|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.079.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 252/2013/UE
tal-11 ta’ Marzu 2013
li tistabbilixxi Qafas Multiannwali għall-2013-2017 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Europea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
B’kunsiderazzjoni tal-objettivi tal-fondazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”), u sabiex l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha tajjeb, l-oqsma tematiċi preċiżi tal-attività tagħha għandhom jiġu determinati minn Qafas Multiannwali li jkopri ħames snin kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (1). |
|
(2) |
L-ewwel Qafas Multiannwali ġie addotat mill-Kunsill fid-Deċiżjoni 2008/203/KE tat-28 ta’ Frar 2008 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Qafas Multiannwali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 (2). |
|
(3) |
Il-Qafas Multiannwali għandu jitwettaq biss fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-Qafas Mutiannwali għandu jkun konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed kont dovut tal-orjentamenti li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u mill-konklużjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. |
|
(5) |
Il-Qafas Multiannwali għandu jagħti l-importanza xierqa lir-riżorsi finanzjarji u umani tal-Aġenzija. |
|
(6) |
Il-Qafas Multiannwali għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex tkun żgurata l-komplementarjetà mar-responsabbiltajiet ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aġenziji u korpi l-iktar relevanti tal-Unjoni relattivament għal dan il-Qafas Multiannwali huma l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 (4), in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE (5), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Eurojust, l-unità għall-koperazzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (EUROJUST) stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (8), l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (9), il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (10), l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (Aġenzija tal-IT) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (EUROFOUND) stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 1365/75 (12). |
|
(7) |
Il-Qafas Multiannwali għandu jinkludi l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata fost l-oqsma tematiċi tal-attività tal-Aġenzija. |
|
(8) |
Fid-dawl tal-importanza tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għall-Unjoni, li għamlitha bħala waħda mill-ħames miri tal-istrateġija għat-tkabbir Ewropa 2020, l-Aġenzija għandha tqis il-prekondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jippermettu tgawdija effettiva tad-drittijiet fundamentali meta tiġbor u tqassam data fi ħdan l-oqsma tematiċi stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
L-Aġenzija, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dment li r-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jkunu jippermettu dan, tista’ taħdem barra mill-oqsma tematiċi determinati mill-Qafas Multiannwali, f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007. F’konformità mal-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura li taqdi u tħares liċ-ċittadini (13), adottat mill-Kunsill Ewropew, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-kompetenza esperta tal-Aġenzija, u fejn ikun meħtieġ, jikkonsultaw mal-Aġenzija, f’konformità mal-mandat tagħha, fir-rigward tal-iżvilupp ta’ linji ta’ politika u leġislazzjoni b’implikazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali. |
|
(10) |
Fit-tħejjija tal-proposta tagħha, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija u rċeviet kummenti bil-miktub fit-18 ta’ Ottubru 2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Qafas Multiannwali
1. B’dan huwa stabbilit Qafas Multiannwali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”) għall-perijodu 2013-2017.
2. L-Aġenzija għandha, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, twettaq il-kompiti ddefiniti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fl-ambitu tal-oqsma tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Oqsma tematiċi
L-oqsma tematiċi għandhom ikunu s-segwenti:
|
(a) |
l-aċċess għall-ġustizzja; |
|
(b) |
il-vittmi ta’ kriminalità, inkluż il-kumpens għall-vittmi tal-kriminalità; |
|
(c) |
is-soċjetà tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali; |
|
(d) |
l-integrazzjoni tar-Roma; |
|
(e) |
il-kooperazzjoni ġudizzjarja, ħlief fi kwistjonijiet kriminali; |
|
(f) |
id-drittijiet tat-tfal; |
|
(g) |
id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; |
|
(h) |
l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti, il-viżi u l-kontroll tal-fruntieri u l-asil; |
|
(i) |
ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata. |
Artikolu 3
Komplementarjetà u kooperazzjoni ma’ korpi oħra
1. L-Aġenzija għandha tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni xierqa ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, mal-Istati Membri, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mas-soċjetà ċivili, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, għall-implimentazzjoni tal-Qafas Multiannwali.
2. L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet relatati mad-diskriminazzjoni abbażi ta’ sess biss bħala parti minn, u safejn ikun rilevanti għal, xogħolha fil-kuntest tal-punt (g) tal-Artikolu 2, filwaqt li jitqies li huwa għall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) biex jiġbor id-data dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diskriminazzjoni bejn is-sessi. L-Aġenzija u l-EIGE għandhom jikkooperaw f’konformità mal-ftehim ta’ kooperazzjoni tat-22 ta’ Novembru 2010.
3. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (EUROFOUND) f’konformità mal-ftehim ta’ kooperazzjoni tat-8 ta’ Ottubru 2009, u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni (Frontex) f’konformità mal-ftehim ta’ koperazzjoni tas-26 ta’ Mejju 2010. Barra minn hekk, hija għandha tikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO), man-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, mal-Eurojust, l-unità għall-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), mal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u mal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (Aġenzija tal-IT) f’konformità mal-ftehimiet ta’ koperazzjoni rispettivi futuri. Il-kooperazzjoni ma’ dawn il-korpi għandha tkun limitata għal attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-oqsma tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
4. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fil-qasam tas-soċjetà tal-informazzjoni u, partikolarment, fir-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni ta’ data personali, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, jiġu rrispettati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont id-dmirijiet u poteri tiegħu kif previst fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
5. L-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill tal-Ewropa f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill tal-Ewropa (14), imsemmi f’dak l-Artikolu.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(3) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(4) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(5) ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7.
(6) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(9) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(10) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(11) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(12) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/4 |
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ dawn l-emendi.
Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (4) ġie adottat fit-12 ta’ Diċembru 2012.
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2012 innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 se jiġu applikati għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u d-Danimarka.
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim u huwa meqjus bħala anness għalih.
B’referenza għall-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 fid-Danimarka tista’ sseħħ billi jemenda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ permezz tad-Deċiżjoni tal-Parlament Daniż. Skont l-Artikolu 3(5)(b) tal-Ftehim, id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-data li fiha l-miżuri leġiżlattivi implimentazzjoni bħal dawn jidħlu fis-seħħ.
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.
