ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2013.074.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 56
16 ta' Marzu 2013


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jiffissal-prezzijiet tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2013

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 233/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jiffissal-ammont tal-għajnuna għar-riport u tal-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2013

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 235/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2013

17

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 236/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013

20

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 238/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 fir-rigward tal-validità taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għal ċanga ta’ kwalità għolja

24

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 239/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2013

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2013/132/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Jannar 2013 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (BĊE/2013/1)

30

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 232/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jiffissal-prezzijiet tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) u l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprevedi li l-prezzijiet tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni għal kull prodott elenkat fl-Anness I tiegħu għandhom jiġu ffissati abbażi tal-freskezza, id-daqs jew il-piż u l-preżentazzjoni tal-prodott bl-applikazzjoni tal-fattur ta’ konverżjoni għall-kategorija tal-prodotti inkwistjoni sa ammont li ma jisboqx id-90 % tal-prezz gwida relevanti.

(2)

Il-prezzijiet tal-irtirar jistgħu jiġu mmultiplikati b’fatturi ta’ aġġustament fil-każ ta’ żoni ta’ ħatt l-art li huma mbiegħda ferm miċ-ċentri ewlenin tal-konsum fl-Unjoni. Il-prezzijiet gwida għas-sena tas-sajd 2013 ġew iffissati għall-prodotti kollha inkwistjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1242/2012 (2).

(3)

Biex ma jixxekkelx l-operat tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’lura mill-1 ta’ Jannar 2013.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 104/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-fatturi ta’ konverżjoni użati għall-kalkolu tal-prezzijiet tal-bejgħ u tal-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 20 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, għas-sena tas-sajd 2013 fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, huma stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni applikabbli għas-sena tas-sajd 2013 u l-prodotti li huma konnessi magħhom huma stipulati fl-Anness II.

Artikolu 3

Il-prezzijiet tal-irtirar applikabbli għas-sena tas-sajd 2013 fiż-żoni tal-ħatt l-art li huma mbiegħda ferm miċ-ċentri ewlenin tal-konsum fl-Unjoni, il-fatturi tal-aġġustament użati għall-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet u l-prodotti li magħhom huma konnessi dawk il-prezzijiet huma stipulati fl-Anness III.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)   ĠU L 352, 21.12.2012, p. 6.


ANNESS I

Fatturi ta’ konverżjoni għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (*1)

Fatturi ta’ konverżjoni

Ħuta bil-ġewwieni mnaddaf, bir-ras (*1)

Ħuta sħiħa (*1)

Ekstra, A (*1)

Ekstra, A (*1)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0,00

0,47

2

0,00

0,72

3

0,00

0,68

4a

0,00

0,43

4b

0,00

0,43

4c

0,00

0,90

5

0,00

0,80

6

0,00

0,40

7a

0,00

0,40

7b

0,00

0,36

8

0,00

0,30

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0,00

0,51

2

0,00

0,64

3

0,00

0,72

4

0,00

0,47

Mazzola griża

Squalus acanthias

1

0,60

0,60

2

0,51

0,51

3

0,28

0,28

Gattarell

Scyliorhinus spp.

1

0,64

0,60

2

0,64

0,56

3

0,44

0,36

Redfish

Sebastes spp.

1

0,00

0,81

2

0,00

0,81

3

0,00

0,68

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

0,72

0,52

2

0,72

0,52

3

0,68

0,40

4

0,54

0,30

5

0,38

0,22

Pollakju

Pollachius virens

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,71

0,55

4

0,61

0,30

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

0,72

0,56

2

0,72

0,56

3

0,62

0,43

4

0,52

0,36

Merlangu

Merlangius merlangus

1

0,66

0,50

2

0,64

0,48

3

0,60

0,44

4

0,41

0,30

Linarda

Molva spp.

1

0,68

0,56

2

0,66

0,54

3

0,60

0,48

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0,00

0,72

2

0,00

0,71

3

0,00

0,69

Kavalli ta’ Spanja tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0,00

0,77

2

0,00

0,77

3

0,00

0,63

4

0,00

0,47

Inċova

Engraulis spp.

1

0,00

0,68

2

0,00

0,72

3

0,00

0,60

4

0,00

0,25

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

1

0,75

0,41

2

0,75

0,41

3

0,72

0,41

4

0,52

0,34

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

0,90

0,71

2

0,68

0,53

3

0,68

0,52

4

0,56

0,43

5

0,52

0,41

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

0,68

0,64

2

0,60

0,56

3

0,54

0,49

4

0,34

0,29

Barbun

Limanda limanda

1

0,71

0,58

2

0,54

0,42

Barbun tal-għajn

Platichthys flesus

1

0,66

0,58

2

0,50

0,42

Albacore jew tonn alonga

Thunnus alalunga

1

0,90

0,81

2

0,90

0,77

Siċċ

Sepia officinalis u

Rossia macrosoma

1

0,00

0,64

2

0,00

0,64

3

0,00

0,40


Speċi

Daqs (*2)

Fattur ta’ konverżjoni

 

Ħuta sħiħa

Ħuta bla ras (*2)

Ħuta bil-ġewwieni mnaddaf, bir-ras (*2)

 

Ekstra, A (*2)

Ekstra, A (*2)

Xkatlu komuni

Lophius spp.

1

0,61

0,77

 

2

0,78

0,72

3

0,78

0,68

4

0,65

0,60

5

0,36

0,43

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

 

Ekstra, A (*2)

 

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

0,59

 

 

2

0,27

 

 

Imsajra fl-ilma

Friski jew imkessħa

 

Ekstra, A (*2)

Ekstra, A (*2)

Gambli kbar tal-fond

Pandalus borealis

1

0,77

0,68

 

2

0,27

 

 

Sħaħ (*2)

 

 

Granċijiet tal-ikel

Cancer pagurus

1

0,72

 

 

2

0,54

 

 

Sħaħ (*2)

 

Dnub (*2)

E’ (*2)

Ekstra, A (*2)

Ekstra, A (*2)

Ksampu

Nephrops norvegicus

1

0,86

0,86

0,81

2

0,86

0,59

0,68

3

0,77

0,59

0,50

4

0,50

0,41

0,41

 

 

Ħuta bil-ġewwieni mnaddaf, bir-ras (*2)

Ħuta sħiħa (*2)

 

Ekstra, A (*2)

Ekstra, A (*2)

Lingwata komuni

Solea spp.

1

0,75

0,58

 

2

0,75

0,58

3

0,71

0,54

4

0,58

0,42

5

0,50

0,33


(*1)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqs u l-preżentazzjoni huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(*2)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqs u l-preżentazzjoni huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS II

Prezzijiet tal-bejgħ u prezzijiet tal-irtirar fl-Unjoni tal-prodotti elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (*1)

Prezz tal-irtirar

(EUR/t)

Ħuta bil-ġewwieni mnaddaf, bir-ras (*1)

Ħuta sħiħa (*1)

Ekstra, A (*1)

Ekstra, A (*1)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

1

0

136

2

0

208

3

0

197

4a

0

124

4b

0

124

4c

0

260

5

0

231

6

0

116

7a

0

116

7b

0

104

8

0

87

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

1

0

300

2

0

376

3

0

423

4

0

276

Mazzola

Squalus acanthias

1

694

694

2

590

590

3

324

324

Mazzola

Scyliorhinus spp.

