ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.081.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 81

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
21 ta' Marzu 2013

Werrej

III   Atti oħrajn

Paġna

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 205/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

1

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

3

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 207/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

6

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

8

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 209/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

9

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

10

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 211/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

11

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 212/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

12

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 213/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

13

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

14

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 215/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

15

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 216/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

16

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

17

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

18

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 219/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

20

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 220/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

22

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 221/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

23

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE

24

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 223/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

25

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 224/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

26

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

27

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 226/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE

28

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 227/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim ŻEE

29

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

30

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

31

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 230/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

32

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 231/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

33

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 232/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

34

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 233/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

35

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 234/2012 tal-31 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

36

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 235/2012 tal-31 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

37

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 236/2012 tal-31 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

38

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/1

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 205/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Il-Paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jispeċifika li “dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE għandhom japplikaw għall-Islanda ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, barra mill-ħut u annimali tal-akwakultura, u prodotti tal-annimali bħal ma huma l-bajd għat-tnissil, l-embrijuni, u s-semen. Meta att m’għandux japplika jew għandu japplika parzjalment għall-Islanda, għandu jiġi ddikjarat f’relazzjoni mal-att speċifiku”. Sabiex tinżamm konsistenza, referenza għal dan il-paragrafu għandha tiddaħħal fil-Ftehim ŻEE fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 (2), kif korretti mill-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1, kif inkorporat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (3).

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“Dan l-att japplika għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi nkluż wara l-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“17a.

32012 R 0427: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu ġew magħmula (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 132, 23.5.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/3

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 206/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012, dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2012 tat-2 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117 162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2012 tat-3 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 tas-7 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Pichia pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma AD) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2380/2001, (KE) Nru 1289/2004, (KE) Nru 1455/2004, (KE) Nru 1800/2004, (KE) Nru 600/2005, (UE) Nru 874/2010, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 388/2011, (UE) Nru 532/2011 u (UE) Nru 900/2011 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-annimali u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 532/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2012 tal-15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (7) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2012 tas-17 ta’ Frar 2012 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni tal-monensin sodiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma NV Belgium) (8) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1730/2006 fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-użu tal-aċidu benżojku (detentur tal-awtorizzazzjoni Emerald Kalama Chemical BV) (10) għadu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 227/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta’ Marzu 2012 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galaktożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120 604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2012 tad-19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tismin u fniek li ma jitrabbewx għall-ikel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(16)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 1y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001), 1zy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1289/2004), 1zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1455/2004) u 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004):

“—

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36).”

2.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36),

32012 R 0334: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2012 tad-19 ta’ April 2012 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 6).”

3.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006):

“, kif emendant minn:

32012 R 0333: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3).”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006):

“—

32012 R 0226: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 6).”

5.

Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punti 2h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2010), 2zc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2011) u 2zp (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011):

“, kif emendant minn:

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36).”

6.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2zi (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2011):

“, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36, kif emendat bi:

32012 R 0118: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36).”

7.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zw (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1263/2011):

“2zx.

32012 R 0081: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012, dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus pentosus (DSM 14025) bħala addittiv tal-għalf (ĠU L 29, 1.2.2012, p. 36).

2zy.

32012 R 0091: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2012 tat-2 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis (CBS 117 162) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Krka d.d.) (ĠU L 31, 3.2.2012, p. 3).

2zz.

32012 R 0093: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2012 tat-3 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 33, 4.2.2012, p. 1).

2zza.

32012 R 0098: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 tas-7 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill- Pichia pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma AD) (ĠU L 35, 8.2.2012, p. 6).

2zzb.

32012 R 0131: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2012 tal-15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH) (ĠU L 43, 16.2.2012, p. 15).

2zzc.

32012 R 0136: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2012 tas-16 ta’ Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ bisulfat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (ĠU L 46, 17.2.2012, p. 33).

2zzd.

32012 R 0140: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2012 tas-17 ta’ Frar 2012 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni tal-monensin sodiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma NV Belgium) (ĠU L 47, 18.2.2012, p. 18).