REGOLAMENTI
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/5 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2013
tal-15 ta’ Jannar 2013
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, billi jitqiesu l-iżviluppi u l-bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni. |
|
(2) |
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) irrevediet il-verżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni (ISCED) li ntużat sa issa (ISCED 1997) bl-għan li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
|
(3) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti A tat-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
It-Taqsima 3 hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2013
tal-20 ta’ Marzu 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 132 tagħhom,
Billi:
|
(1) |
Mir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta' April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (2), imwettqa skont l-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament, jirriżulta li dan ir-Regolament għandu jiġi emendat minn diversi rigwardi. |
|
(2) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, huwa xieraq li jiġu ċċarati l-konsegwenzi ta' ħlasijiet tard lill-Aġenzija. L-Aġenzija ma għandhiex tagħti lura miżati jew imposti qabel tkun rifjutata s-sottomissjoni kkonċernata. Madankollu l-miżati u l-imposti mħallsa wara rifjut bħal dan għandhom jingħataw lura bħala ħlasijiet mhux dovuti. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-aġġornamenti ta' reġistrazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet ta' kunfidenzjalità, jixraq li l-miżati jiġu applikati b'mod konsistenti irrispettivament minn meta ssir it-talba. Fir-rigward tal-aġġornamenti ta' reġistrazzjoni ħlief l-aġġornamenti tal-medda ta' tunnellaġġ, huwa xieraq li tkun prevista l-possibbiltà li r-reġistrant jitlob estensjoni tat-tieni skadenza għall-ħlas tal-miżata korrispondenti ħalli r-reġistrant ikollu aktar żmien biex jagħmel il-ħlas. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar miżati mraħħsa għal talbiet tal-kunfidenzjalità f'sottomissjonijiet konġunti jew minn reġistranti prinċipali. |
|
(5) |
Fir-rigward ta' miżati għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u imposti għal reviżjonijiet ta' awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 61 ta' dan ir-Regolament, kull xenarju ta' espożizzjoni ma għandux jibqa' jitqies b'mod awtomatiku bħala użu wieħed billi l-għadd tal-użi addizzjonali li ssir applikazzjoni għalihom f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew ir-rapport tar-reviżjoni tal-awtorizzazzjoni jista' mhux bilfors ikun identiku għan-numru ta' xenarji ta' espożizzjoni inklużi f'dawn is-sottomissjonijiet. |
|
(6) |
Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-miżata bażi jew l-imposta bażi u kull miżata jew imposta addizzjonali, inkluż f'każijiet ta' applikazzjonijiet konġunti għal awtorizzazzjoni u rapporti konġunti ta' reviżjoni. |
|
(7) |
L-Aġenzija tista' titlob evidenza li japplikaw il-kundizzjonijiet għal roħs tal-miżati jew l-imposti jew għal rinunzja tal-miżati. Sabiex tkun tista' tivverifika li jkunu ntlaħqu dawn il-kundizzjonijiet, huwa meħtieġ li tintalab is-sottomissjoni ta' din l-evidenza f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew f'lingwa oħra, jekk din tkun disponibbli f’lingwa oħra, bi traduzzjoni ċċertifikata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. |
|
(8) |
Huwa xieraq ukoll li, wara r-reviżjoni tal-miżati u l-imposti, f'konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 340/2008, fid-dawl tar-rata annwali medja tal-inflazzjoni applikabbli ta' 3,1% għal April tal-2012 kif ippubblikata mill-Eurostat, il-miżati u l-imposti standard ikunu adatti skont din ir-rata. |
|
(9) |
Il-miżati u l-imposti mraħħsa eżistenti applikabbli għal intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) għandhom jitnaqqsu aktar ħalli jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż regolatorju u l-bosta sfidi prattiċi li jiltaqgħu magħhom l-SMEs biex iħarsu l-obbligi tar-REACH, b'mod partikolari l-obbligu tar-reġistrazzjoni, kif identifikati fir-Rapport mingħand il-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni f'konformità mal-Artikolu 117(4) tar-REACH u mal-Artikolu 46(2) tas-CLP, u reviżjoni ta' ċerti elementi tar-REACH f'konformità mal-Artikoli 75(2), 138(2), 138(3) u 138(6) tar-REACH (3). |
|
(10) |
Sabiex jiġi bbilanċjat mill-ġdid it-tqassim tal-miżati u l-imposti fost bosta klassijiet tad-daqs tal-kumpaniji, il-miżati u l-imposti standard għandhom jiżdiedu aktar b'4% fil-qasam tar-reġistrazzjoni u bi 3,5% fil-qasam tal-awtorizzazzjoni wara li jitqiesu, minn naħa, l-ispejjeż tal-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi li jagħtu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u, min-naħa l-oħra, aktar roħs tal-miżati u l-imposti għall-SMEs u l-għadd ta' SMEs involuti. |
|
(11) |
L-aġġustament ġenerali tal-miżati u imposti huwa ffissat f'livell b'tali mod li d-dħul idderivat minnhom meta kkombinat ma' sorsi oħra ta' dħul tal-Aġenzija skont l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ikun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tas-servizzi mogħtija. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sottomissjonijiet validi li huma pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Minħabba li sustanzi ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 iridu jkunu rreġistrati sal-31 ta' Mejju 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minħabba urġenza. |
|
(15) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej: "7. Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor." |
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej: "7. Meta r-reġistrazzjoni tiġi rifjutata għax ir-reġistrant ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżata qabel l-iskadenzi, il-miżati mħallsa għal din ir-reġistrazzjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati lir-reġistrant mod ieħor." |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: "3. Fil-każ ta' talba li tirreferi għal sottomissjoni konġunta, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa, kif inhu stabbilit fl-Anness IV. Fil-każ ta' talba mingħand reġistrant prinċipali, l-Aġenzija għandha titlob miżata mraħħsa lir-reġistrant prinċipali biss, kif inhu stabbilit fl-Anness IV." |
|
(5) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej: "5. Meta tkun ġiet rifjutata notifika jew talba għal estensjoni għax il-manifattur, l-importatur, jew il-produttur tal-oġġetti ma jkunx ta l-informazzjoni nieqsa jew għax ma jkunx ħallas il-miżati jew l-imposti qabel l-iskadenzi, il-miżati u l-imposti mħallsa għal din in-notifika jew it-talba għal estensjoni qabel ġiet rifjutata, ma għandhomx jingħataw lura u lanqas jiġu kreditati mod ieħor lill-persuna li qed tagħmel in-notifika jew it-talba." |
|
(6) |
Fl-Artikolu 8, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-miżata bażi jew kull miżata addizzjonali applikabbli, inkluż fil-każ ta' applikazzjoni konġunta għal awtorizzazzjoni." |
|
(7) |
Fl-Artikolu 9, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "L-Aġenzija għandha toħroġ fattura waħda li tkopri l-miżata bażi jew kull miżata addizzjonali applikabbli, inkluż fil-każ ta' applikazzjoni konġunta għal awtorizzazzjoni." |
|
(8) |
Fl-Artikolu 13(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu: "Meta l-evidenza li trid titressaq lill-Aġenzija ma tkunx f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, din għandha jkollha magħha traduzzjoni ċċertifikata f'xi waħda mil-lingwi uffiċjali." |
|
(9) |
Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi kontinwament dan ir-Regolament fid-dawl ta' informazzjoni sinifikanti li ssir disponibbli fir-rigward tal-preżunzjonijiet sottostanti għal dħul u nfiq antiċipati tal-Aġenzija. Sal-31 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament bil-ħsieb li temendah, jekk ikun xieraq, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-ispejjeż tal-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi li taw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri." |
|
(10) |
L-Annessi I sa VIII tar-Regolament (UE) Nru 340/2008 jinbidlu bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sottomissjonijiet validi li huma pendenti fi 22 ta’ Marzu 2013.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6.
