ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.136.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 136

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
23 ta' Mejju 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 469/2013 tat-22 ta’ Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina protetta b’etilċelluloża bħala addittivi tal-għalf ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2013 tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor industrijali għas-sena tas-suq 2013/2014

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2013 tat-22 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/226/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li jirrifjuta l-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja

12

 

 

2013/227/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2013 li tittermina l-proċedimenti kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ bajsikils li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

15

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/228/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku b’rabta mal-valutazzjoni ta’ konformità tas-17 ta’ Diċembru 2012 dwar l-inklużjoni tal-Anness 1 tal-Kapitolu 20 ġdid dwar l-isplussivi għal użu ċivili, l-emenda tal-Kapitolu 3 dwar il-ġugarelli u l-aġġornament ta' referenzi legali elenkati fl-Anness 1

17

 

 

 

*

Avviż lill-qarrejja — Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 469/2013

tat-22 ta’ Mejju 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina protetta b’etilċelluloża bħala addittivi tal-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (2).

(2)

DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina u DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 82/471/KEE. Imbagħad, dawn l-addittivi tal-għalf iddaħħlu fir-Reġistru tal-Unjoni Ewropea tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal evalwazzjoni mill-ġdid ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina u melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u ta’ ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina u DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren bħala addittivi tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u, f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għal bidla fit-termini tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina u l-analogu idrossilat tal-metjonina permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni kien fiha talba għall-awtorizzazzjoni ta’ DL-metjonina teknikament pura protetta b’etilċelluloża għar-ruminanti. Għas-seba’ sorsijiet ta’ metjonina ntalab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-partikularitajiet u doumenti rikjesti skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Marzu 2012 (3) li, skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina teknikament pura protetta b’etilċelluloża ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent, u li huma sorsi effettivi ta’ metjonina għas-sintesi proteika fl-ispeċijiet fil-miri rispettivi. L-Awtorità estrapolat din il-konklużjoni mill-baqar tal-ħalib għar-ruminanti kollha. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ DL-metjonina, melħ tas-sodju tad-DL-metjonina, analogu idrossilat tal-metjonina, melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina, ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina, DL-metjonina teknikament pura protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren u DL-metjonina teknikament pura protetta b’etilċelluloża turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati.

(6)

L-Awtorità tirrakkomanda li l-użu tal-metjonina ma għandux ikun awtorizzat fl-ilma tajjeb għax-xorb. Madankollu, din ir-rakkomandazzjoni tirreferi għall-ġestjoni tal-impriża agrikola peress li tikkonċerna l-mod kif tinkiseb l-aħjar provvista ta’ proteini tal-annimali li tinkludi l-prevenzjoni taż-żieda proteika. Ma ġie propost l-ebda kontenut massimu għas-sorsi ta’ metjonina mill-Awtorità. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-amministrazzjoni tas-sorsi tal-metjonina permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb, tagħti struzzjonijiet lill-utent biex iqis is-sorsi kollha differenti ta’ metjonina sabiex tinkiseb l-aħjar provvista bl-aċidi amminiċi essenzjali mingħajr ma taffettwa l-prestazzjoni tal-annimali.

(7)

L-Awtorità tirrakkomanda wkoll, biex tiġi evitata s-supplimentazzjoni kkumbinata ta’ għalf b’analogu idrossilat tal-metjonina u taċ-ċistina/ċisteina. Madankollu, il-parametri tal-provi fuq l-annimali li fuqhom hija bbażata din ir-rakkomandazzjoni mhumiex meqjusa tanġibbli biex jiġġustifikaw bis-sħiħ miżura bħal din.

(8)

Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet ta’ użu għas-sorsi tal-metjonina diġà awtorizzati, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex jippreparaw lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrittivi’ u mill-grupp funzjonali ‘aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom’, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness li huma awtorizzati skont id-Direttiva 82/471/KEE u l-għalf li jkun fih dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-12 ta’ Diċembru 2013 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-12 ta’ Ġunju 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.

(3)  The EFSA Journal 2012;10(3):2623.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom

3c301

 

DL-metjonina, teknikament pura

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kontenut tal-metjonina: minimu ta’ 99 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: 2-ammino-4-(metiltijo)aċidu butanojku

Numru tal-CAS: 59-51-8

Formula kimika: C5H11NO2S

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-metjonina fl-addittivi:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika jew fluworexxenti (HPLC-UV/FD) - ISO/DIS 17180.

Għad-determinazzjoni tal-metjonina f’taħlitiet minn qabel, f’għalf kompost, f’materjali tal-għalf u f’ilma:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika (HPLC-UV) - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (Anness III, F).

l-ispeċijiet kollha tal-annimali

 

 

 

1.

Id-DL-metjonina, teknikament pura tista’ tintuża wkoll permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb.

2.

Id-dikjarazzjonijiet iridu jsiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet minn qabel:

“Jekk l-addittiv jiġi amministrat permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb għandu jiġi evitat l-eċċess ta’ proteini.”

It-12 ta’ Ġunju 2023

3c302

 

Sodju tad-DL-metjonina, likwidu

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kontenut ta’ DL-metjonina: minimu ta’ 40 %

Sodju: minimu ta’ 6,2 %

Ilma: massimu ta’ 53,8 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: 2-ammino-4-(metiltijo)aċidu butanojku, melħ tas-sodju

Numru tal-CAS: 41863-30-3

Formula kimika: (C5H11NO2S)Na

 

Metodi analitiċi

Għad-determinazzjoni tal-metjonina fl-addittivi:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika jew fluworexxenti (HPLC-UV/FD) - ISO/DIS 17180.

Għad-determinazzjoni tal-metjonina f’taħlitiet minn qabel, f’għalf kompost, f’materjali tal-għalf u f’ilma:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika (HPLC-UV) - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (Anness III, F).

l-ispeċijiet kollha tal-annimali

 

 

 

1.

Għas-sikurezza tal-utent: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza.

2.

Is-sodju tad-DL-metjonina, likwidu jista’ jintuża wkoll permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb.

3.

Id-dikjarazzjonijiet iridu jsiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet minn qabel:

Kontenut ta’ DL-metjonina:

“Jekk l-addittiv jiġi amministrat permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb għandu jiġi evitat l-eċċess ta’ proteini.”

It-12 ta’ Ġunju 2023

3c303

 

DL-metjonina protetta bil-kopolimeru vinilpiridina/stiren

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni b’

DL-Metjonina: minimu ta’ 74 %

Aċidu steariku: massimu ta’ 19 %

Kopolimeru poli(2-vinilpiridina) ko-stiren: massimu ta’ 3 %

Etilċelluloża u stearat tas-sodju: massimu ta’ 0,5 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: 2-ammino-4-(metiltijo)aċidu butanojku

Numru tal-CAS: 59-51-8

Formula kimika: C5H11NO2S

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-metjonina fl-addittivi:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika jew fluworexxenti (HPLC-UV/FD) - ISO/DIS 17180.

Għad-determinazzjoni tal-metjonina f’taħlitiet ta’ qabel, f’għalf kompost u f’materjali tal-għalf:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika (HPLC-UV) - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (Anness III, F).

