|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.135.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 465/2013
tas-16 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġinaw fl-Indja, fl-Indonesja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA PREĊEDENTI
|
(1) |
Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 192/2007 (2), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajlandja u t-Tajwan wara reviżjoni ta’ skadenza u reviżjoni parzjali interim. Il-miżuri kienu oriġinarjament ġew imposti f’Awwissu 2000 (3). Il-miżuri huma attwalment suġġetti għal reviżjoni oħra ta’ skadenza (4). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2000/745/KE (5), aċċettat impenn fuq il-prezz, fost l-oħrajn mill-kumpanija Indoneżjana P.T. Polypet Karyapersada (“Polypet”). Konsegwentement għar-risultanzi u l-konklużjonijiet relatati ma’ reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” (6), il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2002/232/KE (7), aċċettat impenn mill-kumpanija Indjana, Futura Polymers Ltd, li sussegwentement kienet ingħatat l-isem Futura Polyesters Ltd (“Futura”) (8). |
B. IRTIRAR TAL-IMPENJI U EMENDA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 192/2007
|
(3) |
Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2013/223/UE (9), irtirat l-aċċettazzjoni tal-impenji fir-rigward tal-kumpaniji Polypet u Futura. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 192/2007 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 hija b’dan sostitwita bit-tabella li ġejja:
|
Pajjiż |
Kumpaniji |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
“Indja |
Reliance Industries Ltd |
A181 |
|
Indja |
Pearl Engineering Polymers Ltd |
A182 |
|
Indja |
Dhunseri Petrochem & Tea Ltd |
A585 ”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. QUINN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 199, 5.8.2000, p. 48.
(5) ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88.
(7) ĠU L 78, 21.3.2002, p. 12.
(8) ĠU C 116, 16.5.2003, p. 2.
(9) Ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 466/2013
tas-7 ta’ Mejju 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Panforte di Siena (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Panforte di Siena” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
ANNESS
Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
Klassi 2.4. Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar
L-ITALJA
Panforte di Siena (IĠP)
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 467/2013
tas-16 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 206/2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata fil-posters lil min jivvjaġġa u lill-pubbliku ġenerali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 8(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (2) jistipula regoli dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ natura mhux kummerċjali li jkunu fil-bagalji ta’ vjaġġaturi, jew ukoll li jitwasslu lil persuni privati f’ammonti żgħar bħala riżultat ta’ ordnijiet mill-bogħod (pereżempju bil-posta, bit-telefown jew permezz tal-Internet). |
|
(2) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 206/2009 jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li fil-punti kollha ta’ dħul fl-Unjoni, vjaġġaturi li jaslu minn pajjiżi terzi jiġu ppreżentati bil-kundizzjonijiet veterinarji applikabbli għall-kunsinni personali introdotti fl-Unjoni. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-vjaġġaturi għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li tinsab f’wieħed mill-posters stabbiliti fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Il-posters fihom tagħrif dwar derogi għal ċerti pajjiżi terzi ta’ prossimità ġeografika u riskju limitat għal saħħet l-annimali. |
|
(3) |
Il-Kroazja hija waħda minn dawk il-pajjiżi. Huwa meħtieġ li titħassar l-annotazzjoni għall-Kroazja minn dawk il-kartelluni, b’seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u soġġett għal dik id-data. |
|
(4) |
Huwa wkoll opportun li jsir rieżami żgħir tal-kliem u jkun stabbilit il-messaġġ ippreżentat fil-posters sabiex isir aktar ċar għall-vjaġġaturi u għall-pubbliku ġenerali. |
|
(5) |
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 206/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 206/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja u huwa soġġett għalih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS III
(L-avviżi jistgħu jinstabu fuq: http://ec.europa.eu/food/fs/ah_pcad/ah_pcad_importposters_en.html)
Il-Kummissjoni Ewropea
Żomm il-mard tal-annimali Barra l-Unjoni Ewropea!
