|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.113.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/1 |
DEĊIŻJONI Nru 377/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ April 2013
għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Is-settur tal-avjazzjoni huwa prevalentement ta’ natura internazzjonali. Għalhekk approċċ globali għall-indirizzar tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali li qed jiżdiedu malajr għandu jkun il-mod preferut u l-aktar effikaċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-avjazzjoni. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-klima (UNFCCC) tirrikjedi lill-partijiet kollha li jfasslu u jimplimentaw programmi nazzjonali u, meta jkun xieraq, reġjonali li jkun fihom miżuri ta’ mitigazzjoni tal-bidla fil-klima. |
|
(3) |
L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ CO2, inklużi l-emissjonijiet mill-avjazzjoni. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex jinkiseb dak it-tnaqqis tal-emissjonijiet. |
|
(4) |
In-negozjati tal-ftehimiet kollha tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni ma’ pajjiżi terzi għandu jkollhom l-għan li jissalvagwardjaw il-flessibbiltà tal-Unjoni li tieħu azzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, inkluż fir-rigward ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tal-impatt tal-avjazzjoni fuq il-bidla fil-klima. |
|
(5) |
Sar progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) lejn l-adozzjoni, fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO li għandha ssir mit-24 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru 2013, ta’ qafas globali għall-politika tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ miżuri bbażati fuq is-suq għall-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali, u dwar l-iżvilupp ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (“MBM”). Tali qafas jista’ jagħti kontribut sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali, reġjonali u globali ta’ CO2. |
|
(6) |
Sabiex jiġi ffaċilitat dan il-progress u jingħata iktar momentum, ta’ min jipposponi l-infurzar tar-rekwiżiti li jinħolqu qabel it-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO u marbutin mat-titjiriet lejn u minn ajruporti f’pajjiżi li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), dipendenzi u territorji tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew pajjiżi li ffirmaw Trattat ta’ Adeżjoni mal-Unjoni. Għalhekk m’għandhiex tittieħed azzjoni kontra l-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għar-rappurtar tal-emissjonijiet ivverifikati għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012 u għar-restituzzjoni korrispondenti tal-kwoti għall-2012 dwar ir-rappurtar tal-emissjonijiet verifikati u għar-restituzzjoni korrispondenti ta’ kwoti għall-2012 minn titjiriet lejn u minn tali ajruporti. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu jixtiequ jkomplu jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan. |
|
(7) |
Sabiex tiġi evitata id-distorzjoni tal-kompetizzjoni, id-deroga prevista minn din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jew ma jkunux irċevew jew ikunu rritornaw il-kwoti kollha mingħajr ħlas li jkunu nħarġu fir-rigward ta’ tali attivitajiet li jkunu seħħew fl-2012. Għall-istess raġuni, dawk il-kwoti m’għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tad-drittijiet għall-użu tal-krediti internazzjonali fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(8) |
Il-kwoti tal-avjazzjoni 2012 li ma jkunux ingħataw lit-tali operaturi tal-inġenji tal-ajru jew li jkunu ngħataw lura għandhom jitneħħew miċ-ċirkolazzjoni billi jiġu kkanċellati. In-numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni rkantati għandu jiġi aġġustat b’riżultat tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Artikolu 3d(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(9) |
Id-deroga prevista minn din id-Deċiżjoni m’għandhiex taffettwa l-integrità ambjentali u l-għan ġenerali tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-bidla fil-klima, u lanqas m’għandha tirriżulta f’distorzjonijiet tal-kompetizzjoni. Għalhekk, u sabiex jitħares l-għan ġenerali tad-Direttiva 2003/87/KE, li tifforma parti mill-qafas legali biex l-Unjoni tonora l-impenn indipendenti tagħha li sal-2020 tnaqqas l-emissjonijiet tagħha sa 20 % taħt il-livelli tal-1990, dik id-Direttiva għandha tibqa’ tapplika għal titjiriet li jitilqu minn ajruporti jew li jaslu f’ajruporti fit-territorju ta’ Stat Membru, lejn jew minn ajruporti f’ċerti żoni jew pajjiżi barra l-Unjoni li huma konnessi mill-qrib jew assoċjati. |
|
(10) |
Id-deroga prevista minn din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss l-emissjonijiet tal-avjazzjoni tal-2012. Il-Grupp ta’ Livell Għoli tal-ICAO dwar l-Avjazzjoni Internazzjonali u l-Bidla fil-Klima (HGCC) ġie stabbilit biex jipprovdi gwida dwar l-iżvilupp ta’ qafas għall-MBMs, biex jevalwa l-fattibbiltà ta’ opzjonijiet għal MBM globali u biex jidentifika sett ta’ miżuri teknoloġiċi u operattivi. Din id-deroga hija pprovduta mill-Unjoni biex tiffaċilita ftehim fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO dwar skeda ta’ żmien realistika għall-iżvilupp ta’ MBM globali lil hinn mit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO u dwar qafas għall-faċilitazzjoni tal-applikazzjoni komprensiva ta’ MBMs nazzjonali u reġjonali għall-avjazzjoni internazzjonali, sakemm jiġi applikat l-MBM globali. Fuq din il-bażi, bl-għan li tiġi ffaċilitata l-interazzjoni ottimali bejn kwalunkwe eżitu tali u l-iskema għall-iskambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni, jistgħu jitqiesu aktar passi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, meta tivvaluta l-ħtieġa għal aktar azzjoni, għandha tqis ukoll l-impatt possibbli fuq it-traffiku tal-ajru intra-Ewropew bl-għan li tiġi evitata kull distorzjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport sħiħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO u tipproponi malajr miżuri skont ir-riżultati, kif xieraq. |
|
(12) |
Huwa essenzjali li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-awtoritajiet nazzjonali minħabba l-iskadenza ta’ restituzzjoni tat-30 ta’ April 2013 kif imsemmi fid-Direttiva 2003/87/KE. Konsegwentement, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri m’għandhom jieħdu l-ebda azzjoni kontra l-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 12(2a) u fl-Artikolu 14(3) ta’ dik id-Direttiva għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012 għal attivitajiet lejn u minn ajruporti f’pajjiżi li ma jiffurmawx parti mill-Unjoni u li mhumiex membri tal-EFTA, li mhumiex dipendenzi u territorji tal-Istati fiż-ŻEE jew li mhumiex pajjiżi li ffirmaw Trattat ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, f’każ li t-tali operaturi tal-inġenji tal-ajru ma jkunu ngħataw l-ebda kwota b’xejn għat-tali attivitajiet fl-2012 jew, f’każ li t-tali operaturi, jekk ikunu ngħataw it-tali kwoti, ikunu rritornaw, sat-tletin jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, lill-Istati Membri għal kanċellazzjoni, numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni 2012 li jikkorrispondu għas-sehem ta’ tunnellati-kilometru verifikati ta’ tali attività fis-sena ta’ referenza 2010.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jikkanċellaw il-kwoti kollha tal-avjazzjoni tal-2012 li jew ikunu għadhom ma nħarġux jew, jekk ikunu nħarġu, ikunu ngħatawlhom lura għat-titjiriet minn u lejn l-ajruporti msemmija fl-Artikolu 1
2. Fir-rigward tal-kanċellazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirkantaw numru imnaqqas ta’ kwoti tal-avjazzjoni tal-2012. Dak it-tnaqqis għandu jkun proporzjonat għall-inqas numru ta’ kwoti totali tal-avjazzjoni fiċ-ċirkolazzjoni. Sakemm in-numru mnaqqas ta’ dawk il-kwoti ma jkunx ġie rkantat qabel l-1 ta’ Mejju 2013, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw kif xieraq n-numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni li għandhom jiġu rkantati fl-2013.
