ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.082.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 82

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
22 ta' Marzu 2013


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 258/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament għall-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

1

 

*

Deċiżjoni Nru 259/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

6

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 261/2013 tal-21 ta’ Marzu 2013 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 262/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melon du Quercy (IĠP)]

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 263/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mela Alto Adige/Südtiroler Apfel (IĠP)]

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 264/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda waħda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cipolla Rossa di Tropea Calabria (IĠP)]

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 265/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Wachauer Marille (DPO)]

34

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Münchener Bier (IĠP)]

36

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 267/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chianti Classico (DPO)]

38

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oberpfälzer Karpfen (IĠP)]

43

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 269/2013 tat-18 ta’ Marzu 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Danablu (IĠP)]

45

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 270/2013 tal-21 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

47

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2013 tal-21 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

49

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2013 tal-21 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

51

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/143/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2013 li taħtar żewġ membri Svediżi u membru supplenti Svediż fil-Kumitat tar-Reġjuni

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/144/PESK tal-21 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

54

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/145/PESK tal-21 ta' Marzu 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

55

 

 

2013/146/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2013 li tiffissa l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-aġġustament volontarju fir-Renju Unit għas-sena kalendarja 2013 (notifikata bid-dokument C(2013) 1577)

58

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2013/147/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tat-18 ta’ Marzu 2013 li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati

60

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 ( ĠU L 338, 23.12.2003 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 243)

63

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/1


DEĊIŻJONI Nru 258/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament għall-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 78(2), u 79(2) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati, id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxiet il-Fond Ewropew għar-Ritorn u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (4) stabbilixxiet il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bħala parti mill-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”. Dawk id-Deċiżjonijiet jipprovdu għal rati differenti ta’ kofinanzjament tal-Unjoni għal azzjonijiet appoġġati mill-Fondi.

(2)

Il-kriżi finanzjarja globali mingħajr preċedent u r-reċessjoni ekonomika għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabbiltà finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kundizzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u soċjali ta’ diversi Stati Membri. Xi Stati Membri qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew huma mhedda b’diffikultajiet bħal dawn, partikolarment fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u ekonomika tagħhom, li wasslu jew li jistgħu jwasslu għal deterjorament fil-pożizzjonijiet tad-defiċit u d-dejn tagħhom u qed jheddu t-tkabbir ekonomiku u huma aggravati mill-ambjent internazzjonali finanzjarju u ekonomiku.

(3)

Filwaqt li diġà ttieħdu azzjonijiet importanti biex jibbilanċjaw l-effetti negattivi tal-kriżi, l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali, is-suq tax-xogħol u s-soċjetà inġenerali qiegħed jinħass ma’ kullimkien. Il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u għandhom jittieħdu aktar miżuri biex tittaffa dik il-pressjoni permezz tal-aqwa użu tal-fondi tal-Unjoni.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (5) jistipula li l-Kunsill jista’ jagħti għajnuna finanzjarja fit-terminu medju meta Stat Membru li ma jħaddanx il-euro jinsab f’diffikultajiet jew huwa serjament mhedded b’diffikultajiet fejn jidħol il-bilanċ tal-pagamenti tiegħu.

(5)

Ir-Rumanija ngħatat din l-għajnuna finanzjarja bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/459/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien (6).

(6)

F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin tad-9-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill adotta pakkett komprensiv ta’ miżuri, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (7), u, fis-7 ta’ Ġunju 2010 ġiet stabbilita mill-Istati Membri taż-żona tal-euro l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, sabiex tipprovdi appoġġ finanzjarju għal Stati Membri taż-żona tal-euro li jinsabu f’diffikultajiet ikkawżati minn ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tagħhom, biex b’hekk titħares l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kif ukoll tal-Istati Membri tagħha.

(7)

L-Irlanda u l-Portugall ingħataw assistenza finanzjarja skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja taħt id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE (8) u 2011/344/UE (9) rispettivament. Dawn irċevew ukoll fondi mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja.

(8)

Fit-8 ta’ Mejju 2010, ġew konklużi Ftehim bejn il-Kredituri u Ftehim għal Faċilità ta’ Self għall-Greċja u daħlu fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2010 bħala l-ewwel programm ta’ assistenza finanzjarja għall-Greċja. Fit-12 ta’ Marzu 2012, il-ministri tal-finanzi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro interrompew dak l-ewwel programm u approvaw it-tieni programm ta’ assistenza finanzjarja għall-Greċja. Ġie deċiż li l-vettura finanzjarja għal dak it-tieni programm se tkun il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja, li għandha wkoll tiżborża l-ammont li jifdal li għandu jiġi kontribwit miż-żona tal-euro skont l-ewwel programm.

(9)

Fit-2 ta’ Frar 2012, il-ministri tal-finanzi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro ffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà. Dak it-Trattat isegwi id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE tal-25 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (10). Taħt dak it-Trattat, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà huwa l-fornitur primarju tal-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri taż-żona tal-euro mad-dħul fis-seħħ tiegħu fit-8 ta’ Ottubru 2012. Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tieħu kont tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

(10)

Fil-konklużjonijiet tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex isseddaq is-sinerġiji bejn il-programm ta’ self għall-Greċja u l-Fondi tal-Unjoni u tappoġġa sforzi ħalli tiżdied ħilet il-Greċja li tassorbi l-fondi mill-Unjoni biex b’hekk tkun tista’ tixpruna t-tkabbir u l-impjiegi billi terġa’ tiffoka fuq kif ittejjeb il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk huwa laqa’ u appoġġa l-preparazzjoni mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, ta’ programm komprensiv ta’ assistenza teknika lill-Greċja. L-emendi għad-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE previsti f’din id-Deċiżjoni jikkontribwixxu għal dawn l-isforzi biex itejbu s-sinerġiji.

(11)

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (11) ġie emendat bir-Regolament (UE) 1311/2011 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill (12) biex jippermetti żieda fir-rata ta’ kofinanzjament applikata taħt il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabbiltà finanzjarja tagħhom. Approċċ simili ġie adottat għal dawk l-istess Stati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali taħt ir-Regolament (UE) Nru 1312/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (13) u fil-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd taħt ir-Regolament (UE) Nru 387/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (14). Dawk l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu appoġġati fil-qafas tal-erba’ Fondi stabbiliti bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”, jiġifieri l-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta’ pajjiż terz (“il-Fondi”) stabbiliti għall-perijodu 2007–2013.

(12)

Il-Fondi huma l-għodod ewlenin biex jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw sfidi importanti fil-qasam tal-immigrazzjoni, l-ażil u l-fruntieri esterni bħall-iżvilupp ta’ politika dwar l-immigrazzjoni komprensiva tal-Unjoni li ttejjeb il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni u l-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil.

(13)

Biex il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea jiġi ġestit b’mod eħfef fil-qasam tal-migrazzjoni, l-ażil u l-fruntieri esterni u biex tittejjeb id-disponibbiltà ta’ tali finanzjament għall-Istati Membri biex jimplimentaw il-programmi annwali tagħhom taħt il-Fondi, huwa meħtieġ, fuq bażi temporanja u mingħajr preġudizzju għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, li tiġi rranġata żieda fir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni taħt il-Fondi, b’ammont li jikkorrispondi għal 20 punt perċentwali fuq ir-rati ta’ kofinanzjament applikabbli bħalissa, għall-Istati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabbiltà finanzjarja tagħhom. Dan ifisser li l-allokazzjoni nazzjonali annwali tal-Fondi f’konformità mal-atti bażiċi se tibqa’ l-istess filwaqt li l-kofinanzjament nazzjonali se jkun imnaqqas kif meħtieġ. Programmi annwali kurrenti se jkollhom bżonn jiġu riveduti biex jirriflettu l-bidliet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament miżjuda tal-Unjoni.

(14)

Kwalunkwe Stat Membru li qed ifittex li jibbenifika miż-żieda fir-rata tal-kofinanzjament għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dikjarazzjoni bil-miktub flimkien mal-abbozz tal-programm annwali tiegħu jew l-abbozz rivedut tal-programm annwali. Fir-rapport tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti jew għal kwalunkwe deċiżjoni rilevanti oħra li tagħmlu eliġibbli biex jibbenefika mir-rata ta’ kofinanzjament miżjuda tal-Unjoni.

(15)

Il-kriżi bla preċedent li qed taffettwa s-swieq finanzjarji internazzjonali u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżaw ħsara serja fl-istabbiltà finanzjarja ta’ diversi Stati Membri. Bħala reazzjoni rapida huwa meħtieġ li wieħed jilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(16)

Id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE, Nru 575/2007/KE u 2007/435/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(17)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(18)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE

Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-kontribut tal-Unjoni għall-proġetti appoġġati, fir-rigward ta’ azzjonijiet implimentati fl-Istati Membri taħt l-Artikolu 3 m’għandux jeċċedi 50 % tal-ispiża totali ta’ azzjoni speċifika.

Din tista’ tiżdied għal 75 % għall-proġetti li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi li jkunu ġew identifikati fil-linji gwida strateġiċi msemmija fl-Artikolu 17.

Il-kontribut tal-Unjoni għandu jiżdied għal 75 % fl-Istati Membri koperti bil-Fond tal-Koeżjoni.

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali fi Stat Membru dment li huwa jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-abbozz tiegħu tal-programm annwali skont l-Artikolu 20(3) ta’ din id-Deċiżjoni jew tal-abbozz tal-programm annwali rivedut tagħha skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/22/KE (*1):

(a)

għajnuna finanzjarja fuq terminu medju ta’ żmien issir disponibbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (*2);

(b)

l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (*3) jew għajnuna finanzjarja ssir disponibbli lilu minn Stati Membri oħra taż-żona tal-euro qabel it-13 ta’ Mejju 2010; jew

(c)

l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont il-ftehim intergovernattiv li jistabbilixxi l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq dikjarazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni flimkien mal-abbozz tal-programm annwali tiegħu jew l-abbozz tal-programm annwali rivedut li jikkonferma li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu.

Proġett kofinanzjat bir-rata miżjuda jista’ jibqa’ hekk kemm jekk waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu tkun għadha qed tiġi sodisfatta waqt l-implimentazzjoni tal-programm annwali relatat u kemm jekk le.

(*1)   ĠU L 7, 10.1.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1."

(*3)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.” "

(2)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-assistenza finanzjarja mill-Fond għall-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-Artikolu 5 għandha tkun limitata għal perijodu ta’ sitt xhur u m’għandhiex teċċedi 80 % tal-ispiża ta’ kull miżura.

L-għajnuna finanzjarja tista’ tiġi miżjuda b’20 punt perċentwali fi Stat Membru dment li huwa jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(4) ta’ din id-Deċiżjoni meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal miżuri ta’ emerġenza msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew fil-ħin tas-sottomissjoni tal-abbozz tal-programm annwali rivedut tiegħu skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2008/22/KE.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti dikjarazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni flimkien mal-applikazzjoni għal miżuri ta’ emerġenza jew l-abbozz tiegħu tal-programm annwali rivedut li jikkonferma li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(4).

Proġett kofinanzjat bir-rata miżjuda jista’ jibqa’ hekk kemm jekk waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(4) tkun għadha qed tiġi sodisfatta waqt l-implimentazzjoni tal-programm annwali tal-miżuri ta’ emerġenza relatati u kemm jekk le.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE

Fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-kontribut tal-Unjoni għall-proġetti appoġġati, fir-rigward ta’ azzjonijiet implimentati fl-Istati Membri taħt l-Artikolu 3 m’għandux jeċċedi 50 % tal-ispiża totali ta’ azzjoni speċifika.

Din tista’ tiżdied għal 75 % għall-proġetti li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi li jkunu ġew identifikati fil-linji gwida strateġiċi msemmija fl-Artikolu 18.

Il-kontribut tal-Unjoni għandu jiżdied għal 75 % fl-Istati Membri koperti bil-Fond tal-Koeżjoni.

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali fi Stat Membru dment li huwa jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-abbozz tiegħu tal-programm annwali skont l-Artikolu 21(3) ta’ din id-Deċiżjoni jew tal-abbozz tal-programm annwali rivedut tagħha skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/458/KE (*4):

(a)

l-għajnuna finanzjarja fuq terminu medju ta’ żmien tkun disponibbli għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (*5);

(b)

l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (*6) jew għajnuna finanzjarja ssir disponibbli lilu minn Stati Membri oħra taż-żona tal-euro qabel it-13 ta’ Mejju 2010; jew

(c)

l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont il-ftehim intergovernattiv li jistabbilixxi l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq dikjarazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni flimkien mal-abbozz tal-programm annwali tiegħu jew l-abbozz tal-programm annwali rivedut li jikkonferma li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu.

Proġett kofinanzjat bir-rata miżjuda jista’ jibqa’ hekk kemm jekk waħda mill-kondizzjonijiet msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu tkun għadha qed tiġi sodisfatta waqt l-implimentazzjoni tal-programm annwali relatat u kemm jekk le.

(*4)   ĠU L 167, 27.6.2008, p. 135."

(*5)   ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1."

(*6)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.”."

Artikolu 3

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 2007/435/KE

Fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2007/435/KE, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-kontribut tal-Unjoni għall-proġetti appoġġati, fir-rigward ta’ azzjonijiet implimentati fl-Istati Membri taħt l-Artikolu 4 m’għandux jeċċedi 50 % tal-ispiża totali ta’ azzjoni speċifika.

Din tista’ tiżdied sa 75 % għall-proġetti li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi li jkunu ġew identifikati fil-linji gwida strateġiċi kif inhu mfisser fl-Artikolu 16.

Il-kontribut tal-Unjoni għandu jiżdied għal 75 % fl-Istati Membri koperti bil-Fond tal-Koeżjoni.

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali fi Stat Membru dment li huwa jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-abbozz tiegħu tal-programm annwali skont l-Artikolu 19(3) ta’ din id-Deċiżjoni jew tal-abbozz tal-programm annwali rivedut tagħha skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE (*7):

(a)

l-għajnuna finanzjarja fuq terminu medju ta’ żmien tkun disponibbli għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (*8);

(b)

l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (*9) jew għajnuna finanzjarja ssir disponibbli lilu minn Stati Membri oħra taż-żona tal-euro qabel it-13 ta’ Mejju 2010; jew

(c)

l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont il-ftehim intergovernattiv li jistabbilixxi l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq dikjarazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni flimkien mal-abbozz tal-programm annwali tiegħu jew l-abbozz tal-programm annwali rivedut li jikkonferma li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu.

Proġett kofinanzjat bir-rata miżjuda jista’ jibqa’ hekk kemm jekk waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu tkun għadha qed tiġi sodisfatta waqt l-implimentazzjoni tal-programm annwali relatat u kemm jekk le.

(*7)   ĠU L 167, 27.6.2008, p. 69."

(*8)   ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1."

(*9)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.”."

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Frar 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2013.

(2)   ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 144, 6.6.2007, p. 45.

(4)   ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18.

(5)   ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Volum 3, p. 81.

(6)   ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8.

(7)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(8)   ĠU L 30, 4.2.2011, p. 34.

(9)   ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88.

(10)   ĠU L 91, 6.4.2011, p. 1.

(11)   ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(12)   ĠU L 337, 20.12.2011, p. 5.

(13)   ĠU L 339, 21.12.2011, p. 1.

(14)   ĠU L 129, 16.5.2012, p. 7.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/6


DEĊIŻJONI Nru 259/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perijodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” u tipprovdi għal rati ta’ kofinanzjament differenti tal-Unjoni għal azzjonijiet appoġġati minn dak il-Fond.