Il-vjaġġaturi għandhom jippreżentaw dawn il-prodotti għal kontroll uffiċjali*
Prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jġorru patoġeni li jikkaġunaw mard infettiv fl-annimali
Hemm proċeduri stretti u kontrolli veterinarji fuq l-intorduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali ġewwa l-Unjoni Ewropea
*Minbarra dawk li jaslu b'ammonti żgħar għall-konsum personali:
minn Andorra, mill-Groenlandja, mill-Gżejjer Faeroe, mill-Islanda, mill-Isvizzera, mill-Lischtenstein, min-Norveġja u minn San Marino.
Saħħa u Konsumaturi
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-mard ma jirrispettax fruntieri
Jekk iddaħħal laħam u prodotti tal-ħalib minn barra l-UE tkun qed tissogra li ddaħħal mard tal-annimali.
Jekk ma tiddikjarax oġġetti bħal dawn, tista' tiġi mmultat jew tiffaċċja prosekuzzjoni kriminali.
Dawn il-prodotti jiġu ssekwestrati u meqruda mal-wasla.
Tista' ddaħħal ammonti żgħar għall-konsum personali:
minn Andorra, mill-Groenlandja, mill-Gżejjer Faeroe, mill-Islanda, mill-Isvizzera, mill-Lischtenstein, min-Norveġja u minn San Marino.
Saħħa u Konsumaturi
”|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 468/2013
tal-21 ta’ Mejju 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
15,0 |
|
MA |
42,9 |
|
|
TN |
82,9 |
|
|
TR |
77,1 |
|
|
ZZ |
54,5 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
27,7 |
|
MK |
43,5 |
|
|
TR |
132,0 |
|
|
ZZ |
67,7 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
133,5 |
|
ZZ |
133,5 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
49,9 |
|
IL |
71,8 |
|
|
MA |
74,7 |
|
|
TR |
59,9 |
|
|
ZZ |
64,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
118,0 |
|
EG |
68,1 |
|
|
TR |
115,2 |
|
|
ZA |
116,9 |
|
|
ZZ |
104,6 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
129,8 |
|
BR |
88,4 |
|
|
CL |
121,1 |
|
|
CN |
73,7 |
|
|
MK |
46,1 |
|
|
NZ |
146,3 |
|
|
US |
211,4 |
|
|
ZA |
94,1 |
|
|
ZZ |
113,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/10 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/27/UE
tas-17 ta’ Mejju 2013
li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex il-klorfenapir jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi l-klorfenapir. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-klorfenapir ġie evalwat skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi tal-injam, kif iddefinit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-Portugall nħatar bħala Stat Membru Rapporteur u f’Awwissu 2006 ressaq rapport tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(5) u (7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (3) |
|
(4) |
Ir-rapport tal-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fl-14 ta’ Diċembru 2012, f’rapport ta’ valutazzjoni. |
|
(5) |
Mill-evalwazzjonijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-klorfenapir jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li l-klorfenapir jiġi inkluż għal użu fil-prodotti tat-tip 8 fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Ma ġewx evalwati l-użi u x-xenarji ta’ esponiment potenzjali kollha fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jivvalutaw dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet umani u l-kompartimenti ambjentali li għadhom ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji li saret fil-livell tal-Unjoni, u li, meta jkunu qed jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli. |
|
(7) |
Fid-dawl tar-riskji identifikati għas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li wieħed jitlob li jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali sikuri, li l-prodotti jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq, u li l-prodotti jkunu biss awtorizzati għal utenti industrijali jew professjonali, għajr jekk fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott ikun jista’ jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli b’mezzi oħrajn. |
|
(8) |
Fid-dawl tar-riskji identifikati għall-ambjent, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-applikazzjoni industrijali jew professjonali ssir f’żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b’ħitan ta’ protezzjoni, li hekk kif l-injam jiġi ttrattat jinħażen fuq bażi iebsa impermeabbli, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew l-ilma, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodotti użati bħala preservattivi tal-injam u li fihom il-klorfenapir jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi. |