Artikolu 3
Il-kwoti tal-avjazzjoni kkanċellati skont l-Artikolu 2 m’għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-intitolamenti għall-użu tal-krediti internazzjonali fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni għandha toħroġ il-gwida meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tan-negozjati tal-ICAO u għandha tipprovdilhom rapport sħiħ dwar ir-riżultati miksuba fit-38 sessjoni tal-Assemblea tal-ICAO.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-24 ta’ April 2013.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
S. COVENEY
(1) Opinjoni tat-13 ta’ Frar 2013 (għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2013 (għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 3d tad-Direttiva 2003/87/KE, l-introjtu ġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-avjazzjoni għandu jintuża sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, fost l-oħrajn, biex jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, għall-adattament mal-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, speċjalment f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, għall-finanzjament tar-riċerka u tal-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż partikolarment fl-oqsma tal-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta’ trasport b’emissjonijiet baxxi u biex ikopru l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.
Il-Kummissjoni tinnota li l-Istati Membri, skont l-Artikolu 3d tad-Direttiva 2003/87/KE, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar l-użu tal-introjtu ġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-avjazzjoni. Dispożizzjonijiet speċifiċi fuq il-kontenut ta’ dan ir-rappurtar huma stipulati fir-Regolament (UE) Nru …/2013 (1) dwar mekkaniżmu għal monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rappurtar ta’ informazzjoni oħra fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti għat-tibdil fil-klima u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE. Aktar dettalji se jiġu stabbiliti mill-att tal-implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri se jagħmlu r-rapporti pubbliki, u l-Kummissjoni se tippubblika l-informazzjoni tal-Unjoni aggregat fuq dawn b’mod faċli u aċċessibli.
Il-Kummissjoni tenfasizza li mekkaniżmu bbażat fis-suq globali li jagħti prezz internazzjonali lill-emissjonijiet tal-karbonju mill-avjazzjoni tat-trasport internazzjonali jista’, barra milli jikseb l-għan primarju tiegħu tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, jgħin biex jipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex jappoġġa l-mitigazzjoni internazzjonali tat-tibdil fil-klima u l-miżuri ta’ adattament.
(1) Għandu jiġi ppublikat dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 378/2013
tal-24 ta’ April 2013
li japprova s-sustanza attiva tar-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2009, għandha tapplika d-Direttiva 91/414/KEE (2), fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għar-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/565/KE (3). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fl-4 ta’ Frar 2004, il-Belġju rċieva applikazzjoni minn FuturEco S.L. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva tar-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 2008/565/KE ikkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Għal dik is-sustanza attiva, ġew ivvalutati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fid-29 ta’ Marzu 2007. |
|
(4) |
L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). L-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tar-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus (4) fl-20 ta’ Awwissu 2012. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie ffinalizzat fil-15 ta’ Marzu 2013 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għar-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus. |
|
(5) |
Minn bosta eżamiijiet li saru, deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu r-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus huma mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi tagħhom li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li r-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus tiġi approvata. |
|
(6) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
|
(7) |
Madankollu, bla preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, u meta titqies is-sitwazzjoni speċifika li nħolqot bit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus. L-Istati Membri għandhom, kif xieraq, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. B’deroga minn dik l-iskadenza, għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tad-dossier komplut tal-Anness III, kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE, ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi. |
|
(8) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), uriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (6), għandu jiġi emendat kif jixraq. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva tar-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Marzu 2014.
Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief dawk identifikati fil-kolonna dwar dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu dossier jew għandu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus bħala l-unika sustanza attiva unika jew bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, li kollha huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2013, għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif huwa msemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, abbażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u billi jqisu l-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Marzu 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi attivi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom tkun l-iktar riċenti. |
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 181, 10.7.2008, p. 49.
(4) The EFSA Journal 2012; 10(9):2869. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
Ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus Numru tal-ġbir: USDA-ARS collection of Entomopathogenic Fungal Cultures U.S. Plant Soil and Nutrition laboratory. New York. Numru ta’ reġistrazzjoni ARSEF 4490 |
Mhux applikabbli |
Minimu ta’ 1,0 × 109 CFU/g Massimu ta’ 3,0 × 109 CFU/g |
fl-1 ta’ Ottubru 2013 |
fit-30 ta’ Settembru 2023 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-15 ta’ Marzu 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jqisu li r-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali. Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, qed tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“39 |
Ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus Numru tal-ġbir: USDA-ARS collection of Entomopathogenic Fungal Cultures U.S. Plant Soil and Nutrition laboratory. New York. Numru ta’ reġistrazzjoni ARSEF 4490 |
Mhux applikabbli |
Minimu ta’ 1,0 × 109 CFU/g Massimu ta’ 3,0 × 109 CFU/g |
fl-1 ta’ Ottubru 2013 |
fit-30 ta’ Settembru 2023 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-15 ta’ Marzu 2013. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jqisu li r-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali. Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.” |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ analiżi.