(2)

Il-kriżi globali finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabbiltà finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kundizzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u soċjali ta’ diversi Stati Membri. Xi Stati Membri qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew huma mhedda b’diffikultajiet bħal dawn, partikolarment fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u ekonomika tagħhom, li wasslu jew li jistgħu jwasslu għal deterjorament fil-pożizzjonijiet tad-defiċit u d-dejn tagħhom u qed jheddu t-tkabbir ekonomiku u huma aggravati mill-ambjent internazzjonali finanzjarju u ekonomiku.

(3)

Filwaqt li diġà ttieħdu azzjonijiet importanti biex jagħmlu tajjeb għall-effetti negattivi tal-kriżi, l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali, fuq is-suq tax-xogħol u s-soċjetà b’mod ġenerali qiegħed jinħass ma’ kullimkien. Il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u għandhom jittieħdu aktar miżuri biex tittaffa din il-pressjoni permezz tal-aqwa u l-aktar użu tal-fondi tal-Unjoni.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (3) jistipula li l-Kunsill għandu jagħti għajnuna finanzjarja fit-terminu medju meta Stat Membru li ma jħaddanx l-euro jinsab f’diffikultajiet jew huwa serjament mhedded b’diffikultajiet fejn jidħol il-bilanċ tal-pagamenti tiegħu.

(5)

Ir-Rumanija ngħatat din l-għajnuna finanzjarja bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/459/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien (4).

(6)

F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin tad-9-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill adotta pakkett komprensiv ta’ miżuri, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (5), u, fis-7 ta’ Ġunju 2010 ġiet stabbilita mill-Istati Membri taż-żona tal-euro l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, sabiex tipprovdi appoġġ finanzjarju għal Stati Membri taż-żona tal-euro li jinsabu f’diffikultajiet ikkawżati minn ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tagħhom, biex b’hekk titħares l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kif ukoll l-Istati Membri tagħha.

(7)

L-Irlanda u l-Portugall ingħataw għajnuna finanzjarja skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja skont id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE (6) u 2011/344/UE (7) rispettivament. Dawn irċevew ukoll fondi mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja.

(8)

Fit-8 ta’ Mejju 2010, ġew konklużi Ftehim bejn il-Kredituri u Ftehim għal Faċilità ta’ Self għall-Greċja u daħlu fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2010 bħala l-ewwel programm ta’ assistenza finanzjarja għall-Greċja. Fit-12 ta’ Marzu 2012, il-ministri tal-finanzi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro interrompew dak l-ewwel programm u approvaw it-tieni programm ta’ għajnuna finanzjarja għall-Greċja. Ġie deċiż li l-mezz finanzjarju għal dak it-tieni programm ikun il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja, li għandha wkoll toħroġ l-ammont li jifdal li għandu jiġi kkontribwit miż-żona tal-euro skont l-ewwel programm.

(9)

Fit-2 ta’ Frar 2012, il-ministri tal-finanzi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro ffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà. Dak it-Trattat isegwi mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2011/199/UE tal-25 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ mekkaniżmu ta’ stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (8). Taħt dak it-Trattat, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà huwa l-fornitur ewlieni ta’ għajnuna finanzjarja għal Stati Membri taż-żona tal-euro mid-dħul fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2012. Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tieħu kont tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

(10)

Fil-konklużjonijiet tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex isseddaq is-sinerġiji bejn il-programmi ta’ self għall-Greċja u l-Fondi tal-Unjoni u tappoġġa sforzi ħalli tiżdied il-ħila tal-Greċja li tassorbi l-fondi mill-Unjoni biex b’hekk tkun tista’ tixpruna t-tkabbir u l-impjiegi billi terġa’ tiffoka fuq kif ittejjeb il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk, huwa laqa’ u appoġġa l-preparazzjoni mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, ta’ programm komprensiv ta’ għajnuna teknika lill-Greċja. L-emendi tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE previsti f’din id-Deċiżjoni jikkontribwixxu għal dawn l-isforzi biex jittejbu s-sinerġiji.

(11)

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (9) ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1311/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) biex jippermetti żieda fir-rata ta’ kofinanzjament applikata taħt il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabbiltà finanzjarja tagħhom. Approċċ simili kien adottat lejn dawk l-istess Stati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali taħt ir-Regolament (UE) Nru 1312/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (11) u fil-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd taħt ir-Regolament (UE) Nru 387/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-amministrazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għandhom jew li jinsabu mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (12). Dawkl-Istati Membri għandhom jiġu appoġġati fil-qafas tal-erba’ Fondi stabbiliti bħala parti mill-Programm Ġenerali fuq “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni”, l-aktar il-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (“il-Fondi”) stabbilit għall-perijodu 2007–2013.

(12)

Il-Fondi huma l-għodod ewlenin biex jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw sfidi importanti fil-qasam tal-migrazzjoni, l-asil u l-fruntieri esterni bħal l-iżvilupp ta’ politika dwar l-immigrazzjoni komprensiva tal-Unjoni li ttejjeb il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali tal-Unjoni u l-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.

(13)

Biex il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea jkun jista’ jiġi ġestit b’mod aktar faċli fil-qasam tal-migrazzjoni, l-asil u l-fruntieri esterni u għat-titjib tad-disponibbiltà ta’ tali finanzjament għall-Istati Membri biex jimplimentaw il-programmi annwali tagħhom skont il-Fondi, huwa meħtieġ, fuq bażi temporanja u bla ħsara għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, li jkun hemm arranġament għal żieda fir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni skont il-Fondi b’ammont li jikkorrispondi għal 20 punt perċentwali fuq ir-rati ta’ kofinanzjament applikabbli bħalissa, għall-Istati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabbiltà finanzjarja tagħhom. Dan ifisser li l-Fondi nazzjonali annwali tal-allokazzjoni f’konformità mal-atti bażiċi se jibqgħu l-istess filwaqt li l-kofinanzjament nazzjonali se jkun imnaqqas kif meħtieġ. Programmi annwali li għadhom għaddejjin se jkollhom bżonn li jiġu riveduti biex jirriflettu l-bidliet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament miżjuda tal-Unjoni.

(14)

Kwalunkwe Stat Membru li qed ifittex li jibbenifika miż-żieda fir-rata tal-kofinanzjament għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dikjarazzjoni bil-miktub flimkien mal-abbozz tal-programm annwali jew l-abbozz tal-programm annwali rivedut. Fl-istqarrija tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi referenza għad-Deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill jew għal kwalunkwe deċiżjoni rilevanti oħra li tagħmlu eliġibbli biex jibbenefika mir-rata ta’ kofinanzjament miżjuda tal-Unjoni.

(15)

Il-kriżi bla preċedent li qed taffettwa s-swieq finanzjarji internazzjonali u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżaw ħsara serja għall-istabbiltà finanzjarja ta’ bosta Stati Membri. Minħabba li hi meħtieġa reazzjoni rapida biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija b’mod ġenerali, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(16)

Id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt.

(17)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (13) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (14) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(18)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (15) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (16).

(19)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (17) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (18).

(20)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill jkun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(21)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (19); għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(22)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (20); l-Irlanda għalhekk mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE

Fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 574/2007/KE, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-proġetti appoġġati, fejn għandhom x’jaqsmu l-azzjonijiet implimentati fl-Istati Membri skont l-Artikolu 4, ma għandhiex tkun aktar minn 50 % tan-nefqa totali ta’ azzjoni speċifika.

Dan jista’ jiżdied sa 75 % għall-proġetti li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi li jkunu ġew identifikati fil-linji gwida strateġiċi kif imsemmi fl-Artikolu 20.

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għandha tiżdied għal 75 % fl-Istati Membri koperti mill-Fond ta’ Koeżjoni.

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali fi Stat Membru dment li huwa jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-abbozz tagħha tal-programm annwali skont l-Artikolu 23(3) ta’ din id-Deċiżjoni jew tal-abbozz rivedut tal-programm annwali skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/456/KE (*1):

(a)

għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih għal perijodu medju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (*2);

(b)

l-għajnuna finanzjarja titqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (*3) jew l-għajnuna finanzjarja titqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu minn Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro qabel it-13 ta' Mejju 2010; jew

(c)

l-għajnuna finanzjarja tkun disponibbli għalih skont il-ftehim intergovernattiv li ntlaħaq li jistabbilixxi l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq stqarrija bil-miktub lill-Kummissjoni flimkien mal-abbozz tal-programm multiannwali tiegħu jew l-abbozz tal-programm annwali rivedut li jikkonferma li jissodisfa wieħed mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu.

Proġett kofinanzjat fuq ir-rata miżjuda jista’ jibqa’ hekk kemm jekk waħda mill-kundizzjonijiet msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tar-raba’ subparagrafu tiġi sodisfatta waqt l-implimentazzjoni tal-programm annwali relatat u kemm jekk le.

(*1)   ĠU L 167, 27.6.2008, p. 1."

(*2)   ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1."

(*3)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.”."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2013.

(2)   ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.

(3)   ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Volum 3, p. 81.

(4)   ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8.

(5)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(6)   ĠU L 30, 4.2.2011, p. 34.

(7)   ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88.

(8)   ĠU L 91, 6.4.2011, p. 1.

(9)   ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(10)   ĠU L 337, 20.12.2011, p. 5.

(11)   ĠU L 339, 21.12.2011, p. 1.

(12)   ĠU L 129, 16.5.2012, p. 7.

(13)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(14)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(15)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(16)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(17)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(18)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

(19)   ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 1, p. 178.

(20)   ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 4, p. 211.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 260/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   D. PROĊEDURA

1.1.   Sfond

(1)

Fl-1991, il-Kunsill, bir-Regolament (KEE) Nru 3433/91 (2), impona dazju tal-anti-dumping definittiv ta’ 16,9 % fuq importazzjonijiet ta’ lajters żgħar tal-gass u ż-żnied li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) (il-prodott investigat).

(2)

Fl-1995, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/95 (3), id-dazju oriġinali ad valorem kien mibdul b’dazju speċifiku ta’ ECU 0,065 għal kull lajter.

(3)

Wara investigazzjoni, magħmula skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (“ir-Regolament bażiku”), il-miżuri fuq imsemmija ġew estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/1999 (4) għal (1) importazzjoni ta’ lajters żgħar tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ikkonsinnati minn jew li joriġinaw mit-Tajwan u (2) importazzjoni ta’ ċerti lajters li jimtlew li joriġinaw miċ-Ċina u konsinnati minn jew mit-Tajwan b’valur ta’ dazju mhux imħallas u b’xejn bejn il-fruntieri tal-Komunità, ta’ anqas minn EUR 0,15 kull biċċa.

(4)

Fl-2001 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2001 (5), il-Kunsill ikkonferma d-dazji definittivi tal-anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1006/95 kif estiż bir-Regolament (KE) Nru 192/1999 (“miżuri eżistenti”) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

F’Settembru 2007, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 (6), ikkonferma d-dazji anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 1824/2001 skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Dawn il-miżuri minn issa ‘l quddiem se jissejħu ‘il-miżuri oriġinali’ u l-investigazzjoni li wasslet biex jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa ‘l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(6)

Fit-12 ta’ Diċembru 2012 (7), il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ skadenza tal-miżuri ta’ anti-dunping.

(7)

Bl-iskadenza tal-miżuri fit-13 ta’ Diċembru 2012, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2012 (8), ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ikkunsinjati mill-Vjetnam, kemm jekk iddikkjarati li joriġinaw mill-Vjetnam u kemm jekk le twaqqfet mill-istess data (ara wkoll il-premessa 14).

1.2.   It-talba

(8)

Fis-17 ta’ April 2012 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku (it-talba) biex tinvestiga l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-RPĊ u biex l-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsinnati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (il-Vjetnam), sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, tagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(9)

It-talba saret minn Société BIC, produttur tal-Unjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew.

(10)

It-talba kien fija evidenza prima facie suffiċjenti li l-miżuri oriġinali kienu qed ikunu evitati permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fil-Vjetnam.

(11)

It-talba kien fiha biżżejjed evidenza prima facie li, wara li ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-RPĊ u l-Malasja lejn l-Unjoni, li għaliha ma kienx hemm raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ allegatament ħarġet mill-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ta’ lajters fil-Vjetnam bl-użu ta’ partijiet li joriġinaw fir-RPĊ.

(12)

Barra minn hekk, l-evidenza prima facie enfasizzat il-fatt li l-effetti rimedjali tal-mizuri oriġinali kienu qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ prezz. L-evidenza wriet partikolarment li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Vjetnam saret bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz li ma jikkawżax dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(13)

Finalment, kien hemm ukoll evidenza prima facie suffiċjenti li l-prezzijiet tal-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsinnati mill-Vjetnam kienu ddampjati meta mqabbla mal-valur normali stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali.

1.3.   Bidu

(14)

Hekk kif iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm bizzejjed evidenza prima facie għall-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament baziku, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bir-Regolament (UE) Nru 548/2012 (9) (“ir-Regolament ta’ tnedija”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, bir-Regolament ta’ tnedija, tat ukoll direttiva lill-awtoritajiet doganali biex jirreġistraw importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsinnati mill-Vjetnam, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam kif ukoll jekk le.

1.4.   Investigazzjoni

(15)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tal-Malasja, lill-produtturi esportaturi f’dawk il-pajjiżi, lill-importaturi magħrufa fl-Unjoni li huma kkonċernati u lil Société BIC (l-applikant), produttur tal-Unjoni li jirrappreżenta iktar minn 75 % tal-produzzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew fl-Unjoni Ewropea, dwar it-tnedija tal-investigazzjoni.

(16)

Intbagħtu kwestjonarji lil 70 produttur esportatur fir-RPĊ u 15-il produttur esportatur fil-Vjetnam magħrufa mal-Kummissjoni mit-talba. Il-kwestjonarji ntbagħtu wkoll lil 59 importatur fl-Unjoni msemmija fit-talba. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ tnedija. Il-partijiet kollha kienu infurmati li nuqqas ta’ koperazzjoni tista’ twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal sejbiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(17)

Tmienja mill-15-il produttur esportatur magħrufa fil-Vjetnam avviċinawna, wieħed minnhom stqarr li ma riedx ikun ikkunsidrat bħala parti interessata minħabba li ma kienx jipproduċi l-prodott investigat u ma kienx jesporta lejn l-Unjoni.

(18)

Is-seba’ kumpaniji li gejjin wieġbu għad-domandi tal-kwestjonarju u sussegwentement twettqu żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tagħhom:

Viet Giai Thanh Co. Ltd, Ho Chi Minh City

Hoa Hung Co. Ltd, Tay Ninh Province

Trung Lai Gas Lajter Manufacture Co. Ltd, Ngħe An Province

Textion Plastic Co. Ltd, Binh Duong Province

Cherry Year Vietnam Lajter Manufacture Co. Ltd, Tay Ninh Province

Huaxing Vietnam Manufacture Co. Ltd, Tay Ninh Province

Top Field Enterprises Co. Ltd, Tay Ninh Province

(19)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ ma ppreżenta ruħu jew bagħat it-tweġiba tal-kwestjonarju.

(20)

Fir-rigward ta’ importaturi, tmienja ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju waqt li sitt kumpaniji avviċinawna u stqarru li ma ridux ikunu kkunsidrati bħala partijiet interessati minħabba li ma kinux jimportaw lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mill-Vjetnam (il-prodott investigat) fl-Unjoni. Il-kumpaniji magħrufa li jibqa’ ma avviċinawniex.