2zze.

32012 R 0227: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 227/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal- Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 8).’

2zzf.

32012 R 0237: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta’ Marzu 2012 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galaktożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120 604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1).

2zzg.

32012 R 0333: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3).

2zzh.

32012 R 0334: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2012 tad-19 ta’ April 2012 jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija tas- Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-fniek għat-tismin u fniek li ma jitrabbewx għall-ikel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 6).”

8.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 31m (ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendant minn:

32012 R 0225: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 81/2012, (UE) Nru 91/2012, (UE) Nru 93/2012, (UE) Nru 98/2012, (UE) Nru 118/2012, (UE) Nru 131/2012, (UE) Nru 136/2012, (UE) Nru 140/2012, ir-Regolament (UE) Nru 225/2012, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 226/2012, (UE) Nru 227/2012, (UE) Nru 237/2012, (UE) Nru 333/2012 u (UE) Nru 334/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 29, 1.2.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 31, 3.2.2012, p. 3.

(3)  ĠU L 33, 4.2.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 35, 8.2.2012, p. 6.

(5)  ĠU L 38, 11.2.2012, p. 36.

(6)  ĠU L 43, 16.2.2012, p. 15.

(7)  ĠU L 46, 17.2.2012, p. 33.

(8)  ĠU L 47, 18.2.2012, p. 18.

(9)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 1.

(10)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 6.

(11)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 8.

(12)  ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1.

(13)  ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3.

(14)  ĠU L 108, 20.4.2012, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/6

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 207/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2012 tas-16 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu tal-Isfar Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 270/2012 tas-26 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-ammidosulfuron, l-ażossistrobina, il-bentażon, il-biksafen, iċ-ċiprokonażol, il-fluwopiram, l-imażapik, il-malatjon, il-propikonażol u l-ispinosad f’ċerti prodotti jew fuqhom (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 378/2012 tad-3 ta’ Mejju 2012 li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li saru fuq l-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (5) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/770/UE tat-13 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/980/UE dwar il-kondizzjonijiet ta’ użu ta’ indikazzjoni tas-saħħa awtorizzata dwar l-effett ta’ konċentrat tad-tadam li jinħall fl-ilma fl-aggregazzjoni tal-plejtlets (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2012, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2008/60/KE (7), 2008/84/KE (8) u 2008/128/KE (9) li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2012.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 252/2012 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006 (10), li jinsab inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II mal-Ftehim. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(10)

Għalhekk, l-Annessi I u II għall-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0270: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 270/2012 tas-26 ta' Marzu 2012 (ĠU L 89, 27.3.2012, p. 5).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jkun miżjud fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0270: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 270/2012 tas-26 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 89, 27.3.2012, p. 5).”

2.

It-test tal-punt 54zzzn (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006) għandu jitħassar.

3.

It-test tal-punti 54zzzy (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE), 54zzzzg (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE) u 54zzzzh (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/128/KE) għandu jitħassar.

4.

L-inċiż li ġej se jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0232: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2012 tas-16 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 78, 17.3.2012, p. 1).”

5.

Li ġej għandu jinżdied fil-punt 54zzzzw (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/980/UE):

“, kif emendant minn:

32010 D 0770: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/770/UE tat-13 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 328, 14.12.2010, p. 18).”

6.

Il-punti li ġejjin se jiddaħħlu wara l-punt 68 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011):

“69.

32012 R 0231: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad- 9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1)

70.

32012 R 0252: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 (ĠU L 84, 23.3.2012, p. 1).

71.

32012 R 0378: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 378/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa li saru fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 9).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 231/2012, (UE) Nru 232/2012, (UE) Nru 252/2012, (UE) Nru 270/2012 u (UE) Nru 378/2012 u d-Deċiżjoni 2010/770/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 84, 23.3.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 89, 27.3.2012, p. 5.

(5)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 9.

(6)  ĠU L 328, 14.12.2010, p. 18.

(7)  ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17.

(8)  ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1.