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 379/2013
tal-24 ta’ April 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
63,5 |
|
TN |
82,2 |
|
|
TR |
120,8 |
|
|
ZZ |
88,8 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
99,6 |
|
TR |
130,8 |
|
|
ZZ |
115,2 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
107,6 |
|
ZZ |
107,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
55,6 |
|
IL |
72,2 |
|
|
MA |
51,8 |
|
|
TN |
69,6 |
|
|
TR |
59,9 |
|
|
ZZ |
61,8 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
109,2 |
|
ZA |
105,2 |
|
|
ZZ |
107,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
102,1 |
|
BR |
91,2 |
|
|
CL |
119,2 |
|
|
CN |
76,7 |
|
|
MK |
28,7 |
|
|
NZ |
139,9 |
|
|
US |
198,9 |
|
|
ZA |
111,0 |
|
|
ZZ |
108,5 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
100,5 |
|
CL |
124,0 |
|
|
NZ |
199,4 |
|
|
ZA |
120,1 |
|
|
ZZ |
136,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/11 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ April 2013
li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2013/191/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta’ ittri rreġistrati għand il-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2011 u s-27 ta’ Awwissu 2012, il-Latvja talbet awtorizzazzjoni biex tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt tat-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri fir-rigward tal-vetturi tal-passiġġieri. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba magħmula mil-Latvja. B’ittra tat-30 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex teżamina t-talba. |
|
(3) |
L-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE jistabbilixxu d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq provvisti ta’ oġġetti u servizzi rċevuti minnha u użati għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. Il-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tal-istess Direttiva tirrikjedi li l-persuni taxxabbli jieħdu kont tal-VAT meta assi kummerċjali jintuża b’mod privat. |
|
(4) |
Huwa diffiċli li jiġi identifikat preċiżament l-użu mhux kummerċjali, u anke meta dan ikun possibbli, il-mekkaniżmu meħtieġ spiss joħloq piż kbir. Skont il-miżuri mitluba, l-ammont ta’ VAT fuq in-nefqa eliġibbli għat-tnaqqis fir-rigward ta’ vetturi tal-passiġġieri li ma jintużawx esklussivament għal finijiet kummerċjali għandu jkun stabbilit f’rata perċentwali fissa, b’xi eċċezzjonijiet. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mil-Latvja, rata ta’ 80 % tkun ġustifikabbli. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja, ir-rekwiżit ta’ kontabbiltà tal-VAT fuq l-użu mhux kummerċjali ta’ vetturi tal-passiġġieri għandu jkun sospiż meta dawk il-vetturi tal-passiġġieri jkunu soġġetti għal limitazzjoni awtorizzata b’din id-Deċiżjoni. Dik il-miżura ta’ simplifikazzjoni tneħħi l-ħtieġa li jinżammu rekords dwar l-użu mhux kummerċjali ta’ vetturi tax-xogħol u timpedixxi l-evażjoni tat-taxxa permezz ta’ kontabilizzar ħażin. |
|
(5) |
Il-limitazzjoni fuq id-dritt ta’ tnaqqis taħt l-awtorizzazzjoni għandha tapplika għall-VAT imħallsa fuq ix-xiri, il-kiri fit-tul, akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri speċifikati u fuq l-infiq relatat, inkluż ix-xiri ta’ fjuwil. |
|
(6) |
L-awtorizzazzjoni għandha tapplika biss għal vetturi tal-passiġġieri b’piż massimu awtorizzat ta’ mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li ma għandhomx aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq. Kwalunkwe użu mhux kummerċjali ta’ vetturi tal-passiġġieri li teċċedi 3 500 kilogramma jew li jkollhom aktar minn tmien postijiet minbarra tal-post tas-sewwieq huwa negliġibbli minħabba l-karatteristiċi ta’ dawk il-vetturi jew it-tip ta’ negozju li huma użati għalih. Lista dettaljata ta’ kategoriji ta’ vetturi tal-passiġġieri esklużi mill-awtorizzazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll, abbażi tal-finijiet partikolari li huma użati għalihom. |
|
(7) |
Fil-proposta tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2004 għal Direttiva li temenda d-Direttiva 77/388/KEE, issa d-Direttiva 2006/112/KE, bil-ħsieb li jiġu ssimplifikati l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet immirati lejn l-armonizzazzjoni tal-kategoriji tal-infiq li għalihom jistgħu japplikaw l-esklużjonijiet mid-dritt tat-tnaqqis. Skont dik il-proposta, l-esklużjonijiet għad-dritt tat-tnaqqis jistgħu jiġu applikati għal vetturi tat-triq bil-mutur. Huwa għalhekk xieraq li jkun ristrett il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa meta d-Direttiva proposta ssir applikabbli. Madankollu, huwa meħtieġ li tkun prevista data ta’ skadenza speċifika għall-awtorizzazzjoni, li tapplika fil-każ li d-Direttiva proposta ma tkunx għadha saret applikabbli sa dik id-data, ladarba jkun meħtieġ li ssir reviżjoni tal-awtorizzazzjoni ġenerali u l-perċentwali ta’ tqassim bejn użu kummerċjali u użu mhux kummerċjali. |
|
(8) |
Fil-każ li l-Latvja tikkunsidra li estensjoni tal-awtorizzazzjoni lil hinn mill-2015 hija neċessarja, hija għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2015, li jinkludi reviżjoni tal-perċentwali applikat flimkien mat-talba għal estensjoni. |
|
(9) |
Id-deroga se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha effett fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mit-taxxa fuq il-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Latvja hija awtorizzata li tillimita għal 80 % d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq in-nefqa fuq vetturi tal-passiġġieri li ma jintużawx biss għal finijiet kummerċjali.
Artikolu 2
B’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Latvja ma tittrattax bħala provvista ta’ servizzi bi ħlas l-użu mhux kummerċjali ta’ vettura tal-passiġġieri inkluża fl-assi ta’ persuna taxxabbli ta’ negozju, fejn dik il-vettura kienet suġġetta għal limitazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
In-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkopri x-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġiera li mhumiex kompletament użati għal finijiet kummerċjali kif ukoll l-infiq relatat ma’ manutenzjoni, tiswija u fjuwil għal tali vetturi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għal vetturi tal-passiġġieri b’piż massimu awtorizzat ta’ mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li ma għandhomx aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq.