Ruminanti

 

 

 

 

It-12 ta’ Ġunju 2023

3c304

 

DL-metjonina protetta b’etilċelluloża

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni b’

DL-Metjonina: minimu ta’ 85 %

Etilċelluloża: massimu ta’ 4 %

Lamtu: massimu ta’ 8 %

Silikat tas-sodju u tal-aluminju: massimu ta’ 1,5 %

Stearat tas-sodju: massimu ta’ 1 %

Ilma: massimu ta’ 2 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: 2-ammino-4-(metiltijo)aċidu butanojku

Numru tal-CAS: 59-51-8

Formula kimika: C5H11NO2S

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-metjonina fl-addittivi:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika jew fluworexxenti (HPLC-UV/FD) - ISO/DIS 17180.

Għad-determinazzjoni tal-metjonina f’taħlitiet ta’ qabel, f’għalf kompost u f’materjali tal-għalf:

Kromotografija bi skambju ta’ joni akkoppjata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u individwazzjoni fotometrika (HPLC-UV) - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (Anness III, F).

Ruminanti

 

 

 

 

It-12 ta’ Ġunju 2023

3c307

Analogu idrossilat tal-metjonina

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Analogu idrossilat tal-metjonina: minimu ta’ 88 %

Ilma: massimu ta’ 12 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: 2-idrossilat-4-(metiltijo)aċidu butanojku

Nru tal-CAS 583-91-5

Formula kimika: C5H10O3S

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metjonina fl-addittiv:

Titrimetrija, titrazzjoni potenzjometrika segwita b’reazzjoni ta’ riduzzjoni u ta’ ossidazzjoni.

Għad-determinazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metjonina f’taħlitiet minn qabel, f’għalf kompost, f’materjali tal-għalf u f’ilma:

Kromotografija b’fażi likwida ta’ rendiment għoli u individwazzjoni fotometrika (HPLC-UV).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Għas-sikurezza tal-utent: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza.

2.

L-analogu idrossilat tal-metjonina jista’ jintuża wkoll permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb.

3.

Id-dikjarazzjonijiet iridu jsiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet minn qabel:

“Jekk l-addittiv jiġi amministrat permezz tal-ilma tajjeb għax-xorb għandu jiġi evitat l-eċċess ta’ proteini.”

4.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost fl-elenkar tal-addittivi, jekk xieraq:

Isem l-addittiv,

Ammont ta’ analogu idrossilat tal-metjonina miżjud.

It-12 ta’ Ġunju 2023

3c3108

Melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Analogu idrossilat tal-metjonina: minimu ta’ 84 %

Kalċju: minimu ta’ 11,7 %

Ilma: massimu ta’ 1 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: 2-idrossilat-4-(metiltijo) aċidu butanojku, melħ tal-kalċju

Nru tal-CAS 4857-44-7

Formula kimika: (C5H9O3S)2Ca

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metjonina fl-addittiv:

Titrimetrija, titrazzjoni potenzjometrika segwita b’reazzjoni ta’ riduzzjoni u ta’ ossidazzjoni.

Għad-determinazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metjonina f’taħlitiet ta’ qabel, f’għalf kompost u f’materjali tal-għalf:

Kromotografija b’fażi likwida ta’ rendiment għoli u individwazzjoni fotometrika (HPLC-UV).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Għas-sikurezza tal-utent: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza.

2.

Id-dikjarazzjonijiet iridu jsiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet minn qabel:

Analogu idrossilat tal-kontenut ta’ metjonina.

3.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost fl-elenkar tal-addittivi, jekk xieraq:

Isem l-addittiv,

Ammont ta’ analogu idrossilat tal-metjonina miżjud.

It-12 ta’ Ġunju 2023

3c309

Ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina: minimu ta’ 95 %

Ilma: massimu ta’ 0,5 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: ester tal-isopropil ta’ 2-idrossilat-4-(metiltijo)aċidu butanojku

Nru tal-CAS 57296-04-5

Formula kimika: C8H16O3S

 

Metodu analitiku

Għad-determinazzjoni ta’ ester tal-isopropil tal-analogu idrossilat tal-metjonina fl-għalf:

Kromotografija b’fażi likwida ta’ rendiment għoli u individwazzjoni fotometrika (HPLC-UV).

Ruminanti

1.

Id-dikjarazzjonijiet iridu jsiru fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlitiet minn qabel:

Kontenut ta’ analogu idrossilat tal-metjonina

2.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost fl-elenkar tal-addittivi, jekk xieraq:

Isem l-addittiv,

Ammont ta’ analogu idrossilat tal-metjonina miżjud.

It-12 ta’ Ġunju 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx.


23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 470/2013

tat-22 ta’ Mejju 2013

dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor industrijali għas-sena tas-suq 2013/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 142, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li l-provvisti meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jkunu disponibbli bi prezz li jikkorrispondi għall-prezz tas-suq dinji, huwa fl-interess tal-Unjoni li, għas-sena tas-suq 2013/2014, tissospendi d-dazji tal-importazzjoni fuq iz-zokkor maħsub għall-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti, għal kwantità li tikkorrispondi għal nofs il-ħtiġijiet tagħha taz-zokkor industrijali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2) jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti taz-zokkor skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bin-numru tas-serje 09.4390 (zokkor ta’ importazzjoni industrijali). Madankollu, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 il-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti li għalihom għandhom jiġu sospiżi d-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ att legali separat.

(3)

Il-kwantitajiet tal-importazzjoni ta’ zokkor industrijali li mhumiex se jiġu soġġetti għad-dazju fuq l-importazzjoni għas-sena tas-suq 2013/2014 jeħtieġu jiġu stipulati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji fuq l-importazzjoni taz-zokkor industrijali li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1701 u bin-numru tas-serje 09.4390 għandhom jiġu sospiżi għal kwantità ta’ 400 000 tunnellata bejn l-1 ta’ Ottubru 2013 u t-30 ta’ Settembru 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013.

Dan għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 471/2013

tat-22 ta’ Mejju 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

15,0

MA

58,3

TN

78,7

TR

71,8

ZZ

56,0

0707 00 05

AL

27,7

MK

39,1

TR

132,0

ZZ

66,3

0709 93 10

TR

131,6

ZZ

131,6

0805 10 20

EG

54,0

IL

68,3

MA

72,6

ZZ

65,0

0805 50 10

AR

114,6

EG

68,1

TR

71,0

ZA

110,2

ZZ

91,0

0808 10 80

AR

157,2

BR

97,4

CL

127,8

CN

90,2

MK

46,1

NZ

142,3

US

200,4

ZA

116,6

ZZ

122,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2013

li jirrifjuta l-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja

(2013/226/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

DAĦLA

(1)

Miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet ta’ polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, l-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja ilhom fis-seħħ mill-2000, u ġġeddu fl-2007. B’mod parallel, il-miżuri kumpensatorji fuq il-PET ilhom fis-seħħ mill-2000, u hemm ukoll fis-seħħ miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq importazzjonijiet miċ-Ċina, l-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda.

(2)

Ir-Reviżjoni tal-Iskadenza ta’ dawn il-miżuri antidumping inbdiet fl-24 ta’ Frar 2012. Ir-Reviżjoni tal-Iskadenza tal-miżuri kumpensatorji fuq importazzjonijiet ta’ PET mill-Indja ukoll inbdiet fl-24 ta’ Frar 2012. Il-Kunsill aċċeta l-proposta tal-Kummissjoni biex jinżammu dawn il-miżuri kumpensatorji.

