|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.116.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2013/200/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ April 2013
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar emenda għall-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
(2013/200/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 168(4)(b), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness II tiegħu. |
|
(3) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi dwar regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 tal-31 ta’ Awwissu 2012 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2013, l-2014 u l-2015 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (3) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2012, l-2013 u l-2014 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali (4) u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom ġie integrat fil-Ftehim ŻEE b’ċerti adattamenti għall-Islanda u n-Norveġja. |
|
(6) |
Dawk l-adattamenti għandhom jiġu trasferiti għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012. Dawn jikkonċernaw in-numru ta’ pestiċidi li għandhom jiġu mmonitorjati mill-Islanda u l-għadd ta’ kampjuni ta’ kull prodott li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-Islanda u min-Norveġja. |
|
(7) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2013
ta’ …
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012 tal-31 ta’ Awwissu 2012 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2013, l-2014 u l-2015 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (1) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011 (2) li huwa integrat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi rrevokat skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 68 (Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011) jitħassar. |
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 71 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 378/2012):
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(2) ĠU L 325, 8.12.2011, p. 24.
(*1) [Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
REGOLAMENTI
|
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 380/2013
tal-25 ta’ April 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1141/2010 fir-rigward tas-sottomissjoni tad-dossier komplet supplimentari lill-Awtorità, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-elenku ta’ dawk is-sustanzi (2) jipprovdi għas-sommarju supplimentari tad-dossier, kif aġġornat biex jieħu inkonsiderazzjoni l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Istat Membru relatur, li għandu jiġi sottomess mill-applikant lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”), lill-Istati Membri l-oħra u, jekk issir it-talba, lill-Kummissjoni meta r-rapport dwar l-ivvalutar tat-tiġdid ikun sottomess lill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Il-prattika turi li l-maġġoranza l-kbira tad-dossiers għall-approvazzjoni jew tiġdid tal-approvazzjoni huma evalwati mill-Awtorità. Biex jippermetti lill-Awtorità tagħti l-konklużjonijiet tagħha fuq l-ivvalutar tar-riskju kollu jew fuq punti speċifiċi, huwa madanakollu meħtieġ li d-dossier supplimentari komplet ikun sottomess lill-Awtorità flimkien mas-sommarju supplimentari tad-dossier. Id-dossier supplimentari komplet għandu jiġi sottomess ukoll lill-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li titlob is-sottomissjoni tad-dossier supplimentari komplet. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1141/2010 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1141/2010
Fl-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010, jiżdied is-subparagrafu segwenti:
“Barra minn dan, l-Istat Membru relatur għandu jitlob lill-applikant biex jissottometti d-dossier supplimentari komplet lill-Awtorità, lill-Istati Membri l-oħra u, jekk issir it-talba, lill-Kummissjoni.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 381/2013
tal-25 ta’ April 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
67,3 |
|
TN |
95,4 |
|
|
TR |
114,2 |
|
|
ZZ |
92,3 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
65,0 |
|
MA |
99,6 |
|
|
TR |
130,8 |
|
|
ZZ |
98,5 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
105,7 |
|
ZZ |
105,7 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
47,9 |
|
IL |
69,0 |
|
|
MA |
51,6 |
|
|
TN |
69,6 |
|
|
TR |
69,6 |
|
|
ZZ |
61,5 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
95,7 |
|
ZA |
116,4 |
|
|
ZZ |
106,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
101,5 |
|
BR |
93,1 |
|
|
CL |
123,3 |
|
|
CN |
101,7 |
|
|
MK |
29,8 |
|
|
NZ |
138,4 |
|
|
US |
191,3 |
|
|
ZA |
108,9 |
|
|
ZZ |
111,0 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
108,3 |
|
CL |
113,3 |
|
|
NZ |
199,4 |
|
|
ZA |
121,8 |
|
|
ZZ |
135,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
|
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 382/2013
tal-25 ta’ April 2013
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwota tariffarja miftuħa għas-subperjodu ta' April 2013 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi [kwoti tariffarji] fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi [kwoti tariffarji] għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jitkisser mill-pajjiż tal-oriġini u li jinqasam f'diversi subperjodi skont l-Anness I għal dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. |
|
(2) |
April huwa t-tieni subperjodu għall-kwota prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
|
(3) |
In-notifiki mibgħuta skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2013 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li l-punt sa fejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni jiġi ddeterminat billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantità mitluba taħt il-kwota kkonċernati. |
