|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.099.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2013
tat-8 ta’ April 2013
li temenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 1983/2003, (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006, (KE) Nru 377/2008 u (UE) Nru 823/2010 fir-rigward tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (2), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, billi jitqiesu l-iżviluppi u l-bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni. |
|
(2) |
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (il-Unesco) irrevediet il-verżjoni tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (l-ISCED) li ntużat sa issa (l-ISCED 1997) bl-għan li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
|
(3) |
Il-komparabbiltà internazzjonali tal-istatistika tal-edukazzjoni teħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jużaw klassifikazzjonijiet tal-edukazzjoni li huma kompatibbli mal-verżjoni riveduta tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni ISCED 2011 (minn hawn ’il quddiem “ISCED 2011”), kif adottata mill-Istati Membri tal-Unesco fis-36 Konferenza Ġenerali f’Novembru 2011. |
|
(4) |
L-istabbiliment ta’ verżjoni riveduta tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni jwassal għall-ħtieġa li jkunu emendati bosta referenzi għall-ISCED, l-ISCED 97 u l-ISCED 1997 kif ukoll li jkunu emendati għadd ta’ strumenti rilevanti. |
|
(5) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkunu emendati skont ir-Regolamenti li ġejjin: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tas-7 ta’ Novembru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja (5); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1738/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1916/2000 li jirrigwarda d-definizzjoni u t-trażmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qligħ (6); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006 tal-5 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ (7); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ dejta mill-2009 ’il quddiem, u l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (8); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010 tas-17 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f’dak li għandu x’jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja (9). |
|
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1983/2003
In-nota f’qiegħ il-paġna Nru 19 fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1983/2003 qed tinbidel b’dan li ġej:
“ISCED 2011: Klassifikazzjoni standard internazzjonali tal-edukazzjoni 2011.”
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1738/2005
Ir-Regolament (KE) Nru 1738/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
“ISCED 97” tinbidel bi “ISCED 2011” matul l-Annessi. |
|
(2) |
Il-Varjabbli 2.5 tal-Anness I jinbidel b’dan li ġej: “ Il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011) ” |
|
(3) |
Il-Varjabbli 2.5 tal-Anness II jinbidel b’dan li ġej: “ Il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011) Dan il-varjabbli jikkonċerna l-ogħla livell ta’ edukazzjoni li nkiseb b’suċċess, li l-impjegat ingħata skont il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni, il-verżjoni tal-2011 (ISCED 2011). L-espressjoni “livell miksub b’suċċess” għandu jiġi assoċjat mal-kisba ta’ ċertifikat jew diploma, fejn hemm ċertifikazzjoni. F’każijiet fejn m’hemmx ċertifikazzjoni, kisba b’suċċess għandha tkun assoċjata ma’ attendenza sħiħa. Il-gruppi ta’ kodiċijiet li jridu jintużaw huma definiti fl-Arranġamenti ta’ Implimentazzjoni tal-istħarriġ SES.” |
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 698/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 698/2006 huwa emendat kif ġej:
Fit-taqsima 2.1(2) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 698/2006, ir-referenza għal “livell tal-edukazzjoni (ISCED minn 0 sa 6)” qed tinbidel bi “il-livell edukattiv miksub (ISCED 2011 mil-livell 0 sa 8)”.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 377/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 377/2008 huwa emendat kif ġej:
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 377/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 823/2010
Ir-Regolament (KE) Nru 823/2010 huwa emendat kif ġej:
L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 823/2010 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu japplika mis-sena ta’ referenza li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 63, 12.3.1999, p. 10.
(4) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.
(5) ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34.
(6) ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32.
(7) ĠU L 121, 6.5.2006, p. 30.
ANNESS I
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 377/2008
|
(1) |
Fl-Anness III l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “HATLEVEL”, “HATFIELD”, u “HATYEAR” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness III il-varjabbli “EDUCFILD” u l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “EDUCLEVL”, għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(1) L-ogħla livell ta’ edukazzjoni li nkiseb b’suċċess kif definit mill-ISCED 2011, kodifikar ibbażat fuq l-immeppjar tal-ISCED li jrid jitwassal lill-Eurostat.
(2) Jew subdiviżjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.”
(3) Kodifikar ibbażat fuq l-immeppjar tal-ISCED li jrid jitwassal lill-Eurostat.”
ANNESS II
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 823/2010
|
(1) |
Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “HATLEVEL”, “HATFIELD”, “HATYEAR”, “HATVOC”, “HATOTHER”, “HATOTHER_LEVEL”, “HATOTHER_VOC”, “HATOTHER_FIELD”, “HATCOMP” u “HATCOMPHIGH” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “DROPHIGH”, “DROPLEVEL”, u “DROPVOC” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness I l-istruzzjonijiet għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli “FEDLEVEL”, “FEDFIELD” u “FEDVOC” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Fl-Anness II, “Rekwiżiti għat-teħid tal-kampjuni u għall-preċiżjoni”, fil-paragrafu 3, l-indikatur “Ir-rata tal-parteċipazzjoni (%) fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali ta’ persuni b’livell għoli tal-edukazzjoni (il-livelli 5-6 tal-ISCED)” għandu jinbidel bi “Ir-rata tal-parteċipazzjoni (%) fl-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali ta’ persuni b’livell għoli ta’ edukazzjoni (il-livelli 5-8 tal-ISCED)”. |
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 318/2013
tat-8 ta’ April 2013
li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 577/98, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi tal-programm ta’ moduli ad hoc li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018. |
|
(2) |
L-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva ewlenija tagħha “Żgħażagħ Attivi” jeħtieġu aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 dwar l-“Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (2) tħeġġeġ l-azzjoni f’livell Ewropew f’bosta oqsma ta’ prijorità relatati mal-kisba tal-ewwel impjieg. |
|
(3) |
Abbażi tal-Komunikazzjoni “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” (3), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 dwar “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi” (4), inkluża fil-Pakkett dwar l-Impjiegi, tħeġġeġ il-ħolqien tal-impjiegi speċifikament permezz tal-promozzjoni u l-appoġġ tal-impjiegi indipendenti. |
|
(4) |
L-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 (5) tinkludi miżuri għar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja bħala strumenti għall-kisba ta’ indipendenza ekonomika ugwali kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel. |
|
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-programm ta’ moduli ad hoc għall-istħarriġ permezz ta’ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ, adottata fl-20.12.2011 — COM(2011) 933 final.