(9)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 20.

(10)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 32.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/8

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 208/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 45zt (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008) tal-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0459: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012 tad-29 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 459/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 16.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/9

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 209/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom (1), għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 45zza (ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0523: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 160, 21.6.2012, p. 8).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45zzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012):

“45zzr.

32012 R 0523: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom (ĠU L 160, 21.6.2012, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 523/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 160, 21.6.2012, p. 8.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/10

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 210/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I biex jinkludi isem ġdid ta’ fibra tat-tessuti, l-Anness I, u bl-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessuti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 4d (ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32012 R 0286: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 95, 31.3.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 286/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 (2), skont liema minn dawn tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 95, 31.3.2012, p. 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

(2)  ĠU L 341, 13.12.2012, p. 8.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/11

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 211/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 12w (ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32010 R 0756: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 756/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 223, 25.8.2010, p. 20.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/12

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 212/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi I u III (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 12w (ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32010 R 0757: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 29).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 757/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 223, 25.8.2010, p. 29.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/13

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 213/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal-11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zzh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/78/UE) fil-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“12zzi

32012 R 0493: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 493/2012 tal-11 ta’ Ġunju 2012 li jistipula, skont id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli dettaljati dwar il-kalkolu tal-effiċjenzi tar-riċiklaġġ tal-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (ĠU L 151, 12.6.2012, p. 9).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 493/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 151, 12.6.2012, p. 9.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/14

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 214/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/292/KE tal-24 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u paliti tal-plastik fejn għandhom x’jaqsmu l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“7f.

32009 D 0292: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/292/KE tal-24 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u paliti tal-plastik fejn għandhom x’jaqsmu l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 79, 25.3.2009, p. 44).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/292/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 79, 25.3.2009, p. 44.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/15

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 215/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/9/UE tas-7 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness I mad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 3 (id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32012 L 0009: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/9/UE tas-7 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 69, 8.3.2012, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2012/9/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 69, 8.3.2012, p. 15.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/16

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 216/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/347/UE tad-19 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/388/KE dwar Trasferiment Intra-Komunitarju ta’ dokument dwar l-isplussivi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/388/KE) tal-Kapitolu XXIX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32010 D 0347: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/347/UE tad-19 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 155, 22.6.2010, p. 54).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/347/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 155, 22.6.2010, p. 54.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/17

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 217/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2010/30/UE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b’hekk għandha konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE) fil-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi mibdul b’li ġej:

32010 L 0030: Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tal-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE) fl-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi mibdul b’li ġej:

32010 L 0030: Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1) (3).

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2010/30/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012 jew fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), skont liema tkun l-aħħar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/18

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 218/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti tad-dar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (3), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1059/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/17/KE (5) li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1060/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/2/KE (6) li hija inkorporata fil-Ftehim, u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE

(7)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1061/2010 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/12/KE (7) li hija inkorporata fil-Ftehim, u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(8)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punti 4a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), 4b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u 4f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Kapitolu IV huma mħassra.

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 4h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Kapitolu IV:

“4i.

32010 R 1059: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

4j.

32010 R 1060: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

4k.

32010 R 1061: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47), kif ikkoreġut bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72.

4 l.

32010 R 1062: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).”

3.

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 1 huwa mħassar.

4.

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 2 huwa mħassar.

Artikolu 2

L-Anness IV ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 11a (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), 11b (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u 11f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) għandu jitħassar.

2.

Il-punti li ġejjin huma inseriti wara l-punt 11h (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE):

“11i.

32010 R 1059: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1) (8).

11j.

32010 R 1060: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17) (8).

11k.

32010 R 1061: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-rekwiżiti tat-tikkettar enerġetiku tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47), kif ikkoreġut bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72  (8).

11l.

32010 R 1062: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64) (8).

(8)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-ispeċifikazzjonijiet, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni."

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), it-Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 5 huwa mħassar.

4.