1

451

422

2

451

394

3

310

253

Redfish

Sebastes spp.

1

0

996

2

0

996

3

0

836

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

1

1 161

839

2

1 161

839

3

1 097

645

4

871

484

5

613

355

Pollakju

Pollachius virens

1

595

463

2

595

463

3

587

455

4

504

248

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

1

702

546

2

702

546

3

605

419

4

507

351

Merlangu

Merlangius merlangus

1

599

454

2

580

435

3

544

399

4

372

272

Ling

Molva spp.

1

800

659

2

776

635

3

706

564

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

1

0

242

2

0

239

3

0

232

Kavalli ta’ Spanja tal-ispeċi

Scomber japonicus

1

0

226

2

0

226

3

0

185

4

0

138

Inċova

Engraulis spp.

1

0

875

2

0

927

3

0

772

4

0

322

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 2013

1

762

417

2

762

417

3

732

417

4

528

345

mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Diċembru 2013

1

1 053

576

2

1 053

576

3

1 011

576

4

730

477

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

1

2 912

2 297

2

2 200

1 715

3

2 200

1 682

4

1 812

1 391

5

1 682

1 326

Megrims

Lepidorhombus spp.

1

1 625

1 529

2

1 433

1 338

3

1 290

1 171

4

812

693

Barbun

Limanda limanda

1

564

461

2

429

334

Barbun tal-għajn

Platichtys flesus

1

333

293

2

253

212

Tonn Albacore u tal-pinni twal

Thunnus alalunga

1

2 149

1 898

2

2 149

1 804

Siċċ

Sepia officinalis u Rossia macrosoma

1

0

1 169

2

0

1 169

3

0

730

 

 

Ħuta sħiħa

Ħuta bla ras (*1)

Ħuta bil-ġewwieni mnaddaf, bir-ras (*1)

 

Ekstra, A (*1)

Ekstra, A (*1)

Petriċa

Lophius spp.

1

1 765

4 632

2

2 257

4 331

3

2 257

4 090

4

1 880

3 609

5

1 041

2 586

 

 

Il-preżentazzjonijiet kollha

Ekstra, A (*1)

Gambli tal-ispeċi

Crangon crangon

1

1 443

2

660

 

 

Imsajra fl-ilma

Friski jew imkessħa

Ekstra, A (*1)

Ekstra, A (*1)

Gambli kbar tal-fond

Pandalus borealis

1

5 394

1 114

2

1 891


Speċi

Daqs (*2)

Prezz tal-bejgħ

(EUR/t)

 

Sħaħ (*2)

 

Granċijiet tal-ikel

Cancer pagurus

1

1 237

 

 

2

928

 

 

 

 

Sħaħ (*2)

Dnub (*2)

E’ (*2)

Ekstra, A (*2)

Ekstra, A (*2)

Skampu

Nephrops norvegicus

1

4 491

4 491

3 370

2

4 491

3 081

2 829

3

4 021

3 081

2 080

4

2 611

2 141

1 706

 

 

Ħuta bil-ġewwieni mnaddaf, bir-ras (*2)

Ħuta sħiħa (*2)

 

Ekstra, A (*2)

Ekstra, A (*2)

Soll

Solea spp.

1

5 183

4 008

 

2

5 183

4 008

 

3

4 907

3 732

 

4

4 008

2 903

 

5

3 456

2 281

 


(*1)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqs u l-preżentazzjoni huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(*2)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqs u l-preżentazzjoni huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS III

Prezzijiet tal-iritirar f’żoni fejn it-twassil fuq ix-xatt huwa mbiegħed ferm miċ-ċentri ewlenin tal-konsum

Speċi

Żona tal-ħatt l-art

Fattur ta’ aġġustament

Daqs (*1)

Withdrawal price

(in EUR/tonne)

Ħuta bla ġewwieni, bir-ras (*1)

Ħuta sħiħa (*1)

Ekstra, A (*1)

Ekstra, A (*1)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer tal-Irlanda

0,90

1

0

122

2

0

187

3

0

177

4a

0

112

Ir-reġjuni kostali tal-Lvant tal-Ingilterra minn Berwick sa Dover

0,90

1

0

122

Ir-reġjuni kostali tal-Iskozja minn Portpatrick sa Eyemouth u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni

2

0

187

3

0

177

Ir-reġjuni kostali ta’ County Down (l-Irlanda ta’ Fuq)

4a

0

112

Kavalli tal-ispeċi

Scomber scombrus

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer tal-Irlanda

0,96

1

0

232

2

0

229

3

0

223

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,95

1

0

230

2

0

227

3

0

220

Marlozz tal-ispeċi

Merluccius merluccius

Ir-reġjuni kostali minn Troon (fix-Xlokk tal-Iskozja) sa Wick (fil-Grigal tal-Iskozja) u l-gżejjer li jinsabu fil-Punent u t-Tramuntana ta’ dawk ir-reġjuni

0,75

1

2 184

1 723

2

1 650

1 286

3

1 650

1 262

4

1 359

1 043

5

1 262

995

Tonn Albacore jew tal-pinen twal

Thunnus alalunga

Il-gżejjer Azores u Madeira

0,48

1

1 032

911

2

1 032

866

Sardin tal-ispeċi

Sardina pilchardus

Il-Gżejjer Kanarji

0,48

1

0

144

2

0

181

3

0

203

4

0

133

Ir-reġjuni kostali u l-gżejjer ta’ Cornwall u Devon fir-Renju Unit

0,74

1

0

222

2

0

278

3

0

313

4

0

205

Ir-reġjuni kostali tal-Atlantiku tal-Portugall

0,93

2

0

350

0,81

3

0

343


(*1)  Il-kategoriji tal-freskezza, id-daqs u l-preżentazzjoni huma dawk definiti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 233/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jiffissal-ammont tal-għajnuna għar-riport u tal-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013

IL-KUMMISSJON EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-sajd u l-prodotti tal-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ għajnuna li tinġieb ‘il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta’ għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprevedi li tista’ tingħata għajnuna għal kwantitajiet ta’ ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew jiġu pproċessati sabiex jiġu stabbilizzati u maħżuna inkella jiġu priżervati.

(2)

L-għan ta’ dik l-għajnuna huwa li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jitħeġġu b’mod xieraq biex jipproċessaw jew jippreżervaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex il-qirda tagħhom tiġi evitata.

(3)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux ikun tali li jħarbat il-bilanċ tas-suq tal-prodotti inkwistjoni jew jgħawweġ il-kompetizzjoni.

(4)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux jisboq il-kostijiet tekniċi u finanzjarji assoċjati mal-operati essenzjali biex il-prodott jiġi stabbilizzat u maħżun kif dokumentati fl-Unjoni matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena inkwistjoni.

(5)

Biex ma jixxekkilx l-operat tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’lura mill-1 ta’ Jannar 2013.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 104/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2013, l-ammonti ta’ għajnuna mħollija għas-sena ta’ wara kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, u l-ammonti ta’ għajnuna b’rata waħda msemmija fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)   ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

(3)   ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.