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa, adottata fil-25.6.2008 — COM(2008) 394 final.
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni — “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi”, adottata fit-18.4.2012 — COM(2012) 173 final.
(5) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015, adottata fil-21.9.2010 — COM(2010) 491.
ANNESS
STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL
Programm pluriennali ta’ moduli ad hoc
1. ŻGĦAŻAGĦ FIS-SUQ TAX-XOGĦOL
Lista ta’ varjabbli: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2014.
Perjodu ta’ referenza: 2016. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena.
L-Istati Membri u r-reġjuni interessati: Kollha.
Kampjun: il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008 (1), jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar il-varjabbli strutturali.
Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2017.
2. IMPJIEG INDIPENDENTI
Lista ta’ varjabbli: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2015.
Perjodu ta’ referenza: 2017. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena.
L-Istati Membri u r-reġjuni interessati: Kollha.
Kampjun: il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008, jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar il-varjabbli strutturali.
Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2018.
3. RIKONĊILJAZZJONI BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA TAL-FAMILJA
Lista ta’ varjabbli: għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2016.
Perjodu ta’ referenza: 2018. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta għat-52 ġimgħa jew għat-tieni kwart tas-sena.
L-Istati Membri u r-reġjuni interessati: Kollha.
Kampjun: il-kampjun tal-modulu ad hoc għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I, il-punt 4, tar-Regolament (KE) Nru 377/2008, jiġifieri l-kampjun użat biex tinġabar l-informazzjoni dwar moduli ad hoc għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar il-varjabbli strutturali.
Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2019.
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 319/2013
tat-8 ta’ April 2013
li jidderoga għas-sena tas-suq 2012/2013, mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tad-dati għall-komunikazzjoni tar-riporti taz-zokkor żejjed
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment il-punt (c) tal-Artikolu 85 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, impriżi li jiddeċiedu jirriportaw parti jew il-produzzjoni tagħhom kollha li taqbeż il-kwota għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri konċernati dwar id-deċiżjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa qabel data li għandha tiġi determinata minn kull Stat Membru, fil-limiti taż-żmien ipprovduti minn dak l-Artikolu. |
|
(2) |
Sabiex ikun iffaċilitat il-forniment taz-zokkor barra mill-kwota fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk l-impriżi jitħallew jirreaġixxu għat-tibdiliet fid-domanda mhux previsti fl-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2012/2013, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jiddeterminaw dati b’limiti aktar tard minn dawk provduti fl-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
|
(3) |
Huwa għalhekk xieraq li ssir deroga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-sena tas-suq 2012/2013. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 63(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għas-sena tas-suq 2012/2013, l-impriżi li, skont l-Artikolu 63(1) ta’ dak ir-Regolament, iddeċidew li jirriportaw il-kwantitajiet taz-zokkor żejjed, għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru konċernat qabel id-data li se tiġi ddeterminata mill-Istati Membri bejn l-1 ta’ Frar u l-15 ta’ Awwissu 2013.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sat-30 ta’ Settembru 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 320/2013
tat-8 ta’ April 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
63,6 |
|
TN |
101,8 |
|
|
TR |
127,7 |
|
|
ZZ |
97,7 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
194,1 |
|
MA |
116,3 |
|
|
TR |
137,2 |
|
|
ZZ |
149,2 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
91,2 |
|
TR |
120,7 |
|
|
ZZ |
106,0 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
51,7 |
|
IL |
71,8 |
|
|
MA |
75,7 |
|
|
TN |
65,6 |
|
|
TR |
65,2 |
|
|
ZZ |
66,0 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
74,3 |
|
ZZ |
74,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
106,7 |
|
BR |
93,9 |
|
|
CL |
112,0 |
|
|
CN |
78,6 |
|
|
MK |
31,3 |
|
|
US |
275,4 |
|
|
UY |
106,8 |
|
|
ZA |
113,1 |
|
|
ZZ |
114,7 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
115,0 |
|
CL |
134,2 |
|
|
CN |
85,2 |
|
|
TR |
204,5 |
|
|
US |
182,0 |
|
|
ZA |
118,6 |
|
|
ZZ |
139,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ April 2013
li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/171/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Juan Ignacio ZOIDO ÁLVAREZ, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
— |
Is-Sur Iñigo de la SERNA HERNÁIZ, Alcalde de Santander. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
9.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/17 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ April 2013
dwar qafas komuni għal sistema ta’ identifikazzjoni unika tat-tagħmir għat-tagħmir mediku fl-Unjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/172/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-traċċabbiltà tat-tagħmir mediku matul il-katina kollha tal-provvista tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-pazjenti billi tħaffef il-viġilanza, is-sorveljanza tas-suq u t-trasparenza f’dan is-settur. |
|
(2) |
Il-qafas regolatorju attwali għat-tagħmir mediku ma fihx dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-traċċabbiltà. Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ rakkomandazzjoni li tħejji t-triq għal approċċ regolatorju msaħħaħ għat-traċċabbiltà tat-tagħmir mediku. |
|
(3) |
Il-Proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 (1), adottata fis-26 ta’ Settembru 2012, u l-Proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (2) adottata fis-26 ta’ Settembru 2012, fihom dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà tat-tagħmir mediku u t-tagħmir mediku dijanjostiku in vitro, sabiex jittejbu s-saħħa u s-sigurtà tal-pazjenti. |
|
(4) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-innovazzjoni fis-settur tat-tagħmir mediku (3) tas-6 ta’ Ġunju 2011 jistiednu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet tal-interoperabbiltà u s-sikurezza relatati mal-integrazzjoni tat-tagħmir mediku fis-sistemi tas-Saħħa Elettronika, l-aktar is-Sistemi tas-Saħħa Personali. |
|
(5) |
Qed isiru sforzi sinifikanti fuq livell internazzjonali biex jinħoloq approċċ globalment armonizzat għat-traċċabbiltà u biex tinħoloq sistema ta’ identifikazzjoni unika tat-tagħmir (UDI) għat-tagħmir mediku. |
|
(6) |
Il-mekkaniżmi tal-UDI, imsejsa fuq rekwiżiti nazzjonali u/jew reġjonali differenti tat-traċċabbiltà, diġà ġew żviluppati u hemm riskju li f’dawn il-livelli jinħolqu aktar mekkaniżmi tal-UDI diverġenti. |
|
(7) |
Fil-futur, ċerta informazzjoni li jkun fih il-kodiċi tal-UDI jista’ jgħaddiha lir-Rekord tas-Saħħa Elettronika skont id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (4), u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (5), |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI.
