembru 2011 (**********)

Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

35,27

61,5050

57,3

il-Belarus

5 507

11 670,0

47,2

it-Turkija

2,072

2,46920

83,9


Jannar 2012

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Jannar 2012

Rata tal-kambju

Jannar 2012 (***********)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Jannar 2012 (************)

il-Belarus

5 834

10 930,0

53,4

il-Ginea

6 191

9 155,86

67,6

il-Kenja

88,45

109,362

80,9


Frar 2012

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Frar 2012

Rata tal-kambju

Frar 2012 (*************)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Frar 2012 (**************)

il-Kap Verde

77,80

110,265

70,6

l-Eritrea

22,99

19,8798

115,6

il-Gana

1,791

2,11115

84,8

il-Malawi

192,3

217,304

88,5

is-Sirja

52,75

75,1350

70,2

it-Tajlandja

32,29

40,9030

78,9

il-Venezwela

5,464

5,63029

97,0


Marzu 2012

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Marzu 2012

Rata tal-kambju

Marzu 2012 (***************)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Marzu 2012 (****************)

il-Liberja

1,557

1,34540

115,7

is-Sudan

3,824

3,77329

101,3

it-Tanżanija

1 359

2 088,03

65,1


April 2012

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

April 2012

Rata tal-kambju

April 2012 (*****************)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

April 2012 (******************)

il-Marokk

7,934

11,1375

71,2

in-Niġerja

200,4

205,899

97,3

in-Niġerja

56,30

79,3900

70,9


Mejju 2012

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Mejju 2012

Rata tal-kambju

Mejju 2012 (*******************)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Mejju 2012 (********************)

ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

707,5

655,957

107,9

is-Sri Lanka

117,5

173,829

67,6

is-Sudan

4,082

3,71019

110,0

l-Uganda

2 317

3 317,44

69,8


Ġunju 2012

POST TAL-IMPJIEG

Parità ekonomika

Ġunju 2012

Rata tal-kambju

Ġunju 2012 (*********************)

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

Ġunju 2012 (**********************)

l-Alġerija

75,30

100,391

75,0

l-Angola

158,2

120,712

131,1

l-Etjopja

20,54

22,2818

92,2

il-Ghana

1,894

2,32615

81,4

l-Indja

46,58

69,9420

66,6

il-Mali

669,2

655,957

102,0

Sierra Leone

6 350

5 403,82

117,5

iż-Żambja

6 442

6 625,66

97,2


(*)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(**)  Brussell = 100.

(***)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(****)  Brussell = 100.

(*****)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(******)  Brussell = 100.

(*******)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(********)  Brussell = 100.

(*********)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(**********)  Brussell = 100.

(***********)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(************)  Brussell = 100.

(*************)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(**************)  Brussell = 100.

(***************)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(****************)  Brussell = 100.

(*****************)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(******************)  Brussell = 100.

(*******************)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(********************)  Brussell = 100.

(*********************)  1 EURO = x unitajiet tal-munita lokali, ħlief USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor-Leste.

(**********************)  Brussell = 100.


29.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.