ANNESS

1.   L-ammont ta’ għajnuna għar-riport għall-prodotti elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B u għal-lingwata komuni (Solea spp.) elenkata fl-Anness I, il-Parti C tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

1

2

I.

Iffriżar u ħżin tal-prodotti sħaħ, bil-ġewwieni mneħħi u bir-ras, jew prodotti mqattgħin

 

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

368

Speċi oħra

298

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

410

III.

Tmelliħ u/jew tnixxif u ħżin tal-prodotti sħaħ, bil-ġewwieni mneħħi u bir-ras, jew prodotti mqattgħin jew maqtugħin fi fletti

280

IV.

Marinar u ħżin

264


2.   Ammont ta’ għajnuna għar-riport għall-prodotti l-oħra elenkati fl-Anness I, il-Parti C tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar u/jew ippriżervar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Prodotti

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

1

2

3

I.

Iffriżar u ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

327

Dnub tal-Ksampu

(Nephrops norvegicus)

250

II.

Tneħħija tal-irjus, iffriżar u ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

295

III.

Sajran, iffriżar u ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

327

Granċijiet tal-ikel

(Cancer pagurus)

250

IV.

Pasturizzazzjoni u ħżin

Granċijiet tal-ikel

(Cancer pagurus)

392

V.

Ħżin tal-annimal ħaj f’tankijiet jew gaġeġ fissi

Granċijiet tal-ikel

(Cancer pagurus)

215


3.   Ammont ta’ għajnuna b’rata fissa għall-prodotti elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi tal-ipproċessar

Għajnuna

(EUR/tunnellata)

I.

Iffriżar u ħżin tal-prodotti sħaħ, bil-ġewwieni mneħħi u bir-ras, jew prodotti mqattgħin

298

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

410


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 234/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ekwivalenti għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1242/2012 (2) jiffissa prezzijiet ta’ gwida għas-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti kollha kkonċernati.

(3)

Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.

(4)

Il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeċijiet differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jinħattu l-art fl-Unjoni sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent prevista fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(5)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013.

(6)

Il-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 104/2000.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)   ĠU L 352, 21.12.2012, p. 6.


ANNESS

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi ta’ konverżjoni

Speċi

Preżentazzjoni

Fattur ta’ konverżjoni

Livell tal-intervent

Prezz tal-bejgħ

(f’EUR għal kull tunnellata metrika)

Ħalibatt tal-Groenlandja

(Reinhardtius hippoglossoides)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 678

Marlozz

(Merluccius spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 080

Fi fletti individwali

 

 

 

bil-ġilda

1,0

0,85

1 286

bla ġilda

1,1

0,85

1 415

Sparidae

(Dentex dentex u Pagellus spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 242

Pixxispad

(Xiphias gladius)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

3 483

Gambli u gambli kbar

Penaeidae

Iffriżat

 

 

 

(a)

Parapenaeus longirostris

 

1,0

0,85

3 460

(b)

Penaeidae oħrajn

 

1,0

0,85

6 641

Siċċ

(Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

Iffriżat

1,0

0,85

1 702

Klamari (Loligo spp.)

(a)

Loligo patagonica

sħiħ, mhux imnaddaf

1,00

0,85

1 023

imnaddaf

1,20

0,85

1 227

(b)

Loligo vulgaris

sħiħ, mhux imnaddaf

2,50

0,85

2 556

imnaddaf

2,90

0,85

2 965

Qarnit

(Octopus spp.)

Iffriżat

1,00

0,85

1 949

Illex argentinus

sħiħ, mhux imnaddaf

1,00

0,80

709

tubu

1,70

0,80

1 205

Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali:

sħiħ, mhux imnaddaf

:

prodott li ma jkun sarlu ebda trattament

imnaddaf

:

prodott li tal-anqas ikun tnaddaf

f’tubu

:

ġisem tal-klamar li tal-anqas ikun tnaddaf u tkun tneħħietlu r-ras


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 235/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi biex jitħallas kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirtiraw taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. L-ammont ta’ kumpens finanzjarju bħal dan għandu jkun imnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta’ kif wieħed jista’ jelimina l-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat fuq livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ rimi, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn dan ir-rimi fl-Istati Membri varji.

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ kumpens finanzjarju għall-irtirar ta’ ċerti prodotti tas-sajd (3), regoli speċjali jipprovdu li, meta organizzazzjoni tal-produtturi, jew wieħed mill-membri tagħha, tqiegħed/iqiegħed il-prodotti tagħha/tiegħu għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih tkun/ikun rikonoxxut(a), dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa dak fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun rikonoxxuta. Il-valur standard li għandu jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f’dak l-Istat Membru.

(4)

L-istess metodu ta’ kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq kumpens finanzjarju kif ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000.

(5)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013.

(6)

Il-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 104/2000.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2013, il-valuri standard li jridu jintużaw biex jiġi kkalkulat il-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu fuq il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-valur standard li jrid jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun rikonoxxuta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)   ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

(3)   ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.


ANNESS

Valuri standard

L-użu ta’ prodotti rtirati mis-suq

EUR/tunnellata

1.   

Użu wara l-ipproċessar fi tħin (għalf tal-annimali):

(a)

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus:

 

id-Danimarka u l-Isvezja,

50

ir-Renju Unit,

50

Stati Membri oħra,

15

Franza.

2

(b)

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis)

 

id-Danimarka u l-Isvezja,

0

Stati Membri oħra.

10

(c)

Prodotti oħrajn:

 

id-Danimarka,

40

l-Isvezja, il-Portugall u l-Irlanda,

15

ir-Renju Unit,

15

Stati Membri oħra.

1

2.   

Użu frisk jew ippriservat (għalf għall-annimali)

(a)

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus u inċovi (Engraulis spp.):

 

l-Istati Membri kollha.

5

(b)

Prodotti oħrajn:

 

l-Isvezja,

0

Franza,

20

Stati Membri oħra.

30

3.   

Użu bħala lixka

Franza,

55

Stati Membri oħra.

15

4.

Użu għal skopijiet oħra għajr għall-għalf għall-annimali

0


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 236/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jiffissa l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata ta’ xi prodotti mis-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ħżin privat ma għandhiex taqbeż is-somma tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fl-Unjoni matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena inkwistjoni.

(2)

Sabiex ma jkunx inkuraġġut il-ħżin fit-tul, biex jitqassru ż-żminijiet tal-ħlas u jitnaqqas il-piż tal-kontrolli, l-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas f’pagament wieħed.

(3)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont il-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 104/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2013, l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għall-prodotti elenkati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament għandu jkun kif ġej:

fl-ewwel xahar: EUR 224/tunnellata;

fit-tieni xahar: EUR 0/tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)   ĠU L 326, 22.12.2000, p. 30.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 237/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta’ referenza validi għall-Unjoni jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija tal-prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta’ sospensjoni tariffarja skont l-Artikolu 28(1). L-istess jgħodd għal prodotti li, billi jkunu jew suġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot skont id-WTO jew suġġetti għal xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta’ referenza.