(21)

Wara t-tnedija tal-investigazzjoni, żewġ imporataturi talbu u ngħataw smigħ li sar matul Settembru 2012. L-importaturi ssottomettew ukoll l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub. L-osservazzjonijeit tagħhom iddubitaw ir-raġunijiet għat-tnedija tal-investigazzjonin fir-rigward l-iskop tal-prodott, il-volum ta’ importazzjoni, il-ġustifikazzjoni għall-bidliet fix-xejra kummerċjali, il-motivazzjonijiet wara t-talba u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-produttur tal-Unjoni li għamel it-talba. Fl-opinjoni taż-żewġ importaturi ma kienx hemm raġunijiet suffiċjenti għat-tnedija ta’ investigazzjoni.

(22)

Il-Kummissjoni pprovdiet tweġiba dettaljata għall-osservazzjonijiet u tat lill-partijiet opportunità li jikkommentaw. Il-Kummissjoni spjegat għaliex hi tikkunsidra li t-talba kien fiha evidenza prima facie suffiċjenti biex tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni. Il-kummenti miż-żewġ importaturi ma wrewx li ma kienx hemm evidenza prima facie suffuċjenti biex titnieda investigazzjoni.

1.5.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(23)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2012 (“il-PI”). Id-dejta nġabret għall-PI sabiex tiġi investigata, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ. Inġabret dejta aktar dettaljata għall-perjodu tar-rappurtaġġ bejn l-1 ta’ April 2011 u l-31 ta’ Marzu 2012 (“il-PR”) sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà tal-imminar tal-effett rimedjali tal-miżuri u l-eżistenza tad-dumping.

2.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

2.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(24)

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni saret billi ġie analizzat b’mod suċċessiv jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-Vjetnam u l-Unjoni; jekk din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta’ ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx kompromessi f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel għall-prodotti simili fl-investigazzjoni oriġinali, jekk hemm bżonn skont l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

2.2.   Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat

(25)

Il-prodott ikkonċernat huwa kif definit fl-investigazzjoni oriġinali: lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li bħalissa jagħmlu parti mill-kodiċi tan-NM ex 9613 10 00  u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”)

(26)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkonsenjat mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Vjetnam u sew jekk le, u li bħalissa jaqa’ taħt l-istess kodiċi tan-NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

(27)

L-investigazzjoni wriet li lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, kif definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni mir-RPĊ u dawk ikkonsinnati lill-Unjoni mill-Vjetnam għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku

2.3.   Grad ta’ koperazzjoni u determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ

Il-Vjetnam

(28)

Kif iddikjarat fil-premessa (18), seba’ kumpaniji wieġbu l-kwestjonarju. Għall-PR, il-volum totali ta’ lajters irraportati bħala mibjugħa lill-Unjoni skont dawn it-tweġibiet jirrappreżentaw iktar minn 100 % tal-volum totali tal-lajters irraportati bħala importati fl-Unjoni skont il-bażi tad-dejta Eurostat Comext. Minkejja l-fatt li l-informazzjoni dwar il-volumi ta’ bejgħ fit-tweġibiet ma kinitx ikkunsidrata affidabbli kif spjegat fil-premessa (29) hawn taħt, huwa kkunsidrat li din xorta tindika li l-koperazzjoni kienet għolja u l-kumpaniji investgati huma rappreżentattivi.

(29)

Matul iż-żjarat ta’ verifika mwettqa fuq il-post tas-seba’ produtturi esportaturi Vjetnamiti, instab li kull wieħed minnhom kien preżenta informazzjoni li ma tistax tkun ikkunsidrata affidabbli għall-iskop li jkunu stabbiliti s-sejbiet relevanti għall-investigazzjoni. Partikolarment, is-seba’ kumpaniji instabu li ddikkjaraw ħażin il-volumi ta’ produzzjoni tagħhom, l-importazzjoni ta’ partijiet tal-lajters u t-total ta’ bejgħ. Instab ukoll li l-parti tan-negozju relatat mal-prodott investigat ma kinitx inkluża fil-kontijiet uffiċjali u li ċerti operazzjonijiet ta’ assemblaġġ twettqu minn subkuntratturi mhux uffiċjali. Barra minn hekk, kwantitajiet ta’ importazzjonijiet ta’ partijiet mir-RPĊ ma kinux iddikjarati jew iddikjarati ħażin, u parti mill-bejgħ ma kinitx inkluża fil-kontabbiltà tal-kumpaniji. B’riżultat ta’ dan ma kienx possibbli li jkunu stabbiliti b’mod affidabbli, b’mod partikolari, il-volumi totali ta’ produzzjoni u bejgħ tal-kumpaniji kkonċernati, jew li jkunu rikonċiljati l-prezzijiet reali għall-bejgħ tal-prodott investigat u l-kostijiet relatati mal-materjali ewlenin ta’ input bħal gass mad-dejta provduta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(30)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessa 29, il-produtturi esportaturi kienu infurmati li skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kien mistenni li s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni ikunu bbażati fuq l-aħjar fatti disponibbli. Il-partijiet ingħataw l-opportunità li jikkumentaw u ingħataw smigħ meta intalab. Kull parti rċeviet ittra individwali li tispjega s-sejbiet speċifiċi u fid-dettal li wasslu għall-konklużjoni li d-dejta pprovduta ma setgħetx tkun ikkunsidrata bħala affidabbli u ma kinitx adegwata biex ikunu stabbilitii l-fatti neċessarji għall-investigazzjoni.

(31)

Żewġ produtturi esportaturi ma pprovdew l-ebda kumment dwar l-intenzjoni li jkun applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-ħames produtturi esportaturi l-oħra, magħmula minn żewġ kumpaniji individwali u grupp ta’ tliet kumpaniji, talbu u ingħataw smigħ li sar matul Novembru 2012. Dawn il-produtturi esportaturi pprovdew ukoll l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub. Huma kkuntestaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinjora d-dejta li huma pprovdew u l-konklużjoni possibbli tal-eżistenza ta’ ċirkomvenzjoni abbażi tal-applikazzjoni tal-aħjar fatti disponibbli.

(32)

Erbgħa mill-produtturi esportaturi ma kkuntestawx il-fatt li l-informazzjoni li huma pprovdew ma kinitx kompluta jew affidabbli u ammettew id-diskrepanzi fil-kontabbiltà tagħhom u l-fatt li mhux l-operazzjonijiet kollha kienu żvelati jew irreġistrati fil-kotba tagħhom. Madanakollu, huma qalu li dawn id-differenzi kienu jikkonċernaw biss il-bejgħ domestiku tagħhom u ma kellhom l-ebda effett fuq il-bejgħ ta’ esportazzjoni. Parti stqarret li r-reġistri tagħha kienu distrutti b’nar, li kien jispjega n-nuqqas ta’ kompletezza tal-informazzjoni disponibbli. Huma ddikjaraw ulterjorment li l-kwantità ta’ gass fil-lajters kienet stmata ħażin mill-Kummissjoni u li għalhekk is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward il-volumi ta’ produzzjoni ma kinux korretti. Kumpanija stqarret li diskrepanza fir-rigward tal-konsum tal-gass kienet spjegata minn rilaxxi intenzjonali ta’ gass waqt xhur iktar sħan. Madanakollu, dawn il-partijiet ma setgħu jipprovdu ebda evidenza sostanzjata b’sostenn għal dawn id-dikjarazzjonijiet.

(33)

Il-kumpaniji stqarru wkoll li huma kkoperaw bi sħiħ u ma kinux qed jaħbu kwalunkwe informazzjoni dwar in-negozju tagħhom. Huma ammettew li pprovdew risposti b’informazzjoni nieqsa iżda ikkuntestaw b’qawwa li kkontestaw informazzjoni falza jew qarrieqa. Fl-opinjoni tagħhom, dejta mhux żvelata u mhux verifikabbli fiha nnifisha ma tikkostitwixix prova ta’ ċirkomvenzjoni u skonthom, il-Kummissjoni ma wrietx, abbażi ta’ evidenza pożittiva, li kienet qed isseħħ ċirkomvenzjoni.

(34)

Minkejja li l-kumpaniji nfushom ma pprovdewx reġistri kompluti u akkurati tal-attivitajiet tagħhom, il-Kummissjoni użat metodi alternattivi, bħall-konsum tal-materji primi, biex tirrikonċilja d-dejta ewlenija pprovduta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mal-informazzjoni pprovduta u misjuba fuq il-post. Tali metodi alternattivi, anki jekk inevitabbilment inqas preċiżi mir-reġistri reali, urew li d-dejta pprovduta ma kinitx affidabbli. Pereżempju, l-eżitu dwar il-volum tal-produzzjoni wera li l-kwantitajiet ta’ produzzjoni ddikjarati mill-kumpaniji ma kinux jaqblu mal-konsum tagħhom ta’ materji primi.

(35)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nuqqas ta’ reġistri affidabbli, il-ħabi ta’ informazzjoni li hija relevanti għall-investigazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa għamlu d-dejta inaffidabbli wara proċess ta’ verifika.

(36)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, sejbiet rigward l-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mill-Vjetnam għall-Unjoni għandhom isiru abbazi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. B’konsegwenza ta’ dan, sabiex ikun żgurat li n-nuqqas tal-partijiet li jipprovdu l-informazzjoni ma jfixkilx l-investigazzjoni, il-Kummissjoni biddlet id-dejta mhux verifikabbli pprovduta mill-produtturi Vjetnamiti b’dejta oħra disponibbli, bħall-bażi tad-dejta Eurostat Comext biex tiddetermina l-volumi globali ta’ importazzjoni mill-Vjetnam għall-Unjoni, u dejta tal-kost ipprovduta fit-talba biex tiddetermina s-sehem tal-partijiet Ċiniżi (ara l-premessa 50 hawn taħt).

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(37)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoperawx. Għalhekk, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet ta’ ċerti lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mir-RPĊ lejn il-Vjetnam kellhom isiru abbazi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. L-istatistika tal-Comtrade tan-NU fit-talba ntużat biex ikunu determinati l-esportazzjonijiet globali lejn il-Vjetnam mir-RPĊ.

2.4.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

Importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew lejn l-Unjoni

(38)

Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ naqsu fl-1991 meta l-miżuri kienu introdotti. L-importazzjonijiet baqgħu baxxi matul il-modifikazzjonijiet u l-estensjonijiet suċċessivi tal-miżuri fl-1995, l-1999, l-2001 u l-2007.

(39)

Importazzjonijiet tal-lajters mir-RPĊ bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Marzu 2012 kienu relattivament stabbli f’termini ta’ volum, madwar 50 miljun biċċa għall-2008 u l-2009, 70 miljun biċċa għall-2010 u 60 miljun biċċa għall-2011 u l-PR. Madanakollu, huma kkonsistew biss f’mudelli li jistgħu jimtlew u lajters elettriċi tat-tip piezo li ma kinux suġġetti għall-miżuri.

(40)

L-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Vjetnam żdiedu matul iż-żmien. Waqt li fl-1997 prattikament ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Vjetnam lejn l-Unjoni, mill-2007 kien hemm żieda rapida fil-volum ta’ importazzjoni tal-prodott investigat.

(41)

Fil-PR importazzjonijiet mill-Vjetnam irrappreżentaw 84 % tal-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni.

Importazzjonijiet mill-Vjetnam lejn l-Unjoni tal-lajters li ma jistgħux jerġgħu jintlew bħala persentaġġ % tal-importazzjonijiet kollha

 

2008

2009

2010

2011

PR

Sehem mis-suq

80  %

84  %

83  %

84  %

84  %

Sors: Statistika pprovduta fit-talba

Esportazzjonijiet ta’ partijiet tal-lajters mir-RPĊ għall-Vjetnam

(42)

Partijiet tal-lajters taż-żnied kienu esportati mir-RPĊ lejn il-Vjetnam matul il-PI. Il-Vjetnam huwa l-iktar destinazzjoni ta’ import-export importanti tal-partijiet ta’ lajters taż-żnied mir-RPĊ. Skont l-istatistika pprovduta fit-talba, l-esportazzjonijiet tal-partijiet tal-lajters mir-RPĊ lejn il-Vjetnam żdiedu b’mod sinifikanti mill-1999. Fl-1999, l-esportazzjonijiet tal-partijiet tal-lajters mir-RPĊ lejn il-Vjetnam kienu inqas minn 3 % tal-esportazzjonijiet totali, waqt li fl-2010 l-Vjetnam sar l-ewwel destinazzjoni ta’ esportazzjoni tal-partijiet tal-lajters b’sehem ta’ 26 % tal-importazzjonijiet. F’volumi, dan jikkorrisppondi għal żieda minn inqas minn 50 miljun għal 200 miljun lajter lesti.

Volumi ta’ produzzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew fil-Vjetnam

(43)

Minħabba li l-informazzjoni pprovduta mal-produtturi Vjetnamiti kellha tkun imwarrba, l-ebda informazzjoni verifikabbli ma setgħet tinkiseb dwar il-livelli possibbli tal-produzzjoni ġenwina tal-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew

2.5.   Il-konkluzjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

(44)

It-tnaqqis ġenerali fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni u ż-żieda parallela tal-esportazzjoni mill-Vjetnam lejn l-Unjoni mill-2007 u ż-żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Vjetnam mill-1999 jikkostitwixxu bidla fix-xejra kummerċjali bejn ir-RPĊ u l-Vjetnam, minn naħa u l-Unjoni, min-naħa l-oħra.

2.6.   In-natura tal-prattika ta’ ċirkomvenzjoni

(45)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Il-prassi, il-proċess jew ix-xogħol jinkludi, inter alia, l-assemblaġġ tal-partijiet minn operazzjoni ta’ assemblaġġ f’pajjiż terz. Għal dan l-għan l-eżistenza ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ kienet determinata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

Operazzjonijiet ta’ Assemblaġġ

(46)

Kif imsemmi, hawn fuq, in-nuqqas ta’ reġistri affidabbli u l-ħabi ta’ informazzjoni li kienet relevanti għall-investigazzjoni wasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk operazzjoni ta’ assemblaġġ fil-Vjetnam tistax tkun ikkunsidrata li qed iddur mal-miżuri jew le kellha tkun ibbażata fuq il-fatti disponibbli.

(47)

L-investigazzjoni kixfet li ċ-ċirkomvenzjoni sseħħ permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ imwettqa mill-kumpanijiet Vjetnamiti li joperaw f’koperazzjoni mill-qrib ma kumpaniji rreġistrati fir-RPĊ u Hong Kong. Il-maġġoranza tal-produtturi Vjetnamiti li kkoperaw huma posseduti minn kumpaniji tar-RPĊ u ta’ Hong Kong. Anki l-maniġment tal-kumpaniji Vjetnamiti huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu magħmul minn professjonisti Ċinizi li preċedentament ħadmu għall-produtturi tal-lajters fir-RPĊ.

(48)

Il-produtturi Vjetnamiti jimportaw il-partijiet tal-lajters tagħhom mir-RPĊ permezz ta’ kumpaniji relatati rreġistrati f’Hong Kong. Uħud mill-produtturi Vjetnamiti joperaw skont ftehimiet ta’ pproċessar mal-prinċipali Ċiniżi u/jew ta’ Hong Kong. Skont dawn il-ftehimiet, il-prinċipal Ċiniż jipprovdi l-partijiet tal-lajter u l-plastik lill-fabbrika Vjetnamita, u jbigħ l-lajters lesti. Anki fin-nuqqas ta’ tali ftehimiet ta’ pproċessar, il-lajters prodotti fil-Vjetnam huma tipikament mibjugħa lill-kumpaniji ta’ Hong Kong li huma responsabbli mir-relazzjoni kummerċjali mal-importaturi tal-Unjoni.