(3)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ir-Regolament Antidumping Bażiku), il-miżuri ser jiskadu wara perijodu għajr jekk l-iskadenza ta’ miżura x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. L-Artikolu 11(2) jgħid ukoll li l-probabbiltà ta’ rikorrenza tista’ tiġi indikata b’evidenza:

(a)

ta’ bejgħ taħt il-prezz u ħsara kontinwa; jew

(b)

li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjali jew ikkawżata biss mill-eżistenza ta’ miżuri; jew

(c)

li ċ-ċirkustanzi tal-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li kienu jindikaw il-probabbilità ta’ aktar dumping b’dannu.

Finalment, l-Artikolu 11(2) jgħid li għandhom isiru konklużjonijiet, filwaqt li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa għall-evidenza rilevanti u dokumentata ppreżentata fejn għandha x’taqsam il-kwistjoni dwar jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tal-ħsara.

(4)

Il-Kunsill jaqbel li ma hemm l-ebda probabbiltà li l-produtturi esportaturi Indoneżjani jew Malasjani jerġgħu jibdew jesportaw kwantitajiet dannużi bi prezzijiet ta’ dumping għas-suq tal-Unjoni fil-perijodu qasir jew dak medju jekk il-miżuri jiġu revokati.

(5)

Madankollu, il-fehma tal-Kunsill hija li ma ġiex muri li t-tneħħija tal-miżuri antidumping kontra l-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja x’aktarx twassal għall-issoktar jew għall-bidu ġdid ta’ dumping dannuż. Barra minn hekk, huwa jikkonkludi li l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri tkun ċarament kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni.

(6)

Il-Kunsill huwa tal-opinjoni li f’dan il-każ 13-il sena kienu biżżejjed biex l-industrija Ewropea tkun tista’ tadatta għall-kompetizzjoni globali u tirkupra b’mod sostanzjali. Barra minn hekk, is-swieq ta’ esportazzjoni prinċipali għall-PET qed jikbru u d-domanda globali għal-prodotti ppakkjati fil-PET probabbilment tespandi iżjed, aktar ma l-ekonomija dinjija tirkupra.

ĦSARA

(7)

Il-valutazzjoni tal-Kunsill, ibbażata fuq l-evidenza fil-proposta, hija li l-industrija tal-UE attwalment mhix issofri ħsara materjali.

RIKORRENZA TAL-ĦSARA

(8)

Il-Kunsill eżamina wkoll jekk ir-rikorrenza tal-ħsara materjali tkunx probabbli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li dan x’aktarx ma jseħħx. Il-produttività żdiedet fil-perijodu kopert mir-Reviżjoni tal-Iskadenza. B’mod konsistenti, l-industrija tal-UE għandha ’l fuq minn 70 % tas-suq tal-UE u l-prezzijiet, il-profittabbiltà, ir-redittu fuq l-investiment u ċ-ċifri tal-flussi ta’ flus qed jitjiebu b’mod sinifikanti. Ix-xejriet juru li l-iżviluppi tas-suq ma jistgħux jitqiesu bħala temporanji.

(9)

Dawn l-iżviluppi jippermettu lil produtturi fl-UE jikkompetu mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mingħajr ma jwasslu għal rikorrenza tal-ħsara materjali. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet żdiedu b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin u għalhekk il-pressjoni tal-prezzijiet qed tonqos.

(10)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati mhumiex sinifikanti f’termini tas-sehem tagħhom tas-suq tal-UE (għadu taħt l-4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni (PIR)) u fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn u l-bejgħ tal-produtturi tal-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet tagħhom huma konformi ma’ dawk tal-bejgħ fl-UE u l-importazzjonijiet l-oħrajn. Barra minn dan, skont id-data ppreżentata, f’termini tas-sehem tas-suq il-miżuri kienu aktar ta’ benefiċċju għall-produtturi minn pajjiżi terzi milli għall-industrija tal-Unjoni.

(11)

L-ishma tas-suq kemm tat-Tajwan kif ukoll tat-Tajlandja jinsabu qrib iż-żero. Fid-dawl tal-fatt li l-volumi huma daqstant żgħar, l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet dwar id-dumping x’aktarx huma soġġetti għal marġni kbir ta’ żball.

(12)

Fejn hemm importazzjonijiet, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet żdiedu b’mod qawwi. Il-prezzijiet Indjani żdiedu b’29 %, il-prezzijiet Tajwaniżi żdiedu b’27 % u l-prezzijiet Tajlandiżi żdiedu b’32 % fuq il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, fit-tliet każijiet kollha, ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz. Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li għalhekk mhux possibbli li tiġi ġustifikata konklużjoni li dawn l-importazzjonijiet qed jikkawżaw ħsara. Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija wkoll li ma ntweriex li dumping ta’ ħsara permezz ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx jerġa’ jitfaċċa ladarba jiskadu l-miżuri.

(13)

Għalkemm hemm xi kapaċità żejda fil-pajjiżi kkonċernati, il-Kunsill mhux persważ li dawk il-kapaċitajiet mhux użati jiġi diretti lejn l-UE. Id-domanda qed tikber fil-parti l-kbira tas-swieq il-kbar.

(14)

Il-livell tal-prezzijiet fl-UE, meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrahuwa ogħla minn fi swieq kbar oħrajn, minħabba li huma fis-seħħ dawn il-miżjuri fit-tul. Mingħajr il-miżuri, il-prezzijiet jkollhom tendenza jinnormalizzaw fir-rigward ta’ pajjiżi oħrajn. Miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’pajjiżi terzi x’aktarx mhux ser jiddevjaw kummerċ sinifikanti lejn l-UE għax dawn il-pajjiżi mhumiex il-konsumaturi dinjin ewlenin tal-PET. Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar jekk hemmx miżuri tad-difiża tal-kummerċ fi swieq tal-PET kbar oħrajn bħall-Istati Uniti jew il-Ġappun. Għalhekk, il-Kunsill jemmen li minkejja li jista’ jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet wara l-iskadenza tal-miżuri, din iż-żieda ma tkunx sinifikanti.

(15)

Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li ma ngħatat l-ebda evidenza persważiva dwar għadd ta’ fatturi li jidhru rilevanti għal kwalunkwe valutazzjoni ta’ jekk it-tneħħija tad-dazji twassalx għal bidu ġdid ta’ dumping ta’ ħsara. Dawn jinkludu:

(a)

xejriet tad-domanda f’pajjiżi terzi: fil-każ tat-Tajwan, pereżempju, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi jammontaw għal 60 % tal-kapaċità tal-produzzjoni. Dan jissuġġerixxi li x-xejriet tad-domanda futura f’dawn il-pajjiżi huma rilevanti għall-valutazzjoni;

(b)

l-ispejjeż tat-trasport u fatturi oħrajn li jaffettwaw il-profittabbiltà: jekk is-swieq tal-esportazzjoni ta’ pajjiżi terzi jkunu erqeb mis-suq tal-UE għall-esportatur — il-Lvant tal-Asja huwa suq sinifikanti — dan ser jaffettwa l-ispejjeż tat-transport u għalhekk il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet u għalhekk l-attrazzjoni relattiva tas-suq tal-UE.