(2)

Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-prezz tal-irtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati huma ffissati għas-sena tas-sajd 2013 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2013 (2)

(4)

Skont l-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti, minbarra għal dawk elenkati fl-Annessi I u II ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin li jkunu eżatt qabel id-data li fiha jiġi ffissat il-prezz ta’ referenza.

(5)

M’hemm ebda bżonn li jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti.

(6)

Sabiex tkun possibbli applikazzjoni malajr tal-prezzijiet ta’ referenza fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 104/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet ta’ referenza għas-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

1.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (1)

Il-prezz ta’ referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

Imsewwi bir-ras (1)

Ħut sħiħ (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

ex 0302 41 00

1

 

F011

136

2

F012

208

3

F013

197

4a

F016

124

4b

F017

124

4c

F018

260

5

F015

231

6

F019

116

7a

F025

116

7b

F026

104

8

F027

87

Redfish

(Sebastes spp.)

ex 0302 89 31 u

ex 0302 89 39

1

 

F067

996

2

F068

996

3

F069

836

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

ex 0302 51 10

1

F073

1 161

F083

839

2

F074

1 161

F084

839

3

F075

1 097

F085

645

4

F076

871

F086

484

5

F077

613

F087

355

 

 

Ħut mgħolli fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Gambli kbar tal-ilma fond

(Pandalus borealis)

ex 0306 26 90

1

F317

5 394

F321

1 114

2

F318

1 891


2.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Prodott

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Preżentazzjoni

Il-prezz ta’ referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

1.

Redfish

(Sebastes spp.)

 

Sħiħ:

 

ex 0303 89 31

ex 0303 89 39

F411

bir-ras jew mingħajrha

998

ex 0304 89 21

ex 0304 89 29

 

Fletti:

 

F412

bix-xewk (“standard”)

2 011

F413

bla xewk

2 136

F414

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 239

2.   

Merluzz

(Gadus morhua, Gadus ogac u Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boregadus saida

ex 0303 63 10 , ex 0303 63 30 , ex 0303 63 90 , ex 0303 69 10

F416

Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha

1 095

ex 0304 71 90

ex 0304 79 10

 

Fletti:

 

F417

fuljati (“interleaved”) jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 451

F418

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 716

F419

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox (“fully interleaved”), bil-ġilda

2 574

F420

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 972

F421

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 990

ex 0304 95 25

F422

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

1 448

3.   

Pollakju (saithe)

(Pollachius virens)

ex 0304 73 00

 

Fletti:

 

F424

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 611

F425

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 739

F426

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

1 476

F427

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

1 764

F428

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

1 933

ex 0304 95 40

F429

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

976

4.   

Haddock

(Melanogrammus aeglefinus)

ex 0304 72 00

 

Fletti:

 

F431

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 241

F432

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 606

F433

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

2 537

F434

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 682

F435

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 988

5.

Pollakkju tal-Alaska

(Theragra chalcogramma)

 

Fletti:

 

ex 0304 75 00

F441

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 170

F442

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 311

6.

Aringa

(Clupea harengus, Clupea pallasii)

 

Ġnub tal-aringi

 

ex 0304 59 50

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

510

ex 0304 99 23

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

464


(1)  Il-kategoriji tal-freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 238/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 fir-rigward tal-validità taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għal ċanga ta’ kwalità għolja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja (2), biddel il-metodu ta’ ġestjoni tal-kwota miftuħa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (3) mill-metodu ta’ eżami simultanju għal metodu ta’ ġestjoni ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Minħabba li fil-qafas tal-metodu ta’ ġestjoni ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel ta’ dik il-kwota ma għadx hemm liċenzji tal-importazzjoni b’validità limitata għat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena ta’ importazzjoni, huwa għalhekk ideali li jitneħħa l-limitu ta’ validità tat-30 ta’ Ġunju għaċ-ċertifikati ta’ awtentiċità. Minflok, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ tliet xhur mid-data tal-ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati, li jkun konformi ma’ kwoti tariffarji oħra ta’ ċanga ta’ kwalità għolja.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa neċessarju li jiġi indikat, fir-rekwiżiti għall-prodotti biex jibbenefikaw mill-kwota tariffarja preferenzjali kkonċernata, kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012, l-annimali bovini koperti mill-klassifikazzjoni tal-karkassa tal-Unjoni u għalhekk eliġibbli biex jipproduċu ‘ċanga ta’ kwalità għolja’.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-perjodu l-ġdid tal-validità taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità ma għandux japplika għal ċertifikati ta’ awtentiċità maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.   Il-validità ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità għandha tkun ta’ tliet xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.”

(2)

Fl-Anness II, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

Għall-finijiet ta’ dawn ir-rekwiżiti, l-erieħ u l-għoġġiela huma ‘annimali bovini’, kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Parti IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li jikkorrispondu rispettivament għall-kategoriji E u C, kif iddefiniti fil-Parti A tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għaċ-ċertifikati ta’ awtentiċità maħruġa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9.

(3)   ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 239/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

107,2

MA

73,5

TN

94,1

TR

118,3

ZZ

98,3

0707 00 05

JO

194,1

MA

152,2

TR

169,8

ZZ

172,0

0709 91 00

EG

76,0

ZZ

76,0

0709 93 10

MA

45,3

TR

107,3

ZZ

76,3

0805 10 20

EG

54,9

IL

72,2

MA

57,6

TN

61,0

TR

64,0

ZZ

61,9

0805 50 10

TR

73,9

ZZ

73,9

0808 10 80

AR

115,9

BR

96,0

CL

138,6

CN

93,7

MK

29,8

US

189,3

ZZ

110,6

0808 30 90

AR

107,0

BR

113,7

CL

130,9

CN

84,8

TR

171,6

US

194,3

ZA

103,5

ZZ

129,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 240/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mis-16 ta’ Marzu 2013, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Marzu 2013, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Marzu 2013

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

1.3.2013-14.3.2013

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

238,35

213,46

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

299,49

289,49

269,49

Primjum tal-Golf

86,33

23,01

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

15,74  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/30


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Jannar 2013

li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali

(BĊE/2013/1)

(2013/132/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 5, l-Artikolu 12.3 u l-Artikoli 16 sa 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv jadotta l-linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiżgura t-twettiq tal-kompiti fdati lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u lill-Eurosistema skont it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. Dan jinkludi s-setgħa biex jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet anċillari li huma meħtieġa biex jitwettqu dawn il-kompiti, bħall-ħruġ u l-immaniġġjar ta’ ċertifikati elettroniċi biex jiżguraw informazzjoni merfugħa u pproċessata f’applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema, u għall-komunikazzjoni ta’ dejta lejhom u minnhom.

(2)

Skont l-Artikolu 12.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv għandu wkoll is-setgħa biex jiddetermina l-organizzazzjoni interna tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-korpi tiegħu fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Bl-istess mod, il-Kunsill Governattiv għandu s-setgħa biex jiddeċiedi li l-BĊE se juża ċertifikati elettroniċi maħruġa mill-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika tal-Eurosistema stess.