Artikolu 5
L-Artikoli 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal dawn il-kategoriji ta’ vetturi tal-passiġġieri:
|
(a) |
vetturi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, għall-kiri jew għall-kiri fit-tul; |
|
(b) |
vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri għal miżata, inklużi servizzi ta’ taxi; |
|
(c) |
vetturi użati għall-provvista ta’ trasportazzjoni ta’ oġġetti; |
|
(d) |
vetturi użati għall-provvista ta’ lezzjonijiet tas-sewqan; |
|
(e) |
vetturi użati għall-provvista ta’ servizzi ta’ għassa; |
|
(f) |
vetturi użati bħala vettura ta’ emerġenza; |
|
(g) |
vetturi li jintużaw bħala dimostrazzjoni għal vetturi għall-bejgħ. |
Artikolu 6
Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f’din id-Deċiżjoni għandha:
|
(a) |
tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2015; u |
|
(b) |
tkun akkumpanjata minn rapport li jinkludi reviżjoni tal-perċentwali stipulat fl-Artikolu 1. |
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-data li fiha jsiru applikabbli regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw in-nefqa marbuta mal-vetturi tat-triq bil-magna li ma tikkwalifikax għal tnaqqis sħiħ tal-VAT, jew fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont liema data tiġi l-ewwel.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/13 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ April 2013
li tawtorizza lir-Repubbika Franċiża tapplika rata ta’ tassazzjoni mnaqqsa għall-petrol bla ċomb użat bħala karburant u ddestinat għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
(2013/192/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/880/KE (2) awtorizzat lir-Repubblika Franza (minn issa “Franza”) biex tapplika rata ta’ tassazzjoni mnaqqsa għall-petrol bla ċomb użat bħala karburant u destinat għall-konsum fid-dipartimenti ta’ Korsika skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE. |
|
(2) |
B’ittra datata 12 ta’ Marzu 2012, Franza talbet l-awtorizzazzjoni biex tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa tal-enerġija għall-petrol bla ċomb użat bħala fjuwil tal-karozzi permezz ta’ estensjoni ta’ prattika segwita taħt id-Deċiżjoni 2007/880/KE. It-tnaqqis jammonta għal EUR 1 kull ettolitru. L-awtorizzazzjoni hija mitluba għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2018. F’Korsika il-kost ta’ forniment ta’ petrol bla ċomb lill-pompi huwa konsiderevolment ogħla minn dak fi Franza kontinentali, bil-prezzijiet finali jkunu EUR 0,10 għal kull litru ogħla minn dawk tal-kontinent. |
|
(3) |
Billi titnaqqas it-taxxa fuq il-petrol bla ċomb li jkollhom iġarrbu l-konsumaturi f’Korsika, il-konsumaturi kkonċernati se jitqiegħdu fuq livell iktar ugwali ma’ dawk li jgħixu fuq il-kontinent. Għalhekk il-miżura tirrispetta objettivi reġjonali u ta’ koeżjoni. |
|
(4) |
It-tnaqqis fit-taxxa ma jeċċedix dak li hu meħtieġ biex jittieħed kont tal-kost addizzjonali ta’ trasport u distribuzzjoni mġarrab mill-konsumaturi f’Korsika. |
|
(5) |
Il-livell finali ta’ tassazzjoni huwa konformi mar-rati minimi stabbiliti fid-Direttiva 2003/96/KE — attwalment EUR 359/1 000 litru (jew EUR 35,90/ettolitru). Dan jgħodd anki meta jittieħed kont ta’ awtorizzazzjoni mogħtija fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/193/UE tat-22 ta’ April 2013 li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża biex tapplika livelli differenzjati ta’ tassazzjoni fuq karburanti skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE (3), għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013, anke jekk l-effetti ta’ dik id-Deċiżjonijkunu kkombinati ma’ dawk ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Minħabba n-natura mbiegħda u insulari tad-dipartimenti li tapplika għalihom u l-fatt li t-tnaqqis fir-rata huwa moderat — li, barra min hekk, huwa għoli ferm meta mqabbel mal-livell minimu stipulat mid-Direttiva 2003/96/KE —, il-miżura mitluba mhux se twassal għall-ebda moviment speċifikament marbut mal-forniment ta’ karburant. |
|
(7) |
Konsegwentament, il-miżura hija aċċettabbli mill-aspett tal-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta u mhux inkompatibbli mal-politiki tal-Unjoni fl-oqsma ta’ saħħa, ambjent, enerġija u trasport. |
|
(8) |
Franza għandha għalhekk tiġi awtorizzata, skont l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE, li tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni għall-petrol bla ċomb użat bħala karburant u kkunsmat f’Korsika, sal-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(9) |
Isegwi mill-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE li kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dak l-Artikolu jrid ikollha żmien strettament limitat. |
|
(10) |
Sabiex tipprovdi lid-dipartimenti kkonċernati b’livell suffiċjenti ta’ ċertezza, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perjodu ta’ sitt snin. Madankollu, bil-għan li ma jiġux preġudikati l-iżviluppi ġenerali futuri tal-qafas legali eżistenti, huwa xieraq li jiġi stipulat li, kieku l-Kunsill kellu, meta jkun qed jaġixxi skont l-Artikolu 113 tat-Trattat, jintroduċi sistema ġenerali mmodifikata għat-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija li għalihom ma tiġix adattata din l-awtorizzazzjoni, din id-Deċiżjoni tiskadi dakinhar li jidħlu fis-seħħ ir-regoli fuq dik is-sistema modifikata. |
|
(11) |
Irid jiġi żgurat li Franza tkun tista’ tapplika t-tnaqqis speċifiku li għalih tirrelata din id-Deċiżjoni mill-1 ta’ Jannar 2013, b’segwitu mingħajr interruzzjoni tal-arranġamenti preċedenti taħt id-Deċiżjoni 2007/880/KE. L-awtorizzazzjoni rikjesta għandha għaldaqstant tingħata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-Għajnuna mill-istat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Franza hija b’dan awtorizzata li tapplika tnaqqis fir-rata ta’ tassazzjoni li ma jkunx ta’ aktar minn EUR 1 għal kull ettolitru għall-petrol bla ċomb użat bħala fjuwil tal-magni u kkunsmat fid-dipartimenti ta’ Korsika
It-tnaqqis ma għandux imur lil hinn mill-ispejjeż addizzjonali ta’ trasport, ħażna u distribuzzjoni mġarrba fid-dipartimenti ta’ Korsika meta mqabbel ma’ dak fil-parti kontinentali ta’ Franza.
Ir-rata mnaqqsa għandha tkun konformi mal-obbligi tad-Direttiva 2003/96/KE, b’mod partikolari r-rati minimi msemmija fl-Artikolu 7 tagħha.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Hija għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2018.
Madankollu, kieku l-Kunsill kellu, meta jkun qed jaġixxi skont l-Artikolu 113 tat-Trattat, jintroduċi sistema ġenerali mmodifikata għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija li għalihom l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva ma tkunx ġiet addottata, din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-jum li jiġu applikabbli r-regoli ta’ dik is-sistema mmodifikata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
(2) ĠU L 346, 29.12.2007, p. 15.