(16)

Fatturi oħrajn jindikaw lejn il-probabbiltà li t-tneħħija tal-miżuri mhux ser twassal biex jerġa’ jibda d-dumping li jikkawża ħsara materjali għall-Industrija tal-Unjoni. Miżuri kontinwi ta’ antisussidju kontra l-Indja u ta’ antidumping kontra ċ-Ċina u pajjiżi oħrajn ser ikomplu jipprovdu xi protezzjoni għall-Industrija tal-Unjoni. Ix-xejra tal-passat ta’ kummerċ f’dan is-suq ukoll tissuġġerixxi li kwalunkwe żieda fl-esportazzjonijiet mill-Indja, t-Tajlandja u t-Tajwan tista’, b’mod komplet jew parzjali, tisposta l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi pjuttost milli l-produzzjoni tal-UE.

(17)

Il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li x’aktarx mhux ser jerġa’ jkun hemm ħsara materjali jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk il-Kunsill iqis li l-kriterji għall-issoktar tal-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku ma ġewx sodisfatti.

INTERESS TAL-UNJONI

(18)

L-Artikolu 21(1) tar-Regolament Bażiku jipprovdi li d-determinazzjoni dwar jekk l-interess tal-Unjoni jitlobx intervent għandha tkun ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha flimkien.

(19)

Il-prezzijiet tal-PET huma determinati minn għadd ta’ fatturi, iżda huwa ċar li l-miżuri antidumping żiedu l-ispejjeż għall-industrija tal-utent. Ħafna utenti huma dawk li jibbottiljaw u SMEs li joperaw f’marġni stretti u dawn intlaqtu b’mod serju mill-prezzijiet għoljin tal-PET fis-snin reċenti għax il-PET jirrapreżenta porzjon deċiżiv tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. L-impatt tal-ispejjeż għoljin kien l-akbar fuq kumpanniji żgħar li jibbottiljaw li ma kinux kapaċi jgħaddu l-prezzijiet miżjuda fuq bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi finali minħabba saħħa baxxa ta’ negozjar. Bosta qed jagħmlu telf kbir u tilfu għadd sinifikanti ta’ ħaddiema. Il-proposta tirrikonoxxi s-sitwazzjoni tal-utenti li qed tiddeterjora u l-fatt li l-prezzijiet tal-PET fl-UE huma ogħla minn dawk fi swieq kbar oħrajn. Madankollu, fl-opinjoni tal-Kunsill, ma ġiex muri li l-miżuri inkwistjoni mhumiex fattur li jikkontribwixxi għall-prezzijiet relattivament għoljin tal-PET fl-Unjoni.

(20)

L-industrija tal-PET fl-UE issa hija kkonċentrata ferm u dejjem aktar integrata vertikalment. Din hija profittabbli u għandha tkun kapaċi tkun kompetittiva internazzjonalment.

(21)

L-akkumulazzjoni ta’ miżuri flimkien mal-integrazzjoni dejjem tikber tal-produtturi tal-PET u tal-kumpanniji tal-ippakkettjar tal-PET fl-UE toħloq sitwazzjoni li fiha hemm nuqqas ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għal kumpanniji tal-ippakkettjar tal-PET indipendenti li huma soġġetti għall-PET bl-ogħla prezzijiet fid-dinja (fid-dawl tal-effett orizzontali li jeżisti fuq il-prezzijiet tal-PET), filwaqt li l-kompetituri prinċipali tagħhom f’ pajjiżi terzi għandhom aċċess għall-PET bi prezzijiet orħos.

(22)

L-utenti tal-PET għandhom sorsi ta’ provvista limitati ferm barra l-UE, għax il-miżuri huma fis-seħħ ukoll kontra importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi.

(23)

Il-Kunsill jikkonkludi li jidher ċar li mhux fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri jiġu estiżi peress li l-ispejjeż għall-importaturi, l-utenti u l-konsumaturi mhumiex proporzjonati għall-benefiċċji tal-industrija tal-Unjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja hija rifjutata minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja.

Artikolu 2

Il-proċediment ta’ reviżjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ polietilentereftalat b’numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandard tal-ISO 1628-5, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, l-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja huwa tterminat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Mejju 2013

li tittermina l-proċedimenti kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ bajsikils li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2013/227/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

F’April tal-2012 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-Notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-proċediment kontra s-sussidju”).

(2)

Il-proċediment kontra s-sussidju inbdiet wara lment imressaq fil-15 ta’ Marzu 2012 minn EBMA, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Bajsikils (“l-ilmentatur”), f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tat-total tal-produzzjoni ta’ bajsikils fl-Unjoni.

(3)

L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ sussidjar ta’ dan il-prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-ilmentatur, lil produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘RPĊ’) u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi, produtturi magħrufa tal-Unjoni tal-parts tal-bajsikils u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-utenti magħrufa, bil-bidu tal-proċediment u bagħtet il-kwestjonarji. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Avviż tal-bidu.

2.   Il-proċediment parallel ta’ anti-dumping

(5)

F’Marzu tal-2012, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) il-bidu ta’ reviżjoni interim tal-miżuri antidumping għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils li joriġinaw fir-RPĊ skont l-Artikolu 11(3) u 13(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (4) (“ir-Regolament bażiku anti-dumping”) L-investigazzjoni għadha għaddejja.

3.   Investigazzjoni parallela kontra l-evażjoni

(6)

F’Settembru tal-2012 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2012 (5), il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni dwar il-possibilità ta’ evażjoni tal-miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (6) fuq importazzjonijiet ta’ bajsikils li joriġinaw mill-RPĊ minn importazzjonijiet ta’ bajsikils mibgħuta mill-Indonesja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija u kemm jekk le, u li jagħmel lit-tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni (‘l-investigazzjoni kontra l-evażjoni’).

(7)

F’Novembru tal-2012, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (7) li s-sejbiet fl-investigazzjoni kontra l-evażjoni jistgħu jintużaw fil-proċediment kontra s-sussidju.

(8)

L-investigazzjoni kontra l-evażjoni li għadha għaddejja.

B.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT

(9)

Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Marzu 2013 indirizzata lill-Kummissjoni, l-ilmentatur formalment irtira l-ilment tiegħu.

(10)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, meta l-ilmentatur jirtira l-ilment tiegħu, il-proċediment jista’ jiġi tterminat sakemm tali terminazzjoni ma tkunx fl-interess tal-Unjoni.

(11)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni rispettiva kontra s-sussidju ma sabet ebda konsiderazzjonijiet li juru li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Madankollu, ma waslu ebda kummenti li jagħtu raġuni biex wieħed jasal għal konklużjoni differenti.

(12)

Għalhekk, ġie konkluż li l-proċediment kontra s-sussidju dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jintemmu mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment kontra s-sussidju li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajsikils u roti oħra (inklużi t-triċikli għall-ġarr tal-prodotti iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li attwalment għandhom il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 huwa b’dan itterminat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 122, 27.4.2012, p. 9.

(3)  ĠU C 71, 9.3.2012, p. 10.

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(5)  ĠU L 258, 26.9.2012, p. 21.

(6)  ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2.