1. DAĦLA
L-Iskop tar-Rakkomandazzjoni
|
1. |
Bħalissa t-traċċabbiltà mhix regolata mid-Direttivi tat-Tagħmir Mediku (6) iżda xi drabi din tiġi indirizzata fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali. Id-differenzi u l-inkompatibbiltà bejn il-mekkaniżmi tat-traċċabbiltà jistgħu jdgħajfu u jikkompromettu l-effikaċja tas-sistemi użati. |
|
2. |
Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi nazzjonali u/jew reġjonali differenti ta’ identifikazzjoni unika tat-tagħmir jobbliga lill-manifatturi biex jadattaw il-prodotti tagħhom għal kull mekkaniżmu sabiex jissodisfaw l-obbligi tat-traċċabbiltà. |
|
3. |
L-aħjar mod li jiżgura traċċabbiltà effettiva tat-tagħmir mediku fl-Unjoni huwa billi tinħoloq sistema tal-UDI armonizzata fuq livell Ewropew. Il-proċess li għaddej ta’ reviżjoni tad-Direttivi attwali dwar it-tagħmir mediku għandu jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta rekwiżiti dettaljati tat-traċċabbiltà. |
|
4. |
Fil-frattemp, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jiżviluppa mekkaniżmi tal-UDI għalih innifsu, huwa essenzjali li dawn isiru b’mod kompatibbli ma’ xulxin u ma’ sistemi tal-UDI futuri fl-Unjoni. Dan huwa importanti ħalli jkun evitat ir-riskju li jinħolqu sistemi inkompatibbli u diverġenti li jxekklu l-għanijiet tas-suq intern u ħalli jkun eħfef biex tiddaħħal sistema tal-UDI armonizzata fl-Unjoni. |
|
5. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex l-għan li tiddefinixxi l-aspetti kollha tas-sistemi tal-UDI. Din għandha tittieħed bħala għodda li tħaffef il-kompatibbiltà tal-mekkaniżmi tat-traċċabbiltà stabbiliti fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali u biex tħejji t-triq għall-implimentazzjoni obbligatorja ta’ sistema tal-UDI fl-Unjoni li tkun kompatibbli mad-dinja kollha. |
Il-Kamp ta’ Applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni
|
6. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għat-tagħmir mediku, it-tagħmir mediku impjantabbli attiv (ħlief it-tagħmir magħmul apposta għal individwu jew maħsub għal investigazzjonijiet kliniċi) u t-tagħmir mediku dijanjostiku in vitro (ħlief it-tagħmir manifatturat f’istituzzjonijiet tas-saħħa u għal evalwazzjoni tal-prestazzjoni), inkluż l-aċċessorji tagħhom. |
X’qed jiġri fid-Dinja fejn tidħol l-UDI
|
7. |
Fuq livell internazzjonali, fl-2008 t-Task Force tal-Armonizzazzjoni Globali (GHTF) (7) waqqfet Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc bil-għan li joħloq approċċ għall-UDI li jkun koordinat mad-dinja kollha. |
|
8. |
Dan il-grupp li ġabar l-industrija u r-regolaturi, kien immexxi mill-Kummissjoni Ewropea u waqaf jaħdem f’Settembru 2011, meta l-GHTF adottat dokument gwida (8) dwar “Sistema ta’ Identifikazzjoni Unika tat-Tagħmir (UDI) għat-Tagħmir Mediku”. |
|
9. |
Ħidmet il-GHTF għal aktar armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju tat-tagħmir mediku qed issir taħt il-patroċinju tal-Forum Internazzjonali tar-Regolaturi tat-Tagħmir Mediku (IMDRF) (9). |
|
10. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija allinjata mal-approċċ żviluppat fuq livell internazzjonali. |
X’qed jiġri fl-Ewropa fejn tidħol l-UDI
|
11. |
Fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea waqqfet Grupp Ewropew ta’ Ħidma Ad Hoc għall-UDI fi ħdan il-qafas regolatorju stabbilit mid-Direttivi dwar it-tagħmir mediku, sabiex tiġi żviluppata strateġija koordinata filwaqt li jitqies il-progress li sar fuq livell nazzjonali u internazzjonali. |
|
12. |
L-għan ta’ dan il-grupp jinqasam fi tlieta:
|
2. RAĠUNAMENT
|
13. |
Sistema tal-UDI għandha l-għanijiet primarji li ttejjeb is-sikurezza tal-pazjenti (10) u tottima l-kura tal-pazjenti. Dawn l-għanijiet jitwettqu billi:
|
|
14. |
L-istabbiliment ta’ sistema tal-UDI tista’ wkoll tgħin biex jintlaħqu għanijiet oħrajn fosthom kwistjonijiet bħall-ġlieda kontra l-iffalsifikar, kontroll aħjar tad-distribuzzjoni, il-ġestjoni tal-istokk u r-rimborż. |
|
15. |
Madankollu, l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 14 għandhom jitqiesu bħala konsegwenza pożittiva possibbli tas-sistema tal-UDI. |
Titjib fir-Rappurtar tal-Inċidenti
|
16. |
L-użu ta’ UDI huwa mistenni jtejjeb ir-rappurtar tal-inċidenti u jagħti l-opportunità li jinġabru l-inċidenti kollha relatati ma’ tagħmir mediku wieħed fuq livell ta’ Unjoni u, fil-każ ta’ UDI aċċettati u kompatibbli b’mod internazzjonali, fuq livell internazzjonali. Dan se jżid il-potenzjal biex jitqabblu r-riżultati assoċjati ma’ kull tagħmir mediku speċifiku. |
Sejħiet b’lura effiċjenti u azzjonijiet korrettivi oħra ta’ sikurezza fuq il-post
|
17. |
Jekk ikun jingħata identifikatur uniku lil tagħmir speċifiku u l-użu tiegħu matul il-katina tad-distribuzzjoni (użu globali), it-tagħmir innifsu jkun jista’ jiġi identifikat mingħajr ambigwità. |