(3)

In-numru tal-utenti li jaċċessaw numru li qed jikber ta’ applikazzjonijiet elettroniċi li dejjem jevolvu, sistemi, pjattaformi u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema qed jiżdied. Il-Kunsill Governattiv identifika ħtieġa għal servizzi ta’ sigurtà ta’ informazzjoni avvanzata, bħal ma huma l-awtentikazzjoni b’saħħitha, firem elettroniċi u l-krittazzjoni, permezz tal-użu ta’ ċertifikati elettroniċi.

(4)

Huma ftit dawk il-banek ċentrali tas-SEBĊ li għandhom l-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika tagħhom stess u ħafna utenti minn terzi partijiet li jaħdmu b’mod konġunt ma’ banek ċentrali tas-SEBĊ m’għandhomx aċċess faċli għal awtorità għaċ-ċertifikazzjoni aċċettata mis-SEBĊ skont il-qafas tagħha għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikar.

(5)

Hemm il-ħtieġa li l-Eurosistema toħloq l-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika tagħha stess li tkun tista’ toħroġ it-tipi kollha ta’ ċertifikati elettroniċi bħal ma huma ċ-ċertifikati personali u tekniċi għal utenti tas-SEBĊ u mhux tas-SEBĊ, u li hija flessibbli biżżejjed biex tadatta għal żviluppi fl-applikazzjonijiet elettroniċi, is-sistemi, il-pjattaformi u s-servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema. Din l-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika (minn hawn ’il quddiem il-‘SEBĊ-PKI’) għandha tikkumplimenta s-servizzi mogħtija minn awtoritajiet għaċ ċertifikazzjoni oħrajn aċċettati mis-SEBĊ skont il-qafas tas-SEBĊ għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati, jew minn awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni aċċettati mis-SEBĊ għat-TARGET2 u t-TARGET2 Securities għal dawk iż-żewġ applikazzjonijiet.

(6)

Fid-29 ta’ Settembru 2010 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jvara l-proġett tas-SEBĊ-PKI biex jibni u jimplimenta s-SEBĊ-PKI u biex jipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex titlesta. Iddeċieda li s-SEBĊ-PKI tkun żviluppata, akkomodata u mħaddma mill-Banco de España.

(7)

B’mod indirett, is-SEBĊ-PKI tappoġġa t-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u tal-Eurosistema. Hija bbażata fuq tliet livelli ta’ governanza: Livell 1 jikkonsisti mill-Kunsill Governattiv u l-Bord Eżekuttiv, Livell 2 mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u Livell 3 mill-bank ċentrali li jipprovdi.

(8)

Fuq Livell 1, il-Kunsill Governattiv huwa responsabbli għad-direzzjoni, l-immaniġġjar u l-kontroll tal-attivitajiet u l-prodott finali meħtieġa biex tiġi żviluppata u mħaddma s-SEBĊ-PKI. Huwa responsabbli wkoll għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tas-SEBĊ-PKI u jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta‘ kompiti mhux assenjati speċifikament il Livell 2 u 3.

(9)

Il-banek ċentrali tal-Eurosistema huma responsabbli għall-kompiti assenjati lil Livell 2, fi ħdan il-qafas ġenerali definit mill-Kunsill Governattiv. Huma għandhom il-kompetenzi fir-rigward tal-mezzi tekniċi biex tiġi implimentata s-SEBĊ-PKI.

(10)

Il-Kumitat dwar it-Teknologija tal-Informatika tas-SEBĊ (ITC) għandu rwol ta’ tmexxija fl-iżvilupp tas-SEBĊ-PKI. Huwa jiggwida, jivvaluta, jivverifika u japprova l-prodott finali tal-proġett kontra l-kriterji ta’ aċċettazzjoni skont il-qafas tal-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tas-SEBĊ, l-ambitu u l-iskeda approvata mill-Kunsill Governtttiv.

(11)

F’Livell 3, il-Banco de España inħatar bħala l-bank ċentrali li jipprovdi biex iwettaq il-kompiti assenjati lilu fi ħdan il-qafas ġenerali definit mill-Kunsill Governattiv. Il-bank ċentrali li jipprovdi stabbilixxa l-infrastruttura teknika u t-tagħmir u s-servizzi sikuri meħtieġa biex tinħoloq u tintuża infrastruttura taċ-ċavetta pubblika skont: (a) il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għal firem elettroniċi (1), skont kif din tapplika; (b) il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2), skont kif din tapplika; u (c) ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar movement liberu ta’ dik id-data (3).

(12)

Billi ċ-ċertifikati elettroniċi huma elementi essenzjali użati f’applikazzjonijiet elettroniċi kemm bħala mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ firem elettroniċi, u għall-krittazzjoni bbażata fuq iċ-ċavetta pubblika, is-SEBĊ-PKI se tikkunsidra applikazzjonijiet elettroniċi eżistenti, sistemi, pjattaformi u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema, u proġetti kurrenti tas-SEBĊ sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tagħhom jiġu koperti.

(13)

L-ebda bank ċentrali nazzjonali (BĊNi) li mhuwiex fiż-żona tal-euro ma jista’ jiddeċiedi li juża ċ-ċertifikati u s-servizzi mogħtija mis-SEBĊ-PKI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

1.

“ċertifikat” jew “ċertifikat elettroniku” tfisser fajl elettroniku, maħruġ minn awtorità taċ- ċertifikazzjoni, li torbot ċavetta pubblika mal-identità ta’ sottoskritt ta’ ċertifikat u li jintuża għal dawn kollha li ġejjin jew uħud minnhom: (a) għall-verifika li ċavetta pubblika tappartjeni għal sottoskritt ta’ ċertifikat; (b) għall-awtentikazzjoni ta’ sottoskritt ta’ ċertifikat; (c) għall-kontroll ta’ firma ta’ sottoskritt ta’ ċertifikat; (d) għall-krittazzjoni ta’ messaġġ indirizzat lil sottoskritt ta’ ċertifikat; (e) għall-verifika tad-drittijiet ta’ aċċess ta’ sottoskritt ta’ ċertifikat għal applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema. Kull referenza f’din id-Deċiżjoni għal ċertifikat jew ċertifikat elettroniku tinkludi referenza għall-mezzi li jġorru d-dejta li fuqhom jinżamm iċ-ċertifikat jew iċ-ċertifikat elettroniku.

2.

“applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema” tfisser l-applikazzjonijiet elettroniċi, is-sistemi, il-pjattaformi u s-servizzi li s-SEBĊ u/jew l-Eurosistema jużaw meta jwettqu l-kompiti fdati lilhom skont it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ;

3.

“infrastruttura taċ-ċavetta pubblika” tfisser is-sett ta’ individwi, politika, proċeduri, u sistemi tal-kompjuter meħtieġa biex jingħataw servizzi ta’ awtentikazzjoni, krittazzjoni, integrità u ċertifikazzjoni permezz ta’ krittografija taċ-ċavetta pubblika u dik privata u ċertifikati elettroniċi;

4.

“utent” tfisser sottoskritt ta’ ċertifikat jew parti dipendenti, jew it-tnejn li huma;

5.

“awtentikazzjoni” tfisser il-proċess li jivverifika l-identità ta’ applikant għal ċertifikat jew ta’ sottoskritt ta’ ċertifikat;

6.