(49)

Minħabba n-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Vjetnamiti, ma kienx possibbli li jkun iddeterminat jekk il-persentaġġ tal-limiti minimi stabbilit fl-Artikolu 13(2) tar-Regolamet Bażiku humiex sodisfatti jew le. Ma kienx possibbli li jkun ivverfikat jekk il-partijiet tal-lajters li joriġinaw mir-RPĊ jikkostitwixxux inqas jew iktar minn 60 % tal-valur totali tal-lajters assemblati u jekk il-valur miżjud mal-partijiet kienx ikbar jew iżgħar minn 25 % tal-kost tal-manifattura jew le.

(50)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli mill-produtturi Vjetnamiti, id-determinazzjoni trid issir abbażi tal-fatti disponibbli. L-informazzjoni pprovduta fit-talba turi li l-partijiet tal-lajters li joriġinaw mir-RPĊ jirrappreżentaw bejn 60 % u 70 % tal-valur totali u li l-valur miżjud mal-partijiet importati jikkorrispondi għal 12 % tal-kostijiet ta’ manifattura. Dawn il-valuri huma bbażati fuq kostijiet kumparabbli ta’ produzzjoni ta’ manifattur li jinsab fir-RPĊ. Il-kalkulazzjonijiet sottostanti huma kkunsidrati li jkunu raġonevolment akkurati u biex jirriflettu l-qsim tal-kostijiet fil-Vjetnam, minħabba li l-partijiet tal-lajters u l-materi primi użati huma l-istess kemm fir-RPĊ u kemm fil-Vjetnam. Kwalunkwe aġġustament minħabba l-kostijiet lokali iktar baxxi fil-Vjetnam jirriżulta f’sehem ikbar ta’ valur Ċiniż fil-prodott lest.

2.7.   Nuqqas ta’ raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping

(51)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ għajr l-evażjoni tal-miżuri oriġinali tal-prodott ikkonċernat. Il-produtturi Vjetnamiti ddikjaraw li l-kawża taċ-ċaqliq tal-produzzjoni hija l-kostijiet aktar baxxi tax-xogħol fil-Vjetnam, iżda d-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. Fi kwalunkwe każ differenza tal-kost tax-xogħol ġenerali ma tispjegax għaliex il-produzzjoni f’settur speċifiċku (lajters) tiċċaqlaq għall-Vjetnam, waqt li l-produzzjoni f’setturi oħra, inklużi l-partijiet tal-lajters, per eżempju, tkompli fir-RPĊ.

2.8.   Dannu jew imminar tal-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping

(52)

Ladarba l-eżistenza ta’ dannu kienet indirizzata fir-Regolament l-oriġinali, l-iskop tal-investigazzjoni kurrenti inkluda l-valutazzjoni dwar jekk l-effetti remedjali tad-dazji fis-seħħ humiex qed ikunu mminati f’termini ta’ prezzijiet u/jew kwantitajiet tal-prodott simili.

(53)

Biex jiġi vvalutat jekk il-prodott importat investigat, f’termini ta’ kwantitajiet u prezzijiet, imminax l-effetti rimedjali tal-miżuri oriġinali fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, intużat il-bażi tad-dejta ta’ Eurostat Comext bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam. Il-prezzijiet kif stabbiliti tqabblu mal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit għall-produtturi tal-Unjoni fil-premessa 63 tar-Regolament (KE) Nru 1006/95.

(54)

Iż-żieda ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam lejn l-Unjoni minn 0,6 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni fl-1998 għal 80 % fl-2008 (bidu tal-PI) u għal 84 % tal-importazzjonijiet tal-Unjoni fil-PR (tmiem il-PI), ara t-tabella fil-paragrafu 2.4, kienet ikkunsidrata bħala sinifikanti f’termini ta’ kwantitajiet. Fl-istess perjodu, l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti, minn 30 % għal 10 % tas-sehem tal-importazzjonijiet.

(55)

Il-paragun tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u l-prezz medju peżat ta’ esportazzjoni għall-esportazzjonijiet Vjetnamiti ddikjarati wera bejgħ taħt il-prezz sinifikanti. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tad-dazju, kif determinat fir-Regolament oriġinali qed jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll ta’ prezzijiet.

2.9.   Evidenza ta’ dumping

(56)

Finalment, b’konformità mal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’paragun mal-valur normali stabbilit preċedentement fl-investigazzjoni oriġinali mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni oriġinali mill-Vjetnam.

(57)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Brażil, li nstab li kien pajjiż analogu b’ekonomija tas-suq adegwata għar-RPĊ għal dik l-investigazzjoni.

(58)

Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mill-Vjetnam kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri fuq il-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew matul il-PR kif irrappurtat fil-bażi tad-dejta tal-Eurostat Comext. L-użu tal-fatti disponibbli kien dovut għal informazzjoni inaffidabbli mill-produtturi Vjetnamiti dwar il-prodott investigatt.

(59)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għad-differenzi fit-trasport, l-assigurazzjoni, u l-kostijiet tal-imballaġġ. Minħabba li ma kien hemm l-ebda informazzjoni affidabbli miksuba mill-produtturi fil-Vjetnam u r-RPĊ, l-aġġustamenti kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-aħjar fatti disponibbli. B’hekk, l-aġġustamenti għal dawn il-konċessjonijiet kienu ibbażati fuq perċentwal ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-kostijiet totali tat-trasport, l-assigurazzjoni u l-imballaġġ fuq il-valur tat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ fl-Unjoni b’termini ta’ konsenja CIF ipprovduti mill-produtturi esportaturi Ċinizi fl-investigazzjoni oriġinali.

(60)

Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi ġew ipparagunati l-valur normali medju ppezat kif stabbilit fir-Regolament oriġinali u l-prezzijiet medji ppeżati tal-esportazzjonijiet korrispondenti għall-esportazzjonijiet iddikjarati Vjetnamiti matul il-PR ta’ din l-investigazzjoni skont il-bażi tad-dejta Comext, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF f’dazju mhux imħallas tal-fruntiera tal-Unjoni.

(61)

It-tqabbil tal-valur normali medju peżat u l-prezz medju peżat ta’ esportazzjoni, wara l-aġġustament spjegat fil-premessa 59 hawn fuq, wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti.

2.10.   Kummenti dwar l-informazzjoni żvelata

(62)

Wara l-iżvelar, grupp ta’ partijiet interessati kompost mill-produtturi Vjetnamiti u importaturi tal-Unjoni, minkejja li ammettew li mhumiex direttament ikkonċernati mill-miżuri, ikkummentaw dwar is-sejbiet tal-investigazzjoni. Huma reġgħu argumentaw li kwalunkwe informazzjoni żvijjanti ma kinitx provduta intenzjonalment, li l-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza pożittiva ta’ ċirkomvenzjoni u ma kien hemm l-ebda effett rimedjali li jista’ jintlaħaq permezz ta’ impożizzjoni tal-miżuri, murija wkoll mill-fatt li ma ttawlux il-miżuri oriġinali kontra r-RPĊ. Skont dawn il-partijiet, in-non-estensjoni tal-miżuri oiġinali kontra r-RPĊ kienet ibbażata fuq sejbiet dwar l-istess perjodu tal-konklużjoni li l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni jimminaw l-effetti remedjali tal-miżuri oriġinali. Finalment huma tefgħu wkoll dubju fuq l-effett intiż u xi jkun l-interess tal-Unjoni biex testendi l-miżuri li kienu tterminati f’Diċembru 2012. Fl-opinjoni tagħhom, l-estensjoni tal-miżuri ma tkun tal-ebda benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni u tippenalizza biss lill-importaturi tal-Unjoni.

(63)

Mal-preżentazzjoni u l-aċċettazzjoni ta’ talba valida għal investigazzjoni kontra ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni għandha obbligu legali biex tinvestiga bi sħiħ il-kwistjoni u tieħu azzjoni xierqa jekk dan ikun ġustifikat. Fil-każ kurrenti instab li l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku biex ikun determinat li qed isseħħ ċirkomvenzjoni kienu sodisfatti. Konsegwentament, il-miżuri kellhom ikunu estiżi b’majiera xierqa għall-importazzjonijiet mill-Vjetnam.

(64)

Waqt il-valutazzjoni dwar jekk prattiki ta’ ċirkomvenzjoni jimminawx l-effetti remedjali tal-miżuri oriġinali, il-Kummissjoni trid tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-iżviluppi wara l-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri u tikkunsidra s-sejbiet mill-investigazzjoni oriġinali li abbażi tagħha kienu ddeterminari l-effetti remedjali. B’kuntrast ma’ dan, il-valutazzjoni dwar in-neċessità li tinbeda analiżi ta’ skadenza hija ddeterminata abbażi tal-probbabiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu fil-futur abbażi tas-sejbiet relatati ma perjodu differenti. Għaldaqstant, kontrarjament għal dak allegat mill-partijiet interessati, iż-żewġ sejbiet ma jikkonċernawx l-istess perjodu. Fir-rigward tal-pretensjoni li l-importaturi tal-Unjoni biss ikunu effettwati u li ma jkun hemm l-ebda benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni, l-interess tal-Unjoni għall-impożizzjoni tal-miżuri kien ikkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali. Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, l-estensjoni tal-effetti remedjali tal-miżuri oriġinali kontra ċ-ċirkomvenzjoni hija f’dan ir-rigward ġustifikata sakemm il-miżuri oriġinali jibqgħu fis-seħħ. L-għan tal-estensjoni tal-miżuri fi kwalunkwe każ mhux li jippenalizzaw il-partijiet iżda li jikkoreġu l-effett distortiv li l-importazzjonijiet iddampjati ċirkomventati mill-Vjetnam kellhom fuq is-suq tal-Unjoni bl-introduzzjoni ta’ ambjent ekwu ta’ prezzijiet jew kwantitajiet ta’ tali importazzjonijiet. Fi kwalunkwe każ, l-influwenza unika allegata tal-miżuri fuq l-importaturi mhiex appoġġata minn kwalunkwe evidenza jew analiżi.

(65)

Parti interessata oħra, importatur, ippreżenta l-kummenti dwar l-investigazzjoni waqt li argumenta li ma kienx infurmat dwar il-bidu tal-investigazzjoni dwar iċ-ċirkomvenzjoni. F’dan ir-rigward għandu jkun innutat li din il-parti ma kinitx magħrufa mal-Kummissjoni qabel ma bdiet l-investigazzjoni u li n-notifika ta’ tnedija saret pubblika permezz ta’ pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali.

(66)

Importatur ieħor irreaġixxa billi ħabbar li, fi żmien sitt xhur, se jressaq evidenza li turi li l-importazzjonijiet tiegħu ta’ lajters ma kinux jinvolvu ċirkomvenzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-partijiet interessati kollha fl-avviż ta’ tnedija kienu mistiedna jippreżentaw evidenza matul l-investigazzjoni (ara partikolarment il-premessi 10, 19 u 20 u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 548/2012). Il-Kummissjoni trid tikkonkludi l-investigazzjoni sal-iskadenza ġuridika ta’ disa’ xhur u għaldaqstant ma tistax tistenna preżentazzjonijiet oħra f’dan l-istadju.

3.   MIŻURI

(67)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li joriġinaw mir-RPĊ kien qed jiġu evitati permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fit-tifsira tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(68)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri oriġinali fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, għandhom ikunu estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott investigat, jiġifieri l-istess prodott imma kkonsenjat mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarat li joriġina mill-Vjetnam u sew jekk le.

(69)

Fid-dawl tan-nonkoperazzjoni f’din l-investigazzjoni, il-miżuri li għandhom ikunu estiżi għandhom ikunu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1458/2007, jiġfieri dazju definitiv anti-dumping ta’ EUR 0,065 għal kull lajter.

(70)

Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipulaw li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament ta’ inizjazzjoni, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati tal-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ikkonsenjati mill-lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mill-Vjetnam. Minħabba li l-miżuri oriġinali skadew fit-13 ta’ Diċembru 2012, u r-reġistrazzjoni ntemmet fl-istess ġurnata, il-ġbir ta’ dazji japplika biss sa dakinhar.

4.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(71)

Is-seba’ kumpaniji fil-Vjetnam li wieġbu għall-kwestjonarju talbu eżenzjoni mill-possibbiltà ta’ miżuri estiżi skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku.

(72)

Dawn is-seba’ kumpaniji kollha kemm huma nstabu li kienu fornew informazzjoni falza jew qarrieqa. Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku, dawn il-kumpaniji kienu infurmati bl-intenzjoni li l-informazzjoni mressqa minnhom kienet se tiġi injorata u ngħataw skadenza ta’ żmien sabiex jipprovdu spjegazzjonijiet ulterjuri.

(73)

Spjegazjonijiet ulterjuri minn dawn il-kumpaniji ma kinux tali li jwasslu għal bidla fil-konklużjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonjiet rigward dawn il-kumpaniji kienu abbażi tal-fatti disponibbli.

(74)

B’kont meħud tan-natura tal-informazzjoni falza u/jew qarrieqa kif stabbilita hawn fuq, l-eżenzjonijiet kif mitluba minn dawn is-seba’ kumpaniji, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku ma setgħux jingħataw.

5.   ŻVELAR

(75)

Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Kienu kkunsidrati l-kummenti bil-fomm u bil-miktub li tressqu mill-partijiet. L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok għal modifika tas-sejbiet definittivi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv impost bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsenjati mill-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw fil-Vjetnam u jekk le, li bħalissa jaqaw taħt il-kodiċi tan-NM ex 9613 10 00 .

2.   Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar għall-importazzjonijiet ikkonsinnati mill-Vjetnam mis-27 ta’ Ġunju 2012 sat-13 ta’ Diċembru 2012, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam kif ukoll jekk le, reġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 548/2012 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 326, 28.11.1991, p. 1.

(3)   ĠU L 101, 4.5.1995, p. 38.

(4)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 1.

(5)   ĠU L 248, 18.9.2001, p. 1.

(6)   ĠU L 326, 12.12.2007, p. 1.

(7)   ĠU C 382, 12.12.2012, p. 12.

(8)   ĠU L 340, 13.12.2012, p. 37.

(9)   ĠU L 165, 26.6.2012, p. 37.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 261/2013

tal-21 ta’ Marzu 2013

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fil-11 ta’ Frar u l-25 ta’ Frar 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HOGAN


(1)   ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għall-persuni ta’ hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Jalil Akhund (b) Mullah Akhtar (c) Abdul Jalil Haqqani (d) Nazar Jan)

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Arghandab, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, (b) Belt ta’ Kandahar, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Mullah Akhtar, passaport maħruġ fl-4 ta’ Frar 2003 mill-Konsulat Afgan fi Quetta, il-Pakistan, skada fit-2 ta’ Frar 2006). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban, (d) Ħu Atiqullah Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

2.

Atiqullah Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala Atiqullah)

Titolu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan, (b) raħal ta’ Khwaja Malik, Distrett ta’ Arghandab, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alizai, (d) Ħu Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f’Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjal tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan.