|
18. |
Biex tkun żgurata t-traċċabbiltà, mhuwiex biżżejjed li kull manifattur ikun żviluppa mekkaniżmu tat-traċċabbiltà għalih innifsu. In-nuqqas ta’ sistema fl-Unjoni li tintuża matul il-katina kollha tal-provvista jista’ jwassal biex minħabba li kull attur fil-katina tad-distribuzzjoni jista’ jbiddel il-modifikar li jkun żviluppa l-manifattur. Dan jista’ joħloq error fil-kodifikar tat-tagħmir mediku li min-naħa tiegħu jipperikola t-traċċabbiltà tat-tagħmir fil-każ tal-FSCA. Jekk tintuża l-istess lingwa tal-kodifikar, jittejbu s-segwitu u t-traċċar tat-tagħmir mediku. |
Azzjonijiet effiċjenti wara t-tqegħid fis-suq mill-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali
|
19. |
Sistema tal-UDI tgħin b’mod speċifiku biex jiġu mmirati prodotti identifikati. |
|
20. |
Barra minn hekk, din tagħti opportunità biex ikunu żgurati reazzjonijiet koordinati mill-Istati Membri. |
Talbiet f’bosta sistemi tad-dejta
|
21. |
Jekk tintuża l-istess UDI f’sistemi differenti tad-dejta (kemm fuq livell regolatorju kif ukoll fuq livell ta’ istituzzjonijiet tas-saħħa), it-talbiet isiru aktar effiċjenti u jkun eħfef biex isiru tfittxijiet għal informazzjoni aggregata. Bħalissa, dan l-approċċ mhux possibbli għax kull sistema tad-dejta għandha l-għodda tal-identifikazzjoni tagħha stess. |
Tnaqqis fl-iżbalji mediċi
|
22. |
Jista’ jkun mistenni li, jekk jintużaw il-mekkaniżmi tal-identifikazzjoni, jonqos l-għadd ta’ tagħmir mediku li jkun intgħażel bi żball. |
3. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“tagħmir mediku” tfisser kull strument, apparat, għodda, softwer, materjal jew artiklu ieħor, sew jekk użat waħdu jew f’kombinazzjoni, inkluż is-softwer maħsub mill-manifattur tiegħu biex jintuża speċifikament għal finijiet dijanjostiċi u/jew terapewtiċi, u meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa tiegħu, maħsuba mill-manifattur tiegħu biex jintuża għal finijiet mediċi fuq il-bnedmin bl-iskop ta’:
u li ma jiksibx l-azzjoni ewlenija maħsuba għalih f’ġisem il-bniedem jew fuqu, b’mezzi farmakoloġiċi, immunoloġiċi jew metaboliċi, imma li jista’ jiġi megħjun fil-funzjoni tiegħu b’dawn il-mezzi (11); |
|
(b) |
“tagħmir mediku impjantabbli attiv” tfisser kull tagħmir mediku attiv maħsub biex jiddaħħal kollu jew parti minnu, b’mod kirurġiku jew mediku, f’ġisem il-bniedem jew b’intervent mediku fl-orifiċe naturali, u li hu maħsub biex jibqa’ fejn hu wara li ssir il-proċedura (12); |
|
(c) |
“tagħmir mediku dijanjostiku in vitro” tfisser kull tagħmir mediku li huwa reaġent, prodott ta’ reaġent, kalibratur, materjal tal-kontroll, kitt, strument, apparat, tagħmir jew sistema, sew jekk użat waħdu jew f’kombinazzjoni, maħsub mill-manifattur tiegħu biex jintuża f’in vitro biex jiġu eżaminati l-eżemplari, inkluż id-donazzjonijiet tad-demm u tat-tessuti, idderivati minn ġisem il-bniedem, għall-iskop biss jew l-aktar biex jagħtu tagħrif:
Ir-reċipjenti għall-eżemplari jitqiesu bħala tagħmir mediku dijanjostiku in vitro. “Reċipjenti għall-eżemplari” huma dak it-tagħmir sew tat-tip bil-vakwu u le, maħsub speċifikament mill-manifatturi tiegħu biex primarjament ikun fih u jippriserva l-eżemplari dderivati minn ġisem il-bniedem bl-iskop ta’ eżami dijanjostiku in vitro. Il-prodotti għall-użu ġenerali fil-laboratorju mhumiex tagħmir mediku dijanjostiku in vitro għajr jekk dawn il-prodotti, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, ikunu maħsuba speċifikament mill-manifatturi tagħhom biex jintużaw fl-eżami dijanjostiku in vitro (13). |
|
(d) |
“Traċċabbiltà” tfisser il-ħila li jiġu traċċati l-passat, l-applikazzjoni jew il-lok ta’ dak li jkun qed jitqies; |
|
(e) |
“Identifikazzjoni Unika tat-Tagħmir – UDI” tfisser serje ta’ karattri numeriċi jew alfanumeriċi li tinħoloq skont standards ta’ identifikazzjoni u kodifikar li huma aċċettati mad-dinja kollha u b’hekk tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta’ tagħmir mediku speċifiku fis-suq. L-UDI fiha l-identifikatur tat-tagħmir u l-identifikatur tal-produzzjoni; |
|
(f) |
“identifikatur tat-tagħmir” tfisser kodiċi numeriku jew alfanumeriku uniku speċifiku għal manifattur u għal mudell ta’ tagħmir; |
|
(g) |
“identifikatur tal-produzzjoni” tfisser kodiċi numeriku jew alfanumeriku uniku li jidentifika dejta relatata mal-unità tal-produzzjoni tat-tagħmir; |
|
(h) |
“trasportatur tal-UDI” tfisser il-mod li bih tasal l-identifikazzjoni unika tat-tagħmir permezz tal-Identifikazzjoni Awtomatika u l-Ġbir tad-Dejta (14) (AIDC) u, jekk inhu applikabbli, permezz tal-Interpretazzjoni Leġibbli mill-Bniedem (HRI) tiegħu; |
|
(i) |
“sistemi elettroniċi tal-UDI” tfisser kodiċi tal-identifikatur ta’ repositorju ċentrali/ta’ tagħmir li jaħżen f’bażi tad-dejta u informazzjoni relatata/assoċjata li tidentifika ta’ tagħmir speċifiku li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni; |