(3) COM(2013) 49 finali, SWD(2013) 25 finali.
ANNESS
"ANNESS I
Miżati għal reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Miżati standard
|
|
Sottomissjoni individwali |
Sottomissjoni konġunta |
|
Miżati għal sustanzi minn 1 sa 10 tunnellati |
EUR 1 714 |
EUR 1 285 |
|
Miżati għal sustanzi minn 10 sa 100 tunnellata |
EUR 4 605 |
EUR 3 454 |
|
Miżati għal sustanzi minn 100 sa 1 000 tunnellata |
EUR 12 317 |
EUR 9 237 |
|
Miżati għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata |
EUR 33 201 |
EUR 24 901 |
Tabella 2
Miżati mraħħsa għall-SMEs
|
|
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni konġunta) |
|
Miżati għal sustanzi minn 1 sa 10 tunnellati |
EUR 1 114 |
EUR 835 |
EUR 600 |
EUR 450 |
EUR 86 |
EUR 64 |
|
Miżati għal sustanzi minn 10 sa 100 tunnellata |
EUR 2 993 |
EUR 2 245 |
EUR 1 612 |
EUR 1 209 |
EUR 230 |
EUR 173 |
|
Miżati għal sustanzi minn 100 sa 1 000 tunnellata |
EUR 8 006 |
EUR 6 004 |
EUR 4,311 |
EUR 3,233 |
EUR 616 |
EUR 462 |
|
Miżati għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata |
EUR 21 581 |
EUR 16 185 |
EUR 11 620 |
EUR 8 715 |
EUR 1 660 |
EUR 1 245 |
"ANNESS II
Miżati għal reġistrazzjoniiet imressqa skont l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) u (3) jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Miżati standard
|
|
Sottomissjoni individwali |
Sottomissjoni konġunta |
|
Miżata |
EUR 1 714 |
EUR 1 285 |
Tabella 2
Miżati mraħħsa għall-SMEs
|
|
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni konġunta) |
|
Miżata |
EUR 1 114 |
EUR 835 |
EUR 600 |
EUR 450 |
EUR 86 |
EUR 64 |
"ANNESS III
Miżati għall-aġġornament tar-reġistrazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Miżati Standard għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ
|
|
Sottomissjoni individwali |
Sottomissjoni konġunta |
|
Minn 1-10 tunnellati sa 10-100 tunnellata |
EUR 2 892 |
EUR 2 169 |
|
Minn 1-10 tunnellati sa bejn 100-1,000 tunnellata |
EUR 10 603 |
EUR 7 952 |
|
Minn 1-10 tunnellati sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata |
EUR 31 487 |
EUR 23 616 |
|
Minn 10-100 tunnellata sa bejn 100-1 000 tunnellata |
EUR 7 711 |
EUR 5 783 |
|
Minn 10-100 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata |
EUR 28 596 |
EUR 21 447 |
|
Minn 100 1,000 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata |
EUR 20 885 |
EUR 15 663 |
Tabella 2
Miżati Mnaqqsa għall-SMEs għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ
|
|
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni Konġunta) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni Konġunta) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni konġunta) |
|
Minn 1-10 tunnellati sa 10-100 tunnellata |
EUR 1 880 |
EUR 1 410 |
EUR 1 012 |
EUR 759 |
EUR 145 |
EUR 108 |
|
Minn 1-10 tunnellati sa 100-1 000 tunnellata |
EUR 6 892 |
EUR 5 169 |
EUR 3 711 |
EUR 2 783 |
EUR 530 |
EUR 398 |
|
Minn 1-10 tunnellati sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata |
EUR 20 467 |
EUR 15 350 |
EUR 11 021 |
EUR 8 265 |
EUR 1 574 |
EUR 1 181 |
|
Minn 10-100 tunnellata sa 100-1 000 tunnellata |
EUR 5 012 |
EUR 3 759 |
EUR 2 699 |
EUR 2 024 |
EUR 386 |
EUR 289 |
|
Minn 10-100 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata |
EUR 18 587 |
EUR 13 940 |
EUR 10 008 |
EUR 7 506 |
EUR 1 430 |
EUR 1 072 |
|
Minn 100-1 000 tunnellata sal-medda ta' aktar minn 1 000 tunnellata |
EUR 13 575 |
EUR 10 181 |
EUR 7 310 |
EUR 5 482 |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
Tabella 3
Miżati għal aġġornamenti oħra
|
Tip ta' aġġornament |
|||
|
Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika |
EUR 1 607 |
||
|
Tip ta' aġġornament |
Sottomissjoni individwali |
Sottomissjoni konġunta |
|
|
Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fis-sottomissjoni: |
Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 4 820 |
EUR 3 615 |
|
Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
|
|
Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod |
EUR 4 820 |
EUR 3 615 |
|
|
Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza |
EUR 3 213 |
EUR 2 410 |
|
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
|
|
L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
|
|
L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
|
Tabella 4
Miżati mraħħsa għall-SMEs għal aġġornamenti oħra
|
Tip ta' aġġornament |
Intrapriża ta' daqs medju |
Intrapriża żgħira |
Mikrointrapriża |
||||
|
Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika |
EUR 1 044 |
EUR 562 |
EUR 80 |
||||
|
Tip ta' aġġornament |
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni konġunta) |
Mikro intrapriża (Sottomissjoni individwali) |
Mikro intrapriża (Sottomissjoni konġunta) |
|
|
Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fis-sottomissjoni: |
Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 3 133 |
EUR 2 350 |
EUR 1 687 |
EUR 1 265 |
EUR 241 |
EUR 181 |
|
Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
|
|
Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod |
EUR 3 133 |
EUR 2 350 |
EUR 1 687 |
EUR 1 265 |
EUR 241 |
EUR 181 |
|
|
Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza |
EUR 2 088 |
EUR 1 566 |
EUR 1 125 |
EUR 843 |
EUR 161 |
EUR 120 |
|
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
|
|
L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
|
|
L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
|
"ANNESS IV
Miżati għal talbiet skont il-punt (xi) tal-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Miżati standard
|
L-oġġett li għalih intalbet il-kunfidenzjalità |
Sottomissjoni individwali |
Sottomissjoni konġunta |
|
Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 4 820 |
EUR 3 615 |
|
Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
|
Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod |
EUR 4 820 |
EUR 3 615 |
|
Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza |
EUR 3 213 |
EUR 2 410 |
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
|
L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
|
L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess |
EUR 1 607 |
EUR 1 205 |
Tabella 2
Miżati mraħħsa għall-SMEs
|
L-oġġett li għalih intalbet il-kunfidenzjalità |
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża ta' daqs medju (Sottomissjoni konġunta) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni individwali) |