II.   L-entrati ta’ hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Ahmed Shah Noorzai Obaidullah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Ahmed Shah Noorzai (b) Haji Ahmad Shah (c) Haji Mullah Ahmad Shah (d) Maulawi Ahmed Shah (e) Mullah Mohammed Shah)

Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi Data tat-twelid: (a) l-1 ta’ Jannar 1985 (b) 1981 Post tat-twelid: Quetta, il-Pakistan. Nru tal-passport: Numru tal-passaport Pakistani NC5140251 maħruġ fit-23 ta’ Ottubru 2009 jiskadi fit-22 ta’ Ottubru 2014. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità nazzjonali Pakistana 54401-2288025-9. Indirizz: Quetta, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa sid ta’ u jopera l-Roshan Money Exchange. (b) Ipprovda servizzi finanzjarji lil Ghul Agha Ishakzai u Taliban oħrajn fil-Provinċja ta’ Helmand. Data tan-Nomina min-NU: 26.2.2013

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmed Shah Noorzai Obaidullah huwa sid ta’ u jopera l-Roshan Money Exchange, li tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku, jew servizzi finanzjarji jew servizzi oħrajn lil jew b’appoġġ ta’ u għat-Taliban. Il-Roshan Money Exchange jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jappoġġaw operazzjonijiet militari tat-Taliban u r-rwol tat-Taliban fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. Sa mill-2011, il-Roshan Money Exchange kienet waħda mill-fornituri prinċipali ta’ servizzi ta’ flus (jew “hawalas”) użati mill-uffiċjali tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Ahmed Shah ipprovda servizzi hawala lill-mexxejja tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helman għal numru ta’ snin u, sa mill-2011, kien fornitur fdat ta’ servizzi ta’ flus għat-Taliban. Kmieni fl-2012, it-Taliban ordnaw lil Ahmed Shah jittrasferixxi flux lil numru ta’ hawalas f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, minn fejn kmandant anzjan tat-Taliban kien imbagħad jalloka l-fondi.

Tard fl-2011, Ahmed Shah ikkonsolida mijiet ta’ eluf ta’ dollari Amerikani biex jgħaddihom lill-Kummissjoni tal-Finanzi tat-Taliban u ttrasferixxa mijiet ta’ eluf ta’ dollari Amerikani għat-Taliban, inkluż lil kmandanti anzjani tat-Taliban. Ukoll tard fl-2011, Ahmed Shah irċieva permezz tal-fergħa tal-hawala tiegħu fi Quetta, il-Pakistan, trasferiment f’isem it-Taliban, li minnu ntużaw flus biex jinxtara fertilizzant u komponenti għal apparat splussiv improvizzat (IED), inklużi batteriji u miċċa detonatriċi. F’nofs l-2011, il-kap tal-kummissjoni tal-finanzi tat-Taliban Gul Agha Ishakzai ta struzzjonijiet lil Ahmed Shah biex jiddepożita diversi miljuni ta’ dollari Amerikani fir-Roshan Money Exchange għat-Taliban. Gul Agha spjega li meta trasferiment ta’ flus kien meħtieġ, hu kien jinforma lil Ahmed Shah min hu t-Taliban li kellu jirċevihom. Ahmed Shah imbagħad kien jipprovdi l-fondi meħtieġa permezz tas-sistema tal-hawala tiegħu. Sa min-nofs l-2010, Ahmed Shah mexxa flus bejn il-Pakistan u l-Afganistan għal kmandanti tat-Taliban u għal traffikanti tan-narkotiċi. Barra mill-attivitajiet teigħu ta’ faċilitazzjoni, Ahmed Shah ta somom ta’ flus kbar imma mhux speċifiċi lit-Taliban fl-2011.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 262/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melon du Quercy (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Melon du Quercy” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2004 (3) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1040/2007 (4).

(3)

L-applikazzjoni għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża d-deskrizzjoni tal-prodott, iż-żona ġeografika, il-prova tal-oriġini, il-metodu ta’ produzzjoni, it-tikkettar, ir-rekwiżiti nazzjonali u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda inkwistjoni u kkonkludiet li hija ġġustifikata. L-emenda hija minuri u għalhekk il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Melon du Quercy” hija emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 224, 25.6.2004, p. 16.

(4)   ĠU L 238, 11.9.2007, p. 29.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Melon du Quercy”, hija approvata l-emenda li ġejja:

1.   Id-deskrizzjoni tal-prodott agrikolu

L-istandard ta’ kummerċjalizzazzjoni Ewropea dwar il-bettieħ tħassar fl-1 ta’ Lulju 2009 (ir-Regolament (KE) Nru 1615/2001), ir-referenza għall-ewwel kategorija tar-Regolament hija sostitwita permezz taż-żieda fl-ispeċifikazzjoni ta’ elementi oġġettivi li inizjalment kienu imposti mill-istandard (karatteristiċi tal-varjetà, kwalità tajba u imballaġġ omoġenju).

L-ispeċifikazzjoni inizjali kienet tagħmel distinzjoni bejn il-“bettieħ imsejjaħ charentais” u “tipi oħrajn ta’ bettieħ b’preservazzjoni fit-tul”. Peress li l-bettieħ kollu użat fil-produzzjoni tal-“Melon du Quercy” huwa tat-tip charentais, deskrizzjoni mil-ġdid u fil-qosor hija proposta.

Permezz ta’ simplifikazzjoni tal-forma, il-lista tal-klassijiet ta’ imballaġġ hija sostitwita bl-obbligu espliċitu ta’ imballaġġ omoġenju, bil-piż tal-ikbar bettieħa mhux ogħla minn 30 % aktar meta mqabbel mal-piż tal-iżgħar bettieħa.

Rigward il-kontenut ta’ zokkor, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għal dan il-prodott kienet timponi bħala valur minimu 11° Brix, valur li jikkorrispondi għall-prattiki tal-produzzjoni. Għalhekk huwa propost li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni tal-IĠP biex “iktar minn 11° Brix” issir “iktar jew ugwali għal 11° Brix”.

2.   L-elementi li juru bil-provi li l-prodott agrikolu ġej miż-żona speċifikata

L-identifikazzjoni tal-operaturi hija introdotta sabiex jissaħħaħ il-kontroll tal-oriġini tal-“Melon du Quercy”. F’dan il-kapitolu huma introdotti r-rekwiżiti kollha ta’ dikjarazzjoni, ta’ żamma tar-reġistru jew ta’ identifikazzjoni tal-prodotti.

Sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispeċifitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni fis-suq tal-konsumaturi u peress li l-bettieħ kollu ta’ Quercy huwa identifikat b’mod individwali, l-identifikazzjoni tal-imballaġġi ma għadhiex obbligatorja. Għalhekk, it-tagħrif lill-konsumaturi jingħata permezz ta’ pubbliċità fil-post tal-bejgħ (POS) jew permezz tat-tikketta tal-prezz.

3.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni

Id-dijagramma tal-produzzjoni ġiet immodifikata formalment sabiex tenfasizza l-istadji differenti fil-produzzjoni tal-“Melon du Quercy”: il-produzzjoni, it-tqassim u l-imballaġġ, imbagħad il-ħżin. Id-distinzjoni bejn il-kanali differenti ta’ kummerċjalizzazzjoni ġiet ikkanċellata u minflok ġew enfasizzati r-rekwiżiti komuni għall-operaturi kollha.

Il-proċeduri għall-istabbiliment annwali tal-listi ta’ varjetajiet awtorizzati huma ppreċiżati sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tal-“Melon du Quercy”.

Fil-kuntest tat-traskrizzjoni tad-dispożizjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u sabiex jiġu ppreċiżati minn qabel l-istadji tal-produzzjoni, fl-ispeċifikazzjoni ddaħħlu regoli dwar it-tħawwil u ż-żrigħ, l-irrigazzjoni, il-fertilizzazzjoni, il-protezzjoni fitosanitarja, l-approvazzjoni u t-tqassim.

L-iżviluppi tal-varjetajiet kif ukoll l-esperjenza miksuba fl-aħħar ħmistax-il sena, b’mod partikolari s-sjuf sħan (speċjalment is-sajf tal-2005) għamluha possibbli biex jiġi żgurat li l-kwalità tal-“Melon du Quercy” mhijiex ser tinbidel f’każ ta’ ħsad wara s-13.00, jiġifieri f’kundizzjonijiet ta’ temperaturi ogħla. Għalhekk tneħħa r-rekwiżit ta’ ħsad qabel is-13.00.

Bl-istess mod, il-ġbir tal-bettieħ f’saff wieħed wara l-ħsad huwa ġġustifikat fil-każ ta’ varjetajiet ferm sensittivi għax-xokkijiet. Provi mwettqa fl-2009 juru li m’hemmx telf fil-kwalità, u għalhekk żdiedet il-possibilità tal-ġbir tal-bettieħ wara l-ħsad fil-palits (l-imballaġġ f’ħafna saffi).

Dwar l-imballaġġ, ir-referenza għal trejs ġiet ikkanċellata biex ikun jista’ jintuża imballaġġ ta’ kwalità aħjar, bħal “punnets”.

Sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispeċifitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni fis-swieq tal-konsumaturi f’sitwazzjoni fejn il-bettieħ jiġi rranġat regolarment fil-ħwienet, ir-rekwiżit ta’ imballaġġ f’kontenituri u bit-tgeżwir fil-karta tneħħa għal dan it-tip ta’ kummerċjalizzazzjoni.

4.   L-istruttura ta’ kontroll

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ kontroll huma aġġornati. Żdiedet ir-referenza għall-akkreditazzjoni tiegħu.

5.   Elementi speċifiċi dwar it-tikkettar

Ġew introdotti r-rekwiżiti speċifiċi għall-IĠP. Tneħħew l-obbligi dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali (CCP).

6.   Rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati f’konformità ma’ dispożizzjonijiet Ewropej jew nazzjonali

L-introduzzjoni ta’ tabella bil-punti prinċipali għall-kontroll, f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament Nru 510/2006 (*1)

MELON DU QUERCY

Nru tal-KE: FR-IĠP-0205-0086-13.10.2011

IĠP (X) DPO ( )

1.   Isem

“Melon du Quercy”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel

3.1.   It-tip tal-prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Varjetà tat-tip “Charentais”, bettieħ bil-qoxra lixxa jew minsuġa, lewn aħdar, griż, bil-qoxra tagħti fl-isfar, bil-ġewwieni oranġjo, u b’piż minimu ta’ 450 g.

Sħiħ, bnin, dehra friska, sod, nadif, ta’ kwalità tajba, il-frott miġbur bil-pedunkulu tiegħu jrid ikollu tul tal-pedunkulu iqsar minn 2 cm.

L-indiċi refrattometriku huwa tal-inqas 11° Brix.

Il-“Melon du Quercy” jinbiegħ sħiħ jew f’imballaġġ. Għal kull imballaġġ, il-piż tal-ikbar bettieħa ma jistax jaqbeż iktar minn 30 % tal-piż tal-iżgħar bettieħa.

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun l-istess u għandu jkun fih bettieħ li bejn wieħed u ieħor ikunu fl-istess stadju ta’ żvilupp u ta’ maturità u bejn wieħed u ieħor tal-istess lewn.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika definita

Il-kultivazzjoni tal-“Melon du Quercy” issir fiż-żona ġeografika tal-IĠP.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

L-approvazzjoni, it-tqassim u l-imballaġġ isiru ġewwa ż-żona ġeografika tal-IĠP.

Sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tal-prodott, dawn l-operazzjonijiet jitwettqu malajr ħafna biex jitqiegħdu fis-suq fi żmien 6 ijiem wara l-ħsad.

L-istadji ta’ approvazzjoni u ta’ tqassim jitwettqu fiż-żona ġeografika għaliex dawn l-istadji huma fundamentali għall-għażla tajba tal-bettieħ li jistgħu jibbenefikaw mill-IĠP; dawn jitwettqu minn operaturi mħarrġa biex jiġġudikaw il-maturità ottimali tal-bettieħ permezz tal-lewn tal-qoxra u l-kontenut taz-zokkor imkejjel permezz tar-refrattometrija

Anki l-imballaġġ isir fiż-żona ġeografika għaliex jitwettaq b’mod simultanju fl-istadji ta’ tqassim u approvazzjoni, u b’hekk jiġi limitat l-ammont ta’ manipulazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kwalitajiet tal-“Melon du Quercy”. Barra minn hekk, it-traċċabilità hija żgurata minn identifikazzjoni individwali tal-bettieħ u tal-imballaġġi bil-logo “Melon du Quercy” kif ukoll miż-żamma tal-kontabbiltà tal-istokk speċifiku

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Denominazzjoni tal-prodott: “Melon du Quercy”,

il-logo IĠP jew il-kitba “Indication Géographique Protégée” (“Indikazzjoni Ġeografika Protetta”),

il-logo “Melon du Quercy” fuq kull frotta.

4.   Deskrizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Melon du Quercy” tikkonsisti minn:

id-dipartiment ta’ Lot, id-distretti ta’ Castelnau-Montratier, Lalbenque, Montcuq, kif ukoll il-komuni ta’ Cambayrac, Carnac-Rouffiac, Concots, Floressas, Labastide-Marnhac, Lacapelle-Cabanac, Mauroux, Le Montat, Sauzet, Sérignac u Villesèque,

id-dipartiment ta’ Lot-et-Garonne, id-distretti ta’ Beauville, Penne-d’Agenais, Puymirol, Tournon-d’Agenais,

id-dipartiment ta’ Tarn-et-Garonne, id-distretti ta’ Bourg-de-Visa, Caussade, Lafrançaise, Lauzerte, Moissac, Molières, Monclar-de-Quercy, Montaigu-de-Quercy, Montauban, Montpezat-de-Quercy, Négrepelisse, Villebrumier, kif ukoll il-komuni ta’ Castelsagrat, Gasques, Goudourville, Montjoi, Mouillac, Perville, Pommevic, Saint-Clair u Valence.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Din hija kkaratterizata mill-klima tagħha b’bidliet fil-flussi oċeaniċi (friski u umdi) u minn flussi Mediterranji (sħan u nixfin) li jġibu magħhom varjazzjonijiet kbar fit-temperatura. Din il-klima moderata hija adattata għat-tkabbir tal-bettieħ.

L-art hija taflija bil-ġir. L-għamla ta’ din il-ħamrija hija partikolarment adattata għat-tkabbir tal-bettieħ.

5.2.   L-ipeċifiċità tal-prodott

Il-“Melon du Quercy” huwa prodott ġej minn varjetajiet ta’ bettieħ tat-tip “Charentais” bil-qoxra lixxa jew minsuġa u b’tinji bejn wieħed u ieħor enfasizzati.

Għandu l-laħma fl-oranġjo, immerrqa, soda u li fl-istess ħin tinħall.

L-għażla tal-varjetajiet skont il-kriterji agronomiċi u aromatiċi (palat, togħma, …) marbuta mal-ħamrija tal-ġir u taflija, mat-tip tal-klima u mal-kriterji tal-ħsad (maturità ottimali) huma fatturi determinanti li jippermettu li jinkiseb frott li jesprimi l-potenzjal kollu tiegħu: togħma zokkrija (minimu ta’ 11° Brix), irwejjaħ u togħmiet żviluppati, aromi intensi u partikolari.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima taż-żona ġeografika jagħtu sehemhom biex jinkiseb frott aromatiku.

Min-naħa, il-ħamrija tal-ġir u taflija bi struttura ekwilibrata u vventilata sew tippermetti tkabbir regolari tal-pjanti u ekwilibriju minerali ottimali għall-frott.

Min-naħa l-oħra, il-klima speċifika ta’ Quercy tħalli impatt fuq l-ambjent, u b’hekk jiġi ottimizzat l-għadd ta’ frott kull pied. B’hekk kull frotta tikber aħjar. Fl-istess ħin, il-flussi Mediterranji (sħan u nixfin), l-iktar matul is-sajf, jgħinu fil-maturazzjoni tal-frott.