(7)  ĠU C 346, 14.11.2012, p. 7.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/17


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU B’RABTA MAL-VALUTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

tas-17 ta’ Diċembru 2012

dwar l-inklużjoni tal-Anness 1 tal-Kapitolu 20 ġdid dwar l-isplussivi għal użu ċivili, l-emenda tal-Kapitolu 3 dwar il-ġugarelli u l-aġġornament ta' referenzi legali elenkati fl-Anness 1

(2013/228/UE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità ("il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikoli 10(4), 10(5) u 18(2) tiegħu;

Billi:

(1)

Il-Partijiet għall-Ftehim qablu li jimmodifikaw l-Anness 1 tal-Ftehim biex jinkludi kapitolu ġdid dwar splussivi għal użu ċivili;

(2)

L-Unjoni Ewropea adottat direttiva ġdida dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1) u l-Isvizzera emendat id-dispożizzonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminisrattivi tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq;

(3)

Il-Kapitolu 3, Ġugarelli, tal-Anness 1 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi;

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati ċerti referenzi legali fl-Anness tal-Ftehim;

(5)

L-Artikolu 10(5) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat jista', fuq proposta minn waħda mill-Partijiet, ibiddel l-Annessi għall-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

L-Anness 1 tal-Ftehim huwa modifikat sabiex jinkludi l-Kapitolu 20 ġdid dwar l-isplussivi għal użu ċivili (eskluż il-munizzjon) b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Hemża A annessa ma’ din id-Deċiżjoni.

2.

Il-Kapitolu 3, Ġugarelli, tal-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża B annessa ma’ din id-Deċiżjoni.

3.

L-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat b'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża C annessa ma' din id-Deċiżjoni.

4.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati biex jaġixxu f’isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma.

Iffirmata f’Bern, fis-17 ta’ Diċembru 2012

F’isem il-Konfederazzjoni Svizzera

Christophe PERRITAZ

Iffirmata fi Brussell, fit-12 ta’ Diċembru 2012

F’isem l-Unjoni Ewropea

Fernando PERREAU DE PINNINCK


(1)  Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).


HEMŻA A

Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodott, il-Kapitolu 20 li ġej dwar l-Isplussivi għal użu ċivili (eskluż il-munizzjoni) għandu jiġi introdott:

“KAPITOLU 20

SPLUSSIVI GĦAL UŻU ĊIVILI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1 paragrafu 2

L-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili (fil-verżjoni tal-ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20, ikkoreġuta fil-ĠU L 79, 7.4.1995, p. 34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) u fil-ĠU L 59, 1.3.2006, p. 43 (DE) (1), minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala "d-Direttiva 93/15/KEE”

2.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE tal-4 ta’ April 2008 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-indikazzjoni u t-traċċabbiltà ta’ splussivi għal użu ċivili (ĠU L 94, 5.4.2008, p. 8), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/4/UE (ĠU L 50, 23.2.2012, p. 18), minn hawn ’il quddiem imsejħa “d-Direttiva 2008/43/KE"

3.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/388/KE tal-15 ta’ April 2004 dwar trasferiment intra-Komunitarju ta' dokument dwar l-isplussivi (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 43), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/347/UE (ĠU L 155, 22.6.2010, p. 54), minn hawn ’il quddiem imsejħa "d-Deċiżjoni 2004/388/KE”

L-Isvizzera

100.

L-Att Federali tal-25 ta' Marzu 1977 dwar sustanzi splussivi (l-Att dwar l-Isplussivi) kif emendat l-aħħar fit-12 ta' Ġunju 2009 (RO 2010 2617)

101.

L-Ordinanza tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-isplussivi (l-Ordinanza dwar l-Isplussivi), kif emendata l-aħħar fil-21 ta’ Settembru 2012 (RO 2012 5315)

TAQSIMA II

Korpi għall-valutazzjoni tal-konformità

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.

TAQSIMA III

Awtoritajiet li jaħtru

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità

Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 93/15/KEE u l-Anness III.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

1.   Identifikazzjoni ta’ prodotti

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-impriżi fis-settur tal-isplussivi li jimmanifattura jew jimportaw l-isplussivi jew jgħaqqdu d-detonaturi għandhom jimmarkaw l-isplussivi u kull unità tal-ippakkjar sal-iżgħar waħda b'identifikazzjoni unika. Fejn splussiv huwa soġġett għal proċessi ulterjuri ta' manifattura, il-manifatturi ma għandhomx jintalbu jimmarkaw l-isplussiv b'identifikazzjoni unika ġdida ħlief jekk l-identifikazzjoni unika oriġinali ma baqgħetx immarkata iżjed b'konformità mad-Direttiva 2008/43/KE u/jew l-Ordinanza dwar l-Isplussivi.

L-identifikazzjoni unika għandha tinkludi l-komponenti preskritti fl-Anness tad-Direttiva 2008/43/KE u l-Anness 14 tal-Ordinanza dwar l-Isplussivi u għandha tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku miż-żewġ partijiet.

Kull impriża fis-settur tal-isplussivi u/jew il-manifattur għandu jingħatalhom kodiċi bi tliet figuri mill-awtorità nazzjonali tal-Istati Membri jew tal-Isvizzera fejn hi stabbilita. Dan il-kodiċi bi tliet figuri għandu jkun rikonoxxut b’mod reċiproku miż-żewġ Partijiet jekk is-sit tal-manifattura jew il-manifattur jinsabu fit-territorju ta’ wieħed mill-Partijiet.

2.   Dispożizzjoni li jirregolaw is-superviżjoni tat-trasferimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera

1.

Splussivi koperti minn dan il-Kapitolu jistgħu jiġu trasferiti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera biss b’konformità mal-paragrafi li ġejjin.

2.

Kontrolli mwettqa skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ trasferimenti tal-isplussivi rregolati mit-Taqsima V.2 għandhom jitwettqu biss bħala parti mill-proċeduri normali ta’ kontroll applikati b’mod mhux diskriminatorju fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea jew tal-Isvizzera.

3.

L-approvazzjoni għat-trasferimenti ta' splussivi għandha tinkiseb mid-destinatarju mingħand l-awtorità kompetenti li tirċievi. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-destinatarju huwa legalment awtorizzat li jakkwista splussivi u li għandu l-liċenzji jew l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa. Il-persuna responsabbli għat-trasferiment għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri jew l-Isvizzera li jgħaddu minnu jew minnhom il-movimenti tal-isplussivi f'dan l-Istat jew f'dawn l-Istati jew l-Isvizzera, li hija meħtieġa l-approvazzjoni tiegħu/tagħhom.

4.

Meta Stat Membri jew l-Isvizzera tqis li hemm problema fir-rigward tal-verifika tad-dritt tal-akkwist tal-isplussivi msemmija fil-paragrafu 3, dak l-Istat Membru jew l-Isvizzera għandha tibgħat it-tagħrif disponibbli dwar is-suġġett lill-Kummissjoni Ewropea li għandha tippreżenta l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stipulat fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/15/KEE mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni Ewropea għaldaqstant għandha tinforma lill-Isvizzera permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim.

5.

Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi tapprova trasferiment, din għandha toħroġ lid-destinatarju dokument li jinkludi t-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafu 7. Dak id-dokument għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni dikjarata tagħhom. Dan għandu jiġi preżentat wara talba tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Għandha tinżamm kopja ta' dan id-dokument mid-destinatarju li għandu jippreżentaha għall-eżami mill-awtorità kompetenti li qed tirċievi, wara talba ta' din tal-aħħar.

6.

Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew l-Isvizzera tqis li mhumiex meħtieġa ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà bħal dawk imsemmija fil-paragafu 5, l-isplussivi jistgħu jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom jew f'parti minnu mingħajr il-provvista minn qabel ta' tagħrif skont it-tifsira tal-paragrafu 7. L-awtorità kompetenti li qed tirċievi għandha mbagħad tagħti l-approvazzjoni għal perjodu fiss u li jista' jiġi mħassar jew irtirat fi kwalunkwe ħin abbażi ta' ġustifikazzjoni raġunata. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 5, li għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, għandu jirreferi unikament għall-approvazzjoni msemmija hawn fuq.