(3) Ara l-paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/15 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ April 2013
li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża li tapplika livelli differenzjati ta’ tassazzjoni għall-petrol u għaż-żejt tal-gass li jintużaw bħala fjuwils tal-magni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE
(2013/193/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/38/UE (2) tawtorizza lir-Repubblika Franċiża (minn issa “Franza”) biex tapplika, għal perjodu ta’ tliet snin, livelli differenzjati ta’ tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-petrol bla ċomb għall-għanijiet ta’ riforma amministrattiva li tinvolvi d-deċentralizzazzjoni ta’ ċerti setgħat speċifiċi li preċedentement kienu eżerċitati mill-gvern ċentrali. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/38/UE skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(2) |
B’ittra bid-data tal-10 ta’ Frar 2012, Franza talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika rati differenzjati ta’ tassazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet għal perjodu ulterjuri ta’ sitt snin wara l-31 ta’ Diċembru 2012. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/38/UE ġiet adottata fuq il-bażi li l-miżura mitluba minn Franza kienet tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE. B’mod partikolari, ġie kkunsidrat li l-miżura ma kinitx se tfixkel it-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Ġie kkunsidrat ukoll li kienet f’konformità mal-politiki relevanti tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-miżura nazzjonali hija parti minn politika maħsuba biex iżżid l-effiċjenza amministrattiva billi ttejjeb il-kwalità u tnaqqas l-ispiża tas-servizzi pubbliċi, kif ukoll politika ta’ sussidjarità. Din toffri lir-reġjuni inċentiv addizzjonali biex itejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni tagħhom b’mod trasparenti. F’dan ir-rigward, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/38/UE teħtieġ li t-tnaqqis ikun marbut maċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi tar-reġjuni li fihom jiġi applikat. Għaldaqstant, għadd ta’ reġjuni bi prodott domestiku gross inqas mill-medja jew b’qgħad ogħla mill-medja applikaw rati aktar baxxi. B’mod ġenerali, il-miżura nazzjonali hi bbażata fuq kunsiderazzjonijiet politiċi speċifiċi. |
|
(5) |
Il-limiti stretti stabbiliti għat-differenzjazzjoni fir-rati fuq bażi reġjonali kif ukoll l-esklużjoni mill-miżura taż-żejt tal-gass użat għall-għanijiet kummerċjali jimplikaw li r-riskju ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern huwa baxx ħafna. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-miżura sa issa wriet tendenza qawwija min-naħa tar-reġjuni li jimponu r-rata massima permessa u li kompliet tnaqqas kull potenzjal għat-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. |
|
(6) |
L-ebda ostaklu għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern ma kien irrappurtat, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni tal-prodotti kkonċernati fil-kapaċità tagħhom bħala prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa. |
|
(7) |
Meta ġiet oriġinarjament mitluba, il-miżura nazzjonali kienet ġiet wara żieda fit-taxxa ugwali għall-marġini għat-tnaqqis reġjonali. F’dak il-kuntest u fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni kif ukoll tal-esperjenza miġbura, ma jidhirx li l-miżura nazzjonali hija f’kunflitt mal-politiki tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima. |
|
(8) |
Mill-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jirriżulta li kull awtorizzazzjoni mogħtija taħtu jrid ikollha żmien strettament limitat. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE tipprovdi regola permanenti li tippermetti lil Franza, sa ċerti limiti, biex tapplika livelli differenzjati ta’ tassazzjoni fil-livell tar-reġjuni Franċiżi. Għalhekk huwa xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għal tliet snin u li jiġi stipulat li, fi kwalunkwe każ, din id-Deċiżjoni tiskadi ladarba l-imsemmija regola permanenti ssir applikabbli. Barra minn dan, sabiex ma jiġux imminati l-iżviluppi ġenerali futuri tal-qafas legali eżistenti, huwa importanti wkoll li jiġi stipulat li, f’każ li l-Kunsill jintroduċi sistema ġenerali mmodifikata għat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija li għalihom ma tkunx adattata din l-awtorizzazzjoni, din id-Deċiżjoni għandha tiskadi dakinhar li jsiru applikabbli r-regoli dwar din is-sistema mmodifikata. |
|
(9) |
Għandu jkun żgurat li Franza tkun tista’ tapplika t-tnaqqis speċifiku relatat ma’ din id-Deċiżjoni mill-1 ta’ Jannar 2013 mingħajr ebda xkiel b’kontinwazzjoni tal-arranġamenti preċedenti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/38/UE. L-awtorizzazzjoni mitluba għandha għalhekk tingħata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-Għajnuna mill-istat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Franza hija b’dan awtorizzata li tapplika rati mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq il-petrol bla ċomb u fuq iż-żejt tal-gass użati bħala fjuwil għall-karozzi. Iż-żejt tal-gass għall-użu kummerċjali fit-tifsira tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/96/KE ma għandu jkun eliġibbli għall-ebda tnaqqis bħal dan.
2. Ir-reġjuni amministrattivi jistgħu ikunu permessi japplikaw tnaqqis differenzjat sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
it-tnaqqis ma jkunx aktar minn EUR 35,4 għal kull 1 000 litru ta’ petrol bla ċomb jew EUR 23,0 għal kull 1 000 litru ta’ żejt tal-gass; |
|
(b) |
it-tnaqqis ma jkunx aktar mid-differenza bejn il-livelli ta’ tassazzjoni għaż-żejt tal-gass għall-użu mhux kummerċjali u ż-żejt tal-gass għall-użu kummerċjali; |
|
(c) |
it-tnaqqis ikun marbut mal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi oġġettivi tar-reġjuni li fihom jiġi applikat; |
|
(d) |
l-applikazzjoni tat-tnaqqis reġjonali ma jkollhiex l-effett li tagħti xi vantaġġ kompetittiv lil xi reġjun fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni. |
3. Ir-rati mnaqqsa jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, u b’mod partikolari mar-rati minimi stabbiliti fl-Artikolu 7.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Hija għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2015.
Madankollu, din id-Deċiżjoni tiskadi fid-data l-aktar kmieni meta ssir applikabbli waħda minn dawn il-modifiki għad-Direttiva 2003/96/KE:
|
— |
is-sistema ġenerali għat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija hija mmodifikata b’mod li għaliha din l-awtorizzazzjoni mhijiex adattata, |
|
— |
Franza hija awtorizzata li tapplika livelli differenzjati ta’ tassazzjoni fil-livell tar-reġjuni. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 09 Volum 01 p. 405).