It-test tat-Taqsima 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE), it-Taqsima 2 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE) u t-Taqsima 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE) tal-Appendiċi 6 huwa mħassar.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti ta' Delega (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 249, 27.9.2011, p. 21 u ĠU L 297, 16.11.2011, p. 72, u (UE) Nru 1062/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47.

(4)  ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64.

(5)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(6)  ĠU L 45, 17.2.1994, p. 1.

(7)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(9)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/20

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 219/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 626/2011 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/531/KEE (3) u d-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim, tħassru fl-UE u konsegwentement għandhom jitħassru taħt il-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test ta’ punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/531/KEE:) u 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE:) tal-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar.

2.

It-test tal-punt 4h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Kapitolu IV għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

3.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 4l (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010) tal-Kapitolu IV:

“4m.

32011 R 0626: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).”

4.

It-test tat-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 1 u t-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 2 għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 2

L-Anness IV ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 11h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

2.

Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 11l (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010):

“11m.

32011 R 0626: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1). (5)

(5)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni.”"

3.

It-test tat-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 5 u t-Taqsima 7 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE) tal-Appendiċi 6 għandu jiġi mħassar b’effett, l-iktar kmieni, mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 626/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (6), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 26.

(3)  ĠU L 145, 13.6.1979, p. 7.

(4)  ĠU L 344, 6.12.1986, p. 24.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(6)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/22

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 220/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tat-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kondizzjonaturi tal-arja u fannijiet domestiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(2)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6 (id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“6a.

32012 R 0206: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kondizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet domestiċi (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 26a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE) tal-Anness IV għall-Ftehim ŻEE:

“26b.

32012 R 0206: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kondizzjonaturi tal-arja u fannijiet domestiċi (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 206/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/23

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 221/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/335/UE tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2009/28/KE ma tapplikax għal-Liechtenstein u konsegwentement id-Deċiżjoni 2010/335/UE m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiġi miżjud fil-punt 43 (ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0228: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 62, 9.3.2011, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 43 (ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“44.

32010 D 0335: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/335/UE tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE (ĠU L 151, 17.6.2010, p. 19).

Id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 228/2010 u d-Deċiżjoni 2010/335/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 62, 9.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 151, 17.6.2010, p. 19.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/24

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 222/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012 li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness VII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness VII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0623: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 623/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/25

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 223/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (1), irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1702/2003 (2), li jinsab inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

32012 R 0748: Ir-regolament (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi..

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012 dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 51.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/26

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 224/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (1) irid ikun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0593: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 176, 6.7.2012, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 593/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 176, 6.7.2012, p. 38.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/27

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 225/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (1) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (2), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE skada u konsegwentement se jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XV għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XV tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 1e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001) għandu jitħassar.

2.

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE):

“1ha.

32012 R 0360: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 1(1), il-kliem ‘Artikolu 106(2) tat-Trattat’ jinqara ‘Artikolu 59(2) tal-Ftehim ŻEE’.

(b)

Dan li ġej jinżdied fl-Artikolu 1(2):

‘Dan ir-Regolament japplika biss għas-setturi koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim ŻEE.’

(c)

Fl-Artikolu 2(1), il-kliem ‘Artikolu 107(1) tat-Trattat’ jinqara ‘Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE’.

(d)

Fl-Artikolu 2(1), il-kliem ‘Artikolu 108(3) tat-Trattat’ jinqara ‘Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta’ Sorveljanza u tal-Qorti’.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 360/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/28

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 226/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 842/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1564/2005 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2005 (2), li jinsab inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 6c (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1564/2005) jitħassar.

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2005):

“6d.

