|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.094.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
4.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 308/2013
tat-3 ta’ April 2013
dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, moqri b’rabta mal-paragrafi minn (1) sa (4) tal-Artikolu 10 tiegħu, jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-għalf fiż-żmien li daħal fis-seħħ ir-Regolament. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30083 u l-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30084 iddaħħlu fir-Reġistru tal-Unjoni Ewropea tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-għalf, għall-ispeċi tal-annimali kollha. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b’rabta mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, u ntalab li dawn l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2012 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati jitqiesu bla periklu għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi ta’ prodotti mill-annimali magħlufin b’għalf trattat u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żewġ preparazzjonijiet għandhom il-potenzjal biex itejbu l-produzzjoni tal-għalf billi tiżdied il-preservazzjoni tal-materja xotta u billi titnaqqas id-degradazzjoni tal-proteini għall-ispeċijiet tal-foraġġ li jinħażnu b’mod faċli u moderatament diffiċli. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fihom, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta’ Ottubru 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel l-24 ta’ April 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) The EFSA Journal 2013; 11(1):3041.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
CFU/kg ta’ materjal frisk |
|||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tal-għalf |
|||||||||||||||||||||||
|
1k20736 |
— |
Lactobacillus plantarum (NCIMB 30083) |
|
L-ispeċi kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
24 ta’ April 2023 |
||||||||||||||
|
1k20737 |
|
Lactobacillus plantarum (NCIMB 30084) |
|
L-ispeċi kollha tal-annimali |
|
|
|
|
24 ta’ April 2023 |
||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
(2) Foraġġ li hu faċli biex jinħażen: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ li hu b’mod moderat diffiċli biex jinħażen: 1,5-3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).
|
4.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 309/2013
tat-3 ta’ April 2013
li jemenda għall-191 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:
|
(a) |
“Abdul Manaf KASMURI (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Al-Filipini, (b) Intan), Klang. Selangor, il-Malasja. Data tat-twelid: it-28 ta’ Mejju 1955. Post tat-twelid: Selangor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A 9226483. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 550528-10-5991.’ |
|
(b) |
“Zulkepli Bin Marzuki. Indirizz: Taman Puchong Perdana, l-Istat ta’ Selangor, il-Malasja. Data tat-twelid: 3.7.1968. Post tat-twelid: Selangor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A 5983063. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 680703- 10-5821. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003." |
|
(c) |
“Wan Min WAN MAT (magħruf ukoll bħala (a) Abu Hafis, (b) Wan Halim, (c) Abu Hidayah), Ulu Tiram, Johor, il-Malasja; data tat-twelid: it-23 ta’ Settembru 1960; post tat-twelid: Kelantan, il-Malasja. nazzjonalità: Malasjana; Numru tal-passaport: A 9703399; Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 600923-03-5527." |
|
(d) |
“Zaini Zakaria (magħruf ukoll bħala Ahmad). Indirizz: Kota Bharu, Kelantan, il-Malasja. Data tat-twelid: 16.5.1967. Post tat-twelid: Kelantan, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A11457974. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 670516-03-5283. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.” |
|
4.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 310/2013
tat-3 ta’ April 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
58,7 |
|
TN |
102,1 |
|
|
TR |
127,9 |
|
|
ZZ |
96,2 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
194,1 |
|
MA |
116,3 |
|
|
TR |
144,5 |
|
|
ZZ |
151,6 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
91,2 |
|
TR |
114,9 |
|
|
ZZ |
103,1 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
58,2 |
|
IL |
70,0 |
|
|
MA |
71,5 |
|
|
TN |
59,0 |
|
|
TR |
64,8 |
|
|
ZZ |
64,7 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
77,5 |
|
ZZ |
77,5 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
102,7 |
|
BR |
89,9 |
|
|
CL |
119,4 |
|
|
CN |
82,2 |
|
|
MK |
28,2 |
|
|
US |
215,4 |
|
|
UY |
106,8 |
|
|
ZA |
102,0 |
|
|
ZZ |
105,8 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
114,3 |
|
CL |
167,3 |
|
|
TR |
208,9 |
|
|
US |
158,2 |
|
|
ZA |
122,6 |
|
|
ZZ |
154,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
4.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ April 2013
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE sabiex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi
(notifikata bid-dokument C(2013) 1773)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/166/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/72/KE, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tiddeċiedi jekk il-ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa, prodotti f’pajjiż terz u li joffru l-istess garanziji rigward l-obbligi fuq il-fornitur, u dwar l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz tat-tkabbir, l-imballaġġ, l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-immarkar u s-siġill humiex ekwivalenti f’kull rispett għall-ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa, prodotti fl-Unjoni u jekk jikkonformawx mal-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
|
(2) |
Madankollu, l-informazzjoni preżentament disponibbli dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-pajjiżi terzi mhijiex biżżejjed biex tippermetti lill-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni bħal din fir-rigward ta’ kull pajjiż terz. |
|
(3) |
Sabiex ix-xejriet tal-kummerċ ma jiġux imħarbta, l-Istati Membri li jimportaw il-ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ barra ż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi, għandhom jitħallew ikomplu japplikaw għal dawn il-prodotti kundizzjonijiet li minn tal-inqas huma ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-prodotti simili mill-Unjoni skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2008/72/KE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 2008/72/KE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2012. L-evidenza disponibbli tindika li ma seħħet l-ebda problema fir-rigward tal-konformità tal-materjal importat mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/72/KE. Huwa mistenni, b’mod raġonevoli, li l-materjal importat ikompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu ta’10 snin. |
|
(4) |
Għalhekk, id-Direttiva 2008/72/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2008/72/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2012” tinbidel bil-“31 ta’ Diċembru 2022”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni