|
ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2013.070.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 56 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 220/2013
tat-13 ta’ Marzu 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Unjoni u fil-miżati mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn il-miżati. |
|
(2) |
Dawn il-miżati għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2012. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat), kienet 2,6 % fl-2012. |
|
(3) |
Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tal-miżati għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2013. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2013. Għalhekk hu xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn din id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, “EUR 66 700” hija mibdula għal “EUR 68 400”. |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 6, “EUR 40 100” hija mibdula għal “EUR 41 100”. |
|
(5) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2013.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
14.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 221/2013
tat-13 ta’ Marzu 2013
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
107,2 |
|
MA |
70,6 |
|
|
TN |
85,6 |
|
|
TR |
118,6 |
|
|
ZZ |
95,5 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
167,3 |
|
TR |
169,8 |
|
|
ZZ |
168,6 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
47,8 |
|
TR |
116,4 |
|
|
ZZ |
82,1 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
57,9 |
|
IL |
59,6 |
|
|
MA |
51,3 |
|
|
TN |
64,7 |
|
|
TR |
62,8 |
|
|
ZZ |
59,3 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
81,8 |
|
ZZ |
81,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
116,3 |
|
BR |
84,8 |
|
|
CL |
139,6 |
|
|
CN |
76,3 |
|
|
MK |
31,3 |
|
|
US |
176,8 |
|
|
ZZ |
104,2 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
122,4 |
|
BR |
113,7 |
|
|
CL |
166,7 |
|
|
TR |
170,3 |
|
|
US |
191,0 |
|
|
ZA |
112,5 |
|
|
ZZ |
146,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2013
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru
(2013/127/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari għall-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Frar 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru ser jiskadi wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
|
(3) |
Il-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għażel lil KPMG Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li KPMG Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(14) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“14. KPMG Limited huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
|
14.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Marzu 2013
dwar l-approvazzjoni tal-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl f’ċerti funzjonijiet tad-dawl ta’ vetturi M1 bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/128/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-manifattur AUDI AG (“l-Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ teknoloġija innovattiva fid-29 ta’ Awwissu 2012. Ġie vvalutat li l-applikazzjoni hija sħiħa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Il-Kummissjoni identifikat ċerta informazzjoni rilevanti li tħalliet barra fl-applikazzjoni oriġinali u talbet lill-Applikant biex jagħtiha. L-Applikant ta l-informazzjoni mitluba fil-25 ta’ Ottubru 2012. Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu biex il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni beda l-għada ta’ meta waslet uffiċjalment l-informazzjoni sħiħa, jiġifieri s-26 ta’ Ottubru 2012. |
|
(2) |
L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (3). |
|
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għall-użu tad-dijodi li jemettu d-dawl (l-LEDs) fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin, u fil-fanal tal-pjanċa tal-liċenzja ta’ vetturi M1. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tagħraf li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(5) |
L-Applikant wera li l-użu tal-LEDs fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin, u fil-fanal tal-pjanċa tal-liċenzja ma jaqbiżx it-3 % tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri li kienu rreġistrati fis-sena ta’ referenza 2009. Biex jappoġġa dan, l-Applikant ta dejta dwar il-persentaġġ ta’ LEDs installati f’funzjonijiet tad-dawl differenti fil-mudell AUDI A6, f’vetturi M1 immanifatturi mill-Volkswagen AG u dejta tal-produzzjoni mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fornituri ta’ Komponenti tal-Karozzi (CLEPA). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li l-użu tal-LEDs fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin, u fil-fanal tal-pjanċa tal-liċenzja għandu jitqiesu eliġibbli għall-approvazzjoni bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
|
(6) |
Id-definizzjoni tat-teknoloġija bażi hija essenzjali biex jinstab l-iffrankar tas-CO2 bit-teknoloġija innovattiva. Għalhekk din id-definizzjoni għandha tkun ġustifikata u msejsa fuq dejta rilevanti. L-Applikant ta dejta biex jappoġġa d-dawl aloġenu bħala t-teknoloġija li ppenetrat l-aktar fis-suq fl-2009. Il-Kummissjoni tinnota li għalkemm hemm teknoloġiji tad-dawl oħra li huma effiċjenti aktar fl-użu tal-enerġija u li ntużaw f’segment limitat tal-flotta tal-karozzi, huwa rikonoxxut li kien id-dawl aloġenu li ppenetra l-aktar is-suq għall-flotta kollha kemm hi. Minħabba f’hekk, u bl-iskop li jkun żgurat li l-metodoloġija għall-ittestjar tista’ tkun rilevanti u rappreżentattiva għall-flotta tal-vetturi kollha kemm hi, ikun xieraq li d-dawl aloġenu jitqies bħala t-teknoloġija bażi. |
|
(7) |
L-Applikant ta metodoloġija biex jiġi ttestjat it-tnaqqis tas-CO2 bl-użu tal-LEDs fil-funzjonijiet tad-dawl konċernati. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tagħti riżultati preċiżi u affidabbli u tista’ terġa’ tintuża minn parti terza. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Applikant wera b’mod sodisfaċenti li, għall-vetturi li fuqhom ġiet ittestjata t-teknoloġija innovattiva permezz tal-metodoloġija deskritta, it-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub bit-teknoloġija innovattiva huwa mill-anqas 1 g CO2/km. |
|
(9) |
Billi l-attivazzjoni tad-dawl fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin, u fil-fanal tal-pjanċa tal-liċenzja, ma hemmx bżonnha għat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5), il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-funzjonijiet tad-dawl inkwistjoni mhumiex koperti biċ-ċiklu tat-test standard. |
|
(10) |
L-attivazzjoni tal-funzjonijiet tad-dawl konċernati hija obbligatorja sabiex ikun żgurat li l-karozza titħaddem b’mod sikur u minħabba f’hekk ma tkunx dipendenti fuq l-għażla tas-sewwieq. Fuq din il-bażi l-Kummissjoni tqis li l-manifattur għandu jitqies responsabbli għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba l-użu tal-LEDs. |
|
(11) |
Ir-rapport ta’ verifika ħejjieh korp indipendenti u ċċertifikat u dan jappoġġa s-sejbiet u t-testijiet li saru. |
|
(12) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li ma għandhom isiru l-ebda oġġezzjonijiet fejn tidħol l-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni. |
|
(13) |
Kull manifattur li jkun jixtieq igawdi minn tnaqqis fl-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tiegħu bl-iskop li jilħaq il-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi billi jiffranka s-CO2 bl-użu tal-LEDs fil-funzjonijiet tad-dawl konċernati, dan, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu jirreferu għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-KE tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi konċernati, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-użu tal-LEDs fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin, u fil-fanal tal-pjanċa tal-liċenzja huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
2. It-tnaqqis tas-CO2 bl-użu tal-LEDs fil-funzjonijiet tad-dawl imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jinstab bil-metodoloġija stabbilita fl-Anness. It-tnaqqis tas-CO2 għandu jinstab bħala t-tnaqqis totali tat-taħlita tal-użu tal-LEDs fit-tliet funzjonijiet tad-dawl speċifikati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.
(3) http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/docs/guidelines_en.pdf (il-verżjoni ta’ Lulju 2011)
ANNESS
Metodoloġija biex jinstab it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 bl-użu tad-dawl LEDs fil-fanali ta’ quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanali ta’ quddiem tar-raġġi għoljin, u fil-fanali tal-pjanċa tal-liċenzja
1. INTRODUZZJONI
Sabiex jinstab it-tnaqqis tas-CO2 li jista’ jkun attribwit għall-użu tal-LEDs fil-fanali ta’ quddiem tar-raġġi baxxi, fil-fanali ta’ quddiem tar-raġġi għoljin, u fil-fanali tal-pjanċa tal-liċenzja mgħammra f’vetturi M1, iridu jkunu stabbiliti dawn li ġejjin:
|
(a) |
Il-konsum tal-qawwa elettrika tad-dwal LED li jintużaw fil-funzjonijiet tad-dawl inkwistjoni; |
|
(b) |
L-iffrankar fil-konsum tal-qawwa elettrika meta mqabbel mat-teknoloġija bażi, jiġifieri mad-dwal aloġeni; |
|
(c) |
It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba li jkun iffrankat il-konsum tal-qawwa elettrika. |
2. JINSTAB IL-KONSUM TAL-QAWWA ELETTRIKA TAL-LEDs
Il-konsum tal-qawwa elettrika tal-LEDs għal kull funzjoni tad-dawl konċernata jrid jinstab bħala l-multiplikazzjoni tal-vultaġġ tal-batterija u l-kurrent elettriku ta’ kull unità tad-dawl bin-numru ta’ dwal ta’ kull unità tad-dawl, skont il-formula:
|
PLED |
: |
il-konsum tal-qawwa elettrika ta’ funzjoni tad-dawl bl-LEDs (W); |
|
U |
: |
il-vultaġġ tal-batterija (V). Dan l-ammont jista’ jitkejjel bil-multimetru; |
|
I |
: |
il-kurrent elettriku (A). Dan l-ammont jista’ jitkejjel bil-multimetru; |
|
n |
: |
in-numru ta’ dwal f’funzjoni. |
Il-kejl tal-konsum tal-qawwa tal-LEDs jista’ jsir b’mod separat mit-test sħun tal-NEDC (ara l-punt 4 ta’ dan l-Anness).
3. JINSTAB KEMM ĠIE FFRANKAT KONSUM TAL-QAWWA ELETTRIKA BL-UŻU TAL-LEDs
L-iffrankar fil-konsum tal-qawwa elettrika minħabba l-LEDs irid jinstab billi jitqabbel il-konsum tal-qawwa elettrika tat-teknoloġija bażi mal-konsum tal-qawwa elettrika tal-LEDs għal kull funzjoni tad-dawl rilevanti.
L-iffrankar totali li joħroġ mit-tqabbil irid jiġi mmultiplikat b’fattur tal-użu li jkun jirrappreżenta l-ħin li matulu l-LEDs ikunu attivati għalkollox.
Iċ-ċifri speċifikati fit-tabella jridu jiġu applikati għall-konsum tal-qawwa elettrika tat-teknoloġija bażi u għall-fatturi tal-użu.
|
Funzjoni tad-dawl |
Il-konsum totali tal-qawwa elettika tat-teknoloġija bażi (id-dwal aloġeni) (W) (1) |
Il-fattur tal-użu (%) (2) |
|
Il-fanal ta’ quddiem tar-raġġi baxxi |
137 |
33 |
|
Il-fanal ta’ quddiem tar-raġġi għoljin |
150 |
3 |
|
Il-fanal tal-pjanċa tal-liċenzja |
12 |
36 |
4. JINSTAB IT-TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAS-CO2 MINĦABBA LI JKUN IFFRANKAT IL-KONSUM TAL-QAWWA ELETTRIKA
Sabiex jikkwantifikaw l-impatt tal-konsum tal-qawwa elettrika fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-vettura trid tiġi ttestjata fuq dinamometru tax-xażi billi jsir test ta’ startjar sħun tal-NEDC kif inhu speċifikat fl-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magni (3).
Sabiex ikun żgurat li l-kejl jista’ jiġi ripetut, il-qawwa tat-tagħbija elettrika żejda trid tkun ogħla b’mod sinifikanti mill-iffrankar potenzjali fil-qawwa elettrika tal-LEDs (l-iffrankar huwa inqas minn 40 W). Għalhekk trid tingħażel tagħbija żejda li biha l-alternejter ikun jista’ jipproduċi qawwa elettrika żejda ta’ ~750 W.
B’kollox iridu jsiru għaxar testijiet ta’ startjar sħun tal-NEDC, li ħamsa minnhom iridu jsiru bit-tagħbija żejda ta’ ~750 W u l-ħamsal-oħra mingħajrha. Sabiex tiġi minimizzata l-varjabbiltà tar-riżultati tat-testijiet, it-temperatura taż-żejt, it-temperatura ambjentali, u l-ħin bejn esperiment u ieħor iridu jiġu mmonitorjati u jinżammu kostanti fil-bidu tat-test.
Għal dawn il-varjabbli u għall-issettjar tat-tagħbija fit-triq, iridu jiġu segwiti dawn l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
L-issettjar tat-tagħbija fit-triq tad-dinamometru tax-xażi jrid jinstab skont il-proċedura għall-kalibrar tad-dinamometru kif inhi definita fl-Anness 7 tar-Regolament Nru 83 (UN/ECE). |
|
— |
Il-magna trid tissaħħan fil-bidu tat-test, jiġifieri t-temperatura taż-żejt trid tkun 92 °C < T < 96 °C; |
|
— |
It-temperatura ambjentali trid tkun 22,0 °C < T < 23,8 °C; |
|
— |
Il-ħin bejn it-testijiet ma jridx jaqbeż il-45 minuta. |
Iridu jitkejlu dawn li ġejjin:
|
— |
L-output elettriku tal-alternejter mkejjel bit-tagħbija elettrika żejda ta’ ~750 W (5 testijiet) (potenzjometru) u mingħajr it-tagħbija żejda (5 testijiet); |
|
— |
L-emissjonijiet tas-CO2. |
5. JINSTAB IT-TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAS-CO2 U TINSTAB IS-SINIFIKANZA STATISTIKA
Id-differenza bejn l-emissjonijiet medji tas-CO2 li joħorġu mill-għaxar testijiet imwettqa skont il-punt 4 trid tiġi mmultiplikata bl-iffrankar medju fil-qawwa elettrika ddeterminat skont il-punt 3 diviż bid-differenza bejn il-konsum medju tal-qawwa elettrika li toħroġ miż-żewġ testijiet imwettqa bit-tagħbija elettrika żejda u mingħajrha, jiġifieri:
|
CiCO2 |
: |
l-iffrankar tas-CO2 tad-dwal LED (g/km) |
|
MiC |
: |
l-emissjonijiet massa tas-CO2 bit-tagħbija elettrika żejda (g/km) |
|
MiNC |
: |
l-emissjonijiet massa tas-CO2 mingħajr it-tagħbija elettrika żejda (g/km) |
|
ΔΡM |
: |
l-iffrankar medju fil-qawwa elettrika bl-użu tal-LEDs (W) |
|
PiC |
: |
il-konsum medju tal-qawwa elettrika b’konsumatur żejjed (W) |
|
PiNC |
: |
il-konsum medju tal-qawwa elettrika mingħajr konsumatur żejjed (W) |
Is-sinifikanza statistika tal-effetti mkejla trid tinstab billi tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard tal-ammonti mkejla ta’ CO2 (bit-tagħbija żejda u mingħajrha) u billi titqabbel id-differenza tal-ammonti mkejla ta’ CO2 (bit-tagħbija żejda u mingħajrha) mad-devjazzjoni standard. Id-differenza tal-ammonti mkejla ta’ CO2 trid tkun aktar minn tliet darbiet tad-devjazzjoni standard.
(1) Il-konsum tal-qawwa elettrika kif inhu ddeterminat fil-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009, “il-Linji Gwida Tekniċi”.
(2) Il-fatturi tal-użu kif inhuma ddeterminati fil-Linji Gwida Tekniċi.
Rettifika
|
14.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/11 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 8 tat-13 ta’ Jannar 2010 )
F’paġna 38, is-Subkriterju 2.2:
minflok:
“ Formaldehyde
Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għal trattament tal-wiċċ li jilliberaw formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,05ppm.
: l-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandu jipprovdi Dokument ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza tal-Materjal jew dikjarazzjoni ekwivalenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-formulazzjoni tat-trattament tal-wiċċ.”;
aqra:
“ Formaldeid
Emissjonijiet ta’ formaldeid minn sustanzi u preparazjonijiet għat-trattament tal-wiċċ li jilliberaw il-formaldeid għandhom ikunu anqas minn 0,062 mg/m3 ta’ arja.
: l-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandu jippreżenta dikjarazzjoni li turi li r-rekwiżit ta’ hawn fuq ġie ssodisfat, flimkien ma’ jew l-informazzjoni dwar il-formolazzjoni tat-trattament tal-wiċċ (pereżempju Dokumenti ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza) jew ir-riżultati ta’ testijiet li juru evidenza li l-valur massimu tal-emissjoni tal-formaldeid ma jissuperax il-limitu ddikjarat (ibbażat fuq l-istandard EN 717-1).”.
F’paġna 39, is-Subkriterju 4.1:
minflok:
“4.1. Ħruġ ta’ sustanzi perikolużi
Il-ħruġ ta’ formaldehyde mill-pannelli tas-sufra, bambù jew fibri tal-injam li jikkostitwixxu l-kisi ma għandux jaqbeż iż-0,05 mg/m3.
: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa bbażata fuq test skont il-metodu ta’ chamber test skont il-metodu EN 717-1.”;
aqra:
“4.1. Ħruġ ta’ sustanzi perikolużi
Materjali b’bażi ta’ injam huma permessi biss f’kisi tal-injam għall-art jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin dwar l-emissjonijiet tal-formaldeid:
|
(a) |
Particleboard: l-emissjoni ta’ formaldeid mill-particleboards fl-istat naturali tagħhom, jiġifieri qabel ma jinħadmu bil-magni jew jinksew, ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-valur massimu li jippermettilha tiġi kklassifikata bħala E1 skont l-istandard EN 312. |
|
(b) |
Fibreboard: L-emissjoni ta’ formaldehyde mill-fibreboard(s) fl-istat naturali tiegħu, jiġifieri qabel ma jinħadem bil-magni jew jinkesa, ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-valur massimu li jippermettilha tiġi kklassifikata ta’ kwalità E1 skont l-istandard EN 622-1. Madanakollu, il-fibreboard(s) klassifikat bħala E1 se jiġi aċċettat jekk ma jirrappreżentax aktar minn 50 % tat-total tal-injam u tal-materjali abbażi ta’ injam użati fil-prodott. |
|
(c) |
Sufra u bambù: Ir-rilaxx ta’ formaldeid ma għandux jaqbeż iż-0,062 mg/m3 ta’ arja. |
: l-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandu jagħti evidenza li l-materjali abbażi ta’ injam jirrilaxxaw anqas minn 4 mg/100 g ta’ injam imnixxef fil-forn skont EN 120 (il-metodu ta’ perforazzjoni) jew anqas minn 0,062 mg/m3 ta’ arja skont EN 717-1 (il-metodu chamber). Barra minn hekk, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni li ġiet stabbilita sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika skont EN 312 jew EN 622-1.”