32011 R 0842: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 842/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1564/2005 (ĠU L 222, 27.8.2011, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 222, 27.8.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 257, 1.10.2005, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/29

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 227/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2012/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2012 li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE,

(2)

L-Anness XVIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 L 0011: Id-Direttiva 2012/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2012 (ĠU L 110, 24.4.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2012/11/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 110, 24.4.2012, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/30

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 228/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/141/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-liġijiet tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza (1) reċiproka għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 7fa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/76/KE) tal-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE:

“—

32011 D 0141: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/141/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/141/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 59, 4.3.2011, p. 63.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/31

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 229/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi assunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 7h (id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX ta’ mal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32011 L 0090: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/90/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 35.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/32

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 230/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE,

(2)

Id-Direttiva 2011/92/UE tħassar id-Direttiva 85/337/KEE (2) tal-Kunsill, li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b’hekk għandha konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 1a (Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE) fl-Anness XX tal-Ftehim ŻEE huwa mibdul b’li ġej:

32011 L 0092: Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/92/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/33

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 231/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE tat-12 ta’ Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta’ Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“2ze.

32012 D 0448: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE tat-12 ta’ Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26).

2zf.

32012 D 0481: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta’ Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2012/448/UE u 2012/481/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 200/2012 tad-26 ta’ Ottubru 2012 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 21, 24.1.2013, p. 50.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/34

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 232/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006, (KE) Nru 657/2007 u (KE) Nru 1178/2008 fir-rigward ta’ adattamenti relatati mat-tneħħija tal-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali (1) għandu jkun inkporporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98) u 2c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006) tal-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0461: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 461/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 26.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/35

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 233/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011 sa 2013) (1) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (2).

(2)

Is-sospensjoni tal-applikabbiltà tar-Regolament għall-Islanda għandha tintemm.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din it-terminazzjoni tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 8c tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, l-adattament (e) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 21.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/36

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 234/2012

tal-31 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ape (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim ŻEE:

“21apf.

32012 R 0600: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 600/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/37

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 235/2012

tal-31 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2012 tat-30 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 biex tiġi elenkata pjattaforma tal-irkant li trid tiġi maħtura mill-Ġermanja u jikkoreġi l-Artikolu 59(7) tiegħu (2), irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/498/UE tas-17 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (3), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012, kif ikkoreġut bil-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43, iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

(5)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE hu emendat kif ġej:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 21ala (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010):

“—

32012 R 0784: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 784/2012 tat-30 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 234, 31.8.2012, p. 4).”

2.

Jiżdied l-inċiż li ġej fil-punti 21alb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE) u 21alc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE):

“—

32012 D 0498: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/498/UE tas-17 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 241, 7.9.2012, p. 52).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21apf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012):

“21apg.

32012 R 0601: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30), kif ikkoreġut bil-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43.”

4.

It-test tal-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE) jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 601/2012, kif ikkoreġuti permezz tal-ĠU L 347, 15.12.2012, p. 43 u (UE) Nru 784/2012, u d-Deċiżjoni 2012/498/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30.

(2)  ĠU L 234, 31.8.2012, p. 4.

(3)  ĠU L 241, 7.9.2012, p. 52.

(4)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/38

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 236/2012

tal-31 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni għall-perjodu ta’ negozjar li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013, u għal perjodi ta’ negozjar sussegwenti, tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 u (UE) Nru 920/2010 (1), irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (2) ma kinitx inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar previsti f’din id-Deċiżjoni, ma japplikawx għall-Istati tal-EFTA.

(3)

L-Istati tal-EFTA huma inklużi fir-Reġistru tal-Unjoni u fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL). L-Amministratur Ċentrali tal-EUTL għandu jwettaq il-kompiti tiegħu fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fejn l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun il-korp kompetenti li tagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-Amministratur Ċentrali b’rabta mad-dispożizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1193/2011 għall-Istati tal-EFTA, kif xieraq.

(4)

Il-Partijiet Kontraenti jifhmu li n-natura speċifika tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet (l-ETS tal-UE) u s-sistema standardizzata u sikura tar-reġistri relatata skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jipprovdu għall-istabbiliment ta’ Reġistru tal-Unjoni, jeħtieġu regoli speċjali dwar il-ħżin u l-aċċess tad-dejta rigward ir-Reġistru tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-istandards tal-iskambju tad-dejta għas-sistemi tar-reġistri skont il-Protokoll ta’ Kyoto, u li t-trasferimenti ta’ tali kwoti jkunu kompatibbli mal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-Protokoll ta’ Kyoto.