Intrapriża żgħira (Sottomissjoni konġunta) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni individwali) |
Mikrointrapriża (Sottomissjoni konġunta) |
|
Il-grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi |
EUR 3 133 |
EUR 2 350 |
EUR 1 687 |
EUR 1 265 |
EUR 241 |
EUR 181 |
|
Il-medda ta' tunnellaġġ rilevanti |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
|
Sommarju ta' studju jew sommarju ta' studju sod |
EUR 3 133 |
EUR 2 350 |
EUR 1 687 |
EUR 1 265 |
EUR 241 |
EUR 181 |
|
Informazzjoni fil-folju tad-dejta dwar is-sikurezza |
EUR 2 088 |
EUR 1 566 |
EUR 1 125 |
EUR 843 |
EUR 161 |
EUR 120 |
|
L-isem kummerċjali tas-sustanza |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
|
L-isem IUPAC għal sustanzi li mhumiex ta' introduzzjoni gradwali msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
|
L-isem IUPAC għal sustanzi msemmijin fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, fir-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċess |
EUR 1 044 |
EUR 783 |
EUR 562 |
EUR 422 |
EUR 80 |
EUR 60 |
"ANNESS V
Miżati u imposti għan-notifiki PPORD skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Miżati għan-Notifiki PPORD
|
Miżata standard |
EUR 536 |
|
Miżata mraħħsa għal intrapriża ta' daqs medju |
EUR 348 |
|
Miżata mraħħsa għal intrapriża żgħira |
EUR 187 |
|
Miżata mraħħsa għal mikrointrapriża |
EUR 27 |
Tabella 2
Imposti għall-estensjoni ta' eżenzjoni PPORD
|
Imposta standard |
EUR 1 071 |
|
Imposta mraħħsa għal intrapriża ta' daqs medju |
EUR 696 |
|
Imposta mraħħsa għal intrapriża żgħira |
EUR 375 |
|
Imposta mraħħsa għal mikrointrapriża |
EUR 54 |
"ANNESS VI
Miżati għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Miżati standard
|
Miżata bażi |
EUR 53 300 |
|
Miżata addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 10 660 |
|
Miżata addizzjonali għal kull użu |
EUR 10 660 |
|
Miżata addizzjonali għal kull applikant |
L-applikant addizzjonali mhux SME: EUR 39 975 |
|
L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981 |
|
|
L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989 |
|
|
L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998 |
Tabella 2
Miżati mraħħsa għal intrapriżi ta' daqs medju
|
Miżata bażi |
EUR 39 975 |
|
Miżata addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 7 995 |
|
Miżata addizzjonali għal kull użu |
EUR 7 995 |
|
Miżata addizzjonali għal kull applikant |
L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981 |
|
L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989 |
|
|
L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998 |
Tabella 3
Miżati mraħħsa għal intrapriżi żgħar
|
Miżata bażi |
EUR 23 985 |
|
Miżata addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 797 |
|
Miżata addizzjonali għal kull użu |
EUR 4 797 |
|
Miżata addizzjonali għal kull applikant |
L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989 |
|
L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998 |
Tabella 4
Miżati mraħħsa għal mikrointrapriżi
|
Miżata bażi |
EUR 5 330 |
|
Miżata addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 1 066 |
|
Miżata addizzjonali għal kull użu |
EUR 1 066 |
|
Miżata addizzjonali għal kull applikant |
Applikant addizzjonali: EUR 3 998 |
"ANNESS VII
Imposti għar-reviżjoni ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Imposti standard
|
Imposta bażi |
EUR 53 300 |
|
Imposta addizzjonali għal kull użu |
EUR 10 660 |
|
Imposta addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 10 660 |
|
Imposta addizzjonali għal kull applikant |
L-applikant addizzjonali mhux SME: EUR 39 975 |
|
L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981 |
|
|
L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989 |
|
|
L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998 |
Tabella 2
Imposti mraħħsa għal intrapriżi ta' daqs medju
|
Imposta bażi |
EUR 39 975 |
|
Imposta addizzjonali għal kull użu |
EUR 7 995 |
|
Imposta addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 7 995 |
|
Imposta addizzjonali għal kull applikant |
L-applikant addizzjonali hu intrapriża ta' daqs medju: EUR 29 981 |
|
L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989 |
|
|
L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998 |
Tabella 3
Imposti mraħħsa għal intrapriżi żgħar
|
Imposta bażi |
EUR 23 985 |
|
Imposta addizzjonali għal kull użu |
EUR 4 797 |
|
Imposta addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 4 797 |
|
Imposta addizzjonali għal kull applikant |
L-applikant addizzjonali hu intrapriża żgħira: EUR 17 989 |
|
L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998 |
Tabella 4
Imposti mraħħsa għal mikrointrapriżi
|
Imposta bażi |
EUR 5 330 |
|
Imposta addizzjonali għal kull użu |
EUR 1 066 |
|
Imposta addizzjonali għal kull sustanza |
EUR 1 066 |
|
Imposta addizzjonali għal kull applikant |
L-applikant addizzjonali hu mikrointrapriża: EUR 3 998 |
"ANNESS VIII
Miżati għal appelli skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Tabella 1
Miżati standard
|
Appell kontra deċizjoni meħuda skont: |
Miżata |
|
L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 2 356 |
|
L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 4 712 |
|
L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 7 069 |
Tabella 2
Miżati mraħħsa għall-SMEs
|
Appell kontra deċizjoni meħuda skont: |
Miżata |
|
L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 1 767 |
|
L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 3 534 |
|
L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
EUR 5 301 |
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 255/2013
tal-20 ta’ Marzu 2013
li jemenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Annessi IC, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jispeċifika taħt liema kondizzjonijiet il-ġarr tal-iskart elenkat fl-Annessi IIIA jew IIIB ta’ dak ir-Regolament huwa soġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunsens minn qabel bil-miktub. Is-sottomissjoni ta’ notifika tfisser l-obbligu li jimtlew id-dokumenti ta’ notifika u ta’ moviment kif stabbilit fl-Annessi IA u IB ta’ dak ir-Regolament. L-iskart elenkat fl-Anness IIIA, IIIB jew IVA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jista’ jiġi identifikat fil-Blokk 14 tal-Anness IA jew l-Anness IB, taħt is-subintestatura (vi) “Oħrajn (speċifika)”. L-Anness IC ta’ dak ir-Regolament, li jipprovdi struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandhom jimtlew l-Anness IA jew l-Anness IB, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jikkjarifika kif dak l-iskart għandu jkun indikat fl-Anness IA jew IB. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jispeċifika wkoll taħt liema kundizzjonijiet it-tipi ta’ skart elenkati fl-Annessi IIIA u IIIB ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ li jkunu akkumpanjati mid-dokument li jinsab fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament meta jkun hemm il-ħsieb li dan l-iskart jinġarr. Billi l-Blokk 10 tal-Anness VII ma tipprovdix l-għażla tal-identifikazzjoni tal-iskart elenkat fl-Annessi IIIA u IIIB, dawn it-tipi ta’ skart ma jistgħux jiġu identifikati kif suppost fl-Anness VII. L-inklużjoni tal-iskart fl-Annessi IIIA u IIIB teħtieġ it-tkabbir tal-għażliet elenkati fil-Blokk 10 tal-Anness VII. |