7.

Meta t-trasferimenti ta' splussivi għandhom ikunu speċifikament sorveljati sabiex ikunu konformi ma’ ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà fit-territorju jew f'parti mit-territorju ta' Stat Membru jew l-Isvizzera, qabel it-trasferiment għandu jingħata t-tagħrif li ġej mid-destinatarju lill-awtorità kompetenti li qed tirċievi.

l-ismijiet u l-indirizzi tal-operaturi kkonċernati; dan it-tagħrif għandu jkun dettaljat biżżejjed sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati u sabiex tkun tista' tinkiseb il-konferma li l-persuni inkwistjoni għandhom id-dritt legali li jirċievu l-kunsinna,

in-numru u l-kwantità tal-isplussivi li qed jiġu trasferiti,

deskrizzjoni sħiħa tal-isplussiv inkwistjoni u l-mezzi ta' identifikazzjoni, inkluż in-numru ta' identifikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti,

meta l-isplussivi jkunu se jitqiegħdu fis-suq, it-tagħrif dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq,

il-mezzi tat-trasferiment u l-itinerarju,

id-dati mistennija tat-tluq u tal-wasla,

fejn hu meħtieġ, il-punti preċiżi tad-dħul u tal-ħruġ mill-Istati Membri jew mill-Isvizzera.

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu għandhom jeżaminaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jseħħu t-trasferimenti, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċjali tas-sigurtà. Jekk il-ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà jitħarsu, l-approvazzjoni għat-trasferiment għandha tingħata. Fil-każ ta' tranżitu fit-territorju ta' Stati Membri oħra, dawk l-Istati jew l-Isvizzera għandhom bl-istess mod jeżaminaw u japprovaw, bl-istess kundizzjonijiet, il-partikolaritajiet dwar it-trasferiment.

8.

Bla ħsara għall-verifiki normali li l-pajjiż tat-tluq għandu jwettaq fit-territorju tiegħu, wara t-talba tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, id-destinatarji u l-operaturi kkonċernati fis-settur tal-isplussivi għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet tal-pajjiż tat-tluq u lil dawk il-pajjiżi ta' tranżitu, it-tagħrif kollu rilevanti li għandhom dwar it-trasferiment tal-isplussivi.

9.

L-ebda fornitur ma jista' jittrasferixxi splussivi ħlief jekk id-destinatarju jkun kiseb l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għat-trasferiment b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3, 5, 6 u 7.

10.

Għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 4, fejn hija adottata miżura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/15/KEE fir-rigward tal-prodotti mill-impriżi Svizzeri fis-settur tal-isplussivi u/jew il-manifatturi Svizzeri, din għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim.

Jekk l-Isvizzera ma taqbilx ma’ din il-miżura, l-applikazzjoni tal-miżura għandha tkun diferita għal tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni. Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jkollu konsultazzjonijiet bil-għan li jilħaq ftehim. Jekk ma jintlaħaqx ftehim fil-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu, wieħed mill-Partijiet jista’ jissospendi parti mill-kapitolu jew kollu kemm hu.

11.

Għall-iskopijiet tal-paragrafi 5 u 6 ta’ implimentazzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2004/388/KE.

3.   Skambju ta' tagħrif

B’konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri u l-Isvizzera għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tat-tnejn li huma, kwalunkwe tagħrif rilevanti sabiex jiżguraw implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2008/43/KE.

4.   Fejn jinsab il-manifattur

Għall-iskop ta’ dan il-Kapitolu, għandu jkun suffiċjenti li l-impriża fis-settur tal-isplussivi, il-manifattur, rappreżentant awtorizzat jew, meta l-ebda wieħed minn dawn ma jkun preżenti, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-prodott, tkun stabbilita fit-territorju ta’ wieħed mill-Partijiet.”


(1)  Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal splussivi maħsuba għall-użu, b’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-forzi armati jew il-pulizija, għal oġġetti pirotekniċi u għall-munizzjoni.


HEMŻA B

Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodott, il-Kapitolu 3, il-Ġugarelli għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“KAPITOLU 3

ĠUGARELLI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/7/UE (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 7) minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala d-"Direttiva 2009/48/KE")

L-Isvizzera

100.

Il-Liġi Federali tad-9 ta' Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-prodotti bażiċi (RO 1995 1469) kif emendata l-aħħar fid-9 ta' Novembru 2011 (RO 2011 5227)

101.

L-Ordinanza tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-prodotti bażiċi (RO 2005 5451), kif emendata l-aħħar fit-22 ta' Awwissu 2012 (RO 2012 4713)

102.

L-Ordinanza tad-Dipartiment Federali għall-Affarijiet Interni (FDHA) tal-15 ta’ Awwissu 2012 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (RO 2012 4717)

103.

L-Ordinanza tal-FDHA tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel (RO 2005 6555) kif emendata l-aħħar fil-15 ta’ Awwissu 2012 (RO 2012 4855)

104.

L-Ordinanza tas-17 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema tal-akkreditazzjoni Svizzera u l-ħatra ta' laboratorji għat-testijiet u l-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità (RO 1996 1904), kif emendata l-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2012 (RO 2012 2887)

TAQSIMA II

Korpi għall-valutazzjoni tal-konformità

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.

TAQSIMA III

Awtoritajiet li jaħtru

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal- korpi għall-valutazzjoni tal-konformità

Għall-ħatra ta’ korpi għall-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipju ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim u mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/48/KE.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

1.   Skambju ta’ tagħrif dwar iċ-ċertifikat ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika

L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jew l-Isvizzera jistgħu, wara talba raġunata, jitolbu d-dokumentazzjoni teknika, jew traduzzjoni ta' partijiet minnha minn manifattur ibbażat fit-territorju jew tal-Isvizzera jew ta' Stat Membru. L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jew l-Isvizzera jistgħu jitolbu minn manifattur ibbażat fl-Isvizzera jew fl-Unjoni Ewropea, il-parti rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika f'lingwa uffiċjali tal-awtorità li tkun qed tagħmel it-talba jew bl-Ingliż.

Meta awtorità għas-sorveljanza tas-suq titlob id-dokumentazzjoni teknika jew traduzzjoni ta’ partijiet minnha minn manifattur, din tista’ tistabbilixxi data ta’ skadenza ta’ 30 jum għall-wasla tagħha, sakemm ma tkunx ġustifikata skadenza iqsar minħabba riskju serju u immedjat.

Jekk il-manifattur ibbażat fit-territorju jew tal-Isvizzera jew ta’ Stat Membru ma jkunx konformi ma' din id-dispożizzjoni, l-awtorità għas-sorveljanza tas-suq tista’ titolbu li jsirlu test imwettaq minn korp maħtur għas-spejjeż tiegħu f’perjodu speċifikat sabiex jivverifika l-konformità mal-istandards armonizzati u r-rekwiżiti essenzjali.

2.   Talbiet għal tagħrif għall-korpi maħtura

L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-Isvizzera jistgħu jitolbu korp maħtur fl-Isvizzera jew fi Stat Membru biex jipprovdi tagħrif dwar kwalunkwe tip ta' ċertifikat ta' eżami li dak il-korp ikun ħareġ jew irtira, jew li hu marbut ma' kwalunkwe rifjut għall-ħarġa ta' ċertifikat, inkluż ir-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni teknika.