“bank ċentrali tas-SEBĊ” tfisser jew bank ċentrali tal-Eurosistema jew BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro;

7.

“bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser jew BĊN ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, inkluż il-bank ċentrali li jipprovdi, jew il-BĊE;

8.

“bank ċentrali li jipprovdi” tfisser il-BĊN maħtur mill-Kunsill Governattiv biex jiżviluppa s-SEBĊ-PKI, u biex jipprovdi s-servizzi tas-SEBĊ-PKI f’isem u għall-benefiċċju tal-banek ċentrali tal-Eurosistema;

9.

“BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro” tfisser BĊN ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro;

10.

“awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI” tfisser l-entità, fdata mill-utenti, biex toħroġ, timmaniġġja, tirrevoka u ġġedded ċertifikati f’isem il-banek ċentrali tas-SEBĊ jew il-banek ċentrali tal-Eurosistema skont il-qafas tas-SEBĊ dwar l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikat;

11.

“awtorità li tivvalida s-SEBĊ-PKI” tfisser l-entità, fdata mill-utenti, li tipprovdi informazzjoni dwar il-validità ta’ ċertifikati maħruġa mill-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI;

12.

“sottoskritt ta’ ċertifikat” tfisser individwu li huwa s-suġġett ta’ ċertifikat elettroniku u li jkun inħariġlu ċertifikat elettroniku, jew maniġer ta’ komponent tekniku li jkun aċċetta ċertifikat elettroniku maħruġ minn awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI għal komponent tekniku, jew it-tnejn li huma;

13.

“qafas tas-SEBĊ għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati” tfisser il-kriterji stabbiliti mill-ITC tas-SEBĊ għall-identifikazzjoni tal-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, kemm interni kif ukoll esterni għas-SEBĊ, li jistgħu jiġu fdati fir-rigward ta’ applikazzjonijiet elettroniċi, sistemi, pjattaformi u servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema;

14.

“awtorità għar-reġistrazzjoni” tfisser entità, fdata mill-utenti, li tivverifika l-identità ta’ applikant ta’ ċertifikat qabel ma l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tasSEBĊ-PKI toħroġ ċertifikat;

15.

“parti dipendenti” tfisser individwu jew entità minbarra sottoskritt ta’ ċertifikat li jaċċettaw u joqogħdu fuq ċertifikat;

16.

“politika tal-verifika” tfisser il-politika tal-verifika tas-SEBĊ definita mill-Kunsill Governattiv fis-7 ta’ Ottubru 1998, kif ippubblikata fuq il-websajt (4) tal-BĊE;

17.

“applikant ta’ ċertifikat” tfisser individwu li jitlob il-ħruġ ta’ ċertifikat għalih innifsu jew għal komponent tekniku;

18.

“komponent tekniku” tfisser kull tagħmir ta’ software jew hardware li jista’ jiġi identifikat bl-użu ta’ ċertifikati elettroniċi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-qafas għas-SEBĊ-PKI. Is-SEBĊ-PKI hija l-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika tal-Eurosistema stess żviluppata mill-bank ċentrali li jipprovdi f’isem u għall-benefiċċju tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, li toħroġ, timmaniġġja, tirrevoka u ġġedded ċertifikati skont il-qafas tas-SEBĊ dwar l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati.

2.   Billi servizzi tas-SEBĊ-PKI jistgħu jeffettwaw partijiet dipendenti, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet skont liema dawn il-partijiet jistgħu joqogħdu fuq ċertifikati tas-SEBĊ-PKI.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni u għanijiet tas-SEBĊ-PKI

1.   L-applikazzjonijiet elettroniċi, is-sistemi, il-pjattaformi u s-servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema b’livell kritiku medju jew aktar minn medju, għandhom jiġu biss aċċessati u użati biss jekk utent ikun ġie awtentikat permezz ta’ ċertifikat elettroniku maħruġ u mmaniġġjat minn awtorità taċ-ċertifikazzjoni, aċċettata mis-SEBĊ skont il-qafas tas-SEBĊ dwar l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati, kif ukoll mill-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI, jew mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni aċċettati mis-SEBĊ għat-TARGET2 u t-TARGET2 Securities għal dawk iż-żewġ applikazzjonijiet.

2.   L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI għandha toħroġ ċertifikati elettroniċi u tipprovdi servizzi oħra ta’ ċertifikazzjoni elettronika għal sottoskritti ta’ ċertifikati ta’ banek ċentrali tas-SEBĊ u ta’ partijiet terzi li jaħdmu magħhom, biex dawn ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw b’mod sikur l-applikazzjonijiet elettroniċi, is-sistemi, il-pjattaformi u s-servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema.

3.   Is-SEBĊ-PKI għandha tipprovdi s-servizzi ta’ ċertifikazzjoni li ġejjin:

(a)

il-ħruġ, it-tiġdid u r-revoka ta’ ċertifikat, u l-konferma tal-validità ta’ ċertifikati fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ ċertifikat;

(b)

il-ħruġ ta’ ċertifikati għall-awtentikazzjoni, għall- firem elettroniċi u għall-krittazzjoni fir-rigward ta’ utenti tas-SEBĊ u mhux tas-SEBĊ, u ta’ ċertifikati tekniċi;

(c)

l-irkupru ta’ ċavetta privata biex jiġi żgurat l-irkupru ta’ informazzjoni krittata bbażata fuq iċ-ċavetta pubblika f‘każ ta’ telf ta’ ċertifikat;

(d)

il-konsenja u l-immaniġġjar ta’ towkins krittografiċi lil sottoskritti ta’ ċertifikati fejn meħtieġ;

(e)

l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċeduri tal-immaniġġjar taċ-ċertifikati tas-SEBĊ-PKI, u ta’ għajnuna teknika lil maniġers tas-SEBĊ inkarigati minn proġetti biex igħinuhom jintegraw iċ-ċertifikati tagħhom tas-SEBĊ-PKI fl-applikazzjonijiet tagħhom.

Fil-futur jistgħu jiġu miżjuda servizzi oħra kif mitlub mill-applikazzjonijiet elettroniċi, is-sistemi, il-pjattaformi u s-servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema.

Artikolu 4

Il-Qafas tas-SEBĊ-PKI

1.   Salv din id-Deċiżjoni, ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet tal-bank ċentrali li jipprovdi u tal-banek ċentrali l-oħra tal-Eurosistema fir-rigward tal-implimentazzjoni,, it-tħaddim u l-użu tas-SEBĊ-PKI għandhom jiġu stipulati fi Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3 u speċifikati aktar fil-politika taċ-ċertifikati tas-SEBĊ-PKI u fir-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI.

2.   Il-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3, li jinkludi l-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz, fih il-ftehim innegozjat bejn il-bank ċentrali li jipprovdi u l-banek ċentrali tal-Eurosistema, fir-rigward tar-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet tal-bank ċentrali li jipprovdi u tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. Għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv u wara ffirmat mill-bank ċentrali li jipprovdi u mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

3.   Il-Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz huwa ftehim li jiddefinixxi l-livell ta’ servizzi li għandhom jingħataw mill-bank ċentrali li jipprovdi lill-Eurosistema, kif ukoll ftehim li jiddefinixxi l-livell ta’ servizzi li għandhom jingħataw mill-Eurosistema lill-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro u partijiet terzi fir-rigward tas-SEBĊ-PKI.