|
(3) |
Waqt l-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu li saret mis-17 sal-21 ta’ Ottubru 2011, ġew adottati linji gwida tekniċi u dokumenti ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment san l-(immaniġġjar ekoloġikament razzjonali). Wara l-adozzjonijiet tagħhom, jeħtieġ li l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jiġi aġġornat skont dan. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness IC huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness VII huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(3) |
L-Anness VIII huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
L-Anness IC tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Fil-punt 25(c), titħassar it-tieni sentenza. |
|
(b) |
Fil-punt 25(d), titħassar it-tieni sentenza. |
|
(c) |
Fil-punt 25(e), jiżdied il-paragrafu li ġej: “Kodiċijiet bħal dawn jistgħu jiddaħħlu fl-Annessi IIIA, IIIB jew IVA ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ, in-numru tal-Anness għandu jkun stipulat qabel il-kodiċijiet. Fir-rigward tal-Anness IIIA, il-kodiċi(jiet) rilevanti kif indikat(i) fl-Anness IIIA għandhom jintużaw, kif xieraq f’sekwenza. Ċerti entrati ta’ Basel bħal B1100, B3010 u B3020 huma ristretti biss għal flussi ta’ skart speċifiċi,kif indikat fl-Anness IIIa.”. |
ANNESS II
“ANNESS VII
INFORMAZZJONI LI TAKKUMPANJA L-VJEĠĠI TA’ SKART KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2) U (4)
ANNESS III
“ANNESS VIII
LINJI GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT SAN (L-ARTIKOLU 49)
|
I. |
Linji gwida u dokumenti ta’ gwida adottati skont il-Konvenzjoni ta’ Basel:
|
|
II. |
Linji Gwida adottati mill-OECD:
Gwida teknika għall-immaniġġjar ambjentalment san ta’ flussi ta’ skart speċifiċi: Kompjuters personali użati u skartati (5) |
|
III. |
Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):
Linji Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (6) |
|
IV. |
Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):
Is-sikurezza u l-protezzjoni tas-saħħa fid-demolizzjoni ta’ bastimenti: linji gwida għall-pajjiżi Asjatiċi u għat-Turkija (7).” |
(1) Adottati mis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mid-9 sat-13 ta’ Diċembru 2002.
(2) Adottati mis-seba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mill-25 sad-29 ta’ Ottubru 2004.
(3) Adottati mit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mis-27 ta’ Novembru sal-1 ta’ Diċembru 2006.
(4) Adottati mill-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, mis-17 sal-21 ta’ Ottubru 2011.
(5) Adottata mill-Kumitat tal-Politika tal-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (id-dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).
(6) Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea tal-IMO fit-23 sessjoni Regolari tagħha, mill-24 ta’ Novembru sal-5 ta’ Diċembru 2003.
(7) Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp ta’ Governanza tal-ILO fil-289 sessjoni tagħha, mill-11 sas-26 ta’ Marzu 2004.
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 256/2013
tal-20 ta’ Marzu 2013
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsubin biex jintużaw f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 30(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, enżimi tal-ikel, aromatizzanti tal-ikel, nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Din il-lista tista’ tiġi emendata bil-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
|
(4) |
Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) bħala antiossidant fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba għall-użu f’formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment kif definit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (3), tressqet fil-15 ta’ Diċembru 2009 u saret disponibbli għall-Istati Membri. |
|
(5) |
L-ingredjenti użati fil-manifattura ta’ formulae għat-trabi u formulae tal-prosegwiment għandhom jissodisfaw standard mikrobijoloġiku ħafna aktar strett mill-ikel ġenerali, b’mod partikolari għall-Enterobacteria u Cronobacter sakazakii. Sabiex jintlaħaq dan, l-ingredjenti bħal preparazzjonijiet tal-vitamina D huma soġġetti għal trattament tas-sħana. Trattament bħal dan min-naħa tiegħu jeħtieġ il-preżenza ta’ antiossidant li huwa solubbli fl-ilma u ta’ pH newtrali. L-askorbat tas-sodju (E 301) ġie identifikat u ppruvat li huwa l-antiossidant xieraq biex tintlaħaq din il-ħtieġa teknoloġika. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel imniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(7) |
L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel evalwat l-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) bħala addittiv fl-ikel fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba għal ikel għat-trabi u t-tfal żgħar u esprimiet l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Diċembru 2010 (4). Hija kkonkludiet li l-estensjoni proposta tal-użu tal-addittiv tal-ikel l-askorbat tas-sodju (E 301) biex jintuża bħala antiossidant għal preparazzjonijiet tal-vitamina D għall-użu f’formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment, mhijiex ta’ tħassib għas-sigurtà. |
|
(8) |
Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) bħala antiossidant fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba għall-użu fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar. |
|
(9) |
Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar l-użu tal-askorbat tas-sodju bħala addittiv tal-ikel fi preparazzjonijiet tal-vitamina D maħsuba sabiex jintużaw f’formulae u ikel tal-ftim għat-trabi u għat-tfal żgħar. EFSA Journal 2010;8(12):1942.