3.   Obbligi dwar tagħrif ta’ korpi maħtura

B’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2009/48/KE, korpi maħtura għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra maħtura skont dan il-Ftehim li jwettaq attivitajiet simili ta’ valutazzjonijiet tal-konformità li jkopru l-istess ġugarelli b’tagħrif rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta ma’ talbiet negattivi u, wara talba, riżultati pożittivi dwar il-valutazzjoni tal-konformità.

4.   Skambju ta’ esperjenza

L-awtoritajiet nazzjonali Svizzeri jistgħu jieħdu sehem fl-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membru responsabbli mill-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/48/KE.

5.   Koordinazzjoni ta’ korpi maħtura

Korpi Svizzeri maħtura għall-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jieħdu sehem fil-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni u l-gruppi settorjali jew gruppi ta’ korpi notifikati stipulati fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2009/48/KE, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura.

6.   L-aċċess għas-suq

L-importaturi bbażati fl-Unjoni Ewropea jew l-Isvizzera għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-ġugarell jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-ġugarell.

Il-Partijiet jirrikonoxxu b’mod reċiproku din l-indikazzjoni tal-koordinati tal-manifattur u l-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, li għandu jissemma bħal hawn fuq. Għall-iskop ta’ dan l-obbligu speċifiku, "importatur” għandu jfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Isvizzera li tqiegħed ġugarell minn pajjiż terz fl-Unjoni Ewropea jew fis-suq Svizzeru.

7.   Standards armonizzati

L-Isvizzera tirrikonoxxi l-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità permezz tal-leġiżlazzjoni msemmija fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu. Fejn l-Isvizzera tqsi li l-konformità ma’ standard armonizzat ma tissodisfax bi sħiħ ir-rekwiżiti li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni elenkata fit-Taqsima I, din għandha tippreżenta l-kwistjoni quddiem il-Kumitat u tagħti r-raġunijiet tagħha.

Il-Kumitat għandu jqis il-każ u jista' jitlob lill-Unjoni Ewropea biex taġixxi b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/48/KE. Il-Kumitat għandu jiġi infurmat bir-riżulat tal-proċedura.

8.   Proċedura dwar il-ġugarelli li ma jkunux konformi li mhumiex restritti għat-territorju nazzjonali tagħhom  (1)

Skont l-Artikolu 12(4) ta’ dan il-Ftehim, f’każijiet fejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jew l-Isvizzera jkunu ħadu azzjoni jew għandhom biżżejjed raġunijiet biex jemmnu li ġugarell kopert mit-Taqsima I ta’ dan il-Kapitolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-bnedmin, u jekk iqisu li n-nuqqas ta' konformità mhijiex restritta għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni Ewropea immedjatament dwar:

ir-riżultati tal-evalwazzjoni li huma wettqu u tal-azzjonijiet li huma talbu lill-operatur ekonomiku rilevanti sabiex jieħu;

miżuri provviżorji meħuda biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-ġugarell milli jkun disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-ġugarell minn dak is-suq jew biex jissejjaħ lura meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korretta xierqa. Dan jinkludi d-dettalji stabbiliti fl-Artikolu 42(5) tad-Direttiva 2009/48/KE.

L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membru jew tal-Isvizzera ħlief l-awtorità li bdiet din il-proċedura, għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra bi kull miżura adottata u bi kwalunkwe tagħrif addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-ġugarell ikkonċernat.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jittieħdu, mingħajr dewmien, miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, bħall-irtirar tal-ġugarell mis-suq.

9.   Proċedura ta' salvagwardja f’każ ta' oġġezzjonijiet kontra l-miżuri nazzjonali

Jekk l-Isvizzera jew Stat Membru ma jaqbilx mal-miżura nazzjonali notifikata, din/dan għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-oġġezzjonijiet tiegħu/tagħha.

Meta, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru jew l-Isvizzera kontra miżura meħuda mill-Isvizzera jew minn Stat Membru rispettivament, mat-tlestija tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 8 hawn fuq, jew meta l-Kummissjoni Ewropea tqis li miżura nazzjonali mhijiex konformi mal-leġiżlazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni Ewropea għandha tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-Isvizzera u mal-operaturi jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti, mingħajr dewmien, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali sabiex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata jew le.

F’każ ta’ ftehim bejn il-Partijiet dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri u l-Isvizzera għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jittieħdu miżuri ristrettivi xierqa fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, bħall-irtirar mis-suq tal-ġugarell, mingħajr dewmien.

Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, il-kwistjoni għandha tintbagħat quddiem il-Kumitat li jista' jiddeċiedi li jwettaq studju espert.

Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun:

(a)

mhux ġustifikata, l-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jew l-Isvizzera li ħadet il-miżura għandha tirtiraha;

(b)

ġustifikata, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ġugarell li mhuwiex konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom.”


(1)  Din il-proċedura ma timplikax obbligu tal-Unjoni Ewropea biex tagħti lill-Isvizzera l-aċċess għas-Sistema Rapida ta’ Tagħrif tal-Komunità (“RAPEX”) skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).


HEMŻA C

Emendi għall-Anness 1

Il-Kapitolu 1 (il-Makkinarju)

Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:

“l-Isvizzera

100.

Il-Liġi Federali tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-prodott (RO 2010 2573)

101.

L-Ordinanza tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar is-sikurezza tal-prodott (RO 2010 2583)

102.

L-Ordinanza tat-2 ta' April 2008 dwar is-sikurezza tal-makkinarju (RO 2008 1785), kif emendata l-aħħar fl-20 ta' April 2011 (RO 2011 1755)”

Il-Kapitolu 7 (it-Tagħmir tar-Radju u t-Tagħmir tat-Terminali tat-Telekomunikazzjoni)

Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:

“l-Isvizzera

100.

Il-Liġi Federali tat-30 ta’ April 1997 dwar it-Telekomunikazzjoni (LTC); (RO 1997 2187), kif emendata l-aħħar fit-12 ta’ Ġunju 2009 (RO 2010 2617)

101.

L-Ordinanza tal-14 ta’ Ġunju 2002 dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni (OIT); (RO 2002 2086), kif emendata l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2009 (RO 2009 6243)

102.

L-Ordinanza tal-14 ta' Ġunju 2002 tal-Uffiċċju Federali tat-Telekomunikazzjoni (OFCOM) dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni; (RO 2002 2111), kif emendata l-aħħar fit-13 ta’ Awwissu 2012 (RO 2012 4337)

103.

L-Anness 1 tal-Ordinanza tal-OFCOM dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni (RO 2002 2115), kif emendata l-aħħar fil-21 ta’ Novembru 2005 (RO 2005 5139)

104.

Lista ta' standards tekniċi ppubblikati fil-Feuille Fédérale bit-titli u r-referenzi, kif emendata l-aħħar fl-1 ta' Mejju 2012 (FF 2012 4380)

105.

L-Ordinanza tad-9 ta' Marzu 2007 dwar is-Servizzi tat-Telekomunikazzjoni (RO 2007 945), kif emendata l-aħħar fid-9 ta' Diċembru 2011 (RO 2012 367)”

Kapitolu 12 (Vetturi bil-mutur)

It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1), kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2012 tal-24 ta' Jannar 2012 (ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24), u li tqis l-atti mniżżla fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE, kif emendata sat-2 ta' Marzu 2012 u l-emendi għall-Anness imsemmi qabel rispettivament għall-atti mniżżla fih, aċċettati skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima V, il-paragrafu 1 (minn issa 'l quddiem flimkien imsejħa bħala d-Direttiva Qafas 2007/46/KE)

L-Isvizzera

100.