4.   Ir-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI huwa sett ta’ regoli li jirregolaw iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ ċertifikati elettroniċi, mit-talba inizjali sat-tmiem tas-sottoskrizzjoni jew irrevoka, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-applikant jew is-sottoskritt taċ-ċertifikat, l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u l-partijiet dipendenti. Ikopri ċertifikati elettroniċi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/93/KE, u ċertifikati elettroniċi li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Jistabbilixxi wkoll l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha u jistabbilixxi l-proċeduri fir-rigward tal-ħruġ u l-immaniġġjar ta’ ċertifikati. Jinsab anness mal-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3.

5.   Il-politika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija sett ta’ regoli applikabbli għal kull tip ta’ ċertifikat maħruġ. Kull sett jipprovdi dettalji ta’ implimentazzjoni relatati mar-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI għal kull tip ta’ ċertifikat maħruġ. Il-politika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinsab annessa mal-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3.

6.   Il-politika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u r-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI għandom ikunu ppubblikati fuq il-websajt (5) tas-SEBĊ-PKI.

7.   L-informazzjoni dwar l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI , inkluż l-identità tagħha, u l-komponenti tekniċi tagħha huma stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet u rwoli tal-bank ċentrali li jipprovdi

1.   Il-bank ċentrali li jipprovdi huwa responsabbli biex jopera u jżomm is-SEBĊ-PKI għall-benefiċċju tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, inkluż l-akkomodazzjoni, it-tħaddim u l-immaniġġjar imwettaq skont il-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3. B’mod partikolari, huwa jagħti ċertifikati u servizzi tas-SEBĊ-PKI skont il-ħtiġijiet tan-negozju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, bħal ma huma l-qafas dwar l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tas-SEBĊ u r-rekwiżiti u l-ispeċifikzzjonijiet stipulati fil-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3.

2.   Il-bank ċentrali li jipprovdi għandu jara li jqiegħed f’lokha l-infrastruttura organizattiva meħtieġa biex jinħolqu, jinħarġu u jiġu mmaniġġjati ċ-ċertifikati, u għandu jiżgura li tinżamm l-infrastruttura. Għal dak il-għan, f’konsultazzjoni mal-ITC, il-bank ċentrali li jipprovdi jista’ jadotta regoli fir-rigward tal-organizzazzjoni interna u l-amministrazzjoni tiegħu.

3.   Il-bank ċentrali li jipprovdi għandu jaġixxi bħala l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u l-awtorità li tivvalida s-SEBĊ-PKI.

4.   Il-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3 jistabbilixxi r-reġim ta’ responsabbiltà li japplika għall-bank ċentrali li jipprovdi.

Artikolu 6

Responsabbiltajiet u rwoli tal-banek ċentrali tal-Eurosistema

1.   Kull bank ċentrali tal-Eurosistema huwa responsabbli biex jidentifika s-sottoskritti taċ-ċertifikati tiegħu. Huwa joħloq l-irwol ta’ uffiċjal tar-reġistrazzjoni biex iwettaq dan il-kompitu li għandu jkollu l-awtorità biex jirreġistra utenti terzi.

2.   Kull bank ċentrali tal-Eurosistema għandu jaġixxi bħala parti dipendenti fir-rigward ta’ ċertifikati għall-krittazzjoni u għall-firem elettroniċi maħruġa mis-SEBĊ-PKI għal banek ċentrali oħrajn tal-Eurosistema jew sottoskritti ta’ ċertifikati li huma utenti terzi.

3.   Kull bank ċentrali tal-Eurosistema li juża s-servizzi tas-SEBĊ-PKI għandu jaġixxi bħala awtorità għar-reġistrazzjoni għall-applikanti ta’ ċertifikati tiegħu, u jiżgura li l-applikanti taċ-ċertifikati tiegħu jaċċettaw u japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-utent stipulati fil-formola tal-applikazzjoni tal-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI għas-servizzi tagħha.

Artikolu 7

Relazzjonijiet bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema, partijiet terzi u sottoskritti ta’ ċertifikati

Kull bank ċentrali tal-Eurosistema għandu jagħmel arranġamenti fir-rigward tal-aċċess u l-użu sikur minn partijiet terzi tal-applikazzjonijiet elettroniċi, is-sistemi, il-pjattaformi u s-servizzi tas-SEBĊ u tal-Eurosistema permezz tal-użu taċ-ċertifikati tas-SEBĊ-PKI. Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw esklussivament ir-relazzjoni bejn il-bank ċentrali rilevanti tal-Eurosistema u l-partijiet terzi li jużaw ċertifikati tas-SEBĊ-PKI. Il-partijiet terzi għandhom jaderixxu mal-politika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI, ir-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-utent stipulati fil-formola tal-applikazzjoni tal-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI għas-servizzi tagħha.

Artikolu 8

Relazzjonijiet ma’ partijiet dipendenti

Wieħed jista’ joqgħod fuq ċertifikat elettroniku maħruġ skont din id-Deċiżjoni bil-kundizzjoni li parti dipendenti:

(a)

tivverifika l-validità, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat bl-użu ta’ informazzjoni dwar l-istat ta’ revoka kurrenti;

(b)

tikkunsidra kull limitazzjoni fuq l-użu speċifikata fiċ-ċertifikat; u

(c)

taċċetta r-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u l-politika taċ-ċertifikazzjoni applikabbli tas-SEBĊ-PKI.

Artikolu 9

Drittijiet tas-SEBĊ-PKI

1.   Is-SEBĊ-PKI tappartjeni kollha kemm hi għall-banek ċentrali tal-Eurosistema.

2.   Minħabba dan, il-bank ċentrali li jipprovdi għandu jagħti lill-banek ċentrali tal-Eurosistema, sakemm ikun fattibbli skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, il-liċenzji kollha rigward id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali meħtieġa biex il-banek ċentrali tal-Eurosistema jkunu jistgħu jużaw is-SEBĊ-PKI u l-komponenti tagħha, u l-firxa sħiħa ta’ servizzi tas-SEBĊ-PKI, u għandu jipprovdi wkoll servizzi ta’ SEBĊ-PKI lil partijiet terzi skont ir-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u l-politika taċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI. Il-bank ċentrali li jipprovdi għandu jindennizza lill-banek ċentrali tal-Eurosistema kontra kull klejm ta’ ksur imqajjem minn partijiet terzi fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

3.   Id-dettalji rigward id-drittijiet tal-banek ċentrali tal-Eurosistema għas-SEBĊ-PKI għandhom jiġu miftiehma bejn il-Livell 2 u Livell 3 fil-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3.