(5)

Ir-reġistru tal-Unjoni għandu jirrifletti l-estensjoni tal-ETS tal-UE għall-Istati tal-EFTA. Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (4), il-Kont ta’ Kwantità Totali tal-UE, il-Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE, il-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-UE, il-Kont ta’ Allokazzjoni tal-UE, il-Kont ta’ Riżerva tal-UE għal Min Jidħol Ġdid, il-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-Avjazzjoni tal-UE u l-Kont ta’ Riżerva Speċjali tal-UE, iħaddnu l-kwoti tal-Istati tal-EFTA.

(6)

Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-karattru distintiv tar-Reġistru tal-Unjoni u tal-EUTL kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-operat sikur u tal-manutenzjoni tas-sistema. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tiggarantixxi s-sospensjoni immedjata tal-aċċess meta jkun meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1193/2011, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni r-rwol tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din is-soluzzjoni hija bla ħsara għall-kwistjonijiet futuri dwar l-istruttura taż-żewġ pilastri stabbilita skont il-Ftehim ŻEE.

(7)

Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li huwa essenzjali għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Parti Kontraenti, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Eurojust kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fl-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti, l-amministraturi nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, li għandu jingħatalhom id-dritt li jiksbu ċerta dejta maħżuna fir-reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL f’każijiet definiti, b’mod ċar, jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1193/2011 u l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 (7) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1193/2011.

(8)

Għall-istess raġuni, il-Partijiet Kontraenti, għalkemm ifakkru li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (8) mhix inkorporata fil-Ftehim ŻEE, jirrikonoxxu li l-Europol għandu aċċess permanenti għall-qari tad-dejta maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL.

(9)

Il-Partijiet Kontraenti jfakkru, madankollu, li l-għoti tad-dritt għall-informazzjoni u tal-aċċess permanenti tal-qari tad-dejta kif previsti fl-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1193/2011 u l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 920/2010, kif emendati bir-Regolament (UE) Nru 1193/2011, huma bla ħsara għall-ftehim li, l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali kif ukoll l-amministrazzjoni jew l-infurzar tat-taxxa, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjonji tal-Ftehim ŻEE, u li għalhekk ir-Regolamenti ma jagħtux lill-istituzzjonijiet imsemmija xi drittijiet oħra għajr dawk previsti b’mod espliċitu fl-Artikoli 83 u 75 rispettivament.

(10)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-Punt 21an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010) jiġi emendat kif ġej:

(i)

Jiżdied dan li ġej:

“, kif emendant bi:

32011 R 1193: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 315, 29.11.2011, p. 1).”

(ii)

L-addattamenti (h) u (i) jiġu nnumerati mill-ġdid bħala addattamenti (j) u (m).

(iii)

L-adattament li ġej jiġi inkluż wara l-adattament (g):

“(h)

Is-subparagrafi li ġejjin jiġu miżjuda fl-Artikoli 64(1) u 64a(2):

‘Fir-rigward ta’ kontijiet f’ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA, il-Kummissjoni tgħarraf minnufih lill-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar l-istruzzjonijiet mogħtija lill-Amministratur Ċentrali, u r-raġunijiet għal dawn l-istruzzjonijiet.

F’każ li s-sospensjoni ta’ aċċess ma tkunx orizzontali u saħansitra tkun diretta lejn kontijiet individwali fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tadotta fi żmien tlett ijiem deċiżjoni dwar l-applikabilità tal-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-ispjegazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma jkollu l-ebda effett fuq il-validità tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni jew fuq l-azzjoni meħuda mill-Amministratur Ċentrali.’