|
(9) |
F’sitwazzjonijiet fejn l-injam li kien ittrattat bil-klorfenapir intuża fuq barra, ġew identifikati riskji inaċċettabbli għall-ambjent. Għalhekk huwa xieraq li wieħed jitlob li l-prodotti ma jkunux awtorizzati għat-trattament ta’ injam maħsub għal użu fuq barra, għajr jekk tiġi sottomessa dejta li turi li l-prodott se jissodisfa r-rekwiżiti kemm tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE kif ukoll tal-Anness VI tagħha, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskju. |
|
(10) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikati simultanjament fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali tal-prodotti tat-tip 8 li fihom is-sustanza attiva klorfenapir, u wkoll biex jiġi ffaċilitat it-tħaddim tajjeb tas-suq tal-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali. |
|
(11) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u biex jiġi żgurat li l-applikanti li ħejjew id-dossiers ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skont l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data tal-inklużjoni. |
|
(12) |
Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(13) |
Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (4), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2014, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Mejju 2015.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(2) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Nru |
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva (*1) |
Data tal-inklużjoni |
Skadenza sa meta għandu jkun hemm konformità mal-Artikolu 16(3) sakemm ma tkunx tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet indikati fin-nota f’qiegħ il-paġna marbuta ma’ dan it-titlu (*2) |
Data ta’ skadenza tal-inklużjoni |
Tip ta’ prodotti |
Dispożizzjonijiet speċifiċi (*3) |
||||||||
|
“65 |
klorfenapir |
Isem tal-IUPAC: 4-bromo-2-(4-klorofenil)-1-etossimetil-5-trifluworometilpirrol-3-karbonitril Nru tal-KE: Mhux allokat Nru tal-CAS: 122453-73-0 |
940 g/kg |
l-1 ta’ Mejju 2015. |
it-30 ta’ April 2017. |
it-30 ta’ April 2025. |
8 |
Il-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni ma kinitx tindirizza l-użi u x-xenarji ta’ esponiment potenzjali kollha. Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott tkun qed tiġi vvalutata, skont l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fejn rilevanti għall-prodott partikolari, dawk l-użi jew ix-xenarji ta’ esponiment u dawk ir-riskji għall-popolazzjonijiet tal-bniedem u għall-kompartimenti ambjentali li ma ġewx indirizzati b’mod rappreżentattiv fil-valutazzjoni tar-riskji fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(*1) Il-purezza indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purezza tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 11. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq tista’ tkun ta’ purezza ugwali jew differenti, jekk tkun ġiet ippruvata teknikament ekwivalenti għas-sustanza evalwata.
(*2) Għall-prodotti li fihom aktar minn sustanza attiva waħda koperti bl-Artikolu 16(2), l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) hija dik tal-aħħar sustanza attiva mis-sustanzi attivi tal-prodott li tkun ġiet inkluża f’dan l-Anness. Għall-prodotti li l-ewwel awtorizzazzjoni għalihom tkun ingħatat wara 120 jum qabel l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) u tkun ġiet sottomessa applikazzjoni kompluta għal rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu 4(1) fi żmien 60 jum minn meta tkun ingħatat l-ewwel awtorizzazzjoni, l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) fir-rigward ta’ dik l-applikazzjoni tiġi estiża għal 120 jum wara d-data minn meta tkun waslet l-applikazzjoni kompluta għal rikonoxximent reċiproku. Għall-prodotti li għalihom Stat Membru jkun ippropona li jidderoga mir-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu 4(4), l-iskadenza għall-konformità mal-Artikolu 16(3) tiġi estiża għal tletin jum wara d-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont it-tieni subparagarafu tal-Artikolu 4(4).