Il-kwalità tal-“Melon du Quercy” tiddependi wkoll fuq l-għarfien espert tradizzjonali tal-operaturi tal-produzzjoni tal-“Melon du Quercy” u dan huwa espress b’mod partikolari mill-għażla ta’ varjetajiet speċifikament adattati għaż-żona tal-produzzjoni, mill-ħsad f’maturazzjoni ottimali u minn skedi taż-żmien ottimali għat-tħejjija tal-bettieħ wara l-ħsad

Ir-reputazzjoni tal-bettieħ ilha stabbilita bis-saħħa tal-identifikazzjoni prekoċi tal-“Melon du Quercy” mill-operaturi tiegħu sa mill-1994. Il-bosta avvenimenti għall-kummerċjalizzazzjoni tiegħu jixhdu l-fama tiegħu, pereżempju bil-festa ta’ Belfort du Quercy organizzata f’nofs Awwissu jew fil-ftuħ tal-istaġun f’Lulju 1994 li sar fis-swali tal-prefettura ta’ Lot bil-preżenza qawwija tal-istampa lokali. F’Lulju 1996 il-gazzetta Dépêche du Midi kien fiha artiklu bit-titlu “l’excellence du Melon du Quercy” (“l-eċċellenza tal-Melon du Quercy”).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPMelonDuQuercy.pdf


(*1)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 263/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mela Alto Adige/Südtiroler Apfel (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Mela Alto Adige/Südtiroler Apfel” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1855/2005 (3).

(3)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nruo510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 297, 15.11.2005, p. 5.

(4)   ĠU C 125, 28.4.2012, p. 5.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Mela Alto Adige/Südtiroler Apfel (IĠP)


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 264/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda waħda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mdaħħla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cipolla Rossa di Tropea Calabria (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cipolla Rossa di Tropea Calabria”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 284/2008 (3).

(3)

It-talba għandha l-għan li temenda l-Ispeċifikazzjoni, billi tippreċiża l-preżentazzjoni u l-ippakkjar kif ukoll it-tikkettar tal-basal.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri l-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stabbilita fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Ispeċifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” hija b’dan emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 86, 28.3.2008, p. 21.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cipolla Rossa di Tropea Calabria”, ġiet approvata l-emenda li ġejja:

Fl-Artikolu 5(6) u (7), flok:

“Wara li jinħasdu ċ-cipollotti, titneħħa l-qoxra esterna mgħottija bil-ħamrija; tinqatal-faxxina għal tul ta’ 40 ċm u wara jitqiegħdu f’kaxex f’qatat.

Għat-tip li se jiġi kkonsmat frisk, il-basal li minnhom titneħħa l-qoxra [tonka] esterna tinqatgħalhom il-faxxina jekk hija itwal minn 60 ċm, u mbagħad jinġabru f’qatat ta’ 5-8 kg u jitqiegħdu f’ċestuni jew kaxex.”

aqra:

“Wara li jinħasdu ċ-cipollotti, titneħħa l-qoxra esterna mgħottija bil-ħamrija; tinqatal-faxxina għal tul ta’ bejn 30 u 60 ċm, u wara jitqiegħdu f’kaxex f’qatat.

Għat-tip li se jiġi kkonsmat frisk, il-basal li minnhom titneħħa l-qoxra [tonka] esterna tinqatgħalhom il-faxxina biex ikollhom tul ta’ bejn 35 u 60 ċm, u mbagħad jinġabru f’qatat ta’ 1.5-6 kg u jitqiegħdu f’ċestuni jew kaxex.”

Fl-Artikolu 9(2), flok:

“Biex il-basal bl-IĠP “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” ikun jista’ jitqiegħed fis-suq għall-konsum, għandu jkun ippakkjat kif ġej:

iċ-ċipollotti jinġabru f’qatat u jitqiegħdu f’kaxex tal-kartun, tal-plastik jew tal-injam, lesti għall-bejgħ;

il-basal għall-konsum frisk jinġabar f’qatat ta’ bejn 5 kg u 8 kg, u jitqiegħdu f’ċestuni jew kaxex:”

aqra:

“Biex il-basal bl-IĠP “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” ikun jista’ jitqiegħed fis-suq għall-konsum, għandu jkun ippakkjat kif ġej:

iċ-ċipollotti jinġabru f’qatat u jitqiegħdu f’kaxex tal-kartun, tal-plastik jew tal-injam, lesti għall-bejgħ;

il-basal għall-konsum frisk jinġabar f’qatat ta’ bejn 1.5 kg u 6 kg, u jitqiegħdu f’ċestuni jew kaxex.”

Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tat-tlestija tal-prodott għall-ippakkjar ġew emendati biex jippermettu għażla usa’ fejn jidħol id-daqs tal-ippakkjar u biex jirrispettaw rekwiżiti kummerċjali ġodda f’dak li jirrigwarda l-ippakkjar.

Fl-Artikolu 9(4), flok:

“L-għadd ta’ basal biex jissawwar malju, irrispettivament mid-daqs, jibda minn minimu ta’ sitt basal għall-istess imballaġġ, l-għadd u l-piż għandhom ikunu uniformi.”

aqra:

“L-għadd ta’ basal biex jissawwar malju, irrispettivament mid-daqs, jibda minn minimu ta’ sitt basal.”

F’dak li jirrigwarda l-malju tradizzjonali, il-produtturi lokali jingħataw iktar libertà biex jippersonalizzaw il-mod kif isawru l-malju f’termini tal-għadd u tad-daqs tal-basal.

Fl-Artikolu 9(7), flok:

“Iċ-ċipollotti u l-basal għall-konsum frisk miġburin f’qatat, minbarra l-basal għall-ħżin f’malju, hekk kif jitqiegħdu fis-suq għall-konsum, għandhom iġorru stiker li juri l-logo u l-marka b’mod li jintgħarfu perfettament.”

aqra:

“Iċ-ċipollotti u l-basal għall-ħżin f’malju, hekk kif jitqiegħdu fis-suq, għandu jkollhom, fuq stiker jew materjal ieħor, il-logo tal-Unjoni u l-marka tal-prodott. Min-naħa l-oħra, il-basal li se jiġi kkonsmat frisk, imqiegħed f’ċestuni jew kaxex, għandu jkollu tikketta sħiħa għal kull malju individwali, li tinkludi isem l-impriża, il-logo tal-Unjoni, il-marka u t-tipoloġija tal-prodott, biex tiġi ggarantita t-traċċabbiltà u biex il-prodott ikun jista’ jintgħaraf perfettament.”

Għaċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” tat-tip “basal għall-konsum frisk” imqiegħed f’qatat, kull qatta għandu jkollha tikketta bl-isem irreġistrat tal-impriża, il-logo tal-Unjoni u l-logo tal-prodott, u l-indikazzjoni tat-tip tal-prodott. B’dan il-mod, kull qatta individwali jkollha tikketta bit-tagħrif kollu meħtieġ biex il-konsumatur ikun jista’ jidentifika sew il-prodott.

Ġew aġġornati r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 (*1)

“CIPOLLA ROSSA DI TROPEA CALABRIA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0369-28.09.2011

IĠP (X) AOP ( )

1.   Isem

“Cipolla Rossa di Tropea Calabria”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f’(1)

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” tfisser il-basal tal-ispeċi Allium Cepa esklussivament tal-ekotipi awtoktoni li ġejjin, li jiddistingwu ruħhom bil-forma u l-ħolqien bikri tal-basla minħabba l-influwenza tal-fotoperjodu:

“Tondo Piatta” jew bikrija;

“Mezza Campana” jew relattivament bikrija;

“Allungata” jew imwaħħra.

Hemm tliet tipi tal-prodott:

 

Cipollotto:

lewn: abjad fir-roża fil-vjola

togħma: ħelwa u ħafifa

daqs: ara l-istandards previsti mir-regoli Komunitarji.

 

Cipolla da consumo fresco ” [għall-konsum frisk]:

lewn: abjad fl-aħmar ċar fil-vjola

togħma: ħelwa u ħafifa

daqs: ara l-istandards previsti mir-regoli Komunitarji.

 

Cipolla da serbo [għall-ħżin]:

lewn: aħmar fil-vjola

togħma: ħelwa u tqarmeċ

daqs: ara l-istandards previsti mir-regoli Komunitarji.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, miż-żrigħ sal-ħsad, taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria”, għandhom isiru fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Wara l-ħsad, il-basal taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” jiġi pproċessat kif ġej:

wara li jinħasdu ċ-cipollotti, titneħħa l-qoxra esterna mgħottija bil-ħamrija; tinqatal-faxxina għal tul ta’ bejn 30 u 60 ċm, u wara jitqiegħdu f’kaxex f’qatat;

għat-tip li se jiġi kkonsmat frisk, il-basal li minnhom titneħħa l-qoxra [tonka] esterna tinqatgħalhom il-faxxina biex ikollhom tul ta’ bejn 35 u 60 ċm, u mbagħad jinġabru f’qatat ta’ 1,5-6 kg u jitqiegħdu f’ċestuni jew kaxex;

għat-tip li jinħażen, il-basal jitqiegħdu f’għemieri mal-art u jitgħattew mill-istess faxxina, u jitħallew għal żmien varjabbli minn 8 sa 15-il jum biex jinxfu, isiru aktar kompatti, reżistenti u jitlewnu b’aħmar jgħajjat. Ladarba jkunu nixfu tista’ titneħħa l-faxxina mill-basliet jew, jekk tinżamm, tintuża biex jissawru f’malji. L-għadd ta’ basal biex jissawwar malju, irrispettivament mid-daqs, jibda minn minimu ta’ sitt basal. L-ippakkjar, b’piż li jvarja sa massimu ta’ 25 kg, isir f’boroż jew kaxex.

Il-proċess tal-ippakkjar għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni, bil-metodi tradizzjonali u skont id-drawwiet u l-wirt lokali, bil-għan li jiġu ggarantiti t-traċċabbiltà, il-kontroll u ż-żamma tal-kwalità tal-prodott.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq il-kontenituri, għandu jkun indikat il-kliem “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” IĠP flimkien mat-tip speċifiku: “cipollotto”, “cipolla da consumo fresco” jew “cipolla da serbo”, u l-logo tal-prodott.

Iċ-ċipollotti u l-basal għall-ħżin f’malju, hekk kif jitqiegħdu fis-suq, għandu jkollhom, fuq stiker jew materjal ieħor, il-logo tal-Unjoni u l-marka tal-prodott. Min-naħa l-oħra, il-basal li se jiġi kkonsmat frisk, imqiegħed f’ċestuni jew kaxex, għandu jkollu tikketta sħiħa għal kull malju individwali, li tinkludi isem l-impriża, il-logo tal-Unjoni, il-marka u t-tipoloġija tal-prodott, biex tiġi ggarantita t-traċċabbiltà u biex il-prodott ikun jista’ jintgħaraf perfettament.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita

Iż-żona ta’ produzzjoni taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” IĠP tinkludi l-artijiet adatti fit-territorju amministrattiv, kollu jew parti minnu, ta’ dawn il-komuni tal-Kalabrja:

a)

Provinċja ta’ Cosenza:

parti mill-komuni ta’ Fiumefreddo, Longobardi, Serra d’Aiello, Belmonte, Amantea.

b)

Provinċja ta’ Catanzaro:

parti mill-komuni ta’ Nocera Terinese, Falerna, Gizzeria, Lamezia Terme, Curinga.

c)

Provinċja ta’ Vibo Valentia:

parti mill-komuni ta’ Pizzo, Vibo Valentia, Briatico, Parghelia, Zambrone, Zaccanopoli, Zungri, Drapia, Tropea, Ricadi, Spilinga, Joppolo, Nicotera.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-produzzjoni taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” ssir f’art ramlija jew tendenzjalment ramlija, ta’ konsistenza medja, b’nisġa lom - taflija jew bil-lom li tinsab mal-kosta jew maġenb xmajjar u nixxigħat li ffurmaw ruħhom mill-għargħar li minkejja li fihom iċ-ċagħaq ma jxekklux l-iżvilupp u t-tkabbir tal-basla. L-art mal-kosta hija adatta għat-tkabbir tal-basal bikri għall-konsum frisk, dik ta’ ġewwa, ta’ sura taflija u lom - taflija għall-basal imwaħħar għall-ħżin. Illum bħal fl-imgħoddi, il-basal aħmar huwa preżenti fil-btieħi tal-familji kif ukoll fil-meded ta’ art wiesgħa, fil-pajsaġġ rurali, fl-ikel anki dak lokali u fir-riċetti tradizzjonali.

Il-karatteristiċi pedoklimatiċi tat-territorju kkonċernat jippermettu li jinkiseb prodott ta’ kwalità għolja, uniku fix-xorta tiegħu, b’reputazzjoni magħrufa mad-dinja kollha.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Iċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” hija magħrufa għall-kwalità u għall-karatteristiċi organolettiċi tagħha, bħall-irtubija tal-basal, il-ħlewwa, u l-fatt li tiġi diġerita faċilment. Dawn il-karatteristiċi jippermettu li ċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” tiddewwaq anki nejja, fi kwantitajiet ċertament ogħla milli meta wieħed jiekol basal normali nej.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

It-talba għar-rikonoxximent taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” IĠP hija ġġustifikata mir-reputazzjoni u l-fama tal-prodott li nkisbu, fost l-oħrajn, minħabba bosta inizjattivi promozzjonali, kif juru s-sorsi storiċi u biblijografiċi. Skont diversi sorsi storiċi u bibljografiċi, il-basla taf l-introduzzjoni tagħha fil-baċir tal-Mediterran u fil-Kalabrja, l-ewwel mal-Feniċi u wara mal-Griegi. Kienet apprezzata ħafna matul il-Medjuevu u r-Rinaxximent u meqjusa bħala l-prodott ewlieni tal-ikel u tal-ekonomija lokali, u kienet titpartat fil-post, tinbiegħ u tiġi esportata bil-baħar sat-Tuneżija, l-Alġerija u l-Greċja. Fil-kitbiet ta’ bosta vjaġġaturi li kienu waslu l-Kalabrja bejn l-1700 u l-1800 u żaru l-kosta tat-Tirrenu minn Pizzo sa Tropea, insibu ċitazzjonijiet li jsemmu l-komuni “Cipolle Rosse” (Basal Aħmar). Il-basal minn dejjem kien preżenti fl-ikel tal-bdiewa u fil-produzzjonijiet lokali; diġà lura fl-1905, Dott. Albert, vjaġġatur fil-Kalabrja, waqt żjara fi Tropea kien impressjonat bil-faqar tal-bdiewa li ma kinux jieklu ħlief basal. Fl-ewwel snin tas-seklu għoxrin, il-basla ta’ Tropea ma baqgħetx titkabbar fil-btieħi tal-familji u bdiet titkabbar fuq meded imdaqqsa; fl-1929, l-akkwedott ta’ Valle Ruffa ppermetta t-tisqija, ġabriet akbar tal-prodott u titjib fil-kwalità. Fil-perjodu taħt il-Borboni, il-prodott infirex b’aktar qawwa lejn is-swieq tal-Ewropa tat-Tramuntana, sakemm fi żmien qasir sar prodott imfittex ħafna u apprezzat tassew, kif hemm imniżżel fl-“Istudi sulla Calabria”, 1901, li jirreferu wkoll għall-forma tal-basla u għall-basal ħomor u oblungi tal-Kalabrja. L-ewwel stħarriġ statistiku organizzat dwar it-tkabbir tal-basal fil-Kalabrja jinsab fl-“Enciclopedia Agraria Reda” (1936-1939). Il-karatteristiċi uniċi tat-tqegħid fis-suq marbuta mat-tip li taw lill-prodott fama fuq livell nazzjonali u speċjalment il-valur storiku u kulturali li sal-lum għadu ħaj u preżenti fil-prassi tat-tkabbir, fil-kċina, fl-espressjonijiet idjomatiċi ta’ kuljum u fl-avvenimenti folkloristiċi fiż-żona kkonċernata, wasslu biex il-prodott saħansitra jkun suġġett għall-imitazzjoni u għall-iffalsifikar tad-denominazzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

Din l-Amministrazzjoni tat bidu għall-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni għall-proposta biex iċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” jiġi emendat l-IĠP tiegħu, bil-pubblikazzjoni fil-“Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana” Nru 185 tal-10 ta' Awwissu 2011.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u mbagħad jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fuq il-lemin tal-iskrin), u fl-aħħar jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(*1)  Sostitwit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 265/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Wachauer Marille (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Awstrija għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Wachauer Marille”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3).