|
(j) |
“interpretazzjoni leġibbli mill-bniedem” tfisser format leġibbli tal-karattri tad-dejta kodifikati bis-simboli tal-AIDC; |
|
(k) |
“marka diretta fuq il-komponenti” tfisser kull teknoloġija li tista’ tintuża biex jitwassal simbolu fuq wiċċ ta’ oġġett (eż jinħolqu żewġ kundizzjonijiet differenti tal-wiċċ permezz ta’ inċiżjoni bil-lejżer, forom, peening, jew teknoloġiji oħra bħall-istampar bl-inkjet jew il-flessografija); |
|
(l) |
“manifattur” tfisser il-persuna naturali jew ġuridika li tkun responsabbli mid-disinn, il-manifattura, l-imballaġġ, u t-tikkettar ta’ tagħmir qabel jitqiegħed fis-suq bl-isem tiegħu, irrispettivament jekk dan ix-xogħol ikunx sar minn din il-persuna nnifisha jew f’isimha minn terza persuna (15); |
|
(m) |
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tinħatar b’mod espliċitu mill-manifattur, u taġixxi u tista’ tiġi indirizzata mill-awtoritajiet u l-korpi tal-Komunità minflok il-manifattur fejn jidħlu l-obbligi tal-manifattur skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità (16); |
|
(n) |
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika stabbilità fl-Unjoni li tqiegħed tagħmir minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni (17); |
|
(o) |
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tagħmir disponibbli fis-suq (18); |
|
(p) |
“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur (19); |
|
(q) |
“istituzzjoni tas-saħħa” tfisser organizzazzjoni li għandha l-għan ewlieni li tikkura jew tittratta l-pazjenti u/jew tippromwovi s-saħħa pubblika; |
|
(r) |
“utent” tfisser il-persuna, professjonista jew mhix esperta, li tuża tagħmir; |
4. APPROĊĊ SKONT IR-RISKJU
|
23. |
Jekk l-Istati Membri jkun beħsiebhom jistabbilixxu sistema tal-UDI, dawn għandhom isegwu approċċ skont ir-riskju f’konformità mal-klassifikazzjoni tat-tagħmir. |
|
24. |
Is-sistema tal-UDI għandha titwettaq pass pass, tibda l-ewwel il-klassi tat-tagħmir bl-akbar riskju għax din għandha tkun l-ewwel waħda li tirrispetta l-kundizzjoni li ġġorr l-UDI |
It-tip ta’ UDI
|
25. |
L-UDI għandu jkun fih żewġ partijiet: identifikatur tat-tagħmir u identifikatur tal-produzzjoni. |
|
26. |
L-identifikatur tat-tagħmir għandu jkun fih informazzjoni statika (20) speċifika għal manifattur u mudell tat-tagħmir, u tintuża wkoll bħala ċ-“ċavetta” li tagħti aċċess għall-informazzjoni maħżuna fil-bażi tad-dejta tal-UDI. |
|
27. |
L-identifikatur tal-produzzjoni għandu jkun fih informazzjoni dinamika (21) li tidentifika dejta relatata mal-unità tal-produzzjoni tat-tagħmir u tiddetermina l-livell tat-traċċabbiltà li jrid jintlaħaq. |
|
28. |
L-UDI għandu jidher kemm f’format li jinqara mill-bniedem (verżjoni leġibbli mill-bniedem li fiha serje ta’ karattri numeriċi jew alfanumeriċi) kif ukoll f’format li jista’ jinqara minn teknoloġija tal-AIDC u jitwassal bi trasportatur. |
|
29. |
Jekk ikun hemm restrizzjonijiet sinifikanti li jillimitaw l-użu tal-AIDC u l-HRI fuq it-tikketta, għandha tingħata preferenza lill-format tal-AIDC. Madanakollu, ċerti ambjenti jew sitwazzjonijiet tal-użu, bħal fid-djar tal-kura, jistgħu jeżiġu li tintuża l-HRI flok l-AIDC. |
|
30. |
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw li d-differenza bejn id-diversi klassijiet tat-tagħmir issir biss skont it-tip ta’ identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) f’konformità mal-paragrafu 31. |
|
31. |
Bħala regola ġenerali, l-informazzjoni li jagħti l-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) għandha tvarja skont il-klassijiet differenti tar-riskju kif ġej (22):
|
|
32. |
Fejn xieraq, il-manifatturi jistgħu jagħżlu identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) applikabbli għal klassi ogħla mit-tagħmir inkwistjoni. |
L-applikazzjoni tal-UDI
|
33. |
Bħala regola ġenerali, l-UDI għandu jkun applikat għal kull livell tal-imballaġġ għall-klassijiet kollha tat-tagħmir (24). |
|
34. |
It-trasportatur tal-UDI (ir-rappreżentazzjoni AIDC u HRI tal-UDI) għandu jkun fuq it-tikketta tat-tagħmir, fuq l-imballaġġ tiegħu, jew fuq it-tagħmir innifsu (marka diretta fuq il-komponenti), u fuq il-livelli ogħla kollha tal-imballaġġ (25). |
5. IL-KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JISSODISFAW L-OPERATURI EKONOMIĊI, L-ISTITUZZJONIJIET TAS-SAĦĦA U L-UTENTI PROFESSJONISTI
|
35. |
Sabiex jilħqu l-għanijiet tas-sistema tal-UDI, filwaqt li jiżviluppaw il-mekkaniżmi nazzjonali tal-UDI tagħhom stess, l-operaturi ekonomiċi u l-istituzzjonijiet tas-saħħa għandhom jaħżnu l-informazzjoni permezz tal-katina tad-distribuzzjoni li tkun relatata kemm mal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll mal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika). L-istituzzjonijiet tas-saħħa u, fejn fattibbli, l-utenti professjonisti għandhom jużaw din l-informazzjoni meta jirrappurtaw l-inċidenti. B’hekk, b’mod partikolari, tkun tista’ azzjoni aktar effiċjenti f’każ ta’ sejħa b’lura jew irtirar tal-prodotti. |
|
36. |
L-informazzjoni relatata mal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) għandha tinġabar fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-UDI. |
|
37. |
Ladarba jkun stabbilit il-bank tad-dejta Ewropew għall-mezzi mediċi (EUDAMED), l-informazzjoni relatata mal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) se jiġi ċentralizzat fil-livell Ewropew permezz ta’ sistema elettronika tal-UDI li se tkun parti mill-EUDAMED tal-futur. |
|
38. |
Fir-rigward tal-informazzjoni relatata mal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika), din ma għandhiex tintbagħat lill-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-UDI u mhux se tkun inkluża fis-sistema elettronika Ewropea tal-UDI.
Għall-fini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-operaturi ekonomiċi, l-istituzzjonijiet tas-saħħa u l-utenti professjonisti għandhom jiġu allinjati mal-kundizzjonijiet li ġejjin. |
Il-manifatturi
|
39. |
L-ewwel, il-manifatturi għandhom jallokaw UDI, kif xieraq (il-parti statika u l-parti dinamika) għat-tagħmir mediku li jimmanifatturaw. |
|
40. |
It-tieni, il-manifatturi għandhom jagħtu l-elementi tad-dejta meħtieġa (ara l-Anness) li jrid jiddaħħal fil-bażi tad-dejta tal-UDI. |
|
41. |
It-tielet, il-manifatturi għandhom ibiddlu t-tikkettjar tal-prodotti tagħhom sabiex jistampaw il-kodiċi tal-UDI sa fejn huwa prattikabbli fuq it-tikketta tat-tagħmir, tal-imballaġġ tiegħu, u fuq il-livelli ogħla kollha tal-imballaġġ, kif jissemma fil-paragrafu 34. |
|
42. |
Ir-raba’, il-manifatturi għandhom iżommu rekords elettroniċi kemm tal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll tal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika). |
|
43. |
Fl-aħħar, il-manifatturi għandhom iżommu rekords elettroniċi tal-operatur ekonomiku, l-istituzzjoni tas-saħħa jew l-utenti professjonisti li lilhom fornew kull prodott speċifiku. |
L-importaturi
|
44. |
L-ewwel, l-importaturi għandhom jivverifikaw li l-manifattur ikun alloka UDI kif xieraq (il-parti statika u l-parti dinamika) għall-prodott qabel iqegħduh fis-suq tal-Unjoni. Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li din il-kundizzjoni ma ġietx issodisfata, dan ma għandux iqiegħed it-tagħmir fis-suq tal-Unjoni qabel dan ikun sar konformi. |
|
45. |
It-tieni, l-importaturi ma għandhomx ineħħu jew ibiddlu l-UDI, inkella t-traċċabilità ma tkunx possibbli. |
|
46. |
It-tielet, l-importaturi għandhom jaċċertaw jekk l-apparat kienx diġà ġie rreġistrat fil-bażi tad-dejta tal-UDI tal-Istat Membru fejn l-apparat ikun tqiegħed fis-suq tal-Unjoni. |
|
47. |
Jekk it-tagħmir ikun diġà ġie rreġistrat, l-importaturi għandhom jivverifikaw li l-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) fuq il-prodott tikkorrispondi għal dik fil-bażi tad-dejta tal-UDI. |
|
48. |
Jekk it-tagħmir ma jkunx għadu ġie rreġistrat, l-importaturi għandhom jallinjaw mal-kundizzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika). |
|
49. |
Ir-raba’, l-importaturi għandhom iżommu rekords elettroniċi kemm tal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll tal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika). |
|
50. |
Il-ħames, l-importaturi għandhom iżommu rekords elettroniċi tal-operatur ekonomiku li jkun fornihom b’tagħmir. |
|
51. |
Fl-aħħar, l-importaturi għandhom iżommu rekords elettroniċi tal-operatur ekonomiku, l-istituzzjoni tas-saħħa jew l-utenti professjonisti li lilhom fornew it-tagħmir. |
Ir-rappreżentanti awtorizzati
|
52. |
Meta manifattur li jqiegħed tagħmir fis-suq f’ismu stess ma jkollux post tan-negozju reġistrat fi Stat Membru, dan għandu jaħtar rappreżentant awtorizzat uniku fl-Unjoni. Din il-ħatra għandha tkun effettiva għall-inqas għat-tagħmir kollu tal-istess mudell. |
|
53. |
Ir-rappreżentanti awtorizzati għandu jkollhom aċċess, fuq talba, għar-rekord kemm tal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll għall-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) relatata mal-prodott(i) li għalihom ikunu nħatru. |
Id-distributuri
|
54. |
L-ewwel, qabel jagħmlu tagħmir disponibbli fis-suq id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u, fejn applikabbli, l-importatur, ikun alloka kif xieraq UDI (il-parti statika u l-parti dinamika) għall-prodott. Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li din il-kundizzjoni ma ġietx issodisfata, dan ma għandux jagħmel it-tagħmir disponibbli fis-suq tal-Unjoni qabel ma dan ikun sar konformi. |
|
55. |