(i)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 64a(3):

‘Il-kelma “Kummissjoni” tiġi sostitwita bil-kliem “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” meta jkunu kkonċernati d-detenturi tal-kontijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA.’ ”

(iv)

L-adattazzjonijiet li ġejjin jiddaħħlu wara l-adattazzjoni (j):

“(k)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 75(5a):

‘Fir-rigward ta’ detenturi ta’ kontijiet fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA, tali dejta tista’ tiġi pprovduta mill-Amministratur Ċentrali wara li jingħata kunsens minn qabel mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’

(l)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 75(3):

‘Il-Europol għandu jżomm lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u lill-Kummissjoni infurmati bl-użu li jagħmel mid-dejta meta d-detenturi tal-kontijiet fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA jkunu kkonċernati.’ ”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 21an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010):

“21ana.

32011 R 1193: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni għall-perjodu ta’ negozjar li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013, u għal perjodi ta’ negozjar sussegwenti, tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 u (UE) Nru 920/2010 (ĠU L 315, 29.11.2011, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinftiehmu skont l-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni ta’ kwoti li jikkonċernaw l-Istati tal-EFTA, l-operaturi tagħhom u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minnhom, jiġu rreġistrati fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL).

L-Amministratur Ċentrali jkun kompetenti biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, tal-operaturi tagħhom jew tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minnhom.

(b)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-Artikolu 7(4):

‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mal-amministraturi nazzjonali ta’ kull Stat tal-EFTA u l-Amministratur Ċentrali.’

(c)

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-Artikolu 31(7):

‘Il-kelma “Kummissjoni” tiġi sostitwita bil-kliem “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” meta jkunu kkonċernati d-detenturi tal-kontijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA.’

(d)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikoli 49(2), 50(2), 53(2) u 54(3):

‘Fejn ikollhom x’jaqsmu t-tabelli ta’ allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati tal-EFTA, l-Amministratur Ċentrali jingħata l-istruzzjonijiet mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’

(e)

Is-subparagrafi li ġejjin jiżdiedu fl-Artikoli 70(1) u 71(2):

‘Fir-rigward ta’ kontijiet f’ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA, il-Kummissjoni tgħarraf minnufih lill-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar l-istruzzjonijiet mogħtija lill-Amministratur Ċentrali, u r-raġunijiet għal dawn l-istruzzjonijiet.

F’każ li s-sospensjoni ta’ aċċess ma tkunx orizzontali u saħansitra tkun diretta lejn kontijiet individwali fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tadotta fi żmien tlett ijiem deċiżjoni dwar l-applikabilità tal-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-ispjegazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma jkollu l-ebda effett fuq il-validità tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni jew fuq l-azzjoni meħuda mill-Amministratur Ċentrali.’

(f)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 71(3):

‘Il-kelma “Kummissjoni” tiġi sostitwita bil-kliem “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” meta jkunu kkonċernati d-detenturi tal-kontijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA.’

(g)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 73(3):

‘Amministratur nazzjonali ta’ Stat tal-EFTA jista’ jitlob lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa’ ddaħħal proċessi skont il-paragrafu 1 jekk tikkunsidra li l-kwistjonijiet pendenti li kkawżaw is-sospensjoni jistgħu jissolvew. Jekk dan ikun il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tagħti istruzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali sabiex jerġa’ jdaħħal dawn il-proċessi. Jekk dan ma jkunx il-każ, hija għandha tirrifjuta t-talba fi żmien raġonevoli u mingħajr dewmien tinforma lill-amministratur, filwaqt li tagħti r-raġunijiet u tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jintlaħqu biex meta ssir talba oħra din tkun tista’ tintlaqa’.’

(h)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 83(3):

‘Fir-rigward ta’ detenturi ta’ kontijiet fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA, tali dejta tista’ tiġi pprovduta mill-Amministratur Ċentrali wara li jingħata kunsens minn qabel mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’

(i)

Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 83(6):

‘Il-Europol għandu jżomm lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u lill-Kummissjoni infurmati bl-użu li jagħmel mid-dejta meta d-detenturi tal-kontijiet fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat tal-EFTA jkunu kkonċernati.’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1193/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL

(1)  ĠU L 315, 29.11.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(4)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.

(5)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(6)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(7)  ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1.

(8)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.