ANNESS
Fit-Taqsima B tal-Parti 5 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 301 tinbidel b’ dan li ġej:
|
“E 301 |
Askorbat tas-sodju |
100 000 mg/kg fi preparazzjoni tal-vitamina D u Massimu ta’ trasferiment ta’ 1 mg/l f’ikel finali |
Preparazzjonijiet tal-vitamina D |
Formulae tat-trabi u formulae tal-prosegwiment, kif iddefiniti fid-Direttiva 2006/141/KE |
|
Trasferiment totali ta’ 75 mg/l |
Kisjiet ta’ preparazzjonijiet tan-nutrijenti li jkollhom aċidi xaħmin mhux polisaturati |
Ikel għat-trabi u tfal żgħar” |
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2013
tal-20 ta’ Marzu 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
JO |
97,3 |
|
MA |
76,6 |
|
|
TN |
101,2 |
|
|
TR |
125,0 |
|
|
ZZ |
100,0 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
194,1 |
|
MA |
152,2 |
|
|
TR |
162,7 |
|
|
ZZ |
169,7 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
76,0 |
|
ZZ |
76,0 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
44,1 |
|
TR |
104,5 |
|
|
ZZ |
74,3 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
52,0 |
|
IL |
70,1 |
|
|
MA |
66,7 |
|
|
TN |
67,5 |
|
|
TR |
68,5 |
|
|
ZZ |
65,0 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
81,1 |
|
ZZ |
81,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
116,3 |
|
BR |
92,6 |
|
|
CL |
132,0 |
|
|
CN |
76,6 |
|
|
MK |
32,3 |
|
|
US |
168,3 |
|
|
ZA |
101,5 |
|
|
ZZ |
102,8 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
109,0 |
|
CL |
119,8 |
|
|
CN |
85,7 |
|
|
TR |
171,6 |
|
|
US |
194,3 |
|
|
ZA |
99,4 |
|
|
ZZ |
130,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/29 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Marzu 2013
dwar it-tisħiħ tal-kondotta demokratika u effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
(2013/142/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid illi fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew. Dan jgħin biex jiżgura li jkun hemm kontroll demokratiku u responsabilità fil-livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. |
|
(2) |
L-Artikoli 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadini. |
|
(3) |
It-Trattat ta’ Lisbona jsaħħaħ ir-rwol taċ-ċittadini tal-Unjoni bħala atturi politiċi u jistabbilixxi rabta solida bejn iċ-ċittadini, l-eżerċizzju tad-drittijiet politiċi tagħhom u l-ħajja demokratika tal-Unjoni. |
|
(4) |
It-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li s-sistema titqarreb lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni huma partikolarment rilevanti fid-dawl tal-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2012 dwar “Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew” (1) enfasizzat li l-leġittimità demokratika msaħħa u r-responsabilità huma parti neċessarja ta’ kull riforma tal-Unjoni Ewropea |
|
(6) |
L-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħtu rwol importanti lill-partiti politiċi billi jenfasizzaw il-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tas-sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
|
(7) |
Sabiex il-partiti politiċi Ewropej ikunu jistgħu jirnexxu fil-missjoni tagħhom, nhar it-12 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2). Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-partiti politiċi Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw minn status iktar viżibbli u qafas iktar flessibbli, trasparenti u effiċjenti għall-finanzjament tagħhom. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-partiti politiċi Ewropej, fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ikollhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni bl-affiljazzjonijiet bejn il-partiti politiċi nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej. Ladarba jiġi adottat, ir-Regolament il-ġdid iħassar ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (3). |
|
(8) |
Il-ħolqien ta’ rabta trasperenti bejn il-partiti nazzjonali li ċ-ċittadini tal-Unjoni jivvutaw lilhom u l-partiti politiċi Ewropej li l-partiti nazzjonali huma affiljati magħhom għandu jippermetti lill-partiti politiċi Ewropej jesprimu b’mod iktar dirett ir-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni u għandu jħalli impatt qawwi fuq it-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni. |
|
(9) |
It-tisħiħ ulterjuri tat-trasparenza tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew se jikkontribwixxi għal riflessjoni aħjar tar-rwol u s-setgħat imsaħħa tal-Parlament Ewropew skont it-Trattat ta’ Lisbona. It-tisħiħ tal-konnessjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni mal-proċess demokratiku tal-Unjoni huwa konsegwenza naturali ta’ integrazzjoni isituzzjonali eqreb. |
|
(10) |
Miżuri addizzjonali jżidu l-viżibilità tal-partiti politiċi Ewropej tul il-proċess elettorali kollu, mill-kampanja sal-votazzjoni, u jippermettulhom iqarrbu l-politika tal-Unjoni lejn iċ-ċittadini tagħha, u b’hekk jikkomplementaw id-dmir tal-informazzjoni previst għall-partiti politiċi Ewropej mill-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej. |
|
(11) |
Diġà hija prassi stabbilita f’għadd ta’ Stati Membri li xi wħud mill-partiti nazzjonali jew kollha kemm huma jindikaw fil-poloz tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew l-affiljazzjoni tagħhom għal partit politiku Ewropew. Biex tiġi żgurata l-viżibilità tal-partiti politiċi Ewropej tul il-proċess elettorali Ewropew kollu, ikun importanti li l-Istati Membri kollha jħeġġu u jiffaċilitaw l-għoti tal-informazzjoni lill-elettorat dwar l-affiljazzjoni tal-partiti nazzjonali mal-partiti politiċi Ewropej. Biex tissaħħaħ it-trasparenza tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew filwaqt li tiżdied ir-responsabilità tal-partiti politiċi li jieħdu sehem fil-proċess elettorali Ewropew u l-fiduċja tal-votanti f’dan il-proċess, il-partiti nazzjonali għandhom jgħarrfu pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom ma’ partit politiku Ewropew partikolari qabel l-elezzjoni. Minbarra bosta avvenimenti partiġġjani, bħall-kungressi partiġġjani, il-kampanji elettorali tal-partiti nazzjonali huma fil-fatt l-iktar mezz xieraq u effiċenti biex din l-affiljazzjoni ssir magħrufa u tingħata viżibilità qawwija. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni Nru 1093/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) iddikjarat li l-2013 hija s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Tisħiħ ulterjuri tas-setgħa taċ-ċittadini fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa pass importanti li se jseħħ f’din is-sena. |
|
(13) |
Mit-Trattat ta’ Lisbona ’l hawn, il-President tal-Kummissjoni huwa elett mill-Parlament Ewropew, b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u jqis l-arranġamenti previsti fid-Dikjarazzjoni Nru 11 tat-Trattat ta’ Lisbona. Dawn il-proċeduri jeħtieġu li l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jitqiesu u li jkun hemm il-konsultazzjonijiet xierqa bejn il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew għall-ħatra tal-President tal-Kummissjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet b’hekk jirriflettu r-rwol ikbar tal-Parlament Ewropew fil-ħatra tal-President tal-Kummissjoni u r-rilevanza f’dan il-proċess tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. |
|