(*3) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/14 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/28/UE
tas-17 ta’ Mejju 2013
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u partikolarment l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE jipprojbixxi l-użu ta’ ċomb, merkurju, kadmju jew kromju eżavalenti fil-materjali u l-komponenti tal-vetturi mqiegħda fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2003. |
|
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka l-materjali u komponenti tal-vetturi eżenti mill-projbizzjoni li hemm fl-Artikolu 4(2)(a) tagħha. Il-vetturi mqiegħda fis-suq qabel id-data tal-iskadenza ta’ eżenzjoni partikolari u l-ispare parts għal dawk il-vetturi jistgħu jkollhom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju jew il-kromju eżavalenti fil-materjali u l-komponenti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE. |
|
(3) |
Il-punt 8(i) tal-Anness II jipprevedi eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann fl-applikazzjonijiet elettriċi għall-igglejżjar fuq il-ħġieġ bl-eċċezzjoni tal-issaldjar fl-igglejżjar laminat, li tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(4) |
Valutazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku wriet li l-użu taċ-ċomb fl-applikazzjoni koperta mill-punt 8(i) ma jistax jiġi evitat, peress li s-sostituti ta’ dan il-materjal għadhom mhumiex disponibbli. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE huwa sostitwit mit-test deskritt fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS II
Il-materjali u l-komponenti eżenti mill-Artikolu 4(2)(a)
|
Materjali u komponenti |
L-ambitu u d-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni |
Li għandu jkollu tikketta jew ikun magħmul identifikabbli skont l-Artikolu 4(2)(b)(iv) |
||||||
|
Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar |
||||||||
|
|
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||
|
L-1 ta’ Lulju 2011 u l-ispare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2011 |
|
||||||
|
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti |
||||||||
|
X |
|||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2005 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-1 ta Lulju 2006 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009 |
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2015 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
X (2) |
|||||||
|
X (2) |
|||||||
|
X (2) |
|||||||
|
X (2) |
|||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u wara dik id-data bħala spare parts għal dawn il-vetturi |
X (2) |
||||||
|
X (2) |
|||||||
|
Bħala spare parts għal tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003 |
|
||||||
|
|
X (4) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni) |
||||||
|
|
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
|
|||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Il-kromju eżavalenti |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2007 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2008 |
|
||||||
|
|
X |
||||||
|
Merkurju |
||||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Vetturi b’approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Kadmju |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 |
|
||||||
|
Noti:
|
||||||||
(1) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2015.
(2) Iż-żarmar fil-każ li, f’korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.
(3) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2014.
(4) Iż-żarmar jekk, f’korrelazzjoni mal-entrata 8(a) sa 8(j), jinqabeż limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.
(*1) Din il-klawżola ma għandhiex tapplika għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-ixkupilji tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-kisi tal-brejkijiet.”
DEĊIŻJONIJIET
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ April 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2000/745/KE li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċedimenti tal-antidumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja u r-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja
(2013/223/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku tal-antidumping”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI EŻISTENTI