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ April 2013
li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/194/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Juan Ignacio DIEGO PALACIOS, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Cristina MAZAS PÉREZ OLEAGA sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/18 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ April 2013
li tiddefinixxi arranġamenti prattiċi, formati uniformi u metodoloġija fir-rigward tal-ispettru tar-radju stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju
(notifikata bid-dokument C(2013) 2235)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/195/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ġie stabbilit inventarju tal-użi eżistenti tal-ispettru, kemm għal finijiet kummerċjali kif ukoll pubbliċi, permezz tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE. Biex dan l-inventarju jiġi implimentat, għandu jiġi adottat att ta’ implimentazzjoni, minn naħa, biex jiżviluppa arranġamenti prattiċi u formati uniformi għall-ġbir u l-provvediment tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-użi eżistenti tal-ispettru u min-naħa l-oħra biex jiżviluppa metodoloġija għall-analiżi tax-xejriet tat-teknoloġija, tal-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru fl-oqsma ta’ politika koperti mill-programm ta’ politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), sabiex jiġu identifikati użi sinifikanti li qed jiżviluppaw u potenzjali tal-ispettru, b’mod partikolari fil-medda ta’ frekwenza bejn 400 MHz u 6 GHz (minn hawn ‘il quddiem “l-ispettru rilevanti”). |
|
(2) |
L-inventarju għandu jgħin sabiex jiġu identifikati l-meded tal-ispettru li fihom tista’ titjieb l-effikaċja tal-użi eżistenti tal-ispettru, b’mod partikolari l-meded li jistgħu jkunu xierqa għar-riallokazzjoni u għall-opportunitajiet tal-kondiviżjoni tal-ispettru, biex ikunu ta’ appoġġ għall-politiki tal-UE stipulati fl-RSPP, sabiex jikkumparaw tajjeb max-xejriet ta’ teknoloġija, u l-ħtiġijiet futuri għall-ispettru abbażi ta’, fost oħrajn, id-domanda min-naħa tal-konsumaturi u tal-operaturi fl-oqsma ta’ politika tal-Unjoni. Sabiex tkun tista’ ssir analiżi aħjar tat-tipi varji ta’ użu tal-ispettru minn utenti privati, jiġifieri fil-biċċa l-kbira utenti kummerċjali, u utenti pubbliċi, jiġifieri min-naħa tal-gvern, hemm il-ħtieġa li jitjieb il-livell tad-dettall, b’mod partikolari, id-dejta kwantitattiva disponibbli dwar il-provvista u d-domanda għal ċerti partijiet tal-ispettru jew l-użi, peress li d-dejta disponibbli bħalissa tvarja b’mod konsiderevoli, skont jekk l-ispettru hux qed jintuża għal finijiet privati, kummerċjali jew pubbliċi, u tvarja skont l-Istati Membri. |
|
(3) |
L-inventarju tal-ispettru għandu jinbena progressivament sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri filwaqt li hija meħtieġa xi tip ta’ prijoritizzazzjoni skont it-tip tal-użu, billi jkun hemm enfasi l-ewwel nett fuq il-meded identifikati fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE u fuq il-meded li jirrelataw mal-politiki tal-Unjoni identifikati fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Deċiżjoni. L-għan huwa li jiġi stabbilit inventarju li jitjieb kontinwament u li jkun jista’ jgħin biex tinkiseb ġestjoni effikaċi tal-ispettru fil-meded kollha rilevanti għall-politiki tal-Unjoni permezz tat-titjib gradwali tad-disponibilità u l-analiżi tad-dejta. Xi wħud mill-aktar kontribuzzjonijiet urġenti mill-inventarju għandhom ikunu li jiġu identifikati tal-inqas 1 200 MHz ta’ spettru adattat għas-servizzi broadband bla fili, kif previst mill-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE kif ukoll biex titjieb l-effiċjenza u l-flessibbiltà, fost oħrajn permezz tat-trawwim, fejn xieraq, tal-użu kollettiv u l-użu kondiviż tal-ispettru, kif mitlub mill-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Id-dejta għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri bl-aktar mod konsistenti possibbli, jew permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Frekwenza tal-Uffiċċju Ewropew tal-Komunikazzjonijiet (EFIS), jew direttament lill-Kummissjoni, f’każijiet pereżempju fejn ikun meħtieġ li d-dejta miġbura mill-utenti pubbliċi u l-awtoritajiet nazzjonali tiġi ttrattata fuq bażi kunfidenzjali jew ristretta. Il-formati uniformi speċifiċi għall-ġbir tad-dejta jistgħu jvarjaw konsiderevolment skont it-tip ta’ użu u l-medda ta’ frekwenza inkwistjoni u, f’ċerti każijiet, id-dejta tista’ ma tkunx disponibbli f’format uniformi speċifiku. Madankollu sabiex ikun żgurat li d-dejta disponibbli tingħata lill-Kummissjoni b’mod effettiv għall-analiżi, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta f’format li jista’ jinqara minn magna sabiex ikun permess l-istess format tal-iskambju tad-dejta elettronika mal-Kummissjoni u l-EFIS. |
|
(5) |
L-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, għandhom mhux biss jipprovdu d-dejta rilevanti li tkun disponibbli iżda għandhom jaħdmu ġo proċess kollaborattiv biex itejbu l-kwalità u l-komparabilità tad-dejta, sabiex jiżviluppaw l-effikaċja tal-inventarju bħala strument adattat u rilevanti għall-medda speċifika inkwistjoni, u biex isibu format komparabbli għad-dejta, mingħajr ma jimponu piż amministrattiv ieħor. |
|
(6) |
Tista’ tinkiseb dejta addizzjonali wkoll minn konsultazzjonijiet u studji pubbliċi. Barra minn hekk, l-inventarju jista’ juża d-dejta pprovduta, fuq bażi volontarja, mill-Istati Membri u l-partijiet privati li jimmonitorjaw l-ispettru fuq bażi permanenti biex jimmaniġġjaw l-ispettru fil-livell lokali, biex titwettaq il-kontroverifika tal-validità tad-dejta dwar il-liċenzji, tiġi determinata d-densità tal-użu ta’ ċerti tipi ta’ skemi ta’ awtorizzazzjoni bħall-meded eżenti mil-liċenzja u jiġi evalwat l-użu tal-ispettru mal-Unjoni Ewropea kollha b’mod partikolari għall-meded b’domanda għolja. |
|
(7) |
Sabiex jitnaqqas il-piż u l-obbligi amministrattivi għall-Istati Membri, il-metodoloġija magħżula għall-inventarju għandha tqis sal-aktar punt possibbli d-dejta pprovduta mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum mal-Komunità (2). Sabiex il-volum tal-inventarju jiżdied aktar tista’ tintuża informazzjoni addizzjonali miġbura permezz ta’ mezzi volontarji bħal studji, inkluż mill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni. |
|
(8) |
L-identifikazzjoni tal-meded ta’ frekwenza li jistgħu jintużaw b’mod aktar effikaċi u li jkunu adattati għar-riallokazzjoni jew il-kondiviżjoni tal-ispettru teħtieġ għarfien dettaljat tal-użu attwali tal-ispettru, preferibbilment evidenzjat minn dejta kwantitattiva. Tali identifikazzjoni għandha tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet li jakkomodaw ix-xejriet tat-teknoloġija, il-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru li jkunu ġew identifikati wara li titwettaq l-analiżi. |
|
(9) |
Il-proċess tal-inventarju għandu jwassal għal titjib kontinwu fl-użu effikaċi tal-ispettru sabiex tiġi ssodisfata d-domanda f’evoluzzjoni kostanti fir-rigward tal-politiki tal-Unjoni Ewropea u b’qies tal-evoluzzjoni teknoloġika. Fuq dik il-bażi, u biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Artikolu 9.1 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, il-Kummissjoni se toħroġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan isir fuq bażi regolari, skont iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-analiżi fl-inventarju kif ukoll skont il-pass tal-evoluzzjoni tal-użu tal-ispettru. |
|
(10) |
Filwaqt li t-trasparenza fl-użu tal-ispettru hija essenzjali għall-inventarju, din hija suġġetta għall-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza, il-kunfidenzjalità tan-negozju u s-sigrieti tal-Istat skont il-liġi tal-UE. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu l-Artikolu 346(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jippermetti lill-Istati Membri biex iżommu lura milli jipprovdu tagħrif kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom; l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (3); ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4); kif ukoll l-Anness tar-Regoli dwar il-Proċedura tal-Kummissjoni li jirregolaw it-trattament tal-informazzjoni klassifikata tal-UE, inkluża informazzjoni li toriġina minn ġol-UE jew tasal mingħand l-Istati Membri, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali (5). |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, l-effettività tal-inventarju għandha tiġi rriveduta minn żmien għal żmien sabiex ikun żgurat li l-għanijiet elenkati f’dik id-Deċiżjoni qed jiġu implimentati b’mod effettiv u jiġi determinat jekk hemmx bżonn li jiġu adattati. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. |
|
(12) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni jqisu bis-sħiħ l-opinjonijiet tal-Grupp għall-Politika tal-Ispettru tar-Radju u huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għan
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi u l-formati uniformi għall-ġbir u l-provvista tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-użi eżistenti tal-ispettru bejn 400 MHz u 6 GHz tal-ispettru tar-radju rilevanti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-ispettru rilevanti”), u l-metodoloġija għall-analiżi tax-xejriet tat-teknoloġija, il-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru fl-oqsma ta’ politika tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju.