It-tieni, id-distributuri ma għandhomx ineħħu jew ibiddlu l-UDI, inkella t-traċċabilità ma tkunx possibbli. |
|
56. |
It-tielet, id-distributuri għandhom iżommu rekords elettroniċi kemm tal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll tal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika). |
|
57. |
Ir-raba’, id-distributuri għandhom iżommu rekord elettroniku tal-operatur ekonomiku li jkun fornihom b’tagħmir. |
|
58. |
Fl-aħħar, id-distributuri għandhom iżommu rekord elettroniku tal-operatur ekonomiku, l-istituzzjoni tas-saħħa jew l-utenti professjonisti li lilhom fornew tagħmir. |
L-istituzzjonijiet tas-saħħa
|
59. |
L-ewwel, l-istituzzjonijiet tas-saħħa għandhom iżommu rekord elettroniku kemm tal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll tal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) tat-tagħmir mediku li jidħol f’dawn l-organizzazzjonijiet. Informazzjoni relatata kemm mal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll mal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) fejn għandu x’jaqsam it-tagħmir li dwaru jkunu ġew irrappurtati inċidenti, għandha tintuża mill-istituzzjonijiet tas-saħħa meta jirrappurtaw l-inċidenti. |
|
60. |
It-tieni, għal ċertu tagħmir mediku, bħal dawk użati għal proċeduri ta’ riskju għoli u/jew speċifikament maħsuba biex jintużaw għal pazjenti b’riskju għoli, għandha tiġi stabbilità rabta bejn it-tagħmir użat u l-pazjent trattat bih. Għalhekk, l-istituzzjonijiet tas-saħħa għandhom iżommu rekord ta’ liema tagħmir intuża fuq liema pazjent. |
|
61. |
It-tielet, għal ċertu tagħir bħat-tagħmir mediku impjantabbli, l-istituzzjonijiet tas-saħħa għandhom jaħżnu kemm l-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll l-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) fl-Arkivju Elettroniku tal-Pazjenti. Fil-fatt, f’każ ta’ sejħa b’lura, għandu jkun jista jingħaraf liema tagħmir mediku ġie impjantat f’liema pazjent. |
L-utenti professjonisti
|
62. |
Meta fattibbli, informazzjoni relatata kemm mal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika) kif ukoll mal-identifikatur tal-produzzjoni (informazzjoni dinamika) fejn jidħol it-tagħmir li dwaru jkunu ġew irrappurtati inċidenti, għandha tintuża mill-utenti professjonisti meta jirrappurtaw l-inċidenti. |
6. IL-BAŻIJIET TAD-DEJTA NAZZJONALI TAL-UDI
L-elementi tad-dejta
|
63. |
L-Istati Membri li jkun beħsiebhom jistabbilixxu sistema tal-UDI għat-tagħmir mediku, huma mistiedna jibnu bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-UDI. |
|
64. |
Għall-fini ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri huma mistiedna jippromwovu l-użu tal-Lingwaġġ tal-Immarkar Estensibbli (XML), bħala format komuni għall-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet tad-dejta tal-UDI, u jqisu l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti u l-istandards semantiċi eżistenti f’dan il-qasam. |
|
65. |
L-elementi tad-dejta li huma elenkati fl-Anness għandhom jiddaħħlu f’bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-UDI u għandhom jikkorrispondu mal-elementi marbutin mal-identifikatur tat-tagħmir (informazzjoni statika). |
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2012) 542 finali.
(2) COM(2012) 541 finali.
(5) http://ec.europa.eu/digital-agenda/
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17), id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1), id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
(7) It-“Task Force għal Armonizzazzjoni Globali (GHTF)” hija grupp internazzjoni volontarju ta’ rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji tat-tagħmir mediku u tal-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ mill-Ewropa, il-Istati Uniti tal-Amerka (USA), il-Kanada, il-Ġappun u l-Awstralja. GHTF twaqqfet fl-1992 bi ħsieb li twieġeb il-ħtieġa dejjem tikber li jkun hemm armoniazzazzjoni internazzjonali fir-regolamentazzjoni tat-tagħmir mediku. Il-missjoni tal-GHTF intemmet f’Diċembru 2012.
(8) www.imdrf.org/docs/ghtf/final/steering-committee/technical-docs/ghtf-sc-n2r3-2011-unique-device-identification-system-110916.pdf
(9) Il-“Forum Internazzjonali tar-Regolaturi tat-Tagħmir Mediku (IMDRF)” twaqqaf fi Frar 2011 bħala forum biex jiġu diskussi d-direzzjonijiet futuri tal-armonizzazzjoni regolatorja tat-tagħmir mediku. Dan huwa grupp volontarju ta’ regolaturi tat-tagħmir mediku mill-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina (osservatur), l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, ir-Russja (osservatur) u l-Istati Uniti li ngħaqdu lkoll flimkienn biex jibnu fuq il-ħidma fundamentali tat-“Task Force għal Armonizzazzjoni Globali (GHTF) għat-Tagħmir Mediku”. L-“Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)” tieħu sehem fl-IMDRF bħala osservatur.