(3)

Minħabba li l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4). Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(4)   ĠU C 140, 16.5.2012, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-AWSTRIJA

Wachauer Marille (DPO)


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 266/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Münchener Bier (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Münchener Bier” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/98 (4).

(3)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(4)   ĠU L 202, 18.7.1998, p. 25.

(5)   ĠU C 140, 16.5.2012, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I, il-Parti I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.1.   Birer

IL-ĠERMANJA

Münchener Bier (IĠP)


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/38


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 267/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chianti Classico (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chianti Classico” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2446/2000 (3), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 216/2011 (4).

(3)

L-applikazzjoni għandha l-għan ta’ emenda l-ispeċifikazzjoni waqt li tispeċifika d-deskrizzjoni tal-prodott, il-metodu ta’ produzzjoni u l-ippakkjar.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. L-emenda hija minuri, il-Kummissjoni tista’ għalhekk tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura deskritta fl-Artikoli 50 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chianti Classico” hija emendata skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku li jinkludi l-elementi ewlenin ta’ din l-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 281, 7.11.2000, p. 12.

(4)   ĠU L 59, 4.3.2011, p. 17.


ANNESS I

Fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chianti Classico” hija approvata l-emenda li ġejja:

—   Id-deskrizzjoni tal-prodott

Żdiedet referenza għar-reġistru Toskan tal-ġermoplażma taż-żebbuġ minħabba li dan id-dokument huwa aġġornat perjodikament biex jirrifletti s-sejbiet xjentifiċi u ġenetiċi tar-riċerka għaddejja bħalissa fuq is-siġar taż-żebbuġ antiki li jinsabu fit-territorju tagħna.

L-għan ta’ din l-emenda mhuwiex l-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda, iżda t-titjib tal-għarfien, billi dan jippermetti l-introduzzjoni ta’ varjetajiet li ilhom jeżistu għal ħafna żmien u li għadhom ma ġewx deskritti u rreġistrati.

—   Il-metodu ta’ produzzjoni

Karatteristiki tat-tkabbir

F’dak li jirrigwarda l-karatteristiki tal-ambjent tat-tkabbir, kien meqjus li l-altitudni minima li taħtha s-siġar taż-żebbuġ ma jistgħux jiddaħħlu fir-reġistru, għandha titbaxxa b’20 metru, sakemm l-altitudni minima tat-territorju kollu tkun ta’ 180 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar. Meta saret l-ewwel verżjoni tal-ispeċifikazzjoni, is-sistemi ta’ kejl li ntużaw ma kinux preċiżi daqs dawk tal-lum. Permezz ta’ sistemi GPS moderni, dan in-nuqqas ta’ preċiżjoni seta’ jiġi indirizzat.

Il-produzzjoni taż-żejt

Ġie introdott livell ġdid ta’ produzzjoni għall-imsaġar taż-żebbuġ b’densità akbar minn 500 pjanta għal kull ettaru, minħabba li t-territorju tal-Chianti Classico jinkludi pjantaġġuni tas-snin 90, li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ dak iż-żmien u li għalihom il-limitu ta’ 650 kilogramma ta’ żejt għal kull ettaru huwa ta’ detriment kbir għall-ekonomija u għall-iżvilupp tas-settur.

Il-metodu ta’ ġbir u ta’ preservazzjoni

F’dak li jirrigwarda t-trasport taż-żebbuġ, minbarra l-kaxxi, wieħed jista’ juża wkoll bramel u karretti, iżda f’dan il-każ, it-trasport lejn il-mitħna għall-ipproċessar taż-żebbuġ għandu jsir fl-istess jum tal-qtugħ u fi żmien tliet (3) ijiem jekk jintużaw kaxxi li fihom spazji għall-arja.

Il-metodu ta’ kif jinkiseb iż-żejt u t-tqegħid f’lottijiet

Issa sar possibbli l-użu tal-arja għat-tindif taż-żebbuġ, bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ sistemi teknoloġiċi ġodda żviluppati minn manifatturi u li diġà ntużaw f’pajjiżi produtturi oħra, sabiex jingħata dejjem aktar importanza għall-iffrankar tal-ilma.

Il-validità taċ-ċertifikat ta’ konformità

Iż-żejt li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni jista’ jiġi bbottiljat sal-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara l-qtugħ taż-żebbuġ jekk iż-żebbuġ ikun għadda mill-proċess ta’ filtrazzjoni sal-31 ta’ Diċembru u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mid-data tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni.

Meta ż-żejt jkun jesibixxi l-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi previsti fl-ispeċifikazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ preservazzjoni tiegħu jkunu tajbin, dan jista’ jiġi kkonservat b’varjazzjonijiet żgħar fil-kwalità, li madankollu ma jippreġudikawx il-kriterji taż-żejt tad-DPO ‘Chianti Classico’. Żdiedet l-prattika tal-filtrazzjoni, filwaqt li huwa speċifikat li din għandha l-għan li tiċċara (u mhux sempliċement tirfina) u li għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru sabiex ikun jista’ jibda t-taħriġ tal-produtturi taż-żejt f’tekniki ta’ preservazzjoni aktar adattati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ta’ kwalità.

Qed jiġi ċċarat ukoll li l-karatteristiċi fiżiċi taż-żejt għandhom ikunu definittivi meta jittieħdu l-kampjuni, jiġifieri jekk wieħed ikun jixtieq li jqiegħed iż-żejt konformi fil-kontenituri sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara l-qtugħ, u li l-filtrazzjoni għaċ-ċarezza għandha ssir sal-31 ta’ Diċembru jew fi kwalunkwe każ qabel it-teħid tal-kampjuni jekk l-applikazzjoni inkwistjoni tkun waslet qabel il-31 ta’ Diċembru.

L-emenda żżidżżid il-possibbiltà li ż-żejt ma jiġix iffiltrat sabiex il-produttur jitħalla fil-libertà, iżda huwa obbligatorju li ż-żejt jinżamm taħt gass inert sabiex il-karatteristiċi kwalitattivi tiegħu jiġu ppreservati bl-aħjar mod possibbli.

—   Oħrajn (ippakkjar)

Issa jistgħu jintużaw kontenituri tal-ħadid bil-volumi ta’ inqas minn 3 u 5 litri.

Żdiedu wkoll formati ta’ inqas minn 100 ml sakemm dawn ma jinbiegħux individwalment, iżda jitqiegħdu fis-suq f’ippakkjar li l-volum totali tagħhom jikkorrispondi għall-dawk awtorizzati bir-Regolament. L-emenda tirriżulta mill-obbligu li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq, minħabba li kontenituri iżgħar jissodisfaw l-aspettattivi tas-settur tar-ristoranti li jkunu jixtiequ joffru fliexken li għadhom ma nfetħux u dan jassigura wkoll ir-reklamar tal-prodott billi jtejjeb il-viżibbiltà tiegħu.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (*1)

CHIANTI CLASSICO

Nru tal-KE: IT-PDO-0205-0977-07.11.2011

IĠP ( ) DPO (X)

1.   Isem

“Chianti Classico”

2.   L-Istat membru jew il-pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   It-tip tal-prodott

Klassi 1.5.

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Iż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Chianti Classico” huwa prodott mill-frott tas-siġar taż-żebbuġ irreġistrati u li jappartjenu għall-varjetajiet Frantoio, Correggiolo, Moraiolo u Leccino f’proporzjon ta’ mill-inqas 80 % (separatament jew flimkien) u, u f’proporzjoni ta’ mhux aktar minn 20 %, minn varjetajiet oħrajn tar-reġjun, li madankollu għandhom ikunu dejjem mniżżla fir-reġistru Toskan tal-ġermoplażma taż-żebbuġ.

Meta jinħareġ għall-konsum bħala DPO “Chianti Classico”, iż-żejt għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

aċidità (espressa bħala aċidu olejku): massimu ta’ 0,5 %;

indiċi ta’ perossidi: massimu ta’ 12 (m ta’ ossiġnu);

assorbiment ta’ ultravjola: K232 massimu ta’ 2,1 u K270 massimu ta’ 0,2;

kontenut għoli ta’ aċidu olejku: > 72 %;

total ta’ CMP (antiossidanti fenoliċi) ogħla minn 150 pkm;

tocopherols totali ogħla minn 140 pkm.

Barra minn hekk iż-żejt għandu jkollu:

lewn bejn aħdar skur u aħdar dehbi;

togħma distinta ta’ żejt taż-żebbuġa u togħma ta’ frott.

B’mod aktar speċifiku, ir-riżultati tal-valutazzjoni tat-togħma għandhom ikunu kif ġej:

(a)

togħma ta’ frott aħdar 3-8;

(b)

togħma morra 2-8;

(c)

togħma pikkanti 2-8.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Il-passi speċifiċi tfil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika definita

L-operazzjonijiet ta’ kultivazzjoni, ta’ produzzjoni u ta’ għasir taż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Chianti Classico” għandhom isiru biss fit-territorju taż-żona ġeografika tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar il-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Iż-żejt “Chianti Classico” għandu jiġi ppakkjat fiż-żona tal-produzzjoni, f’kontenituri tal-ħġieġ jew tal-metall li jirrispettaw il-volumi definiti u li l-kapaċità nominali tagħhom ma tistax taqbeż il-5 (ħames) litri. Huma wkoll permessi kontenituri tal-ħġieġ, tal-metall jew tal-PET tal-volum ta’ inqas minn 100 ml, sakemm l-imballaġġ tagħhom ikun konformi mal-kapaċitajiet totali awtorizzati bir-regolamenti fis-seħħ. Kull kontenitur għandu jkun issiġillat, b’mod li wieħed ikollu jikser is-siġill tal-garanzija sabiex jiftħu.

L-ippakkjar taż-żejt ta-żebbuġa extraverġni “Chianti Classico” għandu jsir fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni sabiex ikun żgurat kontroll aħjar tal-oriġini tal-prodott u sabiex ikun evitat li t-trasport tiegħu bil-massa ‘l barra din iż-żona ma jagħmillux ħsara u jtellef mill-karatteristiċi speċifiċi definiti fil-punt 3.2 hawn fuq, inkluż in-noti tipiċi ta’ togħma morra u pikkanti taż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Chianti Classico”, li huma ddeterminati mill-kontenut ta’ antiossidanti fenoliċi u mill-profil ta’ sustanzi aromatiċi. L-azzjoni tal-ossiġnu fl-arja waqt il-fażi ta’ trasferiment, ta’ ppumpjar, ta’ trasport u ta’ ħatt, operazzjonijiet li jkunu ripetuti aktar spiss likieku t-tqegħid fil-fliexken kellu jsir barra miż-żona, tista’ twassal sabiex jintilfu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Chianti Classico” deskritti fil-punt 3.2.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra t-termini standard stabbiliti mil-liġi u mir-regoli kummerċjali, fuq it-tikketta tal-kontenituri għandhom jidhru l-kliem “Olio Extravergine di Oliva Chianti Classico”, segwit minnufih mill-kliem “Denominazione di Origine Protetta”, kif ukoll mis-sena tal-produzzjoni indikata b’tipa ċara u li ma titħassarx.

L-ebda żieda mad-denominazzjoni msemmija hawn fuq hija permessa, sakemm ma tkunx stipulata espressament f’din l-ispeċifikazzjoni. Madankollu, jistgħu jintużaw ismijiet ta’ marki ta’ kooperattivi u ta’ intrapriżi, ta’ proprjetajiet jew ta’ azjendi agrikoli, jew ta’ indikazzjonijiet topografiċi li jirreferu għall-post oriġinali tal-produzzjoni taż-żebbuġ.

L-isem tad-denominazzjoni għandu jidher fuq it-tikketta b’ittri ċari u li ma jitħassrux, f’lewn li jingħaraf b’mod ċar minn dak tat-tikketta. Id-daqs tal-karattri grafiċi ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali fl-ebda każ ma jista’ jaqbeż il-50 % tal-karattri użati għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata.

4.   Deskrizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni taż-żejt “Chianti Classico” fil-provinċji ta’ Siena u ta’ Firenze, hija kkostitwita mit-territorji amministrattivi ta’ dawn il-muniċipalitajiet: Castellina in Chianti, Gaiole in Chianti, Greve in Chianti u Radda in Chianti kollha u, parti minn, Barberino Val d’Elsa, Castelnuovo Berardenga, Poggibonsi, San Casciano in Val di Pesa u Tavarnelle Val di Pesa.

Din iż-żona tikkorrispondi għaż-żona definita għat-territorju tal-produzzjoni tal-inbid “Chianti Classico”, kif imsemmi fid-Digriet Interministerjali tal-31 ta’ Lulju 1932, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 209 tad-9 ta’ Settembru 1932.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

It-territorju tal-produzzjoni taż-żejt “Chianti Classico” huwa kkaratterizzat minn partikolaritajiet klimatiċi u idroġeoloġiċi u mill-konfini ġeografiċi tiegħu li ilhom stabbiliti tajjeb mis-seklu XIV.

Iż-żona ta’ produzzjoni hija żona pjuttost omoġenja f’dak li jirrigwarda l-art u l-klima, ikkaratterizzata minn ħarifa medjament sħuna u xotta segwita minn xitwa kiesħa. L-ambjent, kollu kemm hu, għandu karatteristiċi li jippermettu l-kultivazzjoni tas-siġra taż-żebbuġa fil-limitu tal-firxa naturali tagħha, li influwenza u għadu jinfluwenza l-proċess ta’ produzzjoni u ta’ maturazzjoni taż-żebbuġ.

Skont it-tekniki ta’ kultivazzjoni applikati minn dejjem f’dan it-territorju, il-frott jinqata’ direttament mis-siġra, qabel il-maturità fiżjoloġika tiegħu.

Il-kundizzjonijiet tas-sħana wkoll jaffettwaw it-tipoloġija tal-forma tas-siġar taż-żebbuġ (ġeneralment fil-wisgħa u f’għamla ta’ kalċi) adottata mill-bdiewa lokali, li tippermetti lill-kuruna tas-siġra tinfirex sabiex is-sħana u d-dawl jitqassmu aħjar, u dan jgħin fl-iżvilupp tas-siġar taż-żebbuġ għal perjodi qsar fis-sena.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Iż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Chianti Classico” huwa prodott minn varjetajiet ikkultivati b’mod tradizzjoniali fit-Toskana u jiddistingwi ruħu bil-profil sensorjali tiegħu dovut l-aktar għat-togħma intensa morra u pikkanti, assoċjata mal-aroma tal-frott li malajr tinxtamm.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)

Il-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi taż-żejt extraverġni tad-DPO “Chianti Classico” huma marbuta mal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni li jaffettwaw direttament il-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-fenoli, il-livell ta’ togħma morra u pikkanti u l-intensità tal-togħma tal-frott.