Artikolu 2
Ġbir u Provvediment tad-dejta
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu dejta għall-iskambju elettroniku tad-dejta mal-Kummissjoni li tkun disponibbli għalihom dwar id-drittijiet għall-użu u l-użu proprju tal-ispettru rilevanti, skont l-arranġamenti li ġejjin:
|
(1) |
l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti diġà miġbura skont id-Deċiżjoni 2007/344/KE tkun ipprovduta mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Ewropew lill-Kummissjoni, sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv; |
|
(2) |
flimkien mad-dejta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, jekk tkun disponibbli, dejta fuq livell nazzjonali lill-Kummissjoni, f’format li jista’ jinqara minn magna magħżul fil-livell nazzjonali, inkluża dejta dwar l-użu pubbliku tal-ispettru, u li hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni twettaq il-kompiti tagħha skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE; |
|
(3) |
l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex tiżdied id-dejta disponibbli dwar l-użu tal-ispettru għall-provvediment skont il-paragrafu 2, b’mod partikolari billi jipprovdu dejta kwantitattiva, sakemm ma jqisux li jkun impossibbli minħabba ċirkostanzi nazzjonali, bħall-għadd ta’ trażmettituri, it-tul ta’ ħin tal-użu u l-koordinati jew l-informazzjoni dwar il-post li juru l-firxa ġeografika tal-użu tal-ispettru, kif ukoll teknoloġiji fl-użu u l-kundizzjonijiet tal-kondivizjoni, u dan f’format komparabbli mal-Istati Membri kollha. Sabiex il-piż amministrattiv ikun limitat, id-dejta li tikkonċerna dawk il-meded rilevanti għall-implimentazzjoni tal-għanijiet stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Grupp ta’ Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, għandha tinġabar u tiġi pprovduta l-ewwel nett skont dan l-Artikolu. Id-dejta dwar il-meded ta’ frekwenza kollha tal-ispettru rilevanti għandha tinġabar u tingħata mill-Istati Membri f’approċċ gradwali sal-31 ta’ Diċembru 2015. |
Artikolu 3
Identifikazzjoni tad-domanda futura għall-ispettru
1. Sabiex tkun tista’ tiġi identifikata aħjar id-domanda futura għall-ispettru kif ukoll il-meded speċifiċi tal-ispettru li jistgħu jakkomodaw bl-aħjar mod il-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru, filwaqt li titqies bis-sħiħ l-opinjoni tal-Grupp ta’ Politika dwar l-Ispettru tar-Radju, il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dejta kollha miġbura skont l-Artikolu 2 jew permezz ta’ mezzi oħra, bħal konsultazzjonijiet u studji pubbliċi, filwaqt li tqis:
|
— |
l-effikaċja teknika tal-użu eżistenti, |
|
— |
l-effikaċja ekonomika tal-użu eżistenti billi wieħed iqabbel il-possibbiltajiet u l-għażliet disponibbli għal meded individwali biex jakkomodaw il-ħtiġijiet futuri, |
|
— |
l-impatt soċjoekonomiku fuq l-utenti eżistenti tal-meded rilevanti jew il-meded li jmissu magħhom. |
2. L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-għan li tidentifika x-xejriet tat-teknoloġija, il-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru fl-oqsma ta’ politika tal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjonijiet raggruppati skont il-karatteristiki u l-funzjonalità tekniċi simili fil-Parti I tal-Anness, u l-identifikazzjoni tal-użi li qed jiżviluppaw u dawk potenzjali tal-ispettru. Din l-analiżi, fejn meħtieġ u possibbli, għandu jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni elenkata fil-Parti II tal-Anness. Il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza billi twettaq sessjonijiet ta’ ħidma jew konsultazzjonijiet pubbliċi.
Artikolu 4
Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
1. Il-Kummissjoni għandha tinkludi r-riżultati tal-analiżi mwettqa skont din id-Deċiżjoni u l-informazzjoni elenkata fil-Parti II tal-Anness f’rapporti regolari li għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 9(4) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE.
2. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE u meta titqies l-analiżi tax-xejriet tat-teknoloġija, tal-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru, flimkien ma’ analiżi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista’ f’dawn ir-rapporti tinkludi għażliet possibbli speċifiċi għall-akkomodazzjoni tal-ħtiġijiet identifikati u li jimmassimizzaw l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru filwaqt li jqisu l-iżvantaġġi (inklużi l-ispejjeż għall-utenti, il-manifatturi u l-baġit finanzjarju tal-Unjoni minn naħa u tal-Istati Membri kkonċernati min-naħa l-oħra) u l-benefiċċji, inkluża analiżi tal-effetti ġenerali ta’ dawk l-għażliet.