(10) Is-sikurezza tal-pazjent tinftiehem bħala l-evitar, il-prevenzjoni u t-titjib tar-riżultati negattivi jew korrimenti li jiġu mill-proċessi tal-kura tas-saħħa. Dawn l-avvenimenti fihom “żbalji”, “devjazzjonijiet”, “inċidenti”. Is-sikurezza toħroġ minn ħidma id f’id tal-komponenti tas-sistema; ma tkunx tinsab ġo persuna, tagħmir jew dipartiment. It-titjib tas-sikurezza jiddependi fuq it-tagħlim dwar kif is-sikurezza tiġi mill-ħidma id f’id tal-komponenti. Is-sikurezza tal-pazjent hija subsett tal-kwalità tal-kura tas-saħħa.
(11) L-Artikolu 1(2)a tad-Direttiva 93/42/KEE.
(12) L-Artikolu 1(2)c tad-Direttiva 90/385/KEE.
(13) L-Artikolu 1(2)b tad-Direttiva 98/79/KE.
(14) L-Identifikazzjoni Awtomatika u l-Ġbir tad-Dejta tirreferi għall-metodi biex jiġu identifikati l-oġġetti b’mod awtomatiku, biex tinġabar id-dejta dwarhom, u biex id-dejta tiddaħħal direttament fis-sistemi tal-kompjuter.
(15) L-Artikolu 1(2)f tad-Direttiva 93/42/KEE.
(16) L-Artikolu 1(2)j tad-Direttiva 93/42/KEE.
(17) L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(18) L-Artikolu 2(6) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
(19) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
(20) Din l-informazzjoni ma għandhiex tvarja minn tagħmir għal ieħor bl-istess mudell speċifiku.
(21) Din l-informazzjoni tvarja skont mod differenti kif inhu kkontrollat il-proċess tal-produzzjoni (bid-data tal-iskadenza/id-data tal-manifattura, in-numru tal-lott jew in-numru tas-serje).
(22) Skont il-gwida internazzjonali, eċċezzjonijiet possibbli u/jew eżenzjonijiet mir-regola ġenerali, imsejsa fuq il-klassi tat-tagħmir, għandhom jitqiesu.
(23) Bin-numru tas-serje tkun tista’ tiġi identifikata l-unità tat-tagħmir individwali.
(24) Skont il-gwida internazzjonali, eċċezzjonijiet possibbli u/jew eżenzjonijiet mir-regola ġenerali, imsejsa fuq il-klassi tat-tagħmir, għandhom jitqiesu.
(25) Skont il-gwida internazzjoni, il-pallets mhumiex inklużi fin-nozzjoni ta’ imballaġġ ta’ livelli ogħla u għaldaqstant il-kundizzjonijiet tal-UDI ma japplikawx għall-pallets.
ANNESS
ELEMENTI TAD-DEJTA TAL-BAŻIJIET TAD-DEJTA NAZZJONALI
Il-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-UDI għandu jkun fihom dawn l-elementi tad-dejta li ġejjin:
|
(a) |
il-kwantità għal kull konfigurazzjoni tal-imballaġġ, |
|
(b) |
jekk applikabbli, identifikatur(i) alternattiv(i) jew addizzjonali, |
|
(c) |
il-mod kif il-produzzjoni tat-tagħmir hija kkontrollata (id-data tal-iskadenza jew tal-manifattura, in-numru tal-lott, in-numru tas-serje), |
|
(d) |
jekk applikabbli, l-identifikatur tat-tagħmir għall-unità tal-użu (meta ma jkunx assenjat UDI għat-tagħmir fil-livell tal-unità tal-użu tiegħu, għandu jiġi assenjat identifikatur tat-tagħmir għall-“unità tal-użu” biex ikun assoċjat l-użu ta’ tagħmir ma’ pazjent), |
|
(e) |
l-isem u l-indirizz tal-manifattur (kif turi t-tikketta), |
|
(f) |
jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat (kif turi t-tikketta), |
|
(g) |
il-kodiċi tan-Nomenklatura Globali tat-Tagħmir Mediku (GMDN) jew kodiċi tan-nomenklatura rikonoxxut internazzjonalment, |
|
(h) |
jekk applikabbli, l-isem kummerċjali/tad-ditta, |
|
(i) |
jekk applikabbli, il-mudell tat-tagħmir, referenza, jew in-numru tal-katalgu, |
|
(j) |
jekk applikabbli, id-daqs kliniku (inkluż il-volum, it-tul, il-gejġ u d-dijametru), |
|
(k) |
deskrizzjoni addizzjonali tal-prodott (fakultattiva), |
|
(l) |
jekk applikabbli, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u/jew tal-immaniġġar (kif turi t-tikketta jew kif juru l-istruzzjonijiet dwar l-użu), |
|
(m) |
jekk applikabbli, ismijiet kummerċjali addizzjonali tat-tagħmir, |
|
(n) |
it-tikketta turi li huwa tagħmir għal użu uniku (iva/le), |
|
(o) |
jekk applikabbli, l-għadd limitat kemm jista’ jintuża mill-ġdid, |
|
(p) |
it-tagħmir huwa ppakkjat b’mod sterili (iva/le), |
|
(q) |
hemm bżonn sterilizzazzjoni qabel jintuża (iva/le), |
|
(r) |
it-tikketta turi li fih il-lattiċe (iva/le), |
|
(s) |
it-tikketta turi li fih id-DEPH (iva/le), |
|
(t) |
URL għal informazzjoni oħra, eż. istruzzjonijiet elettroniċi dwar l-użu (fakultattiva), |
|
(u) |
jekk applikabbli, twissijiet kritiċi jew kontraindikazzjonijiet. |