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 (2) u wara analiżi tal-iskadenza u analiżi parzjali interim, il-Kunsill impona dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjoni ta’ ċertu polietilentereftalat (“PET”) li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malażja, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajlandja u t-Tajwan. Il-miżuri kienu oriġinarjament ġew imposti f’Awwissu tal-2000 (3). Attwalment il-miżuri huma soġġetti għal analiżi oħra tal-iskadenza (4). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2000/745/KE (5) (“id-Deċiżjoni”) aċċettat impenn fuq il-prezz (“l-impenn”), fost l-oħrajn mill-kumpanija Indoneżjana P.T. Polypet Karyapersada (“Polypet”). Wara s-sejbiet u l-konklużjonijiet relatati ma’ analiżi ta’ “esportatur ġdid” (6), il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2002/232/KE (7) li temenda d-Deċiżjoni 2000/745/KE, aċċettat impenn mill-kumpanija Indjana Futura Polyesters Limited (“Futura”). |
B. OBBLIGI LI JOĦORĠU MILL-IMPENN
|
(3) |
Wieħed mill-obbligi fundamentali li jirriżultaw minn impenn huwa r-rappurtar kull tliet xhur tal-bejgħ, li jippermetti lill-Kummissjoni timmonitorja l-impenn b’mod effettiv. L-obbligu tal-monitoraġġ ikopri wkoll sitwazzjoni fejn ma jsirx bejgħ matul tliet xhur partikolari (l-hekk imsejjaħ rapport ta’ “bla bejgħ”). |
|
(4) |
Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe bidla fl-istruttura korporattiva tal-kumpanija li tista’ jsseħħ matul l-applikazzjoni tal-impenn. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet tal-impenn jistipulaw li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni dwar dawn il-kwistjonijiet jitqiesu bħala ksur tal-impenn. Deċiżjoni reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (8) kkonfermat ukoll li l-obbligi tar-rappurtar għandhom jitqiesu bħala obbligi primarji għat-tħaddim sewwa tal-impenn. |
C. KSUR TAL-IMPENN
|
(6) |
Il-kumpanija Polypet ma bagħtitx rapport tal-bejgħ fir-rigward tat-tielet tliet xhur tal-2012, minkejja t-tfakkiriet ripetittivi. Barra minn dan, għall-kontrarju tad-dispożizzjonijiet tal-impenn li kkommettiet ruħha għalih il-kumpanija. Polypet ma informatx lill-Kummissjoni immedjatament li l-assi tagħha nbiegħu lil kumpanija Indoneżjana oħra f’Awwissu 2012. Ma wasal l-ebda rapport fir-rigward tar-raba’ tliet xhur tal-2012. |
|
(7) |
Il-kumpanija Futura ma bagħtet l-ebda rapport għat-tielet u r-raba’ tliet xhur tal-2012, minkejja t-tfakkiret ripetittivi. |
|
(8) |
Dawn in-nuqqasijiet fil-preżentazzjoni u n-notifiki dwar il-bidla fl-istruttura tal-kumpanija jikkwalifikaw bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni kontinwu, u b’hekk ksur tad-dispożizzjonijiet tal-impenji. Dan jiġġustifika l-irtirar taż-żewġ impenji. |
D. SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB
|
(9) |
Iż-żewġ kumpaniji ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub. Ma waslet l-ebda sottomissjoni mingħand il-kumpaniji |
E. EMENDA TAD-DEĊIŻJONI 2000/745/KE
|
(10) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku tal-antidumping kif ukoll skont il-klawżoli rilevanti tal-impenji li jawtorizzaw lill-Kummissjoni tirtira l-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni tal-impenji offruti mill-kumpaniji Polypet u Futura għandha tiġi rtirata u li d-Deċiżjoni 2000/745/KE kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/232/KE għandha tiġi emendata. Għaldaqstant, id-dazju definittiv tal-antidumping impost permezz tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 għandu japplika awtomatikament għall-importazzjonijiet ta’ PET manifatturat mill-kumpaniji Polypet u Futura (kodiċi addizzjonali TARIC A193 għal Polypet u kodiċi addizzjonali TARIC A184 għal Futura), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-aċċettazzjoni tal-impenji fir-rigward tal-kumpaniji P.T.Polypet Karyapersada, l-Indoneżja (kodiċi addizzjonali TARIC A193) u Futura Polyesters Limited, l-Indja (kodiċi addizzjonali TARIC A184) qiegħda b’dan tiġi rtirata.
Artikolu 2
It-tabella tal-Artikolu 1 fid-Deċiżjoni 2000/745/KE qed tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
“Pajjiż |
Kumpaniji |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
L-Indja |
Reliance Industries Limited |
A181 |
|
L-Indja |
Pearl Engineering Polymers Limited |
A182 |
|
L-Indja |
Dhunseri Petrochem & Tea Limited |
A585 ” |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 199, 5.8.2000, p. 48.
(5) ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88.
(7) ĠU L 78, 21.3.2002, p. 12, ĠU C 116, 15.5.2003, p. 2.