Minħabba l-ħtieġa li l-frott jiġi protett mill-ewwel ġlata tal-ħarifa, skont it-tradizzjoni il-qtugħ taż-żebbuġ isir fi stadju bikri (jiġifieri qabel dan ma jkun sar għalkollox). Din il-prattika, għalkemm tipproduċi kwantità anqas ta’ żejt, madankollu tippermetti li ż-żebbuġ jinqata’ meta l-kontenut ta’ polifenoli jkun għadu għoli u għalhekk tikkontribwixxi għall-intensifikazzjoni tat-togħma morra u pikkanti, karatteristika li tidentifika ż-żejt “Chianti Classico”. Barra minn hekk, minħabba l-varjazzjonijiet kbar fit-temperaturi li jikkaratterizzaw dan it-territorju fil-ħarifa, iż-żejt extraverġni “Chianti Classico” huwa rikonxxut ukoll minħabba l-aroma distinta tiegħu tal-frott.

Iż-żona tal-produzzjoni ġiet rikonoxxuta b’mod sinifikanti bis-saħħa ta’ editt maħruġ fl-1716 mill-Gran Duka Cosimo III li kien immarka l-konfini attwali tat-territorju bl-għan li jiġu rikonoxxuti l-kwalitajiet u l-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-inbid u taż-żejt taż-żebbuġa tar-reġjun; speċi ta’ DPO qabel iż-żmien. Fl-1819, fit-“Trattato teorico-pratico completo sull’ulivo” tiegħu, Tavanti diġà kien elenka l-varjetajiet ewlenin li kienu jinsabu fir-reġjun tal-Chianti Classico.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

[L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006]

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fir-rokna tal-lemin ta’ fuq tal-iskrin) u fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(*1)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 268/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oberpfälzer Karpfen (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Oberpfälzer Karpfen”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1495/2002 (4).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(4)   ĠU L 225, 22.8.2002, p. 11.

(5)   ĠU C 353, 3.12.2011, p. 19.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7.   Ħut, molluski, u krustaċji friski u l-prodotti derivati minnhom

IL-ĠERMANJA

Oberpfälzer Karpfen (IĠP)


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 269/2013

tat-18 ta’ Marzu 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Danablu (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikolu u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mid-Danimarka għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Danablu”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (3) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 828/2003 (4).

(3)

Minħabba li l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), b’applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(4)   ĠU L 120, 15.5.2003, p. 3.

(5)   ĠU C 150, 26.5.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

ID-DANIMARKA

Danablu (IĠP)


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 270/2013

tal-21 ta’ Marzu 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti relatati mal-ikel notifikati bis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-verifiki f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti dwar konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, imressqin kull tliet xhur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, juru li l-lista għandha tiġi emendata.

(4)

B’mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata biex tonqos l-intensità tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli turi titjib ġenerali fil-konformità mar-rekwiżiti relevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom il-frekwenza attwali ta’ kontrolli uffiċjali ma għadhiex ġustifikata. L-entrata fil-lista dwar il-weraq tal-kosbor u l-ħabaq mit-Tajlandja għandha tiġi emendata skont dan sakemm il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità għall-preżenza ta’ residwi tal-pestiċidi huma kkonċernati.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, fl-entrati li jikkonċernaw it-Tajlandja, ir-ringiela li tirreferi għal “Weraq tal-kosbor” u “Ħabaq (sagru, ħelu)” “ Ikel – ħxejjex aromatiċi friski) ”, fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità għall-preżenza ta’ residwi tal-pestiċidi, tinbidel b’dan li ġej:

“—

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singulari (4)

10 ”

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/49


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 271/2013

tal-21 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

97,3

MA

73,5

TN

111,4

TR

116,0

ZZ

99,6

0707 00 05

JO

194,1

MA

158,2

TR

160,3

ZZ

170,9

0709 91 00

EG

66,7

ZZ

66,7

0709 93 10

MA

44,9

TR

96,6

ZZ

70,8

0805 10 20

EG

55,8

IL

67,7

MA

72,4

TN

58,0

TR

61,9

ZZ

63,2

0805 50 10

TR

79,2

ZZ

79,2

0808 10 80

AR

115,6

BR

89,9

CL

133,8

CN

75,8

MK

35,4

US

162,3

ZA

101,5

ZZ

102,0

0808 30 90

AR

110,1

CL

141,6

CN

85,7

TR

164,1

US

150,6

ZA

99,4

ZZ

125,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/51


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 272/2013

tal-21 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-ovalbumina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [ovalbumina] u l-lactalbumin (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd [ovalbumina].

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-ovalbumina, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)   ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

140,0

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

158,7

0

AR

167,5

0

BR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

275,5

7

AR

227,2

22

BR

304,9

0

CL

239,6

18

TH

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

286,4

3

BR

313,4

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

375,8

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxfin mhux fil-qoxra

494,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

276,6

3

BR

212,0

22

TH

3502 11 90

Albumini tal-bajd imnixxfin

750,3

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ ZZ ’ jirrappreżenta oriġini ‘oħra’.”


DEĊIŻJONIJIET

22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li taħtar żewġ membri Svediżi u membru supplenti Svediż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/143/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Svediż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Britt-Marie LÖVGREN u s-Sinjura Annelie STARK, saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Tore HULT, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Tore HULT, Ledamot i kommunfullmäktige, Alingsås kommun

Is-Sinjura Ulrika CARLEFALL LANDERGREN, Ledamot I kommunfullmäktige, Kungsbacka kommun.

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Anders ROSÉN, Ledamot i kommunfullmäktige, Halmstads kommun

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/144/PESK

tal-21 ta’ Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit bit-test segwenti:

"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta’ Marzu 2014.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HOGAN


(1)   ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/145/PESK

tal-21 ta' Marzu 2013

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fil-11 ta' Frar u l-25 ta' Frar 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista tal-individwi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HOGAN


(1)   ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

I.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Jalil Akhund (b) Mullah Akhtar (c) Abdul Jalil Haqqani (d) Nazar Jan)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Arghandaab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Mullah Akhtar, passaport maħruġ fl-4 ta' Frar 2003 mill-Konsulat Afgan fi Quetta, il-Pakistan, skada it-2 ta' Frar 2006). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban, (d) ħu Atiqullah Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

2.

Atiqullah Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala Atiqullah)

Titlu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, Afganistan, (b) il-villaġġ ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandab, provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alizai, (d) ħu Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrativa tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f'Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjali tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

II.   L-entrata ta' hawn taħt għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Ahmed Shah Noorzai Obaidullah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Ahmed Shah Noorzai (b) Haji Ahmad Shah (c) Haji Mullah Ahmad Shah (d) Maulawi Ahmed Shah (e) Mullah Mohammed Shah)

Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi Data tat-twelid: (a) l-1 ta' Jannar 1985 (b) 1981 Post tat-twelid: Quetta, il-Pakistan. Nru tal-passaport: Passaport Pakistani numru NC5140251 maħruġ fit-23 ta' Ottubru 2009 jiskadi fit-22 ta' Ottubru 2014. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità nazzjonali Pakistana 54401-2288025-9. Indirizz: Quetta, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa sid ta' u jopera l-Roshan Money Exchange. (b) Ipprovda servizzi finanzjarji lil Ghul Agha Ishakzai u Taliban oħrajn fil-Provinċja ta' Helmand. Data tan-Nomina min-NU: 26.2.2013

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrativa tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmed Shah Noorzai Obaidullah huwa sid ta' u jopera l-Roshan Money Exchange, li tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku, jew servizzi finanzjarji u servizzi oħrajn lil jew b'appoġġ ta' u għat-Taliban. Il-Roshan Money Exchange jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jappoġġaw operazzjonijiet militari tat-Taliban u r-rwol tat-Taliban fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. Sa mill-2011, il-Roshan Money Exchange kienet waħda mill-fornituri ta' servizzi ta' flus prinċipali (jew "hawalas") użati mill-uffiċjali tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

Ahmed Shah ipprovda servizzi hawala lill-mexxejja tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helman għal numru ta' snin u, sa mill-2011, kien fornitur fdat ta' servizzi ta' flus għat-Taliban. Kmieni fl-2012, it-Taliban ordnaw lil Ahmed Shah jittrasferixxi flus lil numru ta' hawalas f'Lashkar Gah, il-Provinċja ta' Helmand, minn fejn kmandant anzjan tat-Taliban kien imbagħad jalloka l-fondi.

Tard fl-2011, Ahmed Shah ikkonsolida mijiet ta' eluf ta' dollari Amerikani biex jgħaddihom lill-Kummissjoni tal-Finanzi tat-Taliban u ttrasferixxa mijiet ta' eluf ta' dollari Amerikani għat-Taliban, inkluż lil kmandanti anzjani tat-Taliban. Ukoll tard fl-2011, Ahmed Shah irċieva permezz tal-fergħa tal-hawala tiegħu fi Quetta, il-Pakistan, trasferiment f'isem it-Taliban, li minnu ntuża flus biex jinxtara fertilizzant u komponenti għal apparat splussiv improvizzat (IED), inklużi batteriji u niċċa detonatriċi. F'nofs l-2011, il-kap tal-kummissjoni tal-finanzi tat-Taliban Gul Agha Ishakzai ta struzzjonijiet lil Ahmed Shah biex jiddepożita diversi miljuni ta' dollari Amerikani fir-Roshan Money Exchange għat-Taliban. Gul Agha spjega li meta trasferiment ta' flus kien meħtieġ, hu kien jinforma lil Ahmed Shah min hu t-Taliban li kellu jirċevihom. Ahmed Shah imbagħad kien jipprovdi l-fondi meħtieġa permezz tas-sistema tal-hawala tiegħu. Sa min-nofs l-2010, Ahmed Shah mexxa flus bejn il-Pakistan u l-Afganistan għal kmandanti tat-Taliban u għal traffikanti tan-narkotiċi. Barra mill-attivitajiet teigħu ta' faċilitazzjoni, Ahmed Shah għamel donazzjonijiet ta' somom ta' flus kbar imma mhux speċifiċi lit-Taliban fl-2011.


22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/58


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Marzu 2013

li tiffissa l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-aġġustament volontarju fir-Renju Unit għas-sena kalendarja 2013

(notifikata bid-dokument C(2013) 1577)

(It-Test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2013/146/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10c(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10b(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li kwalunkwe Stat Membru li jkun applika l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (2) fir-rigward tas-sena kalendarja 2012 jista’ japplika tnaqqis (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala ‘aġġustament volontarju’) għall-ammonti kollha ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw fit-territorju tiegħu fir-rigward tas-sena kalendarja 2013. L-aġġustament volontarju għandu jiġi applikat flimkien mal-aġġustament għall-pagamenti diretti pprovdut fl-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(2)

L-Artikolu 10b(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li l-Istati Membri jiddeċiedu dwar, u jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-rata tal-aġġustament volontarju għat-territorju kollu u, fejn applikabbli, għal kull reġjun u l-ammont totali li għandu jitnaqqas taħt l-aġġustament volontarju għat-territorju kollu u, fejn applikabbli, għal kull reġjun.

(3)

Ir-Renju Unit iffissa r-rati applikabbli reġjonalment li ġejjin għall-aġġustament volontarju skont l-Artikolu 10b(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u kkomunikahom lill-Kummissjoni:

Reġjun

Ammont ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi

(f’EUR)

Rata ta’ aġġustament volontarju

l-Ingilterra

Inqas minn 5 000

14  %

5 000 u iżjed iżda inqas minn 300 000

9  %

300 000 u iżjed

5  %

Wales

Inqas minn 5 000

6,5  %

5 000 u iżjed iżda inqas minn 300 000

1,5  %

300 000 u iżjed

0  %

l-Iskozja

Inqas minn 5 000

9  %

5 000 u iżjed iżda inqas minn 300 000

4  %

300 000 u iżjed

0  %

(4)

Ir-Renju Unit ikkomunika lill-Kummissjoni l-ammont totali li għandu jitnaqqas taħt l-aġġustament volontarju fis-sena kalendarja 2013, b’osservazzjoni tal-massimu ffissat fl-Artikolu 10b(3) u skont l-Artikolu 10b(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(5)

Għalhekk jeħtieġ li jiġi ffissat l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-aġġustament volontarju fir-Renju Unit,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont totali li jirriżulta mill-aġġustament volontarju fir-Renju Unit fis-sena kalendarja 2013 huwa ta’ EUR 296,3 miljun.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)   ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/60


DEĊIŻJONI Nru 1/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

tat-18 ta’ Marzu 2013

li temenda t-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati

(2013/147/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972 (1) u minn hawn ‘il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (2), iffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ dak il-Protokoll,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti prezzijiet ta’ referenza domestiċi għall-Partijiet Kontraenti.

(2)

Inbidlu l-prezzijiet reali fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għaliha huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet ta’ referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella III jeħdilha postha t-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni

(b)

Fit-Tabella IV, il-punt (b) jeħodlu postu t-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Luc DEVIGNE


(1)   ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)   ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS I

“TABELLA III

Il-prezzijiet ta’ referenza domestiċi tal-UE u l-Isvizzera

Materja prima agrikola

Il-prezz ta’ referenza domestiku tal-Isvizzera

Il-prezz ta’ referenza domestiku tal-UE

Artikolu 4(1)

Applikat fuq in-naħa Svizzera tad-Differenza fil-prezz ta’ referenza Svizzeru/UE

Artikolu 3(3)

Applikat fuq in-naħa tal-UE referenza Svizzeru/UE

CHF għal kull 100 kg nett

CHF għal kull 100 kg nett

CHF għal kull 100 kg nett

EUR kull 100 kg nett

Qamħ komuni

52,60

32,55

20,05

0,00

Qamħ durum

1,20

0,00

Segala

44,50

27,65

16,85

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

95,50

57,15

38,35

0,00

Trab tal-ħalib (whole milk)

603,80

348,65

255,15

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

419,50

316,45

103,05

0,00

Butir

1 037,65

383,65

654,00

0,00

Zokkor abjad

Bajd

38,00

0,00

Patata friska

42,10

31,35

10,75

0,00

Xaħam veġetali

170,00

0,00 ”


ANNESS II

“TABELLA IV

(b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa Svizzera

Art 3(2)

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa tal-UE

Art 4(2)

CHF għal kull 100 kg nett

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

17,00

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Rye

14,00

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

33,00

0,00

Trab tal-ħalib (whole milk)

217,00

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

88,00

0,00

Butir

514,00

0,00

Zokkor abjad

Bajd

32,00

0,00

Patata friska

9,00

0,00

Xaħam veġetali

145,00

0,00 ”


Rettifika

22.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/63


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 tat-23 ta’ Diċembru 2003 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 243)

F’paġna 267, Anness III, punt 8,

minflok:

8.   Is-sentenza applikabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

8.1.

Iva

8.2.

Le”,

aqra:

8.   Is-sentenza infurzabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

8.1.

Iva

8.2.

Le”.

F’paġna 269, Anness IV, punt 10,

minflok:

10.   Is-Sentenza hija applikabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

10.1.

Iva

10.2.

Le”,

aqra:

10.   Is-Sentenza infurzabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

10.1.

Iva

10.2.

Le”.