Artikolu 5
Kunfidenzjalità u informazzjoni kklassifikata
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni li hija meqjusa kunfidenzjali jew ikklassifikata minn Stat Membru, istituzzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni jew kwalunkwe parti terza, f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-UE, b’mod partikolari:
|
— |
informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, |
|
— |
informazzjoni rigward il-protezzjoni tal-privatezza u |
|
— |
informazzjoni b’rabta mas-sigurtà pubblika u d-difiża. |
Dan għandu jsir mingħajr ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet rilevanti li jikxfu l-informazzjoni meta dan ikun permess skont il-liġi nazzjonali u jekk dik l-informazzjoni tkun essenzjali għall-għanijiet tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Dak il-kxif ta’ informazzjoni għandu jkun proporzjonat u għandu jqis l-interess leġittimu tal-parti kkonċernata fil-protezzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija hawn fuq.
Artikolu 6
Reviżjoni
Sabiex jassistu lill-Kummissjoni fir-rappurtar dwar il-funzjonament tal-inventarju tal-ispettru tar-radju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-effettività ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi President
(2) ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67.
(3) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
ANNESS
PARTI I
Raggruppamenti tal-applikazzjoni
Ir-raggruppamenti tal-applikazzjoni li ġejjin huma rilevanti għall-analiżi tax-xejriet, tal-ħtiġijiet u tad-domanda mill-Kummissjoni u ma għandhomx jirrestrinġu t-termini tal-applikazzjoni użati mill-Istati Membri meta jkunu qed jipprovdu d-dejta. Dawn ir-raggruppamenti huma maħsuba biex jipprovdu punt tat-tluq għal valutazzjoni strutturata tal-użu tal-ispettru b’karatteristiki u funzjonalità tekniċi simili u jistgħu jiġu żviluppati iktar, kif xieraq, għall-valutazzjoni tax-xejriet tat-teknoloġija, tal-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru.
|
(1) |
Sistemi Ajrunawtiċi, Marittimi u tar-Radjulokazzjoni Ċivili u n-Navigazzjoni |
|
(2) |
Xandir (terrestri) |
|
(3) |
Ċellulari/BWA |
|
(4) |
Sistemi ta’ Difiża |
|
(5) |
Konnessjonijiet Fissi |
|
(6) |
Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (STI); |
|
(7) |
Meteoroloġija |
|
(8) |
PMR/PAMR |
|
(9) |
PMSE |
|
(10) |
PPDR |
|
(11) |
Astronomija tar-Radju |
|
(12) |
Sistemi tas-Satellita |
|
(13) |
Apparati b’Medda Qasira (SRDs) |
|
(14) |
WLAN/RLAN |
PARTI II
Kontenut tar-rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4
Fejn possibbli skont il-livell tad-dejta miġbura, ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(4) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) |
l-istat tax-xejriet tat-teknoloġija għall-użu tal-ispettru rilevanti fl-oqsma ta’ politika tal-Unjoni koperti minn dan il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju; |
|
(2) |
il-ħtiġijiet u d-domanda futuri għall-ispettru. |
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ April 2013
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/715/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/196/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u partikolarment l-Artikolu 111b(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE pajjiż terz jista’ jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-qafas regolatorju tiegħu applikabbli għas-sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik tal-Unjoni sabiex ikun inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
|
(2) |
L-Awstralja talbet, permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Settembru 2012, biex tkun inkluża fil-lista skont l-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE. Il-valutazzjoni tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni kkonfermat li r-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu ġew issodisfati. Meta twettqet din il-valutazzjoni ta’ ekwivalenza, tqies il-ftehim dwar l-għarfien reċiproku (2) kif inhu msemmi fl-Artikolu 51(2) ta’ din id-Direttiva bejn l-Awstralja u l-Unjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/715/UE tat-22 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi b’qafas regolatorju applikabbli għas-sustanzi attivi għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar li jiżguraw livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik fl-Unjoni, skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi emendata kif jixraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2012/715/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
ANNESS
“ANNESS
|
Pajjiż terz |
Rimarki |
|
L-Awstralja |
|
|
l-Isvizzera” |
|
Rettifika
|
25.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/24 |
Rettifika għad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 315 tal-14 ta' Novembru 2012 )
F’paġna 22, Artikolu 15(5):
minflok:
“5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u b'kont meħud tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, suġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni meta jkunu responsabbli mir-rilaxx tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-enerġija fit-territorju tagħhom:
|
(a) |
jiggarantixxu t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja; |
|
(b) |
jipprovdu aċċess prijoritarju jew iggarantit għall-grilja tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja; |
|
(c) |
meta jirrilaxxaw l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, jipprovdu rilaxx prijoritarju ta' elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm jippermetti t-tħaddim sigur tas-sistema nazzjonali tal-elettriku. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tal-prijoritajiet differenti ta' aċċess u rilaxx mogħtija fis-sistemi tal-elettriku tagħhom jiġu spjegati fid-dettall u ppubblikati. Meta jipprovdu aċċess prijoritarju jew jirrilaxxaw il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-klassifikazzjonijiet bħala bejn l-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew fi ħdan tipi differenti tagħhom u fi kwalunkwe każ għandhom jiżguraw li l-aċċess jew ir-rilaxx prijoritarji għall-enerġija minn sorsi differenti ta' enerġija rinnovabbli ma jkunux imfixkla.”;
aqra:
“5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u b'kont meħud tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, suġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni meta jkunu responsabbli mid-dispaċċ tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-enerġija fit-territorju tagħhom:
|
(a) |
jiggarantixxu t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja; |
|
(b) |
jipprovdu aċċess prijoritarju jew iggarantit għall-grilja tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja; |
|
(c) |
meta jiddispaċċaw l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, jipprovdu dispaċċ prijoritarju ta' elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm jippermetti t-tħaddim sigur tas-sistema nazzjonali tal-elettriku. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tal-prijoritajiet differenti ta' aċċess u dispaċċ mogħtija fis-sistemi tal-elettriku tagħhom jiġu spjegati fid-dettall u ppubblikati. Meta jipprovdu aċċess jew dispaċċ prijoritarju għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-klassifikazzjonijiet bħala bejn l-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew fi ħdan tipi differenti tagħhom u fi kwalunkwe każ għandhom jiżguraw li l-aċċess jew id-dispaċċ prijoritarji għall-enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u varjabbli ma jkunux imfixkla.”.
F’paġna 46, Anness XI, il-punt 2(d):
minflok:
|
“(d) |
il-konnessjoni u r-rilaxx ta' sorsi ta' ġenerazzjoni f'livelli iktar baxxi ta' vultaġġ;”; |
aqra:
|
“(d) |
il-konnessjoni u d-dispaċċ ta' sorsi ta' ġenerazzjoni f'livelli iktar baxxi ta' vultaġġ;”. |