(14) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (5), il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-partiti politiċi Ewropej jinnominaw kandidati għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni, u nnota li jistenna li dawk il-kandidati jkollhom rwol ewlieni fil-kampanja elettorali parlamentari, b’mod partikolari billi jippreżentaw personalment il-programm tagħhom fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni. Din ir-riżoluzzjoni kompliet tenfasizza r-rwol ikbar li għandhom l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew biex jeleġġu l-President tal-Kummissjoni. |
|
(15) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta’ Novembru 2012 dwar “Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew”, il-Kummissjoni enfasizzat in-nomina tal-kandidati għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni mill-partiti politiċi fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014 bħala waħda mill-passi importanti għat-trawwim tal-emerġenza ta’ sfera politika Ewropea ġenwina. |
|
(16) |
Għalhekk huwa xieraq li jkun hemm sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni rigward ir-rwol ċentrali tal-vot tagħhom fid-determinazzjoni ta’ min se jkun il-President tal-Kummissjoni u rigward il-kandidati għal dik il-funzjoni li huma appoġġati mill-partiti li se jivvutaw lilhom fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. |
|
(17) |
Jekk il-partiti politiċi Ewropew u l-partiti nazzjonali jgħidu minn qabel minn se jkunu l-kandidati li jappoġġaw għal President tal-Kummissjoni, u l-programm tal-kandidat fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, dan jiċċara r-rabta bejn il-vot individwali ta’ ċittadin tal-Unjoni għal partit politiku fl-elezzjonijiet Ewropej u l-kandidat għall-President tal-Kummissjoni appoġġat minn dak il-partit. Dan għandu jżid il-leġittimità tal-President tal-Kummissjoni, ir-responsabilità tal-Kummissjoni lejn il-Parlament Ewropew u lejn l-elletorat Ewropew u, b’mod iktar ġenerali, iżid il-leġittimità tal-proċess kollu tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni. Ix-xandiriet politiċi għandhom l-għan li jippermettu lill-elettorat biex jagħmel l-għażla tiegħu b’mod infurmat. Għalhekk huwa xieraq li l-partiti politiċi nazzjonali jużaw ukoll dan il-mezz biex jgħidu lil liema kandidat għal President tal-Kummissjoni se jkunu qed jappoġġaw u l-programm ta’ dan il-kandidat. |
|
(18) |
L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bħalissa qed iseħħu tul perjodu ta’ bosta ġranet peress li jsiru fi ġranet differenti fi Stati Membri differenti. Jum tal-votazzjoni Ewropew komuni bil-kmamar tal-votazzjoni jagħlqu fl-istess ħin jirrifletti aħjar il-parteċipazzjoni komuni taċ-ċittadini madwar l-Unjoni u għalhekk ikun parti mid-demokrazija rappreżentattiva li fuqha twaqqfet l-UE. |
|
(19) |
Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt tal-vot u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fejn jagħżlu li joqogħdu, skont l-Artikolu 22(2) TFUE li daħal fis-seħħ permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (6) |
|
(20) |
Id-Direttiva 93/109/KE tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni bl-għan li ċ-ċittadini ma jkunux jistgħu jivvutaw jew joħorġu bħala kandidati f’iktar minn Stat Membru wieħed fl-istess elezzjoni. |
|
(21) |
Għadd ta’ rapporti tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 93/109/KE tul is-snin (7), u iktar reċenti r-rapport tal-2010 dwar il-valutazzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 (8), żvelaw nuqqasijiet fil-funzjonament tal-mekkaniżmu għall-prevenzjoni ta’ votazzjonijiet u kandidaturi multipli. Dawk in-nuqqasijiet huma dovuti l-iktar għad-dejta personali insuffiċenti li l-Istati Membri tar-residenza jinnotifikaw skont id-Direttiva lill-Istati Membri ta’ provenjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni. In-nuqqasijiet huma dovuti wkoll għad-differenzi fil-kalendarji elettorali tal-Istati Membri. Minħabba f’hekk, għadd kbir ta’ ċittadini tal-Unjoni li kienu rreġistraw għall-vot fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom ma setgħux jiġu identifikati mill-Istat Membru ta’ provenjenza tagħhom. |
|
(22) |
Miżuri bbażati fuq il-konsultazzjonijiet estensivi mal-esperti tal-Istati Membri u t-tfassil tal-aqwa prassi identifikati f’dan il-kuntest jistgħu effettivament jindirizzaw xi wħud min-nuqqasijiet ħalli jittejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmu fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 u biex jitnaqqas mill-piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(23) |
Il-parti l-kbira tal-Istati Membri diġà waqqfu awtorità unika ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ dejta dwar il-votanti u l-kandidati fil-qafas tad-Direttiva 93/109/KE. L-effiċenza kumplessiva tal-mekkaniżmu tiżdied li kieku l-Istati Membri kollha jistabbilixxu awtorità ta’ dan it-tip. |
|
(24) |
Id-dati meta jagħlqu r-reġistri elettorali jvarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor, b’minn xahrejn qabel l-elezzjoni sa ħamest ijiem. L-effiċjenza tal-mekkaniżmu tiżdied jekk, wara li jitiqiesu t-termini temporali tal-proċess elettorali fl-Istati Membri l-oħra, l-Istati Membri jibagħtu d-dejta dwar il-votanti fi żmien meta l-arranġamenti nazzjonali tal-Istati Membri ta’ provenzjenza rispettivi jkunu għadhom jippermettu t-teħid tal-miżuri neċessarji. Bosta aspetti tekniċi tat-trażmissjoni tad-dejta jistgħu jitjiebu sabiex tiżdied l-effiċenza tal-mekkaniżmu. Dawn jinkludu l-użu ta’ format elettroniku komuni u sett ta’ karattri komuni, il-mod ta’ trażmissjoni u l-metodu ta’ kodifikazzjoni applikat biex jiggarantixxi l-livell xieraq ta’ protezzjoni tad-dejta personali. |
|
(25) |
L-għoti ta’ ċerta dejta personali dwar il-votanti li għandha tiġi nnotifikata mill-Istati Membri ta’ residenza, li ma tkunx espressament meħtieġa mid-Direttiva 93/109/KE, jippermetti lill-Istati Membri ta’ provenjenza jidentifikaw b’mod iktar effiċenti liċ-ċittadini tagħhom fir-reġistri elettorali. Id-dejta personali li tista’ tkun neċessarja għall-effiċjenza tal-makkiniżmu tvarja minn Stat Membru għall-ieħor. |
|
(26) |
Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali fil-qafas tal-mekkaniżmu tal-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun konformi mal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9). |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
IL-KONDOTTA DEMOKRATIKA TAL-ELEZZJONIJIET
Inkoraġġiment u faċilitazzjoni tal-informazzjoni lill-votanti dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej
|
1. |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu u jiffaċilitaw l-għoti ta’ informazzjoni lill-elettorat dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej qabel u waqt l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, fost l-oħrajn billi jippermettu u jinkoraġġixxu l-indikazzjoni ta’ din l-affiljazzjoni fuq il-poloz tal-vot użati f’dawk l-elezzjonijiet. |
Informazzjoni lill-votanti dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej
|
2. |
Il-partiti politiċi nazzjonali li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jgħarrfu pubblikament qabel l-elezzjonijiet l-affiljazzjoni tagħhom mal-partiti politiċi Ewropej. Il-partiti politiċi nazzjonali għandhom juru prominentement l-affiljazzjoni tagħhom mal-partiti politiċi Ewropej fil-materjali, il-komunikazzjonijiet u x-xandiriet politiċi kollha tal-kampanja elettorali. |
Appoġġ għal kandidat għall-President tal-Kummissjoni Ewropea
|
3. |
Qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-partiti politiċi Ewropej u nazzjonali għandhom jgħidu liema kandidat se jkunu qed jappoġġaw għall-funzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea u l-programm ta’ dan il-kandidat.
Il-partiti politiċi nazzjonali għandhom jiżguraw li x-xandiriet politiċi tagħhom fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jintużaw ukoll biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-kandidat li jkunu qed jappoġġaw għall-funzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-programm tiegħu. |
Jum ta’ votazzjoni komuni
|
4. |
L-Istati Membri għandhom jaqblu dwar jum komuni għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew bil-postijiet tal-votazzjoni jagħlqu fl-istess ħin. |
IL-KONDOTTA EFFIĊENTI TAL-ELEZZJONIJIET
Awtorità ta’ Kuntatt Uniku
|
5. |
Il-parti l-kbira tal-Istati Membri diġà stabbilew awtorità unika ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ dejta dwar il-votanti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE. |
Trażmissjoni tad-dejta
|
6. |
L-Istati Membri għandhom iqisu, kemm jista’ jkun, l-arranġamenti elettorali ta’ xulxin, sabiex l-Istati Membri ta’ residenza jibagħtu d-dejta lill-votanti fil-ħin biex l-Istat Membru rispettiv ta’ provenzjanza ikun jista’ jieħu l-miżuri neċessarji. |
Dejta addizzjonali li tippermetti għal identifikazzjoni iktar effiċenti
|
7. |
L-Istati Membri ta’ residenza huma mħeġġa jittrażmettu, minbarra d-detja personali prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 93/109/KE, id-dejta personali rilevanti kollha, li tista’ tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-votanti mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ provenjenza. |
Mezzi tekniċi għal trażmissjoni sikura u effiċenti tad-dejta
|
8. |
Għall-iskambju tad-dejta kif stipulat mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE l-Istati Membri għandhom jużaw mezz elettroniku uniformi u sikur, kif stabbilit f’dan l-Anness. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta f’pakkett wieħed għal kull Stat Membru ta’ provenjenza, bi trażmissjoni ulterjuri fi stadju iktar avvanzat għall-aġġornamenti, meta jkun hemm bżonn.
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partiti politċi Ewropej u nazzjonali. |
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Viċi President
(1) COM(2012) 777 final/2.
(2) COM(2012) 499 final.
(3) ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.
(4) ĠU L 325, 23.11.2012, p. 1.
(5) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (2012/2829(RSP))
(6) ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.
(7) COM(97) 731 final, COM(2000) 843 final, COM(2006) 790 final.
(8) COM(2010) 605 final.
ANNESS
Arranġamenti tekniċi dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE
|
1. |
Għall-iskambju tad-dejta kif stipulat fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/109/KE l-Istati Membri għandhom jużaw fajls li jsegwu l-format Extensible Markup Language (“XML”). Dawn il-fajls XML għandhom jiġu trażmessi esklussivament permezz ta’ mezzi elettroniċi b’mod sikur. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jużaw il-Universal Character Set Transformation Format—8-bit(UTF-8) biex jirreġistraw u jittrażmettu d-dejta lill-votanti fi ħdan il-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni. |
|
3. |
L-Istati Membri għandhom jużaw ir-rakkomandazzjoni W3C XML Encryption Syntax and Processing, li tinvolvi l-iskambju ta’ Public key u Private key, biex jiġi ggarantit livell xieraq ta’ protezzjoni tad-dejta personali trażmessa. |
Rettifika
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/33 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Annessi II, III u IV dwar il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ċerti prodotti
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 234 tat-30 ta’ Awwissu 2008 )
F’paġna 46, fl-Anness, fil-punt (1)(a) li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, fil-ħames kolonna, rigward il-pimetrozine:
|
(a) |
fir-ringiela relatata man-numru tal-kodiċi 0600000: |
minflok:
“0,1 (*)”;
aqra:
“ ”;
|
(b) |
fir-ringiela relatata man-numru tal-kodiċi 0610000: |
minflok:
“ ”;
aqra:
“0,1 (*)”.
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/34 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2011 tas-26 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi tal-bifenil, deltametrin, etofumesat, isopirazam, propikonazol, pimetrozine, pirimetanil u tebukonazol fi jew fuq ċerti prodotti
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 142 tat-28 ta’ Mejju 2011 )
|
1. |
F’paġna 15, fl-Anness, fil-punt (1) li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, fis-sitt kolonna, li tirrigwarda l-pimetrozine: |
|
(a) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0600000: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“ ”;
|
(b) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0610000: |
minflok:
“ ”,
aqra:
“0,1 (*)”.
|
2. |
F’paġna 53, fl-Anness, fil-punt (2)(b)(i) li jemenda l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, fis-sitt kolonna, li tirrigwarda l-pimetrozine: |
|
(a) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0630000: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“ ”;
|
(b) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631000: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(c) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631010: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(d) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631020: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(e) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631030: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(f) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631040: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(g) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631050: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(h) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0631990: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(i) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632000: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(j) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632010: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(k) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632020: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(l) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632030: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(m) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0632990: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(n) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633000: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(o) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633010: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(p) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633020: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”;
|
(q) |
fir-ringiela dwar in-numru tal-kodiċi 0633990: |
minflok:
“0,1 (*)”,
aqra:
“5”.