(8) Kawża C-552/10 P, http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&docid=130244&pageIndex=0&doclang=en&mode=req&dir=&occ=first&part=1&cid=825501
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Mejju 2013
li tawtorizza lil laboratorju fil-Kroazja jwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja
(notifikata bid-dokument C(2013) 2783)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/224/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija [rabbja] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) f’Nancy, Franza (integrata mill-1 ta’ Lulju 2010 fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail, ANSES), bħala l-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tkun segwita l-effettività tal-vaċċini tar-rabbja. |
|
(2) |
Dik id-Deċiżjoni tipprevedi wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f’pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tar-rabbja. |
|
(3) |
Billi tadotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/304/UE tal-11 ta’ Ġunju 2012 li tawtorizza laboratorji fil-Kroazja u fil-Messiku biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim tar-rabbja (2), il-Kummissjoni awtorizzat il-laboratorju għall-idrofobija [rabbja] u l-viroloġija ġenerali tal-Istitut Veterinarju Kroat biex iwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja fil-klieb, il-qtates u l-inmsa. |
|
(4) |
Wara r-rapport ta’ stima mhux favorevoli stabbilit mill-ANSES, bid-data tat-3 ta’ Settembru 2012, l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dak il-laboratorju ġiet rtirata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta’ profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija [rabbja] (3). |
|
(5) |
L-awtorità kompetenti tal-Kroazja ressqet applikazzjoni għal approvazzjoni mill-ġdid tal-laboratorju għar-rabbja u l-viroloġija ġenerali tal-Istitut Veterinarju Kroat li huwa appoġġjat minn rapport ta’ stima favorevoli stabbilit għal dak il-laboratorju mill-ANSES, bid-data tal-15 ta’ Frar 2013. |
|
(6) |
L-awtorità kompetenti tal-Kroazja kienet ukoll informat uffiċjalment lill-Kummissjoni li l-isem tal-laboratorju inbidel. |
|
(7) |
Għaldaqstant, dak il-laboratorju għandu jkun awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja fil-klieb, il-qtates u l-inmsa. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-laboratorju li ġej hu awtorizzat li jwettaq testijiet seroloġiċi biex tkun segwita l-effettività tal-vaċċini tar-rabbja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa, kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE:
|
Il-laboratorju għar-rabbja (Laboratorju Nazzjonali ta’ Referenza Kroat għar-Rabbja) tal-Istitut Veterinarju Kroat |
|
Savska cesta 143 |
|
10000 Zagreb |
|
Il-Kroazja |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Mejju 2013
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, fir-rigward tal-estensjoni skadenza għal dawk il-programmi tal-Istati Membri dwar dawk l-istudji
(notifikata bid-dokument C(2013) 2785)
(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
(2013/225/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE (2), tipprevedi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lil il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja,Franza, l-Isvezja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, Spanja, is-Slovakkja, r-Renju Unit, u l-Ungerija, għall-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza tagħhom dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel għall-perjodu mill-1 ta’ April 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013. |
|
(2) |
Il-linji gwida għal proġett pilota ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel (3) tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel jipprovdu gwida lill-Istati Membri dwar programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel. Dan jistipula li għandom jitwettqu tlett kontrolli f’mġiebaħ magħżula u li l-aħħar kontroll għandu jitwettaq matul l-istaġun ta’ produzzjoni tal-għasel sabiex jiġi stmat oġġettivament l-għadd ta’ kolonji mitlufa jew imdgħajfa. Il-perjodu għandu jiġi magħżul mill-Istat Membru skont il-karatteristiċi klimatiċi speċifiċi tagħha. |
|
(3) |
Ċerti Stati Membri talbu li l-perjodu tal-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel, previst fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE, jiġi estiż wara t-30 ta’ Ġunju 2013, billi jekk titqies il-pożizzjoni ġeografika ta’ dawk l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet staġonali, jidher li se jkun impossibbli li jispiċċaw il-programmi tagħhom qabel dik id-data. |
|
(4) |
Sabiex ikun possibbli li l-Istati Membri kollha jieħdu sehem fi programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel li tikkonkludi t-tielet rawnd ta’ żjarat fis-sajf, huwa meħtieġ li jiġu emendati data tat-tmiem prevista fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE mit-30 ta’ Ġunju 2013 sat-30 ta’ Settembru 2013. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/362/UE, id-data “30 ta’ Ġunju 2013” għandha tinbidel bid-data “30 ta’ Settembru 2013”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka, lir-Renju ta’ Spanja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 176, 6.7.2012, p. 65.
(3) http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/docs/annex_i_pilot_project_en.pdf
|
22.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/s3 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1), mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika biss tal-Ġurnal Uffiċjali għandha tiġi meqjusa awtentika u għandu jkollha effett legali.
Fejn ma jkunx possibbli li tiġi ppubblikata l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti, l-edizzjoni stampata għandha tkun awtentika u għandu jkollha effett legali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 216/2013.