Artikolu 10

Responsabbiltà tal-banek ċentrali tal-Eurosistema lejn l-utenti

1.   Sakemm jippruvaw li ma jkunux aġixxew b’mod negliġenti, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jinżammu responsabbli skont il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom fl-SEBĊ-PKI għal kull ħsara li tkun saret lil utent li jistrieħ b’mod raġonevoli fuq ċertifikat ikkwalifikat, kif definit fid-Direttiva 1999/93/KE, fir-rigward ta’:

(a)

il-preċiżjoni tal-informazzjoni kollha li tinsab f’ċertifikat ikkwalifikat fil-ħin tal-ħruġ, u l-kwistjoni ta’ jekk iċ-ċertifikat jinkludix id-dettalji kollha preskritti għal ċertifikat ikkwalifikat, kif definit fid-Direttiva 1999/93/KE;

(b)

kull assigurazzjoni li fil-ħin tal-ħruġ ta’ ċertifikat ikkwalifikat, is-sottoskritt taċ-ċertifikat identifikat kellu d-dejta li toħloq il-firma li tikkorrispondi mad-dejta tal-verifika tal-firem mogħtija jew identifikata fiċ-ċertifikat;

(c)

kull assigurazzjoni li l-apparat li jiġġenera l-firma u l-apparat li jivverifika l-firma jaħdmu flimkien b’mod kumplimentari, f’każijiet fejn is-SEBĊ-PKI tiġġenera t-tnejn;

(d)

kull nuqqas biex tiġi rreġistrata revoka ta’ ċertifikat ikkwalifikat.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema ma jassumu l-ebda impenn, ma jagħtu l-ebda garanzija u ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà lejn l-utenti sakemm dan ma jkunx stipulat b’mod espliċitu f’din id-Deċiżjoni u fir-rendikont dwar il-prattika taċ-ċertifikazzjoni tal-PKI-SEBĊ.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta’ BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro fis-SEBĊ-PKI

1.   BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro jista’ jaġixxi bħala awtorità għar- reġistrazzjoni għall-utenti interni tiegħu kif ukoll għall-utenti terzi, u jista’ joħloq ir-rwol ta’ uffiċċjal tar-reġistrazzjoni biex iwettaq din il-ħidma.

2.   Salv l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro jista’ jiddeċiedi wkoll biex juża servizzi tas-SEBĊ-PKI taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-banek ċentrali tal-Eurosistema. Għal dan il-għan, il-BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jissottometti dikjarazzjoni lill-Kunsill Governattiv fejn fiha jikkonferma li huwa se jaderixxi mal-obbligi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u fil-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3. BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro m’għandux jiġi sid konġunt tas-SEBĊ-PKI u m’għandux ikun obbligat jikkontribwixxi għall-iżvilupp finanzjarju tas-SEBĊ-PKI.

Artikolu 12

Protezzjoni tad-dejta

Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jaderixxu mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-ipproċessar tagħhom ta’ dejta personali fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom relatati mas-SEBĊ-PKI.

Artikolu 13

Verifika

Verifiki tas-SEBĊ-PKI għandhom jitwettqu skont il-prinċipji u l-arranġamenti stipulati fil-politika tal-verifika. Huma għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kontrolli interni u r-regoli tal-verifika li japplikaw għal jew huma adottati mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Artikolu 14

Arranġamenti finanzjarji

Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom joħorġu l-ispejjeż biex jiżviluppaw u joperaw is-SEBĊ-PKI kif speċifikat aktar fl-allokazzjoni finanzjarja tas-SEBĊ-PKI.

Artikolu 15

Rwol tal-Bord Eżekuttiv

1.   Skont l-Artikolu 17.3 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (6), il-Kunsill Governattiv jiddelega s-setgħat normativi tiegħu lill-Bord Eżekuttiv biex jieħu miżuri meħtieġa biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni għall-effiċjenza u s-sigurtà tas-SEBĊ-PKI, u biex jadotta emendi relatati mal-aspetti tekniċi tas-SEBĊ-PKI u s-servizzi tas-SEBĊ-PKI koperti fl-annessi tal-Ftehim ta’ Livell 2 – Livell 3 wara li jikkunsidra l-parir tal-ITC u, jekk japplika, tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-IT tal-Eurosistema.

2.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kunsill Governattiv b’ kull miżura li huwa jieħu skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed u għandu jaderixxi ma’ kull deċiżjoni adottata mill-Kunsill Governattiv dwar il-kwistjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Jannar 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)   ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(2)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(3)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  www.ecb.europa.eu.

(5)  http://pki.escb.eu.

(6)   ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.


ANNESS

Informazzjoni li tirrigwarda l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI, inkluż l-identità tagħha, u l-komponenti tekniċi tagħha

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija identifikata fiċ-ċertifikat tagħha bħala l-emittent u ċ-ċavetta privata tagħha tintuża għall-firma ta’ ċertifikati. L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija responsabbli għal:

(i)

ħruġ ta’ ċertifikati ta’ ċavetti privati u pubbliċi;

(ii)

ħruġ ta’ listi ta’ revoka;

(iii)

ġenerazzjoni ta’ pari ta’ ċwievet assoċjati ma’ ċertifikati speċifikati, eż. dawk li jeħtieġu rkupru taċ-ċwievet;

(iv)

żamma tar-responsabbiltà ġenerali għas-SEBĊ-PKI u biex tiżgura li r-rekwiżiti kollha meħtieġa biex titħaddem jintlaħqu.

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tal-PKI-SEBĊ tinkludi l-individwi kollha, il-politika, il-proċeduri u s-sistemi ta’ kompjuter fdati bil-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi u l-assenjazzjoni tagħhom lis-sottoskritti taċ-ċertifikati.

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinkludi żewġ komponenti tekniċi:

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tar-Root tas-SEBĊ-PKI: Din l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni, fl-ewwel livell, toħroġ biss ċertifikati għaliha u l-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni subordinati tagħha. Taħdem biss meta twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha li huma definiti b’mod ristrett. L-aktar dejta sinifikanti tagħha hija:

Distinguished name (Isem distint)

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Serial number (Numru tas-serje)

596F AC4C 218C 21BC 4E00 6B42 A164 46DD

Distinguished name of issuer (Isem distint tal-emittent)

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Validity period (Perijodu ta’ validità)

From 21-06-2011 11:58:26 to 21-06-2041 11:58:26

Message digest (SHA-1) (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-1)

CEFE 6C32 E850 994A 09EA 1A77 0C60 3D90 ADC9 9192

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni online tas-SEBĊ-PKI: L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni, fit-tieni livell, hija subordinata għall-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tar-Root tas-SEBĊ-PKI. Hija responsabbli biex toħroġ ċertifikati tas-SEBĊ-PKI għall-utenti. L-aktar dejta sinifikanti tagħha hija:

Distinguished name (Isem distint)

CN=ESCB-PKI ONLINE CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Serial number (Numru tas-serje)

2C13 E18F FDB5 91CE 4E29 550B B5A3 F59C

Distinguished name of issuer (Isem distint tal-emittent)

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Validity period (Perijodu ta’ validità)

From 22-07-2011 12:46:35 to 22-07-2026 12:46:35

Message digest (SHA-1) (Kumpilazzjoni tal-messaġġ (SHA-1)

D316 026C D2CF 1A8C 4AA3 8C29 EE3D 591E 4286 AD08