L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 relatata mar-rekwiżiti tekniċi għal vetturi ta' trasport bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (RO 1995 4145), kif emendata sat-2 ta' Marzu 2012 (RO 2012 1909) u li tqis l-emendi aċċettati skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima V, il-paragrafu 1

101.

L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 relatata mal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tat-triq (RO 1995 3997), kif emendata sal-11 ta' Ġunju 2010 (RO 2010 2749) u li tqis l-emendi aċċettati skont il-proċedura deskritta fit-Taqsima V, il-paragrafu 1”

Kapitolu 13 (Trakters agrikoli u forestali)

It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE tas-6 ta' April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24)

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/763/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/52/UE tal-11 ta' Awwissu 2010 (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 37)

3.

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/537/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24)

4.

Id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

5.

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE tal-24 ta' Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta' Settembru 2010 (ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7)

6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-power take-offs ta' tratturi u l-protezzjoni tagħhom, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/24/UE tat-8 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 24)

7.

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/22/UE tal-15 ta' Marzu 2010 (ĠU L 91, 10.4.2010, p. 1)

8.

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/415/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/22/UE tal-15 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 91, 10.4.2010, p. 1)

9.

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, b'karreġġata dejqa, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/22/UE tal-15 ta' Marzu 2010 (ĠU L 91, 10.4.2010, p. 1)

10.

Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/87/UE tas-16 ta' Novembru 2011 (ĠU L 301, 18.11.2011, p. 1)

11.

Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju rmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta' Settembru 2010 (ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7)

12.

Id-Direttiva 2008/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 30)

13.

Id-Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (ĠU L 261, 3.10.2009, p. 1)

14.

Id-Direttiva 2009/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 4)

15.

Id-Direttiva 2009/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-mirja li juru wara ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (verżjoni kodifikata) (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 9)

16.

Id-Direttiva 2009/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7)

17.

Id-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 19)

18.

Id-Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (ĠU L 214, 19.8.2009, p. 23)

19

Id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju prodotti minn tratturi agrikoli u għall-foresterija (kompatibilità elettromanjetika) (ĠU L 216, 20. 8.2009, p. 1)

20.

Id-Direttiva 2009/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-apparat tal-isteering ta’ tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija (verżjoni kodifikata) (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 11)

21.

Id-Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (ĠU L 203, 5.8.2009, p. 52)

22.

Id-Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (ĠU L 261, 3.10.2009, p. 40)

23.

Id-Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 18)

24.

Id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kkodifikata) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/62/UE tat-8 ta’ Settembru 2010 (ĠU L 238, 9.9.2010, p. 7)

L-Isvizzera

100.

L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar ir-rekwiżiti tekniċi għat-trakters agrikoli (RO 1995 4171), kif emendata l-aħħar fit-2 ta' Marzu 2012 (RO 2012 1915)

101.

L-Ordinanza tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tat-triq (RO 1995 3997) kif emendata l-aħħar fil-11 ta’ Ġunju 2010 (RO 2010 2749)”

Kapitolu 14 (Prattika Tajba fil-Laboratorju, GLP)

Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:

“l-Isvizzera

100.

Il-Liġi Federali tas-7 ta’ Ottubru 1983 dwar il-ħarsien tal-ambjent (RO 1984 1122), kif emendata l-aħħar fid-19 ta’ Marzu 2010 (RO 2010 3233)

101.

Il-Liġi Federali tal-15 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien minn sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (RO 2004 4763), kif emendata l-aħħar fis-17 ta’ Ġunju 2005 (RO 2006 2197)

102.

L-Ordinanza tat-18 ta’ Mejju 2005 dwar il-ħarsien minn sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (RO 2005 2721), kif emendata l-aħħar fl-10 ta’ Novembru 2010 (RO 2010 5223)

103.

L-Ordinanza tat-18 ta' Mejju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (RO 2005 3035), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2011 (RO 2011 2927)

104.

Il-Liġi Federali tal-15 ta’ Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku (RO 2001 2790), kif emendata l-aħħar fit-12 ta’ Jannar 2011 (RO 2011 725)

105.

L-Ordinanza tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar prodotti mediċinali (RO 2001 3420), kif emendata l-aħħar fit-8 ta' Settembru 2010 (RO 2010 4039)”

Kapitolu 15 (l-Ispezzjonijiet ta' Prattika Tajba fil-Manifattura tal-Prodotti Mediċinali u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Lottijiet)

It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)

L-Unjoni Ewropea

1.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward tal-farmakoviġilanza (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 38)

2.

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 1)

3.

Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30), kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - ir-Raba’ Parti (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14)

4.

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1) kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - ir-Raba’ Parti (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14)

5.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/94/KE tat-8 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji ta’ gwida tal-prattika ta’ fabbrikazzjoni tajba fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u prodotti mediċinali fil-fażi ta’ sperimentazzjoni għall-użu mill-bniedem (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 22)

6.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/412/KEE tat-23 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji ta’ gwida dwar il-prattika ta’ manifattura tajba tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 228, 17.8.1991, p. 70)

7.

Linji Gwida għal Prassi ta' Distribuzzjoni Tajba tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU C 63, 1.3.1994, p. 4) (ippubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

8.

Eudralex Volum 4 – Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju u mill-Bniedem: Linji Gwida tal-UE għal Prassi ta’ Manifattura Tajba (ippubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

9.

Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika korretta ta' klinika fit-twettiq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34)

10.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/28/KE tat-8 ta' April 2005 li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji gwida dettaljati għall-prattika klinika tajba dwar prodotti mediċinali ta' stħarriġ li jintużaw mill-bniedem, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-manifattura jew l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti (ĠU L 91, 9.4.2005, p. 13)

11.

Id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati, (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 74)

L-Isvizzera

100.

Il-Liġi Federali tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku (RO 2001 2790), kif emendata l-aħħar fit-12 ta' Jannar 2011 (RO 2011 725)

101.

L-Ordinanza tas-17 ta’ Ottubru 2001 dwar it-twaqqif tal-liċenzji (RO 2001 3399), kif emendata l-aħħar fil-25 ta’ Mejju 2011 (RO 2011 2561)

102.

L-Ordinanza tal-Aġenzija Svizzera għall-Prodotti Terapewtiċi tad-9 ta’ Novembru 2001 dwar ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti mediċinali (RO 2001 3437), kif emendata l-aħħar fis-7 ta’ Settembru 2012 (RO 2012 5651)

103.

L-Ordinanza tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar il-provi kliniċi ta’ prodotti farmaċewtiċi (RO 2001 3511), kif emendata l-aħħar fid-9 ta' Mejju 2012 (RO 2012 2777)”


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA

Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Kapitolu 3, il-Ġugarelli, u b’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza tal-Isvizzera fil-kumitati (1), il-Kummissjoni Ewropea se tikkonsulta mal-esperti Svizzeri fl-istadju ta’ tħejjija tal-abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu ppreżentati sussegwentament lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2009/48/KE.


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 429.


23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/s3


AVVIŻ LILL-QARREJJA

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.