|
(4) |
Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2013, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli. |
|
(5) |
Jeħtieġ ukoll li għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 tiġi stabbilita l-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. |
|
(6) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal- ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2013, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ wara li taqa’ taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130, imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stipulata fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' April 2013 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
Kwota ta' ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif previst fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
Oriġini |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' April 2013 |
Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Lulju 2013 (kg) |
|
L-Istati Uniti |
09.4127 |
28 624 542 |
|
|
It-Tajlandja |
09.4128 |
8 932 004 |
|
|
L-Awstralja |
09.4129 |
997 500 |
|
|
Oriġini oħra |
09.4130 |
0,910411 % |
0 |
(1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew ugwali għall-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli
|
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 383/2013
tal-25 ta’ April 2013
li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Waħdieni]) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet ippreżentati għas-sena tal-kwota 2013/2014 ikopru kwantitajiet inqas minn dawk li huma disponibbli. Konsegwentement, xieraq li, skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantitajiet residwi. Il-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal dawn il-kwantitatijiet residwi għandu jkun kondizzjonali għall-kommunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għandhom jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni ppreżentati mill-1 sal-10 ta' April 2013 għall-perjodu ta' kwota mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014.
Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li ġejjin:
|
— |
1,537273 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, |
|
— |
2,607683 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009. |
Il-liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet applikati għalihom u li huma allokati skont il-koeffiċjenti stipulati fit-tieni paragrafu għandhom jinħarġu wara l-aċċettazzjoni tal-operatur fi żmien ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u wara l-għoti tal-garanzija applikabbli.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
DEĊIŻJONIJIET
|
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/201/PESK
tal-25 ta’ April 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK (1). |
|
(2) |
Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) adotta r-Riżoluzzjoni 2093 (2013) u b’hekk emenda l-embargo tal-armi impost mill-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 733 (1992) u elabora aktar fuq il-paragrafi 1 u 2 tar-Riżoluzzjoni 1425 (2002). Ir-Riżoluzzjoni 2093 (2013) aġġornat ukoll il-kriterji ta’ indikazzjoni applikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/231/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1b L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza fuq il-forniment dirett jew indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment għas-Somalja ta’ oġġetti mhux soġġetti għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(1) u fuq il-forniment dirett jew indirett għas-Somalja ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza oħra u taħriġ relatat mal-attivitajiet militari relatati ma’ dawk l-oġġetti.” |
|
(3) |
l-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 3, 5(1) u 6(1) u (2) għandhom ikunu imposti kontra persuni u entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness I.” |
|
(4) |
il-kelma “Anness” hija sostitwita bi “Anness I” fit-test kollu. |
|
(5) |
jiżdied l-Anness II skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 1(3)(f)
|
1. |
Missili mill-wiċċ għas-sema, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADs); |
|
2. |
Armi tan-nar, ħowitzers, u kanuni b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u munizzjoni u komponenti speċjali mfassla għalihom. (Dan ma jinkludix lanċaturi tar-rokits minn fuq l-ispallejn kontra t-tankijiet bħall-RPGs jew l-LAWs, granati tal-azzarini, jew tagħmir li jwaddab il-granati.); |
|
3. |
Busijiet, b’kalibru akbar minn 82 mm; |
|
4. |
Armamenti ggwidati anti-tank, inklużi Missili Ggwidati Anti-tank (ATGMs) u munizzjonijiet u komponenti speċjali mfassla għal dawk l-oġġetti; |
|
5. |
Ċarġis u apparati maħsuba għall-użu militari b’materjali enerġetiċi; mini u materjal relatat; |
|
6. |
Strumenti ottiċi ta’ mira għall-armi b’kapaċità ta’ viżjoni bil-lejl.”. |
Rettifika
|
26.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/13 |
Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2013 tas-17 ta’ April 2013 li jemenda r-rata tad-dazju addizzjonali għall-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 108 tat-18 ta’ April 2013 )
F’paġna 8, l-Anness I għandu jaqra kif ġej:
“ANNESS I
Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċijiet NM bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet jistgħu jinstabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1) kif mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (3).
0710 40 00
9003 19 30
8705 10 00
6204 62 31
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382).